ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 311

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
21 ta' Settembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 311/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 311/02

Kawża C-425/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea [Rikors għal annullament — Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati sabiex l-iskema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Unjoni Ewropea tintrabat mal-iskema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Awstralja — Direttivi ta’ negozjati — Kumitat speċjali — Artikoli 13(2) TUE, 218(2) sa (4) TFUE u 295 TFUE — Bilanċ istituzzjonali]

2

2015/C 311/03

Kawża C-584/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Directeur général des finances publiques vs Mapfre asistencia compañia internacional de seguros y reaseguros SA et Mapfre warranty SpA vs Directeur général des finances publiques (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — Taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ — Kamp ta’ applikazzjoni — Eżenzjoni — Kunċett ta’ [operazzjonijiet ta’] assigurazzjoni — Kunċett ta’ provvista ta’ servizzi — Somma f’daqqa mħallsa sabiex tiggarantixxi ħsara f’vettura użata)

3

2015/C 311/04

Kawża C-612/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni Appell — Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) — Informazzjoni dwar l-ambjent — Konvenzjoni ta’ Aarhus — Artikolu 4(1) u (4) — Eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess — Ħarsien tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni — Studji mwettqa minn impriża, fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea, dwar it-traspożizzjoni ta’ direttivi fi kwistjonijiet ambjentali — Rifjut parzjali ta’ aċċess

4

2015/C 311/05

Kawża C-615/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – ClientEarth, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs L-Awtorità Ewropea dwar is-sigurtà fl-Ikel (EFSA), Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Artikolu 4(1)(b) — Regolament (KE) Nru 45/2001 — Artikolu 8 — Eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess — Protezzjoni tad-data personali — Kunċett ta’ data personali — Kundizzjonijiet ta’ trasferiment ta’ data personali — Isem tal-awtur ta’ kull osservazzjoni dwar abbozz ta’ gwida tal-Awtorità Ewropea dwar is-sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar id-dokumentazzjoni xjentifika li għandha tingħata mal-fajl ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti — Rifjut ta’ aċċess)

5

2015/C 311/06

Kawża C-653/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 2006/12/KE — Artikoli 4 u 5 — Immaniġġar ta’ skart — Reġjun ta’ Campania — Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja — Konstatazzjoni ta’ nuqqas — Ineżekuzzjoni parzjali tas-sentenza — Artikolu 260(2) TFUE — Sanzjonijiet pekunjarji — Pagamenti ta’ penalità — Somma f’daqqa)

6

2015/C 311/07

Kawża C-681/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Diageo Brands BV vs Simiramida-04 EOOD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi — Motivi tar-rifjut — Ksur tal-ordni pubbliku tal-Istat li fih ġie mfittex ir-rikonoxximent — Sentenza ta’ qorti ta’ Stat Membru ieħor, li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni fil-qasam tat-trade marks — Direttiva 2004/48/KE — Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali — Spejjeż legali)

6

2015/C 311/08

Kawża C-21/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Rusal Armenal ZAO, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u miċ-Ċina — Adeżjoni tar-Repubblika tal-Armenja mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) — Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 — Kompatibbiltà mal-Ftehim dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ tal-1994 (GATT))

7

2015/C 311/09

Kawża C-83/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – CHEZ Razpredelenie Bulgaria AD vs Komisia za zashtita ot diskriminatsia (Direttiva 2000/43/KE — Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew mill-oriġini etnika — Distretti urbani essenzjalment abitati minn persuni ta’ oriġini Roma — Installazzjoni tal-arloġġi tad-dawl fuq pilastri li jagħmlu parti min-netwerk tal-linja tal-elettriku fl-ajru f’għoli ta’ sitta sa seba’ metri — Kunċetti ta’ diskriminazzjoni diretta u ta’ diskriminazzjoni indiretta — Oneru tal-prova — Possibbiltà ta’ ġustifikazzjoni — Prevenzjoni ta’ tbagħbis ta’ arloġġi tad-dawl u ta’ konnessjonijiet tal-elettriku illegali — Proporzjonalità — Natura ġeneralizzata tal-miżura — Effett offensiv u stigmatizzanti tagħha — Direttivi 2006/32/KE u 2009/72/KE — Impossibbiltà għall-utenti finali li jikkontrolla l-konsum tal-elettriku tiegħu)

8

2015/C 311/10

Kawża C-140/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE — Prevenzjoni u rimi tal-ħażna tat-terrapien tat-tħaffir u ta’ skart ieħor — Landfill — Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżuri għall-finijiet tar-rimi u tal-ħażna ta’ dan l-iskart — Użu ta’ rimedji ġudizzjarji)

10

2015/C 311/11

Kawża C-145/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Ambjent — Direttiva 1999/31/KE — Artikolu 14 — Rimi ta’ skart f’landfill — Skart mhux perikoluż — Nuqqas ta’ konformità tal-landfills eżistenti)

11

2015/C 311/12

Kawża C-369/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Sommer Antriebs- und Funktechnik GmbH vs Rademacher Geräte-Elektronik GmbH & Co. KG Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku — Direttiva 2002/96/KE — Artikoli 2(1) u 3(a), kif ukoll l-Annessi I A u I B — Direttiva 2012/19/UE — Artikoli 2(1)(a), 2(3)(b) u 3(1)(a) u (b), kif ukoll l-Annessi I u II — Kunċetti ta’ tagħmir elettriku u elettroniku u ta’ [g]ħodod elettriċi u elettroniċi — Apparat għal bibien ta’ garaxx

