ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 320

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
28 ta' Settembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 320/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 320/02

Kawża C-602/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de Primera Instancia – Spanja) – Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA vs Fernando Quintano Ujeta, María Isabel Sánchez García (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Relazzjoni kuntrattwali bejn negozjant u konsumatur — Kuntratt ipotekarju — Klawżola tal-interessi moratorji — Klawżola ta’ rimbors antiċipat — Proċedura ta’ qbid ipotekarju — Moderazzjoni tal-ammont tal-interessi — Kompetenzi tal-qorti nazzjonali)

2

2015/C 320/03

Kawża C-64/14 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ April 2015 – Sven A. von Storch vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (Appell — Rikors għal annullament — Ammissibbiltà — Persuna direttament ikkonċernata — Deċiżjonijiet adottati mill-Bank Ċentrali Ewropew — Linji gwida 2012/641/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja)

3

2015/C 320/04

Kawża C-82/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Agenzia delle Entrate vs Nuova Invincibile (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Sitt Direttiva 77/388/KEE)

3

2015/C 320/05

Kawża C-84/14 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Lulju 2015 – Forgital Italy SpA vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Rikors għal annullament — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Dritt għal azzjoni legali — Locus standi — Persuni fiżiċi jew ġuridiċi — Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni — Regoli doganali li jemendaw il-kundizzjonijiet ta’ sospensjoni tariffarja — Possibbiltà li titressaq azzjoni legali quddiem il-qrati nazzjonali)

4

2015/C 320/06

Kawża C-90/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 1 de Miranda de Ebro – Spanja) – Banco Grupo Cajatres SA vs María Mercedes Manjón Pinilla, Comunidad Hereditaria formada al fallecimiento de D. M. A. Viana Gordejuela (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — Kuntratt konkluż bejn professjonist u konsumatur — Kuntratt ipotekarju — Klawżola ta’ interessi moratorji — Klawżola ta’ rimbors antiċipat — Proċedura ta’ sekwestru kawtelatorju ipotekarju — Moderazzjoni tal-ammont tal-interessi — Setgħa tal-qorti nazzjonali)

5

2015/C 320/07

Kawża C-123/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – Itales OOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa — Il-kunċett ta’ provvista ta’ merkanzija — Kundizzjonijiet għall-eżistenza ta’ provvista ta’ merkanzija — Assenza ta’ prova ta’ pussess effettiv tal-merkanzija mill-fornitur dirett)

6

2015/C 320/08

Kawża C-142/14 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2015 – The Sunrider Corporation vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Nannerl GmbH & Co. KG [Appell — Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali SUN FRESH — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali preċedenti SUNNYFRESH — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tal-prodotti koperti mit-trade marks kunfliġġenti — Dritt għal smigħ — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikoli 8(1)(b), 75 u 76]

6

2015/C 320/09

Kawża C-159/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad -Varna – il-Bulgarija) – Koela-N EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Prinċipju ta’ newtralità fiskali — Tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa — Kunċett ta’ kunsinna ta’ oġġetti — Kundizzjoni għall-eżistenza ta’ kunsinna ta’ oġġetti — Trasferiment ta’ oġġetti mit-trasportatur direttament mill-fornitur lil persuna terza — Assenza ta’ prova ta’ pussess effettiv tal-oġġetti mill-fornitur dirett — Assenza ta’ kooperazzjoni bejn il-fornituri u l-awtoritajiet fiskali — Assenza ta’ trasbord tal-merkanzija — Provi li jiġġustifikaw suspett ta’ frodi fiskali)

7

2015/C 320/10

Kawża C-291/14 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 – Faci SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Artikolu 181 — Kompetizzjoni — Akkordji — Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi tal-landa kif ukoll taż-żejt tas-sojja epoksizzat u ta’ esteri — Multi — Gravità tal-ksur — Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat)

8

2015/C 320/11

Kawża C-318/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – Slovenská autobusová doprava Trnava a.s. vs Krajský úřad Olomouckého kraje (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Artikoli 49 TFUE u 52 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Regolament (KE) Nru 1370/2007 — Trasport pubbliku permezz tal-ferrovija u bit-triq — Trasport bl-awtobus fuq ir-rotot urbani ta’ trasport pubbliku — Trasportatur li għandu s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor u li jopera permezz ta’ fergħa — Obbligu li tinkiseb awtorizzazzjoni speċjali — Setgħa diskrezzjonali tal-awtorità kompetenti — Kuntratt ta’ servizz pubbliku)

8

2015/C 320/12

Kawża C-343/14 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Mejju 2015 – Adler Modemärkte AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Blufin SpA (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali MARINE BLEU — Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali BLUMARINE — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Paragun kunċettwali)

9

2015/C 320/13

Kawża C-400/14 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Basic AG Lebensmittelhandel vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Repsol YPF, SA (Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva Komunitarja — Element verbali basic — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti — Element verbali BASIC — Oppożizzjoni tal-proprjetarju ta’ din it-trade mark — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Kunċetti ta’ servizzi ta’ distribuzzjoni u ta’ servizzi ta’ bejgħ bl-imnut u bl-ingorssa — Portata)

10

2015/C 320/14

Kawża C-405/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud) – ir-Repubblika Ċeka)– PST CLC a.s. vs Generální ředitelství cel (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Klassifikazzjoni tariffarja — Validità tal-punt 2 tat-tabella li tinsab fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 384/2004 matul il-perijodu bejn it-22 ta’ Marzu 2004 u t-22 ta’ Diċembru 2009 — Applikabbiltà ta’ din id-dispożizzjoni għad-dikjarazzjoniiet lid-dwana ppreżentati matul is-sena 2008 — Klassifikazzjoni ta’ prodotti intiżi għall-kompjuters, magħmula minn apparat li jxerred is-sħana u minn fann)

10

2015/C 320/15

Kawża C-496/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu – ir-Rumanija) – Statul român vs Tamara Văraru, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării (Rinviju preliminari — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali — Kalkolu tal-ammont ta’ allowances għal wild dipendenti — Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

11

2015/C 320/16

Kawża C-507/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – P vs M (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Assenza ta’ dubju raġonevoli — Ġurisdizzjoni f’materja ċivili — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Artikolu 16(1)(a) — Determinazzjoni tad-data li fiha qorti tkun adita — Talba għas-sospensjoni tal-proċedura — Assenza ta’ effett)

12

2015/C 320/17

Kawża C-539/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Castellón) – Spanja – Juan Carlos Sánchez Morcillo, María del Carmen Abril García vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Direttiva 93/13 KEE — Artikolu 7 — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 7 u 47 — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Kuntratt ta’ self ipotekarju — Klawżoli inġusti — Proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ ipoteki — Dritt ta’ appell)

12

2015/C 320/18

Kawża C-576/14 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Mirelta Ingatlanhasznosító kft vs Il-Kummissjoni Ewropea, l-Ombudsman Ewropew (Appell — Rikors għal annullament — Rifjut tal-Kummissjoni li tibda proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu — Inammissibiltà u nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Appell parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli)

13

2015/C 320/19

Kawża C-608/14: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu – Ir-Rumanija) – Elena Delia Pondiche vs Statul român, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Għoti ta’ allowances għall-ulied dipendenti — Determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont id-data tat-twelid tal-wild u mhux skont id-data tal-konċepiment tiegħu — Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

14

2015/C 320/20

Kawża C-151/15: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla Awla) tal-14 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Coimbra – il-Portugall) – Sociedade Portuguesa de Autores CRL vs Ministério Público, Carlos Manuel Prata Pereira Sá Meneses, Sandra Carla Ferreira Cardoso, Douros Bar Lda (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati f’soċjetà tal-informazzjoni — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 3(1) — Kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku — Xandir ta’ xogħlijiet f’kafe/restorant permezz ta’ sett tar-radju marbut ma’ speakers)

14

2015/C 320/21

Kawża C-322/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-29 ta’ Ġunju 2015 – Google Ireland Limited u Google Italy Srl vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

15

2015/C 320/22

Kawża C-329/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-3 ta’ Lulju 2015 – ENEA SA w Poznaniu vs Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

15

2015/C 320/23

Kawża C-332/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Treviso (l-Italja) fis-6 ta’ Lulju 2015 – proċeduri kriminali kontra Giuseppe Astone

16

2015/C 320/24

Kawża C-355/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-13 ta’ Lulju 2015 – Bietergemeinschaft Technische Gebäudebetreuung GesmbH u Caverion Österreich GmbH

17

2015/C 320/25

Kawża C-397/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Itzehoe (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Lulju 2015 – Raiffeisen Privatbank Liechtenstein AG vs Gerhild Lukath

18

2015/C 320/26

Kawża C-404/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Lulju 2015 – proċeduri kriminali kontra Pál Aranyosi

18

2015/C 320/27

Kawża C-411/15 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2015 minn Timab Industries, Cie financière et de participations Roullier (CFPR) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-20 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-456/10, Timab Industries u CFPR vs Il-Kummissjoni

19

2015/C 320/28

Kawża C-413/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-27 ta’ Lulju 2015 – Elaine Farrell vs Alan Whitty, The Minister for the Environment, Ireland u the Attorney General, Motor Insurers Bureau of Ireland (MIBI)

20

2015/C 320/29

Kawża C-423/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Lulju 2015 – Nils-Johannes Kratzer vs R+V Allgemeine Versicherung AG

21

2015/C 320/30

Kawża C-428/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fl-4 ta’ Awwissu 2015 – Child and Family Agency (CAFA) vs J. D.

22

2015/C 320/31

Kawża C-429/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fil-5 ta’ Awwissu 2015 – Evelyn Danqua vs The Minister for Justice and Equality Ireland u the Attorney General

23

2015/C 320/32

Kawża C-430/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Awissu – Secretary of State for Work and Pensions vs Tolley (deċeduta, li qegħda taġixxi permezz tar-rappreżentant personali tagħha)

23

2015/C 320/33

Kawża C-189/14: Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Eparchiako Dikastirio Lefkosias – Ċipru) – Bogdan Chain vs Atlanco LTD

24

2015/C 320/34

Kawża C-244/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

25

2015/C 320/35

Kawża C-328/14: Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove – is-Slovakkja) – CD Consulting s. r. o. vs Anna Pančurová, Róbert Demeter, Kristína Pužová, Katarína Harakľová, Roman Novák, Marcela Grundzová, Milan Pulko, Peter Chomča, Jarmila Lešková, Katarína Malarová, Jana Belajová, Tatiana Kučkovská, Marián Demeter, Helena Chomčová, Marcela Troščáková, Nataša Virágová, Kvetuša Hudáková, Peter Grundza, Dávid Renner, Zdenko Ričalka, Jarmila Kurejová, Mária Maxinová

25

2015/C 320/36

Kawża C-329/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ April 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

25

2015/C 320/37

Kawża C-390/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Eparchiako Dikastirio Larnakas – Ċipru) – Proċeduri kriminali kontra Masoud Mehrabipari

25

2015/C 320/38

Kawża C-445/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Seusen Sume vs Landkreis Stade, fil-preżenza ta’: Der Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

26

2015/C 320/39

Kawżi Magħquda C-512/14 P u C-513/14 P: Digriet tal-President tat-Tielet Awla tas-17 ta’ Lulju 2015 – L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) vs Unibail Management

26

2015/C 320/40

Kawża C-538/14: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

26

2015/C 320/41

Kawża C-37/15: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari – l-Italja) – Cav. Giacomo Bolasco di Gianni Bolasco Sas vs Comune di Monastir, Equitalia centro SpA

26

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 320/42

Kawża T-574/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – PAN Europe u Stichting Natuur en Milieu vs Il-Kummissjoni [Ambjent — Regolament (KE) Nru 149/2008 — Limiti massimi applikabbli għar-residwi ta’ pestiċidji — Regolament (KE) Nru 1367/2006 — Talba għal eżami intern mill-ġdid — Tmiem ta’ interess ġuridiku — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni]

27

2015/C 320/43

Kawża T-617/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2015 – Pro Asyl vs EASO (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Pjan ta’ Operazzjoni sabiex jintbagħat tim ta’ appoġġ ażil fit-territorju tal-Bulgarija — Rifjut ta’ aċċess — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għal annullament — Reġistru elettroniku ta’ dokumenti — Inammissibbiltà parzjali manifesta)

27

2015/C 320/44

Kawża T-724/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2015 – European Children’s Fashion Association u Instituto de Economía Pública vs Il-Kummissjoni u EACEA [Rikors għal annullament — Klawżola ta’ arbitraġġ — Programm ta’ azzjoni Lifelong Learning (2007-2013) — Proġett Brand & Merchandising manager for SMEs in the childrens’ product sector — Ittra ta’ informazzjoni minn qabel — Nota ta’ debitu — Identifikazzjoni tal-konvenut — Inammissibbiltà parzjali]

