ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 389

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
23 ta' Novembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 389/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 389/02

Kawża C-303/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Jørgen Andersen, Ir-Renju tad-Danimarka, Danske Statsbaner SV (DSB) (Appell — Kompetizzjoni — Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Daniżi lill-impriża pubblika Danske Statsbaner (DSB) — Kuntratti ta’ servizz pubbliku għall-provvista ta’ servizzi ferrovjarji bejn Kopenħagen (id-Danimarka) u Ystad (l-Isvezja) — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet — Applikazzjoni rationae temporis tar-regoli tad-dritt sostantiv)

2

2015/C 389/03

Kawża C-650/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance de Bordeaux – Franza) – Thierry Delvigne vs Commune de Lesparre Médoc, Préfet de la Gironde (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 39 u 49 — Il-Parlament Ewropew — Elezzjonijiet — Dritt għal vot — Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea — Retroattività tal-liġi penali l-inqas severa — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-projbizzjoni tad-dritt għal vot fil-każ ta’ kundanna penali mogħtija fl-aħħar istanza qabel l-1 ta’ Marzu 1994)

3

2015/C 389/04

Kawża C-23/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sø- og Handelsretten – id-Danimarka) – Post Danmark A/S vs Konkurrencerådet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 82 KE — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Suq għad-distribuzzjoni tal-posta fi kwantità kbira — Reklamar dirett bil-posta — Sistema ta’ tnaqqis retroattiv — Effett ta’ esklużjoni — Kriterju tal-kompetitur daqstant effettiv — Livell ta’ probabbiltà u natura serja ta’ effett antikompetittiv)

4

2015/C 389/05

Kawża C-61/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale regionale di giustizia amministrativa di Trento – l-Italja) – Orizzonte Salute – Studio Infermieristico Associato vs Azienda Pubblica di Servizi alla persona San Valentino – Città di Levico Terme et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 89/665/KEE — Kuntratti pubbliċi — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Spejjeż ta’ aċċess għall-ġustizzja amministrattiva fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi — Dritt għal rimedju effettiv — Spejjeż dissważivi — Stħarriġ ġudizzjarju ta’ atti amministrattivi — Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza — Effett utli)

5

2015/C 389/06

Kawża C-69/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu– ir-Rumanija) – Dragoș Constantin Târșia vs Statul român, Serviciul public comunitar regim permise de conducere şi înmatriculare a autovehiculelor (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività — Awtorità ta’ res judicata — Irkupru tal - ammonti mħallsa indebitament — Ħlas lura ta’ taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni — Deċiżjoni ġudizzjarja finali li timponi l-ħlas ta’ taxxa li hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni — Talba għar-reviżjoni ta’ tali deċiżjoni ġudizzjarja — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti r-reviżjoni, fid-dawl ta’ deċiżjonijiet preliminari sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji finali mogħtija fi proċeduri amministrattivi biss)

6

2015/C 389/07

Kawża C-71/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Information Rights) – ir-Renju Unit) – East Sussex Country Council vs Information Commissioner (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Konvenzjoni ta’ Aarhus — Direttiva 2003/4/KE — Artikoli 5 u 6 — Aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni fi kwistjonijiet ambjentali — Tariffa għall-provvista ta’ informazzjoni ambjentali — Kunċett ta’ ammont raġonevoli — Spejjeż għaż-żamma ta’ database u spejjeż ġenerali — Aċċess għall-ġustizzja — Stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju tad-deċiżjoni li timponi tarifa)

6

2015/C 389/08

Kawża C-203/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic – Spanja) – Consorci Sanitari del Maresme vs Corporació de Salut del Maresme i la Selva (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 267 TFUE — Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kwalità ta’ qorti jew tribunal tal-korp tar-rinviju — Indipendenza — Ġurisdizzjoni obbligatorja — Direttiva 89/665/CEE — Artikolu 2 — Istanzi responsabbli għall-proċeduri għat-tressiq ta’ kawża — Direttiva 2004/18/KE — Artikoli 1(8) u 52 — Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi — Kunċett ta’ ‘entità pubblika’ — Amministrazzjonijiet pubbliċi — Inklużjoni)

7

2015/C 389/09

Kawża C-298/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État – il-Belġju) – Alain Laurent Brouillard vs Jury du concours de recrutement de référendaires près la Cour de cassation, État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-persuni — Artikoli 45 TFUE u 49 TFUE — Ħaddiema — Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika — Direttiva 2005/36/KE — Rikonoxximent ta’ kwalifikazzjonijiet professjonali — Kunċett ta’ ‘professjoni rregolata’ — Ammissjoni f’kompetizzjoni ta’ reklutaġġ ta’ assistenti ġudizzjarji mal-Cour de cassation (Il-Belġju))

8

2015/C 389/10

Kawża C-354/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Cluj – ir-Rumanija) – SC Capoda Import-Export SRL vs Registrul Auto Român, Benone-Nicolae Bejan (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-merkanzija — Miżuri li għandhom effett ekwivalenti — Prodotti f’moviment liberu fil-Ġermanja — Prodotti suġġetti għall-kontrolli ta’ approvazzjoni fir-Rumanija — Ċertifikat ta’ konformità pprovdut minn distributur ta’ Stat Membru ieħor — Ċertifikat meqjus bħala insuffiċjenti sabiex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni libera ta’ dawn il-prodotti — Prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku — Inammissibbiltà parzjali)

9

2015/C 389/11

Kawża C-404/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – proċedura mibdija minn Marie Matoušková, bħala Kummissarju tal-qorti fil-proċedura ta’ suċċessjoni (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikolu 1(1)(b) — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Ftehim dwar it-tqassim tas-suċċessjoni bejn il-konjuġi tal-persuna mejta u t-tfal minorenni tagħha, irrappreżentati minn tutur ad litem — Klassifikazzjoni — Neċessità ta’ approvazzjoni ta’ tali ftehim mill-qorti — Miżura dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew miżura dwar is-suċċessjonijiet)

10

2015/C 389/12

Kawża C-489/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice, Family Division (England and Wales) – ir-Renju Unit) – A vs B (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Lis alibi pendens — Artikoli 16 u 19(1) u (3) — Proċedura għal separazzjoni legali fl-ewwel Stat Membru u proċedura għal divorzju fit-tieni Stat Membru — Ġurisdizzjoni tal-qorti adita l-ewwel — Kunċett ta’ ġurisdizzjoni ‘stabbilita’ — Skadenza tal-ewwel proċedura u preżentata ta’ proċedura ġdida għal divorzju fl-ewwel Stat Membru — Konsegwenzi — Differenza fil-ħin bejn l-Istati Membri — Effetti fuq il-proċedura ta’ tressiq ta’ kawża quddiem qorti)

11

2015/C 389/13

Kawża C-508/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Nejvyšší správní soud – ir-Repubblia Ċeka) – Český telekomunikační úřad vs T-Mobile Czech Republic a.s., Vodafone Czech Republic a.s. (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2002/22/KE (Direttiva servizz universali) — Kalkolu tal-ispiża tal-obbligi ta’ servizz universali — Teħid inkunsiderazzjoni tar-rata ta’ rendiment tal-fondi proprji — Effett dirett — Applikazzjoni ratione temporis)

11

2015/C 389/14

Kawża C-531/14 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2014 minn Giorgio Giorgis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-25 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-474/12 – Giorgio Giorgis vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

12

2015/C 389/15

Kawża C-421/15 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 minn Yoshida Metal Industry Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-21 ta’ Mejju 2015 fil-Kawżi magħquda T-331/10 RENV u T-416/10 RENV – Yoshida Metal Industry Co. Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

13

2015/C 389/16

Kawża C-447/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Ostravě (Ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Awwissu 2015 – Ivo Muladi vs Krajský úřad Moravskoslezského kraje

15

2015/C 389/17

Kawża C-454/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessische Landesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Awwissu 2015 – Jürgen Webb-Sämann vs Christopher Seagon (amministratur tal-proċedura ta’ insolvenza ta’ Baumarkt Praktiker DIY GmbH)

16

2015/C 389/18

Kawża C-456/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Awwissu 2015 – BASF SE vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

16

2015/C 389/19

Kawża C-460/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Awwissu 2015 – Schaefer Kalk GmbH & Co. KG vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġemanja

17

2015/C 389/20

Kawża C-469/15 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2015 minn FSL Holdings, Firma Léon Van Parys, Pacific Fruit Company Italy SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-655/11, FSL Holdings et vs Il-Kummissjoni

18

2015/C 389/21

Kawża C-484/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Općinski sud u Novom Zagrebu (il-Kroazja) fil-11 ta’ Settembru 2015 – Ibrica Zulfikarpašić vs Slaven Gajer

20

2015/C 389/22

Kawża C-488/15: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Bulgarija

20

2015/C 389/23

Kawża C-523/15 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2015 minn Westfälische Drahtindustrie GmbH et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-393/10, Westfälische Drahtindustrie GmbH et vs Il-Kummissjoni Ewropea

21

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 389/24

Kawża T-268/10 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – PPG u SNF vs ECHA (REACH — Identifikazzjoni tal-akrilammid bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna — Sustanzi intermedji — Rikors għal annullament — Interess dirett — Ammissibbiltà — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament)

24

2015/C 389/25

Kawża T-674/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – TV2/Danmark vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Servizz pubbliku tax-xandir — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Għajnuna implementata mill-aworitajiet Daniżi favur ix-xandar Daniż ta’ servizz pubbliku TV2/Danmark — Finanzjament pubbliku mogħti sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż inerenti għall-implementazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku — Kunċett ta’ għajnuna — Sentenza Altmark”)

25

2015/C 389/26

Kawża T-125/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Servizz pubbliku tax-xandir — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Għajnuna implementata mill-awtoritajiet Daniżi favur ix-xandar Daniż ta’ servizz pubbliku TV2/Danmark — Finanzjament pubbliku mogħti sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż inerenti għall-implementazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku — Kompatibbiltà ta’ għajnuna — Sentenza Altmark)

26

2015/C 389/27

Kawża T-450/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Anagnostakis vs Il-Kummissjoni (Dritt istituzzjonali — Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropea — Politika ekonomika u monetarja — Nuqqas ta’ rimbors tad-dejn pubbliku — Stabbiliment tal-prinċipju tal-istat ta’ neċessità — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Attribuzzjonijiet tal-Kummissjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni)

27

2015/C 389/28

Kawża T-60/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Appelrath-Cüpper vs UASI [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva AC — Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti AC ANN CHRISTINE u Komunitarji figurattivi preċedenti AC ANN CHRISTINE OCEAN u AC ANN CHRISTINE INTIMATE — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

27

2015/C 389/29

Kawża T-114/13 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Carafogli vs BĊE (Appell — Persunal tal-BĊE — Ilment imressaq għal diskriminazzjoni u fastidju psikoloġiku — Deċiżjoni tal-BĊE li jagħlaq l-investigazzjoni amministrattiva miftuħa wara l-ilment — Rifjut ta’ aċċess għal provi matul il-proċedura amministrattiva — Ċaħda ta’ talba sabiex tiġi ordnata l-produzzjoni tal-provi matul il-proċedura ġudizzjarja — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Żball ta’ liġi)

28

2015/C 389/30

Kawżi T-124/13 u T-191/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – L-Italja u Spanja vs Il-Kummissjoni (Sistema lingwistika — Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti — Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi — Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet — Regolament Nru 1 — Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Proporzjonalità)

29

2015/C 389/31

Kawżi magħquda T-156/13 u T-373/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Petro Suisse Intertrade vs Il-Kunsill (Politika estera u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Entità infrastatali — Locus standi u interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Dritt għal smigħ — Obbligu ta’ notifika — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Dritt għall-proprjetà)

30

2015/C 389/32

Kawżi magħquda T-261/13 u T-86/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni [HICP — Regolament (KE) Nru 2494/95 — Indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum fuq rati tat-taxxa kostanti (HICP-CT) — Regolament (UE) Nru 119/2013 — Indiċijiet tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien — Regolament (UE) Nru 93/2013 — Eurostat — Komitoloġija — Miżuri ta’ implementazzjoni — Proċedura regolatorja bi skrutinju]

31

2015/C 389/33

Kawża T-360/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – VECCO et vs Il-Kummissjoni (REACH — Inklużjoni tat-triossidu tal-kromju fil-lista ta’ sustanzi sottomessi għal awtorizzazzjoni — Użi jew kategoriji ta’ użi eżenti mir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni — Kunċett ta’ ‘leġiżlazzjoni speċifika Komunitarja eżistenti li timponi rekwiżiti minimi dwar il-protezzjoni tas-saħħa jew ta’ l-ambjent għall-użu ta’ sustanza’ — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Proporzjonalità — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba)

32

2015/C 389/34

Kawża T-364/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Mocek u Wenta KAJMAN Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna vs UASI – Lacoste (KAJMAN) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KAJMAN — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta kukkudrill — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Talbiet għal annullament u għal bidla magħmula mill-intervenjent — Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tat-2 ta’ Mejju 1991]

33

2015/C 389/35

Kawża T-400/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – L’Oréal vs UASI – Cosmetica Cabinas (AINHOA) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali AINHOA — Trade marks Komunitarja u internazzjonali figurattivi preċedenti NOA — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

34

2015/C 389/36

Kawża T-426/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – L’Oréal vs UASI – Cosmetica Cabinas (AINHOA) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja verbali AINHOA — Użu ġenwin mit-trade mark — Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Forma li tvarja permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv]

35

2015/C 389/37

Kawża T-557/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima ta’ Garanziji — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Infiq imwettaq fil-kuntest tas-sistema Ewropea tal-kwota għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata — Drittijiet tad-difiża)

36

2015/C 389/38

Kawża T-610/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Ecolab USA vs UASI (GREASECUTTER) [Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark verbali GREASECUTTER — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

37

2015/C 389/39

Kawża T-624/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 – The Tea Board vs UASI – Delta Lingerie (Darjeeling) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark figurattiva Darjeeling — Trade marks Komunitarji kollettivi, verbali u figurattivi, preċedenti DARJEELING — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

37

2015/C 389/40

Kawża T-625/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 – The Tea Board vs UASI – Delta Lingerie (Darjeeling collection de lingerie) (Trade mark Komunitarja — Proċediment ta’ oppożizzjoni — Trade mark figurattiva Darjeeling collection de lingerie — Trade marks Komunitarji kollettivi, verbali u figurattivi preċedenti DARJEELING — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

38

2015/C 389/41

Kawża T-626/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 – The Tea Board vs UASI – Delta Lingerie (DARJEELING collection de lingerie) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark figurattiva Darjeeling collection de lingerie — Trade marks Komunitarji kollettivi, verbali u figurattiva, preċedenti DARJEELING — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

39

2015/C 389/42

Kawża T-627/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 – The Tea Board vs UASI – Delta Lingerie (Darjeeling) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Trade mark figurattiva Darjeeling — Trade marks Komunitarji kollettivi, verbali u figurattivi preċedenti DARJEELING — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

40

2015/C 389/43

Kawża T-633/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Reed Exhibitions vs UASI (INFOSECURITY) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INFOSECURITY — Raġuni assoluta għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu — Artikoli 7(1)(b) u (ċ) u 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni]

41

2015/C 389/44

Kawża T-684/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 25 ta’ Settembru 2015 – Copernicus-Trademarks vs UASI – Bolloré (BLUECO) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BLUECO — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUECAR — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Natura distintiva tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Talba għal riforma mressqa mill-intervenjenti — Artikolu 65(4) tar-Regolament Nru 207/2009)

42

2015/C 389/45

Kawża T-720/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Gat Microencapsulation vs UASI – BASF (KARIS) [“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KARIS — Trade marks Komunitarja u internazzjonali verbali preċedenti CARYX — Trade marks nazzjonali u fil-Benelux verbali preċedenti AKRIS — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

42

2015/C 389/46

Kawża T-136/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Tilda Riceland Private vs UASI – Siam Grains (BASmALI) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva BASmALI — Trade mark preċedenti mhux irreġistrata jew sinjal preċedenti BASMATI — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

43

2015/C 389/47

Kawża T-193/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Cristiano di Thiene vs UASI – Nautica Apparel (AERONAUTICA) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AERONAUTICA — Trade marks Komunitarji verbali preċedenti NAUTICA u NAUTICA BLUE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

44

2015/C 389/48

Kawża T-195/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Primagaz vs UASI – Reeh (PRIMA KLIMA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PRIMA KLIMA — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PRIMAGAZ — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Pubbliku rilevanti — Xebh tal-prodotti u tas-servizzi — Xebh tas-sinjali — Karattru distintiv ta’ element verbali li jfaħħar — Paragun kunċettwali — Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

