ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 347

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
20 ta' Ottubru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 347/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7769 — Gilde Fund IV/Parcom Fund IV/Koninklijke Ten Cate) ( 1 )

1

2015/C 347/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7457 — CVC/Paroc) ( 1 )

1

2015/C 347/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7783 — Hellman & Friedman/Securitas Direct Group) ( 1 )

2


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 347/04

Rata tal-kambju tal-euro

3

2015/C 347/05

Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Ottubru 2015 li twaqqaf il-Grupp ta’ Esperti dwar l-Iffalsifikar tal-Muniti dwar il-politika tal-Kummissjoni u r-Regolamenti li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar

4


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 347/06

Sejħa għall-proposti 2016 — EAC/A04/2015 — Il-Programm Erasmus+

7

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 347/07

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7777 — Solvay/Cytec) ( 1 )

11

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 347/08

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

12

2015/C 347/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

19


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7769 — Gilde Fund IV/Parcom Fund IV/Koninklijke Ten Cate)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 347/01)

Fit-8 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7769. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


20.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7457 — CVC/Paroc)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 347/02)

Fit-12 ta' Frar 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7457. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


20.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7783 — Hellman & Friedman/Securitas Direct Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 347/03)

Fl-14 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7783. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Ottubru 2015

(2015/C 347/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1333

JPY

Yen Ġappuniż

135,29

DKK

Krona Daniża

7,4592

GBP

Lira Sterlina

0,73170

SEK

Krona Żvediża

9,3940

CHF

Frank Żvizzeru

1,0834

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,1850

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,083

HUF

Forint Ungeriż

309,51

PLN

Zloty Pollakk

4,2367

RON

Leu Rumen

4,4183

TRY

Lira Turka

3,2849

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5581

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4671

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7832

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6668

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5685

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 280,57

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,9509

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,2082

HRK

Kuna Kroata

7,6265

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 439,68

MYR

Ringgit Malażjan

4,7695

PHP

Peso Filippin

52,243

RUB

Rouble Russu

70,3984

THB

Baht Tajlandiż

40,073

BRL

Real Brażiljan

4,4185

MXN

Peso Messikan

18,6360

INR

Rupi Indjan

73,4435


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


20.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/4


DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-19 ta’ Ottubru 2015

li twaqqaf il-Grupp ta’ Esperti dwar l-Iffalsifikar tal-Muniti dwar il-politika tal-Kummissjoni u r-Regolamenti li jirrigwardaw il-protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar

(2015/C 347/05)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/512 (1) tipprovdi li d-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (iktar 'il quddiem id-“Direttorat Ġenerali”) hu responsabbli għall-kompiti relatati għat-tħejjija tal-inizjattivi leġiżlattivi u regolatorji tal-Kummissjoni bl-objettiv tal-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar, u ta’ appoġġ f’dan il-qasam permezz ta’ taħriġ u assistenza teknika. Bil-ħsieb li tikkoordina l-azzjonijiet meħtieġa għall-ħarsien tal-muniti tal-euro mill-iffalsifikar, il-Kummissjoni teħtieġ li titlob l-għarfien espert ta’ speċjalisti f’korp konsultattiv (2).

(2)

Għaldaqstant huwa f’loku li jitwaqqaf grupp ta’ esperti fil-qasam tal-protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar, u li jiġu definiti l-kompiti u l-istruttura tiegħu.

(3)

Il-grupp għandu jassisti lill-Kummissjoni fit-tħejjija tal-leġislazzjoni jew fid-definizzjoni tal-politika u biex jipprovdi għarfien espert waqt li jkun qed jipprepara miżuri implimentattivi fir-rigward tal-protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar. Il-grupp għandu wkoll jistabbilixxi kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi involuti fil-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar.

(4)

Il-grupp għandu jkun magħmul minn esperti mill-awtoritajiet tal-Istati Membri, il-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”) u tal-Europol.

(5)

Għandhom jiġu stabbiliti regoli dwar l-iżvelar tal-informazzjoni minn membri tal-grupp.

(6)

Id-dejta personali għandha tiġi pproċessata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Huwa xieraq li jiġi stipulat perjodu għall-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni se tikkunsidra fi żmien propizju, kemm hu xieraq li tingħata estensjoni,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Suġġett

Il-Grupp tal-Esperti tal-Kummissjoni dwar il-Falsifikazzjoni tal-Muniti (minn hawn 'il quddiem CCEG), huwa b’dan stabbilit.

Artikolu 2

Kompitu

Ix-xogħol tas-CCEG għandu jkun:

(a)

sabiex jassisti lill-Kummissjoni fil-preparazzjoni ta’ proposti leġiżlattivi jew atti delegati jew inizjattivi ta’ politika għall-protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar;

(b)

li jistabbilixxi kooperazzjoni bejn il-Kapijiet taċ-Ċentri Nazzjonali ta’ Analiżi tal-Muniti (“CNACs”) stabbilit f’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 (4), il-Kummissjoni, iċ-Ċentru Tekniku Xjentifiku Ewropew (“ETSC”) (5), il-Bank Ċentrali Ewropew (“BĊE”) u l-Europol f’materji li għandhom x’jaqsmu ma’ inizjattivi u azzjonijiet immirati b’mod effiċjenti għall-istrateġija dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni;

(c)

L-għoti ta’ pariri u għarfien espert lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, il-programmi u l-politiki tal-Unjoni, b’mod partikolari fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6);

(d)

biex jinqasmu l-esperjenzi u jistabbilixxi prattiki tajbin għall-protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar;

(e)

it-tqajjim ta’ kuxjenza fost l-awtoritajiet pubbliċi involuti fil-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar għal theddid imminenti u biex jissorvelja l-implimentazzjoni ta’ miżuri ripressivi effettivi għal strateġija ta’ politika dwar il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni;

(f)

il-promozzjoni ta’ inizjattivi ta’ taħriġ għall-protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar;

(g)

il-promozzjoni u l-iżvilupp ta’ studji jew appoġġ tekniku fl-iffaliċitar ta’ attivitajiet ta’ skoperta ta’ falsifikar;

(h)

biex jiddiskutu kwistjonijiet li jirrigwardaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi ta’ muniti tal-euro foloz u l-karatteristiċi ta’ sigurtà għall-protezzjoni tal-muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar.

Artikolu 3

Konsultazzjoni

Il-Kummissjoni tista’ tikkonsulta mas-CCEG dwar kwalunkwe kwistjoni relatata mal-protezzjoni ta’ muniti tal-euro kontra l-iffalsifikar.

Artikolu 4

Sħubija - Ħatra

1.   Il-membri jridu jkunu l-Istati Membri CNACs, il-BĊE u l-Europol.

2.   Il-membri jridu jinfurmaw lill-Kummissjoni tar-rappreżentanti maħturin tagħhom u sostituti.

3.   Id-dejta personali għandha tinġabar, tiġi proċessata u ppubblikata skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Artikolu 5

Operat

1.   Is-servizz kompetenti tal-Kummissjoni għandu jaħtar il-President tal-grupp.

2.   Bi qbil mas-servizzi tal-Kummissjoni, is-CCEG jista’ jistabbilixxi sottogruppi biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi abbażi ta’ termini ta’ referenza definiti mill-grupp.

3.   Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’, fuq bażi ad hoc, jistieden esperti minn barra l-grupp li jkollhom kompetenza speċifika f’suġġett li jkun fuq l-aġenda biex jieħdu sehem fil-ħidma tal-grupp jew tas-sottogrupp. Barra minn hekk, ir-rappreżentant tal-Kummissjoni jista’ jagħti status ta’ osservatur lil individwi jew organizzazzjonijiet kif inhu definit fir-Regola 8(3) tar-regoli orizzontali dwar il-gruppi ta’ esperti (7) u l-pajjiżi kandidati.

