ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 346

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
19 ta' Ottubru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 346/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 346/02

Kawża C-296/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (is-Slovenja) fit-18 ta’ Ġunju 2015 – Medisanus d. o. o. vs Splošna Bolnišnica Murska Sobota

2

2015/C 346/03

Kawża C-341/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (l-Awstrija) fit-8 ta’ Lulju 2015 – Hans Maschek

3

2015/C 346/04

Kawża C-360/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Lulju 2015 – College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amersfoort vs X

4

2015/C 346/05

Kawża C-366/15: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

5

2015/C 346/06

Kawża C-390/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Trybunał Konstytucyjny (il-Polonja) fl-20 ta’ Lulju 2015 – Rzecznik Praw Obywatelskich (RPO)

6

2015/C 346/07

Kawża C-391/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Andalucía (Spanja) fl-20 ta’ Lulju 2015 – Marina del Mediterráneo S.L. et vs Consejería de Obras Públicas u Vivienda de la Junta de Andalucía

6

2015/C 346/08

Kawża C-416/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Lulju 2015 – Selena România SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) București

7

2015/C 346/09

Kawża C-419/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Lulju 2015 – Thomas Philipps GmbH & Co. KG vs Grüne Welle Vertriebs GmbH

8

2015/C 346/10

Kawża C-420/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju) fit-30 ta’ Lulju 2015 – proċeduri kriminali kontra  U ( *1 )

9

2015/C 346/11

Kawża C-437/15 P: Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-4 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-222/14, Deluxe Laboratories vs UASI (Deluxe)

9

2015/C 346/12

Kawża C-455/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varbergs tingsrätt (l-Isvezja) fit-28 ta’ Awwissu 2015 – P vs Q

11

2015/C 346/13

Kawża C-459/15 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2015 minn Iranian Offshore Engineering & Construction Company (IOEC) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-25 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-95/14, Iranian Offshore Engineering & Construction vs Il-Kunsill

11

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 346/14

Kawża T-446/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Dow AgroSciences u Dintec Agroquímica – Produtos Químicos vs Il-Kummissjoni [Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Sustanza attiva trifluralin — Nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE — Regolament (KE) Nru 33/2008 — Proċedura aċċellerata ta’ evalwazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni — Proporzjonalità]

13

2015/C 346/15

Kawża T-234/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2015 – Amitié vs Il-Kummissjoni (Klawżola ta’ arbitraġġ — Sussidju — Għajnuna finanzjarja — Sospensjoni ta’ ħlas — Talba għar-rimbors tal-ispejjeż iddikjarati — Danni — Interessi moratorji — Nota ta’ debitu — Responsabbiltà kuntrattwali — Kontrotalba)

13

2015/C 346/16

Kawża T-503/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2015 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Sezzjoni Garanzija — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Skema ta’ pagament uniku — Verifiki ewlenin — Verifiki sekondarji)

15

2015/C 346/17

Kawża T-564/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2015 – Ministry of Energy in Iran vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adottati fil-konfront tal-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Obbligu ta’ motivazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Żball ta’ evalwazzjoni — Ksur tad-drittijiet fundamentali — Proporzjonalità)

15

2015/C 346/18

Kawża T-577/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2015 – NIOC et vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Rikors għal annullament — Entità infrastatali — Locus standi u interess ġuridiku — Ammissibbiltà — Obbligu ta’ motivazzjoni — Indikazzjoni u għażla tal-bażi ġuridika — Kompetenza tal-Kunsill — Prinċipju ta’ prevedibbiltà tal-atti tal-Unjoni — Kunċett ta’ entità assoċjata — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Proporzjonalità — Dritt għall-proprjetà)

16

2015/C 346/19

Kawża T-82/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Panasonic u MT Picture Display vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq, ta’ kapaċitajiet u ta’ produzzjoni — Drittijiet tad-difiża — Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju — Ksur uniku u kontinwat — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Proporzjonalità — Multi — Ġurisdizzjoni sħiħa)

17

2015/C 346/20

Kawża T-84/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Samsung SDI et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq, ta’ kapaċitajiet u ta’ produzzjoni — Ksur uniku u kontinwu — Tul tal-ksur — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva – — Komunikazzjoni tal-2006 dwar il-kooperazzjoni — Tnaqqis tal-ammont tal-multa — Kalkolu tal-ammont tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ tal-impriża skont il-kriterju tal-post tal-kunsinna — Teħid inkunsiderazzjoni tal-valur medju tal-bejgħ irreġistrat matul iż-żmien tal-ksur)

18

2015/C 346/21

Kawża T-91/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – LG Electronics vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq, ta’ kapaċitajiet u ta’ produzzjoni — Ksur uniku u kontinwu — Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq — Ugwaljanza fit-trattament — Metodu ta’ kalkolu tal-ammont tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tal-valur ta’ bejgħ tat-tubi katodiċi permezz ta’ prodotti ttrasformati — Terminu ta’ preskrizzjoni — Proporzjonalità — Tul tal-proċedura amministrattiva))

19

2015/C 346/22

Kawża T-92/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Philips vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq u ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni — Ksur uniku u kontinwat — Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mill-impriża komuni — Ugwaljanza fit-trattament — Metodu ta’ kalkolu tal-ammont tal-multa — Teħid inkunsiderazzjoni tal-valur tal-bejgħ tat-tubi katodiċi permezz ta’ prodotti ttrasformati — Teħid inkunsiderazzjoni tal-valur medju tal-bejgħ irreġistrat matul it-tul tal-ksur — Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ globali tal-grupp — Proporzjonalità — Tul tal-proċedura amministrattiva)

20

2015/C 346/23

Kawża T-104/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Toshiba vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq, ta’ kapaċitajiet u ta’ produzzjoni — Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju — Ksur uniku u kontinwat — Imputabbiltà tal-ksur — Kontroll konġunt — Multi — Ġurisdizzjoni sħiħa)

21

2015/C 346/24

Kawża T-245/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2015 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni [FAEGG — Sezzjoni Garanzija — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Skema ta’ pagament uniku — Verifiki ewlenin — Verifiki sekondarji — Artikoli 51, 53, 73 u 73a tar-Regolament (KE) Nru 796/2004]

22

2015/C 346/25

Kawża T-346/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima ta’ Garanziji — FAEG u Faeir — Infiq eskluż mill-finanzjament — Miżuri ta’ żvilupp rurali — Agroambjent — Adegwatezza tal-kontrolli — Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa)

22

2015/C 346/26

Kawża T-525/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – H&M Hennes & Mauritz vs UASI – Yves Saint Laurent (Basktijiet tal-idejn) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta basktijiet tal-idejn — Disinn preċedenti — Raġuni għall-invalidità — Karattru individwali — Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Obbligu ta’ motivazzjoni)

23

2015/C 346/27

Kawża T-526/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – H&M Hennes & Mauritz vs UASI – Yves Saint Laurent (Basktijiet tal-idejn) (Disinn Komunitarju — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta basktijiet tal-idejn — Disinn preċedenti — Raġuni għall-invalidità — Karattru individwali — Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Obbligu ta’ motivazzjoni)

24

2015/C 346/28

Kawża T-714/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Settembru 2015 – Gold Crest vs UASI (MIGHTY BRIGHT) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MIGHTY BRIGHT — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

25

2015/C 346/29

Kawża T-168/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Pérez Gutiérrez vs Il-Kummissjoni (Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Saħħa pubblika — Direttiva 2001/37/KE — Fabrikazzjoni, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk — Ritratti bil-kulur proposti mill-Kummissjoni bħala avviżi marbuta mas-saħħa li għandhom jiġu inklużi fil-kundizzjonijiet tal-prodotti tat-tabakk — Deċiżjoni 2003/641/KE — Użu mhux awtorizzat tal-immaġni ta’ persuna li mietet — Dannu personali tal-konjugu superstitu tad-decujus)

25

2015/C 346/30

Kawża T-225/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2015 – iNET24 Holding vs UASI (IDIRECT24) (Trade mark Komunitarja — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark verbali IDIRECT24 — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

26

2015/C 346/31

Kawża T-254/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2015 – Warenhandelszentrum vs UASI – Baumarkt Max Bahr (NEW MAX) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva NEW MAX — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti MAX — Raġuni relattiva għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

27

2015/C 346/32

Kawża T-278/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Dairek Attoumi vs UASI – Diesel (DIESEL) [Disinn jew mudell Komunitarju — Proċedimenti ta’ nullità — Disinn jew mudell Komunitarju rreġistrat DIESEL — Trade mark internazzjonali verbali preċedenti DIESEL — Raġuni ta’ invalidità — Użu ta’ sinjal distintiv — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 — Prova ta’ użu ġenwin — Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva]

28

2015/C 346/33

Kawża T-530/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Verein StHD vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żigarella sewda) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żigarella sewda — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

28

2015/C 346/34

Kawża T-584/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 9 ta’ Settembru 2015 – Inditex vs UASI – Ansell (ZARA) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ revoka — Trade mark Komunitarja verbali ZARA — Użu ġenwin — Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

29

2015/C 346/35

Kawża T-660/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – SV Capital vs EBA (Politika ekonomika u monetarja — Talba għal ftuħ ta’ investigazzjoni għal allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni — Deċiżjoni tal-EBA — Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza — Konstatazzjoni ex officio — Nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att — Rikors għal annullament — Terminu tar-rikors — Tardività — Inammissibbiltà parzjali)

30

2015/C 346/36

Kawża T-344/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni [Proċeduri għal miżuri provviżorji — Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti trażmessi mill-awtoritajiet Franċiżi lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura prevista mid-Direttiva 98/34/KE — Oppożizzjoni minn Franza għall-iżvelar tad-dokumenti — Deċiżjoni li jingħata l-aċċess għal dokumenti lil terzi — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Urġenza — Fumus boni juris — Ibbilanċjar tal-interessi]