11

2015/C 311/13

Kawża C-468/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 2001/37/KE — Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk — Artikoli 2(4) u 8 — Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq tat-tabakki għall-użu orali — Snus (tabakk li wieħed isoff) sfuż)

12

2015/C 311/14

Kawża C-485/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 63 TFUE u 40 tal-Ftehim ŻEE — Taxxa fuq trasferimenti magħmula mingħajr korrispettiv — Eżenzjoni — Legati u donazzjonijiet — Differenza fit-trattament — organi jkunu stabbiliti fi Stat Membru ieħor — Assenza ta’ ftehim fiskali bilaterali)

12

2015/C 311/15

Opinjoni 3/15: Talba għal opinjoni mressqa mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 218(11) TFUE

13

2015/C 311/16

Kawża C-579/14 P: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2014 minn Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-297/13 – Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

13

2015/C 311/17

Kawża C-602/14 P: Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2014 minn Bharat Heavy Electricals Ltd mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-21 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-374/14, Bharat Heavy Electricals vs Il-Kummissjoni Ewropea

14

2015/C 311/18

Kawża C-36/15 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2015 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-556/12: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) vs Royalton Overseas Ltd

14

2015/C 311/19

Kawża C-136/15 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2015 minn Mohammad Makhlouf mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-21 ta’ Jannar 2015 fil-Kawża T-509/11, Makhlouf vs Il-Kunsill

14

2015/C 311/20

Kawża C-227/15 P: Appell ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2015 minn Robert Aubineau et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-18 ta’ Marzu 2015 fil-Kawżi T-195/11, T-485/11, T-448/12 u T-41/13, Cahier et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

15

2015/C 311/21

Kawża C-251/15 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 minn Emsibeth SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-26 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-596/13 – Emsibeth vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

16

2015/C 311/22

Kawża C-271/15 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 minn Sea Handling SpA, in liquidazione, li kienet Sea Handling SpA, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-456/13, Sea Handling vs Il-Kummissjoni Ewropea

17

2015/C 311/23

Kawża C-294/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w Warszawie (il-Polonja) fis-17 ta’ Ġunju 2015 – Edyta Mikołajczyk vs Marie Louise Czarnecka, Stefan Czarnecki

19

2015/C 311/24

Kawża C-298/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-18 ta’ Ġunju 2015 – UAB Borta vs Direzzjoni tal-port marittimu nazzjonali ta’ Klaipėda

20

2015/C 311/25

Kawża C-303/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Łodzi (il-Polonja) fit-22 ta’ Ġunju 2015 – Proċeduri kriminali kontra G.M. u M.S.

21

2015/C 311/26

Kawża C-306/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

21

2015/C 311/27

Kawża C-316/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – The Queen on the application of Hemming (li tinnegozja taħt l-isem Simply Pleasure Ltd.) et vs Westminster City Council

22

2015/C 311/28

Kawża C-317/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – X, Staatssecretaris van Financiën

23

2015/C 311/29

Kawża C-318/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – Tecnoedi Costruzioni Srl vs Comune di Fossano

24

2015/C 311/30

Kawża C-323/15 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2015 minn Polynt SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-30 ta’ April 2015 fil-Kawża T-134/13: Polynt SpA u Sitre Srl vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

24

2015/C 311/31

Kawża C-324/15 P: Appell ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2015 minn Hitachi Chemical Europe GmbH u Polynt SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-30 ta’ April 2015 fil-Kawża T-135/13: Hitachi Chemical Europe GmbH, Polynt SpA u Sitre Srl vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

25

2015/C 311/32

Kawża C-326/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fl-1 ta’ Lulju 2015 – AS DNB Banka vs Valsts ieņēmumu dienests

26

2015/C 311/33

Kawża C-331/15 P: Appell ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2015 mir-Repubblika Franċiża mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ April 2015 fil-Kawża T-402/12, Carl Schlyter vs Il-Kummissjoni Ewropea

27

2015/C 311/34

Kawża C-336/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbetsdomstolen (l-Isvezja) fis-6 ta’ Lulju 2015 – Unionen vs Almega Tjänsteförbunden, ISS Facility Services AB

29

2015/C 311/35

Kawża C-339/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fis-7 ta’ Lulju 2015 – Proċeduri kriminali kontra Luc Vanderborght vs Verbond der Vlaamse Tandartsen (VZW)

30

2015/C 311/36

Kawża C-343/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Lulju 2015 – J. Klinkenberg vs Minister van Infrastructuur en Milieu

31

2015/C 311/37

Kawża C-344/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Appeal Commissioners (l-Irlanda) fis-6 ta’ Lulju 2015 – National Roads Authority vs The Revenue Commissioners

32

2015/C 311/38

Kawża C-345/15 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2015 minn Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-28 ta’ April 2015 fil-Kawża T-169/12, Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

33

2015/C 311/39

Kawża C-350/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fl-10 ta’ Lulju 2015 – proċeduri kriminali kontra Luciano Baldetti

34

2015/C 311/40

Kawża C-368/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-14 ta’ Lulju 2015 – Ilves Jakelu Oy

34

2015/C 311/41

Kawża C-369/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Lulju 2015 – Siderúrgica Sevillana S.A. vs Administración del Estado

35

2015/C 311/42

Kawża C-370/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Lulju 2015 – Solvay Solutions España S.L. vs Administración del Estado