45

2015/C 389/49

Kawża T-205/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Schroeder vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni [Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Dumping — Importazzjoni ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat li joriġina miċ-Ċina — Regolament (KE) Nru 1355/2008 ddikjarat invalidu mill-Qorti tal-Ġustizzja — Dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-regolament — Rikors għad-danni — Eżawriment tar-rimedji nazzjonali — Ammissibbiltà — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li sar Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009] — Dmir ta’ diliġenza — Rabta kawżali]

46

2015/C 389/50

Kawża T-206/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Hüpeden vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat li joriġina miċ-Ċina — Regolament (KE) Nru 1355/2008 iddikjarat invalidu mill-Qorti tal-Ġustizzja — Dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-Regolament — Rikors għad-danni — Eżawriment tad rimedji nazzjonali — Ammissibbiltà — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li sar l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009] — Dmir ta’ diliġenza — Rabta kawżali)

46

2015/C 389/51

Kawża T-209/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – Bopp vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ qafas ottagonali aħdar) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta qafas ottagonali aħdar — Raguni assoluta għal rifjut — Karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009

47

2015/C 389/52

Kawża T-211/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Klement vs UASI – Bullerjan (Forma ta’ forn) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ forn — Użu ġenwin mit-trade mark — Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Natura tal-użu mit-trade mark — Forma li tvarja permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv]

48

2015/C 389/53

Kawża T-317/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Klement vs UASI – Bullerjan (Forma ta’ forn) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja tridimensjonali — Forma ta’ forn — Użu ġenwin tat-trade mark — Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Natura tal-użu tat-trade mark — Forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv]

49

2015/C 389/54

Kawża T-366/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – August Storck vs UASI (2good) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 2good — Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009]

49

2015/C 389/55

Kawża T-369/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Sequoia vs UASI – Sequoia Capital (SEQUOIA CAPITAL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali SEQUOIA CAPITAL — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEQUOIA — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni)

50

2015/C 389/56

Kawża T-382/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Rintisch vs UASI – Compagnie laitière européenne (PROTICURD) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea — Trade mark verbali PROTICURD — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti PROTI u PROTIPLUS — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Proti Power — Raġuni relattiva għal rifjut — Ammissibbiltà — Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti — Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009)

51

2015/C 389/57

Kawża T-385/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Volkswagen vs UASI (ULTIMATE) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ULTIMATE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

51

2015/C 389/58

Kawża T-588/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Mechadyne International vs UASI (FlexValve) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FlexValve — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009]

52

2015/C 389/59

Kawża T-591/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – BSH vs UASI (PerfectRoast) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PerfectRoast — Rifjut ta’ reġistrazzjoni — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009]

53

2015/C 389/60

Kawża T-641/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Dellmeier vs UASI – Dell (LEXDELL) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali LEXDELL — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti DELL — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Ksur tal-karattru distintiv jew tar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009)

54

2015/C 389/61

Kawża T-707/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 25 ta’ Settembru 2015 – Grundig Multimedia vs UASI [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali DetergentOptimiser — Raġuni assoluta għal rifjut — Natura deskrittiva — Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Ugwaljanza fit-trattament]

54

2015/C 389/62

Kawża T-540/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 – Société européenne des chaux et liants vs ECHA (Rikors għal annullament — REACH — Impożizzjoni ta’ spiża amministrattiva għal żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża — Sistema lingwistika — Terminu għall-preżentata ta’ rikors — Inammissibbiltà)

55

2015/C 389/63

Kawża T-38/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2015 – Kafetzakis et vs Il-Parlament et (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għad-danni — Ristrutturar tad-dejn pubbliku tal-Greċja — Involviment tas-settur privat — Dannu relatat mat-tnaqqis tal-krediti pprovduti bħala kumpensi tat-tkeċċija — Dikjarazzjonijiet tal-kapijiet tal-Istati jew tal-Gvernijiet taż-Żona Euro u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni — Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro — Assenza ta’ preċiżazzjoni tar-rabta kawżali mad-dannu invokat — Inammissibbiltà)

56

2015/C 389/64

Kawża T-350/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2015 – Aravinitis et vs Il-Parlament et (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għad-danni — Terminazzjoni tal-attività tal-kumpannija Olympiaki Aeroporia (OA) — Dannu allegatament subit mill-impjegati temporanji ta’ OA minħabba n-nuqqas li tittieħed azzjoni mill-konvenuti li jikkonsisti fin-nuqqas milli jħarsu li jiġu applikati r-regoli tal-liġi tal-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni tat-tkeċċija tagħhom — Assenza ta’ preċiżazzjoni tar-rabta kawżali bejn id-dannu invokat u l-aġir tal-konvenuti — Inammissibbiltà)

56

2015/C 389/65

Kawża T-413/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2015 – Grigoriadis et vs Il-Parlament et (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Ristrutturar tad-dejn pubbliku tal-Greċja — Involviment tas-settur privat — Dannu relatat mat-tnaqqis tal-krediti — Dikjarazzjonijiet tal-kapijiet tal-Istati jew tal-Gvernijiet taż-Żona Euro u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni — Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro — Assenza ta’ preċiżazzjoni tar-rabta kawżali mad-dannu invokat — Inammissibbiltà)

57

2015/C 389/66

Kawża T-464/14 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2015 – Nieminen vs Il-Kunsill (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Proċeduri ta’ promozzjoni 2010 u 2011 — Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 12 — Dritt għal smigħ xieraq — Drittijiet tad-difiża — Portata tal-istħarriġ ġuridiku fl-ewwel istanza — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Assenza ta’ żball ta’ liġi u ta’ żnaturament — Appell manifestament infondat fid-dritt)

58

2015/C 389/67

Kawża T-545/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2015 – GEA Group vs UASI (engineering for a better world) Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali engineering for a better world — Deċiżjoni purament konfermattiva — Karattru definittiv tad-deċiżjoni konfermattiva — Konstatazzjoni ex officio — Inammissibbiltà

59

2015/C 389/68

Kawża T-497/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2015 – Oltis Group vs Il-Kummissjoni

59

2015/C 389/69

Kawża T-550/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2015 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

60

2015/C 389/70

Kawża T-551/15: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

62

2015/C 389/71

Kawża T-561/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2015 – Universidad Internacional de la Rioja vs UASI – Universidad de la Rioja (UNIVERSIDAD INTERNACIONAL DE LA RIOJA UNiR)

63

2015/C 389/72

Kawża T-572/15: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Aldi vs UASI – Rouard (GOURMET)

64

2015/C 389/73

Kawża T-191/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – Greenwood Houseware (Zhuhai) et vs Il-Kunsill

65

2015/C 389/74

Kawża T-267/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – db-Technologies Deutschland vs UASI – MIP Metro (Sigma)

65

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 389/75

Kawża F-113/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 – DI vs UEAA (Servizz pubbliku — Persunal tal-UEAA — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Perijodu ta’ prova — Tkeċċija minħabba inkompetenza manifesta — Rikors għal annullament — Qbil bejn ir-rikors u t-talba — Assenza — Inammissibbiltà manifesta — Rikors għal kumpens)

66

2015/C 389/76

Kawża F-29/13 RENV: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Drakeford vs EMA

66


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 389/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 381, 16.11.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 371, 9.11.2015

ĠU C 363, 3.11.2015

ĠU C 354, 26.10.2015

ĠU C 346, 19.10.2015

ĠU C 337, 12.10.2015

ĠU C 328, 5.10.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Jørgen Andersen, Ir-Renju tad-Danimarka, Danske Statsbaner SV (DSB)

(Kawża C-303/13 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Daniżi lill-impriża pubblika Danske Statsbaner (DSB) - Kuntratti ta’ servizz pubbliku għall-provvista ta’ servizzi ferrovjarji bejn Kopenħagen (id-Danimarka) u Ystad (l-Isvezja) - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern taħt ċerti kundizzjonijiet - Applikazzjoni rationae temporis tar-regoli tad-dritt sostantiv))

(2015/C 389/02)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Armati u T. Maxian Rusche, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Jørgen Andersen (rappreżentanti: J. Rivas Andrés, G. van de Walle de Ghelcke u M. Nissen, avukati), ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning u V. Pasternak Jørgensen, aġenti, assistiti minn R. Holdgaard, avukat), Danske Statsbaner SV (DSB) (rappreżentant: M. Honoré, avukat)

Parti intervenjenti in sostenn ta’ Jørgen Andersen: Dansk Tog (rappreżentanti: G. van de Walle de Ghelcke, J. Rivas Andrés u M. Nissen, avukati)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Andersen vs Il-Kummissjoni (T-92/11, EU:T:2013:143) hija annullata sa fejn, permezz tagħha, fir-rigward tal-għajnuna mħallsa mit-3 ta’ Diċembru 2009 taħt it-tieni kuntratt ta’ servizz pubbliku ta’ trasport konkluż għas-snin 2005 sa 2014, il-Qorti Ġenerali annullat it-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2011/3/UE tal-Kummissjoni, tal-24 ta’ Frar 2010, dwar il-kuntratti ta’ servizz pubbliku ta’ trasport bejn il-Ministeru Daniż ta’ trasport u Danske Statsbaner [Għajnuna mill-Istat C 41/08 (ex NN 35/08)].

2)

Il-kumplament tal-appell prinċipali huwa miċħud.

3)

L-appelli inċidentali huma miċħuda.

4)

Il-kawża għandha tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tagħti deċiżjoni dwar it-tliet motivi tar-rikors, billi tieħu inkunsiderazzjoni l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007 dwar is-servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bir-rotta, u li jabroga ir-Regolamenti (KEE) Nru 1191/69 u (KEE) Nru 1107/70 tal-Kunsill, dwar il-legalità tad-Deċiżjoni 2011/3/UE, sa fejn tiddikjara li l-għajnuna mħallsa mit-3 ta’ Diċembru 2009 taħt it-tieni kuntratt ta’ servizz pubbliku ta’ trasport konkluż għas-snin 2005 sa 2014 kienet kompatibbli mas-suq intern.

5)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 252, 31.08.2013.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance de Bordeaux – Franza) – Thierry Delvigne vs Commune de Lesparre Médoc, Préfet de la Gironde

(Kawża C-650/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 39 u 49 - Il-Parlament Ewropew - Elezzjonijiet - Dritt għal vot - Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea - Retroattività tal-liġi penali l-inqas severa - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-projbizzjoni tad-dritt għal vot fil-każ ta’ kundanna penali mogħtija fl-aħħar istanza qabel l-1 ta’ Marzu 1994))

(2015/C 389/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal d’instance de Bordeaux

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Thierry Delvigne

Konvenuti: Commune de Lesparre Médoc, Préfet de la Gironde

Dispożittiv

L-Artikolu 39(2) u l-aħħar sentenza tal-Artikolu 49(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li teskludi ipso iure mill-benefiċjarji ta’ dritt għal vot fl-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-persuni li bħar-rikorrent fil-kawża prinċipali, ġew ikkundannati għal reat serju li sar definittiv qabel l-1 ta’ Marzu 1994.


(1)  ĠU C 129, 28.04.2014


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sø- og Handelsretten – id-Danimarka) – Post Danmark A/S vs Konkurrencerådet

(Kawża C-23/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 82 KE - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Suq għad-distribuzzjoni tal-posta fi kwantità kbira - Reklamar dirett bil-posta - Sistema ta’ tnaqqis retroattiv - Effett ta’ esklużjoni - Kriterju tal-kompetitur daqstant effettiv - Livell ta’ probabbiltà u natura serja ta’ effett antikompetittiv))

(2015/C 389/04)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Sø- og Handelsretten

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Post Danmark A/S

Konvenuta: Konkurrencerådet

Dispożittiv

1)

Sabiex jiġi stabbilit jekk sistema ta’ tnaqqis, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, implementata minn impriża f’pożizzjoni dominanti jistax jkollha effett ta’ esklużjoni fis-suq, bi ksur tal-Artikolu 82 KE, għandhom jiġu eżaminati ċ-ċirkustanzi kollha f’dan il-każ, b’mod partikolari l-kriterji u r-regoli dwar l-għoti tat-tnaqqis, l-estensjoni tal-pożizzjoni dominanti tal-impriża kkonċernata u l-kundizzjonijiet speċifiċi tal-kompetizzjoni fis-suq rilevanti. Iċ-ċirkustanza li l-imsemmija sistema ta’ tnaqqis tkopri l-parti l-kbira tal-klijentela fis-suq tista’ tikkostitwixxi indizju utli dwar l-importanza ta’ din il-prattika u dwar l-impatt tagħha fis-suq, u b’hekk issaħħaħ, b’kull probabbiltà, l-effett ta’ esklużjoni antikompetittiv.

2)

L-applikazzjoni tal-kriterju tal-“kompetitur daqstant effettiv” ma tikkostitwixxix kundizzjoni indispensabbli sabiex tiġi kkonstatata n-natura abbużiva ta’ sistema ta’ tnaqqis, fid-dawl tal-Artikolu 82 KE. F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-applikazzjoni tal-kriterju tal-“kompetitur daqstant effettiv” hija rrilevanti.

3)

L-Artikolu 82 KE għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, l-effett antikompetittiv ta’ sistema ta’ tnaqqis użata minn impriża f’pożizzjoni dominanti, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jkun probabbli, mingħajr ma jkun meħtieġ li jintwera li huwa ta’ natura gravi jew notevoli.


(1)  ĠU C 78, 15.3.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale regionale di giustizia amministrativa di Trento – l-Italja) – Orizzonte Salute – Studio Infermieristico Associato vs Azienda Pubblica di Servizi alla persona San Valentino – Città di Levico Terme et

(Kawża C-61/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 89/665/KEE - Kuntratti pubbliċi - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Spejjeż ta’ aċċess għall-ġustizzja amministrattiva fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi - Dritt għal rimedju effettiv - Spejjeż dissważivi - Stħarriġ ġudizzjarju ta’ atti amministrattivi - Prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza - Effett utli))

(2015/C 389/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale regionale di giustizia amministrativa di Trento

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Orizzonte Salute – Studio Infermieristico Associato

Konvenuti: Azienda Pubblica di Servizi alla persona San Valentino – Città di Levico Terme, Ministero della Giustizia, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio die Ministri, Segretario Generale del Tribunale Regionale di Giustizia Amministrativa di Trento (TRGA)

Fil-preżenza ta’: Associazione Infermieristica D & F Care, Camera degli Avvocati Amministrativisti, Camera Amministrativa Romana, Associazione dei Consumatori Cittadini Europei, Coordinamento delle associazioni e dei comitati di tutela dell’ambiente e dei diritti degli utenti e dei consumatori (Codacons), Associazione dei giovani amministrativisti (AGAmm), Ordine degli Avvocati di Roma, Società italiana degli avvocati amministrativisti (SIAA), Ordine degli Avvocati di Trento, Consiglio dell’ordine degli Avvocati di Firenze, Medical Systems SpA

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħolijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet], kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, u bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi l-ħlas ta’ spejjeż ġudizzjarji bħalma hija l-kontribuzzjoni unifikata inkwistjoni fil-kawża prinċipali meta titressaq, quddiem il-qrati amministrattivi, azzjoni fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi.

2)

L-Artikolu 1 tad-Direttiva 89/665, kif emendata bid-Direttiva 2007/66, kif ukoll il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività ma jipprekludux la l-impożizzjoni ta’ spejjeż ġudizzjarji multipliċi fuq individwu li jressaq diversi azzjonijiet ġudizzjarji marbuta mal-istess għoti ta’ kuntratt pubbliku u lanqas li dan l-individwu jiġi obbligat iħallas spejjeż ġudizzjarji addizzjonali sabiex ikun jista’ jressaq motivi addizzjonali dwar l-istess għoti ta’ kuntratt pubbliku, fl-ambitu ta’ proċedura ġudizzjarja pendenti. Madankollu, fil-każ ta’ kontestazzjoni minn parti kkonċernata, hija l-qorti nazzjonali li għandha teżamina s-suġġetti tal-azzjonijiet imressqa minn individwu jew il-motivi mqajma minnu fl-ambitu tal-istess proċedura. Jekk il-qorti nazzjonali tikkonstata li dawn is-suġġetti ma humiex fil-fatt distinti jew ma jikkostitwixxux estensjoni sinjifikattiva tas-suġġett tal-kawża diġà pendenti, il-qorti nazzjonali għandha tiddispensa lil dan l-individwu mill-obbligu ta’ ħlas ta’ spejjeż ġudizzjarji kumulattivi.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu– ir-Rumanija) – Dragoș Constantin Târșia vs Statul român, Serviciul public comunitar regim permise de conducere şi înmatriculare a autovehiculelor

(Kawża C-69/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività - Awtorità ta’ res judicata - Irkupru tal - ammonti mħallsa indebitament - Ħlas lura ta’ taxxi miġbura minn Stat Membru bi ksur tad-dritt tal-Unjoni - Deċiżjoni ġudizzjarja finali li timponi l-ħlas ta’ taxxa li hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni - Talba għar-reviżjoni ta’ tali deċiżjoni ġudizzjarja - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti r-reviżjoni, fid-dawl ta’ deċiżjonijiet preliminari sussegwenti tal-Qorti tal-Ġustizzja, tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji finali mogħtija fi proċeduri amministrattivi biss))

(2015/C 389/06)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dragoș Constantin Târșia

Konvenuti: Statul român, Serviciul public comunitar regim permise de conducere şi înmatriculare a autovehiculelor

Dispożittiv

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari, il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, f’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, li qorti nazzjonali ma jkollhiex il-possibbiltà li tirrevedi deċiżjoni ġudizzjarja finali mogħtija fil-kuntest ta’ rikors ta’ natura ċivili, meta din id-deċiżjoni tkun inkompatibbli ma’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea wara d-data li fiha l-imsemmija deċiżjoni tkun saret finali, minkejja li tali possibbiltà teżisti fir-rigward tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji finali li huma inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni mogħtija fil-kuntest ta’ rikors ta’ natura amministrattiva.