28

2015/C 320/45

Kawża T-769/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2015 – CGI Luxembourg u Intrasoft International vs Il-Parlament (Rikors għal annullament u għad-danni — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Żvilupp u żamma ta’ sistemi ta’ produzzjoni tal-informazzjoni — Klassifikazzjoni ta’ offerent fil-proċedura kaskata — Annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

29

2015/C 320/46

Kawża T-207/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris — Ibbilanċjar tal-interessi — Nuqqas ta’ urġenza)

30

2015/C 320/47

Kawża T-293/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2015 – Banimmo vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Irtirar tal-att ikkontestat — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

30

2015/C 320/48

Kawża T-321/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2015 – GSA u SGI vs Il-Parlament (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Sigurtà kontra n-nirien, assisstenza lill-persuni u ta’ sorveljanza esterna fuq is-sit tal-Parlament Ewropew fi Brussell — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza)

31

2015/C 320/49

Kawża T-283/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 – Esso Raffinage vs ECHA

32

2015/C 320/50

Kawża T-369/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2015 – Hernández Zamora vs UASI – Rosen Tantau (Paloma)

33

2015/C 320/51

Kawża T-386/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2015 – Jordi Nogues vs UASI – Grupo Osborne (BADTORO)

34

2015/C 320/52

Kawża T-400/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2015 – Pinto Eliseu Baptista Lopes Canhoto vs UASI – University College London (CITRUS SATURDAY)

35

2015/C 320/53

Kawża T-408/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2015 – Globo Comunicação e Participações vs UASI (ħsejjes PLIM PLIM)

36

2015/C 320/54

Kawża T-429/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2015 – Monster Energy vs UASI – Mad Catz Interactive (MAD CATZ)

37

2015/C 320/55

Kawża T-430/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2015 – Flowil International Lighting vs UASI – Lorimod Prod Com (Silvania Food)

38

2015/C 320/56

Kawża T-431/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2015 – Fruit of the Loom vs UASI – Takko (FRUIT)

39

2015/C 320/57

Kawża T-432/15: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2015 – Inditex vs UASI – Ffauf (ZARA)

39

2015/C 320/58

Kawża T-433/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2015 – Bank Saderat vs Il-Kunsill

40

2015/C 320/59

Kawża T-446/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2015 – Indecopi vs UASI – Synergy Group (PISCO)

42

2015/C 320/60

Kawża T-447/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2015 – Indecopi vs UASI – Synergy Group (PISCO SOUR)

43

2015/C 320/61

Kawża T-449/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2015 – Satkirit Holdings vs UASI – Advanced Mailing Solutions (Iuvo)

44

2015/C 320/62

Kawża T-450/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2015 – Satkirit Holdings vs UASI – Advanced Mailing Solutions (luvoworld)

44

2015/C 320/63

Kawża T-451/15: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2015 – AlzChem vs Il-Kummissjoni

45

2015/C 320/64

Kawża T-453/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awissu 2015 – Trinity Haircare vs UASI – Advance Magazine Publishers (VOGUE)

46

2015/C 320/65

Kawża T-454/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Laboratories Ern vs UASI – Werner (Dynamic Life)

47

2015/C 320/66

Kawża T-455/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Vitra Collections vs UASI – Consorzio Origini (Forma ta’ siġġu)

48

2015/C 320/67

Kawża T-462/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Asia Leader International (Cambodia) vs Il-Kummissjoni

49

2015/C 320/68

Kawża T-296/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – Adler Modemärkte vs UASI – Blufin (MARINE BLEU)

51

2015/C 320/69

Kawżi magħquda T-593/14, T-596/14, T-601/14, T-602/14, T-604/14 sa T-606/14 u T-612/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill

51

2015/C 320/70

Kawża T-733/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2015 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Parlament

51

2015/C 320/71

Kawża T-72/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – Hippler vs Il-Kummissjoni

51

2015/C 320/72

Kawża T-205/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2015 – Aguirre y Compañía vs UASI – Puma (Rappreżentazzjoni ta’ żarbun sportiv)

52

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 320/73

Kawża F-105/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2015 – ZZ u ZZ vs CEPOL

53

2015/C 320/74

Kawża F-107/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs KESE

53

2015/C 320/75

Kawża F-108/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

54

2015/C 320/76

Kawża F-112/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

55

2015/C 320/77

Kawża F-113/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

55

2015/C 320/78

Kawża F-115/15: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

56

2015/C 320/79

Kawża F-118/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

57


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 320/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 311, 21.9.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 302, 14.9.2015

ĠU C 294, 7.9.2015

ĠU C 279, 24.8.2015

ĠU C 270, 17.8.2015

ĠU C 262, 10.8.2015

ĠU C 254, 3.8.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/2


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Juzgado de Primera Instancia – Spanja) – Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA vs Fernando Quintano Ujeta, María Isabel Sánchez García

(Kawża C-602/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Relazzjoni kuntrattwali bejn negozjant u konsumatur - Kuntratt ipotekarju - Klawżola tal-interessi moratorji - Klawżola ta’ rimbors antiċipat - Proċedura ta’ qbid ipotekarju - Moderazzjoni tal-ammont tal-interessi - Kompetenzi tal-qorti nazzjonali))

(2015/C 320/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA

Konvenuti: Fernando Quintano Ujeta, María Isabel Sánchez García

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprevedu moderazzjonijiet tal-interessi moratorji fl-ambitu ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali:

ma jippreġudikawx l-evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali adita bi proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja ta’ dan il-kuntratt tan-natura “inġusta” tal-klawżola relatata mal-interessi moratorji, u

ma jostakolawx il-possibbiltà li din il-qorti tinjora din il-klawżola jekk tikkonkludi li hija “inġusta”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva.

2)

Id-Direttiva 93/13 għandha tiġi interpretata fis-sens li, ladarba l-qorti Ġenerali kkonstatat in-natura “inġusta” fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 93/13 ta’ klawżola ta’ kuntratt konkluż bejn konsumatur u negozjant, il-fatt li din il-klawżola ma tkunx ġiet eżegwita ma jistax, fih innifsu, jostakola lill-qorti nazzjonali milli tislet il-konsegwenzi kollha min-natura “inġusta” ta’ din il-klawżola.


(1)  ĠU C 31, 01.02.2014


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ April 2015 – Sven A. von Storch vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(Kawża C-64/14 P) (1)

((Appell - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Persuna direttament ikkonċernata - Deċiżjonijiet adottati mill-Bank Ċentrali Ewropew - Linji gwida 2012/641/UE tal-Bank Ċentrali Ewropew - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2015/C 320/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellant: Sven A. von Storch (rappreżentant: M. Kerber, Avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: C. Kroppenstedt u G. Gruber, aġenti, assistiti minn H.-G. Kamann, Avukat)

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud.

2.

Sven A. von Storch u l-5  216 appellant l-oħra, li isimhom jinsab anness ma’ dan id-digriet, huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  GU C 151, 19.05.2014


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/3


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – Agenzia delle Entrate vs Nuova Invincibile

(Kawża C-82/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Sitt Direttiva 77/388/KEE))

(2015/C 320/04)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agenzia delle Entrate

Konvenuta: Nuova Invincibile

Dispożittiv

L-Artikoli 2 u 22 tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 9(17) tal-Liġi Nru 289, tas-27 ta’ Diċembru 2002, li tinkludi dispożizzjonijiet għat-tfassil tal-baġit annwali u multiannwali tal-Istat (Liġi tal-Finanzi għall-2003), li tipprevedi, fid-dawl ta’ terremot li kien laqat il-provinċji ta’ Catania, ta’ Ragusa u ta’ Siracusa, għall-benefiċċju tal-persuni milquta minnu, tnaqqis ta’ 90 % tat-taxxa fuq il-valur miżjud li normalment għandha titħallas għas-snin 1990 sa 1992, b’mod partikolari billi tagħti dritt għal rimbors, f’dan il-proporzjon, tal-ammonti diġà mħallsa skont it-taxxa fuq il-valur miżjud, sa fejn din id-dispożizzjoni ma tikkorrispondix mar-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ newtralità fiskali, u ma tippermettix li jiġi żgurat li t-taxxa fuq il-valur miżjud li għandha titħallas fit-territorju Taljan tinġabar kollha.


(1)  ĠU C 142, 12.5.2014.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/4


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-14 ta’ Lulju 2015 – Forgital Italy SpA vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-84/14 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Rikors għal annullament - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Dritt għal azzjoni legali - Locus standi - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Att regolatorju li jinkludi miżuri ta’ implementazzjoni - Regoli doganali li jemendaw il-kundizzjonijiet ta’ sospensjoni tariffarja - Possibbiltà li titressaq azzjoni legali quddiem il-qrati nazzjonali))

(2015/C 320/05)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Forgital Italy SpA (rappreżentanti: V. Turinetti di Priero u R. Mastroianni, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u K. Pellinghelli, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Caeiros u D. Recchia, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Forgital Italy SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  GU C 129, 28.4.2014.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/5


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-8 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 1 de Miranda de Ebro – Spanja) – Banco Grupo Cajatres SA vs María Mercedes Manjón Pinilla, Comunidad Hereditaria formada al fallecimiento de D. M. A. Viana Gordejuela

(Kawża C-90/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - Kuntratt konkluż bejn professjonist u konsumatur - Kuntratt ipotekarju - Klawżola ta’ interessi moratorji - Klawżola ta’ rimbors antiċipat - Proċedura ta’ sekwestru kawtelatorju ipotekarju - Moderazzjoni tal-ammont tal-interessi - Setgħa tal-qorti nazzjonali))

(2015/C 320/06)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 1 de Miranda de Ebro

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco Grupo Cajatres SA

Konvenuti: María Mercedes Manjón Pinilla, Comunidad Hereditaria formada al fallecimiento de D. M. A. Viana Gordejuela

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 3(1), 4(1), 6(1) u 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali tan-natura inġusta tal-klawżoli ta’ kuntratt li jaqgħu taħt din id-direttiva timponilha li tieħu inkunsiderazzjoni n-natura tal-oġġetti u tas-servizzi li huma s-suġġett tal-kuntratt kkonċernat billi tirreferi, għad-data tal-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt, fiċ-ċirkustanzi kollha relatati magħha.

2)

L-Artikoli 6(1) u 7(1) tad-Direttiva 93/13 għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux dispożizzjonijiet nazzjonali li jipprovdu moderazzjonijiet tal-interessi moratorji fil-kuntest ta’ kuntratt ta’ self ipotekarju, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali:

ma jippreġudikawx l-evalwazzjoni mill-qorti nazzjonali adita b’proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja tal-imsemmi kuntratt tan-natura “inġusta” tal-klawżola relatata mal-interessi moratorji, u

ma jostakolawx li din il-qorti tiċħad l-imsemmija klawżola jekk għandha tikkonkludi n-natura “inġusta” tagħha, fis-sens tal-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 151, 19.05.2014.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad – Varna – il-Bulgarija) – “Itales” OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-123/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa - Il-kunċett ta’ “provvista ta’ merkanzija” - Kundizzjonijiet għall-eżistenza ta’ provvista ta’ merkanzija - Assenza ta’ prova ta’ pussess effettiv tal-merkanzija mill-fornitur dirett))

(2015/C 320/07)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Itales” OOD

Konvenut: Direktor na Direktsia, Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika“ Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, dwar id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lill-awtorità fiskali ta’ Stat Membru li tikkunsidra li provvista ta’ merkanzija ma twettqitx, li jostakola li t-taxxa fuq il-valur miżjud mħallsa matul dan l-akkwist tista’ titnaqqas mix-xerrej, peress li dan tal-aħħar la wera l-oriġini tal-merkanzija kkonċernata u lanqas li kienet fil-pussess tal-fornitur tiegħu, filwaqt li din l-awtorità ma stabbilixxietx li dan ix-xerrej ipparteċipa fi frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud u kien jaf jew kellu jkun jaf li t-tranżazzjoni inkwistjoni kienet implikata f’tali frodi.