30

2015/C 346/37

Kawża T-367/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – Renfe-Operadora vs UASI (AVE)

31

2015/C 346/38

Kawża T-472/15 P: Appell ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2015 mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) mis-sentenza mogħtija fit-3 ta Ġunju 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 78/14, Gross vs SEAE

32

2015/C 346/39

Kawża T-478/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2015 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

33

2015/C 346/40

Kawża T-501/15: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2015 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

35

2015/C 346/41

Kawża T-502/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

36

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 346/42

Kawża F-28/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 – De Loecker vs SEAE (Servizz pubbliku — Persunal tal-SEAE — Membru tal-persunal temporanju — Kap ta’ delegazzjoni f’pajjiż terz — Ksur tar-rabta ta’ fiduċja — Trasferiment lejn is-sede tal-SEAE — Rexissjoni bikrija ta’ kuntratt ta’ reklutaġġ — Preavviż — Motivazzjoni tad-deċiżjoni — Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal smigħ)

38

2015/C 346/43

Kawża F-9/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta’ Settembru 2015 – Verhelst vs EMA

38


 


MT

 

Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali, xi informazzjoni li tinsab f’din il-ħarġa ma tistax tibqa’ tiġi żvelata, għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 346/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 337, 12.10.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 328, 5.10.2015

ĠU C 320, 28.9.2015

ĠU C 311, 21.9.2015

ĠU C 302, 14.9.2015

ĠU C 294, 7.9.2015

ĠU C 279, 24.8.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil (is-Slovenja) fit-18 ta’ Ġunju 2015 – Medisanus d. o. o. vs Splošna Bolnišnica Murska Sobota

(Kawża C-296/15)

(2015/C 346/02)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Državna revizijska komisija za revizijo postopkov oddaje javnih naročil

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Medisanus d. o. o.

Konvenuta: Splošna Bolnišnica Murska Sobota

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2004/18/KE (1), b’mod partikolari l-Artikolu 23(2) u (8) tagħha u l-Artikolu 2 tagħha, moqrija flimkien ma’

id-Direttiva 2001/83/KE (2), b’mod partikolari l-Artikolu 83 tagħha

id-Direttiva 2002/98/KE (3), b’mod partikolari l-Artikolu 4(2) tagħha

it-TFUE, b’mod partikolari l-Artikolu 18 tiegħu

għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi rekwiżit li prodotti mediċinali mmanifatturati b’mod industrijali għandhom jinkisbu minn “plażma Slovena” (rekwiżit li huwa bbażat fuq il-leġiżlazzjoni nazzjonali tar-Repubblika tas-Slovenja – Artikolu 6(71) taz-ZZdr-2)?


(1)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.

(2)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.

(3)  Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Jannar 2003, li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 346.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (l-Awstrija) fit-8 ta’ Lulju 2015 – Hans Maschek

(Kawża C-341/15)

(2015/C 346/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Wien

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Hans Maschek

Konvenuta: Magistratsdirektion der Stadt Wien

Domandi preliminari

1)

Dispożizzjoni nazzjonali bħal dik tal-Artikolu 41a(2) tal-Wiener Besoldungsordnung 1994 (sistema ta’ remunerazzjonijiet tal-belt ta’ Vjenna tal-1994) li ma tipprovdi ebda allowance kumpensatorja ta’ leave annwali mħallas fis-sens tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE (1) favur ħaddiem li, fuq talba tiegħu stess, itemm ir-relazzjoni ta’ xogħol b’effett minn mument partikolari hija kompatibbli mal-Artikolu 7 ta’ din id-direttiva?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li kull ħaddiem li jtemm ir-relazzjoni ta’ xogħol fuq talba tiegħu stess għandu jagħmel dak kollu li huwa neċessarju sabiex jisfrutta d-drittijiet tiegħu ta’ leave annwali qabel it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol u li, meta tintemm ir-relazzjoni tax-xogħol fuq talba tal-ħaddiem, dan ikollu biss dritt għal allowance kumpensatorja ta’ leave annwali mħallas jekk, anki wara li jkun ressaq talba għal leave annwali li jibda mill-jum li fih huw talab it-tmiem tar-relazzjoni ta’ xogħol tiegħu, dan il-ħaddiem ma setax jisfrutta d-drittijiet tiegħu b’mod li jikkorrispondi mal-ammont li hija bbażata fuqu t-talba għall-allowance [hija kompatibbli mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE]?

2)

Għandu jitqies li l-ħaddiem ma jkollux dritt għal allowance kumpensatorja ta’ leave annwali minflok id-drittijiet għal leave annwali tiegħu, meta, minħabba inkapaċità għax-xogħol, huwa ma setax jisfrutta d-drittijiet tiegħu għal leave annwali immedjatament qabel it-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol tiegħu, a) meta informa lil persuna li timpjegah b’din l-inkapaċità għax-xogħol (li tirriżulta, pereżempju, minn marda) mingħajr dewmien indebitu (u għalhekk, bħala prinċipju, qabel it-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol) u b) ipproduċa prova ta’ din l-inkapaċità għax-xogħol (li tirriżulta, pereżempju, minn marda) (b’mod partikolari permezz ta’ ċertifikat mediku) mingħajr dewmien indebitu (u għalhekk, bħala prinċipju, qabel it-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol)?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv, dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li l-ħaddiem li, minħabba inkapaċità għax-xogħol, ma setax jisfrutta d-drittijiet tiegħu għal leave annwali immedjatament qabel it-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol tiegħu, ikollu biss dritt għal allowance kumpensatorja ta’ leave annwali mħallas a) jekk ikun informa lill-persuna li timpjegah b’din l-inkapaċità għax-xogħol (li tirriżulta, pereżempju, minn marda) mingħajr dewmien indebitu (u għalhekk, bħala prinċipju, qabel it-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol) u b) jekk ikun ipproduċa prova ta’ din l-inkapaċità għax-xogħol (li tirriżulta, pereżempju, minn marda) (b’mod partikolari permezz ta’ ċertifikat mediku) mingħajr dewmien indebitu (u għalhekk, bħala prinċipju, qabel it-tmiem tar-relazzjoni tax-xogħol) hija kompatibbli mal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88?

3)

Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (ara sentenzi tat-18 ta’ Marzu 2004, C-342/01 [Gomez], punt 31; tal-24 ta’ Jannar 2012, C-282/10 [Dominguez], punti 47 sa 50, u tat-3 ta’ Mejju 2012, C-337/10 [Neidei], punt 37), l-Istati Membri jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet legali li jipprovdu, favur il-ħaddiema, drittijiet ta’ leave annwali jew allowance kumpensatorja ta’ leave annwali iktar favorevoli mid-drittijiet minimi ggarantiti mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88. Dawn id-drittijiet minimi ggarantiti mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88 għandhom effett dirett (ara sentenzi tal-24 ta’ Jannar 2012, C-282/10 [Dominguez], punti 34 sa 36, u tat-12 ta’ Ġunju 2014, C-118/13 [Boilacke], punt 28).

Fid-dawl ta’ din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, il-fatt li l-leġiżlatur nazzjonali jawtorizza, lil ċerta kategorija ta’ persuni, dritt għal allowance kumpensatorja ta’ leave annwali li huwa sostanzjalment iktar favorevoli minn dak li huwa previst minn din id-dispożizzjoni tad-direttiva, għandu bħala konsegwenza li, minħabba l-effett dirett tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88, il-persuni li, bi ksur tad-direttiva, ġew miċħuda allowance kumpensatorja skont il-liġi nazzjonali huma wkoll intitolati għall-istess dritt għal allowance li huwa sostanzjalment iktar favorevoli minn dak li huwa previst minn din id-dispożizzjoni tad-direttiva, u li huwa previst fir-rigward tal-persuni li tiffavorixxi l-leġiżlazzjoni nazzjonali?


(1)  Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-13 ta’ Lulju 2015 – College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amersfoort vs X

(Kawża C-360/15)

(2015/C 346/04)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: College van Burgemeester en Wethouders van de gemeente Amersfoort

Konvenuta: X BV

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika għall-ġbir ta’ [tariffi msejħa] “leges” minn korp ta’ Stat Membru għall-ipproċessar ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni li tikkonċerna il-waqt, il-post u l-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ tħaffir marbuta mal-installazzjoni ta’ kejbils għal netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni elettronika?

2)

Il-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123/KE, dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll f’sitwazzjonijiet purament interni?

3)

Id-Direttiva 2006/123/KE, dwar is-servizzi fis-suq intern, għandha tiġi interpretata, fid-dawl tal-premessa 9 tagħha, fis-sens li ma tapplikax għal regoli tad-dritt nazzjonali li jeżigu li l-intenzjoni li jsiru xogħlijiet ta’ tħaffir marbuta mal-installazzjoni, mal-manutenzjoni jew mat-tneħħija ta’ kejbils għal netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni elettronika għandha titħabbar lis-sindku u lill-membri tal-kunsill u li abbażi tagħhom, is-sindku u lill-membri tal-kunsill għandhom kompetenza mhux sabiex jipprojbixxu x-xogħlijiet imħabbra iżda sabiex jimponu kundizzjonijet għal dak li jikkonċerna l-post, il-waqt u l-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni tax-xogħlijiet, kif ukoll għal dak li jikkonċerna l-promozzjoni tal-użu kondiviż tat-tagħmir u l-koordinazzjoni dwar ix-xogħlijiet mal-koordinaturi ta’ xogħlijiet oħra preżenti fl-art?