(1)  ĠU C 142, 12.5.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-First-tier Tribunal (Information Rights) – ir-Renju Unit) – East Sussex Country Council vs Information Commissioner

(Kawża C-71/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Direttiva 2003/4/KE - Artikoli 5 u 6 - Aċċess tal-pubbliku għall-informazzjoni fi kwistjonijiet ambjentali - Tariffa għall-provvista ta’ informazzjoni ambjentali - Kunċett ta’ “ammont raġonevoli” - Spejjeż għaż-żamma ta’ database u spejjeż ġenerali - Aċċess għall-ġustizzja - Stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju tad-deċiżjoni li timponi tarifa))

(2015/C 389/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Information Rights)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: East Sussex Country Council

Konvenut: Information Commissioner

Fil-preżenza ta’: Property Search Group, Local Government Association

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-28 ta’ Jannar 2003, dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/313/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li t-tariffa imposta biex jiġi pprovdut tip partikolari ta’ informazzjoni ambjentali ma tista tinkludi l-ebda parti mill-ispejjeż sostnuti għaż-żamma ta’ database, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, użata għal dan il-għan mill-awtorità pubblika, iżda tista’ tinkludi l-spejjeż ġenerali attribwibbli għall-ħin iddedikat mill-persunal ta’ din l-awtorità sabiex iwieġbu għat-talbiet għall-informazzjoni individwali, li huma meħuda inkunsiderazzjoni b’mod adegwat fid-determinazzjoni ta’ din it-tariffa, sakemm l-ammont globali ta’ din it-tariffa ma jaqbiżx ammont raġonevoli.

2)

L-Artikolu 6 tad-Direttiva 2003/4 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li n-natura raġonevoli tat-tariffa imposta għall-provvista ta’ tip partikolari ta’ informazzjoni ambjentali hija biss suġġetta għal stħarriġ amministrattiv u ġudizzjarju ristrett, kif previst fid-dritt Ingliż, sakemm dan l-istħarriġ ikun effettwat fuq il-bażi ta’ elementi oġġettivi u, konformement mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, ikun jirrigwarda l-kwistjoni dwar jekk l-awtorità pubblika li timponi din it-tariffa tissodisfax il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5(2) ta’ din id-direttiva, li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 102, 07.04.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Català de Contractes del Sector Públic – Spanja) – Consorci Sanitari del Maresme vs Corporació de Salut del Maresme i la Selva

(Kawża C-203/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 267 TFUE - Ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kwalità ta’ qorti jew tribunal tal-korp tar-rinviju - Indipendenza - Ġurisdizzjoni obbligatorja - Direttiva 89/665/CEE - Artikolu 2 - Istanzi responsabbli għall-proċeduri għat-tressiq ta’ kawża - Direttiva 2004/18/KE - Artikoli 1(8) u 52 - Proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi - Kunċett ta’ ‘entità pubblika’ - Amministrazzjonijiet pubbliċi - Inklużjoni))

(2015/C 389/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Català de Contractes del Sector Públic

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Consorci Sanitari del Maresme

Konvenuta: Corporació de Salut del Maresme i la Selva

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(8) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “operatur ekonomiku” li jinsab fit-tieni subparagrafu ta’ din id-dispożizzjoni jinkludi l-amministrazzjonijiet pubbliċi, li għaldaqstant jistgħu jieħdu sehem f’sejħiet għal offerti pubbliċi jekk u sa fejn huma intitolati li joffru ċerti servizzi għal remunerazzjoni f’kuntratt.

2)

L-Artikolu 52 tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li, għalkemm jinkludi ċerti rekwiżiti rigward id-determinazzjoni tal-kundizzjonijiet għall-inklużjoni ta’ operaturi ekonomiċi fil-listi uffiċjali nazzjonali u għaċ-ċertifikazzjoni, ma jiddefinixxix b’mod eżawrjenti il-kundizzjonijiet sabiex jiġu inklużi dawn l-operaturi ekonomiċi fil-listi uffiċjali nazzjonali jew il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni tagħhom għaċ-ċertifikazzjoni kif ukoll id-drittijiet u l-obbligi ta’ entitajiet pubbliċi f’dan ir-rigward. Fi kwalunkwe każ, id-Direttiva 2004/18 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li skontha, minn naħa, l-amministrazzjonijiet pubbliċi nazzjonali awtorizzati li joffru x-xogħlijiet, il-prodotti jew is-servizzi koperti mill-avviż ta’ kuntratt ikkonċernat ma jistgħux ikunu inklużi f’dawn il-listi, jew ma jistgħux jibbenefikaw minn din iċ-ċertifikazzjoni, filwaqt li, min-naħa l-oħra, id-dritt li jieħdu sehem fis-sejħa għall-offerti kkonċernata huwa rriżervat biss għall-operaturi li jinsabu fl-imsemmija listi jew għandhom l-imsemmija ċertifikazzjoni.


(1)  ĠU C 235, 21.07.2014


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d'État – il-Belġju) – Alain Laurent Brouillard vs Jury du concours de recrutement de référendaires près la Cour de cassation, État belge

(Kawża C-298/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-persuni - Artikoli 45 TFUE u 49 TFUE - Ħaddiema - Impjiegi fl-amministrazzjoni pubblika - Direttiva 2005/36/KE - Rikonoxximent ta’ kwalifikazzjonijiet professjonali - Kunċett ta’ ‘professjoni rregolata’ - Ammissjoni f’kompetizzjoni ta’ reklutaġġ ta’ assistenti ġudizzjarji mal-Cour de cassation (Il-Belġju)))

(2015/C 389/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d'État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alain Laurent Brouillard

Konvenuti: Jury du concours de recrutement de référendaires près la Cour de cassation, État belge

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, japplika għal sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha ċittadin ta’ Stat Membru, li jirrisjedi u jaħdem f’dan l-Istat Membru, ikun detentur ta’ diploma miksuba fi Stat Membru ieħor, li huwa jinvoka sabiex japplika għal kompetizzjoni ta’ reklutaġġ ta’ assistenti ġudizzjarji mal-Cour de cassation tal-ewwel Stat Membru, u , min-naħa l-oħra, li tali sitwazzjoni ma taqax taħt l-Artikolu 45(4) TFUE.

2)

Id-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-funzjoni ta’ assistent ġudizzjarju mal-Cour de cassation ma hijiex “professjoni rregolata”, fis-sens ta’ din id-direttiva.

3)

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li dan jipprekludi li, f’ċirkustanzi bħal dawk preżenti fil-kawża prinċipali, il-bord tal-għażla għar-reklutaġġ tal-assistenti ġudizzjarji ma’ qorti ta’ Stat Membru, meta jeżamina talba għall-parteċipazzjoni f’din il-kompetizzjoni ppreżentata minn ċittadin ta’ dan l-Istat Membru, jissuġġetta din il-parteċipazzjoni għall-pussess tad-diplomi rikjesti mil-leġiżlazzjoni tal-imsemmi Stat Membru jew għar-rikonoxximent tal-ekwivalenza akkademika ta’ diploma ta’ master mogħtija mill-università ta’ Stat Membru ieħor, mingħajr ma jieħu inkunsiderazzjoni d-diplomi, ċertifikati u titoli oħra kif ukoll l-esperjenza professjonali rilevanti tal-persuna kkonċernata, billi jwettaq paragun bejn il-kwalifiki professjonali ċċertifikati minn dawn tal-aħħar u dawk rikjesti minn din il-leġiżlazzjoni.


(1)  ĠU C 303, 08.09.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Cluj – ir-Rumanija) – SC Capoda Import-Export SRL vs Registrul Auto Român, Benone-Nicolae Bejan

(Kawża C-354/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-merkanzija - Miżuri li għandhom effett ekwivalenti - Prodotti f’moviment liberu fil-Ġermanja - Prodotti suġġetti għall-kontrolli ta’ approvazzjoni fir-Rumanija - Ċertifikat ta’ konformità pprovdut minn distributur ta’ Stat Membru ieħor - Ċertifikat meqjus bħala insuffiċjenti sabiex jippermetti l-kummerċjalizzazzjoni libera ta’ dawn il-prodotti - Prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku - Inammissibbiltà parzjali))

(2015/C 389/10)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Cluj

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Capoda Import-Export SRL

Konvenuta: Registrul Auto Român, Benone-Nicolae Bejan

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 34 TFUE u 31(1) u (12) tad-Direttiva Nru 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru), għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-kummerċjalizzazzjoni fi Stat Membru ta’ partijiet ta’ bdil ġodda għall-vetturi tat-triq – f’dan il-każ, pompi tal-ilma u filtri tal-karburant – għall-applikazzjoni ta’ proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip f’dan l-Istat Membru, sakemm din il-leġiżlazzjoni tipprevedi, barra minn hekk, eċċezzjonijiet li jiżguraw li l-partijiet ta’ bdil legalment immanifatturati u kkummerċjalizzati fl-Istati Membri l-oħra jkunu eżentati jew, jekk dan ma jsirx, li l-parti ta’ bdil inkwistjoni tkun tali li x’aktarx toħloq riskju serju fil-funzjonament xieraq tas-sistemi essenzjali għas-sikurezza tal-vettura jew għall-prestazzjoni ambjentali tagħha u li din il-proċedura ta’ approvazzjoni tat-tip tkun strettament meħtieġa u pproporzjonata f’dak li jirrigwarda l-għanijiet tal-protezzjoni tas-sikurezza tat-triq jew tal-protezzjoni ambjentali.

2)

Il-kundizzjonijiet li taħthom għandha tiġi rrapportata l-prova li dawn il-partijiet ta’ bdil diġà ġew approvati jew jikkostitwixxu partijiet ta’ bdil oriġinali jew ta’ kwalità ekwivalenti, jaqgħu, fl-assenza ta’ leġiżlazzjoni fid-dritt tal-Unjoni, taħt id-dritt tal-Istati Membri, suġġett għall-prinċipji ta’ ekwivalenza u effettività.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší soud České republiky – ir-Repubblika Ċeka) – proċedura mibdija minn Marie Matoušková, bħala Kummissarju tal-qorti fil-proċedura ta’ suċċessjoni

(Kawża C-404/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 1(1)(b) - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Ftehim dwar it-tqassim tas-suċċessjoni bejn il-konjuġi tal-persuna mejta u t-tfal minorenni tagħha, irrappreżentati minn tutur ad litem - Klassifikazzjoni - Neċessità ta’ approvazzjoni ta’ tali ftehim mill-qorti - Miżura dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri jew miżura dwar is-suċċessjonijiet))

(2015/C 389/11)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší soud České republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Marie Matoušková, bħala Kummissarju tal-qorti fil-proċedura ta’ suċċessjoni

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-approvazzjoni ta’ ftehim dwar it-tqassim tas-suċċessjoni konkluż minn tutur tat-tfal minorenni f’isimhom tikkostitwixxi miżura dwar l-eżerċizzju tar-responsabbiltà tal-ġenituri, fis-sens tal-Artikolu 1(1)(b) ta’ dan ir-regolament, għalhekk taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan tal-aħħar, u mhux miżura dwar is-suċċessjonijiet, fis-sens tal-Artikolu 1(3)(f) tal-imsemmi regolament, eskluża mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice, Family Division (England and Wales) – ir-Renju Unit) – A vs B

(Kawża C-489/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Lis alibi pendens - Artikoli 16 u 19(1) u (3) - Proċedura għal separazzjoni legali fl-ewwel Stat Membru u proċedura għal divorzju fit-tieni Stat Membru - Ġurisdizzjoni tal-qorti adita l-ewwel - Kunċett ta’ ġurisdizzjoni ‘stabbilita’ - Skadenza tal-ewwel proċedura u preżentata ta’ proċedura ġdida għal divorzju fl-ewwel Stat Membru - Konsegwenzi - Differenza fil-ħin bejn l-Istati Membri - Effetti fuq il-proċedura ta’ tressiq ta’ kawża quddiem qorti))

(2015/C 389/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice, Family Division (England and Wales)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A

Konvenut: B

Dispożittiv

Fir-rigward ta’ proċeduri għal separazzjoni legali u għal divorzju mibdija bejn l-istess partijiet quddiem qrati ta’ żewġ Stati Membri, l-Artikolu 19(1) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-proċedura quddiem il-qorti adita l-ewwel fl-ewwel Stat Membru tiskadi wara li l-kawża titressaq quddiem it-tieni qorti fit-tieni Stat Membru, il-kriterji ta’ lis alibi pendens ma jibqgħux issodisfatti u, għaldaqstant, il-ġurisdizzjoni tal-qorti adita l-ewwel għandha titqies li ma hijiex stabbilita.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Ottubru 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Nejvyšší správní soud – ir-Repubblia Ċeka) – Český telekomunikační úřad vs T-Mobile Czech Republic a.s., Vodafone Czech Republic a.s.

(Kawża C-508/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2002/22/KE (Direttiva “servizz universali”) - Kalkolu tal-ispiża tal-obbligi ta’ servizz universali - Teħid inkunsiderazzjoni tar-rata ta’ rendiment tal-fondi proprji - Effett dirett - Applikazzjoni ratione temporis))

(2015/C 389/13)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Český telekomunikační úřad

Konvenuti: T-Mobile Czech Republic a.s., Vodafone Czech Republic a.s.

Fil-preżenza ta’: O2 Czech Republic a.s., li kienet Telefónica Czech Republic a.s., UPC Česká republika s.r.o.

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva Servizz Universali), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux li l-ispiża netta tal-obbligu ta’ servizz universali tkun tinkludi l-“profitt raġonevoli” tal-fornitur ta’ dan is-servizz ikkostitwit mir-rata ta’ rendiment tal-fondi proprji meħtieġa minn impriża paragunabbli mal-fornitur tas-servizz universali li tkun qed tikkunsidra jekk tfornix is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali għall-perijodu kollu ta’ inkarigu jew le, filwaqt li jiġi kkunsidrat il-livell tar-riskju.

2)

L-Artikoli 12 u 13 tad-Direttiva 2002/22 għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipproduċu effett dirett u li jistgħu jiġu invokati direttament quddiem qorti nazzjonali minn individwi sabiex jikkontestaw deċiżjoni tal-awtorità regolatorja nazzjonali.

3)

Id-Direttiva 2002/22 għandha tiġi interpretata fis-sens li hija ma hijiex applikabbli għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-ammont tal-ispiża netta tal-obbligi ta’ servizz universali pprovduti mill-impriża nnominata matul il-perijodu ta’ qabel l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka fl-Unjoni, jiġifieri, għas-sena 2004, matul il-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar u t-30 ta’ April 2004.


(1)  ĠU C 56, 16.02.2015.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/12


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2014 minn Giorgio Giorgis mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-25 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-474/12 – Giorgio Giorgis vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-531/14 P)

(2015/C 389/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Giorgio Giorgis (rappreżentanti: I.M. Prado, A. Tornato, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Comigel SAS

Permezz ta’ digriet tat-2 ta’ Settembru 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil Giorgio Giorgis ibati l-ispejjeż tiegħu.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/13


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 minn Yoshida Metal Industry Co. Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-21 ta’ Mejju 2015 fil-Kawżi magħquda T-331/10 RENV u T-416/10 RENV – Yoshida Metal Industry Co. Ltd vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-421/15 P)

(2015/C 389/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Yoshida Metal Industry Co. Ltd (rappreżentanti: J. Cohen, Solicitor, G. Hobbs QC, T. St Quintin, Barrister)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Pi-Design AG, Bodum France, Bodum Logistics A/S

Talbiet

Prinċipalment, l-appellanti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015, Yoshida Metal Industry vs UASI, T-331/10 RENV u T-416/10 RENV;

tilqa’ r-rikors tal-appellanti għal annullament fil-kawża li tat lok għas-sentenza appellata u tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-20 ta’ Mejju 2010 fil-Każ R 1235/2008-1;

tilqa’ r-rikors tal-appellanti għal annullament fil-kawża li tat lok għas-sentenza appellata u tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-20 ta’ Mejju 2010 fil-Każ R 1237/2008-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju u l-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż irriżervati permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Marzu 2014, Pi-Design et vs Yoshida Metal Industry, C-337/12 P sa C-340/12 P.

Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ma jogħġobhiex tilqa’ t-talba prinċipali, ir-rikorrenti titlobha sussidjarjament, li:

tannulla s-sentenza kkontestata sa fejn din tikkonċerna l-prodotti li ġejjin li għalihom ġew irreġistrati it-trade marks Komunitarji Nri 1 371 244 u 1 372 580: fil-klassi 8, mwielaq u kontentituri ta’ mwielaq; fil-klassi 21, għodod u reċipjenti għat-tindif jew għal kċina (mhux minn metalli prezzjużi, jew ibbanjati fihom) u blokok għas-skieken;

tilqa’ r-rikors tal-appellanti għal annullament fil-kawża li tat lok għas-sentenza appellata u tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-20 ta’ Mejju 2010 fil-Każ R 1235/2008-1 sa fejn dan jikkonċerna l-prodotti li ġejjin li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark Komunitarja Nru 1 371 244: fil-klassi 8, mwielaq u kontentituri ta’ mwielaq; fil-klassi 21, għodod u reċipjenti għat-tindif jew għal kċina (mhux minn metalli prezzjużi, jew ibbanjati fihom) u blokok għas-skieken;

tilqa’ r-rikors tal-appellanti għal annullament fil-kawża li tat lok għas-sentenza appellata u tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-20 ta’ Mejju 2010 fil-Każ R 1237/2008-1 sa fejn dan jikkonċerna l-prodotti li ġejjin li għalihom ġiet irreġistrata t-trade mark Komunitarja Nru 1 371 580: fil-klassi 8, mwielaq u kontentituri ta’ mwielaq; fil-klassi 21, għodod u reċipjenti għat-tindif jew għal kċina (mhux minn metalli prezzjużi, jew ibbanjati fihom) u blokok għas-skieken;

tikkundanna lill-Uffiċċju u lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom kif ukoll għal dawk sostnuti mir-rikorrenti, inklużi l-ispejjeż irriżervati permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Marzu 2014, Pi-Design et vs Yoshida Metal Industry, C-337/12 P sa C-340/12 P.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji:

l-ewwel aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li s-sentenza appellata wettqet interpretazzjoni żbaljata u, konsegwentement, applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja (1) fir-rigward tas-sinjali suġġetti għal rappreżentazzjoni grafika fit-trade marks kontenzjużi;

it-tieni aggravju huwa bbażat fuq il-fatt li, barra minn hekk jew sussidjarjament, is-sentenza appellata tikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 52(3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja sa fejn din ma eżaminatx l-applikabbiltà tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja għal kull kategorija ta’ prodotti li għalihom ġew irreġistrati s-sinjali li huma s-suġġett ta’ rappreżentazzjoni grafika fit-trade marks ikkontestati.

Insostenn tal-ewwel aggravju tagħha, l-appellanti ssostni essenzjalment l-elementi li ġejjin:

Fil-punt 39, is-sentenza appellata tikkonstata li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(ċ)(ii) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja japplikaw għal kull sinjal, kemm jekk bidimensjonali u kemm jekk tridimensjonali, peress li l-karatteristiċi kollha essenzjali ta’ sinjal jissodisfaw funzjoni teknika. Madankollu, peremezz ta’ din il-konstatazzjoni u billi tapplikaha għat-trade marks kontenzjużi, is-sentenza appellata tikser (u, konsegwentement, u xxejjen mill-effett tagħhom) il-konstatazzjonijiet tas-sentenza Lego Juris vs UASI, C-48/09 P, EU:C:2010:516, punt 48, jiġifieri, minn-naħa, li l-imsemmija dispożizzjonijiet ma jostakolawx ir-reġistrazzjoni ta’ sinjal bħala trade mark “għas-sempliċi raġuni li hija tippreżenta karatteristiċi utilitarji” u, min-naħa l-oħra, li t-termini “esklużivament” u “neċessarja” jservu f’dawn id-dispożizzjonijiet sabiex jirrestrinġu l-kamp ta’ applikazzjoni biss għall-“forom ta’ prodott li jinkorporaw soluzzjoni teknika biss”.

Skont il-konstatazzjonijiet tas-sentenza Lego Juris vs L-UASI, C-48/09 P, EU:C:2010:516, il-Qorti Ġenerali kellha tikkonkludi li l-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja ma jimponi l-ebda kundizzjoni legali li s-sinjal bidimensjonali jew tridimensjonali m’għandux ikollhom karatteristika utilitarja u li ma jostakolax ir-reġistrazzjoni ta’ sinjali “ibridi” li jinkludu elementi ta’ diżinn dekorattivi importanti mill-perspettiva viżiva li mhux biss “jinkorporaw soluzzjoni teknika”, iżda għandhom ukoll funzjoni distintiva bħal dik li huma mistennija li jkollhom it-trade marks. Madankollu, il-Qorti Ġenerali injorat b’mod żbaljat kriterji legali rilevanti (u, konsegwentement, ma implementathomx) għall-applikazzjoni tla-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u billi ma bbażatx ruħha fuq il-priniċpju li s-sinjali suġġetti għal rappreżentazzjoni grafika fit-trade marks kontenzjużi jikkostitwixxu sinjali “ibridi”, li jinkludu elementi ta’ diżinn dekorattivi (diżinni importanti mill-perspettiva viżiva għal kull osservant fil-forma ta’ tikek suwed maħluqa b’ibbuzzar u bl-għoti tal-kulur lill-partijiet ibbuzzati) li, kif tikkonfema d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-31 ta’ Ottubru 2001 ċċitata fil-punt 5 tas-sentenza appellata, huma ta’ natura distintiva.

Kieku l-Qorti Ġenerali Tribunal ma wettqitx interpretazzjoni u, kosegwentement, applikazzjoni żbaljata tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, billi adottat u implementat approċċ żbaljat għall-kapaċità tal-partijiet ibbuzzati li jkollhom kemm natura distintiva għas-sinjali li huma s-suġġett ta’ rappreżentazzjoni grafika fit-trade marks kontenzjużi, din kienet tikkonkludi li d-dispożizzjonijiet iċċitati iktar 'il fuq ma kinux jeskludu ir-reġisytrazzjoni ta’ dawn is-sinjali u li d-deċiżjonijiet f’sens kuntrarju tal-Ewwel Bord tal-Uffiċċju kienu vvizzjati bi żball u kellhom jiġu annullati.

Insostenn tat-tieni aggravju, l-appellanti essenzjalment issostni dan li ġej:

Skont l-Artikolu 52(3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja, il-Qorti Ġenerali kienet obbligata li teżamina jekk l-Artikolu 7(1)(e)(ii), tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja kellux l-effett li jannulla s-sinjali li huma s-suġġett ta’ rappreżentazzjoni grafika fit-trade marks kontenzjużi peress li dawn huma biss “forom ta’ prodott li jinkorporaw soluzzjoni teknika biss” (b’segwitu għas-sentenza Lego Juris vs UASI, C-48/09 P, EU:C:2010:516, punt 48), għall-prodotti kollha li għalihom ġew irreġistrati jew li għal uħud minnhom biss u, f’dan l-aħħar imsemmi każ, għal-liema kategoriji ta’ prodotti li għalihom ġew irreġistrati s-sinjali. Il-Qorti Ġenerali ma wettqitx dan l-eżami, li huwa kundizzjoni essenzjali, u għalhekk naqset milli tagħmel konstatazzjonijiet li fuqhom kienet tiddependi neċessarjament il-legalità tal-konklużjonijiet tagħha fir-rigward tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.

Barra minn hekk u fi kwalunkwe każ, il-Qorti Ġenerali ma setgħetx tissodisfa l-kundizzjoni essenzjali tal-Artikolu 52(3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja billi timplementa r-raġunament li hija segwiet għall-konstatazzjonijiet tagħha abbażi tal-Artikolu 7(3)(e)(ii), għall-prodotti kollha li ma għandhomx imqabad li għalihom ġew irreġistrati s-sinjali li huma s-suġġett ta’ rappreżentazzjoni grafika fit-trade marks kontenzjużi. B’mod partikolari, is-sinjali ġew irreġistrati għall-kategoriji li ġejjin ta’ prodotti li ma għandhom imqabad li għalihom il-konstatazzjonijiet tal-Qorti Ġenerali abbażi tal-Artikolu 7(1)(e)(ii) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja ma jistgħux japplikaw skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 52(3) tiegħu: fil-klassi 8, mwielaq u kontentituri ta’ mwielaq; fil-klassi 21, għodod u reċipjenti għat-tindif jew għal kċina (mhux minn metalli prezzjużi, jew ibbanjati fihom) u blokok għas-skieken.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (Verżjoni kodifikata) (ĠU L 78, p. 1).


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský soud v Ostravě (Ir-Repubblika Ċeka) fit-18 ta’ Awwissu 2015 – Ivo Muladi vs Krajský úřad Moravskoslezského kraje

(Kawża C-447/15)

(2015/C 389/16)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Krajský soud v Ostravě

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ivo Muladi

Konvenuta: Krajský úřad Moravskoslezského kraje

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2003/59/KE (1) jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi kundizzjonijiet oħra għall-eżenzjoni tal-obbligu ta’ klassifikazzjoni inizjali tax-xufiera ta’ ċerti vetturi tat-triq użati għat-trasport tal-merkanzija jew tal-persuni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Volum 7, p. 441.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hessische Landesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Awwissu 2015 – Jürgen Webb-Sämann vs Christopher Seagon (amministratur tal-proċedura ta’ insolvenza ta’ Baumarkt Praktiker DIY GmbH)

(Kawża C-454/15)

(2015/C 389/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hessische Landesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jürgen Webb-Sämann

Konvenut: Christopher Seagon (amministratur tal-proċedura ta’ insolvenza ta’ Baumarkt Praktiker DIY GmbH)

Domanda preliminari

Interpretazzjoni nazzjonali li tipprevedi li djun salarjali dovuti, li ġew fdati lill-persuna li timpjega sabiex jinżammu għandu bil-għan li jitħallsu f’data stabbilita fi fond ta’ rtirar, iżda li ma tħallsux minn dan tal-aħħar f’kont separat sabiex b’hekk tali djun huma esklużi mid-dritt ta’ separazzjoni mill-massa tal-falliment previst fl-Artikolu 47 tar-regolament dwar l-insolvenza (Insolvenzordnung), tikser id-dispożizzjoni tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 94/2008/KE (1) jew id-dritt tal-Unjoni?


(1)  Direttiva 2008/94/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, dwar il-protezzjoni tal-impjegati fil-każ tal-insolvenza ta’ min iħaddimhom (ĠU L 283, p. 36).


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Awwissu 2015 – BASF SE vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-456/15)

(2015/C 389/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: BASF SE

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Domandi preliminari

1)

Id-Deċiżjoni 2013/448/UE (1) hija nulla u kuntrarja għall-għanijiet tad-Direttiva 2003/87/KE sa fejn tistabbilixxi l-fattur ta’ korrezzjoni uniformi u bejn is-setturi b’tali mod li, fil-kuntest tal-kalkolu tal-kwantità annwali massima ta’ kwoti previst fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE (limitu impost fuq l-industrija), l-emissjonijiet ta’ gassijiet residwi li jintużaw sabiex jipproduċu l-elettriku u l-emissjonijiet ikkawżati mill-produzzjoni tas-sħana mill-koġenerazzjoni ma ttiħdux inkunsiderazzjoni?

2)

Id-Deċiżjoni 2013/448/UE hija nulla u kuntrarja għall-għanijiet tad-Direttiva 2003/87/KE sa fejn toħloq żbilanċ billi teskludi l-emissjonijiet ikkawżati mill-kombustjoni ta’ gassijiet residwi u mis-sħana prodotta mill-koġenerazzjoni mill-bażi ta’ kalkolu prevista fl-Artikolu 10a(5)(a) u (b), meta dawn jagħtu dritt għall-allokazzjoni ta’ kwoti mingħajr ħlas konformement mal-Artikolu 10a(1) u (4) tad-Direttiva 2003/87/KE u mad-Deċiżjoni 2011/278/UE (2) għal installazzjoni li ma tkunx koperta mill-Artikolu 10a(3) tad-Direttiva 2003/87/KE?

3)

Id-Deċiżjoni 2013/448/UE hija nulla u kuntrarja għall-għanijiet tad-Direttiva 2003/87/KE sa fejn tistabbilixxi l-fattur ta’ korrezzjoni uniformi u bejn is-setturi b’tali mod li, fil-kuntest tal-kalkolu tal-kwantità annwali massima ta’ kwoti previst fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE (limitu impost fuq l-industrija), l-emissjonijiet tal-installazzjonijiet li ġew suġġetti għas-sistema ta’ skambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet biss matul it-tieni perijodu kif ukoll tal-installazzjonijiet inklużi f’din is-sistema fuq il-bażi tal-għażla (“opt-in”) ma ttiħdux inkunsiderazzjoni?

4)

Id-Deċiżjoni 2013/448/UE hija nulla u kuntrarja għall-għanijiet tad-Direttiva 2003/87/KE sa fejn tistabbilixxi l-fattur ta’ korrezzjoni uniformi u bejn is-setturi b’tali mod li, fil-kuntest tal-kalkolu tal-kwantità annwali massima ta’ kwoti previst fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE (limitu impost fuq l-industrija), l-emissjonijiet tal-installazzjonijiet magħluqa qabel it-30 ta’ Ġunju 2011 kienu suġġetti għal tnaqqis, filwaqt li l-emissjonijiet tal-installazzjonijiet li bdew jiffunzjonaw biss matul it-tieni perijodu ma ġewx inklużi?

5)

Id-Deċiżjoni 2013/448/UE hija nulla u kuntrarja għall-prinċipju tal-istat tad-dritt dedott minn amministrazzjoni tajba stabbilit bl-Artikolu 298 TFUE u bl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn din id-deċiżjoni tistabbilixxi l-fattur ta’ korrezzjoni uniformi u bejn is-setturi, minħabba li l-kalkolu tal-fattur ta’ korrezzjoni ma ġiex ikkomunikat?


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27).

(2)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [notifikata bid-dokument numru C(2011) 2772] (ĠU L 130, p. 1).


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Awwissu 2015 – Schaefer Kalk GmbH & Co. KG vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġemanja

(Kawża C-460/15)

(2015/C 389/19)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Schaefer Kalk GmbH & Co. KG

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġemanja

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 (1) huwa invalidu u jikser l-għanijiet tad-Direttiva 2003/87/KE (2), sa fejn jistipula fit-tieni sentenza tal-Artikolu 49(1), li l-CO2., li ma huwiex ittrasferit fis-sens tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 49(1), huwa kkunsidrat bħala emissjoni mill-installazzjoni li pproduċiet is-CO2?

2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012 huwa invalidu u jikser l-għanijiet tad-Direttiva 2003/87/KE, sa fejn jistipula fil-punt 10 tal-Anness IV li s-CO2 li huwa ttrasferit lejn installazzjoni oħra, għall-produzzjoni ta’ karbonat tal-kalċju preċipitat (KKP), huwa kkunsidrat bħala emissjoni mill-installazzjoni li pproduċiet is-CO2?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 601/2012, tal-21 ta’ Ġunju 2012, dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 181, p. 30).

