ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 337

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
12 ta' Ottubru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 337/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 337/02

Kawża C-52/15 P: Appell ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 minn Arthur Lambauer mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-490/14, Arthur Lambauer vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

2

2015/C 337/03

Kawża C-245/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Balş (ir-Rumanija) fit-28 ta’ Mejju 2015 – SC Casa Noastră SA vs Ministerul Transporturilor – Inspectoratul de Stat pentru Controlul Transportului ISCTR

2

2015/C 337/04

Kawża C-361/15 P: Appell ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2015 minn Easy Sanitary Solutions BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-13 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-15/13 – Group Nivelles vs UASI – Easy Sanitary Solutions (Shower drainage channel)

3

2015/C 337/05

Kawża C-378/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Roma (L-Italja) fis-16 ta’ Lulju 2015 – Mercedes Benz Italia SpA vs Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3

4

2015/C 337/06

Kawża C-379/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-16 ta’ Lulju 2015 – Association France Nature Environnement vs Premier ministre, Ministre de l’écologie, du développement durable et de l'énergie

5

2015/C 337/07

Kawża C-393/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-21 ta’ Lulju 2015 – Dyrektor Izby Skarbowej w Krakowie vs ESET spol. s r. o. sp. z o. o., oddział w Polsce

5

2015/C 337/08

Kawża C-405/15: Appell ippreżentat fit-24 ta’ Lulju 2015 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmiem Awla) fit-13 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-15/13 – Group Nivelles vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) – Easy Sanitairy Solutions (miżieb għall-ħruġ tad-doċċa)

6

2015/C 337/09

Kawża C-406/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fl-24 ta’ Lulju 2015 – Petya Milkova vs Izpalnitelen direktor na Agentsiata za privatizatsia i sledprivatizatsionen kontrol

7

2015/C 337/10

Kawża C-414/15 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 minn Stichting Woonlinie et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-202/10 RENV, Stichting Woonlinie et vs Il-Kummisjoni Ewropea

8

2015/C 337/11

Kawża C-415/15 P: Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 minn Stichting Woonpunt et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-12 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-203/10 RENV, Stichting Woonpunt et vs Il-Kummissjoni Ewropea

9

2015/C 337/12

Kawża C-426/15 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Awissu 2015 minn Diputación Foral de Bizkaia mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-19 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-397/12, Diputación Foral de Bizkaia vs Il-Kummissjoni

10

2015/C 337/13

Kawża C-436/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Lietuvos Respublikos aplinkos ministerijos Aplinkos projektų valdymo agentūra vs UAB Alytaus regiono atliekų tvarkymo centras

11

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 337/14

Kawża T-46/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Awwissu 2015 – Sales & Solutions vs UASI Wattline (WATTLINE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

12

2015/C 337/15

Kawża T-69/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – NK Rosneft et vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi adotatti fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina — Lis alibi pendens — Inammissibbiltà manifesta)

12

2015/C 337/16

Kawża T-249/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2015 – JT vs UASI – Carrasco Pirard et (QUILAPAYÚN)

13

2015/C 337/17

Kawża T-356/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2015 – L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

14

2015/C 337/18

Kawża T-363/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2015 – Työhönvalmennus Valma vs UASI (forma ta’ kaxxa)

16

2015/C 337/19

Kawża T-366/15 P: Appell ippreżentat fd-9 ta’ Lulju 2015 minn Viara Todorova Androva mis-sentenza mogħtija fid-29 ta’ April 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 78/12, Todorova Androva vs Il-Kunsill

16

2015/C 337/20

Kawża T-373/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2015 – Ja zum Nürburgring vs Il-Kummissjoni

17

2015/C 337/21

Kawża T-375/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2015 – Germanwings vs Il-Kummissjoni

19

2015/C 337/22

Kawża T-381/15: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2015 – IMG vs Il-Kummissjoni

20

2015/C 337/23

Kawża T-382/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 – Greenpeace Energy et vs Il-Kummissjoni

22

2015/C 337/24

Kawża T-384/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 – EDF Luminus vs Il-Parlament

24

2015/C 337/25

Kawża T-405/15 P: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2015 – Fulmen vs Il-Kunsill

25

2015/C 337/26

Kawża T-406/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2015 – Mahmoudian vs Il-Kunsill

26

2015/C 337/27

Kawża T-410/15 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2015 minn Jaana Pohjanmäki mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Mejju 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-44/14, Pohjanmäki vsIl-Kunsill

26

2015/C 337/28

Kawża T-419/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2015 – Cofely Solelec et vs Il-Parlament

27

2015/C 337/29

Kawża T-420/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2015 – Thun 1794 vs UASI (graphical symbols)

28

2015/C 337/30

Kawża T-421/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 – Systran vs Il-Kummissjoni

29

2015/C 337/31

Kawża T-438/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2015 – Port Autonome du Centre et de l’Ouest et vs Il-Kummissjoni

30

2015/C 337/32

Kawża T-440/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

31

2015/C 337/33

Kawża T-463/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

32

2015/C 337/34

Kawża T-464/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Othman vs Il-Kunsill

33

2015/C 337/35

Kawża T-465/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill

33

2015/C 337/36

Kawża T-466/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill

34

2015/C 337/37

Kawża T-467/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Drex Technologies vs Il-Kunsill

34

2015/C 337/38

Kawża T-468/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Souruh vs Il-Kunsill

35

2015/C 337/39

Kawża T-469/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Bena Properties vs Il-Kunsill

36

2015/C 337/40

Kawża T-470/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Cham vs Il-Kunsill

36

2015/C 337/41

Kawża T-471/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

37

2015/C 337/42

Kawża T-476/15: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2015 – European Food vs UASI – – Société des Produits Nestlé (FITNESS)

37

2015/C 337/43

Kawża T-479/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2015 – Lotte vs UASI – Kuchenmeister (KOALA LAND)

38

2015/C 337/44

Kawża T-480/15: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2015 – KZ et vs Il-Kummissjoni

39

2015/C 337/45

Kawża T-482/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2015 – Ahrend Furniture vs Il-Kummissjoni

40

2015/C 337/46

Kawża T-485/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2015 – Alsharghawi vs Il-Kunsill

41

2015/C 337/47

Kawża T-488/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2015 – LG Electronics vs UASI – Cyrus Wellness Consulting (VIEWTY SMART)

42

2015/C 337/48

Kawża T-489/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awissu 2015 – LG Electronics vs UASI – Cyrus Wellness Consulting (VIEWTY SNAP)

43

2015/C 337/49

Kawża T-490/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2015 – SGP Rechtsanwälte vs UASI – Verlag Friedrich Oetinger (tolino)

44

2015/C 337/50

Kawża T-491/15: Rikors ippreżentat fil-25 ta Awwissu 2015 – Volkswagen vs UASI (ConnectedWork)

44

2015/C 337/51

Kawża T-498/15: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2015 – LG Electronics vs UASI – Cyrus Wellness Consulting (Viewty)

45


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 337/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 328, 5.10.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 320, 28.9.2015

ĠU C 311, 21.9.2015

ĠU C 302, 14.9.2015

ĠU C 294, 7.9.2015

ĠU C 279, 24.8.2015

ĠU C 270, 17.8.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/2


Appell ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2015 minn Arthur Lambauer mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 fil-Kawża T-490/14, Arthur Lambauer vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-52/15 P)

(2015/C 337/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Arthur Lambauer

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Permezz ta’ sentenza tat-3 ta’ Settembru 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u ddeċidiet li l-appellant għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Balş (ir-Rumanija) fit-28 ta’ Mejju 2015 – SC Casa Noastră SA vs Ministerul Transporturilor – Inspectoratul de Stat pentru Controlul Transportului ISCTR

(Kawża C-245/15)

(2015/C 337/03)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Balş

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Casa Noastră SA

Konvenut: Ministerul Transporturilor – Inspectoratul de Stat pentru Controlul Transportului ISCTR

Domandi preliminari

1)

Sa fejn l-espressjoni “organizzati minn min ikun” użata fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1073/2009 (1), tista’ tiġi interpretata fis-sens li servizz tat-trasport regolari jista’ jiġi organizzat minn operatur ekonomiku għat-trasport tal-impjegati tiegħu lejn u mill-post tax-xogħol?

2)

Sa fejn l-espressjoni “vetturi wżati għat-trasport tal-passiġġieri b’servizzi regolari fejn ir-rotta koperta minn dan is-servizz ma taqbiżx il-50 kilometru”, użata fl-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 561/2006 (2), tista’ tiġi interpretata fis-sens li din tapplika għall-ħaddiema, fil-kuntest tal-vjaġġi tagħhom lejn u mill-post tax-xogħol?


(1)  Regolament (KE) Nru 1073/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, dwar regoli komuni għall-aċċess għas-suq internazzjonali tas-servizzi tal-kowċ u x-xarabank u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 561/2006 (ĠU L 300, p. 88).

(2)  Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, p. 1).


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/3


Appell ippreżentat fil-11 ta’ Lulju 2015 minn Easy Sanitary Solutions BV mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-13 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-15/13 – Group Nivelles vs UASI – Easy Sanitary Solutions (Shower drainage channel)

(Kawża C-361/15 P)

(2015/C 337/04)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Easy Sanitary Solutions BV (rappreżentant: F. Eijsvogels, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Group Nivelles BVBA

Talbiet

abbażi tal-... aggravji invokati u tal-ispjegazzjonijiet mogħtija magħhom, tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tat-13 ta’ Mejju 2015, fil-Kawża T-15/13 u tikkundanna lill-parti li titlef għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Aggravju 1

Parti (a)

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002 (1), flimkien mal-Artikolu 7(1) tal-istess regolament, meta qieset li disinn preċedenti li huwa inkorporat fi jew applikat għal prodott li ma huwiex dak li miegħu huwa relatat disinn sussegwenti huwa bħala prinċipju rilevanti għall-evalwazzjoni tan-novità, fis-sens tal-Artrikolu 5 tar-Regolament Nru 6/2002, tad-disinn sussegwenti u li l-kliem tal-imsemmi Artikolu 5 jipprekludi li disinn jitqies ġdid meta disinn identiku jkun preċedentement tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, irrispettivament mill-prodott li fih ġie inkorporat id-disinn preċedenti jew li għalih ġie applikat. Il-konstatazzjoni tal-Qorti Ġenerali li s-“settur interessat”, fis-sens tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 6/2002, ma huwiex limitat għal dak tal-prodott li fih għandu jiġi inkorporat id-disinn ikkontestat jew li għalih għandu jiġi applikat hija żbaljata fil-liġi.