37

2015/C 311/43

Kawża C-371/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Lulju 2015 – Cepsa Quimica, S.A. vs Administración del Estado

39

2015/C 311/44

Kawża C-372/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Lulju 2015 – Dow Chemical Ibérica S.A. vs Administración del Estado

41

2015/C 311/45

Kawża C-389/15: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

42

2015/C 311/46

Kawża C-394/15 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2015 minn John Dalli mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fit-12 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-562/12, John Dalli vs Il-Kummissjoni Ewropea

43

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 311/47

Kawża T-19/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2015 – Frank Bold vs Il-Kummissjoni (Ambjent — Direttiva 2003/87/KE — Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra — Deċiżjoni li tagħti lir-Repubblika Ċeka l-għażla ta’ allokazzjoni tranżitorja ta’ kwoti mingħajr ħlas għall-immodernizzar tal-produzzjoni tal-elettriku — Talba għal eżami mill-ġdid intern tad-deċiżjoni, — Assenza ta’ miżura ta’ portata individwali — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara t-talba ta’ eżami mill-ġdid inammissibbli — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

44

2015/C 311/48

Kawża T-690/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2015 – In vivo vs Il-Kummissjoni (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Rifjut tal-OLAF li jiftaħ investigazzjoni esterna — Teħid ta’ pożizzjoni — Talba għall-ordni — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà)

45

2015/C 311/49

Kawża T-552/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Extra) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Extra — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt]

45

2015/C 311/50

Kawża T-553/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Extra) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Extra — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt]

46

2015/C 311/51

Kawża T-625/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ sfera) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta sfera — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt]

47

2015/C 311/52

Kawża T-626/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ sfera blu) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta sfera blu — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Rikors manifestament infondat fid-dritt]

47

2015/C 311/53

Kawża T-132/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2015 – IR vs UASI – Pirelli Tyre (popchrono)

48

2015/C 311/54

Kawża T-351/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2015 – Papapanagiotou vs Il-Parlament

49

2015/C 311/55

Kawża T-353/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2015 – NeXovation vs Il-Kummissjoni

50

2015/C 311/56

Kawża T-370/15 P: Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 minn CJ mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ April 2015 fil-kawżi magħquda F-159/12 u F-161/12, CJ vs ECDC

51

2015/C 311/57

Kawża T-371/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – Preferisco Foods vs UASI – Piccardo & Savore’ (PREFERISCO)

53

2015/C 311/58

Kawża T-390/15: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2015 – Perfetti Van Melle Benelux vs UASI – PepsiCo (3D)

53

2015/C 311/59

Kawża T-393/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 – Università del Salento vs Il-Kummissjoni

54

2015/C 311/60

Kawża T-395/15: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2015 miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fid-29 ta’ April 2015 fil-Kawżi magħquda F-159/12 u F-161/12, CJ vs ECDC

55

2015/C 311/61

Kawża T-399/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2015 – Morgan & Morgan vs UASI – Grupo Morgan & Morgan (Morgan & Morgan)

56

2015/C 311/62

Kawża T-402/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2015 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea

57

2015/C 311/63

Kawża T-403/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2015 – JYSK vs Il-Kummissjoni

58

2015/C 311/64

Kawża T-407/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2015 – Monster Energy vs UASI – Hot-Can Intellectual Property (HotoGo self-heating can technology)

59

2015/C 311/65

Kawża T-573/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2015 – Matrix Energetics International vs UASI (MATRIX ENERGETICS)

60

2015/C 311/66

Kawża T-73/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2015 – InterMune UK et vs EMA

60

2015/C 311/67

Kawża T-166/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2015 – PRS Mediterranean vs UASI – Reynolds Presto Products (NEOWEB)

61

2015/C 311/68

Kawża T-212/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2015 – PSL vs UASI – Consortium Menager Parisien (Rappreżentazzjoni ta’ arloġġ tal-idejn)

61

2015/C 311/69

Kawża T-255/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2015 – Aalto-korkeakoulusäätiö vs UASI (APPCAMPUS)

61

2015/C 311/70

Kawża T-729/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2015 – Pan Europe u Unaapi vs Il-Kummisjoni

61

2015/C 311/71

Kawża T-815/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2015 – Closet Clothing vs UASI – Closed Holding (CLOSET)

62

2015/C 311/72

Kawża T-93/15: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2015 – Navitar vs UASI – Elukuva (NaviTar)

62


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 311/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 302, 14.9.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 294, 7.9.2015

ĠU C 279, 24.8.2015

ĠU C 270, 17.8.2015

ĠU C 262, 10.8.2015

ĠU C 254, 3.8.2015

ĠU C 245, 27.7.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-425/13) (1)

([Rikors għal annullament - Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati sabiex l-iskema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra tal-Unjoni Ewropea tintrabat mal-iskema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra fl-Awstralja - Direttivi ta’ negozjati - Kumitat speċjali - Artikoli 13(2) TUE, 218(2) sa (4) TFUE u 295 TFUE - Bilanċ istituzzjonali])

(2015/C 311/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Valero Jordana u F. Castillo de la Torre, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: R. Passos u D. Warin, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Michoel, M. Moore u J.-P. Hix, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, J. Vláčil u E. Ruffer, aġenti), Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning, L. Volck Madsen u U. Melgaard, aġenti), Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u B. Beutler, aġenti), Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas, G. de Bergues, F. Fize u N. Rouam, aġenti), Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u M. de Ree, aġenti), Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, aġent), Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk, C. Meyer-Seitz, U. Persson, E. Karlsson, L. Swedenborg u C. Hagerman, aġenti), Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u M. Holt, aġenti, assistiti minn J. Holmes u B. Kennelly, barristers)