(2)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/18


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Settembru 2015 minn FSL Holdings, Firma Léon Van Parys, Pacific Fruit Company Italy SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-16 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-655/11, FSL Holdings et vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-469/15 P)

(2015/C 389/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: FSL Holdings, Firma Léon Van Parys, Pacific Fruit Company Italy SpA (rappreżentanti: P. Vlaemminck, C Verdonck, B. Van Vooren, J. Auwerx, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

prinċipalment, tannulla s-sentenza appellata tal-Qorti Ġenerali minħabba l-użu ta’ provi miksuba bi ksur totali tal-proċedura prevista għall-istabbiliment tagħhom u minħabba l-applikazzjoni żbaljata tal-Komunikazzjoni dwar il-Kooperazzjoni tal-2002 u, għaldaqstant, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Ottubru 2011 fl-intier tagħha;

sussidjarjament, tannulla parzjalment is-sentenza appellata sa fejn il-Qorti Ġenerali ma eżerċitatx stħarriġ ġudizzjarju sħiħ tal-multa imposta fuq l-appellanti u, konsegwentement, tnaqqas b’mod sinjifikattiv il-multa imposta fuq l-appellanti permezz tas-sentenza appellata;

iktar sussidjarjament, tannulla parzjalment is-sentenza appellata sa fejn il-Qorti Ġenerali ma stabbilixxietx validament li l-ksur kellu bħala għan jew effett ir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni, u għaldaqstant, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali, sakemm il-Qorti tal-Ġustizzja ma tqisx li għandha informazzjoni suffiċjenti sabiex tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni;

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mill-appellanti quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u quddiem il-Qorti Ġenerali

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jibbażaw l-appell tagħhom fuq erba’ aggravji:

Permezz tal-ewwel aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u kisret id-drittijiet tad-difiża tagħhom, kif ukoll il-forom proċedurali sostanzjali, meta ċaħdet l-ilment tagħhom ibbażat fuq l-illegalità tal-komunikazzjoni lill-Kummissjoni ta’ dokumenti miġbura mill-awtoritajiet fiskali Taljani f’investigazzjoni fiskali nazzjonali, u l-konsegwenzi ta’ din l-illegalità. Fl-ewwl lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta ddeċidiet li l-Kummissjoni ma għandhiex obbligu distint skont id-dritt tal-Unjoni li tevita li d-drittijiet fundamentali tad-difiża jkunu jistgħu jiġu irrimedjabbilment ippreġudikati matul il-fażi amministrattiva ta’ investigazzjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni. Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta injorat il-ksur mill-Kummissjoni tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, kif ukoll tal-forom proċedurali sostanzjali kif riflessi fl-Artikolu 12(2) tar-Regolament 1/2003 (1). Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi żnaturat it-tifsira ċara tal-provi sottomessi lilha, meta qieset li l-illegalità tal-kisba tad-dokumenti użati bħala provi mill-Kummissjoni kienet irrilevanti.

Permezz tat-tieni aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi ma kkritikatx lill-Kummissjoni talli tat l-immunità lill-applikant għall-immunità fir-rigward tal-Ewropa tan-nofsinhar u, għaldaqstant, ma applikatx b’mod konsistenti l-Komunikazzjoni dwar il-Kooperazzjoni tal-2002. B’mod iktar speċifiku, l-appellanti jsostnu li ebda immunità ma kellha tingħata lill-applikant għall-immunità fir-rigward tal-Ewropa tan-nofsinhar u, għaldaqstant, li d-dikjarazzjonijiet orali kollha tal-applikant għall-immunità u l-informazzjoni kollha miksuba wara t-talbiet għal informazzjoni bbażati fuq dawn id-dikjarazzjoni orali kellhom jiġu rtirati mill-proċess tal-każ ineżami.

Sussidjarjament, permezz tat-tielet aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi peress li hija ma pprovdietx protezzjoni ġudizzjarja effettiva kontra sanzjoni ta’ natura kriminali imposta fuqhom mill-Kummissjoni, u dan minkejja l-ġurisdizzjoni sħiħa imposta fuq il-Qorti Ġenerali bl-Artikolu 31 tar-Regolament 1/2003 u l-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, kif stipulat fl-Artikolu 6 tal-KEDB u fl-Artikolu 47 tal-Karta. L-appellanti jsostnu wkoll li, billi naqset milli tipprovdihom b’tali protezzjoni ġudizzjarja effettiva, il-Qorti Ġenerali kkalkolat b’mod żbaljat il-multa.

Iktar sussidjarjament, permezz tar-raba’ aggravju, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ ksur minħabba l-għan, li, finalment, wassal għal klassifikazzjoni żbaljata tal-fatti u għal ksur tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat, Ġabra Uffiċjali, Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Općinski sud u Novom Zagrebu (il-Kroazja) fil-11 ta’ Settembru 2015 – Ibrica Zulfikarpašić vs Slaven Gajer

(Kawża C-484/15)

(2015/C 389/21)

Lingwa tal-kawża: il-Kroat

Qorti tar-rinviju

Općinski sud u Novom Zagrebu, Stalna služba u Samoboru

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ibrica Zulfikarpašić

Konvenut: Slaven Gajer

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-liġi Kroata dwar l-eżekuzzjoni forzata li huma relatati mat-titolu eżekuttiv Ewropew huma konformi mar-Regolament (KE) Nru 805/2004 (1) u, b’mod iktar preċiż, fil-Kroazja, fil-proċeduri ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni abbażi ta’ dokument awtentiku, il-kliem “imħallef”, “tribunal” u “qorti” (iktar ’il quddiem “qorti”) jinkludu wkoll in-nutara, in-nutara jistgħu joħorġu ċertifikati ta’ titolu eżekuttiv Ewropew relatati ma’ deċiżjonijiet ta’ eżekuzzjoni definittivi u eżekuttivi li huma taw abbażi ta’ dokument awtentiku meta d-deċiżjoni inkwistjoni ma ġietx ikkontestata u, fil-każ li huma ma jkunux jistgħu jagħmlu dan, qorti tista’ toħroġ ċertifikat ta’ titolu eżekuttiv Ewropew li jirreferi għal deċiżjoni ta’ eżekuzzjoni adottata minn nutar abbażi ta’ dokument awtentiku meta din id-deċiżjoni essenzjalment tirrigwarda kreditu mhux ikkontestat u, f’dan il-każ, liema formola għandha tintuża?


(1)  Regolament (KE) Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar [Titolu Eżekuttiv Ewropew] għal talbiet mhux kontestati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 38).


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/20


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Settembru 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Bulgarija

(Kawża C-488/15)

(2015/C 389/22)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Kružíková, E. Manhaeve u S. Petrovа, bħala aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija

Talbiet

tikkonstata li, billi eċċediet kemm il-valuri limitu annwali u kemm dawk ta’ kuljum għal PM10 b’mod sistematiku u mill-2007 sa mill-inqas 2013, b’dawn is-snin inklużi, fiż-żoni u fl-agglomerazzjonijiet segwenti: BG0001 agglomerazzjoni Sofia; BG0002 agglomerazzjoni Plovdiv; BG0004 iż-żona tat-Tramuntana tal-Bulgarija; BG0005 iż-żona tal-Lbiċ tal-Bulgarija u BG0006 iż-żona tax-Xlokk tal-Bulgarija;

billi eċċediet il-valuri limitu ta’ kuljum għal PM10 b’mod sistematiku u mill-2007 sa mill-inqas 2013, b’dawn is-snin inklużi, u l-valuri limitu annwali għal PM10 fl-2007, fl-2008 u fl-2010 fiż-żona BG0003 Varna;

u fl-assenza ta’ informazzjoni iktar iddettaljata fis-sens, pereżempju, li s-sitwazzjoni li kienu nqabżu l-valuri limitu ta’ kuljum u annwali għal PM10 fiż-żona u fl-agglomerazzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq kienet inbidlet, il-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50 (1), moqri flimkien mal-Anness XI tagħha;

tikkonstata wkoll li, fid-dawl tal-fatt li, ħlief għall-aħħar rapport annwali dwar il-kwalità tal-arja għall-2013, kemm il-valuri limitu annwali u ta’ kuljum għal PM10 fiż-żoni u fl-agglomerazzjonijiet kollha msemmija iktar ’il fuq għadhom qed jinqabżu, il-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 u b’mod partikolari l-obbligu tagħha li żżomm kemm jista’ jkun qasir il-perijodu li matulu jkunu nqabżu dawn il-valuri, u tikkonstata li l-Bulgarija għadha qiegħda tonqos milli twettaq l-obbligi tagħha;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Bulgarija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fuq il-bażi tal-aħħar rapport annwali dwar il-kwalità tal-arja u fuq il-bażi wkoll tat-tweġibiet tal-awtoritajiet Bulgari għall-opinjoni motivata tagħha, il-Kummissjoni hija tal-fehma li, attwalment, ir-Repubblika tal-Bulgarija qiegħda tonqos milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50 dwar konformità mal-valuri limitu annwali u ta’ kuljum għall-preżenza ta’ materja partikolata fl-arja (PM10) u taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2008/50 fir-rigward tal-obbligu li jitħejjew pjanijiet għall-kwalità tal-arja sabiex jinżamm kemm jista’ jkun qasir il-perijodu li matulu jkunu nqabżu dawn il-valuri.

Il-Kummissjoni tqis li huwa neċessarju li l-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tiddikjara li r-Repubblika tal-Bulgarija kisret dawn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/50.


(1)  Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, p. 1).


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/21


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Settembru 2015 minn Westfälische Drahtindustrie GmbH et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fil-15 ta’ Lulju 2015 fil-Kawża T-393/10, Westfälische Drahtindustrie GmbH et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-523/15 P)

(2015/C 389/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Westfälische Drahtindustrie GmbH, Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG, Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG (rappreżentant: C. Stadler, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata sa fejn toħloq preġudizzju fir-rigward tagħhom;

sussidjarjament, tannulla s-sentenza appellata kollha u tiddikjara n-nullità tal-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4387 finali, tat-30 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.344 – Azzar għall-Prestressing), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 6676 finali, tat-30 ta’ Settembru 2010, u bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2269 finali, tal-4 ta’ April 2011, kif ukoll in-nullità tal-ittra tad-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali tal-Kompetizzjoni, tal-14 ta’ Frar 2011, sa fejn l-appellanti huma kkonċernati;

sussidjarjament, tnaqqas il-multa imposta fuq l-appellanti bil-punt 8 tal-Artikolu 2 tad-deċiżjoni ċċitata iktar ’il fuq tal-Kummissjoni;

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tagħti deċiżjoni dwar it-talbiet imressqa fil-punti 1 u 2 iktar ’il fuq; u

tikkundanna lill-konvenuta għall-proċedura fl-ewwel istanza għall-ispejjeż relatati mat-tilwima kollha kemm hi.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa ppreżentat kontra s-sentenza tas-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015.

Il-kumpanniji Westfälische Drahtindustrie GmbH, Westfälische Drahtindustrie Verwaltungsgesellschaft mbH & Co. KG u Pampus Industriebeteiligungen GmbH & Co. KG iqajmu l-aggravji li ġejjin insostenn tal-appell tagħhom:

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 261 TFUE u l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003 (1), is-sistema ta’ tqassim tal-kompetenzi u tal-ekwilibriju bejn l-istituzzjonijiet, kif ukoll il-prinċipju tal-garanzija ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, peress li ma osservatx il-limiti tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha u ma eżaminatx fuq il-mertu d-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni; min-naħa l-oħra, hija ħadet id-deċiżjoni indipendenti tagħha rigward il-multa. B’dan il-mod, il-Qorti Ġenerali ssostitwixxiet lill-amministrazzjoni u ċaħdet lill-appellanti mill-possibbiltà li jiddefendu ruħhom kontra konstatazzjonijiet ta’ fatt mhux preċiżi, peress li l-appelli ppreżentati kontra d-deċiżjonijiet tal-Qorti Ġenerali huma limitati għal punti ta’ liġi.

It-tieni nett, is-sentenza appellata tikser l-Artikolu 261 TFUE u l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003 sa fejn il-Qorti Ġenerali ma osservatx id-data rilevanti li fiha s-sitwazzjoni fattwali u legali għandha tiġi evalwata u sa fejn, fl-eżerċizzju – barra minn hekk żbaljat, kif indikat iktar ’il fuq – tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, ibbażat ruħha fuq is-sitwazzjoni legali u fattwali fid-data tas-sentenza tagħha, jew fuq fatti li seħħew matul is-snin 2011 sa 2013, għalhekk wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tal-Kummissjoni. Il-pożizzjoni tal-Qorti Ġenerali ma hijiex iġġustifikata mill-ġurisprudenza li hija tiċċita “f’dan is-sens”; jirriżulta pjuttost mill-ġurisprudenza tal-qorti tal-Unjoni li informazzjoni supplimentari ma tistax tittieħed inkunsiderazzjoni ħlief favur impriżi kkonċernati, minn naħa, u biss jekk din kienet diġà disponibbli fid-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, min-naħa l-oħra.

It-tielet nett, billi kisret il-prinċipju ta’ proporzjonalità u dak ta’ ugwaljanza fit-trattament, il-Qorti Ġenerali kisret id-drittijiet fundamentali tal-appellanti. Billi ma ħaditx kunsiderazzjoni tal-prinċipju stabbilit fil-punt 35 tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi, li skont dan impriżi li ma jistgħux jevitaw ħlas bin-nifs tal-multa għandhom ġeneralment ikunu fil-pożizzjoni li jħallsuha f’perijodu minn tlieta sa ħames snin, il-Qorti Ġenerali imponiet multa mhux xierqa fuq l-appellanti, li setgħu biss iħallsuha l-iktar tul perijodu twil ħafna. Minbarra dan, fil-kuntest tal-analiżi tagħha skont il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-prinċipji żviluppati abbażi tal-punt 35 tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi kif ukoll għall-finijiet tad-determinazzjoni tad-data rilevanti, il-Qorti Ġenerali kisret in-natura paragunabbli tas-sitwazzjonijiet inkwistjoni.

Fl-aħħar nett, fis-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kisret ukoll id-dritt proċedurali fundamentali tal-appellanti għall-garanzija ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva, peress li, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, hija bbażat ruħha fuq il-kalkoli tal-multa applikati mill-Kummissjoni u fuq il-fatti ppreżentati mill-partijiet. Tali stħarriġ ma huwiex ta’ natura kompleta u sħiħa li hija meħtieġa min-naħa ta’ istanza newtrali għall-finijiet ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva kontra d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jimponu multa.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


Il-Qorti Ġenerali

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – PPG u SNF vs ECHA

(Kawża T-268/10 RENV) (1)

((“REACH - Identifikazzjoni tal-akrilammid bħala sustanza ta’ tħassib serju ħafna - Sustanzi intermedji - Rikors għal annullament - Interess dirett - Ammissibbiltà - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament”))

(2015/C 389/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG) (Brussell, il-Belġju) u SNF SAS (Andrézieux-Bouthéon, Franza) (rappreżentant: R. Cana, D. Abrahams u E. Mullier, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u T. Zbihlej, aġenti, assistiti minn de J. Stuyck u A. M. Vandromme, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: B. Koopman, aġent); u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Kukovec, E. Manhaeve et K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-ECHA li tidentifika l-akrilammid (KE Nru 201-173-7) bħala sustanza li tissodisfa l-kriterji previsti fl-Artikolu 57 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1), skont l-Artikolu 59 ta’ dan ir-regolament.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Polyelectrolyte Producers Group GEIE (PPG) u SNF SAS huma kkundannati jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).

3)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 274, 9.10.2010.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – TV2/Danmark vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-674/11) (1)

((Għajnuna mill-Istat - Servizz pubbliku tax-xandir - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Għajnuna implementata mill-aworitajiet Daniżi favur ix-xandar Daniż ta’ servizz pubbliku TV2/Danmark - Finanzjament pubbliku mogħti sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż inerenti għall-implementazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku - Kunċett ta’ għajnuna - Sentenza Altmark”))

(2015/C 389/25)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: TV2/Danmark A/S (Odense, id-Danimarka) (rappreżentant: O. Koktvedgaard, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky, C. Støvlbæk u U. Nielsen, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Vang u V. Pasternak Jørgensen, aġenti, sussegwentement V. Pasternak Jørgensen, assisstita minn K. Lundgaard Hansen, avukat, u finalment C. Thorning, aġent, assistit minn K. Lundgaard Hansen u R. Holdgaard, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Viasat Broadcasting UK Ltd (West Drayton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Kalsmose-Hjelmborg u M. Honoré, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE, tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C 2/03) għal TV2/Danmark (ĠU L 340, p. 1).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE, tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C 2/03) għal TV2/Danmark hija annullata sa fejn il-Kummissjoni qieset li d-dħul mir-reklamar għall-1995 u l-1996 imħallas lil TV2 permezz tal-Fond TV2 kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

TV2/Danmark A/S għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni għandha tbati kwart tal-ispejjeż tagħha.