Parti (b)

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament Nru 6/2002, flimkien mal-Artikolu 5 tal-istess regolament, meta qieset li disinn Komunitarju ma jistax jitqies ġdid fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament Nru 6/2002 jekk disinn identitku tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku qabel id-dati msemmija f’din id-dispozizzjoni, anki jekk l-imsemmi disinn preċedenti kien inkorporat fi jew applikat għal prodott ieħor għajr il-prodott jew prodotti indikati fl-applikazzjoni fis-sens tal-Artikolu 36(2) tar-Regolament Nru 6/2002.

Parti (ċ)

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikoli 10, 19 u 36(6) tar-Regolament Nru 6/2002 meta kkonstatat li dawn l-artikoli jimplikaw li l-proprjetarju ta’ disinn irreġistrat jista’ jżomm lil terzi li ma għandhomx l-awtorizzazzjoni tiegħu milli jużaw fuq kwalsiasi prodott id-disinn tiegħu u kull disinn li ma jagħtix impressjoni ġenerali differenti lill-utent avżat.

Aggravju 2

Meta qieset li l-limiti għall-istħarriġ tal-legalità kienu nqabżu, kif għamlet fl-aħħar sentenza tal-punt 137 tas-sentenza tagħha, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 61 tar-Regolament Nru 6/2002.


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 142)


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Regionale di Roma (L-Italja) fis-16 ta’ Lulju 2015 – Mercedes Benz Italia SpA vs Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3

(Kawża C-378/15)

(2015/C 337/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mercedes Benz Italia SpA

Konvenuta: Agenzia delle Entrate Direzione Provinciale Roma 3

Domanda preliminari

Għall-finijiet tal-eżerċizzju tad-dritt għat-tnaqqis, il-leġiżlazzjoni Taljana (preċiżament l-Artikoli 19(5) u 19-bis tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 633/1972) u l-prassi tal-amministrazzjoni fiskali nazzjonali, li jimponu li jsir riferiment għall-kompożizzjoni tad-dħul mill-bejgħ tal-operatur, inkluż sabiex jiġu identifikati l-operazzjonijiet imsejjħa anċillari, mingħajr ma jipprevedu metodu ta’ kalkolu li jkun ibbażat fuq il-kompożizzjoni u d-destinazzjoni effettiva tax-xiri, u li jirrifletti oġġettivament is-sehem ta’ imputazzjoni reali tal-ispejjeż sostnuti f’kull waħda mill-attivitajiet – intaxxati jew mhux intaxxati – eżerċitati mill-persuna taxxabbli, imorru kontra interpretazzjoni tal-Artikoli 168, 173, 174 u 175 tad-Direttiva 2006/112/KE (1) ibbażata fuq il-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ effettività u ta’ newtralità, kif stabbiliti fid-dritt tal-Unjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-16 ta’ Lulju 2015 – Association France Nature Environnement vs Premier ministre, Ministre de l’écologie, du développement durable et de l'énergie

(Kawża C-379/15)

(2015/C 337/06)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Association France Nature Environnement

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’écologie, du développement durable et de l'énergie

Domandi preliminari

1)

Qorti nazzjonali, li teżerċita l-ġurisdizzjoni ġenerali tagħha taħt id-dritt tal-Unjoni Ewropea, għandha tressaq, fi kwalunkwe każ, talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea sabiex din tevalwa jekk hemmx lok li d-dispożizzjonijiet meqjusa li jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni jinżammu fis-seħħ provviżorjament?

2)

F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għal din l-ewwel domanda, id-deċiżjoni li tista’ tittieħed mill-Conseil d’État li jżomm fis-seħħ sal-1 ta’ Jannar 2016 l-effetti tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tad-Digriet tat-2 ta’ Mejju 2012 dwar l-evalwazzjoni ta’ ċerti pjanijiet u dokumenti li għandhom impatt fuq l-ambjent li huwa jqis li huma illegali tkun iġġustifikata, b’mod partikolari, permezz ta’ kunsiderazzjoni imperattiva marbuta mal-protezzjoni tal-ambjent?


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fil-21 ta’ Lulju 2015 – Dyrektor Izby Skarbowej w Krakowie vs ESET spol. s r. o. sp. z o. o., oddział w Polsce

(Kawża C-393/15)

(2015/C 337/07)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Dyrektor Izby Skarbowej w Krakowie

Konvenuta: ESET spol. s r. o. sp. z o. o., oddział w Polsce

Domanda preliminari

L-Artikoli 168 u 169(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), ma jipprekludux, fil-każ ta’ fergħa li għall-finijiet tal-VAT hija rreġistrata fi Stat Membru u li prinċipalment twettaq tranżazzjonijiet bejn entitajiet fi ħdan l-istess kumpannija għal kumpannija parent stabbilita fi Stat Membru ieħor u li kultant twettaq anki tranżazzjonijiet taxxabbli fl-Istat fejn il-fergħa hija rreġistrata, lill-persuna taxxabbli milli tkun intitolata tnaqqas taxxa tal-input fl-Istat li fih hija rreġistrata l-fergħa, minkejja l-fatt li t-taxxa hija marbuta ma’ tranżazzjonijiet imwettqa mill-kumpannija parent fi Stat Membru ieħor?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/6


Appell ippreżentat fit-24 ta’ Lulju 2015 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmiem Awla) fit-13 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-15/13 – Group Nivelles vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) – Easy Sanitairy Solutions (miżieb għall-ħruġ tad-doċċa)

(Kawża C-405/15)

(2015/C 337/08)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellant: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Bonne u M. A. Folliard Monguiral, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Group Nivelles NV u Easy Sanitairy Solutions BV

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

tikkundanna lir-rikorrent u lill-intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali għall-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 63(1) tar-[Regolament Nru 6/2002 (1)] billi qieset li d-disinn preċedenti invokat insostenn tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità huwa “l-mekkaniżmu kollu ta’ evakwazzjoni tal-likwidi, propost mill-impriża Blücher”. Il-grupp Nivelles invoka biss il-plakka ta’ rkupru murija kemm mill-impriża Blücher kif ukoll mill-impriżi l-oħra, indipendentement mill-forma tat-tank;

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 25(1)(b) tar-[Regolament Nru 6/2002], moqri flimkien mal-Artikolu 5 tar-[Regolament Nru 6/2002] billi qieset li l-Uffiċċju kien marbut li jqabbel id-disinn Komunitarju kkontestat ma’ disinn preċedenti li kien ir-riżultat tal-kombinazzjoni ta’ żewġ komponenti distinti, murija f’żewġ dokumenti differenti. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, applikabbli għall-Artikolu 5 tar-[Regolament Nru 6/2002], id-disinn ikkontestat ma jistax jitqabbel ma’ “assemblaġġ ta’ elementi speċifiċi jew ta’ partijiet ta’ disinni preċedenti, imma ma’ disinni preċedenti individwali u ddeterminati”. Id-dehra ta’ prodott assemblat b’dan il-mod tista’ xi drabi tiġi dedotta mid-dehra tal-partijiet kostituttivi tiegħu, imma din id-dehra globali tibqa’ ipotetika jew, f’kull każ, suġġetta għal approssimazzjoni kbira. Issa, il-kunċett ta’ identiċità bejn żewġ disinni, imsemmija fl-Artikolu 5 tar-[Regolament Nru 6/2002], ma tippermettix eżami komparattiv ibbażat fuq ipoteżijiet jew fuq approssimazzjonijiet;

Il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 25(1)(b) tar-[Regolament Nru 6/2002], moqri flimkien mal-Artikoli 6 u 7(1) tar-[Regolament Nru 6/2002] billi qieset li, fil-każ fejn id-disinni mqabbla jiġu inkorporati fi prodotti li n-natura jew id-destinazzjoni tagħhom tkun differenti, din id-differenza tista’ timplika l-impossibbiltà għall-utent avżat rilevanti li jagħraf id-disinn preċedenti. L-Artikolu 7 tar-[Regolament Nru 6/2002] jwettaq finzjoni ġuridika li biha kull disinn li jiġi “magħmul disponibbli għall-pubbliku” huwa preżunt li jkun magħruf kemm mill-pubbliku professjonali tas-settur ikkonċernat mid-disinn preċedenti kif ukoll mill-pubbliku tal-utenti avżati tat-tip ta’ prodott ikkonċernat mid-disinn ikkontestat. Ġaladarba l-iżvelar tad-disinn preċedenti jiġi stabbilit, wieħed għandu jqis li l-utent avżat rilevanti ikun jaf kemm id-disinn preċedenti kif ukoll il-modalitajiet ta’ użu tiegħu, kif jirriżulta mill-provi u mill-argumenti mressqa mill-partijiet.


(1)  Regolament (KE) nru 6/2002, tat-12 ta’ Diċembru 2001, dwar id-disinji Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27. p. 142).


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fl-24 ta’ Lulju 2015 – Petya Milkova vs Izpalnitelen direktor na Agentsiata za privatizatsia i sledprivatizatsionen kontrol

(Kawża C-406/15)

(2015/C 337/09)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Petya Milkova

Konvenuta: Izpalnitelen direktor na Agentsiata za privatizatsia i sledprivatizatsionen kontrol (Aġenzija ta’ privatizzazzjoni u ta’ verifika ta’ wara l-privatizzazzjoni)

Parti oħra fil-proċedura: Varhovna administrativna prokuratura

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b’Diżabbilità, jipprekludi leġiżlazzjoni li permezz tagħha l-Istati Membri jistabbilixxu protezzjoni speċjali ex ante f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegati b’diżabbiltà, mingħajr madankollu tkopri lill-uffiċjali li għandhom l-istess diżabbiltà?