4.   Il-membri tal-Grupp tas-CCEG u r-rappreżentanti tagħhom, kif ukoll l-esperti u l-osservaturi mistiedna, għandhom jikkonformaw mal-obbligi tas-segretezza professjonali stabbiliti fit-Trattati u fir-regoli ta’ implimentazzjoni tagħhom, kif ukoll mar-regoli tal-Kummissjoni dwar is-siġurtà li għandhom x’jaqsmu mal-protezzjoni tat-tagħrif ikklassifikat tal-UE, stabbiliti fid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (8), u (UE, Euratom) Nru 2005/444 (9). Jekk jonqsu milli jħarsu dawn l-obbligi, il-Kummissjoni tista’ tieħu l-miżuri xierqa kollha.

5.   Il-laqgħat tas-CCEG għandhom isiru fil-bini tal-Kummissjoni bl-eċċezzjoni ta’ laqgħat ta’ sottogruppi li jistgħu jsiru barra l-bini tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi servizzi segretarjali.

6.   Is-CCEG għandu jadotta r-regoli ta’ proċedura tagħha abbażi tar-regoli standard ta’ proċedura għall-gruppi ta’ esperti.

7.   Il-Kummissjoni għandha tippubblika d-dokumenti rilevanti kollha b’rabta mal-attivitajiet imwettqa mis-CCEG bħalma huma l-aġendi, il-minuti, u s-sottomissjonijiet tal-parteċipanti jew billi tinkludihom fir-Reġistru ta’ gruppi ta’ esperti tal-Kummissjoni u entrati simili oħrajn jew billi tagħmel link fir-Reġistru għal sit web tal-Internet dedikat b’dawk id-dokumenti. Id-dokumenti rilevanti mhux se jiġu ppublbikati fejn divulgazzjoni ta’ dokument idgħajjef il-protezzjoni ta’ interess pubbliku jew privat kif iddefinit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (10).

Artikolu 6

Spejjeż tal-laqgħat

1.   Il-parteċipanti fl-attivitajiet tas-CCEG jew tas-sottogruppi tiegħu ma għandhomx jitħallsu għas-servizz li jagħtu.

2.   L-ispejjeż li jagħmlu l-parteċipanti fl-attivitajiet tatas-CCEG jitħallsu lura mill-Kummissjoni skont id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ħdan il-Kummissjoni. L-ispejjeż tal-ivjaġġar u tas-sussistenza għandhom jiġu rimborżati, bl-istess mod, lill-membri tas-sottogruppi.

3.   L-ispejjeż imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu rimborżati sal-limiti tal-approprjazzjonijiet disponibbli allokati skont il-proċedura annwali għall-allokazzjoni tar-riżorsi.

Artikolu 7

Applikabbiltà

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mid-data tal-adozzjoni tagħha sal-31 ta’ Diċembru 2025.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Ottubru 2015.

Għall-Kummissjoni

Pierre MOSCOVICI

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/512 tal-25 ta’ Marzu 2015 li temenda d-Deċiżjoni 1999/352/KE, KEFA, Euratom li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) (ĠU L 81, 26.3.2015, p. 4).

(2)  Skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/37/KE tad-29 ta’ Ottubru 2004 li tistabbilixxi ċ-Ċentru Tekniku u Xjentifiku Ewropew (ETSC), il-Kummissjoni hija mitluba li tikkoordina l-azzjonijiet meħtieġa għall-ħarsien tal-muniti tal-euro mill-iffalsifikar permezz ta’ laqgħat perijodiċi ta’ esperti dwar l-iffalsifikar tal-muniti (ĠU L 19, 21.1.2005, p. 73).

(3)  Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(4)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1338/2001 tat-28 ta’ Ġunju 2001 li jistabilixxi miżuri neċessarji għall-protezzjoni mill-iffalsifikar tal-euro (ĠU L 181, 4.7.2001, p. 6).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/861/KE tat-8 ta’ Diċembru 2003 li tikkonċerna l-analiżi u l-koperazzjoni fir-rigward ta’ muniti foloz tal-euro (ĠU L 325, 12.12.2003, p. 44).

(6)  Ir-Regolament (UE) Nru 1210/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jikkonċerna l-awtentikazzjoni tal-muniti tal-euro u t-trattament ta’ muniti tal-euro li mhumiex tajba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 339, 22.12.2010, p. 1).

(7)  ĠU C(2010) 7649 finali.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar is-Sigurtà fil-Kummissjoni (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 41).

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/444 tat-13 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 72, 17.3.2015, p. 53).

(10)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 45).


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/7


Sejħa għall-proposti 2016 — EAC/A04/2015

Il-Programm Erasmus+

(2015/C 347/06)

1.   Introduzzjoni u Għanijiet

Din is-sejħa għall-proposti hija bbażata fuq ir-Regolament (UE) Nru 1288/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1) li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni, taħriġ, żgħażagħ u sport kif ukoll il-Programmi ta’ Ħidma Annwali Erasmus+ tal-2015 u l-2016. Il-Programm Erasmus+ ikopri l-perjodu mill-2014 sal-2020. L-għanijiet ġenerali u speċifiċi tal-Programm Erasmus+ jinsabu fl-Artikoli 4, 5, 11 u 16 tar-Regolament.

2.   Azzjonijiet

Din is-sejħa għall-proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:

L-Azzjoni Ewlenija 1 (KA1) — Il-mobbiltà tat-tagħlim tal-individwi

Il-mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ

Masters Konġunti Erasmus Mundus

Avvenimenti fuq Skala Kbira tas-Servizz Volontarju Ewropew

L-Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) — Koperazzjoni għall-innovazzjoni u l-iskambju ta’ prattiki tajba

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ;

Alleanzi tal-Għarfien

Alleanzi tal-Ħiliet Settorjali

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ

L-Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) — Appoġġ għar-riforma politika

Djalogu strutturat: Laqgħat bejn iż-żgħażagħ u min jieħu d-deċiżjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ

Attivitajiet Jean Monnet

Seduti Jean Monnet

Moduli Jean Monnet

Ċentri ta’ Eċċellenza Jean Monnet

Appoġġ Jean Monnet għall-Assoċjazzjonijiet

Netwerks Jean Monnet

Proġetti Jean Monnet

L-Isport

Sħubijiet kollaborattivi

Sħubijiet kollaborattivi żgħar

Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ

3.   Eliġibbiltà

Kull korp pubbliku jew privat li hu attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista’ japplika għal finanzjament tal-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, il-gruppi taż-żgħażagħ attivi fil-ħidma taż-żgħażagħ, iżda mhux bilfors fil-kuntest ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ, jistgħu japplikaw għal finanzjament għal mobbiltà tat-tagħlim taż-żgħażagħ u tal-ħaddiema żgħażagħ kif ukoll għal Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ.

Il-Programm Erasmus+ hu miftuħ għall-parteċipazzjoni ta’ dawn il-pajjiżi (2):

Dawn il-Pajjiżi tal-Programm jistgħu jieħdu sehem sħiħ fl-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:

it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi tal-EFTA/ŻEE: l-Iżlanda, il-Liechtenstein u n-Norveġja.

Il-pajjiżi kandidati tal-UE: it-Turkija, u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi sħab.

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.

4.   Il-baġit u t-tul tal-proġetti

Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa għall-proposti hu stmat għal EUR 1 871,1 miljun.

