ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 315

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
23 ta' Settembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RIŻOLUZZJONIJIET

 

L-Assemblea Parlamentari Euronest

2015/C 315/01

Riżoluzzjoni dwar l-impenn fi sħubija aktar b’saħħitha bejn l-UE u l-pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant permezz tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat għall-2014-2020

1

2015/C 315/02

Riżoluzzjoni dwar il-kooperazzjoni infrastrutturali bejn l-UE u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant: proġetti konġunti fit-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bl-ajru

7

2015/C 315/03

Riżoluzzjoni dwar l-isfidi, l-impenn potenzjali u ġdid fil-kooperazzjoni fl-enerġija effiċjenti u fis-sorsi li jiġġeddu fi ħdan is-Sħubija tal-Lvant

11

2015/C 315/04

Riżoluzzjoni dwar il-kultura u d-djalogu interkulturali fil-kuntest tas-Sħubija tal-Lvant

18

2015/C 315/05

Riżoluzzjoni dwar iċ-ċentinarju tal-ġenoċidju Armen

23

2015/C 315/06

Riżoluzzjoni dwar l-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukraina u l-ħtieġa urġenti għal riżoluzzjoni paċifika għall-kunflitt

24


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

L-Assemblea Parlamentari Euronest

2015/C 315/07

Regoli ta’ Proċedura adottati fit-3 ta’ Mejju 2011 fi Brussell, emendati fit-3 ta’ April 2012 f’Baku, fid-29 ta’ Mejju 2013 fi Brussell u fit-18 ta’ Marzu 2015 f’Yerevan

26

2015/C 315/08

Regoli ta’ Proċedura tal-kumitati permanenti tal-Assemblea Parlamentari Euronest adottati mill-AP Euronest fit-3 ta’ Mejju 2011 u emendati fit-29 ta’ Mejju 2013 fi Brussell u fit-18 ta’ Marzu 2015 f’Jerevan

40


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RIŻOLUZZJONIJIET

L-Assemblea Parlamentari Euronest

23.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/1


RIŻOLUZZJONI (1)

dwar l-impenn fi sħubija aktar b’saħħitha bejn l-UE u l-pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant permezz tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat għall-2014-2020

(2015/C 315/01)

L-ASSEMBLEA PARLAMENTARI EURONEST,

wara li kkunsidrat l-Att Kostitwenti tal-Assemblea Parlamentari EURONEST tat-3 ta’ Mejju 2011,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li sar f’Varsavja fit-28 u d-29 ta’ Novembru 2013,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2014 dwar il-valutazzjoni u l-istabbiliment ta’ prijoritajiet għar-relazzjonijiet tal-UE mal-pajjiżi tas-sħubija tal-Lvant (2),

wara li kkunsidrat il-Komunikazzjoni Konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà tal-20 ta’ Marzu 2013 bit-titolu “Il-Politika Ewropea tal-Viċinat: naħdmu għal sħubija aktar b’saħħitha”,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni leġiżlattiva tal-Parlament Ewropew tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Strument Ewropew ta’ Viċinat (3),

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2013 dwar “il-Politika Ewropea tal-Viċinat: ħidma favur sħubija aktar b’saħħitha. Il-pożizzjoni tal-PE dwar ir-rapporti ta’ progress 2012” (4),

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar ir-rieżami tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u d-dimensjoni tal-Lvant tagħha, kif ukoll dwar ir-Repubblika tal-Armenja, ir-Repubblika tal-Azerbajġan, ir-Repubblika tal-Bjelorussja, il-Ġeorġja, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukraina,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Unjoni Ewropea u tar-Repubblika tal-Armenja kif miftiehem fid-29 ta’ Novembru 2013 f’Vilnjus mill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u mill-Ministru tal-Affarijiet Barranin tal-Armenja Edward Nalbandian,

A.

billi s-Sħubija tal-Lvant ġiet stabbilita fl-2009 bħala sforz komuni tal-Unjoni Ewropea u tas-sħab Ewropej tal-Lvant tagħha bl-għan li titħaffef l-assoċjazzjoni politika u l-integrazzjoni ekonomika tagħhom, abbażi tal-interessi reċiproċi, l-impenji, ir-responsabbiltà u s-sjieda konġunta;

B.

billi l-Istati li jipparteċipaw fis-Sħubija tal-Lvant daħlu f’impenn reċiproku għall-valuri fundamentali, id-demokrazija, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u l-prinċipji tal-ekonomija tas-suq u l-iżvilupp sostenibbli;

C.

billi s-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li sar f’Novembru 2013 f’Vilnjus kien ikkaratterizzat minn għadd ta’ kisbiet, ftehimiet ġodda u progress lejn relazzjonijiet eqreb, iżda wkoll kien imċappas bid-deċiżjonijiet ta’ xi pajjiżi sħab biex ma jintrabtux bi Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni mal-UE, minkejja li temmew b’suċċess in-negozjati;

D.

billi d-deċiżjoni tal-President tal-Ukraina ta’ dak iż-żmien, waqt is-Summit ta’ Vilnjus, qanqal il-protesti tal-massa fil-pjazza Maidan li kienu segwiti minn katina drammatika ta’ avvenimenti għall-pajjiż fl-2014 — b’mod partikolari, mewġa ta’ dimostrazzjonijiet li rriżultaw fil-mewt ta’ mijiet ta’ Ukraini fi Frar, l-annessjoni illegali tal-Krimea min-naħa tar-Russja f’Marzu u, mir-rebbiegħa ‘l hawn, it-tifqigħa u l-eskalazzjoni ta’ kunflitt ġdid fl-Ukraina tal-Lvant, bil-preżenza militari diretta tal-Federazzjoni Russa u l-appoġġ tagħha favur il-forzi separatisti, li ssarrfu f’aktar minn 6 000 mewta;

E.

billi l-UE min-naħa u l-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukraina min-naħa l-oħra ffirmaw u sussegwentement irratifikkaw il-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bilaterali, inklużi ż-Żoni ta’ Kummerċ Ħieles Approfonditi u Komprensivi (DCFTAs), minkejja l-pressjoni politika, militari u ekonomika li eżerċitat direttament il-Federazzjoni Russa;

F.

billi l-UE u l-Bjelorussja kienu bdew jinnegozzjaw il-ftehimiet fil-qasam tal-faċilitazzjoni tal-viża u tar-riammissjoni, b’hekk ppermettew il-promozzjoni tal-kuntatti interpersonali; billi, madankollu, l-issokktar tad-djalogu politiku u ekonomiku bejn l-UE u l-Bjelorussja se jiddependi mill-ħelsien inkundizzjonat tal-priġunieri politiċi Bjelorussi kollha li fadal u mir-riabilitazzjoni sħiħa tagħhom fir-rigward tad-drittiijet politiċi u ċiviċi tagħhom;

G.

billi l-pajjiżi sħab kollha minbarra l-Bjelorussja qed iħabbtu wiċċhom ma’ separatiżmu u tilwim territorjali, li fihom ir-Russja hija direttament involuta jew teżerċita influwenza importanti;

H.

billi r-reġimi separatisti illegali ġew stabbiliti fit-territorji tal-Ġeorġja u tal-Moldova; billi l-peniżola tal-Krimea fl-Ukraina ġiet annessa mir-Russja, u għadu għaddej il-ġlied armat bejn is-separatisti u l-forzi uffiċjali ta’ Kiev fix-Xlokk tal-Ukraina;

I.

billi l-aċċess għas-suq tal-UE kif ukoll għal dawk ta’ pajjiżi Ewro-Asjatiċi tal-viċinat, b’mod partikolari r-Russja, huwa ferm importanti għall-pajjiżi sħab u l-ekonomiji tagħhom; billi xi setturi industrijali ta’ pajjiżi sħab għadhom dipendenti mill-ktajjen ta’ produzzjoni li ntirtu mill-ex Unjoni Sovjetika, li permezz tagħhom huma marbuta ekonomikament mal-Federazzjoni Russa; billi l-estensjoni tal-Unjoni Doganali tal-Federazzjoni Russa, il-Kazakistan u l-Bjelorussja ma’ pajjiżi sħab oħra u l-Unjoni Ekonomika Ewro-Asjatika m’għandhiex titqies bħala proġetti li jikkompetu mal-komponent ekonomiku tas-Sħubija tal-Lvant, sakemm il-pajjiżi sħab jitħallew jagħżlu b’mod liberu ma’ liema organizzazzjonijiet jissieħbu; billi għandhom isiru sforzi biex itejbu l-kooperazzjoni u jagħmlu ż-żewġ żoni ekonomiċi kompatibbli biex b’hekk il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant ikunu jistgħu jisfruttaw bis-sħiħ il-potenzjal tagħhom;

J.

billi l-UE introduċiet miżuri restrittivi kontra r-Russja f’April u Lulju 2014, u saħħithom f’Settembru 2014, sabiex tippromwovi bidla fid-direzzjoni tal-azzjonijiet avventuristiċi aggressivi tar-Russja li jiksru s-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina u jiddestabbilizzaw ir-reġjun tal-Lvant tagħha;

K.

billi f’Awwissu 2014, b’ritaljazzjoni kontra ż-żewġ miżuri restrittivi tal-UE u l-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni, ir-Russja ddeċidiet li timponi embargo fuq prodotti agrikoli u ikel mill-UE, pajjiżi oħrajn tal-Punent u xi pajjiżi sħab;

L.

billi l-2014 kienet l-ewwel sena ta’ qafas imġedded programmatiku u finanzjarju għall-implimentazzjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat tal-UE u d-dimensjoni Ewropea speċifika tagħha, sal-2020;

Nibnu fuq l-ewwel kisbiet tas-Sħubija tal-Lvant sabiex niftħu prospetti ġodda għall-perjodu 2014-2020

1.

Tenfasizza li, sa mill-bidu tagħha fl-2009, is-Sħubija tal-Lvant laħqet għadd ta’ kisbiet konkreti u tanġibbli li kienu ta’ benefiċċju b’mod reċiproku għas-soċjetajiet tal-UE u tal-pajjiżi sħab u ġew riflessi f’varjetà ta’ ftehimiet f’livelli differenti ta’ kooperazzjoni politika, ekonomika u kulturali, li għandhom potenzjal wiesa’ għal titjib minħabba l-appoġġ suffiċjenti mill-partijiet kollha involuti;

2.

Tilqa’ l-fatt li l-parteċipanti tas-Summit ta’ Vilnjus reġgħu affermaw l-impenn kostituttiv tagħhom favur il-prinċipji tas-Sħubija tal-Lvant, jiġifieri, primarjament, l-istat tad-dritt, ir-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u d-demokrazija; tenfasizza li dawn il-prinċipji għandhom ikunu rispettati;

3.

Taqbel mal-fehma tal-parteċipanti tas-Summit ta’ Vilnjus li kull sieħeb għandu jeżerċita b’mod liberu l-għażla sovrana tiegħu tal-ambitu tal-ambizzjonijiet u l-objettivi tiegħu li jipprova jikseb fir-relazzjonijiet tiegħu mal-UE u fi ħdan is-Sħubija tal-Lvant, skont il-prinċipju tad-differenzazzjoni; tfakkar, f’dan ir-rigward, li s-Sħubija tal-Lvant hija proġett volontarju li jirrispetta l-għażliet sovrani tal-Istati parteċipanti tagħha u tintensifika r-relazzjonijiet tagħhom, u li din għandha tkun ta’ benefiċċju għalihom u, lil hinn minn dan, għall-Ewropa kollha, f’termini ta’ stabbiltà u prosperità;

4.

Tilqa’ l-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni, inklużi d-DCFTAs, bejn l-UE u l-Ukraina, il-Moldova u l-Ġeorġja; tappella għal ratifika rapida ta’ dawn il-ftehimiet mill-Istati Membri tal-UE; tenfasizza l-importanza tal-implimentazzjoni tal-partijiet kollha tal-ftehimiet u l-adozzjoni tar-riformi rilevanti fl-oqsma kollha kkonċernati, sabiex jiġi evitat id-dumping soċjali u ambjentali; tistieden lin-naħat kollha jkomplu l-kompitu tar-riforma skont l-Aġenda ta’ Assoċjazzjoni, u tistieden lill-Kummissjoni Ewropea u lill-Istati Membri tal-UE joffru assistenza fl-indirizzar ta’ dawn ir-riformi; tħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE jikkondividu l-esperjenza rikka tagħhom fil-proċess li jistabbilixxu reġimi demokratiċi u riformi bbażati fuq ir-rispett għall-valuri fundamentali u l-istat tad-dritt, speċjalment dawk l-Istati Membri li jistgħu jibnu kemm fuq l-esperjenza tagħhom tal-integrazzjoni tal-UE kif ukoll fuq ir-relazzjonijiet mill-qrib tagħhom ma’ pajjiżi sħab; tistieden lill-gvernijiet tal-pajjiżi sħab li rratifikaw il-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni, inklużi d-DCFTAs, mal-UE, jorganizzaw dibattiti pubbliċi u kampanji ta’ informazzjoni, inkluż fil-livell lokali, bl-involviment attiv ta’ organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-Pjattaformi Nazzjonali tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili, peress li fehim dettaljat tal-kontenut u tal-impatt tal-ftehimiet huwa importanti immens għas-suċċess tagħhom;

5.

Tikkundanna l-aggressjoni militari diretta u indiretta tar-Russja fl-Ukraina tal-Lvant u l-annessjoni illegali tal-Krimea b’reazzjoni għall-għażla sovrana tal-Ukraina li tavvanza fil-perspettiva Ewropea tagħha; tistieden lill-Federazzjoni Russa tirrispetta s-sovranità rikonoxxuta internazzjonalment tal-Ukraina, tirtira l-forzi tagħha, tieqaf tappoġġja l-forzi separatisti fl-Ukraina tal-Lvant u, tirrispetta l-bosta trattati internazzjonali, multilaterali u bilaterali, inkluża l-Karta tan-NU, l-Att Finali ta’ Ħelsinki u l-Memorandum ta’ Budapest tal-1994, li jappella għal soluzzjonjiet diplomatiċi għall-kriżijiet kollha, kif ukoll biex jiġu evitati l-forom kollha ta’ aggressjoni jew interventi armati fi stati oħra; tistieden lir-Russja ttemm l-gwerra tal-informazzjoni bl-għan li tipprovoka mibegħda etnika bejn ir-Russi u l-Ukraini; teżiġi kooperazzjoni totali mill-partijiet kollha fl-investigazzjonijiet dwar it-twaqqigħ tal-ajruplan MH17, u tenfasizza li dawk responsabbli għandhom jittressqu quddiem il-ġustizzja; tikkundanna, barra minn hekk, ir-restrizzjonijiet kummerċjali imposti mir-Russja fuq l-UE u bosta pajjiżi sħab; tappoġġa l-miżuri restrittivi tal-UE kontra r-Russja u tinsisti li għandha żżommhom sakemm ir-Russja tonqos milli tkun konformi mal-Ftehimiet ta’ Minsk jew tadotta pożizzjoni kostruttiva rigward il-ksib ta’ soluzzjoni paċifika għall-kunflitt fl-Ukraina tal-Lvant; tikkundanna l-elezzjonijiet illegali, inkostituzzjonali u illeġittimi li saru fiż-żoni kkontrollati mis-separatisti ta’ Donetsk u Luhansk u rikonoxxuti mir-Russja, li jikkostitwixxu theddida għall-unità tal-Ukraina u tfixkil għall-proċess ta’ paċi; tħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jeħilsu immedjatament lil Nadia Savchenko, li ġiet maħtufa u qiegħda tinżamm illegalment fir-Russja;

6.

Tikkundanna l-iffirmar ta’ trattat bejn il-Federazzjoni Russa u l-Abkażja fl-24 ta’ Novembru 2014 dwar l-alleanza u s-sħubija strateġika, kif ukoll l-intenzjoni tar-Russja li tiffirma trattat dwar relazzjonijiet aktar mill-qrib mar-reġjun separatista ta’ Tskhinvali fl-2015; tenfasizza li dawn l-azzjonijiet jikkostitwixxu theddida għall-istabbiltà u s-sigurtà fir-reġjun, jiġġeneraw riskji serji li jaffettwaw l-isforzi fid-direzzjoni tan-normalizzazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Ġeorġja u l-Federazzjoni Russa, u jipperikolaw it-Taħditiet Internazzjonali ta’ Ġinevra; tistieden lill-Federazzjoni Russa tirrispetta l-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali u l-integrità territorjali tal-Ġeorġja u tikkonforma mal-Ftehim ta’ Waqfien mill-Ġlied tal-2008 bejn il-Ġeorġja u r-Russja;

7.

Tenfasizza li l-UE għandha r-responsabbiltà li tiddefinixxi b’mod ċar il-prospetti li trid toffri b’risposta għall-ambizzjonijiet u l-perspettiva Ewropea tal-pajjiżi sħab; tiddeplora l-fatt li s’issa r-Russja għadha pperċepiet biss dawn l-ambizzjonijiet u s-Sħubija tal-Lvant bħala theddida għall-isfera ta’ influwenza ġeopolitika tagħha; tinnota li l-Unjoni Doganali u t-trattat dwar l-Unjoni Ekonomika Ewro-Asjatika li daħlu fis-seħħ f’Jannar 2015 jinvolvu proġett ta’ integrazzjoni ekonomika bejn il-membri tagħhom li mhuwiex kompatibbli mal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni u l-komponenti kummerċjali tagħhom (id-DCFTAs); tistieden lill-Federazzjoni Russa tastjeni milli teżerċita pressjoni ekonomika u theddid għas-sigurtà u l-provvista tal-enerġija, u tirrispetta d-dritt tal-ġirien tagħha li jagħżlu b’mod liberu d-destin politiku u ekonomiku tagħhom; ittenni l-appell tagħha lill-Federazzjoni Russa biex tilħaq riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitti mal-mejda tan-negozjati;

8.

Tqis li l-ħolqien tal-Unjoni Doganali u t-trattat dwar l-Unjoni Ekonomika Ewro-Asjatika, ispirati mill-ideali tal-Unjoni Ewropea u li daħlu fis-seħħ f’Jannar 2015, jista’ jkollhom biss effetti ta’ benefiċċju għall-pajjiżi parteċipanti sakemm il-Federazzjoni Russa tastjeni milli ġġiegħel lill-pajjiżi jissieħbu permezz ta’ pressjoni ekonomika u theddid fil-qasam tas-sigurtà, tal-provvista tal-enerġija u tippermetti lill-ġirien tagħha jagħżlu b’mod liberu d-destin politiku u ekonomiku tagħhom; tinnota li l-istrutturi l-ġodda mhumiex kompatibbli mal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni u mad-DCFTAs, u tissottolinja l-ħtieġa li jinstabu linji ta’ kooperazzjoni u komunikazzjoni fil-ġejjieni, peress li b’mod jew ieħor, se jkollhom jiġu żgurati l-kummerċ u r-relazzjonijiet tajba bejn il-pajjiżi;

9.

Tinnota l-potenzjal tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat bħala inċentiv għal aktar kooperazzjoni ma’ dawk il-pajjiżi li għad iridu jiffirmaw il-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni mal-UE, u tappella għal sforzi mġedda biex jindirizzawhom;

10.

Temmen li s-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li għandu jsir f’Mejju 2015 f’Riga għandu jimmarka tisħiħ tas-Sħubija tal-Lvant, ikkaratterizzat minn rabtiet politiċi u ekonomiċi msaħħa bejn l-UE u l-pajjiżi sħab u relazzjonijiet bilaterali kif ukoll multilaterali approfonditi u mtejba fost is-sħab kollha; tistieden lill-UE u l-pajjiżi sħab jibqgħu konsistenti huma u jsegwu l-viżjoni oriġinali tas-Sħubija tal-Lvant, filwaqt li jiffukaw fuq l-implimentazzjoni tar-riformi li jipproduċu bidliet fis-soċjetajiet u jsaħħu r-rabtiet bejn il-popli tagħhom;

11.

Tidentifika l-assoċjazzjoni politika, ir-riformi demokratiċi, id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, it-tisħiħ tal-kapaċità pubblika istituzzjonali u l-indipendenza tal-ġudikatura, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni, it-tisħiħ tas-sigurtà tal-enerġija u l-kuntatti interpersonali, u l-kooperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni bħala l-oqsma prijoritarji li l-UE u s-sħab tagħha għandhom jiddedikaw aktar sforzi fuqhom u jiżguraw riżultati fis-Summit ta’ Riga;

12.

Tistieden lill-UE tistabbilixxi, mingħajr dewmien, reġimi ta’ eżenzjoni tal-viżi għall-ivjaġġar fuq perjodi qosra ma’ dawk il-pajjiżi sħab li impenjaw ruħhom favur u temmew il-Pjanijiet ta’ Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża, ladarba jkunu sodifatti l-kundizzjonijiet; tenfasizza l-importanza tat-tnedija tal-Pjanijiet ta’ Azzjoni għal-Liberalizzazzjoni tal-Viża ma’ dawn il-pajjiżi sħab li rreġistraw progress fl-implimentazzjoni tal-Ftehimiet dwar il-Faċilitazzjoni tal-Viża u r-Riammissjoni mal-UE; tissottolinja l-importanza tal-kooperazzjoni dwar ir-reġimi tal-viża u s-sħubiji għall-mobilità, bħala strument biex iqarreb lis-soċjetajiet u jferrex fost iċ-ċittadini sens ta’ appartenenza għall-istess komunità ta’ valuri;

13.

Tenfasizza li relazzjonijiet aktar mill-qrib bejn l-UE u l-pajjiżi sħab se jkunu kundizzjonati fuq riżultati tanġibbli ta’ riformi demokratiċi u l-kwalità tal-istat tad-dritt, kif ukoll żviluppi pożittivi fil-governanza tal-istituzzjonijiet tal-istat u l-isferi tal-ħajja politika u l-ġudikatura; tinnota f’dan ir-rigward li hemm tendenzi deplorevoli għal konfront bejn gvern u oppożizzjoni f’ċerti pajjiżi sħab; tħeġġeġ lill-gvernijiet jastjenu milli jintimidaw fuq livell politiku u mill-ġustizzja selettiva u jindirizzaw fil-waqt it-tħassib partikolari li esprima l-Parlament Ewropew, l-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem (ODIHR) tal-OSKE, u istituzzjonijiet internazzjonali oħra;

14.

Tirrakkomanda li l-UE u l-pajjiżi sħab jiżviluppaw approċċ aktar strateġiku u orjentat lejn ir-riżultati fil-programmi li fasslu u implimentaw b’mod konġunt; tqis li l-laqgħat ministerjali għandhom ikunu l-post fejn jiġu diskussi strateġiji għall-kooperazzjoni fis-settur, u li l-Pjattaformi għas-Sħubija tal-Lvant u l-bordijiet ta’ esperti tagħhom għandhom ikunu aktar attivi meta jipproponu, ifasslu u meta jagħmlu rieżami ta’ dawk l-istrateġiji;

15.

Tenfasizza l-importanza li jiżdiedu l-programmi ta’ kooperazzjoni u l-iskemi ta’ skambju mmirati lejn żgħażagħ, studenti, xjenzati u riċerkaturi fi ħdan is-Sħubija tal-Lvant; tinnota b’sodisfazzjon li l-programmi l-ġodda tal-UE f’dawk iż-żoni, partikolarment il-programm Erasmus+ u l-azzjonijiet “Marie Skłodowska-Curie” fi ħdan il-Programm Qafas ta’ Riċerka Orizzont 2020, joffru aktar opportunitajiet biex isaħħu l-mobilità tar-riċerkaturi u l-boroż ta’ studju għaż-żgħażagħ fil-pajjiżi sħab; tilqa’ s-suċċessi tal-ewwel sessjonijiet li qatt saru tal-Euronest Scola u tal-Forum tal-Kapijiet Żgħażagħ tas-Sħubija tal-Lvant li saru fl-2013 u fl-2014, u rrakkomandat li sessjonijiet ta’ dan it-tip għandhom jiġu organizzati regolarment; tinkoraġġixxi, barra minn hekk, l-introduzzjoni ta’ skemi konġunti ta’ għotjiet għal żvilupp kulturali u avvenimenti kulturali konġunti, u tissuġġerixxi li għandu jinħareġ fuljett konġunt ta’ kull xahar, ippubblikat bl-Ingliż u bil-lingwi tal-pajjiżi sħab, li jinforma direttament lir-residenti tal-pajjiżi sħab dwar l-Unjoni Ewropea u l-ħsieb Ewropew, u li jagħti informazzjoni ċara dwar ir-relazzjonijiet ta’ dawk il-pajjiżi sħab fl-UE;

Niksbu l-objettivi tas-Sħubija tal-Lvant billi nimplimentaw l-Istrument il-ġdid Ewropew ta’ Viċinat għall-2014-2020

16.