2)

L-Artikolu 4 u d-dispożizzjonijiet l-oħra tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE (1), tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, jippermettu li tiġi adottata regola nazzjonali li tagħti protezzjoni speċjali ex ante f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegati b’diżabbiltà, mingħajr madankollu tkopri lill-uffiċjali li għandhom l-istess diżabbiltà?

3)

L-Artikolu 7 tal-imsemmija Direttiva 2000/78 jippermetti li tiġi stabbilita protezzjoni speċjali ex ante f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegati b’diżabbiltà, mingħajr madankollu tkopri lill-uffiċjali li għandhom l-istess diżabbiltà?

4)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel u għat-tielet domandi: fid-dawl tal-fatti u taċ-ċirkustanzi f’dan il-każ, huwa neċessarju sabiex jiġu osservati d-dispożizzjonijiet internazzjonali u Komunitarji, li l-protezzjoni speċjali ex ante f’każ ta’ tkeċċija ta’ impjegati b’diżabbiltà, stabbilita mil-leġiżlatur nazzjonali, tkun applikata wkoll għall-uffiċjali li għandhom l-istess diżabbiltà?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/8


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 minn Stichting Woonlinie et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-202/10 RENV, Stichting Woonlinie et vs Il-Kummisjoni Ewropea

(Kawża C-414/15 P)

(2015/C 337/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Stichting Woonlinie, Stichting Allee Wonen, Woningstichting Volksbelang, Stichting WoonInvest, Stichting Woonstede (rappreżentanti: P. Glazener, avukat, u L. Hancher, professur)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Belġju, Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN)

Talbiet

tannulla d-digriet [tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mogħti fit-12 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-203/10 RENV] totalment jew parzjalment konformement mal-aggravji mqajma f’dan l-appell,

tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex twettaq evalwazzjoni ġdida konformement mal-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-ewwel aggravju, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni, wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti rilevanti u ma mmotivatx b’mod suffiċjenti d-digriet, meta kkonkludiet li l-ilmenti tar-rikorrenti huma mmirati fir-realtà kontra l-ittra Artikolu 17 u li l-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali ma jistax jestendi għal din l-ittra. Fl-evalwazzjoni tagħha, il-Qorti Ġenerali injorat li, kif jirriżulta mill-Artikolu 108(2) TFUE, l-effetti ġuridiċi tad-deċiżjoni iridu jirriżultaw mill-fatt li s-sitwazzjoni preċedenti ma kinitx kompatibbli mat-Trattat. Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat is-sentenza TF1 meta ddeduċiet li l-istħarriġ tagħha tad-deċiżjoni kkontestata għandu jkun limitat għall-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni evalwatx korrettament il-kompatibbiltà tal-iskema ta’ għajnuna eżistenti kif modifikat wara l-impenji meħuda mill-Istat Olandiż.

Skond it-tieni aggravju, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni, wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti rilevanti u ma mmotivatx b’mod suffiċjenti id-digriet, meta kkonkludiet li l-miżuri utli proposti mill-Kummissjoni ma setgħux ikunu mistħarrġa mill-Qorti Ġenerali għar-raġuni li huma biss proposti u li hija l-adozzjoni tagħhom mill-awtoritajiet Olandiżi li għamlet l-imsemmija miżuri vinkolanti.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/9


Appell ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 minn Stichting Woonpunt et mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-12 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-203/10 RENV, Stichting Woonpunt et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-415/15 P)

(2015/C 337/11)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Appellanti: Stichting Woonpunt, Stichting Havensteder, li kienet Stichting Com.wonen, Woonstichting Haag Wonen, Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl (rappreżentanti: P. Glazener, avukat, u L. Hancher, professur)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Belġju, Vereniging van Institutionele Beleggers in Vastgoed, Nederland (IVBN)

Talbiet

tannulla d-digriet [tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) mogħti fit-12 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-203/10 RENV] totalment jew parzjalment konformement mal-aggravji mqajma f’dan l-appell,

tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali sabiex twettaq evalwazzjoni ġdida konformement mal-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri u l-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Skont l-ewwel aggravju, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni, wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti rilevanti u ma mmotivatx b’mod suffiċjenti d-digriet, meta kkonkludiet li l-ilmenti tar-rikorrenti huma mmirati fir-realtà kontra l-ittra Artikolu 17 u li l-istħarriġ tal-Qorti Ġenerali ma jistax jestendi għal din l-ittra. Fl-evalwazzjoni tagħha, il-Qorti Ġenerali injorat li, kif jirriżulta mill-Artikolu 108(1) TFUE, l-effetti ġuridiċi tad-deċiżjoni iridu jirriżultaw mill-fatt li s-sitwazzjoni preċedenti ma kinitx kompatibbli mat-Trattat. Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat is-sentenza TF1 meta ddeduċiet li l-istħarriġ tagħha tad-deċiżjoni kkontestata għandu jkun limitat għall-kwistjoni dwar jekk il-Kummissjoni evalwatx korrettament il-kompatibbiltà tal-iskema ta’ għajnuna eżistenti kif modifikat wara l- impenji meħuda mill-Istat Olandiż.

Skond it-tieni aggravju, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni, wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti rilevanti u ma mmotivatx b’mod suffiċjenti id-digriet, meta kkonkludiet li l-miżuri utli proposti mill-Kummissjoni ma setgħux ikunu mistħarrġa mill-Qorti Ġenerali għar-raġuni li huma biss proposti u li hija l-adozzjoni tagħhom mill-awtoritajiet Olandiżi li għamlet l-imsemmija miżuri vinkolanti.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/10


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Awissu 2015 minn Diputación Foral de Bizkaia mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-19 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-397/12, Diputación Foral de Bizkaia vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-426/15 P)

(2015/C 337/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Diputación Foral de Bizkaia (rappreżentant: I. Sáenz-Cortabarría Fernández, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata.

tilqa’ r-rikors ippreżentat fl-ewwel istanza.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-ewwel istanza u tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE (obbligu ta’ notifika minn qabel) u, b’mod partikolari, tal-kliem “tiġi mogħtija” fl-imsemmija dispożizzjoni b’rabta mal-kelma “mogħtija” li tinsab fl-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Qorti Ġenerali tikkonferma d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni (Artikolu 2 tad-deċiżjoni appellata) (1) fis-sens li l-għajnuna nnotifikata prevista fil-ftehimiet hija illegali, inkwantu ngħatat fil-15 ta’ Diċembru 2006 bi ksur tal-obbligu ta’ notifika minn qabel. Żball ta’ liġi billi l-Qorti Ġenerali ma applikatx il-prinċipju ta’ dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat li jgħid li kull evalwazzjoni sabiex jiġi ddeterminat il-mument meta għajnuna mill-Istat titqies li “tiġi mogħtija” għandha ssir fid-dawl tal-ordinament ġuridiku nazzjonali applikabbli għall-każ li jkun qed jiġi eżaminat. Żball ta’ liġi billi l-Qorti Ġenerali applikat b’mod indebitu l-kunċett ta’ “għajnuna kontra l-liġi” stabbilit fl-Artikolu 1(f) tar-Regolament Nru 659/1999 (2). Ksur tal-prinċipju ta’ legalità.

It-tieni aggravju: Żball ta’ liġi billi l-Qorti Ġenerali kkorroborat l-eżistenza ta’ “għajnuna kontra l-liġi” fil-Ftehim dwar l-artijiet, abbażi tal-istabbiliment ta’ terminu ta’ tnax-il xahar. Żball ta’ liġi billi l-Qorti Ġenerali b’mod indebitu ma applikatx il-prinċipju ta’ dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat li jgħid li kull evalwazzjoni sabiex jiġi ddeterminat il-mument meta l-għajnuna mill-Istat titqies li “tiġi mogħtija” għandha ssir fid-dawl tal-ordinament ġuridiku nazzjonali applikabbli għall-każ li jkun qed jiġi eżaminat.

It-tielet aggravju: Żball ta’ liġi billi l-Qorti Ġenerali ma evalwatx il-fatt li, meta adottat id-deċiżjoni appellata, il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ġenerali ta’ amministrazzjoni tajba. Żball ta’ liġi billi l-Qorti Ġenerali ma kkonstatatx il-ksur tad-drittijiet u tal-garanziji proċedurali li jappartjenu lid-Diputación fil-kapaċità tagħha bħala parti interessata fil-kawża taħt l-Artikolu 108(2) TFUE. Żball ta’ liġi billi l-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod impliċitu li l-ittra tal-Kummissjoni tal-15 ta’ April 2010 tissodisfa suffiċjentement ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-imsemmi prinċipju ġenerali. Żnaturalment tal-provi essenzjali. Ksur tad-dritt fundamentali għal smigħ xieraq. Impossibbiltà li parti tiddefendi ruħha.


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 4194 finali, tas-27 ta’ Ġunju 2012, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.28356 (C 37/2009) (ex N 226/2009).

(2)  Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Lietuvos Respublikos aplinkos ministerijos Aplinkos projektų valdymo agentūra vs UAB “Alytaus regiono atliekų tvarkymo centras”

(Kawża C-436/15)

(2015/C 337/13)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lietuvos Respublikos aplinkos ministerijos Aplinkos projektų valdymo agentūra

Konvenuti: UAB “Alytaus regiono atliekų tvarkymo centras”, Lietuvos Respublikos finansų ministerija, UAB “Skirnuva”, UAB “Parama”, UAB “Alkesta”, UAB “Dzūkijos statyba”

Domandi preliminari

1)

X’jikkostitwixxi “programm [multiannwali]” fis-sens tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995 (1), dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea?

2)

Proġetti bħal Nru 2001/LT/16/P/PE/003: “Stabbiliment ta’ sistema ta’ immaniġġar tal-iskart għar-reġjun ta’ Alytus Region”, li ingħata mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru PH(2001)5367, tat-13 ta’ Diċembru 2001, li tapprova l-Miżura 2001 LT 16 P PE 003, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru PH/2002/9380, tat-23 ta’ Diċembru 2002, jikkorrispondu mal-kunċett ta’ “programm [multiannwali]” kif stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea?