(1)  ĠU C 151, 19.5.2014.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/6


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2015 – The Sunrider Corporation vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Nannerl GmbH & Co. KG

(Kawża C-142/14 P) (1)

([Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali SUN FRESH - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja verbali preċedenti SUNNYFRESH - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tal-prodotti koperti mit-trade marks kunfliġġenti - Dritt għal smigħ - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikoli 8(1)(b), 75 u 76])

(2015/C 320/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Sunrider Corporation (rappreżentanti: N. Dontas u K. Markakis, dikogoroi)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent), Nannerl GmbH & Co. KG (représentant: A. Thünken, avukat)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

The Sunrider Corporation hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 212, 7.7.2014.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/7


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad -Varna – il-Bulgarija) – “Koela-N” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-159/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Prinċipju ta’ newtralità fiskali - Tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa - Kunċett ta’ “kunsinna ta’ oġġetti” - Kundizzjoni għall-eżistenza ta’ kunsinna ta’ oġġetti - Trasferiment ta’ oġġetti mit-trasportatur direttament mill-fornitur lil persuna terza - Assenza ta’ prova ta’ pussess effettiv tal-oġġetti mill-fornitur dirett - Assenza ta’ kooperazzjoni bejn il-fornituri u l-awtoritajiet fiskali - Assenza ta’ trasbord tal-merkanzija - Provi li jiġġustifikaw suspett ta’ frodi fiskali))

(2015/C 320/09)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Koela-N” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru tqis li kunsinna ta’ oġġetti ma twettqitx, bil-konsegwenza li tiġi ostakolata l-possibbiltà ta’ tnaqqis mill-akkwirent tat-taxxa fuq il-valur miżjud imħallsa waqt dan l-akkwist minħabba li l-imsemmi akkwirent ma rċeviex il-merkanzija li huwa xtara iżda bagħtha direttament lil persuna terza, lil liema persuna huwa biegħ mill-ġdid il-merkanzija, jew minħabba li l-fornitur dirett ta’ dan l-akkwirent ma rċeviex il-merkanzija li huwa xtara iżda bagħtha direttament lill-imsemmi akkwirent.

2)

L-assenza ta’ kooperazzjoni tal-fornituri preċedenti ta’ persuna taxxabbli fil-katina kummerċjali mal-awtoritajiet fiskali u l-assenza ta’ trasbord tal-merkanzija kkonċernata ma jikkostitwixxux, minnhom innifishom, provi oġġettivi suffiċjenti sabiex jiġi konkluż li din il-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li t-tranżazzjoni invokata bħala bażi għad-dritt tagħha għal tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud kienet involuta fi frodi fiskali. Madankollu, dawn iż-żewġ ċirkustanzi huma provi oġġettivi li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, fil-kuntest ta’ evalwazzjoni globali tal-fatti u taċ-ċirkustanzi kollha, sabiex jiġi stabbilit jekk l-imsemmija persuna taxxabbli kinitx taf jew kellhiex tkun taf li t-tranżazzjoni invokata bħala bażi għad-dritt tagħha għal tnaqqis kienet involuta fi frodi fiskali.


(1)  ĠU C 175, 10.6.2014.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 – Faci SpA vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-291/14 P) (1)

((Appell - Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 181 - Kompetizzjoni - Akkordji - Swieq Ewropej tal-istabilizzaturi tal-landa kif ukoll taż-żejt tas-sojja epoksizzat u ta’ esteri - Multi - Gravità tal-ksur - Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Appell manifestament inammissibbli jew manifestament infondat))

(2015/C 320/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Faci SpA (rappreżentanti: S. Piccardo, avukat, S. Crosby, solicitor)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, J. Norris – Usher u F. Ronkes Agerbeek, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Faci SpA hija kkundannata għall-ispejjeż


(1)  GU C 303, 08.09.2014.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/8


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud – ir-Repubblika Ċeka) – Slovenská autobusová doprava Trnava a.s. vs Krajský úřad Olomouckého kraje

(Kawża C-318/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikoli 49 TFUE u 52 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Regolament (KE) Nru 1370/2007 - Trasport pubbliku permezz tal-ferrovija u bit-triq - Trasport bl-awtobus fuq ir-rotot urbani ta’ trasport pubbliku - Trasportatur li għandu s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor u li jopera permezz ta’ fergħa - Obbligu li tinkiseb awtorizzazzjoni speċjali - Setgħa diskrezzjonali tal-awtorità kompetenti - Kuntratt ta’ servizz pubbliku))

(2015/C 320/11)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Slovenská autobusová doprava Trnava a.s.

Konvenuta: Krajský úřad Olomouckého kraje

Dispożittiv

L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teħtieġ lit-trasportaturi barranin biss, li jkollhom fergħa f’dan l-Istat Membru, jiksbu awtorizzazzjoni speċjali mogħtija b’mod diskrezzjonarju mill-awtoritajiet kompetenti, sabiex jeżerċitaw attività ta’ trasport kollettiv urban b’rotta fuq it-territorju ta’ dan l-Istat Membru biss.


(1)  ĠU C 351, 06.10.2014


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/9


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-7 ta’ Mejju 2015 – Adler Modemärkte AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Blufin SpA

(Kawża C-343/14 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali MARINE BLEU - Oppożizzjoni tal-proprjetarju tat-trade mark verbali BLUMARINE - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Paragun kunċettwali))

(2015/C 320/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Adler Modemärkte AG (rappreżentant: J.-C. Plate, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent), Blufin (rappreżentanti: F. Caricato u F. Cicogna, avukati)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Adler Modemärkte AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 351, 06.10.2014.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Basic AG Lebensmittelhandel vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), Repsol YPF, SA

(Kawża C-400/14 P) (1)

((Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ trade mark figurattiva Komunitarja - Element verbali “basic” - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti - Element verbali “BASIC” - Oppożizzjoni tal-proprjetarju ta’ din it-trade mark - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Kunċetti ta’ “servizzi ta’ distribuzzjoni” u ta’ “servizzi ta’ bejgħ bl-imnut u bl-ingorssa” - Portata))

(2015/C 320/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Basic AG Lebensmittelhandel (rappreżentanti: D. Altenburg u T. Haug, Rechtsanwälte)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral, aġent), Repsol YPF, SA (rappreżentanti: J.-B. Devaureix, avukat)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Basic AG Lebensmittelhandel hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 431, 1.12.2014


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/10


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Nejvyšší správní soud) – ir-Repubblika Ċeka)– PST CLC a.s. vs Generální ředitelství cel

(Kawża C-405/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Klassifikazzjoni tariffarja - Validità tal-punt 2 tat-tabella li tinsab fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 384/2004 matul il-perijodu bejn it-22 ta’ Marzu 2004 u t-22 ta’ Diċembru 2009 - Applikabbiltà ta’ din id-dispożizzjoni għad-dikjarazzjoniiet lid-dwana ppreżentati matul is-sena 2008 - Klassifikazzjoni ta’ prodotti intiżi għall-kompjuters, magħmula minn apparat li jxerred is-sħana u minn fann))

(2015/C 320/14)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: PST CLC a.s.

Konvenut: Generální ředitelství cel

Dispożittiv

1)

Il-punt 2 tat-tabella li tinsab fl-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 384/2004, tal-tal-1 ta’ Marzu 2004, dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda kien invalidu matul il-perijodu meta dan kien fis-seħħ, jiġifieri mit-22 ta’ Marzu 2004 sat-22 ta’ Diċembru 2009.

2)

Sa fejn il-prodotti inkwistjoni jkunu komposti minn apparat li jxerred is-sħana kif ukoll minn fann u jkunu esklużivament intiżi sabiex jiġu inkorporati f’kompjuter, li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, il-klassifikazzjoni tariffarja għandha ssir abbażi ta’ regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda previsti mir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007, tal-20 ta’ Settembru 2007.


(1)  ĠU C 431, 01.12.2014.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/11


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu – ir-Rumanija) – Statul român vs Tamara Văraru, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării

(Kawża C-496/14) (1)

((Rinviju preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni fil-qasam tas-sigurtà soċjali - Kalkolu tal-ammont ta’ allowances għal wild dipendenti - Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2015/C 320/15)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Statul român

Konvenuti: Tamara Văraru, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi għad-domanda magħmula mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija), permezz ta’ deċiżjoni tad-9 ta’ Ottubru 2014.


(1)  ĠU C 46, 09.02.2015


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supremo Tribunal de Justiça – il-Portugall) – P vs M

(Kawża C-507/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Assenza ta’ dubju raġonevoli - Ġurisdizzjoni f’materja ċivili - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Artikolu 16(1)(a) - Determinazzjoni tad-data li fiha qorti tkun adita - Talba għas-sospensjoni tal-proċedura - Assenza ta’ effett))

(2015/C 320/16)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal de Justiça

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: P

Konvenuta: M

Dispożittiv

L-Artikolu 16(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandu jiġi interpretat fis-sens li qorti titqies li hija adita fid-data li fiha l-att promotur jew att ekwivalenti huwa ppreżentat quddiem din il-qorti, anki meta l-proċedura sadanittant ġiet sospiża fuq inizjattiva tal-applikant li kien ippreżentaha, mingħajr ma l-imsemmija proċedura ġiet innotifikata lill-konvenuta la li din tal-aħħar kellha konjizzjoni tagħha jew tkun intervjeniet b’ebda mod, sakemm l-applikant ma ttraskurax wara li jieħu l-miżuri li kien obbligat li jieħu sabiex l-att ikun innotifikat lill-konvenuta.


(1)  ĠU C 65, 23.02.2015.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/12


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Castellón) – Spanja – Juan Carlos Sánchez Morcillo, María del Carmen Abril García vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA

(Kawża C-539/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Direttiva 93/13 KEE - Artikolu 7 - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 7 u 47 - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Klawżoli inġusti - Proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ ipoteki - Dritt ta’ appell))

(2015/C 320/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Castellón

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Juan Carlos Sánchez Morcillo, María del Carmen Abril García

Konvenuta: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, moqri flimkien mal-Artikoli 7 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont liema il-konsumatur, bħala debitur suġġett għall-eżekuzzjoni f’proċedura għall-eżekuzzjoni ta’ ipoteki, jista’ jippreżenta appel mid-deċiżjoni li tiċħad l-oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni biss meta l-qorti tal-ewwel istanza ma tkunx laqgħet ir-raġuni ta’ oppożizzjoni bbażata fuq in-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali li tikkostitwixxi l-bażi tat-titolu eżekuttiv, anki jekk il-bejjiegħ jew fornitur jista’, min-naħa l-oħra, jappella kull deċiżjoni li tordna li ttemm il-proċedura, indipendentement mir-raġuni ta’ oppożizzjoni li tibbaża ruħha.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2015.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/13


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2015 – Mirelta Ingatlanhasznosító kft vs Il-Kummissjoni Ewropea, l-Ombudsman Ewropew

(Kawża C-576/14 P) (1)

((Appell - Rikors għal annullament - Rifjut tal-Kummissjoni li tibda proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Inammissibiltà u nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Appell parzjalment manifestament infondat u parzjalment manifestament inammissibbli))

(2015/C 320/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Appellanti: Mirelta Ingatlanhasznosító kft (rappreżentant: K. Pap, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummisjoni Ewropea, l-Ombudsman Ewropew

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Mirelta Ingatlanhasznosító kft tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  GU C 73, 02.03.2015.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-7 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu – Ir-Rumanija) – Elena Delia Pondiche vs Statul român, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării

(Kawża C-608/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Għoti ta’ allowances għall-ulied dipendenti - Determinazzjoni tal-liġi applikabbli skont id-data tat-twelid tal-wild u mhux skont id-data tal-konċepiment tiegħu - Assenza ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Nuqqas manifest ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2015/C 320/19)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elena Delia Pondiche

Konvenuti: Statul român, Consiliul Naţional pentru Combaterea Discriminării

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea manifestament ma għandhiex ġurisdizzjoni biex tirrispondi għad-domandi magħmula mit-Tribunalul Sibiu (Rumanija), b’deċiżjoni tal-20 ta’ Novembru 2014.