4)

L-Artikolu 4, fil-parti inizjali u fil-paragrafu (6) tad-Direttiva 2006/123/KE, dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika għal deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni dwar il-post, il-waqt u l-modalitajiet ta’ eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ tħaffir marbuta mal-installazzjoni ta’ kejbils għal netwerk pubbliku ta’ komunikazzjoni elettronika minkejja li l-korp ikkonċernat tal-Istat Membru ma huwiex kompetenti sabiex jipprojbixxi t-twettiq stess ta’ dawn ix-xogħlijiet?

5)

(A)

Jekk, fid-dawl tar-risposti għad-domandi preċedenti, l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/123/KE, dwar is-servizzi fis-suq intern, japplika f’dan il-każ, din id-dispożizzjoni għandha effett dirett?

(B)

Jekk id-domanda 5(A) għandha tingħata risposta pożittiva, l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/123/KE, dwar is-servizzi fis-suq intern, jimplika li t-taxxi li għandhom ikunu dovuti [mill-applikanti] jistgħu jiġu kkalkolati abbażi tal-ispejjeż stmati tal-proċeduri ta’ applikazzjoni kollha jew tal-applikazzjonijiet kollha bħal dik inkwistjoni hawnhekk jew tal-applikazzjonijiet meħuda individwalment?

(C)

Jekk id-domanda 5(A) għandha tingħata risposta pożittiva, skont liema kriterji l-ispejjeż indiretti u spejjeż fissi għandhom, fid-dawl tal-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/123/KE, dwar is-servizzi fis-suq intern, jiġu imposti fuq l-applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni konkreti?


(1)  ĠU 2006, L 376, p. 36.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/5


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

(Kawża C-366/15)

(2015/C 346/05)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sanfrutos Cano, L. Nicolae, aġenti)

Konvenuta: Ir-Rumanija

Talbiet

tikkonstata li, peress li ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u r-regoli kollha neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/28/UE, tas-17 ta’ Mejju 2013 li temenda l-Anness II tad-Direttiva 2000/53/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw (1) jew, f’kull każ, peress li ma kkomunikatx dawn il-miżuri lill-Kummissjoni, ir-Rumanija naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2(1) ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Rumanija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fis-sistema legali interna skada fit-22 ta’ Awwissu 2013.


(1)  ĠU L 135, p. 14.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Trybunał Konstytucyjny (il-Polonja) fl-20 ta’ Lulju 2015 – Rzecznik Praw Obywatelskich (RPO)

(Kawża C-390/15)

(2015/C 346/06)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Trybunał Konstytucyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rzecznik Praw Obywatelskich (RPO) (Bürgerbeauftragter)

Konvenuti: Marszałek Sejmu Rzeczypospolitej Polskiej, Prokurator Generalny

Domandi preliminari

1)

Il-punt 6 tal-Anness III tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), fil-verżjoni emendata permezz tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2009/47/KE, tal-5 ta’ Mejju 2009, li temenda d-Direttiva 2006/112/KE dwar rati mnaqqsa tat-taxxa fuq il-valur miżjud (2), huwa invalidu għar-raġuni li l-proċedura leġiżlattiva kienet ivvizzjata bi ksur tal-forom proċedurali essenzjali minħabba li l-Parlament Ewropew ma ġiex ikkonsultat?

2)

L-Artikolu 98(2) tal-imsemmija Direttiva 2006/112, moqri flimkien mal-punt 6 tal-Anness III ta’ din l-istess direttiva, huwa invalidu għar-raġuni li jippreġudika l-prinċipju ta’ newtralità fiskali minħabba li jeskludi l-applikazzjoni tar-rati mnaqqsa tat-taxxa għall-kotba elettroniċi u għall-pubblikazzjonijiet elettroniċi l-oħra?


(1)  ĠU L 347, p. 1.

(2)  ĠU L 116, p. 18.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Andalucía (Spanja) fl-20 ta’ Lulju 2015 – Marina del Mediterráneo S.L. et vs Consejería de Obras Públicas u Vivienda de la Junta de Andalucía

(Kawża C-391/15)

(2015/C 346/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Andalucía

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Marina del Mediterráneo S.L., Marina del Mediterráneo Duquesa S.L., Marina del Mediterráneo Estepona S.L., Marina del Mediterráneo Este S.L., Marinas del Mediterráneo Torre S.L., Marina del Mediterráneo Marbella S.L., Gómez Palma S.C., Enrique Alemán S.A., Cyes Infraestructuras S.A., Cysur Obras y Medioambiente S.A..

Konvenuti: Consejería de Obras Públicas y Vivienda de la Junta de Andalucía.

Partijiet oħra: Agencia Pública de Puertos de Andalucía, UTE Nassir Bin Abdullah and Sons, S.L., Puerto Deportivo de Marbella, S.A. u Ayuntamiento de Marbella

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni leali u ta’ effettività tad-direttivi, l-Artikoli 1(1) u 2(1)(a) u (b) tad-Direttiva 89/665 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali bħal dik prevista fl-Artikolu 310(2) tal-Ley 30/2007, tat-30 ta’ Ottubru, de Contratos del Sector Público (li issa sar l-Artikolu 40(2) tar-Real Decreto Legislativo 3/2011, que aprueba el texto refundido de la Ley de Contratos del Sector Público), sa fejn din id-dispożizzjoni tipprekludi li l-atti preparatorji tas-setgħa kontraenti, bħad-deċiżjoni li tiġi aċċettata offerta ta’ offerent, li fir-rigward tiegħu qed jiġi allegat li ma josservax id-dispożizzjonijiet dwar il-ġustifikazzjoni tas-solvenza teknika u ekonomika previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali u mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, ikunu s-suġġett ta’ reviżjoni speċjali fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, l-Artikoli 1(1) u 2(1)(a) u (b) tad-Direttiva 89/665 għandhom effett dirett?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet].


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Bucureşti (ir-Rumanija) fid-29 ta’ Lulju 2015 – Selena România SRL vs Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) București

(Kawża C-416/15)

(2015/C 346/08)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Selena România SRL

Konvenuta: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) București

Intervenjenti: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice (DGRFP) Galați

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 21/2013  (1) [li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 dwar ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le] għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika wkoll għall-importazzjonijiet minn residenti tal-Unjoni Ewropea mit-Tajwan qabel is-17/01/2013, jiġifieri fl-2012, iżda wara l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011  (2) [li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina]?

2)

Id-dazju anti-dumping definittiv, speċifikat fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 21/2013, għandu japplika wkoll għall-importazzjoni minn residenti tal-Unjoni Ewropea mit-Tajwan matul il-perijodu qabel is-17 ta’ Jannar 2013 u qabel id-data tal-adozzjoni tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 437/2012  (3) [li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ evażjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li jintbagħtu mit-Tajwan u t-Tajlandja, sew jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja u sew jekk le, u li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għar-reġistrazzjoni] iżda wara l-adozzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011?


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 21/2013, tal-10 ta’ Jannar 2013, li jestendi d-dazju definittiv anti-dumping impost mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 791/2011 dwar ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina għal importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ kkunsinjati mit-Tajwan u t-Tajlandja, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja kif ukoll jekk le (ĠU L 11, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 791/2011 [li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b'mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b'malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 204, p. 1).

(3)  • Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 437/2012, tat-23 ta’ Mejju 2012, li jniedi investigazzjoni dwar il-possibbiltà ta’ evażjoni ta’ miżuri tal-anti-dumping imposti mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 791/2011 fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina permezz ta’ importazzjonijiet ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibri tal-ħġieġ li jintbagħtu mit-Tajwan u t-Tajlandja, sew jekk ikunu ddikjarati li joriġinaw mit-Tajwan u t-Tajlandja u sew jekk le, u li jissoġġetta dawn l-importazzjonijiet għar-reġistrazzjoni (ĠU L 134, p. 12).


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-30 ta’ Lulju 2015 – Thomas Philipps GmbH & Co. KG vs Grüne Welle Vertriebs GmbH

(Kawża C-419/15)

(2015/C 346/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Thomas Philipps GmbH & Co. KG

Konvenuta: Grüne Welle Vertriebs GmbH

Domandi preliminari

1)

L-ewwel sentenza tal-Artikolu 33(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (1), tipprekludi lill-pussessur ta’ liċenzja, li ma jkunx irreġistrat fir-Reġistru tad-disinni Komunitarji, milli jressaq proċedimenti ta’ vjolazzjoni ta’ disinn Komunitarju rreġistrat?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva: il-pussessur ta’ liċenza esklużiva fuq disinn Komunitarju jista’ jressaq huwa stess, bil-kunsens tal-pussessur tad-dritt, proċedimenti sabiex jikseb kumpens għad-dannu mġarrab minnu stess, fis-sens tal-Artikolu 32(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji, jew dan il-pussessur jista’ biss jintervjeni fi proċedimenti ta’ vjolazzjoni ta’ disinn Komunitarju mressqa mill-pussessur tad-dritt fis-sens tal-Artikolu 32(4) tal-istess regolament?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de première instance francophone de Bruxelles (il-Belġju) fit-30 ta’ Lulju 2015 – proċeduri kriminali kontra  U (*1)

(Kawża C-420/15)

(2015/C 346/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal de première instance francophone de Bruxelles

Parti fil-kawża prinċipali

 U (*1)

Domanda preliminari

L-Artikoli 2 u 3 tad-Digriet Irjali tal-20 ta’ Lulju 2001 dwar ir-reġistrazzjoni tal-vetturi jinsabu f’kontradizzjoni mal-Artikoli 18, 20, 45, 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni sa fejn, sabiex jinstaqu fil-Belġju – anki jekk sempliċement sabiex jgħaddu mill-pajjiż – il-vetturi li jappartjenu lil resident ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea ieħor għajr il-Belġju u li jkunu rreġistrati f’dan l-Istat Membru ieħor għandhom ikunu s-suġġett ta’ reġistrazzjoni Belġjana meta l-persuna tkun ukoll residenti fil-Belġju?