3)

F’każ li r-risposta għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv, liema mument għandu jitqies bħala li jikkostitwixxi l-bidu tat-terminu għall-proċeduri skont l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340.


Il-Qorti Ġenerali

12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Awwissu 2015 – Sales & Solutions vs UASI Wattline (WATTLINE)

(Kawża T-46/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 337/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sales & Solutions GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Gründig-Schnelle, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Schneider u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Wattline GmbH (Ruderting, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Flisek, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Novembru 2013 (Każ R 1668/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sales & Solutions GmbH u Wattline GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Sales & Solutions GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 78, 15.3.2014.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – NK Rosneft et vs Il-Kunsill

(Kawża T-69/15) (1)

((“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adotatti fir-rigward tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina - Lis alibi pendens - Inammissibbiltà manifesta”))

(2015/C 337/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NK Rosneft OAO (Moska, ir-Russja); RN-Shelf-Arctic OOO (Moska); RN-Shelf-Dalniy Vostok ZAO (Yuzhniy-Sakhalin, ir-Russja); RN Exploration OOO (Moska); u Tagulskoe OOO (Krasnoyarsk, ir-Russja) (rappreżentant: T. Beazley, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u B. Driessen, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/872/PESK, tal-4 ta’ Diċembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina u d-Deċiżjoni 2014/659/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (ĠU L 349, p. 58), kif ukoll tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1290/2014, tal-4 ta’ Diċembru 2014, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, u jemenda r-Regolament (UE) Nru 960/2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 (ĠU L 349, p. 20), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli

2)

NK Rosneft OAO, RN-Shelf-Arctic OOO, RN-Shelf-Dalniy Vostok ZAO, RN-Exploration OOO, u Tagulskoe OOO għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 228, 13.7.2015.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/13


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2015 – JT vs UASI – Carrasco Pirard et (QUILAPAYÚN)

(Kawża T-249/15)

(2015/C 337/16)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: JT (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Mena Valenzuela, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eduardo Carrasco Pirard (Santiago, iċ-Ċilì), Guillermo García Campos (Brussell, il-Belġju), Luis Hernán Gómez Larenas (Pariġi, Franza), Hugo Lagos Vásquez (Taverny, Franza), Ismael Oddo Méndez (Santiago, iċ-Ċilì), Carlos Quezada Salas (Colombes, Franza), Ricardo Venegas Carhart (Santiago, iċ-Ċilì), Sebastián Quezada (Pariġi, Franza)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “QUILAPAYÚN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 267 287

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 354/2014-2

Talbiet

tirrevoka jew tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tiċħad l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark figurattiva “QUILAPAYÚN” għall-prodotti u servizzi fil-klassi 9 u fil-klassi 41 ippreżentata quddiem l-UASI għall-applikanti Eduardo Carrasco Pirard, Guillermo García Campos, Luis Hernán Gómez Larenas, Hugo Lagos Vásquez, Ismael Oddo Méndez, Carlos Quezada Salas, Ricardo Venegas Carhart u Sebastián Quezada fis-16 ta’ Settembru 2010.

Motiv invokat

– Interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 8(1)(b) u (2)(c) moqri flimkien mal-Artikolu 6a (1) tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/14


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2015 – L-Awstrija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-356/15)

(2015/C 337/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentanti: C. Pesendorfer u H. Kristoferitsch, avukat)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/658, tat-8 ta’ Ottubru 2014, dwar il-miżura ta’ għajnuna SA.34947 (2013/C) (ex 2013/N) li r-Renju Unit qed jippjana li jimplimenta bħala Appoġġ għall-Impjant tal-Enerġija Nukleari Hinkley Point C [notifikata bid-dokument C(2014) 7142] (ĠU 2015 L 109, p. 44);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka għaxar motivi.

1.

L-ewwel motiv: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE – definizzjoni żbaljata tas-suq u suppożizzjoni inkorretta ta’ falliment tas-suq

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni awtorizzat b’mod żbaljat l-għajnuna mill-Istat prevista skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE sa fejn hija taċċetta b’mod żbaljat l-eżistenza ta’ suq distint tal-enerġija nukleari u tassumi – ukoll b’mod żbaljat – li f’dan is-suq hemm falliment.

2.

It-tieni motiv: ksur tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE – evalwazzjoni żbaljata taċ-ċentru nukleari bħala “teknoloġija ġdida”

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti tafferma li d-deċiżjoni hija wkoll ivvizzjata b’nullità minħabba li l-Kummissjoni tinvoka b’mod żbaljat il-fatt li t-teknoloġija inkwistjoni hija teknoloġija ġdida.

3.

It-tielet motiv: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE – suppożizzjoni żbaljata tal-eżistenza ta’ għajnuna għall-investiment

Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni tassumi b’mod żbaljat li l-miżuri previsti huma sempliċi għajnuna għall-investiment; fir-realtà, l-għajnuna tmur ferm lil hinn minn sempliċi għajnuna għall-investiment u tikkostitwixxi għajnuna għall-funzjonament – li hija illegali skont il-ġurisprudenza tal-qrati tal-Unjoni.

4.

Ir-raba’ motiv: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE – assenza ta’ suġġett ta’ interess komuni

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti tafferma li d-deċiżjoni kkontestata hija wkoll ivvizzjata b’nullità peress li – kuntrarjament għal dak li tqis il-Kummissjoni – ma hemmx l-interess komuni meħtieġ għall-awtorizzazzjoni tal-għajnuna skont l-Artikolu 107(3)(c) TFUE.

5.

Il-ħames motiv: definizzjoni insuffiċjenti tal-għajnuna

Ir-Repubblika tal-Awstrija tibbaża wkoll ir-rikors tagħha fuq il-fatt li l-Kummissjoni ddefinixxiet l-għajnuna mill-Istat b’mod totalment insuffiċjenti.

6.

Is-sitt motiv: applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE – natura mhux xierqa tal-miżuri

L-ispjegazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar in-natura xierqa tal-għajnuna mill-Istat huma, skont ir-rikorrenti, inkorretti u ma jinftehmux b’mod li jrendu wkoll id-deċiżjoni nulla.

7.

Is-seba’ motiv: ksur tar-rekwiżiti bażiċi tal-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-għajnuna mill-Istat ma kellhiex tiġi awtorizzata partikolarment minħabba li r-Renju Unit ma għamilx proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku u kiser il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ trasparenza.

8.

It-tmien motiv: ksur tal-Avviż dwar il-garanziji (1)

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti tilmenta li l-garanzija pubblika mogħtija bħala parti mill-għajnuna mill-Istat ma ġietx eżaminata skont il-kriterji tal-Avviż dwar il-garanziji.

9.

Id-disa’ motiv: nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni skont l-Artikolu 296(2) TFUE

Il-Kummissjoni naqset ukoll milli twettaq l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni, u dan f’diversi aspetti u b’mod serju ħafna.

10.

L-għaxar motiv: ksur tad-dritt għal smigħ

Finalment, ir-rikorrenti tilmenta wkoll minn ksur tad-dritt għal smigħ.


(1)  Avviż tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat tal-KE għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ garanziji (ĠU 2008 C 155, p. 10).


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/16


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Lulju 2015 – Työhönvalmennus Valma vs UASI (forma ta’ kaxxa)

(Kawża T-363/15)

(2015/C 337/18)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Partijiet

Rikorrenti: Työhönvalmennus Valma Oy (Lahti, il-Finlandja) (rappreżentanti: S. Salonen u P. Parviainen, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja tridimensjonali (Forma ta’ kaxxa) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12137337

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Mejju 2015, fil-Każ R 1690/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tikkonferma d-deċiżjoni tal-eżaminatur li tgħid li t-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ma għandhiex karattru distintiv f’dak li jikkonċerna l-prodotti inkwistjoni;

tawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark, jew, b’mod sussidjarju, tirrinvija t-talba għal reġistrazzjoni lill-UASI sabiex dan jiddeċiedi mill-ġdid u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(3), moqri flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/16


Appell ippreżentat fd-9 ta’ Lulju 2015 minn Viara Todorova Androva mis-sentenza mogħtija fid-29 ta’ April 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża 78/12, Todorova Androva vs Il-Kunsill

(Kawża T-366/15 P)

(2015/C 337/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Viara Todorova Androva (Rhode-Saint-Genèse, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

li s-sentenza tad-29 ta’ April 2015 mogħtija fil-Kawża F-78/12 għandha tiġi annullata u li din il-qorti għandha tiddeċiedi hi nnifisha fuq il-kawża;

sussidjarjament, li l-kawża tiġi mibgħuta lura lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

li l-Kunsill jiġi kkundannat għall-ispejjeż tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka erba’ aggravji.

1.

L-ewwel aggravvju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-“TSP”) billi kkunsidra li l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea ma jippermettix li jittieħdu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tal-inklużjoni fil-lista ta’ uffiċjali li jistgħu jiġu promossi, l-anzjanità miksuba bħala membru tal-persunal temporanju.

2.

It-tieni aggravvju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mit-TSP billi huwa kkunsidra li dan il-każ ma jaqax taħt il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja kif tirriżulta mis-sentenza tat-8 ta’ Settembru 2011, Rosado Santana (C-177/10, Ġabra, EU:C:2011:557), iżda minn dik li tirriżulta mid-Digriet tas-7 ta’ Marzu 2013, Rivas Montes (C-178/12, EU:C:2013:150).

3.

It-tielet aggravvju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi, billi t-TSP ikkunsidra li l-motiv ibbażat fuq il-prinċipju tal-ugwaljanza fit-trattament kien inammissibbli minħabba n-nuqqas ta’ indikazzjoni tal-ismijiet preċiżi tal-kandidati promossi minflok ir-rikorrenti.

4.