L-Edukazzjoni u t-Taħriġ

:

EUR 1 645,6 miljun (3)

Iż-Żgħażagħ

:

EUR 186,7 miljun

Jean Monnet

:

EUR 11,4 miljun

L-Isport

:

EUR 27,4 miljun

Il-baġit totali allokat għas-sejħa għall-proposti, kif ukoll it-tqassim tiegħu huma indikattivi, u jistgħu jiġu mmodifikati soġġett għal emenda tal-Programmi ta’ Ħidma Annwali tal-Erasmus+. L-applikanti potenzjali mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programmi ta’ Ħidma Annwali Erasmus+ u l-emendi tagħhom, ippubblikati fuq:

http://ec.europa.eu/dgs/education_culture/more_info/awp/index_en.htm

fir-rigward tal-baġit disponibbli għal kull azzjoni koperta mis-sejħa.

Il-livell tal-għotjiet kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarja skont fatturi bħat-tip ta’ proġett u l-għadd ta’ sħab involuti.

5.   L-iskadenza biex jitressqu l-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet imsemmija hawn taħt jistgħu jitressqu sa 12.00 (nofsinhar), ħin Brussell.

L-Azzjoni Ewlenija 1

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

fit-2 ta’ Frar 2016.

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ

fit-2 ta’ Frar 2016.

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

fis-26 ta’ April 2016.

Il-mobilità tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ

fl-4 ta’ Ottubru 2016.

Masters Konġunti Erasmus Mundus

fit-18 ta’ Frar 2016.

Avvenimenti fuq skala kbira tas-Servizz Volontarju Ewropew

fl-1 ta’ April 2016.

L-Azzjoni Ewlenija 2

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ

fit-2 ta’ Frar 2016.

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ;

fis-26 ta’ April 2016.

Sħubijiet strateġiċi fil-qasam taż-żgħażagħ

fl-4 ta’ Ottubru 2016.

Alleanzi ta’ Għarfien, Alleanzi ta’ Ħiliet Settorjali

fis-26 ta’ Frar 2016.

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam tal-edukazzjoni għolja

fl-10 ta’ Frar 2016.

It-tiswir tal-kapaċità fil-qasam taż-żgħażagħ

fit-2 ta’ Frar 2016.

fl-1 ta’ Lulju 2016.

L-Azzjoni Ewlenija 3

Laqgħa bejn iż-żgħażagħ u min jieħu d-deċiżjonijiet fil-qasam taż-żgħażagħ

fit-2 ta’ Frar 2016.

fis-26 ta’ April 2016.

fl-4 ta’ Ottubru 2016.

Azzjonijiet Jean Monnet

Sedji, Moduli, Ċentri tal-Eċċellenza, Appoġġ għall-Istituzzjonijiet u għall-Assoċjazzjonijiet, Netwerks, Proġetti

fil-25 ta’ Frar 2016.

Azzjonijiet tal-Isport

Sħubijiet kollaborattivi mhux għall-qliegħ marbuta mal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport 2016 biss

fil-21 ta’ Jannar 2016.

Sħubijiet kollaborattivi mhux marbuta mal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport 2016 biss

fit-12 ta’ Mejju 2016.

Sħubijiet kollaborattivi żgħar

fit-12 ta’ Mejju 2016.

Avvenimenti sportivi Ewropej mhux għall-qliegħ marbuta mal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport 2016 biss

fil-21 ta’ Jannar 2016.

Avvenimenti sportivi Ewropej mhux għall-qliegħ mhux marbuta mal-Ġimgħa Ewropea tal-Isport 2016 biss

fit-12 ta’ Mejju 2016.

Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar istruzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.

6.   Dettalji sħaħ

Ara l-kundizzjonijiet ta’ din is-sejħa għall-proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, fil-Gwida tal-Programm Erasmus+:

http://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/discover/guide/index_en.htm

Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ hi parti integrali minn din is-sejħa għall-proposti u l-kundizzjonijiet għal parteċipazzjoni u finanzjament li jissemmew fiha japplikaw għalkollox għal din is-sejħa.


(1)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 50.

(2)  Ħlief għall-attivitajiet Jean Monnet li huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja.

(3)  Dan l-ammont jinkludi fondi għad-Dimensjoni Internazzjonali tal-Edukazzjoni Għolja (EUR 276,5 miljun b’kollox).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7777 — Solvay/Cytec)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 347/07)

1.

Fit-13 ta’ Ottubru 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Solvay SA (“Solvay”, il-Belġju) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta' Cytec Industries Inc. kollha kemm hi (“Cytec”, l-Istati Uniti tal-Amerika).

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Solvay: riċerka, żvilupp, produzzjoni, kummerċjalizzazzjoni u bejgħ ta’ kimiċi u plastik, inklużi t-tħaffir fil-minjieri għall-kimiċi, globalment.

—   għal Cytec: il-forniment ta’ kimiċi, materjali komposti u kolla għal firxa wiesgħa ta’ industriji, bħall-industrija aerospazjali, l-agrikoltura, id-difiża u l-industrija tal-minjieri, globalment.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza Każ M.7777 — Solvay/Cytec, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

20.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/12


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2015/C 347/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“MIEL DE LIÉBANA”

Nru tal-KE: ES-PDO-0005-01196 – 10.2.2014

IĠP ( ) DOP ( X )

1.   Isem

“Miel de Liébana”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Spanja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.4. Prodotti oħrajn li joriġinaw mill-annimali (bajd, għasel, diversi prodotti mill-ħalib għajr butir, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

“Miel de Liébana” huwa prodott tal-ikel magħmul min-naħal tal-għasel fir-reġjun ta’ Liébana min-nektar tal-fjuri jew mit-tnixxijiet mill-partijiet ħajjin tal-pjanti li jikbru fl-ekosistemi ta’ Liébana, li n-naħal jaħsdu, jittrasformaw, jikkombinaw ma’ sustanzi speċifiċi li huma jipproduċu, jiddepożitaw, inixxfu, jaħżnu u jħallu jsir fix-xehdiet tal-kaxex.

Varjetajiet u tipi:

Il-varjetajiet ta’ għasel li huma prodotti fiż-żona u li jistgħu jkunu koperti mid-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta “Miel de Liébana” huma:

—   l-għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar: magħmul minn qtar tal-għasel tal-ballut u tal-ilċi, u min-nektar tal-Erica spp. (l-erika), tar-Rubus sp. (it-tut) u perċentwali varjabbli ta’ trab tad-dakra li jinsab fil-flora ta’ Liébana; u

—   l-għasel minn fjuri waħdanin tal-erika: magħmul min-nektar tal-ispeċijiet li ġejjin: Erica cinerea, Erica vagans, Erica tetralix, Erica cirialis u Calluna vulgaris (tipi ta’ erika żgħar (“ling heather”)).

Karatteristiċi speċifiċi komuni tal-għasel tad-DOP “Miel de Liébana”:

Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi:

Maturità:

 

Kontenut ta’ sukrożju

massimu ta’ 5 % (5 g/100 g)

Umdità

massimu ta’ 18,6 %

Grad ta’ freskezza (stabbilit wara l-produzzjoni):

 

Idrossimetilfurfural (HMF)

< 20 mg/kg

Attività ta’ dijastażi

25–55 fuq l-iskala Schade

Deterjorament:

 

Aċidità libera

inqas minn 50 meq/kg

Purità:

 

Solidi insolubbli fl-ilma

massimu ta’ 0,1 g/100 g

Materja barranija

bla residwi, mgħoddija minn għarbiel b’toqob ta’ < 0,2 mm

Karatteristiċi tat-trab tad-dakra:

Il-medda tat-trab tad-dakra tal-għasel tad-DOP “Miel de Liébana” għandha tirrifletti dik tal-veġetazzjoni taż-żona, li prinċipalment tikkonsisti mill-familji li ġejjin: Leguminosae, Ericaceae, Rosaceae, Fagaceae, Plantaginaceae, Asteraceae u Boraginaceae, li l-ispeċijiet tagħhom huma mniżżlin fit-tabella mogħtija fil-punt 5.1.