(*1)  Informazzjoni mħassra fil-qafas tal-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/9


Appell ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fl-4 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-222/14, Deluxe Laboratories vs UASI (Deluxe)

(Kawża C-437/15 P)

(2015/C 346/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentant: S. Palmero Cabezas, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Deluxe Laboratories, Inc.

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata

tikkundanna lir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-UASI jqis li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata sa fejn il-Qorti Ġenerali kisret l-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 (1) flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tal-istess regolament, għar-raġunijiet spjegati fid-dettall iktar ’il quddiem, u li jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

1.

Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta eskludiet il-possibbiltà ta’ motivazzjoni globali fir-rigward ta’ prodotti u servizzi differenti, meta l-perċezzjoni tas-sinjal fir-rigward ta’ kull wieħed minnhom hija uniformi u, konsegwentement, il-motivazzjoni li tapplika fir-rigward ta’ kull wieħed minnhom ma tinbidilx.

2.

Il-fatt li l-UASI jkun obbligat jirrepeti b’mod sistematiku l-istess motivazzjoni għal kull wieħed mill-prodotti jew servizzi, jew kategoriji omoġenji ta’ prodotti jew servizzi, ikun ifisser li d-dmir ta’ motivazzjoni jsir obbligu purament formali.

3.

Il-Bord identifika espliċitament ir-raġunijiet li għalihom is-sinjal, b’konnessjoni ma’ kwalsiasi mill-prodotti u servizzi li għalihom saret applikazzjoni, kellu jinftihem biss bħala indikazzjoni tal-kwalità superjuri ta’ dak il-prodott jew servizz.

4.

Huwa biżżejjed li l-prodotti u s-servizzi jkollhom karatteristika komuni sabiex ikun possibbli li tingħata motivazzjoni waħda għal kollha kemm huma, jekk is-sinjal ma jkollux karattru distintiv b’riżultat ta’ din il-karatteristika. F’dan il-każ, il-karatteristika komuni hija li kull wieħed mill-prodotti u s-servizzi kkonċernati, mingħajr eċċezzjoni, x’aktarx li jkunu ta’ kwalità pjuttost għolja, b’tali mod li l-indikazzjoni ta’ kwalità ogħla tiġi pperċepita fir-rigward tagħhom kollha u ta’ kull wieħed minnhom, bħala sempliċi argument biex iħeġġeġ il-bejgħ.

5

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ kategorija ta’ prodotti jew servizzi “suffiċjentement omoġenji” stabbilit fil-ġurisprudenza, li wassalha sabiex tillimita indebitament il-kriterji għall-evalwazzjoni tagħha. F’dan il-każ, il-karatteristika komuni identifikata mill-Bord tippermetti li jitqies li l-prodotti u s-servizzi li għalihom saret applikazzjoni jifformaw kategorija suffiċjentement omoġenja li tippermetti motivazzjoni globali.

6.

Is-sentenza appellata ma hijiex konformi mal-ġurisprudenza eżistenti, b’mod partikolari mas-sentenza tal-11 ta’ Diċembru 2014, Kawża C-253/14 P, FTI Touristik GmbH vs UASI, (BigXtra), EU:C:2014:2445.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varbergs tingsrätt (l-Isvezja) fit-28 ta’ Awwissu 2015 – P vs Q

(Kawża C-455/15)

(2015/C 346/12)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Varbergs tingsrätt

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: P

Konvenuta: Q

Domanda preliminari

Il-Varbergs tingsrätt għandha, b’applikazzjoni tal-Artikolu 23(a) tar-Regolament Brussell II (1) jew ta’ dispożizzjoni oħra, u minkejja l-Artikolu 24 ta’ dan ir-regolament, tirrifjuta li tirrikonoxxi d-deċiżjoni adottata mill-qorti tal-prim’istanza ta’ Silute fit-18 ta’ Frar 2015 u konsegwentement issegwi l-proċedura relatata ma’ dritt ta’ kustodja li fil-preżent tinsab quddiemha?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/11


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2015 minn Iranian Offshore Engineering & Construction Company (IOEC) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-25 ta’ Ġunju 2015 fil-Kawża T-95/14, Iranian Offshore Engineering & Construction vs Il-Kunsill

(Kawża C-459/15 P)

(2015/C 346/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Iranian Offshore Engineering & Construction Company (IOEC) (rappreżentanti: J. Viñals Camallonga, L. Barriola Urruticoechea u J. Iriarte Ángel, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015, fil-Kawża T-95/14.

issolvi b’mod definittiv it-tilwima fis-sens li jintlaqgħu it-talbiet tar-rikorrenti fl-ewwel istanza, attwalment l-appellanti, fit-tilwima inkwistjoni; jiġifieri, li jiġi annullat l-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2013/661/PESK (1), tal-15 ta’ Novembru 2013, u l-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 1154/2013 (2), tal-15 ta’ Novembru 2013, sa fejn dawn jirreferu jew jistgħu jaffettwaw lill-IOEC u tordna li isimha jiġi eskluż mill-annessi rispettivi tad-dispożizzjonijiet imsemmija.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż fiż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

Żball ta’ liġi sa fejn is-sentenza ssostni b’mod żbaljat li l-Kunsill issodisfa l-obbligu tiegħu ta’ motivazzjoni u ma kisirx id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

Żball ta’ liġi billi s-sentenza ssostni li l-miżuri kontra l-appellanti huma bbażati fuq provi, meta r-realtà hi li huma neqsin minn kwalunkwe bażi fattwali u s-sentenza hija bbażata fuq preżunzjonijiet. Dan ta lok għal użu ħażin ta’ poter u għal ksur tar-regoli ġuridiċi applikabbli u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

Żball ta’ liġi billi s-sentenza ssostni b’mod żbaljat li ġie osservat id-dritt għall-proprjetà tal-IOEC u l-prinċipju ta’ proporzjonalità.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 18).

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 306, p. 3).


Il-Qorti Ġenerali

19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Dow AgroSciences u Dintec Agroquímica – Produtos Químicos vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-446/10) (1)

([“Prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Sustanza attiva trifluralin - Nuqqas ta’ inklużjoni fl-Anness I tad-Direttiva 91/414/KEE - Regolament (KE) Nru 33/2008 - Proċedura aċċellerata ta’ evalwazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Proporzjonalità”])

(2015/C 346/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dow AgroSciences Ltd (Hitchin, ir-Renju Unit); u Dintec Agroquímica – Produtos Químicos, Lda (Funchal, il-Portugall) (rappreżentanti: K. Van Maldegem u C. Mereu, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Ondrůšek u F. Wilman, sussegwentement minn P. Ondrůšek u G. von Rintelen, aġenti, assistiti minn J. Stuyck, avukat)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/355/UE, tal-25 ta’ Ġunju 2010, dwar li ma għandux jiġi inkluż trifluralin fl-Anness I tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE (ĠU L 160, p. 30).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dow AgroSciences u Dintec Agroquímica – Produtos Químicos, Lda għandhom ibatu, barra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 346, 18.12.2010.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/13


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2015 – Amitié vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-234/12) (1)

((“Klawżola ta’ arbitraġġ - Sussidju - Għajnuna finanzjarja - Sospensjoni ta’ ħlas - Talba għar-rimbors tal-ispejjeż iddikjarati - Danni - Interessi moratorji - Nota ta’ debitu - Responsabbiltà kuntrattwali - Kontrotalba”))

(2015/C 346/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Amitié Srl (Bologna, l-Italja) (rappreżentanti: D. Bogaert, M. Picat u C. Siciliano, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Moro u S. Delaude, aġenti, assistiti inizjalment minn R. Van der Hout u A. Krämer, sussegwentement minn R. Van der Hout u A. Köhler, avukati)

Suġġett

Rikors, skont l-Artikolu 272 TFUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 340 TFUE, intiż, fl-ewwel lok, sabiex jiġi kkonstatat, qabel kollox, li l-ammonti miġbura mir-rikorrenti b’eżekuzzjoni ta’ ftehim ta’ sussidju u ta’ żewġ ftehimiet ta’ għajnuna finanzjarja konklużi bejn din tal-aħħar u l-Komunità, irrappreżentata mill-Kummissjoni, kif ukoll il-piena finanzjarja u l-interessi moratorji li l-Kummissjoni titlob li r-rikorrenti tirrimborsa jew li tħallas, fid-dawl tal-konklużjonijiet finali tal-awditu finanzjarju, ma humiex dovuti jew, għall-inqas, ma humiex dovuti kollha kemm huma, sussegwentement, li d-dritt tal-Kummissjoni li testendi l-applikazzjoni tal-konklużjonijiet finali tal-awditu għal ftehim ieħor ta’ sussdiju huwa preskritt u, fl-aħħar nett, li l-Kummissjoni tat lok għar-responsabbiltà kuntrattwali tal-Unjoni billi ssospendiet, fid-dawl tal-konklużjonijiet preliminari tal-awditu finanzjarju, il-ħlas tal-ammonti dovuti lir-rikorrenti b’eżekuzzjoni ta’ żewġ ftehimiet oħra ta’ sussidju u, fit-tieni lok, sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata tħallasha, minn naħa, l-ammonti li għadhom dovuti lilha abbażi tal-ftehimiet ta’ sussidju li l-eżekuzzjoni tagħhom ġiet sospiża u abbażi ta’ ftehim ieħor ta’ għajnuna finanzjarja, kif ukoll interessi moratorji u, min-naħa l-oħra, danni intiżi li jikkumpensaw lir-rikorrenti għad-dannu subit minħabba l-eżerċizzju abbużiv, mill-Kummissjoni, tad-drittijiet li hija kellha taħt ftehimiet ta’ għajnuna finanzjarja jew minn sussidji suġġetti għall-awditu finanzjarju u minn ftehimiet ta’ sussidju li l-eżekuzzjoni tagħhom ġiet sospiża, wara dan l-awditu.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet ta’ Amitié Srl intiżi sabiex tittieħed konjizzjoni tar-rinunzja tal-Kummissjoni Ewropea li tikkontesta l-ammonti li baqa’ dovuti lilha b’eżekuzzjoni tal-ftehimiet ta’ sussidju bir-referenza ECP-2007-DILI-517005, dwar l-azzjoni Athena (Access to cultural heritage networks across Europe), u ECP-2008-DILI-538025, dwar l-azzjoni Judaica Europeana (Jewish urban digital European integrated cultural archive).