Dispożittiv

1)

Huma annullati, taħt it-Taqsima A (“Proċedura ta’ negozjati”) tal-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tat-13 ta’ Mejju 2013, li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar it-tqegħid tal-iskema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tal-Unjoni Ewropea f’rabta ma’ skema għall-iskambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet stabbilita fl-Awstralja:

it-tieni sentenza tal-punt 1 ta’ din it-Taqsima A, li tipprovdi li “[j]ekk meħtieġ, pożizzjonijiet dettaljati ta’ negozjati tal-Unjoni jiġu stabbiliti fi ħdan il-kumitat speċjali previst fl-Artikolu 1(2) jew fi ħdan il-Kunsill”, u

fil-punt 3 ta’ din it-taqsima, il-kliem “u sabiex jiġu stabbiliti l-pożizzjonijiet ta’ negozjati”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom, inklużi dawk marbuta mal-proċedura li wasslet għad-digriet Il-Kummissjoni vs Il-Kunsill (C-425/13, EU:C:2014:91).

4)

Il-Parlament Ewropew u kif ukoll ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Renju tal-Isvezja u kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 274, 21.9.2013.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Directeur général des finances publiques vs Mapfre asistencia compañia internacional de seguros y reaseguros SA et Mapfre warranty SpA vs Directeur général des finances publiques

(Kawża C-584/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - Taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ - Kamp ta’ applikazzjoni - Eżenzjoni - Kunċett ta’ “[operazzjonijiet ta’] assigurazzjoni” - Kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi” - Somma f’daqqa mħallsa sabiex tiggarantixxi ħsara f’vettura użata))

(2015/C 311/03)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Directeur général des finances publiques, Mapfre warranty SpA

Konvenuti: Mapfre asistencia compañia internacional de seguros y reaseguros SA, Directeur général des finances publiques

Dispożittiv

L-Artikolu 13 B(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977 fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/680/KEE, tas-16 ta’ Diċembru 1991, għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkostitwixxi operazzjoni ta’ assigurazzjoni eżentata, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, il-provvista ta’ servizzi minn operatur ekonomiku indipendenti mill-bejjiegħ ta’ vettura użata, li jikkonsisti fl-għoti ta’ garanzija, bil-ħlas ta’ somma f’daqqa, li tkopri l-ħsara mekkanika li tista’ tirriżulta f’ċerti partijiet ta’ din il-vettura. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi bħal dawk fil-kawżi prinċipali, il-provvista ta’ servizzi inkwistjoni fil-kawża prinċipali hijiex tali provvista. Il-provvista ta’ tali servizz u l-bejgħ ta’ vettura użata għandhom, fil-prinċipju, jiġu kkunsidrati bħala provvisti separati u indipendenti li għandhom jiġu ttrattati separatament mill-perspettiva tat-taxxa fuq il-valur miżjud. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawżi prinċipali, il-bejgħ ta’ vettura użata u l-garanzija pprovduta minn operatur ekonomiku indipendenti mill-bejjiegħ ta’ din il-vettura li tkopri l-ħsara mekkanika li tista’ tirriżulta f’ċerti partijiet ta’ din tal-aħħar humiex daqstant marbuta flimkien li għandhom jitqiesu bħala li jikkostitwixxu operazzjoni unika jew jekk, għall-kuntrarju, jikkostitwixxux operazzjonijiet indipendenti.


(1)  ĠU C 31, 01.02.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – ClientEarth vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-612/13 P) (1)

(Appell - Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - It-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) - Informazzjoni dwar l-ambjent - Konvenzjoni ta’ Aarhus - Artikolu 4(1) u (4) - Eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess - Ħarsien tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni - Studji mwettqa minn impriża, fuq talba tal-Kummissjoni Ewropea, dwar it-traspożizzjoni ta’ direttivi fi kwistjonijiet ambjentali - Rifjut parzjali ta’ aċċess)

(2015/C 311/04)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ClientEarth (rappreżentant: P. Kirch, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin, P. Costa de Oliveira u M. Konstantinidis, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Rodrigues u L. Visaggio, aġenti, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore, M. Simm u A. Jensen, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ClientEarth vs Il-Kummissjoni (T-111/11, EU:T:2013:482) hija annullata sa fejn, permezz tagħha, il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea aċċettat li l-Kummissjoni Ewropea setgħet, permezz tad-deċiżjoni tagħha, tat-30 ta’ Mejju 2011, tirrifjuta lil ClientEarth, abbażi ta’ preżunzjoni ġenerali, l-aċċess integrali għal dawk l-istudji dwar il-konformità tal-leġiżlazzjoni ta’ diversi Stati Membri mad-dritt dwar l-ambjent tal-Unjoni li, fid-data tal-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni, ma kinux wasslu lill-Kummissjoni Ewropea biex tibgħat ittra ta’ intimazzjoni lill-Istat Membru kkonċernat, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 258 tat-TFUE, u għalhekk ma kinux ġew inklużi f’fajl dwar il-fażi prekontenzjuża ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu.

2)

Il-kumplament tal-appell għandu jiġi miċħud.