(1)  ĠU C 89, 16.03.2015.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/14


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla Awla) tal-14 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal da Relação de Coimbra – il-Portugall) – Sociedade Portuguesa de Autores CRL vs Ministério Público, Carlos Manuel Prata Pereira Sá Meneses, Sandra Carla Ferreira Cardoso, Douros Bar Lda

(Kawża C-151/15) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati f’soċjetà tal-informazzjoni - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 3(1) - Kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku” - Xandir ta’ xogħlijiet f’kafe/restorant permezz ta’ sett tar-radju marbut ma’ speakers))

(2015/C 320/20)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal da Relação de Coimbra

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sociedade Portuguesa de Autores CRL

Konvenuti: Ministério Público, Carlos Manuel Prata Pereira Sá Meneses, Sandra Carla Ferreira Cardoso, Douros Bar Lda

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “komunikazzjoni lill-pubbliku”, fis-sens tal-Artikolu 3(1) Direttiva 2001/29/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jkopri x-xandir, permezz tal-operaturi ta’ kafe/restorant, ta’ xogħlijiet mużikali u ta’ xogħlijiet mużiko-letterarji mxandra permezz ta’ programm tar-radju, permezz ta’ sett tar-radju marbut ma’ speakers u/jew amplifikaturi, lill-klijenti preżenti f’dan l-istabbiliment.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-29 ta’ Ġunju 2015 – Google Ireland Limited u Google Italy Srl vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

(Kawża C-322/15)

(2015/C 320/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Google Ireland Limited u Google Italy Srl

Konvenuta: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

Domanda preliminari

L-Artikolu 56 TFUE jipprekludi l-implementazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 397/13/CONS tal-Autorità di garanzia delle Telecomunicazioni u tad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali relatati magħha kif interpretati mill-istess awtorità, li jimponu “dikjarazzjoni ekonomika sistematika” kumplessa (li għandha neċessarjament tiġi redatta skont ir-regoli tal-kontabbiltà Taljani) relatata mas-servizzi offruti lill-konsumaturi Taljani, bil-għan li tkun protetta l-kompetizzjoni, iżda li huma neċessarjament marbuta mal-funzjonijiet istituzzjonali oħra, differenti u iktar limitati, li l-istess awtorità teżerċita sabiex tipproteġi l-pluraliżmu fis-settur inkwistjoni, peress li l-imsemmi obbligu ta’ dikjarazzjoni jaqa’ fuq operaturi li, madankollu, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali li tirregola dan is-settur (Testo Unico dei Servizi di Media Audiovisivi e Radiofonici), speċifikament, f’dan il-każ, fuq operatur nazzjonali li jipprovdi biss servizzi lil kumpannija rregolata taħt id-dritt Irlandiż li tappartjeni għall-istess grupp u fuq din tal-aħħar, jiġifieri operatur li s-sede tiegħu ma hijiex stabbilita fit-territorju nazzjonali u ma jeżerċita ebda attività li timpjega ħaddiema bis-salarju; fi kliem ieħor, din tikkostitwixxi miżura li tirrestrinġi l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fl-Unjoni Ewropea bi ksur tal-Artikolu 56 tat-Trattat?


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-3 ta’ Lulju 2015 – ENEA SA w Poznaniu vs Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

(Kawża C-329/15)

(2015/C 320/22)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ENEA SA w Poznaniu

Konvenut: Prezes Urzędu Regulacji Energetyki

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 107 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligu ta’ xiri tal-elettriku prodott flimkien mas-sħana permezz tal-koġenerazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 9a(8) tal-Liġi Pollakka tal-10 ta’ April 1997 dwar l-enerġija, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fl-2006, adottata fuq il-bażi tal-Artikolu 1, punt 13, tal-Liġi Pollakka tal-4 ta’ Marzu 2005 li temenda l-Liġi dwar l-enerġija u l-Liġi dwar il-ħarsien tal-ambjent, jikkostitwixxi għajnuna pubblika?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 107 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li kumpannija tal-elettriku, trattata bħala emanazzjoni ta’ Stat Membru li kienet obbligata tissodisfa l-obbligu kklassifikat bħala għajnuna pubblika, tista’ tinvoka ksur tal-imsemmi artikolu quddiem qorti nazzjonali?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel żewġ domandi, l-Artikolu 107 TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 4(3) TUE għandu jiġi interpretat fis-sens li n-nuqqas ta’ konformità tal-obbligu li joħroġ mil-liġi nazzjonali mal-Artikolu 107 TFUE jeskludi l-possibbiltà li tiġi imposta sanzjoni pekunjarja fuq impriża li naqset milli tissodisfa dan l-obbligu?


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Treviso (l-Italja) fis-6 ta’ Lulju 2015 – proċeduri kriminali kontra Giuseppe Astone

(Kawża C-332/15)

(2015/C 320/23)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Treviso

Parti fil-kawża prinċipali

Giuseppe Astone

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1), kif interpretati mill-ġurisprudenza tal-Unjoni ċċitata fil-motivi, jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri li, bħad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar 'il fuq, fis-seħħ fl-Italja (Artikolu 19 tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 633 tas-26 ta’ Ottubru 1972), jeskludu, inkluż fil-qasam kriminali, li l-persuna taxxabbli tista’ teżerċita d-dritt għal tnaqqis jekk hija ma’ ppreżentatx dikjarazzjoni tal-VAT, b’mod partikolari d-dikjarazzjoni dwar it-tieni sena wara dik li fiha d-dritt għal tnaqqis beda?

2)

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28. Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif interpretati mill-ġurisprudenza Komunitarja ċċitata fil-motivi, jipprekludu dispożizzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri li, bħad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar 'il fuq, fis-seħħ fl-Italja (Artikoli 25 u 39 tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 633 tas-26 ta’ Ottubru 1972), jeskludu, inkluż fil-qasam kriminali, li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni, għall-finijiet tat-tnaqqis tal-VAT, fatturi imħallsa li l-persuna taxxabbli bl-ebda mod ma rreġistra?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, ta’ 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il- valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fit-13 ta’ Lulju 2015 – Bietergemeinschaft Technische Gebäudebetreuung GesmbH u Caverion Österreich GmbH

(Kawża C-355/15)

(2015/C 320/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Bietergemeinschaft Technische Gebäudebetreuung GesmbH u Caverion Österreich GmbH

Partijiet oħra fil-proċedura: Universität für Bodenkultur Wien, VAMED Management u Service GmbH & Co KG in Wien

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet] (1), kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (2) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 89/665”), għandu, fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Fastweb (C-100/12) (3), jiġi interpretat fis-sens li offerent li l-offerta tiegħu tkun ġiet definittivament miċħuda mill-awtorità kontraenti u li, b’hekk, ma jkunx offerent ikkonċernat fis-sens tal-Artikolu 2a tad-Direttiva 89/665, jista’ jiġi mċaħħad mill-possibbiltà ta’ rimedju kontra d-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt (deċiżjoni dwar il-konklużjoni ta’ ftehim qafas) u kontra l-konklużjoni tal-kuntratt (inkluż għall-għoti tad-danni rikjesti skont l-Artikolu 2(7) tad-Direttiva), anki meta jkunu biss żewġ offerenti li ressqu offerti u l-offerta tal-offerent li lilu ngħata l-kuntratt kellha, skont l-offerent mhux ikkonċernat, tiġi wkoll miċħuda?

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda 1:

2)

L-Artikolu 1(3) tad-Direttiva 89/665 għandu, fid-dawl tal-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tagħha Fastweb (C-100/12, EU:C:2013:448), jiġi interpretat fis-sens li l-offerent mhux ikkonċernat (fis-sens tal-Artikolu 2a tad-Direttiva) għandu jingħata aċċess għal rimedju biss

a)

jekk jirriżulta b’mod ċar mill-proċess tal-proċedura ta’ reviżjoni li r-regolarità tal-offerta tal-offerent li lilu ngħata l-kuntratt ma hijiex ikkostitwita?

b)

jekk huwa għal raġunijiet ta’ natura identika li r-regolarità tal-offerta tal-offerent li lilu ngħata l-kuntratt ma hijiex ikkostitwita?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246.

(2)  ĠU L 335, p. 31.

(3)  ECLI:EU:C:2013:448.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Itzehoe (il-Ġermanja) fit-23 ta’ Lulju 2015 – Raiffeisen Privatbank Liechtenstein AG vs Gerhild Lukath

(Kawża C-397/15)

(2015/C 320/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Itzehoe

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Raiffeisen Privatbank Liechtenstein AG

Konvenuta: Gerhild Lukath

Partijiet oħra fil-proċedura: Rüdiger Boy, Boy Finanzberatung GmbH, Christian Maibaum, Vienna-Life Lebensversicherungs AG, Frank Weber

Domandi preliminari

1)

Kuntratt bejn bank u konsumatur rigward l-għoti ta’ kreditu li huwa marbut ma’ kuntratt ta’ sottoskrizzjoni ta’ assigurazzjoni għall-ħajja u ma’ kuntratt ta’ konsulenza u ta’ intermedjarju għall-investiment ta’ kapital, kapital li jiggarantixxi huwa stess il-kreditu, għandu jitqies li huwa kuntratt għall-provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma, tad-19 ta’ Ġunju 1980, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (1)?

2)

L-Artikolu 5(2) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma japplika wkoll għal sitwazzjonijiet fejn ir-reklamar u/jew il-kuntatt isiru f’pajjiż li fih il-konsumatur għandu r-residenza prinċipali tiegħu, minkejja li jiffirma l-kuntratti fil-post tar-residenza sekondarja tiegħu, meta l-parti kontraenti tal-konsumatur jew ir-rappreżentant tiegħu jkun irċieva l-ordni tal-konsumatur fl-Istat tar-residenza prinċipali ta’ dan tal-aħħar?


(1)  ĠU L 266, p. 1.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Lulju 2015 – proċeduri kriminali kontra Pál Aranyosi

(Kawża C-404/15)

(2015/C 320/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hanseatisches Oberlandesgericht in Bremen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Pál Aranyosi

Parti oħra: Generalstaatsanwaltschaft Bremen

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1(3) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li estradizzjoni għall-finijiet ta’ prosekuzzjoni kriminali ma hijiex ammissibbli jekk jeżistu indizji serji li l-kundizzjonijiet tad-detenzjoni fl-Istat Membru emittenti jiksru d-drittijiet fundamentali tal-persuna kkonċernata u l-prinċipji ġenerali tad-dritt stabbiliti fl-Artikolu 6 TUE jew għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’dawn il-każijiet, l-Istat ta’ eżekuzzjoni jista’ jew għandu jissuġġetta d-deċiżjoni tiegħu dwar il-legalità ta’ estradizzjoni għall-kundizzjoni li jiġi ggarantit li l-kundizzjonijiet tad-detenzjoni jkunu osservati? L-Istat ta’ eżekuzzjoni jista’ jew għandu jifformula, f’dan ir-rigward, rekwiżiti minimi konkreti applikabbli għall-kundizzjonijiet tad-detenzjoni li għandhom jiġu ggarantiti?

2)

L-Artikoli 5 u 6(1) tad-Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-awtoritajiet ġudizzjarji emittenti jistgħu wkoll jagħtu garanziji rigward l-osservanza tal-kundizzjonijiet tad-detenzjoni jew inkella assigurazzjonijiet f’dan ir-rigward jibqgħu suġġetti għar-regoli nazzjonali ta’ kompetenza tal-Istat Membru emittenti?


(1)  ĠU L 190, p. 1.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/19


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2015 minn Timab Industries, Cie financière et de participations Roullier (CFPR) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fl-20 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-456/10, Timab Industries u CFPR vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-411/15 P)

(2015/C 320/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Timab Industries, Cie financière et de participations Roullier (CFPR) (rappreżentant: N. Lenoir, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali, tal-20 ta’ Mejju 2015, mogħtija fil-Kawża T-456/10;

tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tnaqqas b’mod xieraq l-ammont tal-multa;

b’mod inċidentali, tikkonstata li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt għal smigħ xieraq minħabba t-tul irraġonevoli tal-proċedura ġudizzjarja;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw ħames motivi ta’ annullament.

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali kisret ir-regoli relatati mal-oneru tal-prova u kisret id-drittijiet tad-difiża billi kkunsidrat li kien l-obbligu tar-rikorrenti li jippruvaw, matul il-proċedura ta’ tranżazzjoni, in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tagħhom fl-akkordju qabel l-1993.

Fit-tieni lok, huma jikkritikaw lill-Qorti Ġenerali tali kisret id-dritt li wieħed ma jinkriminax lilu nnifsu kif ukoll id-drittijiet tad-difiża. Il-Qorti Ġenerali kisret is-setgħa tal-ġurisdizzjoni sħiħa tagħha billi ma kkontrollatx l-obbligu probatorju tal-Kummissjoni inkwantu għall-klassifikazzjoni tal-allegati “ammissjonijiet” tar-rikorrenti, liema kellu influwenza kunsiderevoli fuq l-istabbiliment tal-ammont tal-multa.

Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali kisret il-portata tas-setgħa tagħha tal-ġurisdizzjoni sħiħa billi kkunsidrat bħala “elementi ġodda” ir-rikonoxximent mill-Kummissjoni, wara l-irtirar tar-rikorrenti mill-proċedura ta’ tranżazzjoni, tan-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tagħhom fl-akkordju bejn l-1978 u l-1992 biex jiġġustifikaw id-deċiżjoni ta’ multa miżjuda għal ksur ta’ tul imnaqqas b’mod sinjifikattiv ferm.

Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali kisret is-setgħa ta’ ġurisdizzjoni sħiħa tagħha, li vvizzjat is-sentenza tagħha minn kontradizzjoni ta’ motivi, twettqu żbalji ta’ dritt fl-applikazzjoni tal-proċedura ta’ tranżazzjoni u nkisru l-prinċipji ta’ aspettativi leġittimi u ta’ ugwaljanza fit-trattament billi approvat is-soppressjoni kważi integrali tat-tnaqqis għall-koperazzjoni mogħtija matul il-proċedura ta’ tranżazzjoni, li r-rikorrenti ma setgħux raġonevolment jantiċipaw f’tali proporzjonijiet.