Fi kwalunkwe każ, it-trabijiet tad-dakra tal-Eucalyptus sp. (l-ewkaliptu), tal-Helianthus annuus (il-ġirasol), tal-Olea europaea (iż-żebbuġ), taċ-Cistus ladanifer (tip ta’ ċister (“brown-eyed rockrose”)), tat-Thymus sp. (is-sagħtar), tal-Lavandula stoechas (il-lavanda kkompletata) u tar-Rosmarinus officinalis (il-klin) flimkien ma jistgħux jaqbżu l-5 % tal-medda kollha tat-trab tad-dakra.

Karatteristiċi addizzjonali tat-tipi speċifiċi ta’ għasel:

Karatteristiċi fiżiċi u kimiċi:

 

Konduttività elettrika (f’mS/cm)

Kulur (f’mm fuq l-iskala Pfund)

Irmied (fi g/100 g)

Fruttożju + Glukożju (fi g/100 g)

L-għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar

0,970–1,430

≥ 102

0,65–0,75

60–66

L-għasel mill-erika

0,845–1,280

90–119

0,65–0,70

≥ 67

Karatteristiċi tat-trab tad-dakra:

 

Trab tad-dakra speċifiku (f’%)

L-għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar

Il-qtar tal-għasel tas-siġar tal-ballut u tal-ilċi jippredomina, flimkien mat-trabijiet tad-dakra tar-Rubus spp. u tal-Erica spp., u ma’ trabijiet tad-dakra oħrajn mill-flora karatteristika ta’ Liébana.

L-għasel mill-erika

Dan irid ikun fih minimu ta’ 45 % ta’ trab tad-dakra tal-erika (Erica spp.), flimkien ma’ perċentwali varjabbli ta’ trabijiet tad-dakra oħrajn mill-flora karatteristika ta’ Liébana.

Karatteristiċi organolettiċi:

 

Stat fiżiku

Kulur

Aroma

Togħma

L-għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar

Konsistenza fluwida, b’tendenza baxxa ħafna ta’ kristallizzazzjoni.

Isfar skur ħafna, kultant kważi iswed, b’tonalitajiet suwed u kannella, u l-għasel ikun ileqq u jirrifletti.

Riħa ta’ njam li ma tkunx intensa u persistenti ħafna.

L-għasel ikollu riħa mhix qawwija ta’ xgħir.

L-għasel ikollu togħma distinta mielħa li tikkumpensa għall-ħlewwa tipika tal-għasel kollu.

L-għasel mill-erika

Konsistenza magħquda ta’ għaġna. Tendenza medja ta’ kristallizzazzjoni (granulazzjoni fina).

Kulur li jvarja minn isfar għal isfar skur ħafna b’tonalitajiet kannella ħamranin.

Jekk l-għasel jiksaħ ħafna meta jinħażen fix-xitwa, jista’ jibdel il-kulur u jsir isfar ċar.

Riħa qawwija ta’ fjuri b’intensità u persistenza medja.

L-għasel ikollu togħma kemxejn qarsa u persistenti, u jkun mielaħ ħafna.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss)

3.5.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-istadji kollha tal-produzzjoni u tal-estrazzjoni tal-għasel ta’ Liébana jridu jsiru fiż-żona ddefinita.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Biex tkun iggarantita l-kwalità u żgurata l-ispezzjoni, il-proċessi kollha li jifformaw parti mill-metodu ta’ produzzjoni tal-għasel ta’ Liébana jridu jsiru f’ċentri li jinsabu fiż-żona ġeografika ddefinita, għax jekk dawn l-operazzjonijiet jitwettqu xi mkien ieħor il-prodott ikollu jiġi ttrasportat lejn faċilitajiet 'il barra miż-żona u l-kwalità tiegħu tista’ tonqos minħabba t-temperatura, l-umdità u l-assorbiment ta’ sustanzi jew irwejjaħ barranin waqt it-trasport. Dan inaqqas ukoll ir-riskju li l-prodott jitħallat ma’ għasel ieħor li mhuwiex kopert minn din id-DOP.

L-ippakkjar irid isir f’ċentri tal-ippakkjar li jinsabu fiż-żona tal-produzzjoni għar-raġunijiet mogħtija hawn fuq.

Il-prodott irid jiġi ppakkjat f’kontenituri tal-ħġieġ trasparenti u bla kulur li jingħalqu ermetikament biex ma jintilfux l-aromi naturali tiegħu u biex fihom ma jidħlux irwejjaħ, umdità, eċċ. u dawn il-kontenituri jridu jkunu ssiġillati biex wieħed ikun ċert li ma jkunux infetħu.

L-għasel ippakkjat irid ikun oħxon jew kristallizzat.

Il-bejgħ bl-ingrossa huwa pprojbit.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Minbarra l-informazzjoni obbligatorja speċifikata fir-regolamenti dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, dawn li ġejjin għandhom jintwerew b’mod prominenti fuq it-tikketta:

isem id-Denominazzjoni tal-Oriġini: “Miel de Liébana”;

il-kliem “Denominación Geográfica Protegida” jew l-ittri “DOP” u l-logo tal-Unjoni Ewropea korrispondenti;

it-tip ta’ għasel: “Miel de Mielada” jew “Monofloral de Brezo” (skont il-karatteristiċi tat-trab tad-dakra speċifikati fid-deskrizzjoni tal-prodott);

il-logo tad-Denominazzjoni tal-Oriġini nnifisha, mogħti hawn taħt; u

in-numru ta’ kontroll bl-isem tal-korp tal-ispezzjoni jew tikketta sekondarja.

Image

KULURI

:

 

ISFAR

:

PANTONE 130C

KANNELLA

:

PANTONE 4695C

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ produzzjoni tad-DOP “Miel de Liébana” tinkludi l-muniċipalitajiet kollha tar-reġjun ta’ Liébana fil-Komunità Awtonoma ta’ Cantabria.

Dawn il-muniċipalitajiet huma:

Cabezón de Liébana, Camaleño, Cillorigo de Liébana, Pesaguero, Potes, Tresviso u Vega de Liébana.

Huma jkopru erja totali ta’ 570 km2.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

5.1.1.   Fatturi naturali

Ir-reġjun ta’ Liébana jinsab fil-qalba tal-muntanji ta’ Cantabria. Dan ir-reġjun huwa ddefinit b’mod naturali mill-morfoloġija u l-fiżjonomija tiegħu, u huwa mdawwar b’uħud mill-ogħla qċaċet ta’ Cantabria, li jifformaw fruntiera naturali. Dawn jestendu lejn iċ-ċentru, fejn jifformaw erba’ widien fondi u dojoq bi ġnub weqfin ħafna, li jiltaqgħu ma’ xulxin f’Potes, li huwa ċ-ċentru ġeografiku u amministrattiv tar-reġjun.

Dan ir-reġjun għandu forma tonda, u huwa kaldera kbira mdawra b’ħitan enormi tal-franka, imdawrin mill-medda ta’ muntanji msejħa “Picos de Europa”. L-iktar altitudni baxxa tar-reġjun tinsab fiċ-ċentru, u hija ta’ madwar 300 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar, iżda din tiżdied għal 2 600 metru 'l fuq mil-livell tal-baħar fil-periferija.