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Amitié hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni, l-ewwel nett, ammont ta’ EUR 50 458,23 flimkien mal-interessi moratorji bir-rata ta’ 4,5 % fis-sena b’effett mis-6 ta’ April 2012 u sa meta jitħallas kompletament dan l-ammont, it-tieni nett, ammont ta’ EUR 261 947,36 flimkien mal-interessi moratorji bir-rata ta’ 4,25 % fis-sena b’effett mit-28 ta’ Diċembru 2012 u sa meta jitħallas kompletament dan l-ammont, it-tielet nett, ammont ta’ EUR 358 712,35 flimkien mal-interessi moratorji bir-rata ta’ 4,5 % fis-sena b’effett mit-8 ta’ Mejju 2012 u sa meta jitħallas kompletament dan l-ammont, u, ir-raba’ nett, ammont ta’ EUR 5 045,82 flimkien mal-interessi moratorji bir-rata ta’ 4,5 % fis-sena b’effett mit-23 ta’ Ġunju 2012 sa meta jitħallas kompletament dan l-ammont.

4)

Amitié hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess, erba’ partijiet minn ħamsa tal-ispejjeż tal-Kummissjoni.

5)

Il-Kummissjoni għandha tbati parti minn ħamsa tal-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 243, 11.08.2012.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2015 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-503/12) (1)

((“FAEGG - Sezzjoni ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Skema ta’ pagament uniku - Verifiki ewlenin - Verifiki sekondarji”))

(2015/C 346/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment C. Murrell, sussegwentement E. Jenkinson u M. Holt u finalment M. Holt, aġenti, assistiti minn D. Wyatt, QC, u minn V. Wakefield, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Donnelly, P. Rossi u K. Skelly, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/500/UE, tas-6 ta’ Settembru 2012, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 244, p. 11), sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda erba’ entrati li jinsabu fl-Anness tagħha, dwar korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 % applikata għal infiq magħmul fl-Irlanda ta’ Fuq (ir-Renju Unit) matul is-snin finanzjarji 2008, li kien jammonta għal EUR 277 231,60 u għal EUR 13 671 588,90, u 2009, li kien jammonta għal EUR 270 398,26 u għal EUR 15 844 193,29.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2013.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2015 – Ministry of Energy in Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-564/12) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fil-konfront tal-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ evalwazzjoni - Ksur tad-drittijiet fundamentali - Proporzjonalità”))

(2015/C 346/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ministry of Energy in Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: M. Lester, avukat)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. de Elera, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ministry of Energy of Iran huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 23.2.2013.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2015 – NIOC et vs Il-Kunsill

(Kawża T-577/12) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Rikors għal annullament - Entità infrastatali - Locus standi u interess ġuridiku - Ammissibbiltà - Obbligu ta’ motivazzjoni - Indikazzjoni u għażla tal-bażi ġuridika - Kompetenza tal-Kunsill - Prinċipju ta’ prevedibbiltà tal-atti tal-Unjoni - Kunċett ta’ entità assoċjata - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà”))

(2015/C 346/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: National Iranian Oil Company PTE Ltd (NIOC) (Singapor, Singapor); National Iranian Oil Company International Affairs Ltd (NIOC International Affairs) (Londra, ir-Renju Unit); Iran Fuel Conservation Organization (IFCO) (Tehran, l-Iran); Karoon Oil & Gas Production Co. (Khouzestan, l-Iran); Petroleum Engineering & Development Co. (PEDEC) (Tehran); Khazar Exploration and Production Co. (KEPCO) (Tehran); National Iranian Drilling Co. (NIDC) (Khouzestan); South Zagros Oil & Gas Production Co. (Shiraz, l-Iran); Maroun Oil & Gas Co. (Ahwaz, Iran); Masjed-Soleyman Oil & Gas Co. (MOGC) (Khouzestan); Gachsaran Oil & Gas Co. (Ahmad, l-Iran); Aghajari Oil & Gas Production Co. (AOGPC) (Khouzestan); Arvandan Oil & Gas Co. (AOGC) (Khoramshar, l-Iran); West Oil & Gas Production Co. (Kermanshah, l-Iran); East Oil & Gas Production Co. (EOGPC) (Mashhad, l-Iran); Iranian Oil Terminals Co. (IOTC) (Tehran); u Pars Special Economic Energy Zone (PSEEZ) (Boushehr, l-Iran) (rappreżentant: J. M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Piessevaux u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), kif ukoll tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16), sa fejn dawn l-atti jirrigwardaw lir-rikorrenti, u, min-naħa l-oħra, talba intiża li tikseb dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà lir-rikorrenti tal-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39), kif emendata permezz tad-Deċiżjoni 2012/635, kif ukoll tal-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nruo267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar ir-Regolament (UE) Nruo961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

National Iranian Oil Company PTE Ltd (NIOC), National Iranian Oil Company International Affairs Ltd (NIOC International Affairs), Iran Fuel Conservation Organization (IFCO), Karoon Oil & Gas Production Co., Petroleum Engineering & Development Co. (PEDEC), Khazar Exploration and Production Co. (KEPCO), National Iranian Drilling Co. (NIDC), South Zagros Oil & Gas Production Co., Maroun Oil & Gas Co., Masjed-Soleyman Oil & Gas Co. (MOGC), Gachsaran Oil & Gas Co., Aghajari Oil & Gas Production Co. (AOGPC), Arvandan Oil & Gas Co. (AOGC), West Oil & Gas Production Co., East Oil & Gas Production Co. (EOGPC), Iranian Oil Terminals Co. (IOTC) et Pars Special Economic Energy Zone (PSEEZ) għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 79, 16.3.2013.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Panasonic u MT Picture Display vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-82/13) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq, ta’ kapaċitajiet u ta’ produzzjoni - Drittijiet tad-difiża - Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju - Ksur uniku u kontinwat - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Proporzjonalità - Multi - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2015/C 346/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Panasonic Corp. (Kadoma, il-Ġapppun); u MT Picture Display Co. Ltd (Matsuocho, il-Ġappun) (rappreżentanti: R. Gerrits u A.-H. Bischke, avukati, M. Hoskins, QC, u S. K. Abram, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, M. Kellerbauer u G. Koleva, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.437 – Tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

L-ammont tal-multi imposti mill-Artikolu 2(2)(f), (h) u (i) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.437 – Tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter), huwa ta’ EUR 128 866 000, f’dak li jikkonċerna lil Panasonic Corp., għall-parteċipazzjoni diretta tagħha fil-ksur li jirrigwarda s-suq tat-tubi katodiċi tal-kulur għas-settijiet tat-televiżjoni, ta’ EUR 82 826 000, f’dak li jikkonċerna lil Panasonic, Toshiba Corp. u MT Picture Display Co. Ltd, flimkien u in solidum, u ta’ EUR 7 530 000, f’dak li jikkonċerna lil Panasonic u MT Picture Display, flimkien u in solidum.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 101, 6.4.2013.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Samsung SDI et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-84/13) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq, ta’ kapaċitajiet u ta’ produzzjoni - Ksur uniku u kontinwu - Tul tal-ksur - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva – - Komunikazzjoni tal-2006 dwar il-kooperazzjoni - Tnaqqis tal-ammont tal-multa - Kalkolu tal-ammont tal-multa - Teħid inkunsiderazzjoni tal-bejgħ tal-impriża skont il-kriterju tal-post tal-kunsinna - Teħid inkunsiderazzjoni tal-valur medju tal-bejgħ irreġistrat matul iż-żmien tal-ksur”))

(2015/C 346/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Samsung SDI Co. Ltd (Gyeonggi-do, ir-Repubblika tal-Korea); Samsung SDI Germany GmbH (Berlin, il-Ġermanja); u Samsung SDI (il-Malasja) Bhd (Negeri Sembilan Darul Khusus, il-Malasja) (rappreżentanti: inizjalment minn G. Berrisch, avukat, D. Hull, solicitor, u L.-A. Grelier, avukat, sussegwentement minn M. Hull u L.-A. Grelier, u sussegwentement minn L.-A. Grelier, D. Geradin, J. Ysewyn, P. Camesasca, avukati, u J. Flynn, QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, G. Meessen u H. van Vliet, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.437 – Tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter), u talba għat-tnaqqis tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors sa fejn huwa jikkonċerna lil Samsung SDI Germany GmbH.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Samsung SDI Co. Ltd u Samsung SDI (Malaysia) Bhd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 13.4.2013.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – LG Electronics vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-91/13) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq, ta’ kapaċitajiet u ta’ produzzjoni - Ksur uniku u kontinwu - Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq - Ugwaljanza fit-trattament - Metodu ta’ kalkolu tal-ammont tal-multa - Teħid inkunsiderazzjoni tal-valur ta’ bejgħ tat-tubi katodiċi permezz ta’ prodotti ttrasformati - Terminu ta’ preskrizzjoni - Proporzjonalità - Tul tal-proċedura amministrattiva”)))