Fl-aħħar lok, l-appellanti jilmentaw lill-Qorti Ġenerali li kisret is-setgħa ta’ ġurisdizzjoni sħiħa tagħha u kisret il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ individwalizzazzjoni tal-piena.

B’mod inċidentali, l-appellanti jitolbu fl-aħħar nett lill-Qorti tal-Ġustizzja li tikkonstata li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt għal smigħ xieraq, bi ksur tal-Artikolu 47(2) tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6(1) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-drittijiet tal-bniedem, minħabba t-tul irraġonevoli tal-proċedura.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-27 ta’ Lulju 2015 – Elaine Farrell vs Alan Whitty, The Minister for the Environment, Ireland u the Attorney General, Motor Insurers Bureau of Ireland (MIBI)

(Kawża C-413/15)

(2015/C 320/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elaine Farrell

Konvenuti: Alan Whitty, The Minister for the Environment, Ireland u the Attorney General, Motor Insurers Bureau of Ireland (MIBI)

Domandi preliminari

1)

Il-kriterju stabbilit fil-punt 20 tas-sentenza Foster et, C-188/89, EU:C:1990:313, dwar il-kwistjoni ta’ x’inhi emanazzjoni ta’ Stat Membru, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-elementi ta’ dan il-kriterju għandhom jiġu applikati

a)

b’mod kumulattiv, jew

b)

separatament?

2)

Sa fejn elementi differenti msemmija fis-sentenza Foster et, C-188/89, EU:C:1990:313 jistgħu wkoll jiġu kkunsidrati bħala fatturi li għandhom debitament jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest ta’ evalwazzjoni globali, jeżisti prinċipju fundamentali li jservi ta’ bażi għad-diversi fatturi identifikati f’dik is-sentenza li qorti għandha tapplika hi u teżamina l-kwistjoni ta’ jekk organu partikolari huwiex emanazzjoni tal-Istat?

3)

Huwa biżżejjed li, bl-għan manifest li jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt id-dritt tal-Unjoni, Stat Membru jkun ittrasferixxa parti kbira tar-responsabbiltà lil organu sabiex dan l-organu jkun emanazzjoni tal-Istat Membru, jew huwa barra minn hekk neċessarju li tali organu (a) ikollu wkoll setgħat speċjali jew (b) jopera wkoll taħt il-kontroll dirett jew is-superviżjoni diretta tal-Istat Membru?


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesarbeitsgericht (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Lulju 2015 – Nils-Johannes Kratzer vs R+V Allgemeine Versicherung AG

(Kawża C-423/15)

(2015/C 320/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Nils-Johannes Kratzer

Konvenuta: R+V Allgemeine Versicherung AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol (1) u l-Artikolu 14(1)(a) tad-Direttiva 2006/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju ta’ opportunitajiet indaqs u ta’ trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ impjiegi u xogħol (tfassil mill-ġdid) (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna tfittex “aċċess għall-impjieg jew xogħol”, meta kif jirriżulta mill-applikazzjoni tagħha, mhux qed tfittex reklutaġġ u impjieg, iżda sempliċement status bħala applikant, sabiex tkun tista’ tressaq talba għal kumpens?

2)

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda:

Tista’ sitwazzjoni, li fiha l-istatus bħala applikant inkiseb mhux għal għanijiet ta’ reklutaġġ u ta’ impijeg, iżda bl-għan li ssir talba għal kumpens, titqies bħala abbuż ta’ dritt skont id-dritt tal-Unjoni?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 79.

(2)  ĠU L 204, p. 23.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fl-4 ta’ Awwissu 2015 – Child and Family Agency (CAFA) vs J. D.

(Kawża C-428/15)

(2015/C 320/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Child and Family Agency (CAFA)

Konvenut: J. D.

Parti l-oħra: R.P.D

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nruo2201/2003 (1) għandu japplika fil-każ ta’ rikors fil-qasam tal-protezzjoni tal-minuri ibbażat fuq id-dritt pubbliku, ippreżentat minn awtorità lokali ta’ Stat Membru, meta, jekk qorti ta’ Stat Membru ieħor tiddikjara li għandha ġurisdizzjoni, ikun hemm bżonn li istituzzjoni oħra tibda proċeduri separati abbażi ta’ leġiżlazzjoni differenti u possibbilment jekk mhux probbabbilment, skont ċirkustanzi fattwali differenti?

2)

Jekk jirriżulta li dan huwa l-każ, il-qorti sa fejn għandha tevalwa l-impatt li x’aktarx ikollha talba bbażata fuq l-Artikolu 15, jekk hija tintlaqa’, fuq id-dritt tal-moviment liberu tal-persuni kkonċernati?

3)

Fil-każ li “fl-aħjar interessi” għall-minuri inkwistjoni fl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nruo2201/2003 tirrigwarda biss id-deċiżjoni dwar il-forum, liema huma l-elementi li qorti tista’ tieħu inkunsiderazzjoni meta tirreferi għal din l-espressjoni u li hija għadha ma eżaminatx meta kienet qiegħda tara jekk qorti oħra kinitx tinsab “f’pożizzjoni aħjar” biex tisma’ l-każ?

4)

Tista’ qorti, għall-finijiet tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament (KE) Nruo2201/2003, tieħu inkunsiderazzjoni l-liġi sostanzjali, ir-regoli proċedurali jew il-prassi tal-qrati tal-Istat Membru rilevanti?

5)

Sa fejn qorti nazzjonali, meta tikkunsidra l-Artikolu 15 tar-Regolament (KE) Nruo2201/2003, għandha tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, inkluż ix-xewqa ta’ omm li taħrab mis-servizzi soċjali tal-Istat ta’ oriġini tagħha billi tmur, sabiex twelled it-tifel tagħha, f’pajjiż ieħor li fil-fehma tagħha s-sistema ta’ servizzi soċjali hija iktar favorevoli?

6)

Eżattament liema huma l-punti li qorti nazzjonali għandha teżamina sabiex tistabbilixxi liema qorti tinsab f“pożizzjoni aħjar” biex tiddeċiedi l-każ?


(1)  Regolament (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243)


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (l-Irlanda) fil-5 ta’ Awwissu 2015 – Evelyn Danqua vs The Minister for Justice and Equality Ireland u the Attorney General

(Kawża C-429/15)

(2015/C 320/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Evelyn Danqua

Konvenuti: The Minister for Justice and Equality, Ireland u the Attorney General

Parti oħra: The Refugee Legal Services

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-prinċipju ta’ ekwivalenza, applikazzjoni għal ażil, irregolata minn leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrifletti l-obbligi tal-Istat Membru skont [id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija], tista’ titqies bħala punt ta’ paragun xieraq ma’ applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, għandu jitqies f’dan ir-rigward il-fatt li t-terminu li fih għandhom jiġu ppreżentati l-applikazzjonijiet għal protezzjoni sussidjarja jservi l-għan importanti li jiġi żgurat li l-applikazzjonijiet għal protezzjoni internazzjonali jkunu ttrattati f’terminu raġonevoli?


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fil-5 ta’ Awissu – Secretary of State for Work and Pensions vs Tolley (deċeduta, li qegħda taġixxi permezz tar-rappreżentant personali tagħha)

(Kawża C-430/15)

(2015/C 320/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Secretary of State for Work and Pensions

Konvenut: Tolley (deċeduta, li qegħda taġixxi permezz tar-rappreżentant personali tagħha)

Domandi preliminari

1)

L-element tad-dipendenza tad-Disability Living Allowance tar-Renju Unit huwa kklassifikat b’mod xieraq bħala invalidità pjuttost milli bħala benefiċċju tal-mard fi flus kontanti għall-finijiet tar-Regolament Nru 1408/71 (1)?

2)

(i)

Persuna li ma tibqax intitolata għad-Disability Living Allowance tar-Renju Unit taħt id-dritt nazzjonali ta’ dan tal-aħħar, peress li tkun marret toqgħod fi Stat Membru ieħor, u li tkun temmet kull attività professjonali qabel din iċ-ċaqlieqa, iżda li tibqa’ koperta bl-assigurazzjoni għax-xjuħija tas-sistema ta’ sigurtà soċjali tar-Renju Unit, tibqa’ suġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit għall-finijiet tal-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament Nru 1408/71?

(ii)

Din il-persuna, fi kwalunkwe każ, tibqa’ suġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit fid-dawl tal-punt 19(c) tal-Anness IV tar-Renju Unit għar-Regolament Nru 1408/71?

(iii)

Jekk din il-persuna ma baqgħetx suġġetta għal-leġiżlazzjoni tar-Renju Unit skont l-Artikolu 13(2)(f) tar-Regolament Nru 1408/71, ir-Renju Unit huwa obbligat jew sempliċiment awtorizzat, permezz tal-punt 20 tal-Anness VI ta’ dan ir-regolament, japplikalha d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dan ir-regolament?

3)

(i)

Id-definizzjoni wiesgħa ta’ persuna impjegata fis-sentenza Dodl u Oberhollenzer (EU:C:2005:364) tapplika, għall-finijiet tal-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament Nru 1408/71, fejn il-persuna tkun temmet kull attività professjonali qabel ma ċċaqilqet lejn Stat Membru ieħor, minkejja d-distinzjoni magħmula fil-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dan ir-regolament bejn, fuq naħa waħda, il-persuni impjegati u l-persuni li jaħdmu għal rashom u, min-naħa l-oħra, persuni qiegħda?

(ii)

Jekk tapplika din id-definizzjoni, din il-persuna hija intitolata li titrasferixxi l-benefiċċju permezz tal-Artikolu 19 jew l-Artikolu 22 tar-Regolament Nru 1408/71? L-Artikolu 22(1)(b) jista’ jipprevjeni li d-dritt tal-applikant li jkun intitolat għall-element tad-dipendenza tad-Disability Living Allowance jintgħeleb mir-rekwiżit ta’ residenza impost mil-leġiżlazzjoni nazzjonali meta jkun hemm trasferiment ta’ residenza minn Stat Membru għall-ieħor?


(1)  Regolament (KEE) Nru 1408/71 tal-Kunsill, tal-14 ta' Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/24


Digriet tal-President tal-Ewwel Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Eparchiako Dikastirio Lefkosias – Ċipru) – Bogdan Chain vs Atlanco LTD

(Kawża C-189/14) (1)

(2015/C 320/33)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 202, 30.6.2014.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/25


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-244/14) (1)

(2015/C 320/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/25


Digriet tal-President tat-Tielet Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove – is-Slovakkja) – CD Consulting s. r. o. vs Anna Pančurová, Róbert Demeter, Kristína Pužová, Katarína Harakľová, Roman Novák, Marcela Grundzová, Milan Pulko, Peter Chomča, Jarmila Lešková, Katarína Malarová, Jana Belajová, Tatiana Kučkovská, Marián Demeter, Helena Chomčová, Marcela Troščáková, Nataša Virágová, Kvetuša Hudáková, Peter Grundza, Dávid Renner, Zdenko Ričalka, Jarmila Kurejová, Mária Maxinová

(Kawża C-328/14) (1)

(2015/C 320/35)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/25


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ April 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-329/14) (1)

(2015/C 320/36)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 292, 1.9.2014.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/25


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Eparchiako Dikastirio Larnakas – Ċipru) – Proċeduri kriminali kontra Masoud Mehrabipari

(Kawża C-390/14) (1)

(2015/C 320/37)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 372, 20.10.2014.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/26


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-28 ta’ April 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverwaltungsgericht – il-Ġermanja) – Seusen Sume vs Landkreis Stade, fil-preżenza ta’: Der Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

(Kawża C-445/14) (1)

(2015/C 320/38)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 439, 8.12.2014.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/26


Digriet tal-President tat-Tielet Awla tas-17 ta’ Lulju 2015 – L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) vs Unibail Management

(Kawżi Magħquda C-512/14 P u C-513/14 P) (1)

(2015/C 320/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 138, 27.04.2015.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/26


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-3 ta’ Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Finlandja

(Kawża C-538/14) (1)

(2015/C 320/40)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 34, 2.2.2015.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/26


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta’ Mejju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari – l-Italja) – Cav. Giacomo Bolasco di Gianni Bolasco Sas vs Comune di Monastir, Equitalia centro SpA

(Kawża C-37/15) (1)

(2015/C 320/41)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


Il-Qorti Ġenerali

28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – PAN Europe u Stichting Natuur en Milieu vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-574/12) (1)

([“Ambjent - Regolament (KE) Nru 149/2008 - Limiti massimi applikabbli għar-residwi ta’ pestiċidji - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Talba għal eżami intern mill-ġdid - Tmiem ta’ interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])