3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Mejju 2011 hija annullata sa fejn, permezz tagħha, il-Kummissjoni Ewropea rrifjutat li tagħti lil ClientEarth l-aċċess integrali għall-istudji msemmija fil-punt 1 tad-dispożittiv ta’ din is-sentenza.

4)

ClientEarth u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċedura tal-appell u l-proċedura tal-ewwel istanza.

5)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom relatati mal-proċedura tal-appell.


(1)  ĠU C 71, 8.3.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – ClientEarth, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs L-Awtorità Ewropea dwar is-sigurtà fl-Ikel (EFSA), Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-615/13 P) (1)

((Appell - Aċċess għal dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Artikolu 4(1)(b) - Regolament (KE) Nru 45/2001 - Artikolu 8 - Eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess - Protezzjoni tad-data personali - Kunċett ta’ “data personali” - Kundizzjonijiet ta’ trasferiment ta’ data personali - Isem tal-awtur ta’ kull osservazzjoni dwar abbozz ta’ gwida tal-Awtorità Ewropea dwar is-sigurtà fl-Ikel (EFSA) dwar id-dokumentazzjoni xjentifika li għandha tingħata mal-fajl ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Rifjut ta’ aċċess))

(2015/C 311/05)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ClientEarth, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Awtorità Ewropea dwar is-sigurtà fl-Ikel (EFSA) (rappreżentanti: D. Detken, C. Pintado u R. Van der Hout, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Martenczuk u L. Pignataro-Nolin, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-partijiet l-oħra fil-kawża: Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: A. Buchta u M. Pérez Asinari, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea ClientEarth u PAN Europe vs EFSA(T-214/11, EU:T:2013:483) hija annullata.

2)

Id-deċiżjoni tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) tat-12 ta’ Diċembru 2011 hija annullata.

3)

L-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn ClientEarth u minn Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) fil-kuntest tal-appell u tal-proċedura fl-ewwel istanza.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha relatati mal-appell u mal-proċedura fl-ewwel istanza.

5)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu relatati mal-appell.


(1)  ĠU C 71, 8.3.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-653/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 2006/12/KE - Artikoli 4 u 5 - Immaniġġar ta’ skart - Reġjun ta’ Campania - Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja - Konstatazzjoni ta’ nuqqas - Ineżekuzzjoni parzjali tas-sentenza - Artikolu 260(2) TFUE - Sanzjonijiet pekunjarji - Pagamenti ta’ penalità - Somma f’daqqa))

(2015/C 311/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Recchia u E. Sanfrutos Cano, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistita minn S. Fiorentino, avvocato dello Stato)

Dispożittiv

1)

Peress li ma ħaditx il-miżuri neċessarji kollha għall-eżekuzzjoni tas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-297/08, EU:C:2010:115), ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 260(1) TFUE.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, penalità ta’ EUR 1 20  000 għal kull jum ta’ dewmien fl-implementazzjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mas-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-297/08, EU:C:2010:115), b’effett mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza u sakemm is-sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja (C-297/08, EU:C:2010:115) tiġi kompletament eżegwita.

3)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata tħallas lill-Kummissjoni Ewropea, fil-kont “Riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea”, somma f’daqqa ta’ EUR 20 miljun.

4)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 93, 29.03.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Diageo Brands BV vs Simiramida-04 EOOD

(Kawża C-681/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi - Motivi tar-rifjut - Ksur tal-ordni pubbliku tal-Istat li fih ġie mfittex ir-rikonoxximent - Sentenza ta’ qorti ta’ Stat Membru ieħor, li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni fil-qasam tat-trade marks - Direttiva 2004/48/KE - Rispett tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali - Spejjeż legali))

(2015/C 311/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Diageo Brands BV

Konvenuta: Simiramida-04 EOOD

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 34(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li sentenza mogħtija fi Stat Membru tmur kontra d-dritt tal-Unjoni ma jiġġustifikax il-fatt li din is-sentenza ma tiġix rikonoxxuta fi Stat Membru ieħor minħabba li hija tikser l-ordni pubbliku ta’ dan l-Istat fejn l-iżball ta’ liġi invokat ma jikkostitwixxix ksur manifest ta’ regola tad-dritt ikkunsidrata bħala essenzjali fis-sistema legali tal-Unjoni u għalhekk fis-sistema legali tal-Istat Membru li fih ġie mfittex ir-rikonoxximent ta’ sentenza jew ta’ dritt rikonoxxut bħala fundamentali f’dawn is-sistemi legali. Tali ma huwiex il-każ ta’ żball li jinfluwenza l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni bħal dik tal-Artikolu 5(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, kif emendata bil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992.

Meta qed tiġi stabbilita l-eżistenza eventwali ta’ ksur manifest tal-ordni pubbliku tal-Istat li fih ġie mfittex ir-rikonoxximent ta’ sentenza, il-qorti ta’ dan l-Istat għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li, ħlief għal każijiet partikolari li jrendu wisq diffiċli jew impossibbli l-użu tar-rimedji ġudizzjarji fl-Istat Membru ta’ oriġini, il-partijiet fil-kawża għandhom jużaw f’dan l-Istat Membru r-rimedji ġudizzjarji kollha disponibbli sabiex jevitaw ksur tal-ordni pubbliku qabel ma jseħħ.