(2015/C 346/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Séoul, il-Korea t’Isfel) (rappreżentanti: G. van Gerven u T. Franchoo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn C. Hödlmayr, M. Kellerbauer u P. Van Nuffel, sussegwentement minn M. Kellerbauer, P. Van Nuffel u A. Biolan, aġenti)

Suġġett

Demande d’annulation partielle de la décision C (2012) 8839 final de la Commission, du 5 décembre 2012, relative à une procédure d’application de l’article 101 TFUE et de l’article 53 de l’accord EEE (affaire COMP/39.437 – Tubes cathodiques pour téléviseurs et écrans d’ordinateur), et demande de réduction des amendes infligées à la requérante

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

LG Electronics, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 13.4.2013.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Philips vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-92/13) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq u ta’ kapaċitajiet ta’ produzzjoni - Ksur uniku u kontinwat - Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mill-impriża komuni - Ugwaljanza fit-trattament - Metodu ta’ kalkolu tal-ammont tal-multa - Teħid inkunsiderazzjoni tal-valur tal-bejgħ tat-tubi katodiċi permezz ta’ prodotti ttrasformati - Teħid inkunsiderazzjoni tal-valur medju tal-bejgħ irreġistrat matul it-tul tal-ksur - Teħid inkunsiderazzjoni tad-dħul mill-bejgħ globali tal-grupp - Proporzjonalità - Tul tal-proċedura amministrattiva”))

(2015/C 346/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Koninklijke Philips Electronics NV (Eindhoven, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: J. de Pree u S. Molin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn C. Hödlmayr, M. Kellerbauer u P. Van Nuffel, sussegwentement minn M. Kellerbauer, P. Van Nuffel u A. Biolan, u fl-aħħar nett minn M. Kellerbauer, P. Van Nuffel et V. Bottka, aġenti)

Suġġett

Prinċipalment, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.437 – Tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter), u, sussidjarjament, talba għat-tħassir jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multi imposti fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Koninklijke Philips Electronics NV hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 13.4.2013.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Toshiba vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-104/13) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq dinji tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Ftehimiet u prattiki miftiehma fir-rigward ta’ prezzijiet, ta’ tqassim tas-swieq, ta’ kapaċitajiet u ta’ produzzjoni - Prova tal-parteċipazzjoni fl-akkordju - Ksur uniku u kontinwat - Imputabbiltà tal-ksur - Kontroll konġunt - Multi - Ġurisdizzjoni sħiħa”))

(2015/C 346/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Toshiba Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: J. MacLennan, solicitor, J. Jourdan, A. Schulz u P. Berghe, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Biolan, V. Bottka u M. Kellerbauer, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.437 – Tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għat-tħassir jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet imposta fuqha.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(2)(d) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8839 finali, tal-5 ta’ Diċembru 2012, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.437 – Tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni u għall-moniters tal-kompjuter), huwa annullat parzjalment sa fejn jikkonstata li Toshiba Corp. ipparteċipat f’akkordju dinji fis-suq tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni bil-kulur, mis-16 ta’ Mejju 2000 sal-31 ta’ Marzu 2003.

2)

L-Artikolu 2(2)(g) ta’ din id-deċiżjoni huwa annullat, sa fejn jimponi multa ta’ EUR 28 048 000 fuq Toshiba minħabba l-parteċipazzjoni diretta tagħha f’akkordju dinji fis-suq tat-tubi katodiċi għas-settijiet tat-televiżjoni bil-kulur.

3)

L-ammont tal-multa imposta fuq Toshiba fl-Artikolu 2(2)(h) tad-deċiżjoni inkwistjoni, flimkien u in solidum ma’ Panasonic Corp. u MT Picture Display Co. Ltd, huwa ffissat għal EUR 82 826 000.

4)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

5)

Kull parti hija kkundannata tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 114, 20.4.2013.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2015 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-245/13) (1)

([“FAEGG - Sezzjoni ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Skema ta’ pagament uniku - Verifiki ewlenin - Verifiki sekondarji - Artikoli 51, 53, 73 u 73a tar-Regolament (KE) Nru 796/2004”])

(2015/C 346/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment C. Murrell, M. Holt u E. Jenkinson, sussegwentement M. Holt, aġenti, assistiti minn D. Wyatt, QC, u minn V. Wakefield, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u K. Skelly, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/123/UE, tas-26 ta’ Frar 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 67, p. 20), sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda entrata li tinsab fl-Anness I tagħha, dwar korrezzjoni estrapolata ta’ 5,19 % applikata għal infiq magħmul fl-Irlanda ta’ Fuq (ir-Renju Unit) matul is-sena finanzjarja 2010, li kien jammonta għal EUR 16 513 582,57.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 189, 29.6.2013.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-346/13) (1)

((“FAEGG - Taqsima ta’ Garanziji - FAEG u Faeir - Infiq eskluż mill-finanzjament - Miżuri ta’ żvilupp rurali - Agroambjent - Adegwatezza tal-kontrolli - Korrezzjonijiet finanzjarji b’rata fissa”))

(2015/C 346/25)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: inizjalment I.-K. Chalkias, X. Basakou u A.-E. Vasilopoulou, sussegwentement A.-E. Vasilopoulou, G. Kanellopoulos u O. Tsirkinidou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Marcoulli u D. Triantafyllou, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/214/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (ĠU L 123, p. 11).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/214/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, hija annullata, sa fejn timponi fuq ir-Repubblika Ellenika korrezzjoni finanzjarja ta’ 2 % f’dak li jirrigwarda s-submiżuri agroambjentali “Biedja Organika” u “Trobbija Bijoloġika”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Ellenika u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 245, 24.8.2013.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – H&M Hennes & Mauritz vs UASI – Yves Saint Laurent (Basktijiet tal-idejn)

(Kawża T-525/13) (1)

((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta basktijiet tal-idejn - Disinn preċedenti - Raġuni għall-invalidità - Karattru individwali - Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2015/C 346/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: H&M Hennes & Mauritz BV & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Hartwig u A. von Mühlendahl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Yves Saint Laurent SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentant: N. Decker, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Lulju 2013 (Kawża R 207/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn H&M Hennes & Mauritz BV & Co. KG u Yves Saint Laurent SAS.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

H&M Hennes & Mauritz BV & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti minn Yves Saint Laurent SAS matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 359, 7.12.2013.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Settembru 2015 – H&M Hennes & Mauritz vs UASI – Yves Saint Laurent (Basktijiet tal-idejn)

(Kawża T-526/13) (1)

((“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta basktijiet tal-idejn - Disinn preċedenti - Raġuni għall-invalidità - Karattru individwali - Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2015/C 346/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: H&M Hennes & Mauritz BV & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: H. Hartwig u A. von Mühlendahl, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Yves Saint Laurent SAS (Pariġi, Franza) (rappreżentant: N. Decker, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Awla tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Lulju 2013 (Kawża R 208/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn H&M Hennes & Mauritz BV & Co. KG u Yves Saint Laurent SAS.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

H&M Hennes & Mauritz BV & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż inklużi dawk sostnuti minn Yves Saint Laurent SAS matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 359, 7.12.2013.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Settembru 2015 – Gold Crest vs UASI (MIGHTY BRIGHT)

(Kawża T-714/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MIGHTY BRIGHT - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 346/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gold Crest LLC (Goleta, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: P. Rath u W. Festl-Wietek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: S. Bonne, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 2038/2012-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali MIGHTY BRIGHT bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Gold Crest LLC għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 61, 1.3.2014.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Pérez Gutiérrez vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-168/14) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Saħħa pubblika - Direttiva 2001/37/KE - Fabrikazzjoni, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk - Ritratti bil-kulur proposti mill-Kummissjoni bħala avviżi marbuta mas-saħħa li għandhom jiġu inklużi fil-kundizzjonijiet tal-prodotti tat-tabakk - Deċiżjoni 2003/641/KE - Użu mhux awtorizzat tal-immaġni ta’ persuna li mietet - Dannu personali tal-konjugu superstitu tad-decujus”))

(2015/C 346/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ana Pérez Gutiérrez (Mataró, Spanja) (rappreżentant: J. Soler Puebla, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u C. Cattabriga, aġenti)

Suġġett

Rikors għad-danni maħsub li jikseb, minn naħa, il-kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti wara l-użu mhux awtorizzat tal-immmaġni tal-konjugu tagħha li miet fost ir-ritratti proposti mill-Kummissjoni għall-avviżi marbuta mas-saħħa li għandhom jiġu inklużi fil-kundizzjonijiet tal-prodotti tat-tabakk, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 147), u skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-5 ta’ Settembru 2003, dwar l-użu ta’ ritratti bil-kulur u u stampi oħra bħala twissijiet dwar is-saħħa fuq pakketti tat-tabakk (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Volum 7, p. 606), u, min-naħa l-oħra, l-irtitrar tal-immaġni tal-konjugu tagħha li miet u l-interdizzjoni tal-użu tagħha mill-Unjoni Ewropea.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ana Pérez Gutiérrez hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 135, 5.5.2014.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2015 – iNET24 Holding vs UASI (IDIRECT24)

(Kawża T-225/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali IDIRECT24 - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”))

(2015/C 346/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: iNET24 Holding AG (Feusisberg, l-Isvizzera) (rappreżentanti: S. Kirschstein-Freund, B. Breitinger u V. Dalichau, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Pohlmann u S. Hanne, aġenti)

Suġġett

Rikort ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Frar 2014 (Każ R 1867/2013-5), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali IDIRECT24.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

iNET24 Holding AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 184, 16.6.2014.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Settembru 2015 – Warenhandelszentrum vs UASI – Baumarkt Max Bahr (NEW MAX)