(2015/C 320/42)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (Brussell, il-Belġju), u Stichting Natuur en Milieu (Utrecht, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: F. Martens, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Burggraaf, P. Ondrůšek u G. von Rintelen, sussegwentement minn B. Burggraaf, G. von Rintelen u P. Oliver u finalment minn G. von Rintelen, H. Kranenborg u L. Pignataro-Nolin, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni, tas-16 ta’ Ottubru 2012, li biha l-Kummissjoni tiċħad bħala infondati t-talbiet għall-eżami intern mill-ġdid mir-rikorrenti tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 149/2008, tad-29 ta’ Jannar 2008, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 396/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabblixxi l-Annessi II, III u IV li jistipulaw il-livelli massimi ta’ residwi għall-prodotti koperti mill-Anness I tiegħu (ĠU L 58, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) u Stichting Natuur en Milieu għandhom ibati l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 55, 23.02.2013.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2015 – Pro Asyl vs EASO

(Kawża T-617/14) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Pjan ta’ Operazzjoni sabiex jintbagħat tim ta’ appoġġ ‘ażil’ fit-territorju tal-Bulgarija - Rifjut ta’ aċċess - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għal annullament - Reġistru elettroniku ta’ dokumenti - Inammissibbiltà parzjali manifesta”))

(2015/C 320/43)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Pro Asyl Bundesweite Arbeitsgemeinschaft für Flüchtlinge eV (Frankfurt-am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Hilbrans, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO) (rappreżentanti: L. Cerdán Ortiz-Quintana, aġent, assistit minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament tal-ittra – EASO/ED/2014/134 tal-EASO, tal-10 ta’ Ġunju 2014.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors sa fejn jitlob l-annullament tal-EASO/ED/2014/134 tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Appoġġ fil-qasam tal-Asil (EASO), tal-10 ta’ Ġunju 2014, li tirrifjuta l-aċċess għall-Pjan ta’ Operazzjoni sabiex jintbagħat tim ta’ appoġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Bulgarija.

2)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli għall-kumplament.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Lulju 2015 – European Children’s Fashion Association u Instituto de Economía Pública vs Il-Kummissjoni u EACEA

(Kawża T-724/14) (1)

([“Rikors għal annullament - Klawżola ta’ arbitraġġ - Programm ta’ azzjoni ‘Lifelong Learning (2007-2013)’ - Proġett ‘Brand & Merchandising manager for SMEs in the childrens’ product sector’ - Ittra ta’ informazzjoni minn qabel - Nota ta’ debitu - Identifikazzjoni tal-konvenut - Inammissibbiltà parzjali”])

(2015/C 320/44)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: European Children’s Fashion Association (Valenzja, Spanja); u Instituto de Economía Pública, SL (Valenzja) (rappreżentant: A. Haegeman, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u S. Lejeune, aġenti); u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) (rappreżentanti: H. Monet u A. Jaume, aġenti)

Suġġett

Prinċiparjament, talba bbażata fuq l-Artikolu 272 TFUE, intiża li tiġi ddikkjarata inammissibbli t-talba tal-EACEA għar-rimbors tas-sussidji mogħtija lill-ewwel rikorrenti skont il-konvenzjoni konkluża għat-twettiq tal-proġett “Brand & Merchandising manager for SMEs in the children’s product sector” u, sussidjarjament, talba intiża għall-annullament, minn naħa, tal-ittra ta’ informazzjoni minn qabel tal-EACEA tal-1 ta’ Awissu 2014 li tinforma lill-ewwel rikorrenti li hija kellha tirrimborsa s-somma ta’ EUR 82  378,81 wara l-awditu dwar l-imsemmi proġett u, min-naħa l-oħra, tan-nota ta’ debitu Nru 3241401420, maħruġa mill-EACEA fil-5 ta’ Awissu 2014, għall-finijiet tar-rimbors tal-imsemmija somma.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli sa fejn huwa dirett kontra l-Kummissjoni Ewropea.

2)

Il-European Children’s Fashion Association u l-Instituto de Economía Pública, SL huma kkundannati għall-ispejjeż relatati mal-istanza.


(1)  ĠU C 7, 12.1.2015.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2015 – CGI Luxembourg u Intrasoft International vs Il-Parlament

(Kawża T-769/14) (1)

((“Rikors għal annullament u għad-danni - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Żvilupp u żamma ta’ sistemi ta’ produzzjoni tal-informazzjoni - Klassifikazzjoni ta’ offerent fil-proċedura kaskata - Annullament tad-deċiżjonijiet ikkontestati - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 320/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: CGI Luxembourg SA (Bertrange, il-Lussemburgu); u Intrasoft International SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: B. Simon u L. Darie, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Parlament li jikklassifika l-offerta tar-rikorrenti fit-tieni pożizzjoni għall-għoti tal-kuntratt kaskata dwar il-Lott Nru 3 “Żvilupp u żamma tas-sistemi ta’ produzzjoni tal-informazzjoni”, fil-proċedura miftuħa ta’ sejħa għal offerti PE/ITEC/ITS14, “Provvista esterna ta’ servizzi tat-TI”, u li jagħti l-ewwel kuntratt kaskata f’din il-proċedura ta’ sejħa għal offerti lil konsorzju ieħor u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha, inklużi dawk esposti fil-kuntest tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 46, 09.02.2015.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/30


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill

(Kawża T-207/15 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran bil-għan li tiġi evitata l-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2015/C 320/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: National Iranian Tanker Company (Teran, l-Iran) (rappreżentanti: T. de la Mare, QC, M. Lester, J. Pobjoy, barristers, R. Chandrasekera, S. Ashley u C. Murphy, solicitors)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Rouam u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/236, tat-12 ta’ Frar 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 39, p. 18), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/230, tat-12 ta’ Frar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 39, p. 3), sa fejn dawn l-atti jikkonċernaw lir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2015 – Banimmo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-293/15) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Irtirar tal-att ikkontestat - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 320/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Banimmo SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: V. Ost u M. Vanderstraeten, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude u J. Estrada de Solà, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-9 ta’ April 2015 li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-offerta li Banimmo kienet ippreżentat wara avviż ta’ tfittxija ta’ proprjetà immobbli sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet tal-Kummissjoni għal spazji għal uffiċċji fi Brussell (ĠU 2014/S 130-231896)

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba ta’ Banimmo SA intiża sabiex tingħata deċiżjoni dwar il-kawża skont proċedura mħaffa.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti minn Banimmo, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 236, 20.7.2015.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/31


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2015 – GSA u SGI vs Il-Parlament

(Kawża T-321/15 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi ta’ servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Sigurtà kontra n-nirien, assisstenza lill-persuni u ta’ sorveljanza esterna fuq is-sit tal-Parlament Ewropew fi Brussell - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2015/C 320/48)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gruppo Servizi Associati SpA (GSA) (Rome, l-Italja); u Security Guardian’s Institute (SGI) (Louvain-la-Neuve, il-Belġju) (rappreżentanti: E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: P. López-Carceller u B. Simon, aġenti)

Suġġett

Talba, minn naħa waħda, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tat-12 ta’ Ġunju 2015 li permezz tagħha l-Parlament iddikjara li l-offerta li r-rikorrenti ssottomettew għall-għoti tal-kuntratt EP/DGSAFE/UIB/SER/2014-014 dwar is-servizzi ta’ sigurtà kontra n-nirien, ta’ assisstenza lill-persuni u ta’ sorveljanza esterna fuq is-sit tal-Parlament Ewropew fi Brussell, ma kinitx konformi u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li dan il-kuntratt jingħata lill-kumpannija Securitas.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tal-25 ta’ Ġunju 2015 mogħti fil-Kawża T-321/15 R huwa annullat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/32


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 – Esso Raffinage vs ECHA

(Kawża T-283/15)

(2015/C 320/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Esso Raffinage (Courbevoie, Franza) (rappreżentant: M. Navin-Jones, Solicitor)

Konvenut: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;

tannulla d-deċiżjoni tal-1 ta’ April 2015 adottata mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“ECHA”) fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (“REACH”), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006, L 396, p. 1), li tikkonsisti f’ittra intitolata “Dikjarazzjoni ta’ Nuqqas ta’ Konformità insegwitu għal deċiżjoni ta’ valutazzjoni tad-dossier taħt ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“SONC”) u l-allegati tagħha (numru ta’ referenza CCH-C-0000005770-74-01/F);

tordna li l-kawża tintbagħat lura lid-Direttur Eżekuttiv tal-ECHA bl-indikazzjoni li kull deċiżjoni ġdida tal-ECHA tieħu inkunsiderazzjoni r-raġunijiet għall-annullament mogħtija fis-sentenza tal-Qorti Ġenerali u kull informazzjoni rilevanti oħra aġġornata;

tikkundanna lill-ECHA għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fir-rigward ta’ dawn il-proċeduri; u

tieħu miżuri oħra jew miżuri ulterjuri hekk kif ikun meħtieġ.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka numru ta’ motivi, fosthom:

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq att ultra vires, ksur tal-bilanċ istituzzjonali eċċ.

Ir-rikorrenti tinvoka li l-ECHA ma għandha l-ebda awtorità jew bażi legali sabiex tistabbilixxi, tikkompila, tadotta u/jew tibgħat l-hekk imsejħa Dikjarazzjonijiet ta’ Nuqqas ta’ Konformità u li peress li kkompilat, adottat u bagħtet SONC f’dan il-każ, l-ECHA (1) aġixxiet barra mil-limitu tas-setgħa diskrezzjonali tagħha u/jew tas-setgħa eżekuttiva tagħha (att ultra vires); (2) aġixxiet bi ksur tal-prinċipju legali u tar-rekwiżit ta’ bilanċ istituzzjonali tas-setgħa; (3) aġixxiet bi ksur tal-prinċipju legali u tar-rekwiżit ta’ amministrazzjoni tajba; (4) aġixxiet bi ksur tal-prinċipju legali ta’ tmexxija pubblika tajba; u/jew (5) aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat, sussidjarjament, fuq ksur tal-Artikolu 42 REACH.

Ir-rikorrenti ssostni li sa fejn l-ECHA tista’ tistrieħ fuq l-Artikolu 42(1) REACH bħala awtorità legali u/jew il-bażi legali tad-deċiżjoni kkontestata, l-Artikolu 42(1) REACH ma jipprovdi lill-ECHA l-ebda awtorità legali jew bażi għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata u li billi adottat id-deċiżjoni kkontestata l-ECHA aġixxiet bi ksur tal-Artikolu 42(1) REACH. Ir-rikorrenti ssostni li, f’dan il-każ, l-ECHA ma adottatx id-deċiżjoni xierqa kif meħtieġ mill-Artikolu 42(1) REACH. Ir-rikorrenti ssostni li l-ECHA b’mod konsistenti interpretat l-Artikolu 42(1) REACH bħala li ma jawtorizzax il-ħruġ ta’ Dikjarazzjoni ta’ Nuqqas ta’ Konformità.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata bi ksur tal-prinċipji legali tal-UE tad-dritt għal smigħ, tad-dritt għal risposta u għal replika, tad-dritt għal difiża, tad-dritt ta’ notifika u tad-dritt għal amministrazzjoni tajba. Ir-rikorrenti ssostni li bħala konsegwenza diretta tal-ksur ta’ dawn id-drittijiet proċedurali u ta’ proċess, id-deċiżjoni kkontestata hija annullata u bla effett. Jiġifieri: l-ECHA ma aġixxietx bi ksur tad-drittijiet proċedurali u tal-proċess tar-rikorrenti, peress li r-rikorrenti ssostni li l-eżitu tal-proċess u tal-proċedura kien ikun materjalment differenti.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata kienet inkonsistenti mal-prinċipju legali tal-UE ta’ proporzjonalità’, u bi ksur ta’ dan il-prinċipju. Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex xierqa jew meħtieġa, ma kinitx tikkostitwixxi l-miżura l-inqas oneruża u li l-iżvantaġġi kkawżati kienu sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq żball fl-interpretazzjoni tar-rekwiżiti ta’ data taħt REACH.