2)

L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa japplika għall-ispejjeż legali tal-partijiet fil-kuntest ta’ kawża għad-danni, imressqa fi Stat Membru, bħala kumpens għad-dannu kkawżat minħabba fis-sekwestru li twettaq fi Stat Membru ieħor, li kien intiż li jipprevjeni ksur ta’ dritt ta’ proprjetà intellettwali, meta, fil-kuntest ta’ din il-kawża għad-danni, tqum il-kwistjoni tar-rikonoxximent ta’ sentenza mogħtija f’dan l-Istat Membru l-ieħor li tiddikjara li dan is-sekwestru huwa inġustifikat.


(1)  ĠU C 71, 8.03.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Rusal Armenal ZAO, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-21/14 P) (1)

((Appell - Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti folji tal-aluminju li joriġinaw mill-Armenja, mill-Brażil u miċ-Ċina - Adeżjoni tar-Repubblika tal-Armenja mal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) - Artikolu 2(7) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 - Kompatibbiltà mal-Ftehim dwar l-Implementazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ tal-1994 (GATT)))

(2015/C 311/08)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland, M. França u T. Maxian Rusche, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Rusal Armenal ZAO (rappreżentanti: B. Evtimov, avukat), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u J.-P. Hix, aġenti, assistiti minn B. O’Connor, Solicitor, S. Gubel, avukat)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: D. Warin u A. Auersperger Matić, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Rusal Armenal vs Il-Kunsill (T-512/09, EU:T:2013:571) hija annullata.

2)

Il-kawża hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tagħti deċiżjoni fuq il-motivi li fir-rigward tagħhom ma tteħditx deċiżjoni.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 61, 01.03.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – “CHEZ Razpredelenie Bulgaria” AD vs Komisia za zashtita ot diskriminatsia

(Kawża C-83/14) (1)

((Direttiva 2000/43/KE - Prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn il-persuni irrispettivament mir-razza jew mill-oriġini etnika - Distretti urbani essenzjalment abitati minn persuni ta’ oriġini Roma - Installazzjoni tal-arloġġi tad-dawl fuq pilastri li jagħmlu parti min-netwerk tal-linja tal-elettriku fl-ajru f’għoli ta’ sitta sa seba’ metri - Kunċetti ta’ “diskriminazzjoni diretta” u ta’ “diskriminazzjoni indiretta” - Oneru tal-prova - Possibbiltà ta’ ġustifikazzjoni - Prevenzjoni ta’ tbagħbis ta’ arloġġi tad-dawl u ta’ konnessjonijiet tal-elettriku illegali - Proporzjonalità - Natura ġeneralizzata tal-miżura - Effett offensiv u stigmatizzanti tagħha - Direttivi 2006/32/KE u 2009/72/KE - Impossibbiltà għall-utenti finali li jikkontrolla l-konsum tal-elettriku tiegħu))

(2015/C 311/09)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“CHEZ Razpredelenie Bulgaria” AD

Konvenuta: Komisia za zashtita ot diskriminatsia

fil-preżenza ta’: Anelia Nikolova, Darzhavna Komisia za energiyno i vodno regulirane

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “diskriminazzjoni bbażata fuq l-oriġini etnika” fis-sens tad-Direttiva 2000/43/KE, tad-29 ta’ Ġunju 2000, li timplimenta l-prinċipju tat-trattament ugwali bejn il-persuni irrespettivament mill-oriġini tar-razza jew etniċità u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 1 u 2(1) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, li fihom l-arloġġi tad-dawl kollha f’distrett urban li fih jgħixu essenzjalment persuni ta’ oriġini Roma, huma installati fuq pilastri li jagħmlu parti min-netwerk tal-linja tal-elettriku fl-ajru f’għoli ta’ sitta sa seba’ metri, filwaqt li f’distretti oħrajn, l-arloġġi huma installati f’għoli ta’ inqas minn żewġ metri, l-imsemmi kunċett għandu japplika indipendentement minn jekk l-imsemmija miżura kollettiva tolqotx lill-persuni li għandhom ċertu oriġini etnika jew lil dawk li, mingħajr ma jkollhom l-imsemmija oriġini jġarrbu, flimkien ma’ dawn li għandhom din l-oriġini, it-trattament inqas favorevoli jew l-iżvantaġġ partikolari li jirriżulta minn din il-miżura.

2)

Id-Direttiva 2000/43, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(1) u (2)(a) u (b) tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li, sabiex ikun jista’ jiġi konkluż li teżisti diskriminazzjoni diretta jew diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq ir-razza jew l-oriġini etnika fl-oqsma koperti mill-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, it-trattament inqas favorevoli jew l-iżvantaġġ partikolari, li għalihom jirreferu l-imsemmija punti (a) u (b) rispettivament għandhom jippreġudikaw id-drittijiet jew l-interessi leġittimi.

3)

L-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2000/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura bħal dik deskritta fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv tikkostitwixxi diskriminazzjoni diretta fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni jekk jirriżulta li l-imsemmija miżura tkun ġiet stabbilita u/jew miżmuma fis-seħħ għal raġunijiet marbuta mal-oriġini etnika komuni għall-parti l-kbira tar-residenti tad-distrett ikkonċernat, aspett li għandu jiġi evalwat mill-qorti tar-rinviju billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti tal-kawża kif ukoll ir-regoli dwar l-inverżjoni tal-oneru tal-prova msemmija fl-Artikolu 8(1) tal-imsemmija direttiva.