Ir-raba’ aggravvju huwa bbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mit-TSP billi kkunsidra li l-motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dmir ta’ premura kien inammissibbli b’nuqqas ta’ osservanza tal-konkordanza bejn l-ilment u r-rikors.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/17


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2015 – Ja zum Nürburgring vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-373/15)

(2015/C 337/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ja zum Nürburgring e.V. (Nürburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Frey, M. Rudolph u S. Eggerath, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 3634 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.31550 (2012/C) (ex 2012/NN) mogħtija mill-Ġermanja lil Nürburgring,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq konstatazzjonijiet inkorretti tal-fatti rilevanti tal-każ

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 108 TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 107 TFUE u l-Artikolu 17 TUE sa fejn naqset milli twettaq l-obbligu tagħha fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat li żżomm sistemi ta’ għajnuna mill-Istat taħt kontroll u, fid-deċiżjoni tagħha, irrappreżentat b’mod inkorrett aspetti essenzjali tal-fatti tal-każ.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest fl-evalwazzjoni tal-allegata konferma tal-finanzjament

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta qieset li l-bejjiegħ tal-assi mibjugħa permezz tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti pprovda konferma tal-finanzjament ta’ wieħed mis-soċji finanjarji.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107 TFUE u tal-Artikolu 108 TFUE, tal-Artikolu 4(4) u tal-Artikolu 14 tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 (1) u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni

Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti ssostni, inter alia, li l-bejgħ tal-assi ta espressjoni konkreta lir-restrizzjoni tal-kompetizzjoni fis-suq ikkawżata mill-għajnuna mill-Istat illegali. Barra minn hekk, l-obbligu li ssir restituzzjoni kellu jkun estiż għall-bejjiegħ tal-assi mibjugħa permezz ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti abbażi ta’ kontinwità ekonomika. Ir-rikorrenti żżid li l-bejgħ kien jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ġdida favur il-bejjiegħ.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 107 TFUE u tal-Artikolu 108 TFUE u fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li l-proċess ta’ bejgħ ma twettaqx bi proċedura ta’ sejħa għal offerti li hija trasparenti u mhux diskriminatorja u li għaldaqstant l-assi inkwistjoni ma nbiegħux bil-prezz tas-suq.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 659/1999 minħabba ċertifikazzjoni negattiva fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat

Fir-rigward ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 108(2) TFUE u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Nru 659/1999 sa fejn ma kklassifikatx l-assi mibjugħa fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti bħala għajnuna mill-Istat ġdida u sa fejn ma bdietx proċedura ta’ investigazzjoni formali. Ir-rikorrenti żżid li l-Kummissjoni ma setgħetx ma jkollhiex dubji dwar il-kompatibbiltà ta’ dik l-għajnuna mill-Istat mas-suq komuni.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma wettqitx l-obbligu tagħha li tagħti motivazzjoni skont l-Artikolu 296(2) TFUE u l-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea sa fejn ma mmotivatx jew ma mmotivatx b’mod xieraq il-kunsiderazzjonijiet prinċipali li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti

Fir-rigward ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet proċedurali tagħha billi ma ħaditx inkunsiderazzjoni s-sottomissjonijiet tagħha.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni li l-bejgħ tal-assi ma kienx jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ġdida kisret id-drittijiet proċedurali tar-rikorrenti

Fir-rigward ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kisret id-drittijiet proċedurali tagħha u, b’mod partikolari, forom proċedurali sostanzjali sa fejn, minkejja l-ilment formali tar-rikorrenti, hija ddeċidiet li l-bejgħ tal-assi wara l-proċedura ta’ sejħa għal offerti lill-bejjiegħ ma kellux jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat. Bid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni ċaħdet b’mod impliċitu li tibda proċedura ta’ investigazzjoni formali. Hija ssostni li billi ma bdietx l-imsemmija proċedura, bi ksur tal-liġi, il-Kummissjoni kisret id-dritt tar-rikorrenti li tesprimi l-pożizzjoni tagħha.

9.

Id-disa’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni la investigat l-aspetti rilevanti kollha b’mod indipendenti u lanqas ma ħadet inkunsiderazzjoni l-aspetti tal-każ pprovduti mir-rikorrenti b’mod xieraq.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/19


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2015 – Germanwings vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-375/15)

(2015/C 337/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Germanwings GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Martin-Ehlers, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ SA.27339 (2012/C) (ex 2011/NN) – Ajruport ta’ Zweibrücken u l-kumpanniji tal-ajru li jużawh, speċifikament

l-Artikolu 1(2) sa fejn jissemma l-kuntratt ma’ Germanwings GmbH tal-2006; u

l-Artikolu 3(3)(e);

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Mejju 2015, GESTDEM 2015/1288;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fir-rigward tal-ewwel motiv tagħha, ir-rikorrenti ssostni essenzjalment dan li ġej:

1.

Preżentazzjoni inkorretta u inkompleta tal-fatti

Ir-rikorrenti tikkritika lill-konvenuta li ppreżentat ċerti fatti b’mod żbaljat, kontradittorju jew inkomplet.

2.

Nuqqas ta’ motivazzjoni

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni partikolarment minħabba li l-ispejjeż tal-infrastruttura li l-Kummissjoni torbot ma’ kuntratt tal-2006 bejn ir-rikorrenti u l-operatur tal-ajruport ta’ Zweibrücken ma ġewx ippreżentati b’mod iddettaljat.

3.

Ebda rimbors bi ħsara għar-rikorrenti

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta ma għamlitx l-eżami tagħha tal-ispejjeż tal-infrastruttura inkwistjoni. Barra minn hekk, l-imputazzjoni mill-Kummissjoni ta’ dawn l-ispejjeż għall-kuntratt konkluż mir-rikorrenti fl-2006 hija illegali sa fejn din tmur kontra l-prassi deċiżjonali preċedenti tal-Kummissjoni u din tal-aħħar ma ħaditx inkunsiderazzjoni fatti li huma magħrufa. F’dan il-kuntest, ġie sussidjarjament invokat li l-imputazzjoni ta’ dawn l-ispejjeż kellha tkun sostanzjalment inqas.

4.

Ebda motivazzjoni mill-Kummissjoni tan-natura pubblika

Ir-rikorrenti tindika li l-Kummissjoni ma mmotivatx għal xiex dan il-każ jirrigwarda għajnuna mill-Istat.

5.

Sussidjarjament, protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi

Finalment, ġie affermat b’rabta mal-ewwel motiv li l-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi jipprekludi talba eventwali għar-rimbors tal-allegata għajnuna mill-Istat.

Fir-rigward tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni essenzjalment li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex suffiċjentement motivata u li l-Kummissjoni interpretat ħażin l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1).


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malta, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/20


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2015 – IMG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-381/15)

(2015/C 337/22)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: International Management Group IMG (Brussell, il-Belġju)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Mejju 2015 li biha għandhom jitwettqu miżuri msaħħa ta’ awditjar u ta’ monitoraġġ, li titwettaq senjalazzjoni ta’ verifika taħt id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Novembru 2014, dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija li għandha tintuża mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi, u li tirrifjuta lil IMG il-kwalità ta’ organizzazzjoni internazzjonali taħt ir-regolament finanzjarju;

tikkundanna lill-konvenuta għall-kumpens għad-dannu materjali u morali;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tmien motivi li jikkonċernaw aspetti differenti tad-deċiżjoni kkontestata.

Fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata kollha kemm hi

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta, u tad-Dritt għal smigħ.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Fir-rigward tad-deċiżjoni li jiġi rrifjutat lir-rikorrenti l-istatus ta’ organizzazzjoni internazzjonali fis-sens tal-regolament finanzjarju

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tar-Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012 (1) u tar-Regolament ta’ Delega (UE) Nru 1268/2012 (2), kif ukoll fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, peress li l-Kummissjoni ddeċidiet li r-rikorrenti ma kinitx iktar tissodisfa l-kwalità ta’ organizzazzjoni internazzjonali fis-sens tar-regolamenti ċċitati iktar ‘il fuq.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dmir ta’ motivazzjoni.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, sa fejn il-Kummissjoni ma tispjegax għaliex hija tqis li r-rikorrenti ma tissodisfax iktar il-kriterji ta’ definizzjoni ta’ organizzazzjoni internazzjonali, u ma tispjegax il-bidla sostanzjali li hija wettqet fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tar-regolament finanzjarju fir-rigward ta’ sitwazzjoni fattwali u ġuridika (dik tar-rikorrenti) li ma nbidlitx.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-aspettattivi leġittimi, peress li l-esklużjoni tar-rikorrenti mill-istatus ta’ organizzazzjoni internazzjonali saret għal għarrieda u mingħajr perijodu tranżitorju.

Fir-rigward tad-deċiżjoni li titwettaq senjalazzjoni fil-kuntest tas-sistema ta’ twissijiet bikrija (SAP)

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq illegalità tad-Deċiżjoni 2014/792/UE (3), sa fejn ma kienx hemm bażi ġuridika għall-adozzjoni tagħha.

8.

It-tmien motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta, tad-dritt għal smigħ u tal-obbligu ta’ motivazzjoni, kif ukoll ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni.


(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad- 29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, p. 1).

(3)  Deċiżjoni 2014/792/UE tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Novembru 2014, dwar is-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija li għandha tintuża mill-uffiċjali awtorizzanti tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi (ĠU L 329, p. 68).