(Kawża T-254/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva NEW MAX - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti MAX - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 346/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Warenhandelszentrum Ltd (Neu-Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: F.-P. Hirschel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: inizjalment A. Pohlmann, sussegwentement S. Hanne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Baumarkt Max Bahr GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Jannar 2014 (Każ R 2035/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Baumarkt Max Bahr GmbH & Co. KG u Warenhandelszentrum Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Warenhandelszentrum Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 194, 24.06.2014.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Dairek Attoumi vs UASI – Diesel (DIESEL)

(Kawża T-278/14) (1)

([“Disinn jew mudell Komunitarju - Proċedimenti ta’ nullità - Disinn jew mudell Komunitarju rreġistrat DIESEL - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti DIESEL - Raġuni ta’ invalidità - Użu ta’ sinjal distintiv - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 25(1)(e) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002 - Prova ta’ użu ġenwin - Sospensjoni tal-proċedura amministrattiva”])

(2015/C 346/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Mansour Dairek Attoumi (Badalona, Spanja) (rappreżentanti: E. Manresa Medina u J. Manresa Medina, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: O. Mondéjar Ortuño u V. Melgar, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Diesel SpA (Breganze l-Italja) (rappreżentanti: F. Celluprica u F. Fischetti, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Frar 2014 (Każ R 855/2012-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Diesel SpA u Mansour Dairek Attoumi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Mansour Dairek Attoumi huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – Verein StHD vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ żigarella sewda)

(Kawża T-530/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta żigarella sewda - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 346/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Verein Sterbehilfe Deutschland (Verein StHD) (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. Brauns, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: M. Fischer, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1940/2013-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta żigarella sewda bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Verein Sterbehilfe Deutschland (Verein StHD) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 8.9.2014.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 9 ta’ Settembru 2015 – Inditex vs UASI – Ansell (ZARA)

(Kawża T-584/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali ZARA - Użu ġenwin - Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 346/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) (Artexio, Spanja) (rappreżentant: C. Duch Fonoll, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Zainab Ansell (Moshi, it-Tanżanija) u Roger Ansell

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Mejju 2014 (Każ R 1118/2013-2), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Zainab Ansell u Roger Ansell, minn naħa, u Industria de Diseño Textil, SA (Inditex), min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 339, 29.09.2014.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2015 – SV Capital vs EBA

(Kawża T-660/14) (1)

((“Politika ekonomika u monetarja - Talba għal ftuħ ta’ investigazzjoni għal allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni - Deċiżjoni tal-EBA - Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza - Konstatazzjoni ex officio - Nuqqas ta’ kompetenza tal-awtur tal-att - Rikors għal annullament - Terminu tar-rikors - Tardività - Inammissibbiltà parzjali”))

(2015/C 346/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: SV Capital OÜ (Tallinn, l-Estonja) (rappreżentant: M. Greinoman, avukat)

Konvenuta: L-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) (rappreżentanti: J. Overett Somnier u Z. Giotaki, aġenti, assistiti minn F. Tuytschaever, avukat)

Parti konvenuta insostenn tal-parti konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u K.-P. Wojcik, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-EBA C 2013 002, tal-21 ta’ Frar 2014, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tinfetaħ investigazzjoni kontra l-awtoritajiet ta’ sorveljanza tas-settur finanzjarju Estonjana u Finlandiża, skont l-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, p. 12), minħabba allegat ksur tad-dritt tal-Unjoni Ewropea u, min-naħa l-oħra, tad-Deċiżjoni 2014-C1-02 tal-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza, tal-14 ta’ Lulju 2014, li tiċħad l-appell minn din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni 2014-C1-02 tal-Bord tal-Appell tal-Awtoritajiet Ewropej ta’ Sorveljanza, tal-14 ta’ Lulju 2014, hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 431, 01.12.2014.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/30


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ Settembru 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-344/15 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti trażmessi mill-awtoritajiet Franċiżi lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura prevista mid-Direttiva 98/34/KE - Oppożizzjoni minn Franza għall-iżvelar tad-dokumenti - Deċiżjoni li jingħata l-aċċess għal dokumenti lil terzi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”])

(2015/C 346/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: F. Alabrune, G. de Bergues, D. Colas u F. Fize, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni GESTDEM 2014/6064, tal-21 ta’ April 2015, dwar talba konfermattiva ta’ aċċess għal dokumenti bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), li permezz tagħha l-Kummissjoni tat l-aċċess għal żewġ dokumenti li ħarġu mill-awtoritajiet Franċiżi li kienu ġew trażmessi lilha fil-kuntest tal-proċedura prevista mid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337).

Dispożittiv

1)

Hija s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea GESTDEM 2014/6064, tal-21 ta’ April 2015, dwar talba konfermattiva ta’ aċċess għal dokumenti bis-saħħa tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, li permezz tagħha l-Kummissjoni tat l-aċċess għal żewġ dokumenti li ħarġu mill-awtoritajiet Franċiżi li kienu ġew trażmessi lilha fil-kuntest tal-proċedura prevista mid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/31


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – Renfe-Operadora vs UASI (AVE)

(Kawża T-367/15)

(2015/C 346/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Renfe-Operadora, Entidad Pública Empresarial (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J.-B. Devaureix, avukat, u M. Hernández Sandoval, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “AVE” – Applikazzjoni għal restitutio in integrum – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 5.640.198

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ April 2015 fil-Każ R 712/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, taqbel mal-evalwazzjoni tar-“Restitution in integrum” u konsegwentement, tilqa’ r-rikors ippreżentat mir-rikorrenti dwar id-deċiżjoni tal-4 ta’ Frar 2014 tad-Diviżjoni ta’ Kanċellazzjoni, li wara l-proċedura amministrattiva korrispondenti, għandha tiġi riżolta mill-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

dikjarazzjoni tal-fatti inkompleta fid-deċiżjoni kkontestata, irregolaritajiet imwettqa fil-proċedura li jikkawżaw ksur u l-osservanza tal-obbligu ta’ diliġenża tar-rikorrenti.

evalwazzjoni żbaljata tal-provi, diverġenzi bejn id-difett proċedurali allegatament imwettaq mir-rikorrenti u l-konsegwenzi li ġejjin minnu stess, hekk li r-rikorrenti ċċaħħdet mid-dritt tagħha li tappella minn att li jippreġudikaha, u rigorożità eċċessiva tad-deċiżjoni adottata.

preġudizzju kkawżat lir-rikorrenti minħabba fl-impossibbiltà li jiġu kkontestati l-motivi dwar il-mertu li fuqhom hija bbażata d-dikjarazzjoni ta’ nullità parzjali tat-trade mark “AVE”.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/32


Appell ippreżentat fit-13 ta’ Awwissu 2015 mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) mis-sentenza mogħtija fit-3 ta Ġunju 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 78/14, Gross vs SEAE

(Kawża T-472/15 P)

(2015/C 346/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Philipp Oliver Gross (Brussell, il-Belġju)

Talbiet

L-appellanti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2015 fil-kawża F-78/14 (Gross vs SEAE);

tilqa’ t-talbiet imressqa mill-appellanti fl-ewwel istanza fuq l-appell;

tikkundanna lill-konvenut fl-appell għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka seba’ aggravji.

Dwar is-sistema ta’ klassifikazzjoni

1

L-ewwel aggravju bbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ‘il quddiem ir-“Regolamenti”), tar-regoli fil-qasam tat-tqassim tal-oneru tal-prova, il-projbizzjoni li tittieħed deċiżjoni ultra petita u tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti.

2

It-tieni aggravju bbażat fuq il-ksur tal-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju. L-appellanti ssostni li, fis-sentenza kkontestata, f’diversi okkażjonijiet, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ‘il quddiem it-“TSP”) imur lil hinn mill-limiti tal-istħarriġ tiegħu, u jidher li jixtieq li jimponi fuqha li tadotta sistema ta’ klassifikazzjoni speċifika.

3

It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi dwar in-nuqqas ta’ oġġettività ta’ sistema ta’ evalwazzjoni li ma tistax tiġi stmata u ksur tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti.

4

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 266 TFUE, peress li, meta annulla d-deċiżjoni kkontestata, it-TSP kien jagħmilha impossibbli li tiġi eżegwita s-sentenza kkontestata mingħajr ma jiġu kkawżati illegalitajiet oħra. L-appellanti ssostni li jekk l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata huwa illegali, analiżi komparattiva ġdida tal-merti tal-konvenut ma’ dawk ta’ uffiċjali oħra li jistgħu jiġu promossi fil-grad tiegħu għandu jsir fl-eżekuzzjoni tas-sentenza kkontestata bbażata fuq rapporti ta’ klassifikazzjonijiet li, skont dak li kien ikkunsidrat mit-TSP, ma tippermettix li din l-analiżi titwettaq fuq bażi oġġettiva u kumparabbli.

Dwar is-sistema ta’ promozzjonijiet

5

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-projbizzjoni li tittieħed deċiżjoni ultra petita u tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti.

6

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tar-regoli fil-qasam tat-tqassim tal-oneru tal-prova.