4)

L-Artikolu 2(2)(b) tad-Direttiva 2000/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li:

din id-dispożizzjoni tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprovdi li, sabiex ikun hemm diskriminazzjoni indiretta bbażata fuq ir-razza jew l-oriġini etnika, l-iżvantaġġ partikolari għandu jkun ġie kkawżat minħabba raġunijiet ta’ razza jew ta’ oriġini etnika;

il-kunċett ta’ dispożizzjoni, kriterju jew prattika “apparentement newtrali”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni jirreferi għal dispożizzjoni, kriterju jew prattika li huma fformulati jew applikati, fl-apparenza, b’mod newtrali, jiġifieri b’teħid inkunsiderazzjoni ta’ fatturi differenti mill-karatteristika protetta u mhux ekwivalenti għaliha;

il-kunċett ta’ “żvantaġġ partikolari”, fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni, ma jirreferix għall-każijiet ta’ inugwaljanza gravi, flagranti u partikolarment sinjifikattivi iżda jfisser li huma partikolarment il-persuni ta’ razza jew ta’ oriġini etnika partikolari li, minħabba d-dispożizzjoni, il-kriterju jew il-prattika inkwistjoni, jinsabu fi żvantaġġ;

jekk jiġi preżunt li miżura, bħal dik deskritta fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv, ma tikkostitwixxix diskriminazzjoni diretta fis-sens tal-Artikolu 2(2)(a) tal-imsemmija direttiva, tali miżura għalhekk tista’ fil-prinċipju tikkostitwixxi, fis-sens tal-imsemmi punt (b) tal-Artikolu 2(2), prattika apparentement newtrali li tirriżulta fi żvantaġġ partikolari għall-persuni ta’ oriġini etnika partikolari meta mqabbla ma’ persuni oħra;

tali miżura ma tistax tiġi oġġettivament iġġustifikata mir-rieda li jiġu żgurati s-sigurtà tan-netwerk ta’ trasport tal-elettriku u kontroll xieraq tal-konsum tal-elettriku ħlief bil-kundizzjoni li l-imsemmija miżura ma teċċedix il-limiti ta’ dak li huwa xieraq u meħtieġ għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet leġittimi u li l-inkonvenjenzi kkawżati ma jkunux sproporzjonati meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija. Dan ma huwiex il-każ jekk jiġi kkonstatat, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju, jew li jeżistu mezzi oħra xierqa u inqas restrittivi li jippermettu li jintlaħqu l-imsemmija għanijiet jew, u fin-nuqqas ta’ tali mezzi, li l-imsemmija miżura tippreġudika b’mod sproporzjonat l-interess leġittimu tal-utenti finali tal-elettriku li jgħixu fid-distrett ikkonċernat, li huwa essenzjalment abitat minn residenti ta’ oriġini Roma, li jkollhom aċċess għall-provvista tal-elettriku bil-kundizzjonijiet li ma humiex ta’ natura offensiva jew stigmatizzanti u li jippermettulhom jikkontrollaw il-konsum tal-elettriku tagħhom.


(1)  ĠU C 142, 12.05.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-140/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 2008/98/KE u 1999/31/KE - Prevenzjoni u rimi tal-ħażna tat-terrapien tat-tħaffir u ta’ skart ieħor - Landfill - Nuqqas ta’ adozzjoni ta’ miżuri għall-finijiet tar-rimi u tal-ħażna ta’ dan l-iskart - Użu ta’ rimedji ġudizzjarji))

(2015/C 311/10)

Lingwa tal-kawża: Is-Sloven

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sanfrutos Cano u M. Žebre, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja (rappreżentant: J. Morela, aġent)

Dispożittiv

1)

Ir-Repubblika tas-Slovenja,

billi awtorizzat il-ħażna tat-terrapien tat-tħaffir fuq il-biċċa art Nru 115/1 fil-muniċipalità ta’ Teharje (Bukovžlak), mingħajr ma żgurat li ma kien ġie maħżun ebda skart ieħor preċedentement jew simultanjament f’dan is-sit, u peress li ebda miżura oħra ma ġiet adottata sabiex jiġi eliminat, minn dan is-sit, l-iskart li ma huwiex kopert mill-awtorizzazzjoni mogħtija, l-imsemmi sit għandu jitqies li huwa landfill illegali li ma josservax il-kundizzjonijiet u r-rekwiżiti previsti, minn naħa, fl-Artikoli 13 u 36(1) tad-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, kif ukoll, min-naħa l-oħra, fl-Artikoli 5(3)(e) u 6, moqrija flimkien mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/33/KE, tad-19 ta’ Diċembru 2002, li tistabbilixxi l-kriterji u proċeduri għall-aċċettazzjoni ta’ skart f’terraferma artifiċjali skond l-Artikolu 16 ta’ u l-Anness II tad-Direttiva 1999/31/KE, 7 sa 9, 11 u 12 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April 1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, kif ukoll fl-Annessi I sa III ta’ din l-aħħar direttiva;

billi ma adottatx, b’effett minn April 2009, miżuri suffiċjenti sabiex tipprevjeni, u sussegwentement tneħħi, il-ħażna tat-terrapien tat-tħaffir, ikklassifikat bħala skart bin-numru 17 05 06 (ħama ta’ materjal tat-tħaffir għajr dik imsemmija f’17 05 05) u 17 05 05 (ħama ta’ materjal tat-tħaffir li tinkludi sustanzi perikolużi), fis-sit ta’ kostruzzjoni ta’ infrastruttura muniċipali għaż-żona kummerċjali ta’ Gaberje-jug, b’mod li dan is-sit għandu wkoll jitqies bħala landfill illegali li ma josservax id-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tad-Direttivi 1999/31 u 2008/98 kif ukoll l-Artikoli 12, 15 u 17 ta’ din l-aħħar direttiva,

naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont dawn id-dispożizzjonijiet kollha.