Mil-lat ġeoloġiku, f’dan ir-reġjun jippredomina l-ġebel karboniferu. Il-ġebel tal-franka mill-ġebel karboniferu t’isfel, li ntlaqat minn proċessi karstiċi, jifforma l- medda ta’ muntanji Ċentrali u tal-Lvant tal-“Picos de Europa” u l-parti tat-Tramuntana tar-reġjun. Il-lavanja li tittiekel faċilment u l-ġebel imrammel fil-qiegħ tal-widien huma mill-ġebel karboniferu ta’ fuq.

Minħabba l-kumplessità orografika tiegħu, ir-reġjun ta’ Liébana għandu l-mikroklima distinta tagħha, li jagħmlu territorju Mediterranju f’reġjun influwenzat mill-klima tal-Atlantiku.

F’Liébana, it-temperatura medja tvarja minn massimu ta’ 21 °C sa minimu ta’ 8 °C; u ħafna drabi ta’ sikwit ikun hemm il-ġlata għal tliet jew erba’ xhur fis-sena.

F’dan ir-reġjun tagħmel ħafna xita, b’medja annwali ta’ 2 000 litru għal kull metru kwadru fuq il-qċaċet iżda ta’ 700 litru biss fiċ-ċentru tal-wied, fejn jistgħu jgħaddu tliet xhur mingħajr ma tagħmel xita.

Ir-reġjun ta’ Liébana għandu valur naturali għoli, li huwa ppreservat tajjeb ħafna u li ftit inbidel mill-attivitajiet tal-bniedem. Is-siġar ikopru 41 % tat-territorju u barra minn hekk issa hemm seba’ żoni protetti li jkopru aktar minn 32 % tat-territorju. Tnejn minn dawn, li huma l-Park Nazzjonali tal-“Picos de Europa” u ż-Żona Protetta tal- “Oso Pardo”, huma protetti fil-livell nazzjonali u ħamsa minnhom huma protetti fil-livell Ewropew. Minn dawn il-ħamsa, tnejn huma siti ta’ importanza Komunitarja (Río Deva u Liébana) u tlieta huma żoni ta’ protezzjoni speċjali (Sierra de Peña Sagra, Desfiladero de la Hermida u Liébana).

Dawn il-fatturi kollha flimkien iwasslu biex f’din iż-żona jkun hemm varjetà straordinarja ta’ pjanti, u biex fiha tipi ta’ foresti u flora li jiffjorixxu fi klimi Atlantiċi jikkoeżistu ma’ speċijiet tipikament Mediterranji.

Testijiet tat-trab tad-dakra fuq l-għasel identifikaw 40 tip ta’ trab tad-dakra. Dawk fosthom li huma l-aktar importanti ddaħħlu f’lista tal-pjanti prinċipali ta’ Liébana li jagħtu l-għasel, li fiha jingħataw l-ismijiet tal-familji u tal-ispeċijiet tal-pjanti u indikazzjonijiet dwar l-importanza apikulturali u dwar il-fenoloġija tagħhom:

FLORA LI TAGĦTI L-GĦASEL

(Familja, isem xjentifiku u isem komuni)

IMPORTANZA APIKULTURALI

FENOLOĠIJA

(Perjodu tal-fjoritura)

ERICACEAE

Erica sp. (erika)

N

Minn Mejju sa Ottubru

Calluna vulgaris (tipi ta’ erika żgħar (“ling heather”))

N

Minn Lulju sa Settembru

ROSACEAE

Rubus ulmifolius (tut tat-tip “elmleaf”)

NT

Minn Ġunju as Awwissu

Prunus spinosa L. (pruna selvaġġa)

NT

Minn April sa Mejju

Crataegus monogyna (żagħrun komuni)

NT

Minn April sa Mejju

LEGUMINOSAE

Trifolium sp. (xnien)

N

Minn April sa Lulju

Cytisus cantabricus (“escoba”)

NT

Minn April sa Awwissu

Genista florida u G. obtusiramea (“piorno”, “escobón”)

NT

Minn Mejju sa Awwissu

Medicago sp.

NT

Minn Marzu sa Settembru

FAGACEAE

Quercus pyrenaica (ballut tal-Pirinej)

TQ

Minn Mejju sa Settembru

Quercus petraea (ballut sessili)

TQ

Minn Mejju sa Settembru

Quercus ilex rotundifolia (ilċi)

TQ

Minn Mejju sa Settembru

Quercus suber (ballut tas-sufra)

TQ

Minn Mejju sa Settembru

Castanea sativa Miller (qastan ta’ Spanja)

NTQ

Minn Mejju sa Settembru

BORAGINACEAE

Echium vulgare (ilsien il-fart)

NT

Minn Marzu sa Mejju

ASTERACEAE

Centaurea spp.

N

Minn Mejju sa Lulju

PLANTAGINACEAE

Plantago sp. (biżbula)

T

Minn Mejju sa Settembru

(N = nektar; T = trab tad-dakra; Q = qtar tal-għasel tas-siġar)

L-ispeċijiet li jagħtu l-għasel li jinsabu fiż-żona jagħmlu l-fjuri fi żminijiet differenti, allura minn Marzu sa Novembru n-naħal ikollhom varjetà enormi ta’ pjanti minn fejn jagħżlu.

Il-mod kif in-naħal jużaw din il-flora li tagħti l-għasel jagħti karatteristiċi uniċi u distintivi lill-għasel ta’ Liébana.

B’għarfien dwar il-medda tat-trab tad-dakra tal-għasel ta’ Liébana, il-flora speċifika taż-żona li tagħti l-għasel u l-fatt li l-għasel fih ammonti minimi ta’ trab tad-dakra mill-uċuħ tar-raba’ u ta’ trab tad-dakra ieħor li s-soltu jkunu jinsabu fl-għasel prodott fil-Peniżola Iberika, il-prodott jista’ jingħaraf faċilment.

5.1.2.   Fatturi umani

Dawk li jrabbu n-naħal f’Liébana qegħdin ikomplu tradizzjoni li tmur lura sekli sħaħ. Fil-bidu, in-naħal beda jitrabba minħabba l-bżonn li jiġi prodott ix-xama’, li kien prodott bażiku ta’ valur f’ekonomija b’sussistenza rurali. Il-ktieb imsejjaħ “Cartulario de Santo Toribio de Liébana” fih testi li jixhdu li x-xama’ kienet tintuża bħala ħlas għall-art mibjugħa fid-933.

L-ewwel referenza għall-għasel ta’ Liébana bħala tali tinstab fir-reġistri tad-dieċmi msejħin “libros de tazmías” tal-aħħar tas-seklu sittax, li jistabbilixxu d-dieċmi li kellhom jintalbu mill-Knisja, li kienu jinkludu l-għasel.

Minbarra dawn ir-referenzi storiċi nsibu wkoll referenzi kulinarji għall-għasel (pereżempju f’deżerti bħall-“merdoso”, li ssir darba fis-sena wara li jinqatel il-ħanżir, il-“frisuelos” [l-isfineġ] bl-għasel u l-“orujo” [il-brandi mir-residwi jew l-ilbieba] bl-għasel), li kollha jikkonfermaw din it-tradizzjoni.