Tilqa’ l-adozzjoni tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat għall-perjodu 2014-2020, li tqis kompletament id-dimensjoni tal-Lvant tal-Politika Ewropea tal-Viċinat, li għandha tirriżulta f’titjib konkret u viżibbli għall-popolazzjonijiet ikkonċernati;

17.

Jiddispjaċiha għat-tnaqqis sostanzjali li sar lill-baġit tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat meta mqabbel mal-proposta oriġinali mill-Kummissjoni; tappella għal djalogu mill-qrib mal-Kummissarju responsabbli għall-Politika Ewropea tal-Viċinat sabiex jiġi żgurat l-aħjar użu tar-riżorsi skarsi; tqis li għandu jinżamm il-bilanċ bejn il-partijiet tal-Lvant u tan-Nofsinhar tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat, b’40 % tal-allokazzjonijiet totali għall-kooperazzjoni jmorru għar-reġjun tal-Lvant; tistieden lill-Kummissjoni tassisti lill-pajjiżi sħab fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet amministrattivi tagħhom sabiex jieħdu vantaġġ sħiħ mill-possibbiltajiet ta’ finanzjament fl-ambitu tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat;

18.

Tinnota l-ħtieġa għal tqassim aktar bilanċjat bejn il-pajjiżi sħab, filwaqt li tirrikonoxxi l-bżonn ta’ proposti aħjar għall-proġetti mis-sħab tal-Lvant; tqis li huwa ferm importanti li l-Kummissjoni u l-gvernijiet sħab iħeġġu u jappoġġaw aktar lill-atturi lokali meta japplikaw għal u jirċievu appoġġ mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat għall-proġetti tagħhom;

19.

Tissottolinja l-importanza tal-prinċipji ta’ sjieda u responsabbiltà reċiproka fil-programmazzjoni u l-implimentazzjoni tal-programmi tal-pajjiż taħt l-Istrument Ewropew ta’ Viċinat; tqis li s-suċċess huwa marbut b’mod parzjali ma’ impenji miftiehma u li jorbtu b’mod reċiproku bejn l-UE u l-pajjiżi sħab;

20.

Tirrakkomanda li, b’kuntrast mal-perjodu 2007-2013, għandhom isiru aktar sforzi biex jgħinu effettivament lill-pajjiżi sħab jimplimentaw il-leġiżlazzjoni li għadha kif ġiet introdotta u biex jikkonsolidaw riformi meħtieġa għat-tisħiħ tad-demokrazija u l-istat tad-dritt skont id-dritt u l-istandards tal-UE; tfakkar il-ħtieġa li tiġi stabbilita kredibbiltà murija fil-provi ta’ din l-implimentazzjoni qabel ma tiżdied l-assistenza mill-UE;

21.

Tistieden lill-Kummissjoni u lill-pajjiżi sħab jistabbilixxu għadd limitat ta’ prijoritajiet skont pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali u programmi reġjonali ta’ bosta pajjiżi għall-2014-2015, sabiex jimmassimizzaw l-impatt tagħhom u jiksbu riżultati tanġibbli u li jistgħu jitkejlu;

22.

Tħeġġeġ lill-Kummissjoni tħejji strateġija komprensiva għal relazzjonijiet mal-Bjelorussja, bl-għan li jitrawwem fehim reċiproku u l-modernizzazzjoni u d-demokratizzazzjoni tal-pajjiż; tqis li tali strateġija għandha tinkludi oqsma prijoritarji għar-riformi fil-Bjelorussja għat-titjib fir-relazzjonijiet u l-kooperazzjoni effikaċi fil-qafas tas-Sħubija Ewropea tal-Viċinat, u għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju “aktar għal aktar”;

23.

Tidentifika b’mod pożittiv id-dispożizzjonijiet li japplikaw għall-implimentazzjoni tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat, li jiddependu minn approċċ ibbażat fuq l-inċentivi u mfassal apposta; tqis li huma ispirati b’mod korrett mill-prinċipju “aktar għal aktar”, li s’issa kien immaterjalizza ruħu biss sa ċertu punt; tenfasizza li l-prinċipju “aktar għal aktar” jimplika wkoll prinċipju “inqas għal inqas”, li għandhu jiġi applikat kif suppost jekk il-pajjiżi konċernati ma jkunux iridu jwettqu r-riformi meħtieġa; hija tal-fehma, madankollu, li l-perspettiva reġjonali għandha tinżamm, partikolarment billi jissaħħu l-kuntatti multilaterali kif ukoll il-proġetti u l-pjattaformi ta’ kooperazzjoni transkonfinali; tilqa’, f’dan ir-rigward, il-fatt li 10 % tal-baġit għall-Istrument Ewropew ta’ Viċinat għandu jiġi allokat, permezz ta’ “programmi multinazzjonali umbrella”, lil dawk il-pajjiżi sħab li juru progress lejn l-istabbilment u l-konsolidament ta’ demokrazija profonda u sostenibbli u fl-implimentazzjoni ta’ riformi miftiehma li jikkontribwixxu għal dak l-għan;

24.

Tinnota b’sodisfazzjon li l-allokazzjonijiet finanzjarji tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat għal pjanijiet ta’ azzjoni nazzjonali individwali se jkunu soġġetti għal varjazzjoni sa 20 %, li tħalli wkoll marġni għal aktar differenzjazzjoni fl-implimentazzjoni tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat;

25.

Tirrakkomanda li l-isforzi tal-pajjiżi sħab lejn l-approssimazzjoni tal-leġiżlazzjoni u tal-istandards tal-UE jkunu akkumpanjati minn assistenza teknika proporzjonata min-naħa tal-UE, sabiex ikun żgurat l-assorbiment bla xkiel u gradwali tal-partijiet rilevanti kollha tal-acquis tal-UE u jinksibu benefiċċji konkreti u viżibbli għall-ekonomiji u l-popolazzjonijiet;

26.

Tenfasizza l-ħtieġa li l-assistenza tal-UE tkun immirata wkoll fir-rigward tal-indirizzar tad-diskrepanzi reġjonali, ekonomiċi u soċjali fil-pajjiżi sħab, peress li spiss il-proġetti huma kkonċentrati f’reġjun wieħed jew fil-kapitali filwaqt li n-nies f’żoni aktar remoti ma jgawdux il-benefiċċji ta’ dawn il-proġetti u fil-biċċa l-kbira tagħhom jibqgħu mhux familjari mal-vantaġġi tal-proċess tal-integrazzjoni tal-UE;

27.

Tappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jimplimentaw politiki dwar il-kooperazzjoni u l-appoġġ fil-kontront ta’ pajjiżi sħab b’mod koerenti u effikaċi u flimkien ma’ donaturi internazzjonali u nazzjonali oħra; tħeġġiġhom bil-qawwa jipprogrammaw azzjonijiet u proġetti b’mod konġunt f’pajjiżi sħab; tappella għal koordinament imsaħħaħ u sinerġiji mrawma bejn proġetti ffinanzjati mill-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u strumenti oħra ffinanzjati mill-UE u programmi tal-UE miftuħa għal parteċipazzjoni minn pajjiżi sħab tal-Lvant, filwaqt li tenfasizza li l-formati stabbiliti bħal konferenzi tad-donaturi/investituri, gruppi ta’ ħidma, komunikazzjoni bejn id-delegazzjonijiet tal-UE u l-ambaxxati tal-Istati Membri fuq il-post eċċ., m’għandhomx jinsew l-objettivi ta’ politika miftiehma;

28.

Tenfasizza r-rwol sinifikanti li għandha s-soċjetà ċivili fil-kontribut għad-djalogu politiku u l-proċessi ta’ riforma demokratika fil-pajjiżi sħab; tirrakkomanda li l-impenn politiku tal-UE għas-soċjetà ċivili f’pajjiżi sħab għandu jirrifletti fil-programmazzjoni tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat kollu;

29.

Tistieden lill-parlamenti tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant jikkontribwixxu għad-diskussjoni u jissensibilizzaw lill-pubbliku dwar il-proċessi li għaddejjin u l-kisbiet ewlenin fil-qafas tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat għall-2014-2020, fir-rigward tat-titjib tal-viżibbiltà tal-programmi tal-UE fil-pajjiżi rispettivi tagħhom;

30.

Tagħti istruzzjonijiet lill-Kopresidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-UE għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lill-Kummissarju għall-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE u lill-pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant.


(1)  Adottata s-17 ta’ Marzu 2015 f’Jerevan, l-Armenja.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2014)0229.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0567.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2013)0446.


23.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/7


RIŻOLUZZJONI (1)

dwar il-kooperazzjoni infrastrutturali bejn l-UE u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant: proġetti konġunti fit-trasport bit-triq, bil-ferrovija u bl-ajru

(2015/C 315/02)

L-ASSEMBLEA PARLAMENTARI EURONEST,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2013 dwar il-Politika Ewropea tal-Viċinat: ħidma favur sħubija aktar b’saħħitha. Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapporti tal-2012,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew dwar ir-reviżjoni tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u d-dimensjoni tal-Lvant tagħha, kif ukoll dawk dwar ir-Repubblika tal-Armenja, ir-Repubblika tal-Azerbajġan, ir-Repubblika tal-Bjelorussja, il-Ġeorġja, ir-Repubblika tal-Moldova u l-Ukraina,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant (Vilnius, 28-29 ta’ Novembru 2013) – Sħubija tal-Lvant: it-triq li għandna nsegwu,

wara li kkunsidrat il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew, bit-titolu ‘L-UE u r-reġjuni ġirien tagħha: Approċċ imġedded għall-kooperazzjoni tat-trasport’ (KUMM(2011)0415) u l-Pjan għat-Trasport tal-Viċinat tal-Unjoni Ewropea tal-Kummissjoni, li jkopri s-settur tal-avjazzjoni, it-trasport marittimu u t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni, it-trasport bit-triq u bil-ferrovija, u l-konnessjonijiet tal-infrastruttura,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Konġunta dwar il-Futur tal-kooperazzjoni fit-trasport tas-Sħubija tal-Lvant mill-Ministri responsabbli għat-Trasport tal-Istati Membri tal-UE u tal-pajjiżi Sħab tas-Sħubija tal-Lvant u mir-rappreżentanti tal-Kummissjoni Ewropea,

wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-kooperazzjoni fit-trasport mar-reġjuni ġirien tal-UE, adottati fit-3116-il laqgħa tal-Kunsill Trasport, Telekomunikazzjoni u Enerġija,

wara li kkunsidrat il-White Paper tal-Kummissjoni Ewropea tal-2011 bit-titolu “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti”,

wara li kkunsidrat il-lista ta’ proġetti ta’ infrastruttura ta’ prijorità fuq in-netwerk tat-trasport reġjonali tas-Sħubija tal-Lvant, approvata fil-laqgħa tal-Ministri tat-Trasport tal-UE u tas-Sħubija tal-Lvant fid-9 ta’ Ottubru 2013 fil-Lussemburgu,

wara li kkunsidrat l-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Ukraina, il-Moldova u l-Ġeorġja rispettivament,

wara li kkunsidrat l-effiċjenza tan-navigazzjoni bil-baħar u bix-xmajjar bħala sistemi biex jiġu ttrasportati l-oġġetti, biex ikun hemm konnessjoni bejn in-nies u biex tiġi żviluppata integrazzjoni aħjar tas-suq,

1.

Tenfasizza l-fatt li t-trasport huwa vitali għall-prosperità tal-Ewropa peress li jippermetti li l-oġġetti jiġu distribwiti b’mod effiċjenti u ċ-ċittadini jivvjaġġaw liberament; tfakkar li l-UE hija sieħeb politiku u ekonomiku ewlieni tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (SL) u li l-kooperazzjoni msaħħa fis-settur tat-trasport tista’ tgħin b’mod sinifikanti lil dawn il-pajjiżi jsiru iżjed b’saħħithom ekonomikament u iżjed stabbli politikament; tindika li ċ-ċittadini u n-negozji fl-UE u fir-reġjuni ġirien huma l-benefiċjarji diretti tal-kooperazzjoni mtejba fit-trasport, li għandha l-għan li tnaqqas il-ħin u r-riżorsi li jintużaw fuq it-trasport tal-oġġetti, is-servizzi u l-passiġġiera, u li l-integrazzjoni eqreb tas-suq tista’ tgħin ukoll biex jinfetħu opportunitajiet ġodda tas-suq għan-negozji kemm fl-UE kif ukoll fir-reġjuni ġirien tagħha;

2.

Tqis li jistgħu jinkisbu konnessjonijiet aħjar tat-trasport permezz ta’ infrastruttura tat-trasport imtejba u permezz ta’ integrazzjoni eqreb tas-suq, biex jiġi żgurat l-ivvjaġġar bla xkiel għall-passiġġiera u t-trasport effiċjenti u sigur tal-oġġetti, billi titqies is-sitwazzjoni ġeografika speċifika tal-pajjiżi tas-SL; tittama, f’dan ir-rigward, li jkun hemm rabta viżibbli bejn il-politika dwar it-trasport fil-pajjiżi tas-SL u l-istrateġija Ewropa 2020;

3.

Tissottolinja li integrazzjoni eqreb bejn is-swieq tat-trasport tal-UE u s-Sħab tal-Lvant tagħha tiddependi fuq ir-rieda u t-tħejjija ta’ kull pajjiż f’dan ir-rigward, u hija kundizzjonali fuq il-progress li jagħmlu l-pajjiżi ġirien fl-applikazzjoni tal-istandards li huma ekwivalenti għal dawk tal-UE f’oqsma bħas-sikurezza, is-sigurtà, l-ambjent u kwistjonijiet soċjali; titlob lill-UE tipprovdi l-appoġġ u l-pariri tekniċi meħtieġa kollha, u biex ma tirrikorrix għall-protezzjoniżmu;

4.

Tenfasizza li għad fadal diverġenzi kbar f’termini tal-infrastruttura tat-trasport bejn il-partijiet tal-lvant u tal-punent tal-Ewropa, u dawn jeħtieġ li jiġu indirizzati, u li l-kontinent Ewropew jeħtieġ li jkun iżjed omoġenju f’termini tal-infrastruttura tat-trasport;

5.

Tfakkar li l-konġestjoni hija ta’ tħassib ewlieni, b’mod partikolari fit-trasport bit-triq u bl-ajru; tissottolinja l-ħtieġa li jiġu indirizzati r-restrinġimenti konsiderevoli fit-trasport Ewropew, bil-għan li jintlaħqu t-talbiet taċ-ċittadini għall-ivvjaġġar u l-bżonn tal-ekonomija li tittrasporta l-oġġetti u s-servizzi, filwaqt li jiġu antiċipati r-restrizzjonijiet tar-riżorsi u ambjentali;

6.

Tirrikonoxxi l-adozzjoni tal-linji gwida ġodda tat-TEN-T, li jiffurmaw in-netwerk ewlieni u komprensiv ta’ infrastruttura strateġika Ewropea fil-partijiet tal-lvant u tal-punent tal-Unjoni Ewropea, u għalhekk jiffurmaw iż-Żona Unika Ewropea tat-Trasport; tistieden lill-Kummissjoni Ewropea tirrifletti fuq il-possibbiltà ta’ konnessjoni bejn in-netwerk ewlieni tat-TEN-T u n-netwerk tat-trasport fil-pajjiżi tas-SL;

7.

Tistieden lill-Kummissjoni twettaq u tippubblika, b’mod konġunt mal-gvernijiet tas-Sħab tal-Lvant, studju ta’ valutazzjoni konġunt dwar l-infrastruttura tat-trasport, iċ-ċentri u r-rabtiet ta’ interess reċiproku li jistgħu jistabbilixxu bażi komprensiva għal proġetti konġunti futuri;

8.

Tinnota l-pressjoni tiżdied fuq ir-riżorsi pubbliċi għall-finanzjament tal-infrastruttura; tenfasizza li huwa meħtieġ approċċ ġdid għall-finanzjament u l-ipprezzar, ibbażat fuq sħubiji pubbliċi u privati, li jippermettu lill-komunitajiet lokali jissieħbu ma’ parteċipanti privati interessati u aġenziji tal-gvern, u jagħmlu użu mill-fondi internazzjonali biex joħolqu mezzi ta’ trasport li jkunu ta’ benefiċċju għall-partijiet kollha involuti; tħeġġeġ lill-Istati Membri tal-UE u lill-pajjiżi tas-SL jiskambjaw l-aħjar esperjenzi u jintensifikaw il-kooperazzjoni f’dan il-qasam;

9.

Tirrikonoxxi l-importanza ta’ iżjed titjib fl-ambjent tal-investiment fil-pajjiżi tas-SL sabiex jiġu attirati l-investimenti mill-Istati Membri tal-UE fis-setturi tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, marittimu u bl-ajru li jappoġġjaw l-iżvilupp ta’ infrastruttura rispettiva, l-integrazzjoni tal-pajjiżi tas-SL u tal-Istati Membri tal-UE, l-adozzjoni tal-istandards tal-UE u l-iżvilupp tal-kapaċità fil-pajjiżi tas-SL;

10.

Tistieden lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tas-Sħab tal-Lvant jinkludu l-prinċipju tal-iffaċilitar tat-trasport fi ftehimiet kummerċjali futuri;

11.

Tissottolinja li r-riformi fis-settur tat-trasport fil-pajjiżi tas-SL għandhom jiżguraw approssimazzjoni ikbar għall-istandards tat-trasport tal-UE; tqis li n-negozjati dwar il-ftehimiet tas-servizzi bl-ajru bejn l-UE u l-pajjiżi tas-SL għandhom jiġu konklużi ma’ dawk il-pajjiżi li bdewhom, u, f’dan ir-rigward, tittama għal bidu bikri ta’ negozjati simili mal-bqija tal-pajjiżi tas-SL; temmen li s-sikurezza u s-sigurtà marittima għandhom jittejbu permezz ta’ riforma fil-politika, li l-bnadar għandhom jittejbu skont il-Memorandum ta’ Pariġi dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port, u li l-pajjiżi sħab għandhom ikunu kapaċi juru esperjenza mtejba fis-sikurezza fit-toroq u li qed jieħdu passi konkreti biex itejbu l-interoperabbiltà ferrovjarja mal-UE; tqis li r-rabtiet fit-trasport mal-UE għandhom jitjiebu permezz ta’ ippjanar aħjar tan-netwerks u xogħol fuq proġetti ta’ infrastruttura ta’ prijorità li jgħinu l-konnessjoni tal-pajjiżi sħab man-netwerk tat-trasport Trans-Ewropew; tħeġġeġ lill-pajjiżi sħab jirriabilitaw it-toroq eżistenti u jibnu oħrajn ġodda;

12.

Tieħu nota tal-eżistenza ta’ fruntiera magħluqa fit-territorju tas-Sħubija tal-Lvant, kif ukoll tad-diffikultajiet fil-komunikazzjoni għal dawk il-pajjiżi li m’għandhomx aċċess dirett għall-ibħra, u tistieden, f’dan ir-rigward, lill-UE biex tikkontribwixxi għal modi iżjed miftuħa u aċċessibbli ta’ komunikazzjoni permezz tal-implimentazzjoni ta’ proġetti tanġibbli;

13.

Tenfasizza li l-Ajru Uniku Ewropew, li attwalment jinsab taħt kostruzzjoni, għandu jiġi estiż ukoll biex jinkludi lill-ġirien tal-UE – ir-rikonoxximent tad-dritt tal-UE u tal-prinċipju ta’ “indikazzjoni mill-UE” huwa prekundizzjoni minima għal dan; tindika li l-Ajru Uniku Ewropew għandu l-għan li jtejjeb is-sikurezza u jnaqqas id-dewmien, l-ispejjeż u l-emissjonijiet u li bħala parti mill-approċċ gradwali għall-istabbiliment ta’ Ajru Uniku Ewropew, il-pajjiżi ġirien tal-UE għandhom ir-rieda li jiffurmaw jew jgħaqqdu blokki ta’ spazju tal-ajru funzjonali (FABs) mal-Istati Membri tal-UE; tistieden lill-pajjiżi tas-SL jikkontribwixxu għall-operazzjoni bla xkiel tal-komunikazzjonijiet tal-ajru kemm bejn l-UE u l-pajjiżi tas-SL, kif ukoll fi ħdan it-territorju tas-Sħubija tal-Lvant;

14.

Tfakkar li t-trasport bit-triq għandu rwol ewlieni fil-flussi kummerċjali ma’ dawk il-pajjiżi tas-SL li magħhom l-UE taqsam fruntiera fuq l-art; tindika, madankollu, li l-proċeduri amministrattivi ineffiċjenti fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera jibqgħu ostakolu għall-fluss effiċjenti tal-oġġetti bejn l-UE u l-ġirien tagħha fil-lvant, u bħala medja, 40 % tal-ħin tat-trasport totali jintilef fil-fruntiera minħabba diskrepanzi fil-proċeduri amministrattivi; tenfasizza li l-faċilitazzjoni tal-proċeduri fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera hija għalhekk ta’ importanza ewlenija biex tistimola l-kummerċ billi jitnaqqsu l-ħin u l-ispejjeż u li l-kondiviżjoni tal-esperjenzi ta’ riformi ta’ suċċess f’dan il-qasam ikunu ta’ benefiċċju għall-pajjiżi tas-SL;

15.

Tiġbed l-attenzjoni għall-fatt li l-mortalità minħabba l-korrimenti tat-traffiku tat-triq hija konsiderevolment ogħla fil-biċċa l-kbira tal-pajjiżi tas-SL mill-medja fl-UE, u għalhekk il-livell baxx ta’ sikurezza fit-toroq fil-pajjiżi tas-SL huwa kwistjoni ta’ tħassib dirett għall-UE; tenfasizza li t-titjib fis-sikurezza fit-toroq permezz ta’ taħriġ, kondiviżjoni tal-aħjar prattiki, sensibilizzazzjoni u l-promozzjoni ta’ infrastruttura tat-toroq iżjed sikura, inkluż parkeġġ sigur, jikkostitwixxi prijorità għall-kooperazzjoni u l-għajnuna finanzjarja tal-UE mar-reġjuni ġirien; tinkoraġġixxi lill-Kummissjoni Ewropea tinvestiga l-possibbiltà li testendi s-servizzi tas-sistemi tat-trasport komuni, intelliġenti fl-UE kollha għall-pajjiżi tas-SL;

16.

Bi pjaċir tinnota li diversi pajjiżi tas-SL esprimew interess f’aċċess miżjud għas-suq tat-toroq mal-UE u tqis li l-UE għandha teżerċita l-kompetenza esterna tagħha f’dan il-qasam bil-ħsieb ta’ iżjed integrazzjoni tas-suq ma’ dawn il-pajjiżi; tistieden, f’dan ir-rigward, lill-Kummissjoni biex timmonitorja mill-qrib il-pajjiżi sħab biex tkun ċerta li dawn jimplimentaw u japplikaw l-istandards rilevanti ta’ sikurezza, sigurtà, ambjentali u soċjali, u biex tiżgura li l-Istati Membri ma jirrikorrux għal miżuri protezzjonisti; tqis li l-għan ewlieni ta’ din l-inizjattiva għandu jkun li gradwalment jitneħħew ir-restrizzjonijiet kwantitattivi bi skambju mal-implimentazzjoni ta’ standards li jiggarantixxu l-kwalità tas-servizzi tat-trasport bit-triq bejn l-UE u l-pajjiżi tas-SL, li huwa kunċett mhux inkluż fir-reġimi bilaterali attwali;

17.

Tenfasizza li sistemi ta’ tariffi miftuħa, ġusti, mhux diskriminatorji, trasparenti u effiċjenti għall-użu tal-infrastruttura ferrovjarja tul il-kurituri bejn l-UE, il-ġirien tal-lvant tagħha, il-Lvant Nofsani u l-Asja huma meħtieġa biex jiġi sfruttat il-potenzjal sħiħ tat-traffiku tal-merkanzija bil-ferrovija (inkluż ir-riabilitazzjoni tal-linji ferrovjarji eżistenti u l-kostruzzjoni ta’ oħrajn ġodda u iżjed effiċjenti); tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni reġjonali dwar din il-kwistjoni u tinnota b’dispjaċir li l-barrieri fiżiċi għat-tkabbir tal-kummerċ u l-merkanzija jinkludu wkoll in-nuqqas ta’ sistemi ferrovjarji interoperabbli, nuqqas ta’ teknoloġija u materjal fuq ir-roti f’kundizzjoni ħażina; tindika li l-effiċjenza fit-trasport tal-passiġġiera bil-ferrovija tista’ tiżdied permezz ta’ kooperazzjoni aħjar fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera, mingħajr ma tkun teħtieġ investimenti konsiderevoli fl-infrastruttura;

18.

Tinkoraġġixxi l-promozzjoni ta’ vetturi b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju u infrastruttura ta’ fjuwil alternattiv sabiex jonqos il-konsum tal-fjuwil fossili u b’hekk jonqos l-impatt tat-trasport fuq l-ambjent;

19.