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/22


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2015 – Greenpeace Energy et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-382/15)

(2015/C 337/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Greenpeace Energy eG (Hamburg, il-Ġermanja), oekostrom AG für Energieerzeugung und -handel (Vjenna, l-Awstrija), Stadtwerke Aalen GmbH (Aalen, il-Ġermanja), Stadtwerke Bietigheim-Bissingen GmbH (Bietigheim-Bissingen, il-Ġermanja), Stadtwerke Schwäbisch Hall GmbH (Schwäbisch Hall, il-Ġermanja), Stadtwerke Tübingen GmbH (Tübingen, il-Ġermanja), Stadtwerke Mühlacker GmbH (Mühlacker, il-Ġermanja), Energieversorgung Filstal GmbH & Co KG (Göppingen, il-Ġermanja), Stadtwerke Mainz AG (Mainz, il-Ġermanja), Stadtwerke Bochum Holding GmbH (Bochum, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Fouquet u J. Nysten, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara bħala ammissibbli u fondat ir-rikors skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE flimkien mal-ewwel paragrafu tal-istess artikolu;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/658, tat-8 ta’ Ottubru 2014, dwar il-miżura ta’ għajnuna SA.34947 (2013/C) (ex 2013/N) li r-Renju Unit qed jippjana li jimplimenta bħala Appoġġ għall-Impjant tal-Enerġija Nukleari Hinkley Point C;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha tal-proċedura, inklużi dawk tal-avukati u tal-ivvjaġġar.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE minħabba li ġie rrikonoxxut interess komuni

Ir-rikorrenti jsostnu li fl-eżami l-Kummissjoni fixklet il-kriterji li għandhom jiġu osservati skont l-Artikolu 107(3)(b) kif ukoll l-Artikolu 107(3)(c) TFUE u b’dan il-mod applikat b’mod żbaljat dawn id-dispożizzjonijiet. Il-Kummissjoni tistabbilixxi wkoll interess komuni fis-sostenn tal-enerġija atomika, li fil-fatt ma jeżistix. Il-Kummissjoni tippreżumi wkoll interess komuni fis-sigurtà tal-provvista, li skont l-Artikolu 194 TFUE huwa effettivament wieħed mill-għanijiet tal-Unjoni fil-qasam tal-enerġija iżda li madankollu l-bini u l-operat tal-impjant tal-enerġija nukleari inkwistjoni ma jippermettux li jintlaħaq.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE minħabba li ġie rrikonoxxut nuqqas tas-suq

F’dan ir-rigward jingħad li l-Kummissjoni stabbilit b’mod żbaljat nuqqas tas-suq li jirriżulta mill-allegata impossibbiltà li jiġi ffinanzjat l-impjant tal-enerġija nukleari fis-swieq fianzjarji, u, b’dan il-mod, ma tiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li impjanti ta’ enerġija nukleari oħra, fosthom dawk li jużaw l-istess teknoloġija, ma jingħatawx għajnuna mill-Istat komparabbli. Ir-rikorrenti jsostnu li huwa wkoll b’mod żbaljat li l-Kummissjoni tafferma li deċiżjoni politika tista’ tikkostitwixxi nuqqas tas-suq.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE minħabba kategorizzazzjoni żbaljata tal-miżura nnotifikata “Contract for Difference” bħala għajnuna għall-investiment – Applikazzjoni ta’ kriterju ta’ evalwazzjoni żbaljat

Fil-kuntest tat-tielet motiv, ir-rikorrenti jsostnu li kemm l-għajnuna għall-funzjonament kif ukoll l-għajnuna għall-investiment u d-differenza bejn iż-żewġ strumenti ġew iddefiniti b’mod suffiċjentement ċar mill-aspett ġuridiku. Il-Kummissjoni twettaq użu ħażin ta’ poter meta tafferma l-ekwivalenza għal għajnuna għall-investiment u billi toħloq b’dan il-mod kategorija ġdida, u tapplika għalhekk kriterju ta’ evalwazzjoni żbaljat.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE minħabba li l-Kummissjoni rrikonoxxiet in-natura xierqa u l-effett ta’ inċentiv tal-miżuri ta’ għajnuna

Ir-rikorrenti jsostnu, f’dan ir-rigward, li l-Kummissjoni ma eżaminatx suffiċjentement l-alternattivi għall-bini u għall-operat tal-impjant tal-enerġija nukleari f’rabta mal-allegat għan ta’ sigurtà tal-provvista. Barra minn hekk, il-Kummissjoni teżamina biss b’mod negliġenti l-kwistjoni dwar kif impriża kienet taġixxi mingħajr għajnuna. Għaldaqstant il-Kummissjoni wettqet eżami żbaljat u inkomplet tan-natura adegwata.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3)(c) TFUE minħabba sottostima tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni minħabba l-miżuri ta’ għajnuna u soprastima tal-effetti pożittivi tal-miżuri ta’ għajnuna

Ir-rikorrenti jikkritikaw, barra minn hekk, il-fatt li l-Kummissjoni kkonstatat b’mod żbaljat li d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni għandhom jiġu injorati. Ir-rikorrenti jsostnu li l-istudji juru effett fuq il-prezzijiet tas-suq li huwa iktar qawwi milli qieset il-Kummissjoni, b’tali mod li l-fatt li jiġu injorati għandu jitqies li hemm nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni tal-informazzjoni jew interpretazzjoni żbaljata tagħha.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/72/KE (1) jew fuq ksur tad-Direttiva 2004/17/KE (2) u tad-Direttiva 2004/18/KE (3) minħabba l-awtorizzazzjoni ta’ miżuri ta’ għajnuna mingħajr sejħa għal offerti jew proċedura ekwivalenti

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu b’mod partikolari li l-Kummissjoni żbaljat u marret kontra l-prassi deċiżjonali tagħha sal-lum meta bbażat ruħha fuq il-prinċipju ta’ nuqqas ta’ applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq għal dan il-każ. L-evalwazzjoni tagħha tal-fatti hija għaldaqstant żbaljata, ivvizjata b’użu ħażin ta’ poter, u tinjora x-xebh ma’ bosta proġetti oħra. Il-Kummissjoni twettaq ukoll użu ħażin ta’ poter meta tassimila t-talba għal manifestazzjoni ta’ interess tal-Gvern tal-Gran Brittanja ma’ proċedura ekwivalenti għal sejħa għal offerti.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tal-kodiċi ta’ kondotta amministrattiva tajba u tar-rekwiżiti miżjuda fil-qasam ta’ motivazzjoni li jirriżultaw min-nuqqas ta’ ġustifikazzjoni tal-azzjoni inkoerenti tal-Kummissjoni.

F’dan il-motiv, ir-rikorrenti essenzjalment isostnu li l-Kummissjoni tikkontradixxi diversi drabi l-prassi deċiżjonali tagħha, mingħajr ma tressaq motivi konvinċenti f’dan ir-rigward.

8.

It-tmien motiv ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-kodiċi ta’ kondotta amministrattiva tajba minħabba n-nuqqas ta’ osservanza ġenerali tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni tiddeskrivi b’mod żbaljat il-metodoloġija tal-miżuri ta’ għajnuna, pereżempju billi tibda mill-prinċipju ta’ għajnuna għall-investiment pjuttost milli għajnuna għall-funzjonament u billi tħallat ġeneralment id-diversi elementi. Il-Kummissjoni ma tiddeterminax l-ammont totali tal-miżuri ta’ għajnuna u ma tevalwax suffiċjentement eventwali kumulu. Ir-rikorrenti jqisu li l-motivazzjonijiet esposti rigward l-eżistenza ta’ interess komuni jew ta’ nuqqas tas-suq u rigward in-natura xierqa tal-għajnuna ma jissodisfawx ġeneralment ir-rekwiżiti ta’ motivazzjoni.


(1)  Direttiva 2009/72/KE tal-Paralment Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, p. 55).

(2)  Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti [għall-għoti ta’ kuntratti] ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).

(3)  Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/24


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 – EDF Luminus vs Il-Parlament

(Kawża T-384/15)

(2015/C 337/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: EDF Luminus (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Verhoeven u O. Vanden Berghe, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tiddikjara l-azzjoni ammissibbli u fondata;

konsegwentement, tikkundanna lill-Parlament Ewropew:

iħallas lill-EDF Luminus l-ammont ta’ EUR 4 39  672,95;

iħallas lill-EDF Luminus l-interessi kuntrattwali fuq dan l-ammont, ikkalkulati mill-eżiġibbiltà tal-fatturi;

għall-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet legali u kuntrattwali applikabbli, kif ukoll tal-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni, sa fejn il-Parlament irrijuta li jħallasha lura l-kontribuzzjonijiet marbuta mal-elettriku li hija ħalset lir-Région de Bruxelles – Capitale. Ir-rikorrenti ssostni li l-kontribuzzjonijiet ikkontestati għandhom jiġi rrinvjati għall-karigu tal-Parlament, sa fejn dawn irriżultaw mill-provvista tal-elettriku għall-Parlament.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/25


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2015 – Fulmen vs Il-Kunsill

(Kawża T-405/15 P)

(2015/C 337/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fulmen (Téhéran, l-Iran) (rappreżentanti: A. Bahrami u N. Korogiannakis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 1 1 0 09  560 bħala dannu materjali u tal-ammont ta’ EUR 1 00  000 bħala dannu morali; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku bbażat fuq ksur gravi u kkaratterizzat imwettaq mill-Kunsill li eventwalment iwassal għal użu ħażin ta’ poter.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kunsill ma kellu l-ebda element sabiex jissostanzja l-motivazzjoni tal-inklużjoni ta’ isimha fil-lista ta’ persuni u entitajiet li huma s-suġġett ta’ miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran u li kien għamel użu mill-miżuri kkontestati sabiex jippreġudika l-kapaċità industrijali u l-iżvilupp ekonomiku tal-Iran.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/26


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Lulju 2015 – Mahmoudian vs Il-Kunsill

(Kawża T-406/15)

(2015/C 337/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Fereydoun Mahmoudian (Téhéran, l-Iran) (rappreżentanti: A. Bahrami u N. Korogiannakis, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tal-ammont ta’ EUR 2 2 27  000 bħala danni materjali, u tal-ammont ta’ EUR 6 00  000 bħala danni morali;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ħlas tal-ispejjeż tal-qorti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka motiv uniku li essenzjalment huwa identiku jew jixbah lil dak invokat fil-kuntest tal-Kawża T-405/15, Fulmen vs Il-Kunsill.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/26


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2015 minn Jaana Pohjanmäki mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Mejju 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-44/14, Pohjanmäki vsIl-Kunsill

(Kawża T-410/15 P)

(2015/C 337/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Jaana Pohjanmäki (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

li s-sentenza tat-18 ta’ Mejju 2015 mogħtija fil-Kawża F-44/14 tiġi annullata u li l-Qorti Ġenerali tiddeċiedi l-kawża hi stess;

sussidjarjament, li l-kawża tiġi mibgħuta lura lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

li l-Kunsill jiġi kkundannat għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tmien aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żnaturament tal-fatti u tal-provi kif ukoll fuq ksur tad-dritt tad-difiża, sa fejn l-eżami tal-merti tal-appellanti ma sarx b’mod rigoruż u fl-osservanza tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żnaturament tal-fatti u tal-provi, sa fejn il-membri tal-kumitat konsultattiv ta’ promozzjoni ma kinux jafu l-kontenut tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-appellanti matul il-perijodu ta’ riferiment.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-“TSP”), peress li dan ikkunsidra li l-merti tal-appellanti kienu ġew paragunati ma’ dawk tal-uffiċjali f’karigi ta’ lingwisti.