Il-prattiki tat-trobbija tan-naħal li dawk li jrabbu n-naħal wirtu minn dawk li ġew qabilhom huma:

l-użu ta’ kaxex tal-injam;

il-kaxex jiġu mċaqalqa minn żoni li jinsabu fil-baxx għal żoni f’altitudni ogħla (transumanza) sabiex jiġi sfruttat bis-sħiħ il-potenzjal tal-flora li tagħti l-għasel tar-reġjun;

in-naħal ma jintemgħux b’mod artifiċjali waqt li jkunu qegħdin jagħmlu l-għasel;

in-naħal jitneħħew bil-metodu tradizzjonali tat-tfarfir;

l-għasel jiġi estratt permezz taċ-ċentrifugazzjoni fil-kesħa jew tad-dikantazzjoni tax-xehdiet, iżda fl-ebda każ ma jiġi estratt bl-użu tal-pressjoni;

għadhom jintużaw l-imniefaħ tad-duħħan u prodotti naturali u tradizzjonali magħmulin mill-pjanti – minn taħlit ta’ ħuxlief prodott fir-reġjun u ta’ weraq tal-ballut (Quercus spp.) u tar-rand (Laurus nobilis) – bħala fjuwil biex jipproduċu duħħan kiesaħ u aromatiku li ma jbiddilx il-karatteristiċi tal-għasel;

it-temperatura tal-għasel ma togħliex għal iktar minn 40 °C f’kull stadju tal-proċess tal-produzzjoni u l-għasel ma jistax jiġi ppasturizzat;

il-biċċa l-kbira tal-frieħ tan-naħal jiġu prodotti fir-reġjun u huma adattati għaż-żona.

Dal-ħin, f’dan ir-reġjun hemm 32 persuna professjonali li trabbi n-naħal li bejniethom għandhom 1 568 kaxxa tan-naħal u ħames faċilitajiet tal-estrazzjoni u tal-ippakkjar tal-għasel. X’uħud minn dawk li jrabbu n-naħal huma membri ta’ assoċjazzjoni li twaqqfet biex tippromwovi l-għasel ta’ Liébana, u darba fis-sena tiġi organizzata fiera tal-għasel f’Vega de Liébana msejħa “Feria Apícola de Vega de Liébana”.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-karattru distintiv tal-għasel ta’ Liébana jidher l-iktar fil-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, tat-trab tad-dakra u organolettiċi tiegħu.

Huwa għasel frisk (HMF ≤ 20 mg/kg ta’ għasel, b’attività ta’ dijastażi ta’ bejn 25 u 55 fuq l-iskala Schade).

Huwa għasel intatt li ma jkunx għadda minn trattament intens tas-sħana. Ma għandux jissaħħan b’mod li t-temperatura tiegħu taqbeż l-40 °C. Dan jiżgura li l-għasel iżomm il-karattru li ngħatalu min-naħal taż-żona u mill-flora tagħha.

Il-karatteristiċi distintivi fiżiċi, kimiċi, organolettiċi u tat-trab tad-dakra tiegħu ġejjin mill-flora karatteristika taż-żona, fejn insibu, b’mod mhux tas-soltu, tipi ta’ foresti u ta’ flora li jiffjorixxu fi klimi Atlantiċi jikkoeżistu ma’ speċijiet tipikament Mediterranji u alpini.

Studju tal-meded differenti tat-trab tad-dakra ta’ dan l-għasel, użati bħala indikaturi, ippermetta li jiġu ddefiniti l-ispeċijiet tal-pjanti ta’ importanza apikulturali li minnhom huma ġejjin (imniżżlin fit-tabella mogħtija fil-punt 5.1.1), li għall-għasel min-nektar tal-erika jinkludu ħafna tipi ta’ Ericaceae speċifiċi u għall-għasel mill-qtar tal-għasel tas-siġar jinkludu ħafna speċijiet tal-ġeneru Quercus, li jifformaw parti mill-flora li tagħti l-għasel ta’ Liébana, li n-nektar u l-qtar tal-għasel tas-siġar tagħhom meta jiġu ttrasformati min-naħal jiddistingwu 'l dan l-għasel mill-għasel prodott xi mkien ieħor. Dan jikkostitwixxi evidenza diretta tar-rabta bejn dan l-għasel u ż-żona ġeografika definita fejn huwa prodott.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DOP) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi tal-prodott (għal IĠP)

Il-mikroklima tat-tip Mediterranja li tipprevali fir-reġjun ta’ Liébana, li jinsab qrib il-kosta ta’ Cantabria iżda li huwa mdawwar b’muntanji għoljin li jiżolawh minn reġjuni oħrajn u mill-Baħar ta’ Cantabria, tagħti lil dan ir-reġjun il-karattru distintiv tiegħu, li jiffavorixxi l-proliferazzjoni ta’ flora li tagħti l-għasel għanja ħafna, li tiddetermina l-karatteristiċi distintivi tal-għasel prodott fih.

L-għasel ta’ Liébana, kif identifikat mid-dejta tat-trab tad-dakra u mir-riżultati tat-testijiet fiżiċi, kimiċi u sensorjali, huwa prodott distintiv u uniku li huwa direttament marbut mal-flora li tinsab fl-ekosistemi ta’ Liébana (li huwa kklassifikat bħala Sit ta’ Importanza Komunitarja minħabba l-ħafna ħabitats tiegħu li għandhom jiġu kkonservati, kif imniżżel fl-Anness I tad-Direttiva 92/43/KEE).

Hemm tradizzjoni twila ta’ produzzjoni tal-għasel imsejjaħ “Miel de Liébana” li għadha għaddejja llum il-ġurnata u li toħroġ mill-ġestjoni tal-kaxex tan-naħal u mill-proċess tal-produzzjoni attwali. Minħabba f’hekk, u minħabba l-kwalitajiet speċifiċi tiegħu, l-għasel huwa apprezzat ferm u ilu jinbiegħ fis-suq b’dan l-isem għal aktar minn tletin sena.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

http://www.alimentosdecantabria.com/


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.


20.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 347/19


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2015/C 347/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

“ROSÉE DES PYRÉNÉES CATALANES”

Nru tal-UE: MULTI-PGI-0005-01343 – 23.4.2010

DOP ( ) IĠP ( X )

1.   Isem

“Rosée des Pyrénées Catalanes”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Spanja (applikazzjoni komuni ma’ Franza)

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.1. Laħam frisk (u l-ġewwieni)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Ir-“Rosée des Pyrénées Catalanes” huwa laħam tal-vitella li ġej mir-razez rustiċi Bruna de los Pirineos, Aubrac jew Gasconne, jew inkella mit-taħlit ta’ baqar ta’ dawn l-istess razez rustiċi ma’ barrin tar-razez Charolaise, Limousine jew Blonde d’Aquitaine.

L-għoġġiela jitrabbew fil-beraħ flimkien mal-omm matul ħajjithom kollha, u l-alimentazzjoni tagħhom tikkonsisti mill-ħalib tal-omm u ħaxix.

Jinqatlu mingħajr ma jinfatmu meta jkollhom bejn ħames u tmien xhur, b’karkassa ta’ piż minimu ta’ 110 kg.

Il-laħam jista’ jinbigħ bħala karkassa sħiħa, nofs karkassa, kwart ta’ karkassa (il-kwart ta’ wara/il-kwart ta’ quddiem) jew f’qatgħat tal-laħam (inkluż f’kapuljat).

Il-karkassi protetti huma kklassifikati bħala E, U jew R skont il-mudell EUROP bi profili bejn “superconvexos” (super-convex) u “rectilíneos” (straight) u bi żvilupp muskulari bejn “excepcional” (eċċezzjonali) u “bueno” (tajjeb).

Il-lega ta’ xaħam tal-karkassi hija kklassifikata 2-3 skont il-mudell EUROP.