Tenfasizza li r-riformi li jfittxu li jġibu s-settur ferrovjarju tal-pajjiżi tas-SL eqreb lejn l-istandards tal-UE (ta’ sikurezza, sigurtà, ambjentali, soċjali u ta’ interoperabbiltà) għandhom ikomplu, għaliex dan ikun ta’ benefiċċju mhux biss għall-passiġġiera u t-trasport tal-merkanzija, imma jattira wkoll iżjed investiment fis-settur ferrovjarju; tindika li d-domanda għolja għall-modernizzazzjoni tal-materjal fuq ir-roti fil-pajjiżi ġirien toħloq opportunitajiet tas-suq ġodda għall-kumpaniji tal-UE; tenfasizza li r-riformi msemmija hawn fuq huma wkoll prekundizzjoni għal kwalunkwe ftuħ tas-suq fil-futur;

20.

Tħeġġeġ lill-UE tassisti fil-kisba tal-konformità permezz tal-kondiviżjoni ta’ informazzjoni dwar l-iżvilupp ta’ programmi ta’ sigurtà nazzjonali fl-avjazzjoni ċivili u l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki fl-implimentazzjoni u l-kontroll tal-kwalità tal-miżuri tas-sigurtà fl-avjazzjoni; tenfasizza li l-istandards internazzjonali fis-sigurtà tal-avjazzjoni stabbiliti mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) għandhom jiġu implimentati bis-sħiħ, u tindika li l-konverġenza regolatorja fir-reġjun, lil hinn mill-istandards internazzjonali, tista’ tiġi ffaċilitata b’titjib fl-għarfien u bl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tas-sigurtà fl-avjazzjoni tal-Konferenza Ewropea tal-Avjazzjoni Ċivili (ECAC) u l-prinċipji stabbiliti fil-leġiżlazzjoni primarja tal-UE;

21.

Tindika li l-pajjiżi tas-SL għandhom ikunu wkoll il-benefiċjarji futuri taħt il-Programm ta’ Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (SESAR), li għandu l-għan li jimmodernizza l-infrastruttura tal-kontroll tat-traffiku bl-ajru fl-Ewropa, u li tkun milqugħa ħafna l-għajnuna ikbar mill-UE lill-pajjiżi tas-SL li jkunu qed ifittxu biex jimmodernizzaw is-sistemi tagħhom tal-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru;

22.

Tappoġġja iżjed approssimazzjoni regolatorja u l-kisba tal-konformità fl-oqsma kollha tat-trasport, l-iżvilupp istituzzjonali tal-aġenziji tal-gvern responsabbli għall-iżvilupp tas-setturi tat-trasport bit-triq, bil-ferrovija, marittimi u bl-ajru fil-pajjiżi tas-SL, u l-adozzjoni ta’ standards konsegwenti, permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki tal-UE, l-assistenza teknika, u l-organizzazzjoni ta’ tours ta’ studju, workshops u forums;

23.

Tappoġġja l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ infrastruttura tat-trasport tul in-netwerk tat-trasport tas-Sħubija tal-Lvant permezz ta’ programmi u strumenti eżistenti tal-UE li jtejbu l-konnessjonijiet man-netwerk ewlieni tat-TEN-T, u anke t-tlestija tal-proġetti li għaddejjin li jgħaqqdu l-pajjiżi tas-SL man-netwerks tat-trasport tal-UE;

24.

Tqis li huwa meħtieġ għall-Ukraina, il-Moldova u l-Ġeorġja, bħala firmatarji tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni, li jirċievu appoġġ adegwat mill-UE fl-iżvilupp tas-setturi tat-triq, il-ferrovija, l-ajru u l-baħar;

25.

Tissottolinja li t-trasport bil-baħar u l-passaġġi navigabbli jirrappreżentaw element fundamentali għall-iżvilupp tal-kummerċ, għall-iffaċilitar tal-moviment tal-passiġġieri u għal interkonnessjoni aħjar bejn is-sistemi tat-trasport, wara li jitqiesu l-karatteristiċi ġeografiċi speċifiċi tal-pajjiżi tas-SL;

26.

Tagħti struzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex jgħaddu din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tas-Sħubija tal-Lvant.


(1)  Adottata s-17 ta' Marzu 2015 f'Jerevan, l-Armenja.


23.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/11


RIŻOLUZZJONI (1)

dwar l-isfidi, l-impenn potenzjali u ġdid fil-kooperazzjoni fl-enerġija effiċjenti u fis-sorsi li jiġġeddu fi ħdan is-Sħubija tal-Lvant

(2015/C 315/03)

L-ASSEMBLEA PARLAMENTARI EURONEST,

wara li kkunsidrat l-Att Kostitwenti tal-Assemblea Parlamentari EURONEST tat-3 ta’ Mejju 2011,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li sar f’Vilnius fit-28 u d-29 ta’ Novembru 2013,

wara li kkunsidrat il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-24 ta’ Ottubru 2014 dwar qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija għall-2030,

wara li kkunsidrat id-deċiżjonijiet tal-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima li saret f’Varsavja mill-11 sat-22 ta’ Novembru 2013,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta’ Frar 2014 dwar qafas għall-politika dwar il-klima u l-enerġija sal-2030 (2),

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar sfidi u opportunitajiet attwali għall-enerġija rinnovabbli fis-suq intern Ewropew tal-enerġija (3),

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Marzu 2013 dwar il-“Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050, futur b’enerġija” (4),

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Ġunju 2012 bit-titolu “Il-kooperazzjoni fil-qasam tal-politika dwar l-enerġija ma’ pajjiżi lil hinn mill-fruntieri tagħna: Approċċ strateġiku għal provvista sikura, sostenibbli u kompetittiva tal-enerġija” (5),

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta’ Novembru 2014 dwar il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima f’Lima li tappella għal mira vinkolanti ta’ effiċjenza enerġetika ta’ 40 % skont il-potenzjal kosteffikaċi ġenerali tat-titjib fl-effiċjenza tal-enerġija (6),

wara li kkunsidrat il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta' Lulju 2014 bit-titolu “L-Effiċjenza Enerġetika u l-kontribut tas-sigurtà tal-enerġija u l-Qafas 2030 għall-politika dwar il-klima u l-enerġija” (COM(2014)0520),

wara li kkunsidrat il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-22 ta’ Jannar 2014 bit-titolu “Qafas ta’ politika għall-klima u l-enerġija fil-perjodu ta’ bejn l-2020 u l-2030” (COM(2014)0015),

wara li kkunsidrat il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Marzu 2011 bit-titolu “Pjan direzzjonali għal ekonomija kompetittiva b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju fl-2050” (COM(2011)0112),

wara li kkunsidrat id-Direttiva 2012/27/UE dwar l-effiċjenza fl-enerġija,

wara li kkunsidrat id-Direttiva 2009/28/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2009 dwar il-promozzjoni tal-użu tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli u li temenda u sussegwentement tħassar id-Direttivi 2001/77/KE u 2003/30/KE,

wara li kkunsidrat id-Dokumenti ta’ Strateġija Nazzjonali għall-Enerġija tal-Armenja, l-Azerbajġan, il-Bjelorussja, il-Ġeorġja, il-Moldova u l-Ukraina għall-perjodi sal-2020 u l-2030,

wara li kkunsidrat l-objettivi ewlenin u l-programm ta’ ħidma 2014-2017 tas-Sħubija tal-Lvant: Pjattaforma 3 - Sigurtà tal-enerġija,

wara li kkunsidrat l-istabbiliment tas-Sħubija għall-Ambjent u l-Effiċjenza tal-Enerġija fl-Ewropa tal-Lvant (E5P) fl-2009,

wara li kkunsidrat ir-Rapport Annwali tal-2013 dwar l-attivitajiet tal-Komunità tal-Enerġija lill-Parlament Ewropew u lill-parlamenti nazzjonali u r-Rapport Annwali tal-24 ta’ Settembru 2014 dwar l-attivitajiet tal-Komunità tal-Enerġija fl-2014,

A.

billi d-domanda globali għall-enerġija qed tiżdied kontinwament, b’mod komparabbli ma’ dik tal-popolazzjoni, l-attività tal-bniedem u l-iżvilupp tat-teknoloġija, u din twassal biex tintensifika l-kompetizzjoni globali għar-riżorsi tal-fjuwils fossili, u b’hekk qed titpoġġa f’riskju l-provvista tal-enerġija tal-ifqar ekonomiji;

B.

billi kien hemm tħassib dwar it-tibdil fil-klima, dwar id-domanda dejjem tikber għall-enerġija u l-inċertezzi fis-swieq globali taż-żejt u tal-gass, li jwassal għal riflessjoni kemm min-naħa tal-pajjiżi produtturi kif ukoll minn naħa tal-pajjiżi konsumaturi dwar it-tfassil ta’ strateġiji ta’ benefiċċju reċiproku li jittrasformaw is-setturi tal-enerġija f’setturi ġodda b’emissjonijiet baxxi, tas-sejba ta’ ekwilibrji ġodda fost diversi sorsi tal-enerġija, l-ħarsien ta’ provvista affidabbli u sikura, u l-illimitar tal-konsum tal-enerġija;

C.

billi l-konsum tal-enerġija huwa mistenni li jikber fir-reġjun tal-Ewropa tal-Lvant b’veloċità ogħla mill-medja tal-UE, bħala parti minn tendenza ġenerali li takkumpanja l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tar-reġjun; billi l-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant bħalissa jużaw tliet darbiet aktar enerġija mill-medja tal-Istati Membri tal-UE, u l-potenzjal mhux sfruttat tal-effiċjenza enerġetika tagħhom jibqa’ kbir;

D.

billi huwa għalhekk fl-interess ekonomiku, soċjali u ambjentali kemm tal-UE kif ukoll tal-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant li jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju li joriġinaw mill-użu ta’ karburanti fossili, li jiġu żviluppati sorsi tal-enerġija alternattivi u kosteffiċjenti, u li tiżdied l-effiċjenza tal-enerġija;

E.

billi d-djalogu reġjonali dwar il-politika tal-enerġija fis-Sħubija tal-Lvant intensifika f’dawn l-aħħar snin, li jkopri l-konverġenza tas-swieq tal-enerġija, id-diversifikazzjoni tal-provvista u tat-tranżitu tal-enerġija, l-iżvilupp ta’ sorsi sostenibbli tal-enerġija, kif ukoll l-infrastrutturi ta’ interess komuni u reġjonali;

F.

billi l-Konferenza dwar il-Bidla fil-Klima tan-NU li saret f’Varsavja f’Novembru 2013 immarkat pass importanti ‘l quddiem bil-ħsieb li jintlaħaq ftehim universali ġdid dwar il-klima fl-2015, li jkun ibbażat b’mod partikolari fuq politiki u miżuri biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju minn sistemi tal-enerġija;

G.

billi l-miżuri għall-effiċjenza enerġetika u għall-iffrankar tal-enerġija, flimkien ma’ użu akbar ta’ sorsi rinnovabbli, jikkontribwixxu wkoll għat-tnaqqas ta’ forom multipli ta’ dipendenza fuq l-enerġija, inklużi dawk finanzjarji, teknoloġiċi u d-dipendenza fuq il-fjuwil fis-setturi nukleari u tal-fossili, l-akkwiżizzjoni u s-sjieda ta’ infrastruttura tal-enerġija strateġika, u investimenti f’proġetti tal-enerġija minn partijiet terzi mhux affidabbli f’pajjiżi tal-UE u f’pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant;

H.

billi ż-żieda fis-sehem ta’ sorsi rinnovabbli tista’ twassal għal ekonomizzar sostanzjali, kif jidher fil-kont tal-enerġija esterna tal-UE f’dawn l-aħħar snin (tnaqqis ta’ EUR 30 biljun fl-2012);

I.

billi l-istat degradat tas-settur tal-bini residenzjali, tal-infrastruttura tat-trażmissjoni u tad-distribuzzjoni tal-enerġija li ntwiret mill-passat joħloq sfidi serji ħafna għall-effiċjenza tal-enerġija u l-iffrankar tal-enerġija f’ħafna pajjiżi tal-UE u pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant;

J.

billi l-UE adottat qafas għall-politika dwar il-klima u l-enerġija għall-2030, li jistabbilixxi sett ta’ objettivi, jiġifieri, biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tal-gassijiet b’effett ta’ serra b’40 % meta mqabbla mal-livelli tal-1990, biex jiżdied is-sehem tal-enerġija rinnovabbli kkunsmat fl-UE għal 27 %, u li tittejjeb l-effiċjenza tal-enerġija b’mill-inqas 27 % meta mqabbla mal-previżjonijiet għall-2030;

K.

billi l-implimentazzjoni sħiħa tal-pakkett attwali kif ukoll tat-tieni pakkett dwar il-klima u l-enerġija u l-leġiżlazzjoni suċċessivi tal-UE fil-qasam tal-effiċjenza enerġetika hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri kollha tal-UE, u l-istess japplika fir-rigward tal-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant f’termini ta’ leġiżlazzjoni trasposta; billi n-nuqqas ta’ traspożizzjoni korretta u f’waqtha jista’ jipperikola s-sigurtà ta’ Stati Membri individwali tal-UE jew tal-UE u tal-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant kollha kemm hi;

L.

billi l-UE fl-2009 adottat id-Direttiva dwar l-enerġija rinnovabbli li tistabbilixxi miri nazzjonali obbligatorji li għandhom jinkisbu permezz tal-promozzjoni tal-użu ta’ enerġija rinnovabbli; billi fl-2012 adottat ukoll direttiva dwar l-effiċjenza enerġetika li taħtha, l-Istati Membri jridu jimplimentaw miżuri vinkolanti għall-iffrankar tal-enerġija, b’mod partikolari obbligi tar-rinnovazzjoni annwali ta’ 3 % tal-bini tal-gvern u għall-kumpaniji tal-enerġija biex jitnaqqas il-konsum tal-enerġija fil-livell tal-konsumatur;

M.

billi l-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant kienu involuti fl-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta’ oqfsa legali u ta’ politika għall-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza tal-enerġija, inkluż permezz ta’ relazzjonijiet kuntrattwali ta’ xi wħud minnhom eżistenti fi ħdan it-Trattat dwar il-Komunità tal-Enerġija; billi, madankollu, l-isforzi tagħhom huma mxekkla minn monitoraġġ insuffiċjenti u l-kapaċità teknika u min-nuqqas ta’ investiment u strumenti għall-implimentazzjoni tagħhom;

N.

billi fl-2013, l-Armenja, il-Ġeorġja u l-Moldova daħlu fis-Sħubija għall-Ambjent u l-Effiċjenza tal-Enerġija fl-Ewropa tal-Lvant (E5P), li ġiet stabbilita l-ewwel mal-Ukraina u li għandha l-għan li tippromwovi l-effiċjenza tal-enerġija u l-investimenti ambjentali fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

O.

billi, għalkemm il-kriżi ekonomika globali kellha impatt negattiv fuq l-investiment għall-iffrankar tal-enerġija u l-enerġiji rinnovabbli, l-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali xorta għad għandhom rwol sinifikanti permezz tal-ingranaġġ ta’ fondi nazzjonali u self għal investiment fl-użu sostenibbli tal-enerġija u l-iżvilupp ta’ enerġija rinnovabbli;

P.

billi l-UE u l-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant għandhom iqisu l-kompetittività ġenerali tal-ekonomiji tagħhom u setturi tal-enerġija, meta jfasslu politiki adegwati biex jimponu obbligi dwar l-effiċjenza enerġetika f’setturi industrijali, l-iżvilupp ta’ enerġija rinovabbli u l-integrazzjoni ta’ dawn f’taħlitiet ta’ enerġija nazzjonali;

Q.

billi l-Ukraina u l-Moldova ngħaqdu fil-Komunità tal-Enerġija fl-2011 u kienu għalhekk obbligati jittrasponu, inter alia, id-Direttiva dwar ir-Rendiment tal-bini fl-użu tal-Enerġija (sat-30 ta’ Settembru 2012), id-Direttiva dwar it-Tikkettar Enerġetiku (sa tmiem l-2011), id-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Enerġija (sa tmiem l-2011), u Direttiva dwar l-enerġija minn sorsi rinnovabbli (sa tmiem l-2013); billi l-Ġeorġja qed tinnegozja biex issir membru sħiħ tal-Komunità tal-Enerġija fl-2015;

Il-kisba ta’ progress u ta’ riżultati għall-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija

1.

Taqbel mal-fehma tal-parteċipanti tas-Summit ta’ Vilnius dwar is-Sħubija tal-Lvant dwar l-importanza strateġika u tal-ħtieġa ta’ kooperazzjoni aktar mill-qrib fl-oqsma tal-ambjent u t-tibdil fil-klima bħala prijoritajiet għal azzjoni; tilqa’ l-involviment tal-parteċipanti fis-Summit fl-iżvilupp ta’ ftehim universali ġodda dwar il-klima li għandu jiġi adottat waqt il-Konferenza tan-NU dwar il-Bidla fil-Klima li se ssir fl-2015 f’Pariġi; tenfasizza l-interess komuni fit-tisħiħ tal-kooperazzjoni bilaterali u multilaterali fi ħdan is-Sħubija tal-Lvant fil-qasam tal-enerġija, sabiex jintlaħqu l-objettivi tal-politika dwar il-bidla fil-klima;

2.

Tilqa’ l-progress li rriżulta mis-Summit ta’ Vilnjus, u tistieden lill-parteċipanti fis-summit li se jsir f’Mejju 2015 f’Riga biex jieħdu aktar passi ‘l quddiem fil-kooperazzjoni fil-qasam tal-enerġija taħt is-Sħubija tal-Lvant; jiddispjaċiha li, f’każijiet speċifiċi, il-kummerċ bilaterali dwar l-enerġija intuża bħala strument ta’ pressjoni politika mill-Federazzjoni Russa; tenfasizza l-ħtieġa ta’ żvilupp ulterjuri fil-kooperazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi sħab tagħha għat-tisħiħ tas-sigurtà reċiproka tal-enerġija u biex tagħmilhom aktar indipendenti u reżiljenti għal pressjoni esterna;

3.

Tenfasizza l-importanza li tingħata prijorità politika għolja biex jinkiseb progress fl-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika sabiex nimxu lejn sistema tal-enerġija b’emissjonijiet baxxi, biex jitnaqqsu r-riskji li jirriżultaw mit-tibdil fil-klima u biex tiġi promossa enerġija sikura, sostenibbli u għal but ta’ kulħadd għall-benefiċċju tal-ekonomiji u taċ-ċittadini tagħna;

4.

Tenfasizza li l-infrastrutturi eżistenti antiki, “konnessjonijiet nieqsa” u sehem akbar ta’ enerġija rinnovabbli fil-produzzjoni u l-konsum tal-enerġija kollha jindikaw il-ħtieġa għal investiment fuq skala kbira biex tiġi żviluppata infrastruttura adegwata għat-trażmissjoni u l-ħżin tal-elettriku; tistieden lill-UE u lill-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant issaħħu l-kooperazzjoni reġjonali u jinkoraġġixxu l-modernizzar tal-grids tal-enerġija, permezz, b’mod partikolari, tal-iżvilupp u l-promozzjoni ta’ “grids intelliġenti” u tal-bini ta’ interkonnessjoni ġdida u ta’ infrastrutturi transkonfinali; tenfasizza li dawn l-investimenti għandhom jiġu kkomplementati b’miżuri għal bidliet fl-imġiba, l-iffrankar tal-enerġija u appoġġ tal-konsumatur b’saħħtu, filwaqt li tenfasizza l-benefiċċji ta’ bidla minn fjuwils fossili għal enerġija li terġa’ tiġġedded, b’mod partikulari fis-settur tat-tisħin; tenfasizza wkoll l-importanza tal-iżvilupp ta’ netwerk backbone tal-Internet sabiex jiġu appoġġati operazzjonijiet tal-grid intelliġenti, kif ukoll l-iżgurar tas-sigurtà ċibernetika tal-infrastrutturi kritiċi;

5.

Tinnota li ċerti sorsi ta’ enerġija rinnovabbli huma intermittenti u tqis, f’dan ir-rigward, li iktar man-netwerks tal-elettriku jinstabu kullimkien, aktar ma jkunu jistgħu jintużaw sorsi ta’ enerġija ġeografikament imbiegħda, u b’hekk ikun jista’ jintlaħaq bilanċ fil-produzzjoni jew fin-nuqqas ta’ disponibbiltà tal-faċilitajiet tal-enerġija rinnovabbli;

6.

Tenfasizza r-rwol tal-effiċjenza tal-enerġija tal-binjiet u l-importanza li sseħħ rinnovazzjoni tal-bini li mhux effiċjenti f’termini ta’ enerġija fi sħubija mal-UE sabiex tiġi massimizzata l-effiċjenza tal-enerġija tagħhom;

7.

Tqis li l-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli għandu jimxi id f’id ma’ appoġġ għal kapaċitajiet ta’ ħżin, u kapaċitajiet ta’ riżerva ta’ enerġija flessibbli, u tenfasizza l-ħtieġa għal miżuri ta’ effiċjenza enerġetika biex tiġi żgurata provvista ta’ elettriku f’perjodi ta’ domanda għolja; tħeġġeġ lill-UE u lill-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant biex jappoġġaw u jiffaċilitaw it-twaqqif ta’ sħubiji ġodda biex jiżguraw it-trasferiment ta’ teknoloġija fl-oqsma ta’ ġestjoni tad-domanda, tal-grids intelliġenti u tat-teknoloġiji tal-ħżin; titlob għall-kooperazzjoni mtejba bejn l-UE u l-pajjiżi sħab tagħha fi sforz konġunt biex jintlaqgħu l-attakki ta’ kull tip kontra l-infrastrutturi kritiċi;

8.

Tenfasizza l-problemi li jaffettwaw lill-komunitajiet rurali fil-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant relatati mal-gassifikazzjoni, peress li attwalment dawn il-Komunitajiet għadhom jiddependu fuq riżorsi naturali li ġejjin mill-foresti, li qed iwasslu għal deforestazzjoni massiva u għal degradazzjoni tal-foresti fuq skala li tammonta għal madwar wieħed minn kull ħamsa tal-emissjonijiet ġġenerati mill-bniedem;

9.

Tirrakkomanda li l-UE u l-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant tagħha jrawmu u jittestjaw netwerks ta’ produzzjoni u ta’ distribuzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli lokali u deċentralizzata, li toħloq sistema tal-enerġija aktar reżiljenti, ibbilanċjata u demokratika, ittejjeb is-sigurtà tal-enerġija, tipprovdi opportunitajiet kummerċjali u tkopri l-bżonnijiet tal-komunitajiet u tas-swieq lokali;

10.

Tistieden lill-Istati Membri tal-UE u lill-imsieħba tagħhom biex iżidu l-kapaċità għat-tfittxija għal kooperazzjoni fl-enerġija alternattiva ma’ investituri privati fl-estrazzjoni ta’ gass tax-shale li huwa organikament rikk, li joħloq vantaġġ qawwi lill-pajjiżi dipendenti mill-importazzjoni tal-enerġija biex ikunu jifilħu aktar pressjoni politika esterna;

11.

Tenfasizza li l-potenzjal tal-iffrankar enerġetiku jikkonċerna s-setturi kollha tal-ekonomija, inklużi l-industrija, l-agrikoltura, il-bini (b’mod partikolari fir-rigward ta’ livelli għoljin ta’ effiċjenza tal-enerġija ta’ bini residenzjali), it-trasport u s-servizzi; temmen li l-progress lejn l-effiċjenza enerġetika għandu jkun ibbażat fuq deċiżjonijiet dwar l-implimentazzjoni effettiva ta’ miżuri ffinanzjati b’mod intelliġenti li jsiru permezz ta’ katina kumplessa ta’ partijiet interessati, li jvarjaw minn dawk li jfasslu l-politika għal produtturi tal-enerġija u l-konsumaturi individwali;

12.

Tenfasizza li l-bidla lejn ekonomija iktar effiċjenti fl-enerġija għandha wkoll taċċellera l-firxa ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi innovattivi u ttejjeb il-kompetittività tal-industrija, filwaqt li jiġi xprunat it-tkabbir ekonomiku u jinħolqu impjiegi ta’ kwalità għolja f’numru ta’ setturi relatati mal-effiċjenza fl-enerġija;

13.