Ir-rikorrenti ssostni li l-ECHA wettqet żball fl-interpretazzjoni tar-rekwiżiti ta’ informazzjoni dwar it-Taqsima 8.7.2. tal-Anness X, peress li ma hemm fil-fatt ebda rekwiżit de facto biex jitwettaq studju dwar it-tossiċità fl-iżvilupp ta’ speċi oħra. Għalhekk ir-rikorrenti ssostni li l-ECHA, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, aġixxiet mingħajr bażi legali u barra mil-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tagħha.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/33


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2015 – Hernández Zamora vs UASI – Rosen Tantau (Paloma)

(Kawża T-369/15)

(2015/C 320/50)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hernández Zamora, SA (Murcia, Spanja) (rappreżentant: J. L. Rivas Zurdo, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Rosen Tantau KG (Uetersen, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “Paloma” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 638 971

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ April 2015, fil-Każ R 1697/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-parti jew lill-partijiet li jopponu dan ir-rikors għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/34


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Lulju 2015 – Jordi Nogues vs UASI – Grupo Osborne (BADTORO)

(Kawża T-386/15)

(2015/C 320/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Jordi Nogues, SL (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: M. Sanmartín Sanmartín u E. López Parés, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grupo Osborne, SA (El Puerto de Santa María, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “BADTORO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 975 027

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17/04/2015 fil-Każ R 2570/2013-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ April 2015 fil-Każ R 2570/2013-2;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u għal dawk tar-rikorrent.

Motiv(i) invokat(i)

Ksur tal-Artikoli 75, 76 u 83 tar-Regolament Nru 207/2009, moqrija flimkien mal-Artikoli 65(6), 96, 106(4) u (6), u 135 tal-imsemmi regolament, kif ukoll mar-Regola 20(7) tar-Regolament Nru 2868/95;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/35


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2015 – Pinto Eliseu Baptista Lopes Canhoto vs UASI – University College London (CITRUS SATURDAY)

(Kawża T-400/15)

(2015/C 320/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ana Isabel Pinto Eliseu Baptista Lopes Canhoto (Algés, il-Portugall) (rappreżentant: A. Pita Negrão, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: University College London (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “CITRUS SATURDAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 789 195

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ April 2015 fil-Każ R 2109/2014-2

Talbiet

tilqa’ r-rikors bħala ammissibbli

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tibgħat lura l-każ quddiem id-diviżjoni tal-oppożizzjoni tal-UASI sabiex ikompli jinstema’ l-każ.

Motivi invokati

Ksur tar-regoli dwar it-trade mark Komunitarja;

Ksur tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/36


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2015 – Globo Comunicação e Participações vs UASI (ħsejjes “PLIM PLIM”)

(Kawża T-408/15)

(2015/C 320/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Globo Comunicação e Participações S.A. (Rio de Janeiro, il-Brażil) (rappreżentant: E. Gaspar, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja sonora “PLIM PLIM” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 826 368

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 2945/2014-5

Talbiet

tikkonstata li t-trade mark Komunitarja Nru 12 826 368 hija valida biex tirreferi għall-klassijiet 9, 38 u 41;

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din ċaħdet l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Komunitarja;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/37


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2015 – Monster Energy vs UASI – Mad Catz Interactive (MAD CATZ)

(Kawża T-429/15)

(2015/C 320/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mad Catz Interactive, Inc. (San Diego, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “MAD CATZ” – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 390 846

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 2176/2014-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tat-23 ta’ Ġunju 2014 fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni B 2 182 312;

tiċħad it-trade mark li għaliha saret l-oppożizzjoni għall-prodotti kollha fil-klassi 25;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż rispettivi tiegħu u għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/38


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2015 – Flowil International Lighting vs UASI – Lorimod Prod Com (Silvania Food)

(Kawża T-430/15)

(2015/C 320/55)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Flowil International Lighting (Holding) BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J. Güell Serra, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SC Lorimod Prod Com, Srl (Simleul Silvaniei, ir-Rumanija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Silvania Food” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 042 082

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-8 ta’ Mejju 2015, fil-Każ R 616/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/39


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2015 – Fruit of the Loom vs UASI – Takko (FRUIT)

(Kawża T-431/15)

(2015/C 320/56)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fruit of the Loom, Inc. (Bowling Green, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, u V. Marsland, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Takko Holding GmbH (Telgte, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “FRUIT” – Trade mark Komunitarja Nru 5 077 508

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Mejju 2015, fil-Każ R 1641/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra jbatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 51(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/39


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2015 – Inditex vs UASI – Ffauf (ZARA)

(Kawża T-432/15)

(2015/C 320/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Industria de Diseño Textil, SA (Inditex) (Arteixo, Spanja) (rappreżentanti: G. Macias Bonilla, P. López Ronda, G. Marín Raigal, E. Armero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ffauf SA (Il-Lussemburgu, Lussemburgu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark inkwistjoni: ir-rikorrenti

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark Komunitarja verbali “ZARA” – Trade mark Komunitarja Nru 732 958

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 867/2014-2

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, fir-rigward b’mod partikolari tar-revoka tat-trade mark Komunitarja Nru 732958 “ZARA” għall-prodotti kkontestati fil-klassijiet 29, 30, 31, 32 u 33;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni u t-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 42(2), 51(1)(a), 52(2) u 85(2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tar-Regoli 22(3) u 22(4) tar-Regolament Nru 2868/95.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/40


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2015 – Bank Saderat vs Il-Kunsill

(Kawża T-433/15)

(2015/C 320/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bank Saderat (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: S. Jeffrey, S. Ashley u A. Irvine, solicitors, u M E. Demetriou u R. Blakeley, barristers)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tikkundanna lill-Kunsill sabiex iħallsu s-somom segwenti:

EUR 8 8 9 06  191 għad-dannu materjali mġarrab sad-data ta’ dan ir-rikors;

EUR 8 7 13  285 għall-interessi fuq l-ammont imsemmi fl-ewwel inċiż iktar 'il fuq, flimkien mal-interessi ta’ kuljum li jammontaw għal EUR 10  377 sad-data tas-sentenza, sussidjarjament għar-rata prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew + 2 % kull sena sad-data tas-sentenza, iktar sussidjarjament għar-rata u għall-perijodu li tqis xierqa l-Qorti Ġenerali;

ir-rata ta’ kuljum ta’ EUR 54  716 għad-dannu materjali mid-data ta’ dan ir-rikors sat-tmiem tal-perijodu għat-talbiet;

l-interessi fuq l-ammont totali kkalkolat konformement mat-tielet inċiż iktar 'il fuq bir-rata ta’ 4,2601 % kull sena sad-data tas-sentenza, sussidjarjament għar-rata prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew + 2 % kull sena sad-data tas-sentenza, iktar sussidjarjament għar-rata u għall-perijodu li tqis xierqa l-Qorti Ġenerali;

EUR 3 2 9 64  320 għad-dannu materjali mid-data tat-tmiem tal-perijodu għat-talbiet;

EUR 1 0 00  000 għad-dannu morali;

l-interessi wara s-sentenza fuq l-ammonti msemmija fis-sitt inċiżi iktar 'il fuq, bir-rata ta’ 4,2601 % kull sena sad-data tal-ħlas, sussidjarjament għar-rata prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid tal-Bank Ċentrali Ewropew + 2 % kull sena sad-data tal-ħlas, iktar sussidjarjament għar-rata u għall-perijodu li tqis xierqa l-Qorti Ġenerali; u

l-ispejjeż imġarrba mill-bank għal dan ir-rikors;

tikkundanna lill-Kunsill ibati l-ispejjeż imġarrba mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors, ir-rikorrent isostni li l-fatt li ġew imposti fuqu miżuri restrittivi mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jikkostitwixxi ksur suffiċjentement gravi tal-obbligi intiżi li jagħtuh drittijiet u, għalhekk, l-Unjoni Ewropea saret responsabbli għall-ħlas fuq bażi mhux kuntrattwali.

Skont ir-rikorrent, dan il-ksur kien il-kawża diretta ta’ dannu materjali u ta’ dannu mhux materjali importanti kontrih li minħabba fih huwa intitolat għall-kumpens.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/42


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2015 – Indecopi vs UASI – Synergy Group (PISCO)

(Kawża T-446/15)

(2015/C 320/59)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Instituto Nacional de Defensa de la Competencia y de la Protección de la Propiedad Intelectual (Indecopi) (San Borja, il-Peru) (rappreżentanti: M. A. Pomares Caballero u A. Pomares Caballero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Synergy Group sp. z o.o. (Wrocław, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “PISCO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1016 7674

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 1291/2014-4

Talbiet

tibdel id-deċiżjoni kkontestata b’mod li tikkonstata li l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tar-raġuni relatata mar-rifjut ta’ reġistrazzjoni tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009 huma sodisfatti f’dan il-każ, jew, sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 110/2008.

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/43


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2015 – Indecopi vs UASI – Synergy Group (PISCO SOUR)

(Kawża T-447/15)

(2015/C 320/60)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Instituto Nacional de Defensa de la Competencia y de la Protección de la Propiedad Intelectual (Indecopi) (San Borja, il-Perù) (rappreżentanti: M. A. Pomares Caballero u A. Pomares Caballero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Synergy Group sp. z o.o. (Wrocław, il-Polonja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “PISCO SOUR” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1016 7682

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Ġunju 2015 fil-Każ R 1292/2014-4

Talbiet

tibdel id-deċiżjoni kkontestata billi tikkonstata li fil-kawża ineżami huma ssodisfatti r-rekwiżiti għall-applikazzjoni tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 23 Regolament Nru 110/2008.

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/44


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2015 – Satkirit Holdings vs UASI – Advanced Mailing Solutions (Iuvo)

(Kawża T-449/15)

(2015/C 320/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Satkirit Holdings Ltd (Douglas, Isle of Man) (rappreżentant: M. Vanhegan, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Advanced Mailing Solutions Ltd (East Kilbride, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “luvo” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 244 324

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-21 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 877/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni ta’ Advanced Mailing Solutions Ltd;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/44


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2015 – Satkirit Holdings vs UASI – Advanced Mailing Solutions (luvoworld)

(Kawża T-450/15)

(2015/C 320/62)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Satkirit Holdings Ltd (Douglas, l-Isle of Man) (rappreżentant: M. Vanhegan, QC)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Advanced Mailing Solutions Ltd (East Kilbride, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “luvoworld” Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 244 332

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-21/05/2015 fil-Każ R 1480/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn Advanced Mailing Solutions Ltd;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti quddiem il-Bord tal-Appell kif ukoll dawk sostnuti f’din il-proċedura

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/45


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Awwissu 2015 – AlzChem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-451/15)

(2015/C 320/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: AlzChem AG (Trostberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Borsos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara li r-rikors huwa ammissibbli u fondat;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Ares (2015) 2176662, tas-26 ta’ Mejju 2015, meħuda skont l-Artikolu 4 tar-Regoli ta’ Implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, bi tweġiba għall-applikazzjoni bin-numru GESTDEM 2015/1640; u

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ preżunzjoni ġenerali bħala reazzjoni għall-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ investigazzjonijiet tal-Unjoni. Ir-rikorrenti tinvoka l-iżbalji segwenti:

l-iżball ta’ liġi min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-eċċezzjonijiet ġenerali;

l-iżball ta’ liġi min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-iskop ta’ investigazzjonijiet;

l-iżball ta’ liġi u l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-interess pubbliku akbar li jiġi żgurat stħarriġ ġudizzjarju effettiv (Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea); u

l-iżball ta’ liġi min-naħa tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dritt fundamentali ta’ access għal dokumenti (Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea).

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tal-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-interessi kummerċjali.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tar-rifjut ta’ aċċess għal verżjoni mhux kunfidenzjali jew ta’ aċċess fil-post għad-dokumenti.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/46


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Awissu 2015 – Trinity Haircare vs UASI – Advance Magazine Publishers (VOGUE)

(Kawża T-453/15)

(2015/C 320/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Trinity Haircare AG (Herisau, l-Isvizzera) (rappreżentanti: J. Kroher u K. Bach, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva bajda u sewda li tinkludi l-element verbali “VOGUE”– Trade mark Komunitarja Nru 9 944 547

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 2436/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiddikjara l-invalidità tat-trade mark Komunitarja Nru 009 944 547 VOGUE;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż.