Il-kulur tal-laħam jista’ jvarja bejn roża u aħmar ċar. Il-kulur tax-xaħam huwa bajdani f’lewn il-krema.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Matul ħajtu kollha l-għoġol jiekol biss ħaxix u jixrob il-ħalib tal-omm.

Din l-alimentazzjoni tkompli sal-qatla mingħajr ma l-għoġol jinfatam.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-laħam kopert ġej minn annimali tar-razez speċifikati fil-punt 3.2, imwielda u mrobbija fiż-żona ġeografika ddefinita minn din l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta.

Il-passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jittieħdu fiż-żona ġeografika identifikata huma:

It-twelid

It-trobbija: mal-omm għal ħajtu kollha fil-mergħat ħdejn l-azjenda sakemm isseħħ it-transumanza, żmien li fih l-għoġol jista’ jakkumpanja lil ommu fil-mergħat muntanjużi tas-sajf. Bil-mod il-mod, l-għoġol jibda jikkonsma anqas ħalib u aktar ħaxix.

L-għoġġiela qatt ma jinfatmu.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-qatla u t-tbiċċir mhux bilfors isiru fiż-żona.

It-trasport qabel il-qatla ma għandux ikun aktar minn tliet sigħat, biex jitnaqqsu l-istress u l-iskumdità kkawżati fuq l-annimali, u biex tiġi garantita l-kwalità tal-prodott finali.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Fuq it-tikketta jridu jidhru bilfors, b’mod ċar, l-isem tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta “Rosée des Pyrénées Catalanes”, is-simbolu tal-UE tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta, kif ukoll tagħrif ieħor meħtieġ skont il-leġiżlazzjoni applikabbli.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika tal-Indikazzjoni Ġeografika Protetta, il-Pirinej Katalani, hija żona li għalkemm tappartjeni lil żewġ Stati differenti, kulturalment u ġeografikament hija omoġenea.

Fil-Pirinej Katalani (fi Spanja):

Iż-żona ġeografika tinkludi l-muniċipji kollha tal-comarcas muntanjużi: Alta Ribagorça, Alt Urgell, Berguedà, Cerdanya, Garrotxa, Pallars Jussà, Pallars Sobirà, Solsonès, Ripollès y Val d’Aran, kif ukoll il-muniċipji taż-“zoni muntajużi” tal-comarcas ta’ Alt Empordà (Albanyà, Maçanet de Cabrenys, y La Vajol), Bages (Aguilar de Segarra, Castellfollit del Boix, L’Estany, Moià, Mura, Sant Feliu Sasserra, Sant Mateu de Bages y Talamanca), Noguera (Àger, Alòs de Balaguer, Les Avellanes i Santa Linya, La Baronia de Rialb, Camarasa, Os de Balaguer y Vilanova de Meià), Osona (Alpens, Balenyà, El Brull, Centelles, Collsuspina, Espinelves, Folgueroles, Lluçà, Montesquiu, Muntanyola, Olost, Orís, Oristà, Perafita, Prats de Lluçanès, Rupit i Pruit, Sant Agustí de Lluçanès, Sant Bartomeu del Grau, Sant Boi de Lluçanès, Sant Julià de Vilatorta, Sant Martí de d’Albars, Sant Martí de Centelles, Sant Pere de Torelló, Sant Quirze de Besora, Sant Sadurní d’Osormort, Sant Vicenç de Torelló, Santa Eulàlia de Riuprimer, Santa Maria de Besora, Santa Maria de Corcó, Seva, Sobremunt, Sora, Tavèrnoles, Tavertet, Tona, Vidrà, Viladrau y Vilanova de Sau) u Pla de l’Estany (Sant Miquel de Campmajor).

Fil-Pirinej Katalani (fi Franza):

Għad-département tal-Pirinej tal-Lvant, iż-żona ġeografika tinkludi l-muniċipji kollha li jagħmlu parti mill-cantons ta’ Vinça, Sournia, Arles sur Tech, Prats de Mollo, Prades, Olette, Mont Louis et Saillagouse, kif ukoll xi muniċipji tal-cantons ta’ Perpignan (Perpignan), Millas (Corbère et Corbère les Cabanes), Thuir (Thuir, Castelnou, Camelas, Caixas, Sainte Colombe de la Commanderie, Fourques, Tordères, Llauro, Passa), Latour de France (Belesta et Caramany), Céret (Montauriol, Calmeilles, Oms, Taillet, Reynes, Céret, Vivès, Saint-Jean-Pla-de-Corts, Maureillas las Illas, Les Cluses, Le Perthus, l’Albère), Argelès (Montesquieu des Albères, Villelongue dels Monts, Laroque des Albères, Sorède, Argelès sur Mer), Saint Paul de Fenouillet (Vira, Fenouillet, Caudiès de Fenouillèdes, Prugnanes, Fosse, Saint Martin).

Għad-département ta’ Aude, iż-żona ġeografika tinkludi l-muniċipji bil-fruntieri mad-départements tal-Pirinej tal-Lvant u li jinsabu fiż-żona muntanjuża tal-Pirinej. Dan ifisser il-muniċipji kollha li jiffurmaw parti mill-cantons ta’ Axat, Belcaire, Mouthoumet y Quillan, kif ukoll xi muniċipji tal-cantons ta’ Couiza (Arques, Bugarach, Camps sur l’Agly, Cassaignes, Couiza, Coustaussa, Cubières sur Cinoble, Fourtou, Luc sur Aude, Missègre, Peyrolles, Rennes le Château, Rennes les Bains, Serres, Sougraigne, Terroles, Valmigère), Lagrasse (Mayronnes y Saint Martin des Puits), Limoux (Alet les Bains, Bouriège, Bourigeole, Castelreng, Festes et Saint André, La Bezole, Saint Couat du Razès, Véraza), Saint Hilaire (Belcastel et Buc, Caunette sur Lauquet, Clermont sur Lauquet, Greffeil, Ladern sur Lauquet, Villardebelle, Villefloure), y Tuchan (Cucugnan, Duilhac sous Peyrepertuse, Maisons, Montgaillard, Padern, Rouffiac des Corbières).

5.   Rabta maż-żona ġeografika

It-territorju tal-Pirinej Katalani jiffavorixxi ħafna t-trobbija tal-bhejjem b’mod estensiv. Huwa kkaratterizzat mill-preżenza ta’ passaġġi u mergħat muntanjużi baxxi u għoljin, b’ħafna bwar naturali matul il-parti l-kbira tas-sena, sakemm il-kundizzjonijiet klimatiċi jsiru diffiċli. Din iż-żona, li għandha influwenzi Mediterranji (bi klima umda u submediterranja), tippermetti li l-annimali jgawdu aktar żmien jirgħu l-bwar tas-sajf fil-mergħat muntanjużi fejn jibqgħu sal-ħarifa.

L-abbundanza ta’ ilma u l-esponiment għax-xemx jiffavorixxu l-iżvilupp ta’ flora karatteristika u bnina (b’mod partikolari Festuca pratensis, Festuca alpina, Poa pratensis, Dactylis glomerata, Sisleria coeruela, Bromus erectus u Arrhenaterum elatius) li tikkontribwixxi għall-mergħat eċċellenti fejn jirgħu l-bhejjem. Dan jippermetti wkoll li r-raħħala jiżirgħu taħlita ta’ ċereali u legumi fil-mergħat muntanjużi anqas għolja, biex il-bhejjem ikollhom x’jieklu matul il-perjodi li fihom ma jkunux jistgħu jirgħu fuq il-muntanji għoljin. Il-forraġġ l-aktar popolari huwa: xnien, sikrana, alfalfa, sainfoin u żwien.