Tenfasizza li l-politiki dwar l-effiċjenza enerġetika għandhom ikunu bbażati fuq analiżi dettaljata tal-użu tal-enerġija, tas-swieq u tat-teknoloġiji u l-identifikazzjoni ta’ setturi u l-opportunitajiet fejn l-azzjonijiet jistgħu potenzjalment iħallu l-akbar titjib; titlob, f’dan ir-rigward, li l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant isawru l-politiki dwar l-effiċjenza enerġetika, bil-għan, bħala prijorità, tat-tneħħija tal-ostakoli għal investimenti ta’ effiċjenza, l-istabbiliment u l-implimentazzjoni gradwali ta’ standards ta’ prestazzjoni fis-setturi kollha b’użu intensiv tal-enerġija, inkluża l-industrija, iż-żieda tar-rati tat-taxxi fuq il-prodotti u t-tagħmir li huwa l-aktar ineffiċjenti fejn jeżistu alternattivi aktar effiċjenti fejn tidħol l-enerġija, u l-ħolqien ta’ mudelli ta’ finanzjament li huma aċċessibbli għal unitajiet domestiċi privati;

14.

Tenfasizza l-importanza li jiġu kkompletati proġetti distrettwali ta’ tisħin fil-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant, li jiżguraw li kull proġett ta’ rinnovazzjoni jew ta’ kostruzzjoni huwa żviluppat b’effiċjenza enerġetika bħala prijorità;

Il-ħarsien tal-kundizzjonijiet ta’ qafas xierqa għal żvilupp sostenibbli ta’ enerġija rinnovabbli u l-istimolu tal-effiċjenza tal-enerġija

15.

Tappoġġja l-objettivi ta’ żieda fl-għarfien pubbliku tal-enerġija rinnovabbli fil-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant, u tirrikonoxxi li fil-preżent, il-Komunità tan-negozju f’dawk il-pajjiżi m’għandhiex tagħrif dwar il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli u l-mezzi ta’ parteċipazzjoni fi proġetti ta’ investiment; tenfasizza r-rwol ta’ istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali fil-mobilizzazzjoni ta’ fondi nazzjonali u self għal investiment fl-użu ta’ enerġija sostenibbli u l-iżvilupp ta’ enerġija rinnovabbli;

16.

Tappoġġja l-objettivi tal-programm ta’ ħidma tal-Pjattaforma tas-Sħubija tal-Lvant dwar is-Sigurtà tal-Enerġija għall-2014-2017, u b’mod partikolari dak ta’ kooperazzjoni msaħħa fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli u l-promozzjoni tal-investimenti;

17.

Tenfasizza li l-oqfsa regolatorji għas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza tal-enerġija huma ta’ importanza kbira minħabba li deċiżjonijiet ta’ investiment f’dawn l-oqsma huma l-aktar milquta minn awtorizzazzjonijiet amministrattivi; tirrakkomanda li l-gvernijiet tal-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant jiżguraw it-trasparenza, il-konsistenza u l-kontinwità fit-tfassil ta’ oqfsa ġuridiċi, finanzjarji u regolatorji sabiex tissaħħaħ il-fiduċja tal-investituri u jinqasam l-għarfien regolatorju u l-aħjar prattiki; tenfasizza li l-Kummissjoni għandha tkun viġilanti u tiżgura li l-investimenti fl-enerġija u d-deċiżjonijiet politiċi f’kwalunkwe mill-Istati Membri tal-UE ma jdgħajfux is-sigurtà tal-enerġija fi Stati Membri oħra jew f’pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant;

18.

Tistieden lill-Kummissjoni tirrevedi d-Direttiva dwar l-Effiċjenza Enerġetika sabiex jiġu estiżi l-iskemi ta’ obbligu tal-effiċjenza enerġetika lil hinn mill-2020 u tipproponi d-direttiva riveduta b’miri għall-2030 għal adozzjoni finali mill-Komunità tal-Enerġija;

19.

Tappoġġa l-approssimazzjoni tal-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant mal-leġiżlazzjoni tal-UE u l-istandards rilevanti għall-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza tal-enerġija, speċjalment fil-qafas tal-Komunità tal-Enerġija, u l-implimentazzjoni ta’ strateġiji nazzjonali u pjanijiet ta’ azzjoni relatati; tenfasizza, f’dan ir-rigward, l-importanza tal-leġiżlazzjoni li twessa’ l-aċċess għal swieq nazzjonali tal-enerġija rinnovabbli għall-investituri barranin u jiġi ffaċilitat il-kummerċ tal-enerġija fost il-partijiet nazzjonali u lokali; tenfasizza li l-investituri domestiċi u barranin għandhom igawdu minn trattament ugwali fir-rigward tal-aċċess għal swieq tal-enerġija rinnovabbli; tistenna proposti leġiżlattivi għat-tkomplija tat-tkabbir ta’ sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu u l-produzzjoni tal-enerġija minn sorsi rinnovabbli lil hinn mill-2020; tilqa’ l-fatt li l-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant li adottaw programmi nazzjonali tal-effiċjenza fl-enerġija ffissaw miri kwantifikati, rigward, b’mod partikolari, t-tnaqqis tal-intensità tal-enerġija, t-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju u t-telf tas-sħana fis-settur tal-akkomodazzjoni; tenfasizza li l-miri għall-effiċjenza enerġetika ma ntlaħqux u għandhom jiġu riveduti perjodikament u għandhom jiġu stabbiliti strateġiji ġodda sabiex jiġi żgurat li jintlaħqu kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi sħab;

20.

Hija tal-fehma li huma meħtieġa sistemi aktar koerenti ta’ appoġġ għall-enerġija rinnovabbli sabiex tinbena l-kapaċità rinnovabbli b’mod effiċjenti, b’mod partikolari għal teknoloġiji innovattivi fis-setturi tax-xemx, tar-riħ u tal-bijomassa, iżda li dawn m’għandhomx jagħtu lok għal sussidji eċċessivi u għandhom jitneħħew b’mod gradwali hekk kif it-teknoloġiji huma maturi;

21.

Tenfasizza r-rwol li s-settur tat-trasport jista’ jkollu fit-tnaqqis tal-emissjonijiet permezz tal-integrazzjoni tal-miri tal-enerġija rinnovabbli fil-programmi ta’ ħidma tat-trasport pubbliku;

22.

Tħeġġeġ lill-UE u lill-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant biex jistabbilixxu mudelli ta’ finanzjament ġodda biex tiżdied l-enerġija rinnovabbli u l-iffrankar tal-enerġija li jiddependu anqas fuq finanzjament pubbliku u aktar fuq finanzjament privat;

23.

Titlob li jsiru studji ta’ valutazzjoni speċifiċi għall-pajjiż fuq il-konsum tal-enerġija sabiex tistabbilixxi strateġija biex jiġu ottimizzati investimenti li jżidu l-effiċjenza u jnaqqsu l-ispejjeż u d-dipendenza fuq l-importazzjonijiet fuq medda twila ta’ żmien; Tħeġġeġ aktar investiment privat u pubbliku fir-rinnovazzjoni ta’ bini residenzjali ineffiċjenti fl-użu tal-enerġija fl-UE u fil-pajjiżi sħab tagħha;

24.

Tfakkar fir-rakomandazzjoni tagħha li l-Istati Membri tal-UE u s-sħab Ewropej tal-Lvant jiffaċilitaw l-istabbiliment ta’ trattament preferenzjali għall-kummerċ fl-enerġija ġġenerata minn sorsi rinnovabbli, jiġifieri taħt mekkaniżmi u kundizzjonijiet ipprovduti mid-Direttiva 2009/28/KE;

25.

Tilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li, fi ħdan il-qafas tad-direttiva dwar is-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (RES) trasposta, l-Ukraina kważi rduppjat is-sehem ta’ RES fil-konsum finali tagħha, minn 2,99 % fl-2012 għal 3,96 % fl-2013;

L-inkoraġġiment ta’ approċċi komuni għat-tfassil tal-politika u tat-tisħiħ ta’ kooperazzjoni multilaterali f’enerġiji rinnovabbli u fl-effiċjenza enerġetika fi ħdan is-Sħubija tal-Lvant

26.

Tenfasizza li, filwaqt li l-għanijiet tal-politika tal-enerġija ġew stabbiliti u kkoordinati fil-livell tal-UE, l-Istati Membri tal-UE jridu jagħżlu strateġiji xierqa skont l-istruttura ta’ swieq nazzjonali tagħhom tal-enerġija; tirrakkomanda li l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant jimpenjaw ruħhom f’aktar skambji u kooperazzjoni fir-riċerka u t-tfassil tal-politika fir-rigward tas-sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-enerġija, b’mod parallel mal-indirizzar tal-problema tal-faqar fl-enerġija, b’enfasi speċjali fuq l-unitajiet domestiċi b’introjtu baxx u vulnerabbli li waħedhom ma jistgħux jaffordjaw li jinvestu fl-effiċjenza tal-enerġija u proġetti ta’ modernizzar u li jkunu l-aktar affettwati b’żieda fil-prezzijiet tal-enerġija, jipprovdu informazzjoni u mekkaniżmi ta’ finanzjament imfassla apposta sabiex dawn ikunu jistgħu inaqqsu l-użu tal-enerġija, jiddiversifikaw is-sorsi tal-enerġija u jibnu l-awtonomija tal-enerġija fuq il-livell tal-unità domestika;

27.

Tenfasizza l-interess li jiġi żviluppat suq tal-enerġija miftuħ u integrat bejn l-UE u s-sħab Ewropej tal-Lvant tagħha, li jista’ jagħti spinta lill-iżvilupp tal-enerġija rinnovabbli billi jiġu pprovduti aktar opportunitajiet għall-kummerċ u l-investiment; tirrakkomanda li l-UE u l-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant jimpenjaw ruħhom sabiex jiżviluppaw il-kummerċ reġjonali tal-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli fil-qafas ta’ ftehimiet ġodda;

28.

Tilqa’ b’sodisfazzjon l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tfassal linji gwida għan-negozju tal-enerġija rinnovabbli fil-livell Ewropew, u tirrakkomanda li jitqies bis-sħiħ il-potenzjal kummerċjali tal-UE ma’ pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant;

29.

Tilqa’ l-appoġġ li l-programm INOGATE, inkluż l-Inizjattiva ta’ Ffrankar tal-Enerġija fis-settur tal-bini (ESIB) pprovda lill-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant; temmen l-programm INOGATE għandu jiġi mplimentat fil-futur, f’format aktar speċifika għal kull pajjiż imsieħeb, abbażi ta’ ftehimiet kuntrattwali u l-impenji li jsiru bidliet fil-politika;

30.

Tfaħħar ir-riżultati tal-inizjattiva tal-UE tal-“Patt tas-Sindki”, li jgħaqqad flimkien kunsilli lokali fi sforz biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju permezz ta’ azzjonijiet dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-enerġija rinnovabbli; tistieden lill-UE ssaħħaħ din l-inizjattiva u tirrakkomandaha lil aktar muniċipalitajiet, b’mod partikolari f’pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant; tirrakkomanda li l-inizjattiva għandha tinkludi l-implimentazzjoni ta’ sforzi ulterjuri għall-promozzjoni tal-prinċipji tal-effiċjenza fl-enerġija u l-bidla fil-mentalitajiet tal-konsumaturi, b’mod partikolari, permezz ta’ kampanji ta’ sensibilizzazzjoni;

31.

Tirrikonoxxi l-valur tas-Sħubija għall-Ambjent u l-Effiċjenza tal-Enerġija fl-Ewropa tal-Lvant (E5P), bħala fond minn bosta donaturi amministrat mill-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp li l-għan tiegħu huwa li jiffaċilita l-investimenti fl-effiċjenza enerġetika u t-tnaqqis tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju f’pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant; tilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni li ttieħdet mill-Armenja, il-Ġeorġja u l-Moldova biex jingħaqdu fl-attivitajiet tal-Fond E5P, kemm bħala kontributuri kif ukoll bħala riċevituri, f’Ottubru 2013, filwaqt li nnotat li l-Fond E5P ħadem b’suċċess fl-Ukraina mill-2009; tħeġġeġ lill-Azerbajġan u lill-Bjelorussja biex isiru wkoll pajjiżi Membri tal-E5P u biex jingħaqdu mal-komunità donatriċi tiegħu, u b’hekk jippermetti li jiġu intensifikati l-isforzi tagħhom biex itejbu l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija;

32.

Tistieden lill-UE biex tagħmel użu aħjar mill-Faċilità ta’ Investiment tal-Viċinat u tikkofinanzja investimenti f’miżuri ta’ effiċjenza enerġetika u proġetti RES, abbażi, inter alia, l-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni ta’ proġetti għall-effiċjenza enerġetika taħt il-Qafas ta’ Investiment tal-Balkani tal-Punent;

33.

Tenfasizza l-ħtieġa li tiġi żviluppata edukazzjoni fl-oqsma akkademiċi rilevanti għall-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, bħala vetturi importanti għall-innovazzjoni; tirrakkomanda li l-UE tiżviluppa programmi ta’ appoġġ taħt l-Istrument Ewropew tal-Viċinat għall-2014-2020, li jippermettu lill-universitajiet u l-iskejjel tal-inġinerija fl-UE u fil-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant biex jiżviluppaw kooperazzjoni aktar mill-qrib u skambji ta’ studenti tal-Ph.D u bil-lawrja fil-qasam tal-inġinerija tal-enerġija u tal-ekonomija;

34.

Tilqa’ l-prijoritajiet tal-UE dwar il-Programm Enerġija Intelliġenti - Ewropa, u l-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (Orizzont 2020); titlob lill-UE biex tiftaħ il-Programm Enerġija Intelliġenti - Ewropa tagħha fil-pajjiżi sħab Ewropej tal-Lvant u biex tieħu miżuri biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni tagħhom, bil-għan li jiġu skambjati l-aħjar prattiki, jiġu żviluppati teknoloġiji ġodda u titrawwem l-innovazzjoni fil-qasam tal-enerġija rinnovabbli u l-effiċjenza;

35.

Tagħti istruzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex jibagħtu din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri tal-UE u l-sħab Ewropej tal-Lvant.


(1)  Adottata s-17 ta’ Marzu 2015 f’Jerevan, l-Armenja.

(2)  Testi adottati, P7_TA(2014)0094.

(3)  Testi adottati, P7_TA(2013)0201.

(4)  Testi adottati, P7_TA(2013)0088.

(5)  Testi adottati, P7_TA(2012)0238.

(6)  Testi adottati, P8_TA(2014)0063.


23.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/18


RIŻOLUZZJONI (1)

dwar il-kultura u d-djalogu interkulturali fil-kuntest tas-Sħubija tal-Lvant

(2015/C 315/04)

L-ASSEMBLEA PARLAMENTARI EURONEST,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit dwar is-Sħubija tal-Lvant li sar f’Vilnjus fit-28 u d-29 ta’ Novembru 2013, bit-titolu ‘Is-Sħubija tal-Lvant: it-triq li għandna nsegwu’,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Konġunta tas-Summit tas-Sħubija tal-Lvant li sar f’Varsavja fid-29 u t-30 ta’ Settembru 2011,

wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-23 ta’ Ottubru 2013 dwar ‘il-Politika Ewropea tal-Viċinat: ħidma favur sħubija aktar b’saħħitha. Il-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rapporti ta’ progress 2012’,

wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropw tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar id-dimensjonijiet kulturali tal-azzjonijiet esterni tal-UE,

wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Jannar 2004 dwar ‘il-preservazzjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali: ir-rwol tar-reġjuni Ewropej u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Unesco u l-Kunsill tal-Ewropa’,

wara li kkunsidrat id-dokumenti ta’ ħidma relevanti maħruġa mill-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Kultura u l-Edukazzjoni, bħad-dokument ta’ ħidma tal-15 ta’ Ottubru 2013 dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment tal-Programm Ewropa Kreattiva u d-dokument ta’ ħidma tas-16 ta’ Ottubru 2013 dwar Erasmus+,

wara li kkunsidrat l-abbozz ta’ opinjoni tal-5 ta’ Novembru 2013 tal-Kumitat tal-Parlament Ewropew għall-Kultura u l-Edukazzjoni dwar il-politika barranija tal-UE f’dinja ta’ differenzi kulturali u reliġjużi,

wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tal-Unesco tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali,

wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tal-Unesco dwar il-Patrimonju Dinji li saret fl-1972 u l-Konvenzjoni tal-Aja li saret fl-1954 għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta’ Kunflitt armat b’Regolamenti għall-Eżekuzzjoni tal-Konvenzjoni,

wara li kkunsidrat l-Att Kostitwenti tal-Assemblea Parlamentari Euronest tat-3 ta’ Mejju 2011,

wara li kkunsidrat il-Komunikazzjoni Konġunta tal-15 ta’ Mejju 2012 tal-Kummissjoni Ewropea u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar ‘Is-Sħubija tal-Lvant: Pjan direzzjonali għas-Summit tal-Ħarifa 2013’,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tat-3 ta’ April 2012 tal-Assemblea Parlamentari Euronest dwar it-tisħiħ tas-soċjetà ċivili fil-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant, inkluża l-kwistjoni tal-kooperazzjoni bejn il-gvern u s-soċjetà ċivili, u l-kwistjoni tar-riformi mmirati lejn l-għoti ta’ setgħa lis-soċjetà ċivili,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-2014 tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u l-Assemblea Parlamentari dwar il-protezzjoni tal-proprjetà kulturali fiż-żona tal-OSKE,

A.

billi r-rikkezza ewlenija tal-Ewropa hija l-patrimonju kulturali tiegħu, li għandu jiġi ppreservat għall-benefiċċju tal-poplu;

B.

billi l-kultura tista’ u għandha tiffaċilita l-iżvilupp, l-inklużjoni, l-innovazzjoni, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem, l-edukazzjoni, il-prevenzjoni tal-kunflitti u r-rikonċiljazzjoni, il-fehim reċiproku u r-rispett;

C.

billi l-kooperazzjoni u d-djalogu interkulturali, li huma s-sisien fundamentali għad-diplomazija kulturali, jistgħu jservu bħala strumenti għall-paċi u l-istabilità dinjija; billi l-artisti jaġixxu bħala diplomati kulturali de facto billi jiskambjaw u jikkonfrontaw valuri estetiċi, politiċi, morali u soċjali differenti;

D.

billi l-beni kulturali, inklużi l-isport u l-attivitajiet taż-żgħażagħ, jikkontribwixxu għall-iżvilupp mhux materjali u għall-ekonomija tal-Ewropa, u jgħinu biex tinħoloq soċjetà msejsa fuq l-għarfien, b’mod partikolari permezz tal-industriji u t-turiżmu kulturali;

E.

billi t-teknoloġiji tal-midja u t-teknoloġiji ta’ komunikazzjoni ġodda, bħall-Internet, għandhom il-potenzjal li jaġixxu bħala strumenti għal kooperazzjoni kulturali u djalogu interkulturali, u jiffaċilitaw l-aċċess għall-kontenut u l-edukazzjoni kulturali;

F.

billi d-diversità tal-kulturi Ewropej, l-istess bħall-bijodiversità naturali, hija parti mill-patrimonju ħaj meħtieġ għall-iżvilupp sostenibbli tas-soċjetajiet tagħna, u billi għaldaqstant għandhom, f’dan ir-rigward, jiġu salvagwardati u preservati minn kull riskju ta’ estinzjoni;

G.

billi s-soċjetajiet multikulturali koeżivi li jimmaniġġjaw id-diversità tagħhom b’mod demokratiku u sostenibbli jikkontribwixxu għad-diversità, huma aktar miftuħa u jinsabu f’kundizzjonijiet aħjar biex jikkontribwixxu għar-rikkezza li tirrappreżenta d-diversità kulturali; billi l-mobilità personali fiż-żona komuni Ewropea, kif ukoll il-flussi migratorji, kemm dawk stabbiliti kif ukoll dawk ġodda, u skambji ta’ kull tip, irawmu din id-diversità kulturali;

H.

billi t-Trattat ta’ Lisbona ta spinta lill-objettiv tas-salvagwardja u l-promozzjoni tal-patrimonju kulturali tal-Unjoni Ewropea fid-diversità kollha tagħha;

I.

billi d-diversità kulturali hija waħda mill-prinċipji fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif minqux fl-Artikolu 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, li jgħid li “l-Unjoni tirrispetta d-diversità kulturali, reliġjuża u lingwistika”;

J.

billi l-preservazzjoni u l-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom jikkostitwixxu valur fundamentali u, fl-istess ħin, wieħed mill-kompiti ewlenin tal-Unjoni Ewropea; billi l-Aġenda Ewropea għall-Kultura tiddefinixxi l-għan strateġiku għall-promozzjoni tal-kultura bħala element essenzjali fir-relazzjonijiet internazzjonali tal-UE;

K.

billi l-Konvenzjoni tal-Unesco tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità Kulturali tippermetti lill-partijiet li ħadu sehem fil-Konvenzjoni jieħdu l-miżuri xierqa biex iħarsu l-attivitajiet, l-oġġetti u s-servizzi kulturali sabiex titrawwem id-diversità tal-espressjoni kulturali, kemm fi ħdan it-territorju tal-partijiet involuti kif ukoll taħt ftehim internazzjonali;

L.

billi l-lingwi kollha fl-Ewropa huma ugwali f’termini ta’ valur u dinjità, jiffurmaw parti integrali mill-kulturi u ċ-ċivilizzazzjonijiet tal-Ewropa u jikkontribwixxu għall-arrikkiment tal-umanità; billi r-rispett għad-diversità lingwistika jikkontribwixxi b’mod pożittiv għall-koeżjoni soċjali billi jsaħħaħ il-fehim reċiproku, l-awtostima u jiftaħ l-imħuħ, u billi d-diversità lingwistika żżid l-aċċess għall-kultura u tikkontribwixxi għall-kreattività u l-kisba ta’ ħiliet interkulturali, kif ukoll tippromwovi l-kooperazzjoni bejn il-popli u l-pajjiżi;

M.

billi l-kunċett tad-diversità lingwistika fl-UE u f’pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant ma jħaddanx biss il-lingwi uffiċjali iżda wkoll il-lingwi kouffiċjali, il-lingwi reġjonali u l-lingwi li ma jgawdux minn rikonoxximent uffiċjali fl-Istati Membri; billi l-lingwi kollha jirriflettu mentalità, stil ta’ kreattività u ħiliet u għarfien storiċi, soċjali u kulturali, li huma parti mir-rikkezza u d-diversità tal-UE u l-pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant, u jiffurmaw il-bażi tal-identità Ewropea; billi d-diversità lingwistika fi ħdan pajjiż għandha għaldaqstant titqies bħala assi aktar milli piż, u għalhekk għandha tingħata sostenn u tiġi promossa kif xieraq;

N.

billi l-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali, li ġiet ratifikata minn 24 Stat Membru tal-UE u minn kull wieħed mill-ħames pajjiżi sħab tal-Assemblea Parlamentari Euronest, tqis li jeħtieġ li tinħoloq klima ta’ tolleranza u djalogu sabiex id-diversità kulturali tkun tista’ tikkostitwixxi sors u fattur, mhux ta’ diviżjoni, iżda ta’ arrikkiment għal kull soċjetà;

O.

billi l-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji tal-Kunsill tal-Ewropa, li ġiet ratifikata minn 16-il Stat Membru tal-UE u ffirmata minn erba’ pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant, tipprovdi qafas ta’ referenza għall-ħarsien tal-lingwi li jinsabu fil-periklu ta’ estinzjoni u mezz ta’ protezzjoni għall-minoranzi;

P.

billi xi lingwi Ewropej li jinsabu fil-periklu ta’ estinzjoni mitkellma minn komunitajiet transkonfinali jgawdu minn diversi livelli ta’ protezzjoni skont l-istat jew ir-reġjun li fih jgħixu l-kelliema tal-lingwa kkonċernata; billi f’xi Stati Membri tal-UE u pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant jeżistu lingwi reġjonali jew minoritarji li jinsabu f’periklu jew li qegħdin jgħibu, iżda li f’pajjiżi oħra ġirien dawn huma lingwi uffiċjali mitkellma mill-maġġoranza;

Q.

billi minħabba n-natura urġenti tas-sitwazzjoni li qed iħabbtu wiċċhom magħha l-lingwi, għandha tingħata attenzjoni partikolari lil dawk il-lingwi li jinsabu fil-periklu ta’ estinzjoni, billi jiġu rikonoxxuti l-multikulturaliżmu u l-multilingwiżmu, jiġu implimentati miżuri ta’ politika li jiġġieldu l-preġudizzji eżistenti kontra lingwi fil-periklu, u jiġi adottat approċċ anti-assimilazzjoni;

R.

billi, fejn jidħol it-tagħlim, l-aktar mod effikaċi huwa li l-individwi jitgħallmu bil-lingwa materna tagħhom; billi jekk it-tfal jiġu mgħallma l-lingwa materna tagħhom mit-twelid, b’mod parallel ma’ lingwa uffiċjali, dawn jiksbu dispożizzjoni naturali li jistgħu jużaw biex jitgħallmu lingwi oħra aktar ‘il quddiem, u billi l-pluraliżmu lingwistiku huwa vantaġġ għaż-żgħażagħ Ewropej;

S.

billi aktar minn 300 minoranza nazzjonali u komunità lingwistika differenti jgħixu fil-kontinent Ewropew;

T.

billi l-Unjoni Ewropea hija msejsa fuq il-valuri tar-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet ta’ persuni li jagħmlu parti minn minoranzi, u billi dawn il-valuri huma komuni għall-Istati Membri f’soċjetà fejn jipprevalu l-pluraliżmu, in-nondiskriminazzjoni, it-tolleranza, il-ġustizzja, is-solidarjetà u l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel (l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea); billi dawn il-valuri wkoll jagħmlu parti mis-Sħubija tal-Lvant;

U.

billi l-konklużjonijiet tal-Presidenza tal-Kunsill Ewropew li ltaqa’ f’Kopenħagen fil-21 u t-22 ta’ Ġunju 1993 jistabbilixxu li r-rispett għall-minoranzi u l-ħarsien tagħhom huwa rekwiżit għall-applikazzjoni għal sħubija mal-Unjoni Ewropea;

V.

billi l-komunitajiet tal-minoranzi nazzjonali jirrappreżentaw kontribut speċjali lejn il-kultura Ewropea;

W.

billi huwa ta’ importanza kruċjali għall-futur tal-UE u l-pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant, għall-istabilità, is-sigurtà u l-prosperità tagħhom u biex ikun hemm relazzjonijiet tal-viċinat tajba, li tiġi indirizzata l-kwistjoni tal-minoranzi nazzjonali u r-relazzjonijiet interkulturali u interetniċi; billi l-popli tal-maġġoranza u minoranza jikkondividu responsabilità reċiproka, iżda wkoll asimetrika, politika u morali għall-integrazzjoni, il-preservazzjoni u l-iżvilupp tal-identitajiet, il-kulturi u l-ilsna tal-komunitajiet tal-minoranzi;

X.

billi kull individwu għandu jkollu d-dritt inaljenabbli li jagħżel liberament jekk jappartjenix għal minoranza nazzjonali, u m’għandux jitpoġġa f’pożizzjoni żvantaġġata minħabba l-għażla tiegħu jew minħabba l-fatt li jeżerċita d-drittijiet tiegħu marbuta ma’ dik l-għażla; billi l-ebda Stat Membru tal-UE jew pajjiż sieħeb tal-Ewropa tal-Lvant ma’ jista’ jixħet dubju fuq id-dritt ta’ persuni li jappartjenu għal minoranzi nazzjonali li jagħżlu liberament identità jew identitajiet multipli;

Y.

billi l-Istati Membri kollha għandhom ir-responsabilità ewlenija li jipproteġu l-patrimonju kulturali ta’ importanza kbira milli jinqered b’mod volontarju f’każ ta’ kunflitt armat;

Z.

billi l-patrimonju kulturali jirrifletti l-istorja, it-tradizzjonijiet u l-oriġini nazzjonali ta’ nazzjon;

Ir-rispett għad-drittijiet kulturali: il-prinċipji ewlenin

1.