5)

Ir-Renju tad-Danimarka u Visat Broadcasting UK Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 80, 17.3.2012.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Viasat Broadcasting UK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-125/12) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Servizz pubbliku tax-xandir - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Għajnuna implementata mill-awtoritajiet Daniżi favur ix-xandar Daniż ta’ servizz pubbliku TV2/Danmark - Finanzjament pubbliku mogħti sabiex jiġu kkumpensati l-ispejjeż inerenti għall-implementazzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku - Kompatibbiltà ta’ għajnuna - Sentenza Altmark”))

(2015/C 389/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Viasat Broadcasting UK (West Drayton, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Kalsmose-Hjelmborg u M. Honoré, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u B. Stromsky, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: inizjalment C. Vang u V. Pasternak Jørgensen, aġenti, sussegwentement V. Pasternak Jørgensen, assistita minn K. Lundgaard Hansen, avukat, u finalment C. Thorning, aġent, assistit minn K. Lundgaard Hansen u R. Holgaard, avukati); u TV2/Danmark A/S (Odense, id-Danimarka) (représentant: O. Koktvedgaard, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE, tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C 2/03) għal TV2/Danmark (ĠU L 340, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors, sa fejn huwa ntiż għal-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/839/UE, tal-20 ta’ April 2011, dwar il-miżuri implimentati mid-Danimarka (C 2/03) għal TV2/Danmark, sa fejn il-Kummissjoni qieset li d-dħul mir-reklamar għall-1995 u 1996 mogħti lil TV2/Danmark permezz tal-Fond TV2 kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Viasat Broadcasting UK Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.

4)

Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.

5)

TV2/Danmark A/S għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 138, 12.5.2012.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Anagnostakis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-450/12) (1)

((“Dritt istituzzjonali - Inizjattiva taċ-ċittadini Ewropea - Politika ekonomika u monetarja - Nuqqas ta’ rimbors tad-dejn pubbliku - Stabbiliment tal-prinċipju tal-‘istat ta’ neċessità’ - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Attribuzzjonijiet tal-Kummissjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2015/C 389/27)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Alexios Anagnostakis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: A. Anagnostakis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 6289 finali, tas-6 ta’ Settembru 2012, li tiċħad l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni tal-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropea “Miljun firma għal Ewropa solidarja”, ippreżentata lill-Kummissjoni fit-13 ta’ Lulju 2012.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alexios Anagnostakis huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 339, 22.12.2012.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Appelrath-Cüpper vs UASI

(Kawża T-60/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva AC - Trade marks nazzjonali u internazzjonali figurattivi preċedenti AC ANN CHRISTINE u Komunitarji figurattivi preċedenti AC ANN CHRISTINE OCEAN u AC ANN CHRISTINE INTIMATE - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 389/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Schumann u A. Berger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ann Christine Lizenzmanagement GmbH & Co. KG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: M. Hartmann, N. Voß u S. Fröhlich, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 108/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ann Christine Lizenzmanagement GmbH & Co. KG u Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 108/2012-4) hija annullata sa fejn hija tilqa’ parzjalment l-oppożizzjoni magħmula minn Ann Christine Lizenzmanagement GmbH & Co. KG.

2)

L-UASI għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll nofs dawk sostnuti minn Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH.

3)

Ann Christine Lizenzmanagement GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Reiner Appelrath-Cüpper Nachf. GmbH għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.


(1)  ĠU C 101, 6.4.2013


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Carafogli vs BĊE

(Kawża T-114/13 P) (1)

((“Appell - Persunal tal-BĊE - Ilment imressaq għal diskriminazzjoni u fastidju psikoloġiku - Deċiżjoni tal-BĊE li jagħlaq l-investigazzjoni amministrattiva miftuħa wara l-ilment - Rifjut ta’ aċċess għal provi matul il-proċedura amministrattiva - Ċaħda ta’ talba sabiex tiġi ordnata l-produzzjoni tal-provi matul il-proċedura ġudizzjarja - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ liġi”))

(2015/C 389/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Maria Concetta Cerafogli (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Appellat: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: F. Feyerbacher u B. Ehlers, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012, Cerafogli vs BĊE (F-43/10, ĠabraSP, EU:F:2012:184), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012, Cerafogli vs BĊE (F-43/10), hija annullata.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 114, 20.4.13.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – L-Italja u Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawżi T-124/13 u T-191/13) (1)

((“Sistema lingwistika - Avviż ta’ kompetizzjonijiet ġenerali għar-reklutaġġ ta’ amministraturi u ta’ assistenti - Għażla tat-tieni lingwa fost tliet lingwi - Lingwa ta’ komunikazzjoni mal-kandidati għall-kompetizzjonijiet - Regolament Nru 1 - Artikolu 1d(1), Artikolu 27 u Artikolu 28(f) tar-Regolamenti tal-Persunal - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità”))

(2015/C 389/30)

Lingwi tal-kawża: it-Taljan u l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn P. Gentili, avvocato dello Stato) (Kawża T-124/13); u Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn S. Centeno Huerta, sussegwentement minn J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado) (Kawża T-191/13)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawża T-124/13, J. Currall, B. Eggers u G. Gattinara u, fil-Kawża T-191/13, J. Currall, J. Baquero Cruz u B. Eggers, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti r-Repubblika Taljana: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment S. Centeno Huerta, sussegwentement J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado)

Suġġett

Fil-Kawża T-124/13, talba għall-annullament, l-ewwel nett, tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/125/12, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti fl-oqsma tal-verifika, tal-kontabbiltà u tal-finanzi, u tal-ekonomija u tal-istatistika (ĠU 2012 C 394 A, p. 1), it-tieni nett, tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/126/12, sabiex tinħoloq lista’ ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti fl-oqsma tal-bijoloġija, tax-xjenzi tal-ħajja u tas-saħħa, tal-kimika, tal-fiżika u tax-xjenzi tal-materjali, tar-riċerka nukleari, tal-inġinerija elettrika u elettronika (ĠU 2012 C 394 A, p. 11), u t-tielet nett, tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 6) fl-oqsma tas-sigurtà tal-bini u tal-inġinerija u tekniki speċjali tal-bini (ĠU 2013 C 29 A, p. 1), u, fil-Kawża T-191/13, talba għall-annullament tal-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-124/13 u T-191/13 huma magħquda għall-finijiet tas-sentenza.

2)

L-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/125/12, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti fl-oqsma tal-verifika, tal-kontabbiltà u tal-finanzi, u tal-ekonomija u tal-istatistika, l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AST/126/12, sabiex tinħoloq lista’ ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti fl-oqsma tal-bijoloġija, tax-xjenzi tal-ħajja u tas-saħħa, tal-kimika, tal-fiżika u tax-xjenzi tal-materjali, tar-riċerka nukleari, tal-inġinerija elettrika u elettronika kif ukoll l-avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/248/13, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ amministraturi (AD 6) fl-oqsma tas-sigurtà tal-bini u tal-inġinerija u tekniki speċjali tal-bini, huma annullati.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mir-Repubblika Taljana fil-Kawża T-124/13 u dawk sostnuti mir-Renju ta’ Spanja fil-Kawża T-191/13.

4)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu marbuta mal-intervent tiegħu fil-Kawża T-124/13.


(1)  ĠU C 164, 8.6.2013.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Settembru 2015 – Petro Suisse Intertrade vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-156/13 u T-373/14) (1)

((“Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Entità infrastatali - Locus standi u interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Dritt għal smigħ - Obbligu ta’ notifika - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għall-proprjetà”))

(2015/C 389/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Petro Suisse Intertrade Co. SA (Pully, l-Isvezja) (rappreżentanti: J. Grayston, solicitor, P. Gjørtler, G. Pandey, D. Rovetta, N. Pilkington u D. Sellers, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u I. Rodios, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/829/PESK, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 71), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1264/2012, tal-21 ta’ Diċembru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 356, p. 55), u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tinsab fl-ittra tal-14 ta’ Marzu 2014 intiża sabiex iżżomm il-miżuri restrittivi meħuda kontra r-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Petro Suisse Intertrade Co. SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 147, 25.5.2013.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-261/13 u T-86/14) (1)

([“HICP - Regolament (KE) Nru 2494/95 - Indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum fuq rati tat-taxxa kostanti (HICP-CT) - Regolament (UE) Nru 119/2013 - Indiċijiet tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien - Regolament (UE) Nru 93/2013 - Eurostat - Komitoloġija - Miżuri ta’ implementazzjoni - Proċedura regolatorja bi skrutinju”])

(2015/C 389/32)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: fil-kawża T-261/13, M. Bulterman, J. Langer u B. Koopman, u fil-kawża T-86/14, M. Bulterman u J. Langer, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Clausen u P. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Fil-kawża T-261/13, prinċipalment, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 119/2013, tal-11 ta’ Frar 2013, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP): trasmissjoni u tixrid ta’ sottoindiċi tal-HICP, rigward l-istabbiliment tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum fuq rati tat-taxxa kostanti (ĠU L 41, p. 1) u, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-punt 2 tal-Artikolu 1 tar-Regolament Nru 119/2013, kif ukoll, fil-kawża T-86/14, prinċipalment, talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2013, tal-1 ta’ Frar 2013, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, fir-rigward tal-iffissar ta’ indiċijiet tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien (ĠU L 33, p. 14) u, sussidjarjament, talba għall-annullament tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament Nru 93/2013.

Dispożittiv

1)

Fil-Kawża T-261/13, il-punt 2 tal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 119/2013, tal-11 ta’ Frar 2013, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2214/96 li jikkonċerna indiċi armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur (HICP): trasmissjoni u tixrid ta’ sottoindiċi tal-HICP, rigward l-istabbiliment tal-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet tal-konsum fuq rati tat-taxxa kostanti, huwa annullat.

2)

Fil-Kawża T-86/14, l-Artikolu 4(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2013, tal-1 ta’ Frar 2013, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, fir-rigward tal-iffissar ta’ indiċijiet tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien, huwa annullat.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi.


(1)  ĠU C 189, 29.6.2013.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – VECCO et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-360/13) (1)

((“REACH - Inklużjoni tat-triossidu tal-kromju fil-lista ta’ sustanzi sottomessi għal awtorizzazzjoni - Użi jew kategoriji ta’ użi eżenti mir-rekwiżit ta’ awtorizzazzjoni - Kunċett ta’ ‘leġiżlazzjoni speċifika Komunitarja eżistenti li timponi rekwiżiti minimi dwar il-protezzjoni tas-saħħa jew ta’ l-ambjent għall-użu ta’ sustanza’ - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba”))

(2015/C 389/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Verein zur Wahrung von Einsatz und Nutzung von Chromtrioxid und anderen Chrom-VI-verbindungen in der Oberflächentechnik eV (VECCO) (Memmingen, il-Ġermanja) u l-185 rikorrent ieħor li isimhom jinsab fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: C. Mereu, K. Van Maldegem, avukati u J. Beck, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Talabér-Ritz et J. Tomkin, aġenti)

Partijiet konvenuti insostenn tar-rikorrenti: Assogalvanica (Padova, l-Italja) u l-31 intervenjent ieħor li isimhom jinsab fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: C. Mereu, K. Van Maldegem, avukati u J. Beck, solicitor)

Parti konvenuta insostenn tal-konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: W. Broere, M. Heikkilä u T. Zbihlej, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 348/2013, tas-17 ta’ April 2013, li jemenda l-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (“REACH”) (ĠU L 108, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Verein zur Wahrung von Einsatz und Nutzung von Chromtrioxid und anderen Chrom-VI-Verbindungen in der Oberflächentechnik eV (VECCO) u r-rikorrenti li isimhom jinsab fl-Anness I għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Assogalvanica u l-intervenjenti l-oħra li isimhom jinsab fl-Anness II għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.

4)

L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 260, 7.9.2013.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Mocek u Wenta KAJMAN Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna vs UASI – Lacoste (KAJMAN)

(Kawża T-364/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva KAJMAN - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti li tirrappreżenta kukkudrill - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Talbiet għal annullament u għal bidla magħmula mill-intervenjent - Artikolu 134(3) tar-Regoli tal-Proċedura tat-2 ta’ Mejju 1991”])

(2015/C 389/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Eugenia Mocek u Jadwiga Wenta KAJMAN Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna (Chojnice, il-Polonja) (rappreżentanti: K. Grala u B. Szczepaniak, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment P. Geroulakos, sussegwentement D. Gája, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lacoste SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: P. Gaultier, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Mejju 2013 (Każ R 2466/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Lacoste SA u, min-naħa l-oħra, Eugenia Mocek u Jadwiga Wenta KAJMAN Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

It-talbiet għal annullament u għal bidla ppreżentati minn Lacoste SA huma miċħuda.

3)

Eugenia Mocek u Jadwiga Wenta KAJMAN Firma Handlowo-Usługowo-Produkcyjna għandhom ibatu l-ispejjeż kollha relatati mar-rikors kif ukoll l-ispejjeż rispettivi tagħhom relatati mat-talbiet għal annullament u għal bidla ta’ Lacoste SA.

4)

Lacoste SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha relatati mat-talbiet tagħha għal annullament u għal bidla.


(1)  ĠU C 260, 7.9.2013.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – L’Oréal vs UASI – Cosmetica Cabinas (AINHOA)

(Kawża T-400/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali AINHOA - Trade marks Komunitarja u internazzjonali figurattivi preċedenti NOA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 389/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: M. H. Granado Carpenter u M. L. Polo Carreño, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cosmetica Cabinas, SL (El Masnou, Spanja) (rappreżentanti: L. Montoya Terán u J. B. Devaureix, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1643/2012-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn L’Oréal u Cosmetica Cabinas, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 298, 12.10.2013.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – L’Oréal vs UASI – Cosmetica Cabinas (AINHOA)

(Kawża T-426/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali AINHOA - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Forma li tvarja permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv”])

(2015/C 389/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: L’Oréal (Paris, Franza) (rappreżentanti: M. H. Granado Carpenter, u M. L. Polo Carreño, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cosmetica Cabinas, SL (El Masnou, Spanja) (rappreżentanti: L. Montoya Terán u J.-B. Devaureix, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ġunju 2013 (Każ R 1642/2012-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn L’Oréal u Cosmetica Cabinas, SL.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L’Oréal hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 304, 19.10.2013.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-557/13) (1)

((“FAEGG - Taqsima ta’ Garanziji - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Infiq imwettaq fil-kuntest tas-sistema Ewropea tal-kwota għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata - Drittijiet tad-difiża”))

(2015/C 389/37)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u J. Möller, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u P. Rossi, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M.K. Bulterman, C.S. Schillemans u J. Langer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/433/UE, tat-13 ta’ Awwissu 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), (ĠU L 219, p. 49), sa fejn hija tapplika korrezzjoni finanzjarja għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-kuntest tas-sistema Ewropea tal-kwota għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata għas-snin 2003 sa 2005, ta’ ammont totali ta’ EUR 6 1 92  951,34.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/433/UE, tat-13 ta’ Awwissu 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn hija tapplika korrezzjoni finanzjarja għar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-kuntest tas-sistema Ewropea tal-kwota għall-produzzjoni ta’ lamtu tal-patata għas-snin 2003 sa 2005.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 9, 11.1.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Ecolab USA vs UASI (GREASECUTTER)

(Kawża T-610/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali GREASECUTTER - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 389/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ecolab USA, Inc. (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u V. Töbelmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1704/2012-2), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali GREASECUTTER.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ecolab USA, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 24, 25.1.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 – The Tea Board vs UASI – Delta Lingerie (Darjeeling)

(Kawża T-624/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark figurattiva Darjeeling - Trade marks Komunitarji kollettivi, verbali u figurattivi, preċedenti DARJEELING - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 389/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Tea Board (Calcutta, l-Indja) (rappreżentanti: A. Nordemann u M. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Delta Lingerie (Cachan, Franza) (rappreżentanti: G. Marchais u P. Martini-Berthon, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1504/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Tea Board u Delta Lingerie.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-17 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1504/2012-2) hija annullata sa fejn tikkonċerna l-prodotti koperti mit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni u li jaqgħu fil-klassi 25 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif irrivedut u emendat, u s-“servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ ħwejjeġ ta’ taħt u lbies ta’ taħt tan-nisa, fwejjaħ, ilmijiet tal-fwieħa u kosmetiċi, bjankerija tad-dar u tal-banju” koperti mit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni u li jaqgħu fil-klassi 35 fis-sens tal-imsemmi ftehim.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 45, 15.2.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 – The Tea Board vs UASI – Delta Lingerie (Darjeeling collection de lingerie)

(Kawża T-625/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċediment ta’ oppożizzjoni - Trade mark figurattiva Darjeeling collection de lingerie - Trade marks Komunitarji kollettivi, verbali u figurattivi preċedenti DARJEELING - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 389/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Tea Board (Kalkutta, l-Indja) (rappreżentanti: A. Nordemann u M. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Delta Lingerie (Cachan, Franza) (rappreżentanti: G. Marchais u P. Martini-Berthon, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1502/2012-2), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn The Tea Board u Delta Lingerie.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)(UASI), tas-17 ta’ Settembru 2013, (Każ R 1502/2012-2) hija annullata f’dak li jikkonċerna l-prodotti kkonċernati mit-trade mark li saret applikazzjoni għaliha u li jidħlu fil-klassi 25 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-Klassifikazzjoni internazzjonali tal-prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni tat-trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u s-“servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ ħwejjeġ ta’ taħt tan-nisa u artikli ta’ lingerie femminili, fwejjaħ, ilma mfewwaħ għall-użu fuq il-ġilda u kożmetiċi, bjankerija tad-dar u tal-banju”, kkonċernati mit-trade mark li saret applikazzjoni għaliha u li jidħlu fil-klassi 35 fis-sens tal-ftehim imsemmi.