F’termini ta’ fatturi umani, storikament, il-bhejjem destinati għax-xogħol jew għal-laħam kienu jwelldu fir-rebbiegħa u jtilgħu jirgħu mill-bur sajfi fil-mergħat għoljin mal-għoġġiela tagħhom. Dan kien jippermetti li r-raħħala jkunu jistgħu jagħmlu xogħol ieħor staġjonali u jippreżervaw il-forraġġ fil-muntanji aktar baxxi. Xi għoġġiela minn dawn kienu jinqatlu meta jinżlu mill-mergħat sajfin, u kienu jiġu kkunsmati lokalment jew fil-familja. Din il-prattika kienet ekonomikament viabbli, billi l-għoġġiela (imsejħa Rosée) kienu jsostnu ruħhom biss bil-ħalib tal-omm u bil-ħaxix tal-bwar waqt il-perjodu tas-sajf. Għaldaqstant, il-produzzjoni attwali tar-“Rosée des Pyrénées Catalanes” twieldet minn din it-tradizzjoni.

Il-karatteristiċi speċifiċi ta’ din l-Indikazzjoni Ġeografika Protetta ġejjin mir-razez użati (Bruna de los Pirineos, Aubrac u Gasconne), li huma adattati għal dan l-ambjent u mrobbija fil-beraħ.

L-għoġġiela li joħorġu minn dan il-metodu ta’ produzzjoni għandhom trobbija tajba bis-saħħa tal-alimentazzjoni tagħhom waqt il-perjodu tal-iżvilupp, li tippermetti li l-annimali jkollhom karkassi konformati sewwa.

Ir-“Rosée des Pyrénées Catalanes” igawdi minn żvilupp muskulari eċċellenti, il-kulur tal-laħam huwa roża jagħti fl-aħmar ċar u x-xaħam minn lewn il-krema, u għaldaqstant il-karkassi u l-laħam tagħhom huma apprezzati ferm kemm mill-bejjiegħa tal-laħam kif ukoll mill-konsumaturi. F’din iż-żona, il-konsum tradizzjonali ta’ dan it-tip ta’ laħam ta’ annimali mhux miftuma jmur lura sekli sħaħ u għadu għaddej sal-lum.

Fil-Pirinej Katalani jsiru diversi festivals, fieri u swieq fejn it-trobbija tal-annimali jkollha post prominenti, b’enfażi partikolari fuq l-għoġġiela tar-reġjun. Fost dawn insibu l-Fira de Sant Ermengol de la Seu d’Urgell (li tmur lura għas-seklu 11), il-fiera ta’ Olette, il-fiera ta’ Prats de Mollo, il-fiera ta’ Vinça, kif ukoll il-passiġġati fil-mergħat muntanjużi tal-Park Naturali tar-Reġjun tal-Pirinej Katalani. Il-mewġa ta’ turiżmu importanti għal din iż-żona swiet ta’ promozzjoni għall-kwalitajiet eċċellenti ta’ dan il-laħam, u wasslet biex reċentement ir-reputazzjoni tajba laħqet il-konsumaturi u l-professjonisti lil hinn miż-żona tal-produzzjoni. Dan kollu jwassal biex regolarment jinkitbu artikli u kummentarji ppubblikati f’ġurnali ta’ din l-akkwata, fosthom l-“Indépendant” (it-2 ta’ Lulju 1992 u l-11 ta’ Lulju 2013), jew f’gażżetti b’distribuzzjoni usa’ bħall-“Patrimoine en region” (il-ħarġa nru 22 tar-rebbiegħa 2014) u referenzi onlajn: fil-“guide gourmand” (http://guidedesgourmands.fr) u l-Association des cuisiniers et restaurateurs du Roussillon (http://toques-blanches-du-roussillon.com). Tabilħaqq l-importanza ta’ din il-produzzjoni tidher fiċ-ċirku tad-distribuzzjoni, bis-saħħa tal-iżvilupp ta’ bejgħ permezz ta’ ordnijiet bil-posta, u permezz ta’ sezzjonijiet iddedikati speċifikament għal dan il-prodott fil-ħwienet tal-laħam taż-żona.

Il-karatteristiċi tal-laħam “Rosée des Pyrénées Catalanes” huma riżultat ta’:

ambjent partikolari li jinkludi passaġġi f’mergħat li jiffavorixxu sistema ta’ trobbija fil-beraħ fil-perjodi sajfin;

il-klima xemxija u l-abbundanza ta’ ilma f’din iż-żona ġeografika jiffavorixxu l-iżvilupp ta’ ħafna flora speċifika li b’mod naturali toħloq meded sħaħ fejn ikunu jistgħu jirgħu l-annimali. Barra minn hekk, din il-klima tippermetti ż-żergħa ta’ ħaxix f’mergħat muntanjużi aktar baxxi biex l-annimali jkollhom x’jieklu meta ma jkunux jistgħu jirgħu;

l-użu ta’ razez adattati għal dan il-metodu. Ir-razez Bruna de los Pirineos, Aubrac u Gasconne huma kollha razez rustiċi tipiċi taż-żona, u li għandhom kwalitajiet importanti għas-sistemi tradizzjonali tat-trobbija f’dawn iż-żoni muntanjużi għaliex jistgħu jissapportu kundizzjonijiet klimatiċi estremi, u kapaċi jgħaddu bi ftit ikel minħabba l-abbiltà li jużaw ir-riżervi akkumulati matul perjodi ta’ abbundanza (transumanza), u għaldaqstant huma adattati ferm kemm għall-klima kif ukoll għall-orografija tat-territorju.

l-għarfien partikolari (it-trobbija estensiva ta’ ammont żgħir ta’ annimali).

l-alimentazzjoni tal-għoġġiela (li tikkonsisti biss mill-ħalib u l-ħaxix tal-bwar) li hija marbuta ma’ dan il-mod ta’ trobbija u li tagħmel dan il-laħam tant tari u tagħtih il-lewn partikolari u l-karkassi konformati. Il-ħalib tal-omm li jixorbu l-għoġġiela fil-fatt jikkontribwixxi biex jikbru b’saħħithom billi jipprovdi ammont sinifikanti ta’ kalċju. Dan jiffavorixxi l-iżvilupp skeletrali b’saħħtu, li jgħin biex l-annimal jiżviluppa karkassa konformata sewwa.

Fil-qosor, il-kundizzjonijiet diffiċli tal-ħajja f’dawn iż-żoni muntanjużi fil-fatt saru ta’ benefiċċju grazzi għal din il-produzzjoni ta’ kwalità marbuta ma’ dan it-territorju. Ir-razez rustiċi huma kapaċi japprofittaw mit-territorju ta’ muntanji għoljin u baxxi, ħaġa li tgħin biex l-ambjent naturali jintuża aħjar. Ir-raħħala jtellgħu l-valur tal-produzzjoni tal-laħam (ir-rikonoxximent u l-fama mal-konsumaturi u d-distributuri, u l-prezzijiet għoljin), u dan jippermettilhom iżommu s-sistema tal-biedja tagħhom (filwaqt li tibbenefika wkoll il-kumplament tal-katina), jibqgħu jgħixu f’żoni diffiċli u jżommu l-istil ta’ ħajja rurali fil-villaġġi muntanjużi.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni:

(it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament)

http://www.gencat.cat/alimentacio/pliego-rosee-pyrenees-catalanes

https://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCRoseedesPyreneescatalanes-FR-24-03-2015.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.