Tisħaq fuq l-importanza tad-dimensjoni kulturali u tad-djalogu interkulturali għall-iżvilupp sħiħ tas-Sħubija tal-Lvant;

2.

Tappella lill-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant biex jonoraw l-impenji li daħlu għalihom bl-adeżjoni tagħhom mal-Konvenzjoni tal-Unesco tal-2005 dwar id-Diversità Kulturali għar-rispett u l-promozzjoni tal-espressjonijiet kulturali kemm fit-territorju tagħhom kif ukoll fil-ftehimiet internazzjonali;

3.

Tistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE li għadhom m’għamlux dan sabiex isegwu l-eżempju mogħti mill-pajjiżi li jipparteċipaw fl-Assemblea Parlamentari Euronest, li kollha ffirmaw u rratifikaw il-Konvenzjoni Qafas tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Protezzjoni tal-Minoranzi Nazzjonali; tistieden, barra minn hekk, lill-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi sħab kollha tal-Ewropa tal-Lvant li għadhom m’għamlux dan biex jirratifikaw u jimplimentaw il-Karta Ewropea għal-Lingwi Reġjonali jew Minoritarji tal-Kunsill tal-Ewropa;

4.

Temmen bis-sħiħ li d-drittijiet tal-membri ta’ komunitajiet minoritarji nazzjonali għandhom ikunu garantiti sabiex joħolqu kundizzjonijiet xierqa għall-iżvilupp tagħhom, u li dawn id-drittijiet għandhom ikunu komparabbli ma’ dawk li jgawdu minnhom membri ta’ komunitajiet maġġoritarji fl-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant; tinnota li, peress li l-minoranzi nazzjonali m’għandhomx personalità ġuridika, ma jistgħux ikunu suġġetti legali u għalhekk ma jistgħux ikunu parti f’kuntratti jew patti; tissottolinja, madankollu, li dawn għandhom ikunu l-oġġett ta’ protezzjoni kollettiva u li l-membri tagħhom għandu jkollhom il-kapaċità li jaġixxu – jew bħala suġġetti legali individwali jew fi ħdan il-qafas ta’ diversi entitajiet b’personalità ġuridika – fid-difiża tal-identità u d-drittijiet kulturali tal-minoranzi nazzjonali rispettivi; tisħaq li dawn id-drittijiet mhumiex territorjali jew marbuta ma’ territorju, u li r-rikonoxximent u l-protezzjoni tagħhom għandha tkun irregolata bil-liġi, kemm fil-livell ta’ kull stat nazzjon ikkonċernat kif ukoll fil-livell transnazzjonali (internazzjonali) (Rakkomandazzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa Nru 1735 (2006) dwar il-kunċett ta’ ‘nazzjon’);

Id-djalogu kulturali u l-kooperazzjoni kulturali

5.

Tenfasizza kemm il-ħtieġa li jiġi adottat approċċ komprensiv fil-medjazzjoni kulturali u fl-iskambju kulturali bejn l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant, kif ukoll ir-rwol tal-kultura fit-trawwim tad-demokratizzazzjoni, id-drittijiet tal-bniedem, il-prevenzjoni tal-kunflitti u l-bini tal-paċi;

6.

Tesprimi t-tħassib tagħha dwar il-fatt li kunflitti mtawla fit-territorju ta’ pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant għadhom ma ġewx solvuti f’qafas ġuridiku internazzjonali; tisħaq fuq il-fatt li s-sitwazzjoni attwali tibqa’ tikkostitwixxi xkiel serju għall-iżvilupp demokratiku ta’ dawn ir-reġjuni u taffettwa b’mod negattiv l-iskambji u l-proċessi ta’ benefiċċju reċiproku fost il-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (EaP) fl-isfera kulturali, fost oħrajn;

7.

Jiddispjaċiha dwar il-qerda ta’ monumenti storiċi, reliġjużi u kulturali fit-territorji ta’ pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant, b’mod partikolari fejn jeżistu kunflitti mtawla; tistieden lill-Istati Membri tal-UE u l-istati membri tas-Sħubija tal-Lvant biex tobbliga lil dawk il-pajjiżi li huma involuti f’kunflitt biex iżommu lura milli jeqirdu l-monumenti, jissostitwixxu l-partijiet oriġinali tagħhom u jimportawhom, jesportawhom jew jimmodifikawhom b’mod illeċitu, peress li azzjonijiet bħal dawn inaqsu l-valur kulturali u storiku ta’ dawn il-monumenti;

8.

Tfaħħar, f’dan il-kuntest, inizjattivi ta’ skambju reċiproku, jitlob li jkun hemm aktar sforzi mmirati lejn it-trawwim ta’ kuntatt interkulturali fost nies li jgħixu f’żoni ta’ kunflitt kontinwu u ttenni l-ħtieġa li jixxerrdu l-ideat ta’ paċi u fiduċja, u li jingħata bidu għal proċess ġenwin ta’ rikonċiljazzjoni bejn il-partijiet ta’ kull naħa ta’ kunflitti bħal dawn;

9.

Tisħaq fuq il-ħtieġa li jitfasslu strateġiji effikaċi għan-negozjati interkulturali bejn l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant, u tqis li approċċ multikulturali bħal dan jaf jiffaċilita l-konklużjoni ta’ ftehimiet ta’ benefiċċju, u b’hekk ipoġġi lill-UE u l-pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant fuq l-istess livell;

10.

Tgħid li l-iskambji kulturali u edukattivi bejn l-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant jistgħu potenzjalment isaħħu lis-soċjetà ċivili, jippromwovu d-demokrazija u l-governanza tajba, iħeġġu l-iżvilupp tal-ħiliet, jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u jipprovdu sies għal kooperazzjoni dejjiema;

11.

Tħeġġeġ lill-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant biex jiżviluppaw programmi għal skambji edukattivi billi jsegwu l-eżempju tal-programm UE Erasmus, li diġà wera li huwa għodda utli mhux biss fil-qasam tal-edukazzjoni, iżda wkoll għal skambju interkulturali, li jirriżulta f’fehim aħjar ta’ kulturi differenti;

12.

Tħeġġeġ lill-Istati Membri u l-pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant biex jintensifikaw l-isforzi ta’ kooperazzjoni tagħhom sabiex itejbu aktar l-oqfsa ġuridiċi nazzjonali għall-protezzjoni u l-preservazzjoni tal-patrimonju kulturali u l-beni kulturali skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali u l-oqfsa legali internazzjonali, inklużi miżuri sabiex jiġi miġġieled it-traffikar illegali tal-beni kulturali u l-proprjetà intelletwali; tfakkar, f’dan il-kuntest, l-isforzi li qed isiru bħalissa fl-UE fir-rigward tar-riformulazzjoni tad-Direttiva dwar ir-ritorn ta’ oġġetti kulturali mneħħija illegalment mit-territorju ta’ Stat Membru (COM(2013)0311) (rapport Vergiat);

13.

Titlob li jitfasslu strateġiji koerenti li jrawmu l-mobilità taż-żgħażagħ, il-mobilità tal-professjonisti, l-artisti u l-kreaturi li joperaw fil-qasam tal-kultura, u l-iżvilupp kulturali u edukattiv (inklużi l-litteriżmu medjatiku u informatiku), u l-aċċess għall-espressjoni artistika fil-forom kollha tagħha fl-Istati Membri tal-UE u l-pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant; titlob baġit akbar għal dawn l-attivitajiet;

14.

Tħeġġeġ il-kooperazzjoni mal-operaturi, mal-organizzazzjonijiet ta’ medjazzjoni u mas-soċjetà ċivili, kemm fl-Istati Membri tal-UE kif ukoll fil-pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant, fit-tfassil u l-implimentazzjoni ta’ politiki kulturali esterni u fil-promozzjoni ta’ avvenimenti u skambji kulturali li jtejbu l-fehim reċiproku filwaqt li jqisu kif xieraq id-diversità kulturali u lingwistika Ewropea;

L-aċċess għall-programmi tal-UE

15.

Tenfasizza r-rwol kruċjali tal-Unjoni Ewropea fit-tisħiħ tad-djalogu interkulturali mal-pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant, bil-għan li tiġi appoġġata s-solidarjetà u l-koeżjoni soċjali u politika; tissuġġerixxi li jsiru sforzi għall-promozzjoni tal-bini tal-fiduċja bejn il-komunitajiet u l-koeżistenza ta’ dawk il-komunitajiet li tradizzjonalment jgħixu ħdejn xulxin, billi jiġu mgħallma u mħeġġa jitgħallmu dwar l-identità, l-ilsna, l-istorja, il-patrimonju u l-kultura u l-identitajiet reġjonali, bil-għan li jiksbu fehim aħjar u rispett akbar għad-diversità;

16.

Tfakkar l-importanza tal-Protokolli tal-Kooperazzjoni Kulturali u l-valur miżjud tagħhom fil-ftehimiet bilaterali ma’ pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant; tħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta l-istrateġija tagħha dwar Protokolli tal-Kooperazzjoni Kulturali futuri u tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati kollha, inkluż il-Parlament Ewropew, il-parlamenti tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant u s-soċjetà ċivili, dwar din l-istrateġija;

17.

Tissottolinja l-importanza tad-diplomazija kulturali u tilqa’ l-programmi Erasmus+ u l-Ewropa għaċ-Ċittadini, li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tal-kompetenza lingwistika, il-kuxjenza kulturali, iċ-ċittadinanza attiva u l-fehim reċiproku; tisħaq fuq l-importanza tal-programm Ewropa Kreattiva fis-setturi kulturali u kreattivi; tissottolinja l-importanza ta’ aktar finanzjament għal dawn il-programmi;

18.

Tappoġġa bis-sħiħ iż-żieda fl-involviment tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant fil-programmi msemmija hawn fuq u tħeġġeġ is-sinerġiji u l-inizjattivi għaż-żgħażagħ fl-oqsma tal-edukazzjoni, il-multilingwiżmu, l-isport, il-midja, it-turiżmu, il-volontarjat u t-taħriġ bħala partijiet integrali tal-kooperazzjoni u d-djalogu bejn l-UE u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant;

19.

Tivvalorizza l-kooperazzjoni pubblika-privata kollha, fejn is-soċjetà ċivili — inklużi l-NGOs u n-netwerks kulturali Ewropej — għandha rwol b’saħħtu meta jiġu indirizzati l-aspetti kulturali tar-relazzjonijiet tal-UE ma’ pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant;

20.

Tappoġġa l-involviment li kulma jmur qed jiżdied tal-pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant fi programmi tal-UE li jiffokaw fuq il-mobilità, iż-żgħażagħ, l-edukazzjoni u t-taħriġ, u tappella biex, b’mod partikolari, il-parteċipanti żgħażagħ minn pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant jingħataw aċċess għal dawn il-programmi;

21.

Titlob li tinħoloq viża kulturali għaċ-ċittadini, l-artisti u professjonisti oħra fil-qasam kulturali li ġejjin minn pajjiżi sħab tal-Ewropa tal-Lvant, imfassla skont il-pakkett tal-Viża Xjentifika eżistenti, li ilu fis-seħħ mill-2005, bil-għan li tiġi ffaċilitata ulterjorment il-mobilità fis-settur kulturali u b’hekk isiru sforzi oħrajn minbarra t-taħditiet li għaddejjin dwar il-faċilitazzjoni tal-viżi; tħeġġeġ l-istabbiliment ta’ skeda ta’ żmien għall-introduzzjoni ta’ dan il-programm ta’ viżi kulturali;

22.

Tagħti struzzjonijiet lill-Ko-Presidenti tagħha biex jibagħtu din ir-riżoluzzjoni lill-President tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, il-Viċi President tal-Kummissjoni/ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà, is-SEAE, u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u tal-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant.


(1)  Adottata s-17 ta' Marzu 2015 f'Jerevan, l-Armenja.


23.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/23


RIŻOLUZZJONI (1)

dwar iċ-ċentinarju tal-ġenoċidju Armen

(2015/C 315/05)

L-ASSEMBLEA PARLAMENTARI EURONEST,

wara li kkunsidrat l-Artikolu 9(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

wara li kkunsidrat id-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta’ Diċembru 1948,

wara li kkunsidrat il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta’Diċembru 1966,

wara li kkunsidrat il-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Inapplikabilità ta’ Limitazzjonijiet Statutorji għad-Delitti tal-Gwerra u d-Delitti Kontra l-Umanità tas-26 ta’ Novembru 1968,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta’ Lulju 1987 dwar soluzzjoni politika għall-kwistjoni tal-Armenja,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-15 ta’ Novembru 2000 dwar ir-Rapport Regolari tal-1999 mill-Kummissjoni dwar il-progress tat-Turkija lejn l-adeżjoni,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-28 ta’ Settembru 2005 dwar il-ftuħ tan-negozjati mat-Turkija,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet u d-dikjarazzjonijiet tal-korpi leġiżlattivi ta’ għadd ta’ Stati Membri tal-UE,

A.

billi s-sena l-2015 tfakkar iċ-ċentinarju tal-ġenoċidju Armen imwettaq taħt l-Imperu Ottoman;

B.

billi r-rikonoxximent tad-dinjità inerenti u d-drittijiet indaqs u inaljenabbli tal-membri kollha tal-familja umana hu l-pedament għal-libertà, il-ġustizzja u l-paċi fid-dinja;

C.

billi ċ-ċaħda tal-ġenoċidju hi rikonoxxuta b’mod wiesa’ bħala l-aħħar stadju ta’ ġenoċidju, filwaqt li tistabbilixxi impunità għat-trasgressuri u evidentement twitti t-triq għal ġenoċidji ġejjiena; billi n-nuqqas ta’ kundanna inekwivoka u f’waqtha tal-ġenoċidju Armen ikkontribwiet ħafna għan-nuqqas ta’ prevenzjoni ta’ delitti kontra l-umanità ġejjiena;

D.

billi l-prevenzjoni bikrija ta’ dan it-tip ta’ delitti tista’ bla dubju żżomm il-kunflitti, it-traġedji u l-katastrofi umanitarji milli jeskalaw;

1.

Tikkundanna kwalunkwe xorta ta’ delitt kontra l-umanità u ġenoċidju, u tiddeplora profondement it-tentattivi ta’ ċaħda li dawn ikunu saru;

2.

Tagħti ġieħ lill-memorja tal-vittmi innoċenti tal-ġenoċidji u d-delitti kontra l-umanità;

3.

Tenfasizza li l-prevenzjoni tal-ġenoċidji u d-delitti kontra l-umanità għandha tkun prijorità għall-komunità internazzjonali;temmen li hu essenzjali li jkun hemm aktar żvilupp tal-kapaċità internazzjonali f’dan il-qasam;

4.

Tappoġġa l-ġlieda internazzjonali għall-prevenzjoni tal-ġenoċidji u għall-irkupru tad-drittijiet ta’ popli soġġetti għal ġenoċidju u biex tiġi stabbilita ġustizzja storika;

5.

Tistieden lit-Turkija taċċetta l-imgħoddi tagħha;

6.

Temmen li l-proċess ta’ tħejjija għal rikonċiljazzjoni ġejjiena bejn il-popli huwa importantissmu.


(1)  Adottata s-17 ta’ Marzu 2015 f’Jerevan, l-Armenja.


23.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/24


RIŻOLUZZJONI (1)

dwar l-aggressjoni militari Russa kontra l-Ukraina u l-ħtieġa urġenti għal riżoluzzjoni paċifika għall-kunflitt

(2015/C 315/06)

L-ASSEMBLEA PARLAMENTARI EURONEST,

wara li kkunsidrat ir-riżoluzzjonijiet kollha reċenti tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni fl-Ukraina,

wara li kkunsidrat il-Protokoll ta’ Minsk tal-5 ta’ Settembru 2014, il-Memorandum ta’ Minsk tad-19 ta’ Settembru 2014, u l-“Pakkett ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ Minsk” tat-12 ta’ Frar 2015,

wara li kkunsidrat ir-Riżoluzzjoni 2202 (2015) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tas-17 ta’ Frar 2015,

A.

billi l-kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u l-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant (SL) hija bbażata fuq il-valuri ta’ rispett lejn l-integrità territorjali tal-istati, id-dinjità tal-bniedem, il-libertà, id-demokrazija, l-ugwaljanza, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

B.

billi l-annessjoni illegali tal-Krimea kienet l-ewwel każ ta’ inkorporazzjoni forzata ta’ parti minn pajjiż ġo pajjiż ieħor fl-Ewropa sa mit-Tieni Gwerra Dinjija, bi ksur tad-dritt internazzjonali, inklużi l-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti, l-Att Finali ta’ Ħelsinki u l-Memorandum ta’ Budapest tal-1994;

C.

billi r-Russja għadha bi ksur tal-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied tal-2008 mal-Ġeorġja, peress li hija għadha tokkupa territorji minnha;

D.

billi l-aggressjoni Russa u l-okkupazzjoni tal-Peniżola tal-Krimea, flimkien ma’ atti ta’ aggressjoni fil-Lvant tal-Ukraina li wasslu għal telf materjali għall-Ukraina, għaċ-ċittadini tagħha u għall-entitajiet legali tagħha, għandhom jiġu rimedjati mill-Federazzjoni Russa permezz tal-istituzzjonijiet ġudizzjarji internazzjonali;

E.

billi l-kunflitt armat fil-parti tal-Lvant tal-Ukrajna rriżulta f’eluf ta’ vittmi militari u ċivili, inklużi l-298 passiġġier innoċenti tat-titjira MH17 tal-Malaysian Airlines, b’ħafna aktar midruba u mijiet ta’ eluf li ħarbu minn djarhom;

1.

Jikkonferma li l-UE u l-pajjiżi sħabha għandhom interess komuni fil-promozzjoni u fit-twaqqif tal-paċi u s-sigurtà fl-Ukraina, li qiegħda ssofri mill-aggressjoni militari tal-Federazzjoni Russa;

2.

Jenfasizza li l-annessjoni tal-Krimea min-naħa tar-Russja u l-aggressjoni militari kontra l-Ukraina jiksru l-prinċipji fundamentali tad-dritt internazzjonali; jesprimi l-appoġġ sħiħ tiegħu għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukraina fi ħdan il-fruntieri internazzjonalment rikonoxxuti tagħha;

3.

Jappoġġa l-ftehim li ntlaħaq f’Minsk fit-12 ta’ Frar 2015 mal-Kanċillier Merkel u mal-President Hollande u l-iffirmar mill-Grupp ta’ Kuntatt Tripartitiku tal-“Pakkett ta’ miżuri għall-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ Minsk”; jilqa’ b’sodisfazzjon l-approvazzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-ftehim kollu kemm hu;

4.

Jistieden lill-partijiet kollha jaġixxu b’mod responsabbli u jimplimentaw il-pakkett ta’ miżuri b’mod sħiħ u in bona fede, peress li dan joffri triq ‘il quddiem għal riżoluzzjoni paċifika tal-kunflitt; jesprimi tħassib serju dwar ir-rapporti ta’ għadd kbir ta’ ksur tal-waqfien mill-ġlied u jikkundanna bil-qawwa l-offensiva tas-separatisti appoġġati mir-Russja, il-ħtif ta’ Debaltseve, bi ksur ċar tal-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied, u l-atti kollha ta’ terroriżmu; jistieden lill-Federazzjoni Russa tiżgura implimentazzjoni sħiħa tal-ftehimiet ta’ Minsk; iffakkar lir-Russja dwar l-impenji u r-responsabbiltà speċjali tagħha f’dan ir-rigward;

5.

Iħeġġeġ għal progress fl-irtirar ta’ armi tqal u jistieden lill-firmatarji tal-Pakkett ta’ Minsk jipprovdu informazzjoni bażika, inklużi inventarji, rotot ta’ irtirar u punti ta’ konċentrazzjoni, lill-Missjoni Speċjali ta’ Monitoraġġ tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE);

6.

Jenfasizza li, skont il-ftehimiet ta’ Minsk, l-istabbiliment mill-ġdid tal-kontroll tal-Ukraina fuq il-fruntieri tagħha jibqa’ essenzjali; itenni li l-osservaturi u l-vetturi tal-ajru bla ekwipaġġ tal-OSKE għandhom jingħataw aċċess sħiħ u immedjat għaż-żoni milquta sabiex ikunu jistgħu jassumu l-funzjonijiet tagħhom ta’ monitoraġġ u ta’ verifika – dawn iż-żoni jinkludu l-partijiet kollha tal-oblasti ta’ Donetsk u ta’ Luhansk u ż-żoni kollha tul il-fruntiera mar-Russja;

7.

Jistieden lill-UE u lill-pajjiżi sħabha jkomplu jipprovdu persunal kwalifikat, tagħmir u kontribuzzjonijiet finanzjarji lill-Missjoni Speċjali ta’ Monitoraġġ; jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni li jiġi rdoppjat l-għadd ta’ osservaturi speċjali; jenfasizza li s-separatisti naqsu ripetutament milli jirrispettaw u jippromwovu d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet ta’ Minsk, li b’hekk wasslu biex ikomplu jeskalaw it-tensjonijiet u ssokta l-ġlied bl-armi;

8.

Iqis li l-UE u l-pajjiżi sħabha għandhom jesploraw modi biex jappoġġaw lill-Gvern tal-Ukraina fit-tisħiħ tal-kapaċitajiet tiegħu ta’ difiża u l-protezzjoni tal-fruntieri tal-Ukraina;

9.

Jistieden lir-Russja tirtira t-truppi u l-armamenti tagħha mit-territorji okkupati, tieqaf milli tibagħat, tforni u tiffinanzja merċenarji u milli tappoġġa, tħarreġ u tarma forzi irregolari;

10.

Jikkonstata l-proposta tal-Ukraina tad-19 ta’ Frar 2015, li tistieden lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jikkunsidra l-possibbiltà ta’ tnedija ta’ missjoni taħt il-Politika ta’ Sigurtà u ta’ Difiża Komuni (PSDK) tal-UE fl-Ukraina bħala għodda effikaċi li tiżgura implimentazzjoni xierqa u sħiħa tal-ftehimiet ta’ Minsk, bil-għan li tissalvagwardja l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukraina u l-invjolabbiltà tal-fruntieri tagħha;

11.