2)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 45, 15.02.2014


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 – The Tea Board vs UASI – Delta Lingerie (DARJEELING collection de lingerie)

(Kawża T-626/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark figurattiva Darjeeling collection de lingerie - Trade marks Komunitarji kollettivi, verbali u figurattiva, preċedenti DARJEELING - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 389/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Tea Board (Calcutta, l-Indja) (rappreżentanti: A. Nordemann u M. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Delta Lingerie (Cachan, Franza) (rappreżentanti: G. Marchais u P. Martini-Berthon, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1501/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Tea Board u Delta Lingerie.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-17 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1501/2012-2), hija annullata fir-rigward tal-prodotti koperti mit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni u li jaqgħu fil-klassi 25 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u tas-“servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ ħwejjeġ ta’ taħt tan-nisa u ilbies ta’ taħt tan-nisa, fwejjaħ, ilma mfewwaħ għall-użu fuq il-ġilda u lozjonijiet kosmetiċi, bjankerija u bjankerija għall-kamra tal-banju”, koperti mit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni u li jaqgħu fil-klassi 35 tal-Ftehim ta’ Nice.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 45, 15.2.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 – The Tea Board vs UASI – Delta Lingerie (Darjeeling)

(Kawża T-627/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Trade mark figurattiva Darjeeling - Trade marks Komunitarji kollettivi, verbali u figurattivi preċedenti DARJEELING - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 389/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Tea Board (Calcutta, l-Indja) (rappreżentanti: A. Nordemann u M. Maier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Delta Lingerie (Cachan, Franza) (rappreżentanti: G. Marchais u P. Martini-Berthon, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1387/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Tea Board u Delta Lingerie.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-11 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1387/2012-2), hija annullata fir-rigward tal-prodotti koperti mit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni u li jaqgħu fil-klassi 25 fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat, u tas-“servizzi ta’ bejgħ bl-imnut ta’ ħwejjeġ ta’ taħt tan-nisa u ilbies ta’ taħt tan-nisa, fwejjaħ, ilma mfewwaħ għall-użu fuq il-ġilda u lozjonijiet kosmetiċi, bjankerija u bjankerija għall-kamra tal-banju”, koperti mit-trade mark li għaliha saret applikazzjoni u li jaqgħu fil-klassi 35 tal-Ftehim ta’ Nice.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 45, 15.2.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Reed Exhibitions vs UASI (INFOSECURITY)

(Kawża T-633/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali INFOSECURITY - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Assenza ta’ karattru distintiv miksub permezz tal-użu - Artikoli 7(1)(b) u (ċ) u 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni”])

(2015/C 389/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Reed Exhibitions Ltd (Richmond, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Poch u S. Hanne, aġenti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1544/2012-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali INFOSECURITY bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Reed Exhibitions Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 52, 22.2.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 25 ta’ Settembru 2015 – Copernicus-Trademarks vs UASI – Bolloré (BLUECO)

(Kawża T-684/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali BLUECO - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUECAR - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Natura distintiva tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Talba għal riforma mressqa mill-intervenjenti - Artikolu 65(4) tar-Regolament Nru 207/2009))

(2015/C 389/44)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Copernicus-Trademarks Ltd (Borehamwood, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Pechan u S. Körber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bolloré SA (Érgue-Gaberic, Franza) (rappreżentanti: inizjalment B. Fontaine, sussegwentement O. Legrand, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2029/2012 1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bolloré SA u Copernicus-Trademarks Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

It-talbiet għal riforma ppreżentati minn Bolloré SA huma miċħuda.

3)

Copernicus-Trademarks Ltd hija kkundannata għal-ispejjeż.


(1)  ĠU C 52, 22.2.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/42


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Gat Microencapsulation vs UASI – BASF (KARIS)

(Kawża T-720/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali KARIS - Trade marks Komunitarja u internazzjonali verbali preċedenti CARYX - Trade marks nazzjonali u fil-Benelux verbali preċedenti AKRIS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009])

(2015/C 389/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gat Microencapsulation GmbH, li kienet Gat Microencapsulation AG (Ebenfurth, l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Soler Lerma u M. C. March Cabrelles, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: BASF SE (Ludwigshafen, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1862/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn BASF SE u Gat Microencapsulation AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gat Microencapsulation GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 71, 8.3.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/43


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Tilda Riceland Private vs UASI – Siam Grains (BASmALI)

(Kawża T-136/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva BASmALI - Trade mark preċedenti mhux irreġistrata jew sinjal preċedenti BASMATI - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 389/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tilda Riceland Private Ltd (Gurgaon, l-Indja) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, N. Urwin u D. Sills, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos u P. Bullock, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Siam Grains Co. Ltd (Bangkok, it-Tajlandja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1086/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tilda Riceland Private Ltd u Siam Grains Co. Ltd.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-18 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 1086/2012-4) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż sostnuti minn Tilda Riceland Private Ltd.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/44


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Cristiano di Thiene vs UASI – Nautica Apparel (AERONAUTICA)

(Kawża T-193/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali AERONAUTICA - Trade marks Komunitarji verbali preċedenti NAUTICA u NAUTICA BLUE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 389/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Cristiano di Thiene SpA (Thiene, l-Italja) (rappreżentanti: F. Fischetti u F. Celluprica, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nautica Apparel, Inc. (New York, New York, L-Istati Uniti) (rappreżentanti: C. Hawkes, solocitor u B. Brandreth, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Jannar 2014 (Każ R 96/2013-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nautica Apparel, Inc. u Thiene SpA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cristiano di Thiene SpA huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 151, 19.5.2014


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/45


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Primagaz vs UASI – Reeh (PRIMA KLIMA)

(Kawża T-195/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PRIMA KLIMA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti PRIMAGAZ - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Pubbliku rilevanti - Xebh tal-prodotti u tas-servizzi - Xebh tas-sinjali - Karattru distintiv ta’ element verbali li jfaħħar - Paragun kunċettwali - Karattru distintiv tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

(2015/C 389/48)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie des gaz de pétrole Primagaz SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: D. Régnier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gerhard Reeh (Radnice, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: W. Riegger, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-7 ta’ Jannar 2014 (Każ R 2304/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Compagnie des gaz de pétrole Primagaz SA u Gerhard Reeh.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-7 ta’ Jannar 2014 (Każ R 2304/2012-1), hija annullata sa fejn il-Bord tal-Appell ċaħad l-appell li ġie ppreżentat quddiemu fir-rigward ta’ prodotti “Tagħmir fiss tad-dawl, apparat għat-tisħin tal-arja f’ċertu spazju, apparat għat-tnixxif; apparat għal ventilazzjoni; filtri tal-faħam attiv għall-ventilazzjoni”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 175, 10.6.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Schroeder vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-205/14) (1)

([“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dumping - Importazzjoni ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat li joriġina miċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 1355/2008 ddikjarat invalidu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-regolament - Rikors għad-danni - Eżawriment tar-rimedji nazzjonali - Ammissibbiltà - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li sar Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009] - Dmir ta’ diliġenza - Rabta kawżali”])

(2015/C 389/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: I. Schroeder KG (GmbH & Co.) (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Landry, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. P. Hix, aġent, assistit inizjalment minn D. Geradin u N. Tuominen, sussegwentement minn N. Tuominen, avukati) u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż li jikseb kumpens għad-danni allegatament imġarrba mill-fatt tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008, tat-18 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 350, p. 35), iddikkjarat invalidu bis-sentenza tat-22 ta’ Marzu 2012, GLS (C-338/10, Ġabra, EU:C:2012:158).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

I. Schroeder KG (GmbH & Co.) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212, 7.7.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/46


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Hüpeden vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża T-206/14) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat li joriġina miċ-Ċina - Regolament (KE) Nru 1355/2008 iddikjarat invalidu mill-Qorti tal-Ġustizzja - Dannu allegatament subit mir-rikorrenti wara l-adozzjoni tar-Regolament - Rikors għad-danni - Eżawriment tad rimedji nazzjonali - Ammissibbiltà - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 [li sar l-Artikolu 2(7)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009] - Dmir ta’ diliġenza - Rabta kawżali”))

(2015/C 389/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Hüpeden & Co. (GmbH & Co.) KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Landry, avukat)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix, aġent, assistit inizjalment minn D. Geradin u N. Tuominen, sussegwentement minn N. Tuominen, avukati); u Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit insegwitu għall-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1355/2008, tat-18 ta’ Diċembru 2008, li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċertu frott taċ-ċitru ppreparat jew ippriżervat (prinċipalment il-mandolin, eċċ.) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 350, p. 35), iddikjarat invalidu mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Marzu 2012, GLS (C-338/10, Ġabra EU:C:2012:158).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Hüpeden & Co. (GmbH & Co.) KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212, 07.07.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/47


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – Bopp vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ qafas ottagonali aħdar)

(Kawża T-209/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta qafas ottagonali aħdar - Raguni assoluta għal rifjut - Karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

(2015/C 389/51)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Carsten Bopp (Glashütten, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Russ, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn S. Hanne, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Jannar 2014 (Każ R 1276/2013-1), dwar l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta qafas ottagonali aħdar bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Carsten Bopp huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 151, 19.5.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/48


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Klement vs UASI – Bullerjan (Forma ta’ forn)

(Kawża T-211/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ forn - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Natura tal-użu mit-trade mark - Forma li tvarja permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv”])

(2015/C 389/52)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Toni Klement (Dippoldiswalde, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Weiser u A. Grohmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Poch, D. Botis u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bullerjan GmbH (Isernhagen-Kirchhorst, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Jannar 2014 (Każ R 927/2013-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Toni Klement u Bullerjan GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Toni Klement huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Klement vs UASI – Bullerjan (Forma ta’ forn)

(Kawża T-317/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ forn - Użu ġenwin tat-trade mark - Artikolu 15(1)(a) u Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Natura tal-użu tat-trade mark - Forma differenti permezz ta’ elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv”])

(2015/C 389/53)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Toni Klement (Dippoldiswalde, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Weiser u A. Grohmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment D. Walicka, sussegwentment A. Poch, D. Botis u A. Schifko, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Bullerjan GmbH (Isernhagen-Kirchhorst, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Frar 2014 (Każ R 1656/2013-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Toni Klement u Bullerjan GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Toni Klement huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/49


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – August Storck vs UASI (2good)

(Kawża T-366/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali 2good - Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])

(2015/C 389/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: August Storck KG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Rohr, A.-C. Richter, P. Goldenbaum u T. Melchert, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Frar 2014 (Każ R 996/2013-1), dwar talba għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali 2good bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

August Storck KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/50


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Sequoia vs UASI – Sequoia Capital (SEQUOIA CAPITAL)

(Kawża T-369/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali SEQUOIA CAPITAL - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEQUOIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikoli 8(1)(b) u 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni”))

(2015/C 389/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sequoia Capital Operations LLC (Menlo Park, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: F. Delord, A. Rendle, solicitors, u G. Hollingworth, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement S. Hanne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sequoia Capital LLP (Londra, ir-Renju Unit)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1457/2013-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Sequoia Capital LLP u Sequoia Capital Operations LLC.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Sequoia Capital Operations LLC hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Rintisch vs UASI – Compagnie laitière européenne (PROTICURD)

(Kawża T-382/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tinnomina lill-Komunità Ewropea - Trade mark verbali PROTICURD - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti PROTI u PROTIPLUS - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Proti Power - Raġuni relattiva għal rifjut - Ammissibbiltà - Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 216/96 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Użu ġenwin tat-trade marks preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”))

(2015/C 389/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bernhard Rintisch (Bottrop, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Compagnie laitière européenne SA (Condé-Sur-Vire, Franza) (rappreżentant: C. Hertz-Eichenrode, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-14 ta’ Marzu 2014 (Każ R 609/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Bernhard Rintisch u Compagnie laitière européenne SA.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni tas-Suq Intern (Trade marks u Disinni)(UASI), tal-14 ta’ Marzu 2014 (Każ R 609/2011-4) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn Bernhard Rintisch.

3)

Compagnie laitière européenne SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 282, 25.08.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/51


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2015 – Volkswagen vs UASI (ULTIMATE)

(Kawża T-385/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali ULTIMATE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 389/57)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-24 ta’ Marzu 2014 (Każ R 1787/2013-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali ULTIMATE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Volkswagen AG hija kkundannata għall-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/52


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2015 – Mechadyne International vs UASI (FlexValve)

(Kawża T-588/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FlexValve - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 389/58)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Mechadyne International Ltd (Kirtlington, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. von Petersdorff-Campen u E. Schaper, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann, sussegwentement minn S. Hanne, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 2435/2013-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv FlexValve bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mechadyne International Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/53


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2015 – BSH vs UASI (PerfectRoast)

(Kawża T-591/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PerfectRoast - Rifjut ta’ reġistrazzjoni - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 389/59)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 359/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali PerfectRoast.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-16 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 359/2014-5), hija annullata sa fejn tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja PerfectRoast għal “tagħmir li jsaħħan l-ilma”, “tagħmir għall-immersjoni li jsaħħan” u “tagħmir li jsajjar il-bajd”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/54


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2015 – Dellmeier vs UASI – Dell (LEXDELL)

(Kawża T-641/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali LEXDELL - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti DELL - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Ksur tal-karattru distintiv jew tar-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”))

(2015/C 389/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alexandra Dellmeier (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment J. Khöber, sussegwentement H. Eckermann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Dell, Inc. (Round Rock, Texas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Renck u E. Nicolás Gómez, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Ġunju 2014 (Kawża R 966/2013-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Dell, Inc., u Alexandra Dellmeier.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Alexandra Dellmeier hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/54


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 25 ta’ Settembru 2015 – Grundig Multimedia vs UASI

(Kawża T-707/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali DetergentOptimiser - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament”])

(2015/C 389/61)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grundig Multimedia AG (Stansstad, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Walter u M. Neuner, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Lulju 2014 (Każ R 172/2014-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali DetergentOptimiser bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grundig Multimedia AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/55


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ottubru 2015 – Société européenne des chaux et liants vs ECHA

(Kawża T-540/13) (1)

((“Rikors għal annullament - REACH - Impożizzjoni ta’ spiża amministrattiva għal żball fid-dikjarazzjoni dwar id-daqs tal-impriża - Sistema lingwistika - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Inammissibbiltà”))

(2015/C 389/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Société européenne des chaux et liants (Bourgoin-Jallieu, Franza) (rappreżentant: J. Dezarnaud, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (rappreżentanti: M. Heikkilä, A. Iber u C. Schultheiss, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni SME (2013) 1665 tal-ECHA, tal-21 ta’ Mejju 2013, sa fejn timponi spiża amministrattiva fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Société européenne des chaux et liants għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).