4.

Ir-raba’ aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi tat-TFP, peress li dan qies li l-Awtorità tal-Ħatra kienet wettqet b’mod leġittimu eżami mill-ġdid tas-sitwazzjoni tal-appellanti.

5.

Il-ħames aggravju bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet, sa fejn ċerti aspetti importanti tal-kontenzjuż ma ġewx diskussi.

6.

Is-sitt aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi, peress li TFP segwa t-teżi tal-konvenut li l-merti tal-appellanti ma kienux kostantament għoljin.

7.

Is-seba’ aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi u żnaturament mal-provi, peress li t-TFP ddeċieda li l-livell ta’ responsabbiltà tal-appellanti kienet ġiet evalwata skont l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.

8.

It-tmien aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi, peress li t-TFP qies li l-konvenut kien ikkompleta l-motiv matul is-seduta, meta fil-fatt kien issostitwixxa kompletament il-motiv.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/27


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2015 – Cofely Solelec et vs Il-Parlament

(Kawża T-419/15)

(2015/C 337/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cofely Solelec (Esch-sur-Alzette, il-Lussemburgu), Mannelli & Associés SA (Bertrange, il-Lussemburgu) u Cofely Fabricom (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: S. Marx, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla:

d-Deċiżjoni Nru D(2015)24297, bid-data tad-29 ta’ Mejju 2015, tad-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika tal-Parlament Ewropew li permezz tagħha s-sejħa għal offerti ta’ kuntratt bir-referenza INLO-D-UPIL-T-14-AO4 – lott Nru 75 “elettriku – kurrenti qawwija” dwar il-proġett ta’ estensjoni u ta’ mmodernizzar tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu ġiet annullata;

d-Deċiżjoni Nru D(2015)28116, bid-data tal-11 ta’ Ġunju 2015, tad-Direttorat Ġenerali għall-Infrastruttura u l-Loġistika tal-Parlament Ewropew li permezz tagħha s-sejħa għal offerti ta’ kuntratt bir-referenza INLO-D-UPIL- T-14-AO4 – lott Nru 75 “elettriku – kurrenti qawwija” dwar il-proġett ta’ estensjoni u ta’ mmodernizzar tal-bini Konrad Adenauer fil-Lussemburgu ġiet annullata;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ motivazzjoni, sa fejn il-konvenut sempliċement iġġustifika d-deċiżjonijiet ta’ annullament tad-29 ta’ Mejju 2015 u tal-11 ta’ Ġunju 2015 bir-raġuni li l-offerti l-oħra riċevuti, fosthom dik tar-rikorrenti, qabżu sostanzjalment l-istima tal-valur tas-suq li fuqha kienet ibbażat ruħha qabel l-awtorità kontraenti, mingħajr ma speċifika din l-istima fl-imsemmija deċiżjonijiet. Fil-fatt, il-konvenuut indika l-imsemmi ammont stmat biss f’ittra posterjuri tat-18 ta’ Ġunju 2015

2.

It-tieni motiv, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. Ir-rikorrenti jsostnu li l-istima tal-valur tas-suq tal-konvenut ma tikkorrispondix mar-realtà tas-suq u hija vvizzjata b’sotto-evalwazzjoni manifesta.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/28


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2015 – Thun 1794 vs UASI (graphical symbols)

(Kawża T-420/15)

(2015/C 337/29)

Lingwa tar-rikors: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Thun 1794 a.s. (Nová Role, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: F. Steidl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Adekor s.r.o. (Loket, ir-Repubblika Ċeka)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Disinn ikkontestat ikkonċernat: disinn Komunitarju Nru 000840400-0001

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ April 2015 fil-Każ R 1465/2014-3

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali;

Ksur tal-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002;

Użu ħażin ta’ poter.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/29


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 – Systran vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-421/15)

(2015/C 337/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Systran SA (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: J. Hoss, E. Omes u P. Hoffmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tordna li din il-kawża tingħaqad mal-Kawża T-481/13;

tannulla d-deċiżjoni tal-25 ta’ Ġunju 2015 adottata mill-Kummissjoni Ewropea, alternattivament mill-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ dan ir-rikors, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li permezz tagħhom hija pproċediet, wara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-18 ta’ April 2013, Il-Kummissjoni vs Systran u Systran Luxembourg (C-103/11 P, Ġabra, EU:C:2013:245), għall-irkupru tal-interessi kumpensatorji flimkien mal-interessi moratorji mid-19 ta’ Awwissu 2013 fuq l-ammont li l-Kummisjoni kienet ħallset lir-rikorrenti bħala danni wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Diċembru 2010, Systran u Systran Luxembourg vs Il-Kummissjoni (T-19/07, Ġabra, EU:T:2010:526), annullata permezz tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tlett motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-481/13, Systran vs Il-Kummissjoni (1).


(1)  ĠU 2013, C 336, p. 27.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/30


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2015 – Port Autonome du Centre et de l’Ouest et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-438/15)

(2015/C 337/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Port Autonome du Centre et de l’Ouest SCRL (La Louvière, il-Belġju), Port Autonome de Namur (Namur, il-Belġju), Port Autonome de Charleroi (Charleroi, il-Belġju) u ir-Reġjun Vallon (Jambes, il-Belġju) (rappreżentant: J. Vanden Eynde, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitlobu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara r-rikors ammissibbli fir-rigward ta’ kull wieħed mir-rikorrenti u konsegwentement tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni bir-referenza SA.38393(2014/CP) – tassazzjoni tal-portijiet fil-Belġju;

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea li tikkunsidra bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern il-fatt li l-attivitajiet ekonomiċi tal-portijiet Belġjani, u b’mod partikolari l-portijiet tal-Wallonie, ma humiex suġġetti għat-taxxa fuq il-kumpanniji;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat, b’mod ġenerali, fuq il-fatt li d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni la huma sostnuti mill-fatti u lanqas iġġustifikati fid-dritt.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-dikjarazzjoni li s-sistema ta’ tassazzjoni kkonċernata hija t-taxxa fuq il-kumpanniji ma hijiex iġġustifikata fid-dritt.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni tonqos milli tieħu inkunsiderazzjoni prerogattivi tal-Istati Membri fil-qasam ta’:

definizzjoni ta’ attivitajiet mhux ekonomiċi;

definizzjoni tat-tassazzjoni diretta;

obbligu li jiġi żgurat il-funzjonament korrett ta’ servizzi ta’ interess ġenerali neċessarju għall-koeżjoni soċjali u ekonomika;

organizzazzjoni diskrezzjonali ta’ servizzi ta’ interess ġenerali.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-attivitajiet essenzjali tal-portijiet tal-Wallonie huma servizzi ta’ interess ġenerali li ma humiex irregolati, skont il-leġiżlazzjoni Ewropea (Artikoli 93 u 106(2) TFUE), mir-regoli tal-kompetizzjoni tal-Artikolu 107 TFUE.

5.

Il-ħames motiv, invokat b’mod sussidjarju, ibbażat fuq il-fatt li jekk l-attivitajiet essenzjali tal-portijiet interni tal-Wallonie jaqgħu taħt is-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, huma jkunu rregolati mir-regoli tal-Artikoli 93 u 106(2) TFUE u r-regoli tal-kompetizzjoni ma jkunux japplikaw għalihom.

6.

Is-sitt motiv, invokat b’mod iktar sussidjarju, ibbażat fuq il-fatt li l-kriterji Ewropej għad-definizzjoni ta’ għajnuna mill-Istat ma humiex issodisfatti.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/31


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

(Kawża T-440/15)

(2015/C 337/32)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaiki Dinamiki – Proigmena Sistimata Tilepikinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja), European Dynamics Belgium SA (Βrussell, il-Belġju) (rappreżentanti: I. Ambazis u M. Sfyri, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l–Formola ta’ Talba għal Servizzi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini Nru SC002, fil-kuntest tal-Ftehim Qafas EMA/2012/10/ICT, li ġie kkomunikat lir-rikorrenti fit-22 ta’ Mejju 2015, permezz ta’ posta elettronika mill-Kap tal-Unità Ċentrali tal-Provvisti; u

tikkundanna lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għall-ispejjeż kollha tar-rikorrenti

Motivi u argumenti prinċipali

Fil-fehma tar-rikorrenti, il-Formola ta’ Talba għal Servizzi kkontestata għandha tiġi annullata skont l-Artikolu 263 TFUE, għaliex l-EMA bidlet il-kriterji ta’ għoti li kienu stabbiliti fl-Ispeċifikazzjonijiet Tekniċi, u introduċiet kriterji ġodda fl-istadju fejn tintbagħat il-formola ta’ talba għas-servizzi ta’ analisti tan-negozju (Business Analysts).