Jinkoraġġixxi l-adozzjoni ta’ miżuri għall-bini ta’ fiduċja li jappoġġaw l-isforzi għall-paċi u r-rikonċiljazzjoni; jissottolinja l-importanza ta’ djalogu politiku inklużiv, deċentralizzazzjoni u bidliet kostituzzjonali oħra li diġà ġew proposti mill-pjan ta’ paċi ta’ Poroshenko; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu evitati l-propaganda, id-diskors ta’ mibegħda u r-retorika, inkluż mir-Russja, li jistgħu jkomplu jiggravaw il-kunflitt; jenfasizza li dan id-djalogu inklużiv għandu jinvolvi lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u liċ-ċittadini mir-reġjuni u l-minoranzi kollha kkonċernati;

12.

Jistieden lill-awtoritajiet Russi jeħilsu immedjatament lil Nadiya Savchenko, Membru tal-Verkhovna Rada Ukrena u tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa, u ċittadini Ukraini oħra li għadhom miżmuma illegalment f’ħabsijiet Russi;

13.

Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar is-sitwazzjoni umanitarja f’Donbas u jenfasizza l-bżonn għal aktar assistenza finanzjarja u umanitarja; jiġbed l-attenzjoni għaż-żieda fin-numru ta’ persuni spostati internament, refuġjati f’pajjiżi ġirien u tfal milquta mill-kunflitt;

14.

Jitlob għall-kontinwazzjoni u l-intensifikazzjoni tad-djalogu u l-pressjoni diplomatiċi sabiex tinkiseb riżoluzzjoni sostenibbli tal-kunflitt; jenfasizza li l-komunità internazzjonali għandha tkun lesta biex tirreaġixxi b’mezzi xierqa għal kwalunkwe ksur sfaċċat tal-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied u għal kwalunkwe azzjoni li timmina l-isforzi biex tintlaħaq riżoluzzjoni komprensiva; jissottolinja li ż-żamma, it-tisħiħ jew r-reversibbiltà tal-miżuri restrittivi tal-UE jiddependu mill-attitudni tar-Russja u mill-implimentazzjoni tal-ftehimiet ta’ Minsk; jenfasizza li ma jista’ jkun hemm l-ebda soluzzjoni militari għal dan il-kunflitt jew kunflitti oħra fil-viċinat komuni tagħna; jirrakkomanda li jiġu applikati mudelli simili ta’ għajnuna internazzjonali għar-riintegrazzjoni paċifika ta’ territorji okkupati f’ordnijiet legali u kostituzzjonali;

15.

Jistieden lill-awtoritajiet Ukraini jwettqu progress tanġibbli fl-implimentazzjoni tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u jimplimentaw riformi ambizzjużi iżda li ilhom biex jiddaħlu b’determinazzjoni kbira, minkejja l-isforzi ta’ gwerra; jenfasizza l-ħtieġa li jissaħħaħ l-istat tad-dritt, tinqered il-korruzzjoni u jitmexxew ‘l quddiem ir-riformi kostituzzjonali, ġudizzjarji, soċjali u ekonomiċi kruċjali;

16.

Jikkundanna bil-qawwa n-numru dejjem jiżdied ta’ atti terroristiċi fi bliet Ukraini, inkluż l-att riċenti li twettaq f’Kharkiv fit-22 ta’ Frar 2015 matul mixja paċifika li kkommemorat l-ewwel anniversarju ta’ sparar fuq ċivili f’Euromaidan;

17.

Jappoġġja l-investigazzjoni internazzjonali u indipendenti dwar iċ-ċirkostanzi tat-traġedja tat-titjira MH17 tal-Malaysian Airlines u jħeġġeġ lill-partijiet kollha juru rieda ġenwina li jikkooperaw, jiggarantixxu aċċess sikur u mingħajr restrizzjonijiet għas-sit tat-tiġrif tal-MH17, u jippermettu aċċess għal kull riżors ieħor rilevanti li jista’ jgħin fl-investigazzjoni u sabiex jitressqu quddiem il-ġustizzja l-awturi ta’ dan id-delitt; jissottolinja li l-ebda amnestija mhi se tingħata lill-awturi ta’ dan id-delitt tal-gwerra.


(1)  Adottata s-17 ta' Marzu 2015 f'Jerevan, l-Armenja.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

L-Assemblea Parlamentari Euronest

23.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/26


REGOLI TA’ PROĊEDURA

adottati fit-3 ta’ Mejju 2011 fi Brussell, emendati fit-3 ta’ April 2012 f’Baku, fid-29 ta’ Mejju 2013 fi Brussell u fit-18 ta’ Marzu 2015 f’Yerevan

(2015/C 315/07)

Artikolu 1

Natura u għanijiet

1.   L-Assemblea Parlamentari EWRONEST hija l-istituzzjoni parlamentari tas-Sħubija tal-Lvant bejn l-Unjoni Ewropea u l-Imsieħba Ewropej tal-Lvant tagħha, li għaliha bħala regola jista’ japplika l-Artikolu 49 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, ibbażat fuq interessi u impenji reċiproċi kif ukoll fuq prinċipji ta’ divrenzjar, sjieda kondiviża u responsabilità.

2.   L-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha tkun il-forum parlamentari li jippromwovi l-kondizzjonijiet meħtieġa biex titħaffef l-assoċjazzjoni politika u tiżdied l-integrazzjoni ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Imsieħba Ewropej tal-Lvant. Hija għandha tikkontribbwixxi għat-tisħiħ, l-iżvilupp u l-viżibilità tas-Sħubija tal-Lvant, bħala l-istituzzjoni responsabbli għall-konsultazzjoni, il-kontroll u l-monitoraġġ parlamentari tas-Sħubija.

3.   Il-parteċipazzjoni fl-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha tkun volontarja, sakemm il-kriterji tas-sħubija stabbiliti mill-Att Kostitwenti jiġu sodisfati, u l-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha żżomm spirtu ta’ integrazzjoni u trasparenza.

4.   L-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha tappoġġja, tippromwovi u tikkonsolida f’termini prattiċi s-Sħubija tal-Lvant billi tkopri l-erba’ pjattaformi tematiċi tagħha, jiġifieri:

(a)

il-kwistjonijiet relatati mal-valuri fundamentali, inklużi d-demokrazija, l-istat tad-dritt, ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kif ukoll kwistjonijiet relatati mal-ekonomija tas-suq, l-iżvilupp sostenibbli u l-governanza tajba;

(b)

l-integrazzjoni ekonomika ikbar bejn l-UE u l-Imsieħba Ewropej tal-Lvant tagħha, li tappoġġja r-riformi soċjoekonomiċi tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant, kif ukoll il-liberalizzazzjoni tal-kummerċ u l-investiment, li jwasslu għal konverġenza mal-liġijiet u l-istandards tal-UE bl-għan li jiġi stabbilit netwerk ta’ żoni ta’ kummerċ ħieles li jkunu wesgħin u komprensivi;

(c)

mekkaniżmi ta’ appoġġ u sigurtà reċiproċi f’dak li jirrigwarda l-enerġija, u l-armonizzazzjoni tal-politiki u l-leġiżlazzjoni dwar l-enerġija tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant;

(d)

il-promozzjoni tal-kuntatti bejn il-popli u l-iffaċilitar tal-interazzjoni bejn iċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea u ċ-ċittadini tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant, b’mod partikolari ż-żgħażagħ; il-promozzjoni tal-koperazzjoni kulturali u tad-djalogu interkulturali kif ukoll l-appoġġ tal-edukazzjoni, ir-riċerka, l-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni u tal-midja.

Artikolu 2

Kompożizzjoni

1.   L-Assemblea Parlamentari EURONEST hija Assemblea konġunta u hija magħmula minn:

(a)

60 Membru tal-Parlament Ewropew;

(b)

10 Membri minn kull Parlament tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant li jieħu sehem.

2.   Il-membri tal-Assemblea Parlamentari EURONEST, magħżulin mill-Parlament Ewropew u mill-Parlamenti tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant, għandhom jinħatru skont il-proċeduri stabbiliti, rispettivament, mill-Parlament Ewropew u minn kull Parlament tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant, sabiex, fejn hu possibbli, ikun rifless it-tqassim tad-diversi gruppi politiċi u d-delegazzjonijiet irrappreżentati. F’konformità mal-istess proċeduri, kull Parlament li jieħu sehem jista’ jiddeċiedi li jaħtar membri sostituti fl-Assemblea Parlamentari EURONEST.

3.   L-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha tkun organizzata abbażi ta’ delegazzjonijiet parlamentari stabbiliti miż-żewġ komponenti tagħha. Il-membri jistgħu wkoll jorganizzaw lilhom infushom fil-qafas tal-familji politiċi tagħhom fi ħdan l-Assemblea Parlamentari EURONEST.

4.   Il-Parlamenti li jieħdu sehem għandhom jippromwovu l-bilanċ bejn l-irġiel u n-nisa li jinħatru fl-Assemblea Parlamentari EURONEST u l-korpi tagħha.

5.   L-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha tiżgura li l-kompożizzjoni tal-korpi kollha tagħha tkun bilanċjata fir-rigward tat-tqassim tal-familji politiċi u n-nazzjonalità tal-membri.

6.   Is-siġġijiet li ma jittiħdux għandhom jibqgħu madankollu disponibbli għall-Parlament li lilu jkunu ġew assenjati.

Artikolu 3

Responsabbiltajiet

L-Assemblea Parlamentari EURONEST hija l-forum Parlamentari għad-dibattitu, il-konsultazzjoni, is-sorveljanza u l-monitoraġġ tal-kwistjonijiet kollha dwar is-Sħubija tal-Lvant. Għal dawn ir-raġunijiet, l-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha s-setgħa li, inter alia, tadotta riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet indirizzati lis-Samit tas-Sħubija tal-Lvant, lill-istituzzjonijiet u lill-Konferenzi tal-Ministri ddedikati għall-iżvilupp tas-Sħubija tal-Lvant, kif ukoll lill-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijet tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant. Hija responsabbli wkoll mit-tfassil ta’ rapporti u proposti ta’ adozzjoni ta’ miżuri konkreti marbuta mad-diversi sferi ta’ attività tas-Sħubija, fuq talba tas-Samit jew tal-Konferenzi tal-Ministri.

Artikolu 4

Presidenza u Bureau

1.   Iż-żewġ komponenti tal-Assemblea Parlamentari EURONEST għandhom jagħżlu Bureau minn fost il-membri tagħhom, b’żewġ Kopresidenti bi status indaqs (wieħed minn kull komponent tal-Assemblea Parlamentari EURONEST) u b’numru ta’ Viċi Presidenti (wieħed minn kull pajjiż tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant li jieħu sehem, li jkunu differenti mill-pajjiż tal-Kopresident rilevanti u numru indaqs mill-Parlament Ewropew). Il-proċeduri elettorali u l-mandati għandhom jiġu deċiżi minn kull komponent b’mod separat.

2.   Kull membru tal-Bureau li ma jkunx jista’ jattendi l-laqgħa tal-Bureau li jmiss jista’ jiġi sostitwit minn membru tal-Assemblea Parlamentari EURONEST li jappartjeni fl-istess grupp politiku fil-Parlament Ewropew jew fl-istess Delegazzjoni tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant. Il-Kopresidenti għandhom jiġu infurmati bil-miktub dwar is-sostituzzjoni qabel il-laqgħa. Jekk il-Kopresident jiġi sostitwit, is-sostitut għandu jassumi l-funzjonijiet tiegħu bħala l-membru tal-Bureau, iżda mhux dawk tal-Kopresident.

3.   Il-Bureau huwa responsabbli mill-koordinazzjoni tal-ħidmiet tal-Assemblea Parlamentari EURONEST, il-monitoraġġ tal-attivitajiet, ir-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tagħha, u l-istabbiliment ta’ relazzjonijiet mas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant, mal-Konferenzi tal-Ministri u mal-Gruppi tal-Uffiċjali Għolja u l-Ambaxxaturi, kif ukoll mar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili u korpi oħrajn. Il-Bureau jirrappreżenta lill-Assemblea fir-relazzjonijiet ma’ istituzzjonijiet oħrajn.

4.   Fuq inizjattiva tal-Kopresidenti, il-Bureau għandu jiltaqa’ mill-anqas darbtejn f’sena, b’darba minnhom taħbat mas-sessjoni plenarja tal-Assemblea Parlamentari EURONEST. Il-kworum tal-Bureau jintlaħaq meta jiltaqgħu mill-anqas nofs il-membri tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant u nofs il-membri tal-Parlament Ewropew.

5.   Il-Bureau għandu jfassal l-abbozz ta’ aġenda għall-Assemblea Parlamentari EURONEST u jiffissal-proċeduri li bihom għandha titmexxa l-Assemblea.

6.   Il-Bureau għandu jkun responsabbli f’dak li għandu x’jaqsam mal-kompożizzjoni u r-responsabilitajiet tal-kumitati u tal-gruppi ta’ ħidma. Il-Bureau għandu jkun responsabbli wkoll li jawtorizza lill-Kumitati biex ifasslu r-rapporti u l-mozzjonijiet għar-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet. Barra minn hekk, il-Bureau jista’ jressaq diversi kwistjonijiet biex jiġu eżaminati mill-Kumitati u dawn jistgħu jfasslu rapport dwar suġġett konkret.

7.   Il-Bureau għandu jadotta d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri preżenti. Jekk xi Membru jew sostitut ta’ Membru tal-Bureau li jirrappreżenta delegazzjoni tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant jiddikkjara f’isem id-delegazzjoni tiegħu/tagħha li l-kontenut tad-deċiżjoni li għandha tiġi adottata mill-Bureau se jkollu impatt fuq l-interess vitali tal-pajjiż fejn jgħix, u jipprovdi spjegazzjoni bil-miktub bid-deskrizzjoni tal-ħsara biex juri dan, ikun meħtieġ kunsens fost il-Membri tal-Bureau għall-adozzjoni. Din l-għażla tista’ tintuża biss f’każijiet eċċezzjonali meta s-sopravivenza, is-sigurtà u l-vitalità tan-nazzjon jiġu affettwati b’mod speċjali mid-deċiżjoni proposta u għandha tirrelata biss ma’ dik il-parti ta’ deċiżjoni li jkollha impatt fuq l-interessi vitali ta’ dak il-pajjiż tas-Sieħeb Ewropew tal-Lvant. Din l-għażla m’għandhiex tintuża biex tipprovoka n-nuqqas mill-Bureau li jadotta deċiżjoni sħiħa jew għal deċiżjonijiet ta’ natura teknika jew proċedurali.

8.   Jekk, meta jiġi kkalkulat il-kworum tal-Membri preżenti jew l-għadd ta’ voti biex tinkiseb maġġoranza ta’ żewġ terzi, iċ-ċifra ma tkunx numru sħiħ, dan tal-aħħar jinġibed/jinqata’ ‘il fuq għad-dritt.

Artikolu 5

Ir-Relazzjonijiet mas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant, mal-Kunsill tal-Ministri, mal-Kummissjoni Ewropea u mal-Konferenzi tal-Ministri

1.   Il-Bureau għandu jifforma relazzjonijiet iktar mill-qrib fl-oqsma kollha mal-istituzzjonijiet u l-korpi tas-Sħubija tal-Lvant u mal-organizzazzjonijiet tas-Sħubija tal-Lvant. Fejn hu xieraq, l-arranġamenti prattiċi għal dik il-kooperazzjoni għandhom jiġu spjegati fil-memoranda korrispondenti u l-protokolli ta’ ftehim.

2.   Ir-rappreżentanti tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant, il-Kunsill tal-Ministri, il-Kummissjoni Ewropea, u l-Konferenzi tal-Ministri ddedikati għall-iżvilupp u r-rinfurzar tas-Sħubija tal-Lvant, għandhom jiġu mistiedna mill-Bureau biex jieħdu sehem fis-sessjonijiet u l-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari EURONEST u tal-korpi tagħha.

Artikolu 6

Osservaturi

1.   Fuq proposta tal-Bureau, l-Assemblea Parlamentari EURONEST tista’ tippermetti li rappreżentanti tal-Parlamenti tat-Troika tal-UE jattendu għal-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari EURONEST bħala osservaturi.

2.   Il-Bureau jista’ jistieden ukoll rappreżentanti minn istituzzjonijiet u korpi oħrajn, kif ukoll persuni oħrajn, biex jattendu s-sessjonijiet u l-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari EURONEST, tal-Kumitati u tal-gruppi ta’ ħidma tagħha.

Artikolu 7

Sessjonijiet Plenarji tal-Assemblea Parlamentari EURONEST

1.   L-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha tissejjaħ mill-Kopresidenti tagħha, u bħala regola għandha tiltaqa’ darba fis-sena, u talterna l-post bejn pajjiż li jagħmel parti mill-Imsieħba Ewropej tal-Lvant u wieħed mill-postijiet ta’ ħidma tal-Parlament Ewropew, fuq stedina tal-Parlament Ewropew jew tal-Parlament tas-Sieħeb Ewropew tal-Lvant li jkun qed jorganizza s-sessjoni.

2.   Fuq talba tal-Bureau, il-Kopresidenti jistgħu jsejħu sessjoni straordinarja tal-Assemblea Parlamentari EURONEST.

3.   L-ewwel seduta ta’ kull sessjoni tal-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha tinfetaħ mill-President tal-Parlament Ewropew jew mill-President tal-Parlament tas- Sieħeb Ewropew tal-Lvant li jkun qed jorganizza s-sessjoni.

Artikolu 8

Presidenza tas-sessjonijiet

1.   Il-Kopresidenti għandhom jiddeċiedu flimkien min minnhom għandu jkun il-President ta’ kull sessjoni tal-Assemblea Parlamentari EURONEST. Il-President jista’ jagħżel li jiġi ssostitwit f’din il-kariga minn Kopresident ieħor jew minn Viċi President matul is-sessjoni.

2.   Il-President jiftaħ, jissospendi u jagħlaq is-seduti. Huwa/Hija għandu/għandha j/tiżgura li r-Regoli ta’ Proċedura jiġu osservati, iżomm/iżżomm l-ordni, j/tgħaddi l-kelma, j/tillimita l-ħin tal-kelliema, i/tressaq il-kwistjonijiet għall-votazzjoni u j/tħabbar ir-riżultat tal-votazzjonijiet.

3.   Il-President għandu jiddeċiedi dwar kwistjonijiet li jitfaċċaw fis-sessjonijiet, inklużi dawk li ma kinux previsti fir-Regoli ta’ Proċedura. F’każ ta’ bżonn, huwa/hija j/tista’ j/tikkonsulta lill-Bureau.

4.   Il-President jista’ jitkellem f’dibattitu biex jippreżenta suġġett jew biex jitlob għall-ordni biss. Jekk huwa/hija j/tixtieq j/tipparteċipa f’dibattitu, hu/hi ma j/tistax j/tibqa’ president u għandu/għandha jċedi/ċċedi postu/postha lil Kopresident ieħor jew lil Viċi President.

Artikolu 9

Aġenda

1.   Il-Kopresidenti għandhom iressqu l-abbozz tal-aġenda għas-sessjoni plenarja, stabbilit mill-Bureau, quddiem l-Assemblea Parlamentari EURONEST għall-approvazzjoni tagħha.

2.   Fl-abbozz ta’ aġenda ta’ kull sessjoni plenarja għandhom jiddaħħlu żewġ kategoriji ta’ suġġetti:

(a)

ir-rapporti mressqa mill-kumitati permanenti; dawn għandhom ikunu limitati, fil-prinċipju, għal rapport wieħed f’kull sessjoni plenarja għal kull kumitat. Il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni, li jistgħu jkunu wkoll inklużi f’rapport, għandhom jitressqu erba’ ġimgħat qabel ma tibda s-sessjoni plenarja. Il-perjodu massimu ta’ żmien allokat għall-mozzjonijiet għar-riżoluzzjoni huwa stipulat fl-Anness II tar-Regoli ta’ Proċedura. Il-Bureau jista’ jiddeċiedi, fuq talba mill-Kopresidenti tal-Kumitati, kemm-il rapport se jiġi vvotat għal kull sessjoni skont il-progress tax-xogħol għat-tħejjija tar-rapporti.

(b)

it-temi urġenti proposti minn Kumitat Permanenti jew preżentati mill-Bureau innifsu; it-temi urġenti għandhom jiġu inklużi biss fuq bażi eċċezzjonali u ma jistax ikun hemm iktar minn tlieta f’kull sessjoni;

3.   Mill-inqas 10 membri tal-Assemblea Parlamentari EURONEST, minn tal-anqas żewġ delegazzjonijiet, jew grupp politiku fil-Parlament Ewropew jistgħu iressqu mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar xi kwistjoni urġenti. Il-mozzjonijiet għar-riżoluzzjonijiet dwar kwistjonijiet urġenti għandhom ikunu limitati għall-kwistjonijiet urġenti mniżżla fl-aġenda tas-sessjoni u m’għandhomx ikunu itwal minn 1 000 kelma. Il-mozzjonijiet għar-riżoluzzjonijiet dwar temi urġenti għandhom jitressqu 48 siegħa qabel ma tibda s-sessjoni plenarja li matulha jkunu se jiġu diskussi u vvotati.

4.   Il-mozzjonijiet għar-riżoluzzjonijiet dwar temi urġenti għandhom jitressqu lill-Bureau, li għandu jivverifika li kull waħda minnhom tissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 3, titniżżel fl-aġenda u tkun disponibbli fil-lingwi ta’ ħidma tal-Assemblea Parlamentari EURONEST. Il-proposti tal-Bureau għandhom jitressqu għall-approvazzjoni tal-Assemblea Parlamentari EURONEST.

Artikolu 10

Kworum

1.   Il-kworum tal-Assemblea Parlamentari EURONEST jintlaħaq meta jiltaqgħu mill-anqas terz tal-membri tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant u terz tal-membri tal-Parlament Ewropew.

2.   Il-votazzjonijiet kollha għandhom ikunu validi ikun xi jkun in-numru ta’ votanti, ħlief jekk il-President, fuq talba li ssir qabel tibda l-votazzjoni minn mhux inqas minn 15-il Membru preżenti, jara fil-ħin tal-votazzjoni li ma hemmx kworum. Jekk il-votazzjoni turi li ma hemmx kworum, il-votazzjoni għandha titqiegħed fl-aġenda tas-seduta li jkun imiss.

Artikolu 11

Ordni tal-postijiet

1.   Il-membri kollha għandhom ipoġġu f’ordni alfabetiku, skont l-isem, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom. Il-Bureau għandu jpoġġi fuq quddiem.

2.   Ir-rappreżentanti tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant, tal-Kunsill tal-Ministri, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Konferenzi tal-Ministri u l-osservaturi għandhom ipoġġu f’post separat mill-membri l-oħrajn.

Artikolu 12

Lingwi uffiċjali u ta’ ħidma

1.   Il-lingwi uffiċjali tal-Assemblea Parlamentari EURONEST għandhom ikunu l-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-lingwi uffiċjali tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant. Il-lingwi ta’ ħidma għandhom ikunu l-Ingliż, il-Ġermaniż, il-Franċiż u r-Russu. Fi kwalunkwe post ta’ ħidma, kwalunkwe appoġġ lingwistiku mitlub biex jiġi żgurat li kull membru tal-Assemblea Parlamentari EURONEST ikun jista’ jipparteċipa bis-sħiħ fil-proċeduri tagħha jista’ jingħata mis-servizzi rilevanti tal-Parlament Ewropew, sakemm il-Parlament tal-pajjiż li jkun qed jorganizza l-laqgħa jaqbel.

2.   Il-Parlament li jkun qed jorganizza l-laqgħa għandu jagħmel id-dokumenti ta’ ħidma disponibbli għall-membri tal-Assemblea Parlamentari EURONEST bil-lingwi kollha ta’ ħidma tagħha u, fejn hu possibbli, fil-lingwi uffiċjali kollha.

3.   Bħala regola, u sa fejn ikun possibbli, il-membri kollha jistgħu jintervjenu fid-dibattiti tal-Assemblea Parlamentari EURONEST b’waħda mil-lingwi uffiċjali tagħha. It-taħditiet għandhom ikunu interpretati fil-lingwi ta’ ħidma tal-Assemblea Parlamentari EURONEST u, unikament jekk ikun possibbli skont il-Kodiċi ta’ Kondotta dwar il-Multilingwaliżmu tal-Parlament Ewropew, fil-lingwi uffiċjali rilevanti tal-Unjoni Ewropea meta l-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari EURONEST isiru f’wieħed mill-postijiet ta’ ħidma tal-Parlament Ewropew.