(1)  ĠU C 31, 1.2.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/56


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2015 – Kafetzakis et vs Il-Parlament et

(Kawża T-38/14) (1)

((“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għad-danni - Ristrutturar tad-dejn pubbliku tal-Greċja - Involviment tas-settur privat - Dannu relatat mat-tnaqqis tal-krediti pprovduti bħala kumpensi tat-tkeċċija - Dikjarazzjonijiet tal-kapijiet tal-Istati jew tal-Gvernijiet taż-Żona Euro u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni - Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro - Assenza ta’ preċiżazzjoni tar-rabta kawżali mad-dannu invokat - Inammissibbiltà”))

(2015/C 389/63)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Georgios Kafetzakis. (Ateni, il-Greċja) u l-mija u tnejn rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentant: C. Papadimitriou, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u L. Visaggio, aġenti); Il-Kunsill Ewropew; Il-Grupp tal-Euro; Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino, M. Balta u E. Dumitriu Segnana, aġenti); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Konstantinidis, J.-P. Keppenne u B. Smulders, aġenti); u Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: P. Papapaschalisut u P. Senkovic, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba intiża biex jiġi kkonstatat li l-konvenuti naqsu illegalment milli jadottaw il-miżuri leġiżlattivi neċessarji għall-finijiet li l-obbligazzjonijiet miżmuma mir-rikorrenti, bħala impjegati ta’ Olympiaki Aeroporia, ma jkunux milquta mill-pjan ta’ parteċipazzjoni tas-settur privat fil-programm ta’ finanzjament tad-dejn (PSI), li jnaqqas il-valur tad-dejn tal-Istat Grieg, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba dan in-nuqqas illegali milli tittieħed azzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Georgios Kafetzakis u l-mija u tnejn rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 292, 01.09.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/56


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2015 – Aravinitis et vs Il-Parlament et

(Kawża T-350/14) (1)

((“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni u għad-danni - Terminazzjoni tal-attività tal-kumpannija Olympiaki Aeroporia (OA) - Dannu allegatament subit mill-impjegati temporanji ta’ OA minħabba n-nuqqas li tittieħed azzjoni mill-konvenuti li jikkonsisti fin-nuqqas milli jħarsu li jiġu applikati r-regoli tal-liġi tal-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni tat-tkeċċija tagħhom - Assenza ta’ preċiżazzjoni tar-rabta kawżali bejn id-dannu invokat u l-aġir tal-konvenuti - Inammissibbiltà”))

(2015/C 389/64)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Athanasios Arvanitis (Rodi, il-Greċja) u l-erbgħa u sebgħin rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness tad-digriet (rappreżentant: C. Papadimitriou, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio u A. Troupiotis, aġenti); Il-Kunsill Ewropew; Il-Grupp tal-Euro; Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino u M. Balta, aġenti); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti); u Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: P. Papapaschalis u P. Senkovic, aġenti);

Suġġett

Minn naħa, talba intiża biex jiġi kkonstatat li l-konvenuti naqsu illegalment milli jħarsu l-applikazzjoni tajba ta’ ċerti regoli tal-Unjoni Ewropea fl-okkażjoni tat-tkeċċija tagħhom, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni u minħabba l-miżuri adottati mill-awtoritajiet Elleniċi b’riżultat ta’ ċerti deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, tal-Grupp tal-Euro u tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Athanasios Arvanitis u l-erbgħa u sebgħin rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness ta’ dan id-digriet huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 439, 08.12.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/57


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Ottubru 2015 – Grigoriadis et vs Il-Parlament et

(Kawża T-413/14) (1)

((“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Ristrutturar tad-dejn pubbliku tal-Greċja - Involviment tas-settur privat - Dannu relatat mat-tnaqqis tal-krediti - Dikjarazzjonijiet tal-kapijiet tal-Istati jew tal-Gvernijiet taż-Żona Euro u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni - Dikjarazzjoni tal-Grupp tal-Euro - Assenza ta’ preċiżazzjoni tar-rabta kawżali mad-dannu invokat - Inammissibbiltà”))

(2015/C 389/65)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Grigoris Grigoriadis (Ateni, il-Greċja), Faidra Grigoriadou (Ateni), Ioannis Tsolias (Tessaloniki, il-Greċja), Dimitrios Alexopoulos (Tessaloniki), Nikolaos Papageorgiou (Ateni) u Ioannis Marinopoulos (Ateni) (rappreżentanti: C. Papadimitriou, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u L. Visaggio, aġenti); Il-Kunsill Ewropew; Il-Grupp tal-Euro; Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. de Gregorio Merino u M. Balta, aġenti); Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u M. Konstantinidis, aġenti); u Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: P. Papapaschalis u P. Senkovic, aġenti);

Suġġett

Minn naħa, talba intiża biex jiġi kkonstatat li l-konvenuti naqsu illegalment milli jieħdu azzjoni għall-finijiet li l-obbligazzjonijiet miżmuma mir-rikorrenti ma jkunux milquta mill-pjan ta’ parteċipazzjoni tas-settur privat fil-programm ta’ finanzjament tad-dejn (PSI), li jnaqqas il-valur tad-dejn tal-Istat Grieg, kif ukoll, min-naħa l-oħra, talba intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba dan in-nuqqas illegali milli tittieħed azzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Grigoris Grigoriadis, Faidra Grigoriadou, Ioannis Tsolias, Dimitrios Alexopoulos, Nikolaos Papageorgiou u Ioannis Marinopoulos huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 439, 08.12.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/58


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2015 – Nieminen vs Il-Kunsill

(Kawża T-464/14 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċeduri ta’ promozzjoni 2010 u 2011 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 12 - Dritt għal smigħ xieraq - Drittijiet tad-difiża - Portata tal-istħarriġ ġuridiku fl-ewwel istanza - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Assenza ta’ żball ta’ liġi u ta’ żnaturament - Appell manifestament infondat fid-dritt”))

(2015/C 389/66)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Risto Nieminen (Kraainem, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn M. de Abreu Caldas, D. de Abreu Caldas u J. N. Louis, sussegwentement minn J. N. Louis, avuati)

Appellat: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u E. Rebasti, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ April 2014, Nieminen vs Il-Kunsill (F-81/12, Ġabra SP, EU:F:2014:50), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

R. Nieminen huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 261, 11.8.2014.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/59


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Ottubru 2015 – GEA Group vs UASI (engineering for a better world)

(Kawża T-545/14) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali engineering for a better world - Deċiżjoni purament konfermattiva - Karattru definittiv tad-deċiżjoni konfermattiva - Konstatazzjoni ex officio - Inammissibbiltà”)

(2015/C 389/67)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schneiders, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann sussegwentement minn S. Hanne, aġenti)

Suġġett

Appell ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 303/2014-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali engineering for a better world bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

GEA Group AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 339, 29.9.2014


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/59


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2015 – Oltis Group vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-497/15)

(2015/C 389/68)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Oltis Group (Olomouc, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Konečný, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tiċħad l-offerta, jew offerti tar-rikorrenti, għall-programmi ta’ innovazzjoni “Il-Programm ta’ Innovazzjoni IP 4 – Soluzzjonijiet IT għal Servizzi Ferrovjarji Attraenti” u “Il-Programm ta’ Innovazzjoni IP 5 – Tekonoloġiji għal Frejt Ewropew Sostenibbli & Attraenti” fil-kuntest tal-proġett “Shift2Rail”;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq użu ħażin ta’ poter min-naħa tal-korp ta’ evalwazzjoni

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ssostni b’mod partikolari li l-korp ta’ evalwazzjoni ma kellux il-fakultà, fl-azzjoni tiegħu, li jissostitwixxi ruħu għad-dritt esklużiv tal-kandidat, sabiex jgħaqqad diversi offerti separati għall-għoti tal-istatus ta’ membru assoċjat tal-kumpannija “Shift2Rail” f’offerta waħda u b’hekk ivvizzja il-proċedura ta’ evalwazzjoni tagħha. Ir-rikorrenti ssostni wkoll li, jekk is-sottomissjoni ta’ żewġ offerti separati minn offerent wieħed għal programmi ta’ innovazzjoni differenti ma kinitx possibbli skont id-dokumenti relatati mal-għoti tal-kuntratt, mill-persperttiva tal-korp ta’ evalwazzjoni, u jekk dawn id-dokumenti ma jipprovdux għal tali sitwazzjoni, allura hija kellha tiġi avżata dwar dan skont il-Parti 8.2 tad-dokumenti tal-għoti, u għalhekk għandha żżomm id-dritt tagħha li tiddisponi mill-offerti magħmula tagħha.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-inkompatibbiltà tal-proċedura segwita mill-korp ta’ evalwazzjoni mad-dokumenti relatati mal-għoti

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li l-korp ta’ evalwazzjoni ma aġixxiex skont id-dokumenti għall-għoti, peress li ddisponiet mill-offerti tar-rikorrenti mingħajr ma nnotifikatha jew ma kkuntattjatha sabiex tikkjarifika xi ambigwitajiet jew żbalji.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li l-korp ta’ evalwazzjoni kellu jevalwa (u jagħti punti lil) l-offerti tagħha separatament, anki wara li ġew magħquda f’offerta waħda, peress li huwa biss billi ssegwi din il-proċedura li l-prinċpiju ta’ evalwazzjoni oġġettiva jista’ jiġi soddisfatt. Il-proċedura li segwa l-korp ta’ evalwazzjoni, meta evalwa l-offerti tar-rikorrenti flimkien u wkoll billi ta l-punti billi evalwa l-kriterji flimkien, hija qarrieqa, diskriminatorja u kuntrarja għall-prinċipju bażiku ta’ dokumenti għall-għoti tal-kuntratt, u trendi d-deċiżjoni impossibbli li tiġi mistħarrġa.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/60


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Settembru 2015 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-550/15)

(2015/C 389/69)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4076 (1), sa fejn hija eskludiet mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 8 2 60  006,65relatat mal-ispejjeż iddikjarati mir-Repubblika Portugiża taħt Għajnuna Diretta Oħra – Nagħaġ u Mogħoż, għas-snin 2010, 2011 u 2012,

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

A –

Fir-rigward tas-snin 2009 u 2010 – Verifiki matul il-perijodu ta’ żamma,

1)

Interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 34(2) tar-Regolament Nru 796/2004 (2), fir-rigward tal-kunċett ta’ verifiki li għandhom jinżammu “matul il-perijodu ta’ żamma”;

2)

Ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività minħabba l-applikazzjoni retroattiva indebita mill-Kummissjoni tal-punt 10 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 1368/2011 (3), sa fejn huwa biss bl-Artikolu 41 tar-Regolament Nru 1122/2009 (4) li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni bdiet tipprevedi verifiki “mifruxa matul il-perjodu kollu taż-żamma”;

3)

Ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi u ta’ ċertezza legali, sa fejn dawn il-prinċipji jirrikjedu li kwalunkwe att tal-istituzzjonijiet li jipproduċi effetti legali għandu jkun ċar u preċiż biżżejjed, u nnotifikat lill-partijiet ikkonċernati b’tali mod li huma jkunu jistgħu jsiru jafu, b’ċertezza, il-mument li minnu l-imsemmi att jeżisti u jibda jipproduċi l-effetti legali tiegħu;

4)

Ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza, ġaladarba l-linji gwida għall-applikazzjoni tal-Artikolu 34(2), jekk jeżistu, għandhom ikunu bil-miktub u fin-nuqqas ta’ dan jitqiegħed inkwistjoni l-prinċipju ta’ ugwaljanza, peress li ma jiġix żgurat li l-miżuri jittieħdu b’mod uniformi, mill-Istati Membri kollha, billi jiġi osservat il-prinċipju ta’ ugwaljanza;

5)

Ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-Artikolu 5 TUE, sa fejn il-verifiki fuq il-post imwettqa mill-awtoritajiet Portugiżi jilħqu eżattament l-għan previst fir-regoli inkwistjoni, irrispettivament minn jekk dawn jitwettqu fil-bidu, bħal ma tippretendi l-Kummissjoni, jew fin-nofs, jew iktar lejn it-tmiem, ġaladarba jitwettqu matul il-perijodu ta’ żamma, għall-għarrieda u b’mod imprevedibbli.

B –

Fir-rigward tas-sena 2011 – Rekwiżiti regolamentari ġodda ta’ identifikazzjoni elettronika

1)

Ksur tal-Artikolu 11 tar-Regolament (KE) Nru 885/06 (5), sa fejn id-deċiżjoni ma hijiex debitament immotivata, fejn tiżvela motivazzjoni ineżatta u, bħala tali, tikser il-ħsieb wara u l-għan tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 885/2006;

2)

Ksur tal-Artikolu 31(2) tar-Regolament Nru 1290/2005 (6) u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ġaladarba, fil-każ inkwistjoni ma ġewx osservati l-erba’ rekwiżiti msemmija fil-linji gwida tal-Kummissjoni kkomunikati dwar din il-materja u sa fejn għandha tiġi sodisfatta l-komunikazzjoni, kumulattiva, ta’ dawn l-erba’ rekwiżiti.


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 182, p. 39).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243).

(3)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1368/2011, tal-21 ta’ Diċembru 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1121/2009, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu, u r-Regolament (KE) Nru 1122/2009, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ [dirett] għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU L 341, p. 33).

(4)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU L 316, p. 65).

(5)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 885/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, dwar l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-ħlas u ta’ korpijiet oħrajn u l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEG u tal-FAEŻR (ĠU L 322M, p. 162).

(6)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 209, p. 1).


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/62


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-551/15)

(2015/C 389/70)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, P. Estêvão u J. Saraiva de Almeida, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 4076 (1), sa fejn hija eskludiet mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea l-ammont ta’ EUR 5 01  445,57 relatat mal-ispejjeż iddikjarati mir-Repubblika Portugiża taħt kittien u qanneb għas-sena 1999/2000,

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li jirrigwardaw:

1)

Ksur tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 729/70 (2): Il-Kummissjoni ma pprovatx l-eżistenza ta’ ksur tar-regoli ta’ organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli;

2)

Ksur tal-Artikolu 5(2) tar-Regolament Nru 729/70, talli ma ġewx sodisfatti r-rekwiżiti stabbiliti mill-Kummissjoni fil-linji gwida uniformi li jirriżultaw fid-Dokument Nru VI/5330/97 (3), għall-applikazzjoni ta’ korrezzjoni finanzjarja b’rata fissa ta’ 25 %;

3)

Ksur tal-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1290/2005 (4): Spejjeż imwettqa iktar minn 24 xahar ilu – peress li d-deċiżjoni kkontestata, billi eskludiet mill-finanzjament Komunitarju spejjeż imwettqa fis-snin 1999 u 2000, tiċħad il-finanzjament tal-ispejjeż imwettqa iktar minn 24 xahar qabel il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-awtoritajiet Portugiżi, bil-miktub, tar-riżultati tal-verifiki li jirriżultaw mill-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ April 2006 (5).


(1)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 182, p. 39).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70, tal-21 ta’ April 1970, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 94, p. 13).

(3)  Dokument VI/5330/97, tat-23 ta’ Diċembru 1997, Linji gwida tal-Kummissjoni li jirrigwardaw il-kalkolu tal-konsegwenzi finanzjarji fil-preparazzjoni tad-deċiżjoni ta’ clearance tal-kontijiet tal-FAEGG-Garanzija.

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 209, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ April 2006, li teskludi mill-finanzjament Komunitarju ċerti spejjeż imwettqa mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima Garanzija (ĠU L 124, p. 21).


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/63


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Settembru 2015 – Universidad Internacional de la Rioja vs UASI – Universidad de la Rioja (UNIVERSIDAD INTERNACIONAL DE LA RIOJA UNiR)

(Kawża T-561/15)

(2015/C 389/71)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Universidad Internacional de la Rioja, SA (Logroño, Spanja) (rappreżentanti: C. Lema Devesa u A. Porras Fernandez-Toledano, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Universidad de la Rioja (Logroño, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “UNIVERSIDAD INTERNACIONAL DE LA RIOJA UNiR” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 738 093

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 1914/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din ċaħdet ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 11 738 093 u, konsegwentement, tilqa’ r-reġistrazzjoni tagħha.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Id-deċiżjoni kkontestata ma tidentifikax b’mod adegwat il-konsumaturi medji tal-prodotti u tas-servizzi speċifiċi.

Id-deċiżjoni kkontestata ma twettaqx analiżi adegwata tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/64


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2015 – Aldi vs UASI – Rouard (GOURMET)

(Kawża T-572/15)

(2015/C 389/72)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi GmbH & Co. KG (Mülheim an der Ruhr, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Fürsen u N. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pierre-André Rouard (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “GOURMET” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 0 5 09  446

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Lulju 2015 fil-Każ R 1985/2013-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 63 tar-Regolament Nru 207/2009 flimkien mar-Regola 20(7) tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/65


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – Greenwood Houseware (Zhuhai) et vs Il-Kunsill

(Kawża T-191/10) (1)

(2015/C 389/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 179, 3.7.2010.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/65


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2015 – db-Technologies Deutschland vs UASI – MIP Metro (Sigma)

(Kawża T-267/15) (1)

(2015/C 389/74)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 245, 27.7.2015.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/66


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2015 – DI vs UEAA

(Kawża F-113/13)

((Servizz pubbliku - Persunal tal-UEAA - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Perijodu ta’ prova - Tkeċċija minħabba inkompetenza manifesta - Rikors għal annullament - Qbil bejn ir-rikors u t-talba - Assenza - Inammissibbiltà manifesta - Rikors għal kumpens))

(2015/C 389/75)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DI (rappreżentant: I. Vlaic, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (rappreżentanti: L. Cerdán Ortiz-Quintana, aġent, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (UEAA) li jitħassar il-kuntratt ta’ xogħol tar-rikorrent wara l-perijodu ta’ prova, li ġie estiż bi tliet xhur.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

DI għandha tbati l-ispejjeż tagħha u l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil.


23.11.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 389/66


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Ottubru 2015 – Drakeford vs EMA

(Kawża F-29/13 RENV) (1)

(2015/C 389/76)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C