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/32


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Almashreq Investment Fund vs Il-Kunsill

(Kawża T-463/15)

(2015/C 337/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Almashreq Investment Fund (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors tar-rikorrenti ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2015/837, tat-28 ta’ Mejju 2015, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU C 290, p. 13.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/33


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Othman vs Il-Kunsill

(Kawża T-464/15)

(2015/C 337/34)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Razan Othman (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors tar-rikorrenti ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2015/837, tat-28 ta’ Mejju 2015, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU C 290, p. 13.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/33


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-465/15)

(2015/C 337/35)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ehab Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors tar-rikorrent ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2015/837, tat-28 ta’ Mejju 2015, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU C 290, p. 13.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/34


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża T-466/15)

(2015/C 337/36)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Rami Makhlouf (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors tar-rikorrent ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2015/837, tat-28 ta’ Mejju 2015, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU C 290, p. 13.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/34


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Drex Technologies vs Il-Kunsill

(Kawża T-467/15)

(2015/C 337/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Drex Technologies (Tortola, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors tar-rikorrenti ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2015/837, tat-28 ta’ Mejju 2015, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU C 290, p. 13.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/35


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Souruh vs Il-Kunsill

(Kawża T-468/15)

(2015/C 337/38)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Souruh SA (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors tar-rikorrenti ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2015/837, tat-28 ta’ Mejju 2015, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU C 290, p. 13.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/36


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Bena Properties vs Il-Kunsill

(Kawża T-469/15)

(2015/C 337/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bena Properties Co. SA (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors tar-rikorrenti ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2015/837, tat-28 ta’ Mejju 2015, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU C 290, p. 13.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/36


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Cham vs Il-Kunsill

(Kawża T-470/15)

(2015/C 337/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cham Holding (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors tar-rikorrenti ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2015/837, tat-28 ta’ Mejju 2015, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU C 290, p. 13.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/37


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Syriatel Mobile Telecom vs Il-Kunsill

(Kawża T-471/15)

(2015/C 337/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Syriatel Mobile Telecom (Damas, is-Sirja) (rappreżentant: E. Ruchat, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors tar-rikorrenti ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla d-Deċiżjoni (PESK) 2015/837, tat-28 ta’ Mejju 2015, u l-atti ta’ implementazzjoni sussegwenti tagħha, sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-432/11, Makhlouf vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU C 290, p. 13.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/37


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2015 – European Food vs UASI – – Société des Produits Nestlé (FITNESS)

(Kawża T-476/15)

(2015/C 337/42)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Food SA (Drăgăneşti, ir-Rumanija) (rappreżentant: I. Speciac, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Société des Produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarja tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “FITNESS” – Trade mark Komunitarja Nru 2 470 326

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 2542/2013-4

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni appellata u tibgħat lura l-każ quddiem l-UASI sabiex jagħti deċiżjoni konformi mas-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

sussidjarjament, tibdel id-deċiżjoni appellata u tħassar it-trade mark Komunitarja Fitness Nru 2 470 326;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

ksur tar-regoli 37(b), (vi), u 50(1) tar-Regolament Nru 2868/95 kif ukoll l-Artikolu 76 tar-Regolament Nruo207/2009

ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009

ksur tal-Artikoli 7(1)(c) u 52(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/38


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Awwissu 2015 – Lotte vs UASI – Kuchenmeister (KOALA LAND)

(Kawża T-479/15)

(2015/C 337/43)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Lotte Co. Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. Knitter u S. Schicker, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kuchenmeister GmbH (Soest, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikanti: ir-rikorrenti

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark verbali Komunitarja “KOALA LAND” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 766 723

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 815/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, innotifikata lir-rikorrenti fit-23 ta’ Ġunju 2015, dwar l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 766 723, bħala trade mark Komunitarja “KOALA LAND”;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 15(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tar-Regola 22(3) tar-Regolament Nru 2868/95;

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/39


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2015 – KZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-480/15)

(2015/C 337/44)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: KZ (il-Polonja), LA (il-Polonja), LB (l-Awstrija), LC (l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Dudzik, konsulent legali, u J. Budzik, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru C (2015) 4284 finali, tad-19 ta’ Ġunju 2015, fil-Każ AT.39864 – BASF, li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 772/2004 (1);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tad-dritt għal azzjoni ġudizzjarja effettiva

Billi ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti fis-sens tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 773/2004 meta kien hemm ksur tal-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE bi preġudizzju għalihom – u meta l-awtorità nazzjonali kompetenti fil-qasam tal-kompetizzjoni ma setgħetx iktar tagħti bidu għal proċedura minħabba li kien skada t-terminu ta’ preskrizzjoni previst fid-dritt nazzjonali għall-ksur tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni u meta, barra minn hekk, ir-rikorrenti ma setgħux iktar jitolbu b’mod effettiv kumpens għad-dannu sostnut permezz ta’ azzjoni mressqa quddiem il-qorti nazzjonali –, il-Kummissjoni kisret id-dritt tar-rikorrenti għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva kif ukoll għal azzjoni ġudizzjarja effettiva.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE, moqrija flimkien mat-tieni sentenza tal-Artikolu 17(1) TUE, mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 773/2004 u mal-Artikolu 7(1) u (2) tar-Regolament Nru 1/2003 (2)

Billi qieset li l-interess tal-Unjoni Ewropea ma kienx jiġġustifika l-ftuħ ta’ proċedura dwar l-ilment imressaq mir-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni;

billi ċaħdet l-ilment tar-rikorrenti u billi rrifjutat li tiftaħ proċedura fuq il-bażi tal-ipoteżi żbaljata li l-kundizzjonijiet li jippermettu li jiġi kkonstatat ksur tal-Artikolu 101 TFUE, stipulati fis-sentenza tas-17 ta’ Lulju 1998, ITT Promedia vs Il-Kummissjoni, T-111/96, Ġabra, EU:T:1998:183, ma humiex applikabbli għall-abbuż ta’ proċedura fil-qasam amministrattiv jew kriminali, il-Kummissjoni ppreġudikat l-effettività tal-Artikoli 101 TFUE u 102 TFUE.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, tas-7 ta’ April 2004, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/40


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2015 – Ahrend Furniture vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-482/15)

(2015/C 337/45)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ahrend Furniture (Zaventem, il-Belġju) (rappreżentanti: A. Lepièce, V. Dor u S. Engelen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tordna l-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, id-data mhix magħrufa, li tagħti l-lott Nruo1 tas-sejħa għall-offerti Nruo OIB.DR.2/PO/2014/055/622 – “Provvista ta’ għamara” lil offerent ieħor;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ dritt imwettqa mill-konvenuta fil-waqt tal-analiżi kwalitattiva u teknika tal-offerta tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq in-nuqqas ta’ komunikazzjoni lir-rikorrenti, minkejja fit-talbiet tagħha f’dan is-sens, tal-elementi rigward l-evalwazzjoni finanzjarja tal-offerti.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/41


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Awwissu 2015 – Alsharghawi vs Il-Kunsill

(Kawża T-485/15)

(2015/C 337/46)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Bashir Saleh Bashir Alsharghawi (Johannesburg, l-Afrika t’Isfel) (rappreżentant: É. Moutet, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/1333, tal-31 ta’ Lulju 2015, dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja, u li tħassar id-Deċiżjoni 2011/137/PESK, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1323, tal-31 ta’ Lulju 2015, li jimplimenta l-Artikolu 16(2) tar-Regolament (UE) Nru 204/2011 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-inkompetenza tal-Kunsill li jniżżel lir-rikorrent fil-lista ta’ persuni suġġetti għal miżuri restrittivi, peress li ismu la huwa msemmi fir-riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1970 (2011) u 1973 (2011) u lanqas fir-riżoluzzjonijiet li jemendaw 2213/2015 u 2214/2015.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali, li jinqasam f’żewġ partijiet:

ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni;

ksur tad-drittijiet ta’ difiża tar-rikorrent minħabba l-assenza ta’ proċedura kontradittorja.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tar-regoli ta’ dritt fir-rigward tal-applikazzjoni tat-Trattati tal-Unjoni Ewropea, li jinqasam f’żewġ partijiet:

ksur tal-preżunzjoni ta’ innoċenza;

ksur tad-drittijiet fundamentali, sa fejn, bl-impożizzjoni tal-miżuri restrittivi fuq ir-rikorrent, il-Kunsill ippreġudika l-libertà tiegħu li jitlaq u li jiġi kif ukoll id-dritt għall-proprjetà tiegħu.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-assenza tal-fondatezza tal-atti kkontestati, sa fejn ma hemm ebda bażi fattwali solida li ssostni r-rilevanza tagħhom.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/42


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awwissu 2015 – LG Electronics vs UASI – Cyrus Wellness Consulting (VIEWTY SMART)

(Kawża T-488/15)

(2015/C 337/47)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cyrus Wellness Consulting (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “VIEWTY SMART” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 8 431 091

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 1734/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/43


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Awissu 2015 – LG Electronics vs UASI – Cyrus Wellness Consulting (VIEWTY SNAP)

(Kawża T-489/15)

(2015/C 337/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seoul, ir-Repubblika tal-Korea) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cyrus Wellness Consulting (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “VIEWTY SNAP” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 125 055

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 1938/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/44


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Awwissu 2015 – SGP Rechtsanwälte vs UASI – Verlag Friedrich Oetinger (tolino)

(Kawża T-490/15)

(2015/C 337/49)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SGP Rechtsanwälte Hero, Langbein, Zwecker PartGmbB (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Köklü, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Verlag Friedrich Oetinger GmbH (Hamburg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “tolino” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 651 288

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 2042/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tkkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/44


Rikors ippreżentat fil-25 ta Awwissu 2015 – Volkswagen vs UASI (ConnectedWork)

(Kawża T-491/15)

(2015/C 337/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark verbali Komunitarja “ConnectedWork” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 011 267

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 160/2015-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


12.10.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 337/45


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Awwissu 2015 – LG Electronics vs UASI – Cyrus Wellness Consulting (Viewty)

(Kawża T-498/15)

(2015/C 337/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LG Electronics, Inc. (Seul, ir-Repubblika tal-Korea t’Isfel) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Cyrus Wellness Consulting GmbH (Berlin, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant għat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “Viewty” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 6 266 531

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Ġunju 2015 fil-Każijiet magħquda R 1935/2014-2 u R 1563/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009.