4.   Il-laqgħat tal-Kumitati u, fejn hu xieraq, tal-gruppi ta’ ħidma, kif ukoll is-seduti ta’ smigħ, għandhom isiru fil-lingwi ta’ ħidma, mingħajr ħsara għall-possibilitajiet previsti fir-Regoli ta’ Proċedura.

5.   It-testi adottati mill-Assemblea Parlamentari EURONEST għandhom jiġu ppubblikati fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u mill-Parlamenti tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant fil-lingwi uffiċjali tagħhom, bil-mod li kull wieħed minnhom iqis li jkun jixraq.

Artikolu 13

Natura pubblika tad-dibattiti

Is-sessjonijiet tal-Assemblea Parlamentari EURONEST għandhom ikunu pubbliċi, għajr jekk hija stess tiddeċiedi mod ieħor.

Artikolu 14

Dritt li persuna titkellem

1.   Membru tal-Assemblea Parlamentari EURONEST jista’ jitkellem bl-awtorizzazzjoni minn qabel tal-President.

2.   Ir-rappreżentanti tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant, tal-Kunsill tal-Ministri, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Konferenzi tal-Ministri u l-osservaturi jistgħu jitkellmu meta jiġu awtorizzati jagħmlu dan mill-President.

3.   Jekk kelliem joħroġ barra mis-suġġett, il-President tas-sessjoni għandu jitolbu jirregola ruħu. Jekk il-kelliem/a j/tkompli, il-President jista’ ma jħallihx/jħallihiex j/titkellem għal tul ta’ ħin li jqis xieraq.

Artikolu 15

Punti ta’ ordni

1.   Membru jista’ jressaq punt ta’ ordni jew mozzjoni ta’ proċedura u għandu jkollu d-dritt li jitkellem minn qabel, għal mhux aktar minn żewġ minuti.

2.   Jekk Membru jitlob li jintervieni kontra l-mozzjoni mressqa, il-President jista’ jħallih jitkellem għal mhux aktar minn żewġ minuti.

3.   L-ebda kelliema oħra m’għandhom jitkellmu.

4.   Il-President għandu jħabbar id-deċiżjoni tiegħu/tagħha dwar il-punt ta’ ordni jew dwar il-mozzjoni ta’ proċedura. F’każ ta’ bżonn, huwa/hija j/tista’ j/tikkonsulta lill-Bureau.

Artikolu 16

Drittijiet tal-vot u proċeduri ta’ votazzjoni

1.   Kull membru bi dritt għall-vot għandu jkollu vot wieħed, personali u mhux trasferibbli.

2.   L-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha tivvota elettronikament. Jekk il-votazzjoni elettronika ma tkunx possibbli, l-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha tivvota b’turija tal-idejn. Jekk ir-riżultat tal-votazzjoni bit-turija tal-idejn ikun dubjuż, għandha ssir votazzjoni mill-ġdid bl-użu tal-karti kkuluriti.

3.   L-Għadd tal-voti għandu jsir mill-Kummissjoni tal-Għadd, li se tkun tikkonsisti f’żewġ partijiet indaqs ta’ rappreżentanti ta’ segretarjati taż-żewġ komponenti tal-Assemblea Parlamentari EURONEST. Il-Kummissjoni tal-Għadd għandha tinħatar mill-Bureau qabel il-bidu ta’ kull sessjoni u għandha tirrapporta r-riżultat tal-għadd tal-voti direttament lill-Kopresidenti.

4.   B’talba bil-miktub ta’ mill-anqas 15-il membru mressqa qabel is-6 p.m. ta’ lejliet il-votazzjoni, l-Assemblea Parlamentari EURONEST tista’ tiddeċiedi li tivvota permezz ta’ votazzjoni sigrieta.

5.   L-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha tieħu d-deċiżjonijiet tagħha b’maġġoranza sempliċi tal-membri li jkunu ħadu sehem fil-votazzjoni. Jekk titressaq talba għal votazzjoni minn komponenti separati qabel ma tibda l-votazzjoni, minn tal-anqas wieħed minn kull għaxar membri li jagħmlu parti minn mill-inqas żewġ gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew jew jagħmlu parti tal-anqas minn żewġ delegazzjonijiet mill-komponent tal-Assemblea Parlamentari EURONEST, għandu jittieħed vot li fih ir-rappreżentanti tal-komponent tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant u r-rappreżentanti tal-komponent tal-Parlament Ewropew għandhom jivvotaw b’mod separat, għalkemm fl-istess ħin (1). It-test inkwistjoni għandu jitqies adottat jekk tinkiseb maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa b’mod separat fiż-żewġ komponenti.

6.   Meta t-test li dwaru tkun trid issir votazzjoni jkun fih żewġ dispożizzjonijiet jew aktar jew referenzi għal żewġ punti jew aktar jew iwassal għal diviżjoni f’żewġ partijiet jew aktar li jkollhom tifsira distinta u/jew valur nominattiv, tista’ tintalab votazzjoni maqsuma minn grupp politiku tal-Parlament Ewropew jew minn minimu ta’ 5 membri tal-Assemblea Parlamentari EURONEST. It-talba għandha titressaq bil-miktub lill-Kopresidenti sas-6 p.m. ta’ lejliet il-jum tal-votazzjoni, sakemm il-Kopresidentima jiffissawx data ta’ skadenza differenti.

Artikolu 17

Riżoluzzjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Assemblea Parlamentari EURONEST

1.   L-Assemblea Parlamentari EURONEST tista’ tadotta riżoluzzjonijiet u tressaq rakkomandazzjonijiet indirizzati lis-Samit tas-Sħubija tal-Lvant u lill-istituzzjonijiet, korpi, gruppi u Konferenzi tal-Ministri ddedikati għat-tisħiħ tas-Sħubija tal-Lvant jew indirizzati lill-Unjoni Ewropea u lill-istituzzjonijiet tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant, dwar kwistjonijiet relatati mad-diversi ambiti tas-Sħubija.

2.   L-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha tivvota għal mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet inklużi fir-rapporti ppreżentati mill-kumitati permanenti.

3.   L-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha tivvota wkoll, fejn hu xieraq, dwar il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet dwar kwistjonijiet urġenti.

4.   Jekk ikun meħtieġ, il-President għandu jistieden lill-awturi tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet dwar kwistjonijiet urġenti simili biex ifasslu mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta. Fl-aħħar tad-dibattitu, l-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha l-ewwel tivvota għal kull waħda minn dawn il-mozzjonijiet u għall-emendi korrispondenti. Ladarba titressaq riżoluzzjoni konġunta, il-mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet l-oħra kollha mressqa dwar l-istess suġġett mill-istess awturi għandhom jaqgħu. B’mod simili, ladarba tkun ġiet adottata riżoluzzjoni konġunta, it-testi l-oħra kollha dwar dik il-kwistjoni għandhom jaqgħu. F’każ li ma tiġi adottata l-ebda riżoluzzjoni konġunta, għandhom jiġu vvutati l-bqija tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni fl-ordni tat-tressiq tagħhom.

Artikolu 18

Messaġġi għal-laqgħat tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant

Il-Bureau tal-Assemblea Parlamentari EURONEST għandu jressaq messaġġ għas-samit, jew, jekk ikun meħtieġ għal-Laqgħa Ministerjali tas-Sħubija tal-Lvant, imfassal abbażi tar-riżoluzzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Assemblea Parlamentari EURONEST. Il-messaġġ għandu jintbagħat lill-istituzzjonijiet rilevanti b’mod konġunt mill-Kopresidenti.

Artikolu 19

Stqarrijiet

Il-Bureau jista’ jilħaq qbil b’mod urġenti dwar stqarrijiet relatati ma’ kull kwistjoni relatata mas-Sħubija tal-Lvant u bħala rispons f’każ ta’ emerġenzi naturali, kriżijiet jew konflitti li jinħolqu, li fihom titqies utli jew tinħass il-ħtieġa li ssir sejħa istituzzjonali li tħeġġeġ lil dawk involuti biex joqogħdu lura milli jirrikorru għall-vjolenza u/jew jagħmlu negozjati politiċi, jew li tħeġġeġ is-solidarjetà mal-persuni u l-pajjiżi milquta. Tali stqarrijiet għandhom jissejsu fuq kwalunkwe riżoluzzjonijiet u rakkomandazzjonijiet eżistenti adottati mill-Assemblea Parlamentari EURONEST u għandhom jintbagħtu mill-aktar fis possibbli lill-Membri kollha tal-Assemblea Parlamentari EURONEST għal skopijiet ta’ informazzjoni. L-istqarrijiet għandhom jiġu ppubblikati mill-Kopresidenti.

Artikolu 20

Emendi

1.   L-emendi tat-testi diskussi fis-sessjoni għandhom jitressqu minn mill-anqas 5 Membri tal-Assemblea Parlamentari EURONEST jew minn grupp politiku kif imsemmi fl-Artikolu 2.3. L-emendi għandhom jirreferu għat-test li jkunu qed jippruvaw jemendaw u għandhom jitressqu bil-miktub. Il-Bureau jista’ jiddeċiedi li l-emenda hija inammissibbli, abbażi ta’ dawn il-kriterji.

2.   L-iskadenza għat-tressiq tal-emendi għandha tiġi mħabbra fil-bidu tas-sessjoni.

3.   Matul il-votazzjoni, l-emendi għandu jkollhom prijorità fuq it-test li jirreferu għalih.

4.   Meta jitressqu żewġ emendi jew iktar dwar l-istess parti tat-test, l-ewwel għandha titressaq għall-votazzjoni dik l-emenda li bil-kontenut tagħha titbiegħed l-aktar mit-test oriġinali. Jistgħu jittieħdu biss l-emendi orali li jikkoreġu żbalji fattwali jew lingwistiċi. L-ebda emendi orali oħra m’għandhom jittieħdu.

5.   L-Assemblea m’għandha tikkunsidra l-ebda emenda (inklużi l-emendi orali) li dwarha tkun tqajmet oġġezzjoni ta’ interess vitali.

Artikolu 21

Mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub

1.   Kwalunkwe Membru tal-Assemblea Parlamentari EURONEST jista’ jagħmel mistoqsijiet li jitolbu tweġiba bil-miktub lill-korpi ministerjali tas-Sħubija tal-Lvant, lill-Presidenza fil-kariga tas-Samit, lill-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea jew lill-Kummissjoni Ewropea.

2.   Dawn il-mistoqsijiet għandhom jirrigwardaw is-Sħubija tal-Lvant u b’mod partikolari l-erba’ pjattaformi tematiċi tagħha. Dawn il-mistoqsijiet għandhom jiġu sottomessi bil-miktub lill-Bureau li, f’każ li jikkunsidrahom ammissibbli, għandu jgħaddihom lill-korpi rilevanti, billi jitlob b’mod ċar li jwieġbu bil-miktub fi żmien xahrejn mid-data meta l-mistoqsija tkun tressqet.

Artikolu 22

Mistoqsijiet li jitolbu tweġiba orali

1.   F’kull sessjoni għandu jiġi allokat ħin għall-mistoqsijiet għall-korpi ministerjali tas-Sħubija tal-Lvant, għall-Presidenza fil-kariga tas-Samit, għall-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea u għall-Kummissjoni Ewropea, fil-ħin li jiddeċiedi l-Bureau b’tali mod li tkun żgurata l-preżenza tal-istituzzjonijiet imsemmija hawn fuq fl-ogħla livell.

2.   Kull membru tal-Assemblea Parlamentari EURONEST jista’ jressaq mistoqsija waħda biss li titlob tweġiba orali. Dawn il-mistoqsijiet għandhom jirrigwardaw is-Sħubija tal-Lvant u b’mod partikolari l-erba’ pjattaformi tematiċi tagħha. Fil-każ ta’ mistoqsija li titressaq minn bosta membri, membru wieħed biss għandu jingħata d-dritt li jitkellem sabiex iressaqha bil-fomm. Il-mistoqsijiet, li m’għandhomx jaqbżu l-100 kelma, għandhom jitressqu bil-miktub lill-Bureau sal-iskadenza ffissata minnu. Il-Bureau għandu jiddeċiedi jekk ikunux ammissibbli jew le. B’mod partikolari, il-Bureau għandu jiddikjara inammissibbli l-mistoqsijiet relatati mat-temi li diġà huma inklużi fl-aġenda tas-sessjoni. Il-mistoqsijiet iddikjarati ammissibbli għandhom jintbagħtu lill-istituzzjonijiet rilevanti. Il-Kopresidenti għandhom jiddeċiedu l-ordni li fih se jkunu trattati l-mistoqsijiet orali u l-awturi tal-mistoqsijiet għandhom ikunu infurmati bid-deċiżjoni tagħhom.

3.   L-Assemblea Parlamentari EURONEST ma għandhiex tiddedika iktar minn sagħtejn kull sessjoni għall-eżaminazzjoni tal-mistoqsijiet b’talba għal risposta orali. Il-mistoqsijiet li ma jistgħux jingħataw tweġiba minħabba n-nuqqas ta’ ħin għandhom jirċievu tweġiba bil-miktub, sakemm l-awturi tagħhom ma jirtirawhomx. Mistoqsija orali tista’ tingħata tweġiba biss jekk l-awtur tagħha jkun preżenti.

4.   Il-korpi ministerjali tas-Sħubija tal-Lvant, il-Presidenza fil-kariga tas-Samit, il-Kunsill tal-Ministri tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea għandhom jintalbu li jwieġbu fil-qosor għall-mistoqsijiet. Fuq talba ta’ mill-inqas 20 Membru jew aktar tal-Assemblea Parlamentari EURONEST, ir-risposta tista’ twassal għal dibattitu. Il-President għandu jistabbilixxi l-limitu taż-żmien għal dan id-dibattitu.

Artikolu 23

Talbiet għall-opinjoni tal-Assemblea Parlamentari EURONEST

Fuq talba tas-Samit tas-Sħubija tal-Lvant, il-konferenzi ministerjali, il-Kummissjoni Ewropea jew istituzzjonijiet oħra rilevanti tal-UE jew tas-Sħubija tal-Lvant, l-Assemblea Parlamentari EURONEST tista’, fuq rakkomandazzjoni tal-Bureau, tiddeċiedi li tfassal opinjonijiet u proposti għall-adozzjoni ta’ miżuri konkreti dwar id-diversi sferi ta’ attività tas-Sħubija tal-Lvant. F’dawn il-każijiet, it-talba għandha titressaq quddiem il-Bureau, li flimkien ma’ rakkomandazzjoni, għandu jressaqha quddiem l-Assemblea Parlamentari EURONEST.

Artikolu 24

Minuti tal-proċedimenti

L-abbozz tal-minuti tas-sessjonijiet plenarji u dawk tal-laqgħat tal-Bureau, tal-kumitati permanenti u tal-gruppi ta’ ħidma, flimkien mar-reġistri tal-attendenza u t-testi tad-deċiżjonijiet adottati, għandhom jiġu ppreparati u jinżammu mis-Segretarjat tad-Delegazzjoni li jkun qed jospita s-sessjonijiet u l-laqgħat. Mat-tlestija, id-Delegazzjonijiet l-oħra se jirċievu kopja ta’ dan l-abbozz tal-minuti.

Artikolu 25

Kumitati permanenti

1.   Sabiex teżamina l-aspetti konkreti tas-Sħubija tal-Lvant aktar fid-dettall, l-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha twaqqaf l-erba’ kumitati permanenti li ġejjin:

il-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi, id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija;

il-Kumitat għall-Integrazzjoni Ekonomika, l-Approssimazzjoni Legali u l-Konverġenza mal-Politiki tal-UE;

il-Kumitat għas-Sigurtà tal-Enerġija;

il-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali, l-Edukazzjoni, il-Kultura u s-Soċjetà Ċivili.

2.   F’konformità mal-arranġamenti ġenerali għall-funzjonament tal-Assemblea Parlamentari EURONEST, il-kumitati permanenti għandhom ikunu magħmula minn membri tal-Assemblea, f’konformità mal-Artikolu 2, u għandhom jaħdmu b’mod strettament ugwali. Is-setgħat, ir-responsabilitajiet, is-sħubija u l-proċeduri tal-kumitati permanenti huma stipulati fl-Anness I.

3.   Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-kumitati permanenti għandhom jiġu adottati mill-Assemblea Parlamentari EURONEST fuq proposta tal-Bureau.

Artikolu 26

Kumitati temporanji u ta’ segwitu

Fi kwalunkwe ħin, l-Assemblea Parlamentari EURONEST tista’ twaqqaf, fuq proposta tal-Bureau jew tal-membri tal-Assemblea, inklużi mill-anqas terz tal-komponent tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant u terz tal-komponent tal-Parlament Ewropew, Kumitati temporanji u ta’ sewgitu, filwaqt li tistabbilixxi r-responsabilitajiet tagħhom, il-kompożizzjoni u l-mandat fil-ħin li tiġi adottata d-deċiżjoni li jitwaqqfu. Żewġ Kumitati biss ta’ dan it-tip jistgħu jaħdmu fl-istess ħin. Il-kumitati ta’ segwitu għandhom massimu ta’ sena sabiex jispiċċaw ħidmiethom, u f’każijiet speċjali dan il-perjodu jista’ jiġi estiż b’6 xhur oħra.

Artikolu 27

Gruppi ta’ ħidma u seduti ta’ smigħ

1.   Il-Bureau jista’ jiddeċiedi li jwaqqaf gruppi ta’ ħidma dwar aspett speċifiku tas-Sħubija tal-Lvant jew li jibgħat missjonijiet ta’ sejbien tal-fatti f’pajjiżi Imsieħba Ewropej tal-Lvant jew pajjiżi tal-Unjoni Ewropea jew f’organizzazzjonijiet internazzjonali, fil-limiti tal-baġit. Fiż-żewġ każijiet, il-Bureau għandu jiddeċiedi dwar l-organizzazzjoni, ir-responsabilitajiet u l-kompożizzjoni tagħhom. Dawn il-gruppi ta’ ħidma jew missjonijiet jistgħu jiġu inkarigati jfasslu rapporti u mozzjonijiet għal riżoluzzjonijiet jew rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-Assemblea Parlamentari EURONEST. Il-gruppi ta’ ħidma għandhom ikomplu joperaw sakemm l-Assemblea Parlamentari EURONEST tiddeċiedi mod ieħor. L-għadd ta’ membri ta’ grupp ta’ ħidma għandu jkun 10 (5 membri minn kull komponent).

2.   Kull membru tal-Gruppi ta’Ħidma li ma jkunx jista’ jattendi laqgħa jista’ jiġi sostitwit minn membru tal-Assemblea Parlamentari EURONEST li jappartjeni fl-istess grupp politiku fil-Parlament Ewropew jew fl-istess Delegazzjoni tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant. Il-Kopresidenti tal-Grupp ta’ Ħidma kkonċernat għandhom jiġu infurmati bil-miktub dwar is-sostituzzjoni qabel il-laqgħa.

3.   Bil-għan li tikseb fehim akbar bejn il-popli tal-Unjoni Ewropea u dawk li jagħmlu parti mill-Imsieħba Ewropej tal-Lvant, u li trawwem l-għarfien tal-pubbliku dwar kwistjonijiet marbuta mas-Sħubija tal-Lvant, l-Assemblea Parlamentari EURONEST tista’ torganizza seduti ta’ smigħ b’mod regolari. Dawn il-laqgħat għandhom jiġu organizzati taħt ir-responsabilità tal-Bureau u għandhom jistiednu persuni li jistgħu jinfurmaw lill-Assemblea Parlamentari EURONEST dwar is-sitwazzjonijiet politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali ta’ tħassib.

Artikolu 28

Relazzjonijiet mal-Kumitati Parlamentari Konġunti (KPK) u Delegazzjonijiet

1.   L-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha tistieden lill-Kumitati Parlamentari Konġunti (KPK) u lid-delegazzjonijiet, li twaqqfu skont il-Ftehimiet fis-seħħ, u lil kwalunkwe kumitat jew delegazzjoni oħra li jistgħu jinħolqu sussegwentement, biex jikkollaboraw f’xogħolha.

2.   Din l-istedina tista’ tinkludi, b’mod partikolari, il-laqgħa tal-Kumitati Parlamentari Konġunti (KPK) u d-delegazzjonijiet li jkunu jeżistu matul is-sessjoni tal-Assemblea Parlamentari EURONEST.

Artikolu 29

Finanzjament tal-ispejjeż ta’ organizzazzjoni, parteċipazzjoni, interpretazzjoni u traduzzjoni

1.   Mingħajr ħsara għall-Artikolu 12.1, il-Parlament li jorganizza sessjoni tal-Assemblea Parlamentari EURONEST, laqgħa tal-Bureau, jew laqgħa tal-Kumitati jew tal-gruppi ta’ ħidma għandu jkun responsabbli għall-arranġamenti prattiċi tal-organizzazzjoni tas-sessjoni jew tal-laqgħa.

2.   Fuq proposta tal-Bureau, l-Assemblea Parlamentari EURONEST tista’ tirrakkomanda li għandha tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-bqija tal-Parlamenti biex ikopru n-nefqa għall-organizzazzjoni ta’ sessjoni tal-Assemblea Parlamentari EURONEST jew ta’ laqgħa ta’ Kumitat jew grupp ta’ ħidma.

3.   L-ispejjeż tal-ivvjaġġar, tas-sussistenza u tat-trasport lokali ta’ kull parteċipant għandhom jitħallsu mill-istituzzjoni li tagħha jkun membru.

4.   L-ispejjeż għall-organizzazzjoni għandu jkoprihom il-Parlament li jorganizza sessjoni tal-Assemblea Parlamentari EURONEST, laqgħa tal-Bureau, jew laqgħa ta’ wieħed mill-Kumitati jew gruppi ta’ ħidma, skont id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi li ġejjin.

5.   Meta sessjoni tal-Assemblea Parlamentari EURONEST, laqgħa tal-Bureau, jew ta’ wieħed mill-Kumitati jew grupp ta’ ħidma ssir fil-postijiet ta’ ħidma tal-Parlament Ewropew, dan għandu, mingħajr ħsara għall-Artikolu 12.1 u minħabba d-diversità lingwistika tiegħu stess, jipprovdi interpretazzjoni fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea skont x’teħtieġ kull laqgħa u skont il-Kodiċi ta’ Kondotta dwar il-Multilingwiżmu tal-Parlament Ewropew.

6.   Meta sessjoni tal-Assemblea Parlamentari EURONEST, laqgħa tal-Bureau, jew laqgħa ta’ wieħed mill-Kumitati jew tal-grupp ta’ ħidma ssir lil hinn mill-postijiet ta’ ħidma tal-Parlament Ewropew, dan għandu, mingħajr ħsara għall-Artikolu 12.1, u minħabba d-diversità lingwistika tiegħu, jipprovdi interpretazzjoni biss fil-lingwi ta’ ħidma tal-Assemblea Parlamentari EURONEST u fil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea li għandhom jintużaw mill-membri tal-Parlament Ewropew skont il-Kodiċi ta’ Kondotta dwar il-Multilingwaliżmu tal-Parlament Ewropew.

7.   Il-Parlament Ewropew għandu jieħu r-responsabilità tat-traduzzjoni tad-dokumenti uffiċjali adottati mill-Assemblea Parlamentari EURONEST għal-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Jekk il-Parlamenti tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant jaqblu, u minħabba d-diversità lingwistika tagħha, l-istituzzjoni msemmija għandha wkoll tieħu r-responsabilità tat-traduzzjoni fil-lingwi ta’ ħidma tal-Assemblea Parlamentari EURONEST tad-dokumenti li jkunu saru waqt it-tħejjija għal-laqgħat jew matul il-laqgħat tal-Assemblea Parlamentari EURONEST u tal-korpi tagħha. Il-Parlamenti tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant għandhom jieħdu r-responsabilità tat-traduzzjoni tad-dokumenti uffiċjali adottati mill-Assemblea Parlamentari EURONEST għal-lingwi uffiċjali rispettivi ta’ pajjiżhom.

Artikolu 30

Segretarjat

1.   L-Assemblea Parlamentari EURONEST għandha tkun megħjuna fil-preparazzjoni u l-operazzjoni bla xkiel tal-ħidma tal-Assemblea minn Segretarjat magħmul minn uffiċjali meħuda minn kull wieħed miż-żewġ komponenti tal-Assemblea Parlamentari EURONEST.

Is-Segretarjat għandu jipprovdi assistenza lis-sessjonijiet plenarji, lill-Bureau, lill-kumitati u lill-gruppi ta’ ħidma. Sabiex jiggarantixxu assistenza professjonali u imparzjali lill-Assemblea, iż-żewġ komponenti se jiffaċilitaw il-kooperazzjoni mill-qrib u l-bini ta’ kapaċitajiet, kif ukoll skambju reċiproku ta’ esperjenza professjonali bejn il-komponenti varji tas-Segretarjat.