Motivi invokati

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/47


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Laboratories Ern vs UASI – Werner (Dynamic Life)

(Kawża T-454/15)

(2015/C 320/65)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratories Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: M. Pérez Serres, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Matthias Werner (Neufahrn, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva bl-abjad, l-aħmar, l-oranġjo, l-isfar, l-aħdar u l-blu vjola li jinkludi l-elementi verbali “Dynamic Life” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 303 468

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-27 ta’ Mejju 2015, fil-Każ R 441/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad it-trade mark Komunitarja Nru 011303468 DYNAMIC LIFE & design fil-klassijiet 5 u 32;

tikkundanna lill-UASI u lil Matthias Werner, fil-każ li jiddeċiedi li jintervjeni, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/48


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Awwissu 2015 – Vitra Collections vs UASI – Consorzio Origini (Forma ta’ siġġu)

(Kawża T-455/15)

(2015/C 320/66)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vitra Collections AG (Muttenz, l-Isvizzera) (rappreżentant: V. Von Bomhard, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Consorzio Origini (Firenze, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark inkwistjoni: ir-rikorrenti

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark Komunitarja tridimensjonali (Forma ta’ siġġu) – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 182 451

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-18 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 664/2011-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lill-intervejnent għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(e)(iii) tar-Regolament Nru 207/2009.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/49


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Awwissu 2015 – Asia Leader International (Cambodia) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/15)

(2015/C 320/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Asia Leader International (Cambodia) Co. Ltd (Tain Seng SEZ, il-Kambodja) (rappreżentant: R. MacLean, Solicitor, u A. Bochon, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla l-Artikolu 1(1) u (3) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni li jestendi d-dazju antidumping definittiv impost mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 502/2013, tad-29 ta’ Mejju 2013, fuq importazzjonijiet ta’ roti li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għal fuq importazzjonijiet ta’ roti kkonsenjati mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini, kemm jekk iddikjarati li joriġinaw mill-Kambodja, mill-Pakistan u mill-Filippini kif ukoll jekk le (ĠU L 122, p. 4) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-partijiet intervenjenti kollha sabiex ibatu l-ispejjeż tar-rikorrenti marbuta ma’ tali intervent kif ukoll l-ispejjeż tagħhom stess.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, ikkawżat minn żball manifest ta’ evalwazzjoni, fid-dritt u fil-fatt, imwettaq mill-Kummissjoni għal dak li jirrigwarda l-konstatazzjoni ta’ evażjoni u tan-natura tad-data disponibbli.

Ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni ma għandha l-ebda prova li ssostni l-konklużjoni tagħha dwar l-oriġini Ċiniża tal-oqfsa tar-roti inkwistjoni.

Ir-rikorrenti ssostni li, għal kuntrarju, il-provi kollha li hija pproduċiet juru li dawn l-oqfsa tar-roti ġejjin mill-Vjetnam.

Fl-aħħar nett, skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ma għandhiex is-setgħa la abbażi tar-Regolament Nruo1225/2009 u lanqas abbażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja sabiex sempliċement tikkonkludi, awtomatikament, li r-rikorrenti kienet tittrasborda prodotti ta’ oriġini Ċiniża.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq il-ksur tal-obbligu tad-diliġenza u fuq il-ksur tal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 ikkawżat minn żball manifest ta’ evalwazzjoni, fid-dritt u fil-fatt, imwettaq mill-Kummissjoni għal dak li jirrigwarda l-eżistenza ta’ operazzjonijiet ta’ assemblaġġ imwettqa mir-rikorrenti.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kellha tuża l-informazzjoni u d-data reali mogħtija mir-rikorrenti sabiex l-evalwazzjoni tagħha dwar is-sitwazzjoni ta’ din tal-aħħar ikollha bażi. F’dan ir-rigward, l-użu ta’ parametri ta’ referenza għal terzi ma jkunx awtorizzat fejn spjegazzjonijiet raġonevoli u ġġustifikati huma pprovduti permezz ta’ data reali.

Barra minn hekk ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni ppreġudikat l-obbligu ta’ evalwazzjoni korretta tal-ispejjeż ta’ produzzjoni tagħha meta hija kklassifikat mill-ġdid il-partijiet użati għall-produzzjoni tal-ewwel bejgħ tar-rikorrenti fis-suq tal-Unjoni Ewropea bħala li ġejjin miċ-Ċina, meta huma kienu joriġinaw mill-Vjetnam. B’dan il-mod, il-Kummissjoni ppreġudikat ukoll l-obbligu tagħha tad-diliġenza.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni għamlet kalkolu żbaljat tal-ispejjeż tal-kiri u tal-enerġija billi użat, b’mod inkorrett, diversi fatturi fl-allokazzjoni tagħhom. L-istess żball ta’ kalkolu allegatament seħħ meta l-Kummissjoni kkalkolat li l-impriża kienet qed topera 13 % tal-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tagħha matul il-perijodu rilevanti.

Finalment, skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni rrifjutat milli tieħu inkunsiderazzjoni l-ispejjeż kollha tad-depprezzar tal-assi fissi, minkejja l-fatt li r-rikorrenti kienet ipprovdiet prova tal-fatt li l-azzjonist tal-kumpannija kien irrimborsat minnha.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni, kif xieraq, l-informazzjoni u d-data pprovduta mir-rikorrenti bħala risposta għal komunikazzjoni tal-konklużjonijiet finali, bi ksur tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament Nruo1225/2009.

Ir-rikorrenti ssostni li l-fatt li l-informazzjoni addizzjonali kollha li hija pprovdiet kienet ġiet injorata mill-Kummissjoni juri li din tal-aħħar ma kinitx ittieħdet inkunsiderazzjoni kif xieraq.

Ir-rikorrenti tqis li l-provi u l-informazzjoni addizzjonali li hija pprovdiet sabiex tikkontesta l-konstatazzjoni tat-trasbord tal-Kummissjoni kienu ġejjin minn sorsi indipendenti differenti.

Finalment, ir-rikorrenti tinvoka l-fatt li, fl-assenza tal-provi jew tal-indikazzjoni ta’ oriġini Ċiniża tal-oqfsa tar-roti, il-Kummissjoni kellha tikkonkludi li l-provi kienu jissuġġerixxu li dawn il-partijiet kienu joriġinaw mill-Vjetnam.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – Adler Modemärkte vs UASI – Blufin (MARINE BLEU)

(Kawża T-296/13) (1)

(2015/C 320/68)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 226, 3.8.2013.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Lulju 2015 – Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawżi magħquda T-593/14, T-596/14, T-601/14, T-602/14, T-604/14 sa T-606/14 u T-612/14) (1)

(2015/C 320/69)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President (Imħallef uniku) ordna t-tħassir tal-kawżi magħquda.


(1)  ĠU C 361, 13.10.2014.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2015 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Parlament

(Kawża T-733/14) (1)

(2015/C 320/70)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 16, 19.1.2015


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/51


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Lulju 2015 – Hippler vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-72/15) (1)

(2015/C 320/71)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 138, 27.4.2015.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Lulju 2015 – Aguirre y Compañía vs UASI – Puma (Rappreżentazzjoni ta’ żarbun sportiv)

(Kawża T-205/15) (1)

(2015/C 320/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 205, 22.06.2015.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/53


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2015 – ZZ u ZZ vs CEPOL

(Kawża F-105/15)

(2015/C 320/73)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: L. Levi u A. Blot, avukati)

Konvenut: CEPOL (Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-CEPOL li bihom aċċetta r-riżenja taż-żewġ rikorrenti wara r-rifjut tagħhom li jaħdmu fis-sede l-ġdida tal-aġenzija, f’Budapest (l-Ungerija), u talba għall-kumpens għad-danni materjali u morali allegati mir-rikorrenti.

Talbiet

tannulla d-deċiżjonijiet tal-CEPOL tat-22 ta’ Diċembru 2014 li bihom dan “aċċetta” r-riżenja taż-żewġ rikorrenti;

sa fejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjonijiet tal-CEPOL tal-10 ta’ April 2015 li jiċħdu l-ilmenti mressqa mir-rikorrenti bejn it-13 ta’ Jannar u s-17 ta’ Frar 2015 kontra d-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq;

tordna l-kumpens għad-dannu materjali subit mir-rikorrenti;

tordna l-kumpens għad-dannu morali subit mir-rikorrenti;

tikkundanna lil-CEPOL għall-ispejjeż esposti mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ dan ir-rikors.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/53


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2015 – ZZ vs KESE

(Kawża F-107/15)

(2015/C 320/74)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M.-A. Lucas, avukat)

Konvenut: KESE (Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li ddikjarat lir-rikorrent bħala rtirat b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2014 u deċiżjoni li tiċħad it-talba tiegħu għall-estensjoni tas-servizz.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ April 2014 tas-Segretarju Ġenerali tal-KESE li ddikjarat lir-rikorrent bħala rtirat b’effett mill-31 ta’ Diċembru 2014 filgħaxija;

jannulla d-deċiżjoni tat-30 ta’ Settembru 2014 tad-Direttur tar-Riżorsi Umani u tas-Servizzi Interni tal-KESE li rrifjuta, b’delega tal-Awtorità tal-Ħatra, li jagħti risposta favorevoli għat-talba għall-estensjoni tal-attività professjonali tiegħu sal-31 ta’ Mejju 2015 mressqa fit-3 ta’ Settembru 2014 mir-rikorrent;

jannulla kif meħtieġ id-deċiżjoni tat-22 ta’ April 2015 tas-Segretarju Ġenerali tal-KESE li ċaħdet l-ilment imressaq fit-22 ta’ Diċembru 2014 mir-rikorrent kontra d-deċiżjonijiet tas-7 ta’ April u tat-30 ta’ Settembru 2014;

tikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/54


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-108/15)

(2015/C 320/75)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: N. de Montigny, J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tillimita għal ħames snin il-perijodu ta’ kalkolu mill-ġdid retroattiv tal-allowance b’rata fissa għal sigħat addizzjonali li għalihom ir-rikorrenti għandhom dritt.

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Settembru 2014 ta’ PMO.1 li tillimita l-ħlas tal-adattament tal-allowance b’rata fissa għal sigħat addizzjonali li għalihom huma għandhom dritt mill-1 ta’ Marzu 2007 u l-1 ta’ Marzu 2008 rispettivament, għal ħames snin mill-1 ta’ Settembru 2008, data tal-iskoperta minn PMO tal-iżball ta’ kalkolu tar-remunerazzjoni tagħhom;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti l-adattament tal-allowance b’rata fissa għal sigħat addizzjonali mill-1 ta’ Marzu 2007 u 2008 rispettivament wara li jitnaqqsu s-somom diġà mħallsa u jiżdiedu l-interessi moratorji kkalkolati fuq l-arretrati tal-imsemmija allowance kkalkolati mill-iskadenza tagħhom sal-ħlas effettiv tagħhom bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament miżjuda b’żewġ punti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/55


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-112/15)

(2015/C 320/76)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: R. Rata, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tinkludix lir-rikorrent fil-lista ta’ uffiċjali promossi skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2014.

Talbiet

Tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Novembru 2014 tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea, maħruġa permezz ta’ Avviż Amministrattiv Nru 41-2014, li jistabbilixxi l-lista ta’ uffiċjali promossi skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2014 sa fejn isem ir-rikorrent ma huwiex inkluż;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrent.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/55


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Awwissu 2015 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-113/15)

(2015/C 320/77)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: R. Rata, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ma tinkludix ir-rikorrenti fil-lista ta’ uffiċjali promossi taħt l-eżerċizzju tal-promozzjoni tal-2014.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Novembru 2014 tal-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea, maħruġa permezz tal-Avviż Amministrattiv Nru 41-2014, li jistabbilixxi l-lista ta’ uffiċjali promossi taħt l-eżerċizzju tal-promozzjoni tal-2014 sa fejn l-ismijiet tar-rikorrenti ma humiex inklużi;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/56


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-115/15)

(2015/C 320/78)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: N. De Montigy u J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tillimita d-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent u d-dikjarazzjoni ta’ inapplikabbiltà tal-konklużjonijiet tal-kapijiet tal-amministrazzjoni tas-16 ta’ Ġunju 2005 sa fejn dawn jillimitaw l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent kif ukoll il-kundanna tal-konvenuta għall-ħlas tal-pensjoni tal-anzjanità li għaliha huwa għandu dritt.

Talbiet

Tiddikjara inapplikabbli għal dan il-każ il-konklużjonijiet tal-kapijiet tal-amministrazzjoni Nru 240/05 tas-16 ta’ Ġunju 2005 sa fejn dawn jillimitaw l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent marbuta mal-kumpens ta’ ġestjoni prorata tal-perijodu effettiv ta’ kontribuzzjoni relatat mal-karriera kompleta ta’ uffiċjal;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din tillimita d-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fir-rigward tal-kumpens ta’ ġestjoni prorata tal-perijodu ta’ kontribuzzjoni relatat man-numru tas-snin ta’ servizz ta’ karriera kompleta ta’ uffiċjal tal-Unjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent il-pensjoni tal-anzjanità li għaliha għandu dritt, bit-tnaqqis tal-pensjoni fil-fatt imħallsa, miżjuda bl-interessi moratorji kkalkolati bir-rata applikata mill-BĊE għall-operazzjonijiet attwali tiegħu miżjuda b’żewġ punti;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


28.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 320/57


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-118/15)

(2015/C 320/79)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: N. de Montigny, J.-N. Louis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tippromwovix lir-rikorrenti taħt l-eżerċizzju tal-promozzjoni tal-2014.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ Novembru 2014 li tippubblika l-lista ta’ uffiċjali promossi taħt l-eżerċizzju tal-promozzjoni tal-2014 sa fejn l-isem tar-rikorrenti ma hijiex inkluża;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.