7

Is-seba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi dwar il-ksur mill-appellanti tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/33


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2015 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-478/15)

(2015/C 346/39)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R. Radu, A. Buzoianu u E. Gane, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, adottata taħt il-forma tal-ittra NruoBUDG/B/3/MV D(2015) 2453089, tal-11 ta’ Ġunju 2015, li permezz tagħha hija tordna lill-Rumanija tqiegħed għad-dispożizzjoni tagħha s-somma ta’ EUR 1 079 513,09 gross, għar-riżorsi proprji.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-Kummissjoni sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata

Id-dritt tal-Unjoni ma fih ebda dispoizzjoni li tagħti lill-Kummissjoni l-kompetenza li timponi fuq Stat Membru l-obbligu li jħallas somma ta’ flus li tikkorrispondi għat-telf ta’ riżorsi proprji tal-Unjoni, telf li sar wara maħfra ta’ dejn doganali deċiża minn Stat Membru, de dette douanière décidée par un autre État membre, inkarigat sabiex jevalwa d-dazji doganali, sabiex jiġborhom u sabiex jgħaddihom lill-baġit tal-Unjoni għar-riżorsi proprji tradizzjonali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-motivazzjoni insuffiċjenti u inadegwata tad-deċiżjoni kkontestata

Id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex immotivata b’mod suffiċjenti u adegwat, skont l-Artikolu 296 TFUE. Minn naħa, id-deċiżjoni kkontestata ma tinkludix bażi legali li fuqha ġiet adottata, li ma tistax tiġi ddeterminata lanqas jekk isir riferiment għal elementi oħra tal-ittra. Min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni ma tesponix, fil-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata, ir-raġunament legali li wassalha sabiex timponi dan l-obbligu ta’ ħlas fuq ir-Rumanija.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-eżerċizzju mhux xieraq tal-kompetenza tal-Kummissjoni

Fil-każ li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi li l-imsemmija istituzzjoni aġixxiet fil-limiti tal-kompetenzi tagħha mogħtija lilha mit-Trattati, ir-Rumanija tqis li din eżerċitat il-kompetenza tagħha b’mod mhux xieraq, bi ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjonji tajba u tad-drittijiet tad-difiża tal-Istat Rumen.

Il-Kummissjoni kisret l-obbligi tagħha ta’ diliġenza u ta’ amministrazzjoni tajba billi naqset mill-teżamina attentivament kull informazzjoni rilevanti li kellha jew li titlob informazzjoni oħra neċessarja qabel l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata. Il-Kummissjoni ma wrietx rabta kawżali diretta bejn il-fatti li r-Rumanija hija kkritikata bihom u t-telf tar-riżorsi proprji tal-Unjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma ġġustifikatx is-somma mitluba lir-Rumanija billi rreferiet għall-ammont ta’ dazji doganali li jikkorrispondu għall-valur tal-operazzjoni ta’ tranżitu inkwistjoni, iżda bbażat ruħha fuq il-valur maħfur mill-Ġermanja.

L-approċċ li ħadet il-Kummissjoni kien nieqes mill-prevedibbiltà u ma ppermettiex lir-Rumanija teżerċita d-drittijiet tad-difiża tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tar-rekwiżiti ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi

Ir-regoli tad-dritt li abbażi tagħhom il-Kummissjoni stabbilixxiet l-obbligu ta’ ħlas ma ġewx identifikati u ppreċiżati minnha u l-applikazzjoni tagħhom ma setgħetx tkun prevedibbli għar-Rumanija. L-Istat Rumen la seta’ jipprevedi u lanqas ikun konxju, qabel ma rċieva l-ittra tal-Kummissjoni, tal-obbligu tiegħu li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-baġit tal-Unjoni s-somma mitluba. Barra minn hekk, ir-Rumanija tqis li, billi adottat id-deċiżjoni kkontestata u billi imponiet fuq ir-Rumanija obbligu ta’ ħlas ħames snin wara li seħħew il-fatti u minkejja l-konklużjonijiet fformulati mill-Kummissjoni waqt id-djalogu mal-awtoritajiet Rumeni matul dan il-perijodu, l-imsemmija istituzzjoni kisret l-aspettattivi leġittimi tal-Istat Rumen għal dak li jikkonċerna l-assenza ta’ obbligu min-naħa tiegħu li jħallas id-dazji doganali relatati mal-operazzjonijiet ta’ tranżitu inkwistjoni.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/35


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2015 – Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-501/15)

(2015/C 346/40)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman, B. Koopman u H. Stergiou)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119,

sa fejn tirrigwarda l-korrezzjoni finanzjarja, ta’ EUR 336 064,53 (2009), ta’ EUR 403 863,66 (2010) u ta’ EUR 230 786,49 (2011), imposta mill-Kummissjoni minħabba n-nuqqas ta’ severità tas-sistema ta’ sanzjoni;

sa fejn tirrigwarda l-korrezzjoni finanzjarja imposta fir-rigward tal-kontroll parzjali ta’ 3 SMR fl-2009 (EUR 1 597 182, EUR 15,53 u EUR 358,20), ta’ 4 SMR fl-2010 (EUR 1 630 540,68 u EUR 6 520,50) kif ukoll ta’ 4 SMR fl-2011 (EUR 1 631 326,51), peress li l-Kummissjoni qieset li l-Pajjiżi l-Baxxi kisru l-SMR 8;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrent jitlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (innotifikata taħt in-numru C(2015) 4076; ĠU L 182, p. 39).

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi:

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 24 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 (1) u tal-Artikolu 71 tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009 (2), sa fejn il-Kummissjoni kkonkludiet, bil-kontra ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, li s-sistema ta’ sanzjoni Olandiża ma hijiex severa;

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 3, 4 u 5 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009, sa fejn il-Kummissjoni kkonkludiet, kontra dawn id-dispożizzjonijiet u kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali, li l-Pajjiżi l-Baxxi eżerċitaw kontroll parzjali għar-rekwiżit fil-qasam ta’ ġestjoni 8 (“SMR”) stabbilit fl-Anness II tal-istess regolament. Ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni tqis b’mod żbaljat li s-sistema ta’ sanzjoni Olandiża ma tissodisfax ir-rekwiżiti kollha tar-Regolament (KE) Nru 21/2004 (3) u tal-Artikoli 3, 4 u 5 iċċitati iktar ’il fuq.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-19 ta’ Jannar 2009, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (ĠU L 30, p. 16).

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (ĠU L 316, p. 65).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004, tas-17 ta’ Diċembru 2003, li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ammiali [annimali] ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 42, p. 56).


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/36


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Settembru 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-502/15)

(2015/C 346/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: L. Banciella Rodríguez-Miñón)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1119, tat-22 ta’ Ġunju 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), fir-rigward tar-Renju ta’ Spanja;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

Fir-rigward tal-Comunidad Autónoma de Cataluña:

1.

Il-korrezzjoni imposta b’rata fissa għal ammont nett ta’ EUR 609 337,80 u l-metodu ta’ kalkolu użat jiksru l-Artikolu 31(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u l-Linji gwida tad-Dokument tal-Kummissjoni VI/5330/97, tat-23 ta’ Diċembru 1997 (Linji gwida għall-kalkolu tal-implikazzjonijiet finanzjarji fit-tħejjija tad-deċiżjoni tal-approvazzjoni tal-kontijiet tat-Taqsima Garanzija FAEGG) u tad-Dokument AGRI-64043-2005 (Communication from the Commission, on how the Commission intends in the context of the EAGGF-Guarantee clearance procedure to handle shortcomings in the context of croos-compliance control system implemented by the Member State) minħabba li ma huwiex xieraq li ssir stima b’rata fissa meta r-Renju ta’ Spanja ppreżenta stima f’waqtha tar-riskju attwali għall-fond. L-applikazzjoni magħmula mill-Kummissjoni, minbarra li hija żbaljata hija sproporzjonata u mhux ġustifikata.

2.

Is-somma kkalkolata b’rata fissa ta’ 2 % tal-korrezzjoni ġeneralment imposta b’mod ad hoc jammonta għal EUR 609 337,80 u l-metodu ta’ kalkolu, huma kuntrarji għall-Artikolu 31(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, u għad-dokumenti tal-Kummissjoni dwar il-Linji gwida għall-kalkolu tal-korrezzjonijiet finanzjarji peress li ma jistgħux jużaw u jżidu żewġ metodi ta’ kalkolu simultanjament għall-istess ksur. Minbarra li din hija inkonsistenza ġuridika din hija totalment sproporzjonata u mhux ġustifikata.

3.

Il-korrezzjoni imposta għas-sena 2009, sena finanzjarja 2011u 2012, tikser l-Artikolu 31(4) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, tikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali u tikser id-drittijiet tad-difiża tar-Renju ta’ Spanja minħabba li l-Kummissjoni estendiet indebitament il-korrezzjoni finanzjarja għal perijodu sussegwenti għall-24 xahar qabel il-komunikazzjoni, meta dawn in-nuqqasijiet diġà kienu ġew ikkoreġuti mir-Renju ta’ Spanja.

Fir-rigward tal-Comunidad Autónoma de Canarias għall-motiv li ġej:

4.

Il-korrezzjoni imposta b’rata fissa fl-ammont ta’ EUR 1 689 689,03 u l-metodu ta’ kalkolu użat, huma kuntrarji għall-Artikolu 31(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 u għal-Linji gwida tad-dokument tal-Kummissjoni AGRI/D/40474/2010-REV 1.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/38


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ Settembru 2015 – De Loecker vs SEAE

(Kawża F-28/14) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal tal-SEAE - Membru tal-persunal temporanju - Kap ta’ delegazzjoni f’pajjiż terz - Ksur tar-rabta ta’ fiduċja - Trasferiment lejn is-sede tal-SEAE - Rexissjoni bikrija ta’ kuntratt ta’ reklutaġġ - Preavviż - Motivazzjoni tad-deċiżjoni - Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal smigħ))

(2015/C 346/42)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Stéphane De Loecker (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati, sussegwentement J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea li jirrexxindu l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrent, li jirrifjutaw li jisimgħuh għal fatti ta’ fastidju psikoloġiku, li jiċħdu t-talba tiegħu li jiġi maħtur investigatur estern u li l-ilment tiegħu jiġi rreġistrat bħala talba.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

S. De Loecker għandu jbatu l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat jbati l-ispejjeż kollha tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.


(1)  ĠU C 184, 16.6.2014, p. 44.


19.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 346/38


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-7 ta’ Settembru 2015 – Verhelst vs EMA

(Kawża F-9/15) (1)

(2015/C 346/43)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 118, 13.4.2015, p. 46.