2.   Is-salarji u spejjeż oħra tal-membri tas-Segretarjat għandhom jitħallsu mill-Parlamenti rispettivi tagħhom.

3.   Il-Parlament li jorganizza sessjoni tal-Assemblea Parlamentari EURONEST jew laqgħa ta’ Kumitat għandu jipprovdi għajnuna fl-organizzazzjoni tas-sessjoni jew tal-laqgħa inkwistjoni.

Artikolu 31

Interpretazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura

Il-Kopresidenti - jew fuq talba tagħhom, il-Bureau - għandhom jiddeċiedu fuq kwistjonijiet relatati mal-interpretazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura.

Artikolu 32

Emendi għar-Regoli ta’ Proċedura

1.   L-emendi tar-Regoli ta’ Proċedura għandhom jiġu adottati mill-Assemblea Parlamentari EURONEST abbażi tal-proposti tal-Bureau.

2.   L-emendi għandhom jiġu adottati minn maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri preżenti. Jekk titressaq talba għal votazzjoni minn komponenti separati qabel ma tibda l-votazzjoni, minn minimament wieħed minn kull għaxar membri li jagħmlu parti tal-anqas minn żewġ gruppi politiċi fil-Parlament Ewropew jew jagħmlu parti tal-anqas minn żewġ delegazzjonijiet mill-komponent tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant tal-Assemblea Parlamentari EURONEST, għandha ssir votazzjoni li fiha r-rappreżentanti tal-komponent tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant u r-rappreżentanti tal-komponent tal-Parlament Ewropew għandhom jivvutaw b’votazzjoni separata. It-test inkwistjoni għandu jitqies adottat jekk tinkiseb maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa b’mod separat fiż-żewġ komponenti.

3.   Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor, meta jittieħed il-vot, l-emendi għar-Regoli ta’ Proċedura għandhom jidħlu fis-seħħ fl-ewwel ġurnata tas-sessjoni wara li jiġu adottati.


(1)  Wara proposta tal-Grupp ta’ Ħidma dwar l-RoP tal-Assemblea Parlamentari tal-EURONEST, approvata mill-Bureau tal-Assemblea Parlamentari tal-EURONEST fis-17 ta’ Marzu 2015, u sabiex jitħallajsir użuminn tagħmir elettroniku, kull komponent għandu jivvota wieħed wara l-ieħor, mingħajr ma jitħabbar ir-riżultat, sakemm ikunu vvutaw iż-żewġ komponenti.


ANNESS I

SETGĦAT, RESPONSABILITAJIET, SĦUBIJA U PROĊEDURI TAL-KUMITATI PERMANENTI

Artikolu 1

Għandhom jitwaqqfu erba’ kumitati parlamentari permanenti bis-setgħat u r-responsabilitajiet li ġejjin:

il-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi, id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija;

il-Kumitat għall-Integrazzjoni Ekonomika, l-Approssimazzjoni Legali u l-Konverġenza mal-Politiki tal-UE;

il-Kumitat għas-Sigurtà tal-Enerġija;

il-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali, l-Edukazzjoni, il-Kultura u s-Soċjetà Ċivili.

I.   il-Kumitat għall-Affarijiet Politiċi, id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija

Dan il-kumitat għandu jkun responsabbli għall-kwistjonijiet li ġejjin:

1.

l-iżvilupp ta’ istituzzjonijiet demokratiċi stabbli, kwistjonijiet ta’ governanza u r-rwol tal-partiti politiċi;

2.

il-promozzjoni ta’ djalogu politiku, ta’ miżuri multilaterali ta’ tisħiħ tal-fiduċja u l-kontribut biex tinstab soluzzjoni paċifika għall-konflitti;

3.

ir-relazzjonijiet ma’ organizzazzjonijiet nazzjonali u internazzjonali oħra u ma’ assemblej parlamentari għal kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan it-termini ta’ referenza tiegħu;

4.

il-paċi, is-sigurtà, l-istabilità;

5.

l-istandards elettorali, ir-regolazzjoni tal-midja u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

II.   Il-Kumitat għall-Integrazzjoni Ekonomika, l-Approssimazzjoni Legali u l-Konverġenza mal-Politiki tal-UE

Dan il-kumitat għandu jkun responsabbli għall-kwistjonijiet li ġejjin:

1.

il-monitoraġġ tar-relazzjonijiet ekonomiċi, finanzjarji u kummerċjali bejn l-UE u l-Imsieħba Ewropej tal-Lvant, ma’ pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet reġjonali;

2.

ir-relazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti (u speċifikament mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ) u mal-organizzazzjonijiet li jippromwovu l-integrazzjoni ekonomika u kummerċjali fuq livell reġjonali;

3.

il-miżuri tekniċi ta’ armonizzazzjoni jew ta’ standardizzazzjoni fis-setturi koperti minn strumenti legali internazzjonali;

4.

il-kwistjonijiet dwar l-iffinanzjar tas-Sħubija, inkluż is-segwitu tal-implimentazzjoni tal-faċilitajiet tal-Bank Ewropew tal-Investiment u strumenti u mekkaniżmi oħra tal-istess tip;

5.

l-iżvilupp soċjali u tal-bniedem, kif ukoll l-infrastrutturi u s-servizzi soċjali, inklużi l-kwistjonijiet dwar is-saħħa;

6.

il-migrazzjoni u l-iskambji bejn il-persuni;

7.

l-iżvilupp sostenibbli, ir-riżorsi naturali, it-tisħin globali u l-politika tal-enerġija;

8.

il-governanza tal-ambjent, l-investiment f’kuntest reġjonali, it-tibdil fil-klima;

9.

it-tħaffif tal-interkonnessjoni tan-netwerks tat-trasport u t-telekomunikazzjonijiet;

10.

l-armonizzazzjoni tal-ambjent regolatorju.

11.

il-koperazzjoni transkonfinali

III.   Il-Kumitat għas-Sigurtà tal-Enerġija

Dan il-kumitat għandu jkun responsabbli għall-kwistjonijiet li ġejjin:

1.

il-monitoraġġ tal-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ appoġġ u sigurtà reċiproku f’dak li jirrigwarda l-enerġija;

2.

l-appoġġ għat-tisħiħ tal-kuntatti fir-rigward tas-sigurtà tal-enerġija u tat-tħejjija għall-kriżijiet tal-enerġija;

3.

l-appoġġ tax-xogħol li jsir minn grupp ta’ esperti dwar is-sigurtà tal-enerġija;

4.

il-monitoraġġ tal-armonizzazzjoni tal-politiki u l-leġiżlazzjoni dwar l-enerġija tal-imsieħba u d-diversifikazzjoni tar-rotot tal-provvista u tat-tranżitu;

5.

l-appoġġ għall-ħolqien ta’ suq tal-enerġija interkonness u diversifikat.

IV.   Il-Kumitat għall-Affarijiet Soċjali, l-Edukazzjoni, il-Kultura u s-Soċjetà Ċivili

Dan il-kumitat għandu jkun responsabbli għall-kwistjonijiet li ġejjin:

1.

il-promozzjoni tal-koperazzjoni fl-oqsma tal-kultura u l-edukazzjoni u r-relazzjonijiet mal-organizzazzjonijiet u l-aġenziji internazzjonali relevanti;

2.

il-kwistjonijiet dwar iż-żgħażagħ u l-ugwaljanza bejn is-sessi;

3.

il-monitoraġġ tal-iżvilupp tas-soċjetà tal-informazzjoni u r-rwol tal-midja;

4.

l-appoġġ tal-koperazzjoni fil-qasam tal-edukazzjoni, it-tagħlim tal-lingwi, iż-żgħażagħ u r-riċerka;

5.

ir-relazzjonijiet mal-Forum tas-Soċjetà Ċivili u mal-NGOs mill-UE u l-Imsieħba Ewropej tal-Lvant;

6.

il-promozzjoni tal-koperazzjoni kulturali u tad-djalogu interkulturali.

Artikolu 2

1.   Kull wieħed mill-kumitati permanenti m’għandux ikun fih iktar minn 30 membru u kemm jista’ jkun għandu jkun magħmul minn l-istess numru ta’ Membri miż-żewġ komponenti u jirrifletti l-kompożizzjoni tal-Assemblea Parlamentari EURONEST. Id-daqs u l-kompożizzjoni tal-kumitati għandhom jiġu deċiżi mill-Assemblea Parlamentari EURONEST fuq proposta tal-Bureau.

2.   Kull membru tal-Assemblea Parlamentari EURONEST għandu jkollu d-dritt li jkun membru ta’ wieħed mill-kumitati permanenti. F’każijiet eċċezzjonali, membru jista’ jkun membru ta’ żewġ kumitati permanenti.

3.   Il-membri jinħatru skont il-proċeduri li għandhom jiġu stabbiliti minn kull Parlament b’tali mod li jirriflettu kemm jista’ jkun id-distribuzzjoni tad-diversi gruppi politiċi u delegazzjonijiet irrappreżentati, rispettivament, fil-Parlament Ewropew u fil-komponent tal-Imsieħba Ewropej tal-Lvant.

Artikolu 3

1.   Kull kumitat għandu jaħtar Bureau minn fost il-membri tiegħu li jkun jikkonsisti f’żewġ Kopresidenti tal-istess status (wieħed minn kull naħa tal-Assembela Parlamentari EURONEST) u f’erba’ Viċi Kopresidenti (tnejn minn kull komponent tal-Assemblea Parlamentari EURONEST), li fir-rigward tiegħu kull komponent għandu jiddeċiedi dwar il-proċeduri elettorali u l-mandati.

2.   Il-Kopresidenti għandhom jiddeċiedu flimkien min minnhom għandu jippresiedi f’kull laqgħa tal-Kumitat.

3.   Il-kumitati jistgħu jaħtru “rapporteurs” sabiex jeżaminaw il-kwistjonijiet konkreti li jaqgħu fil-kompetenza tagħhom u għandhom jippreparaw rapporti li għandhom jiġu sottomessi lill-Assemblea Parlamentari EURONEST, wara l-approvazzjoni tal-Bureau, bi qbil mar-Regoli ta’ Proċedura.

4.   Il-kumitati permanenti jistgħu jiddiskutu l-punti tal-aġenda tagħhom mingħajr rapport u jistgħu javżaw bil-miktub lill-Bureau li dawn il-punti jkunu ġew diskussi.

5.   Il-kumitati għandhom jagħtu rendikont tal-attivitajiet tagħhom lill-Assemblea Parlamentari EURONEST.

Artikolu 4

1.   Il-kumitati għandhom jiltaqgħu meta jissejħu mill-Kopresidenti tagħhom, u għandhom jorganizzaw mill-anqas żewġ laqgħat fis-sena, b’waħda minnhom issir matul is-sessjoni tal-Assemblea Parlamentari EURONEST.

2.   Kwalunkwe membru jista’ jressaq emendi sabiex jiġu eżaminati fil-kumitat.

3.   F’dak li għandu x’jaqsam mal-proċedura, ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Assemblea Parlamentari EURONEST għandhom japplikaw bit-tibdiliet magħmula għal-laqgħat tal-kumitat. B’mod partikolari, kworum f’kumitat jintlaħaq meta jiltaqgħu mill-anqas terz tal-membri minn kull komponent.

4.   Il-laqgħat kollha għandhom ikunu pubbliċi, sakemm kumitat ma jiddeċidix mod ieħor.


ANNESS II

IT-TUL TAT-TESTI

Il-limiti massimi li ġejjin għandhom japplikaw għat-testi mressqa għat-traduzzjoni u għar-riproduzzjoni:

noti spjegattivi, dokumenti ta’ ħidma ta’ tħejjija u minuti tal-gruppi ta’ ħidma u missjonijiet ta’ sejbiet ta’ informazzjoni: 6 paġni;

mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li jinsabu fir-rapporti u dwar kwistjonijiet urġenti: 4 paġni, inklużi l-premessi, iżda minbarra l-kunsiderazzjonijiet.

Bil-kelma paġna nifhmu test ta’ 1 500 karattru stampat mingħajr ma jingħaddu l-ispazji.

Dan l-Anness jista’ jiġi emendat mill-Bureau.


23.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 315/40


REGOLI TA’ PROĊEDURA

tal-kumitati permanenti tal-Assemblea Parlamentari Euronest adottati mill-AP Euronest fit-3 ta’ Mejju 2011 u emendati fit-29 ta’ Mejju 2013 fi Brussell u fit-18 ta’ Marzu 2015 f’Jerevan

(2015/C 315/08)

Skont l-Artikolu 25(3) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Assemblea Parlamentari Euronest u b’kunsiderazzjoni tal-proposta tal-Bureau, l-Assemblea Parlamentari Euronest tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-kumitati permanenti.

Artikolu 1

Kamp ta’ applikazzjoni

1.   Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-kumitati permanenti jistabbilixxu l-mekkaniżmi ta’ ħidma komuni għall-erba’ kumitati permanenti kollha tal-Assemblea Parlamentari Euronest (minn hawn ’il quddiem: kumitati):

Kumitat għall-Affarijiet Politiċi, id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija;

Kumitat għall-Integrazzjoni Ekonomika, l-Approssimazzjoni tal-Liġijiet u l-Konverġenza mal-Politiki tal-UE;

Kumitat għas-Sigurtà Enerġetika;

Kumitat għall-Affarijiet Soċjali, l-Edukazzjoni, il-Kultura u s-Soċjetà Ċivili.

2.   Ir-Regoli ta’ Proċedura tal-Assemblea Parlamentari Euronest japplikaw mutatis mutandis għal-laqgħat tal-kumitat mingħajr preġudizzju għar-Regoli ta’ Proċedura tal-kumitati permanenti.

Artikolu 2

Kompożizzjoni

1.   Il-kumitat għandu massimu ta’ 30 membru u hu kompost minn:

15-il membru tal-Parlament Ewropew;

15-il membru tal-parlamenti parteċipanti tas-sħab tal-Ewropa tal-Lvant (1).

Din tirrifletti l-kompożizzjoni tal-Assemblea Parlamentari Euronest.

2.   Kull membru tal-Assemblea Parlamentari Euronest għandu d-dritt li jkun membru ta’ wieħed mill-kumitati permanenti. F’każijiet eċċezzjonali, membru jista’ jkun membru ta’ żewġ kumitati permanenti.

3.   Il-membri jinħatru skont il-proċeduri stabbiliti minn kull Parlament b’tali mod li jirriflettu kemm jista’ jkun id-distribuzzjoni tad-diversi gruppi politiċi u tad-delegazzjonijiet rappreżentati, rispettivament, fil-Parlament Ewropew u fil-komponent tas-sħab tal-Ewropa tal-Lvant.

4.   Id-daqs u l-kompożizzjoni tal-kumitati huma approvati mill-Assemblea Parlamentari Euronest fuq proposta tal-Bureau.

Artikolu 3

Presidenza u Bureau

1.   Kull kumitat jeleġġi, minn fost il-membri tiegħu, Bureau li jikkonsisti minn żewġ Kopresidenti bl-istess status (wieħed minn kull komponent) u erba’ Viċi Presidenti (tnejn minn kull komponent), li fir-rigward tagħhom il-proċeduri elettorali u t-termini tal-mandat ta’ tali karigi jiġu deċiżi separatament minn kull komponent.

2.   Il-Kopresidenti jiddeċiedu flimkien min minnhom jippresiedi l-laqgħa tal-kumitat.

Artikolu 4

Membri supplenti

1.   Kull membru sħiħ li ma jkunx jista’ jattendi għal-laqgħa tal-kumitat jista’ jiġi sostitwit minn membru supplenti mill-istess komponent tal-Assemblea, wara qbil bejn dawn iż-żewġ membri. Il-President għandu jiġi informat b’kull sostituzzjoni qabel il-bidu tal-laqgħa.

2.   Fi ħdan il-kumitat, il-membru supplenti għandu l-istess drittijiet u huwa suġġett għall-istess obbligi bħall-membru sħiħ.

Artikolu 5

Laqgħat

1.   Il-kumitati jiltaqgħu meta jiġu konvokati mill-Kopresidenti tagħhom, u mill-anqas darbtejn fis-sena, waħda minnhom issir matul is-sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Euronest.

2.   Fuq proposta tal-Bureau tal-kumitat, il-Kopresidenti jfasslu u jressqu l-abbozz tal-aġenda ta’ kull laqgħa ta’ kumitat.

3.   Il-laqgħat tal-kumitati jsiru bil-lingwi ta’ ħidma tal-Assemblea Parlamentari Euronest. Sakemm kumitat ma jiddeċidix mod ieħor, il-laqgħat kollha huma pubbliċi.

4.   Il-President imexxi x-xogħlijiet, jiżgura r-rispett tar-Regoli ta’ Proċedura, iżomm l-ordni, jagħti l-kelma lill-kelliema, jiddikjara l-għeluq tad-diskussjonijiet, iressaq il-kwistjonijiet għall-votazzjoni u jħabbar il-riżultat tal-votazzjonijiet.

5.   Ebda membru ma jista’ jitkellem sakemm ma jingħatax il-kelma mill-President. Kelliem ma jistax jiġi interrott għajr f’każ ta’ punti ta’ ordni. Jekk il-kelliem jitbiegħed mis-suġġett, il-President isejjaħlu għall-ordni u jista’, fit-tieni okkażjoni, jipprojbixxih milli jitkellem dwar l-istess suġġett għall-bqija tad-dibattitu.

6.   Il-President isejjaħ għall-ordni kull membru tal-kumitat li joħloq tfixkil matul ix-xogħlijiet. F’każ ta’ reċidiva, il-President jista’ jkeċċih mis-sala għall-bqija tal-laqgħa.

7.   Żewġ kumitati jew aktar jistgħu, wara qbil bejn il-Bureaux tagħhom, jorganizzaw laqgħat konġunti dwar suġġetti ta’ interess komuni.

Artikolu 6

Rapporti u temi urġenti

1.   Il-kumitati jistgħu jaħtru rapporteurs inkarigati milli jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi fi ħdan il-kompetenza tagħhom u jħejju rapporti li jitressqu lill-Assemblea Parlamentari Euronest, wara awtorizzazzjoni mill-Bureau. In-numru ta’ tali rapporti huwa limitat, fil-prinċipju, għal rapport wieħed għal kull kumitat għal kull sessjoni. Il-Bureau jista’ jiddeċiedi, fuq talba tal-Kopresidenti tal-Kumitati, kemm-il rapport se jiġi vvotat għal kull sessjoni skont l-avvanzament tax-xogħlijiet għat-tħejjija tar-rapporti.

2.   Fuq bażi eċċezzjonali, kumitat jista’ jipproponi temi urġenti lill-Assemblea Parlamentari Euronest. In-numru ta’ temi urġenti huwa limitat skont l-Artikolu 9(2)(b) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Assemblea Parlamentari Euronest.

3.   Barra minn hekk, il-kumitati jistgħu jiddiskutu punti oħra fuq l-aġenda mingħajr rapport u jistgħu jinfurmaw bil-miktub lill-Bureau tal-Assemblea Parlamentari Euronest li l-punti kkonċernati ġew diskussi.

4.   Il-kumitati jagħtu rendikont lill-Assemblea Parlamentari Euronest tal-attivitajiet tagħhom.

Artikolu 7

Kworum u votazzjoni

1.   Il-kworum ta’ kumitat jintlaħaq meta tal-anqas terz tal-membri ta’ kull komponent huwa preżenti.

2.   Il-votazzjonijiet kollha huma validi ikun xi jkun in-numru ta’ votanti. Madankollu, kull membru tal-kumitat jista’ jitlob li l-kworum ikun verifikat qabel ma ssir votazzjoni. Jekk, wara din it-talba, il-kworum ma jintlaħaqx, il-votazzjoni hija posposta.

3.   Il-kumitat jieħu d-deċiżjonijiet tiegħu b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri li ħadu sehem fil-votazzjoni. Kull membru jista’ jressaq emendi sabiex jiġu eżaminati fil-kumitat. Il-kumitat jivvota permezz ta’ turija tal-idejn u kull membru għandu vot wieħed biss, personali u mhux trasferibbli.

4.   L-għadd tal-voti jsir mill-Kummissjoni tal-Għadd tal-Voti, komposta minn żewġ partijiet indaqs ta’ rappreżentanti tas-segretarjati ta’ kull komponent tal-Assemblea Parlamentari Euronest. Il-Kummissjoni tal-Għadd tal-Voti tinħatar mill-Bureau (jew mill-Kumitat tal-Kopresidenti) qabel il-bidu tal-laqgħa rilevanti u tgħarraf ir-riżultat tal-għadd tal-voti direttament lill-Kopresidenti.

5.   Kull membru jista’ jressaq emendi biex jiġu eżaminati mill-kumitat, sat-terminu mħabbar mill-Kopresidenti. L-emendi jirreferu għat-test li biħsiebhom jemendaw u jitressqu bil-miktub. L-emendi orali jistgħu jintlaqgħu biss jekk ikollhom l-għan li jikkoreġu żbalji fattwali jew lingwistiċi. Ebda emenda orali oħra ma għandha tintlaqa’.

6.   Jekk qabel il-bidu tal-votazzjoni mhux inqas minn tliet membri tal-kumitat li jappartjenu għal tal-anqas żewġ gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew jew għal żewġ delegazzjonijiet tal-komponent tas-sħab tal-Ewropa tal-Lvant tal-Assemblea Parlamentari Euronest ippreżentaw talba għal votazzjoni skont il-komponenti separati, ir-rappreżentanti tal-komponent tas-sħab tal-Ewropa tal-Lvant u r-rappreżentanti tal-komponent tal-Parlament Ewropew jipproċedu għall-votazzjoni separatament, minkejja simultanjament. It-test ikkonċernat huwa adottat jekk jikseb maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa separatament fiż-żewġ komponenti.

7.   Il-votazzjoni maqsuma tista’ tintalab minn grupp politiku tal-Parlament Ewropew jew minn tal-anqas membru tal-Assemblea Parlamentari Euronest jekk it-test sottopost għall-votazzjoni jkun fih żewġ dispożizzjonijiet jew aktar, jekk jirreferi għal żewġ kwistjonijiet jew aktar jew jekk jista’ jinqasam f’żewġ partijiet jew aktar li jkollhom sens jew valur normattiv għalihom stess. It-talba titressaq bil-miktub lill-Kopresidenti sas-18.00 lejliet il-votazzjoni, ħlief fil-każ li l-Kopresidenti jiffissaw terminu ieħor, u jitqies, fil-prinċipju, aċċettat.

Artikolu 8

Arranġamenti oħra

1.   Il-Parlament li jospita laqgħa tal-kumitat jitqies responsabbli mill-arranġamenti prattiċi, mill-assistenza u mill-ispejjeż relatati mal-organizzazzjoni tal-laqgħa.

2.   Madankollu, fuq proposta tal-Bureau, l-Assemblea Parlamentari Euronest tista’ tirrakkomanda lill-parlamenti l-oħra jħallsu kontribuzzjoni finanzjarja biex tkopri n-nefqa relatata mal-organizzazzjoni ta’ laqgħa ta’ kumitat.

Artikolu 9

Interpretazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura

Il-Kopresidenti, jew fuq talba tagħhom, il-Bureau ta’ kumitat, għandhom id-dritt li jiddeċiedu dwar il-kwistjonijiet kollha relatati mal-interpretazzjoni tar-Regoli ta’ Proċedura tal-kumitati permanenti.

Artikolu 10

Emenda tar-Regoli ta’ Proċedura tal-kumitati permanenti

1.   L-emendi tar-Regoli ta’ Proċedura tal-kumitati permanenti huma adottati mill-Assemblea Parlamentari Euronest abbażi tal-proposti tal-Bureau.

2.   L-emendi huma adottati b’maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-membri preżenti għall-votazzjoni. Jekk qabel il-bidu tal-votazzjoni mhux inqas minn wieħed minn kull għaxar membri li jappartjenu għal tal-anqas żewġ gruppi politiċi tal-Parlament Ewropew jew għal żewġ delegazzjonijiet tal-komponent tas-sħab tal-Ewropa tal-Lvant tal-Assemblea Parlamentari Euronest ippreżentaw talba għal votazzjoni skont il-komponenti separati, ir-rappreżentanti tal-komponent tas-sħab tal-Ewropa tal-Lvant u r-rappreżentanti tal-komponent tal-Parlament Ewropew jipproċedu għall-votazzjoni separatament. It-test ikkonċernat jitqies adottat jekk jikseb maġġoranza ta’ żewġ terzi tal-voti mitfugħa separatament fiż-żewġ komponenti.

3.   Jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor fil-mument tal-votazzjoni, l-emendi tar-Regoli ta’ Proċedura tal-kumitati permanenti jidħlu fis-seħħ immedjatament wara l-adozzjoni tagħhom.


(1)  Fil-mument tal-adeżjoni ta’ sieħeb ieħor tal-Ewropa tal-Lvant (il-Bjelorussja), is-siġġijiet jitqassmu mill-ġdid fost is-sħab tal-Ewropa tal-Lvant.