2)

tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 184, 16.06.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Bulgarija

(Kawża C-145/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ambjent - Direttiva 1999/31/KE - Artikolu 14 - Rimi ta’ skart f’landfill - Skart mhux perikoluż - Nuqqas ta’ konformità tal-landfills eżistenti))

(2015/C 311/11)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgari

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Petrova u E. Sanfrutos Cano, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Bulgarija (rappreżentanti: E. Petranova u D. Drambozova, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx il-miżuri meħtieġa sabiex, mis-16 ta’ Lulju 2009, il-landfills għal skart mhux perikoluż eżistenti fit-territorju tagħha jibqgħu jaħdmu biss jekk jissodisfaw ir-rekwiżiti tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April ta’ l-1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, ir-Repubblika tal-Bulgarija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 14(a) sa (ċ), ta’ din id-direttiva.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Bulgarija għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 159, 26.05.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Sommer Antriebs- und Funktechnik GmbH vs Rademacher Geräte-Elektronik GmbH & Co. KG

(Kawża C-369/14) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku - Direttiva 2002/96/KE - Artikoli 2(1) u 3(a), kif ukoll l-Annessi I A u I B - Direttiva 2012/19/UE - Artikoli 2(1)(a), 2(3)(b) u 3(1)(a) u (b), kif ukoll l-Annessi I u II - Kunċetti ta’ “tagħmir elettriku u elettroniku” u ta’ “[g]ħodod elettriċi u elettroniċi” - Apparat għal bibien ta’ garaxx)

(2015/C 311/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermanja

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sommer Antriebs- und Funktechnik GmbH

Konvenuta: Rademacher Geräte-Elektronik GmbH & Co. KG

Dispożittiv

L-Artikoli 2(1) u 3(a), kif ukoll il-punt 6 tal-Anness I A u l-punt 6 tal-Anness I B, tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Jannar 2003 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE) minn naħa waħda, u l-Artikolu 2(1)(a) u 3(b) l-Artikolu 3(1)(a) u (b), kif ukoll il-punt 6 tal-Anness I u tal-Anness II tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (WEEE), minn naħa l-oħra, għandhom jiġu interpretati fis-sens li apparat għal bibien ta’ garaxx, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali li jiffunzjoni permezz ta’ vultaġġ ta’ madwar 220 sa 240 volts, u li huwa ddisinjat sabiex ikun inkorporat fl-istruttura tal-bini flimkien mal-bieb tal-garaxx korrispondenti, u li jista’ fi kwalunkwe mument jiġi żarmat, armat mill-ġdid u/jew miżjud mal-imsemmija struttura, jaqa’ fil-kampijiet ta’ applikazzjoni rispettivi tad-Direttiva 2002/96 u tad-Direttiva 2012/19 matul il-perijodu tranżitorju stabbilit mill-Artikolu 2(1)(a) ta’ din l-aħħar direttiva.


(1)  ĠU C 439, 08.12.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

(Kawża C-468/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2001/37/KE - Manifattura, preżentazzjoni u bejgħ tal-prodotti tat-tabakk - Artikoli 2(4) u 8 - Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq tat-tabakki għall-użu orali - “Snus” (tabakk li wieħed isoff) sfuż))

(2015/C 311/13)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga u M. Clausen, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka (rappreżentanti: C. Thorning u M. Wolff, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi kompla jawtorizza l-bejgħ tas-“snus” (tabakk li wieħed isoff) sfuż, ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 2(4) u 8 tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk.

2)

Ir-Renju tad-Danimarka huwa kkundannat għall-ispejjeż


(1)  ĠU C 439, 08.12.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-485/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 63 TFUE u 40 tal-Ftehim ŻEE - Taxxa fuq trasferimenti magħmula mingħajr korrispettiv - Eżenzjoni - Legati u donazzjonijiet - Differenza fit-trattament - organi jkunu stabbiliti fi Stat Membru ieħor - Assenza ta’ ftehim fiskali bilaterali))

(2015/C 311/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-F. Brakeland u W. Roels, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u J. – S. Pilczer, aġenti)

Dispożittiv

1)

Billi eżentat mit-taxxa fuq trasferimenti magħmula mingħajr korrispettiv id-donazzjonijiet u l-legati li huma konċessi lil organi pubbliċi jew ta’ utilità pubblika biss meta l-imsemmija organi jkunu stabbiliti fi Franza jew fi Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew fi Stat parti fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, tat-2 ta’ Mejju 1992, li jkun ikkonkluda ma’ Franza konvenzjoni bilaterali, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi imposti fuqha taħt l-Artikolu 63 TFUE u l-Artikolu 40 tal-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea.

2)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 07, 12.01.2015.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/13


Talba għal opinjoni mressqa mill-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikolu 218(11) TFUE

(Opinjoni 3/15)

(2015/C 311/15)

Lingwa tal-proċedura: il-lingwi uffiċjali kollha

Talba mressqa minn

Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, B. Hartmann, J. Samnadda, aġenti)

Domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja

L-Unjoni Ewropea għandha kompetenza esklużiva biex tikkonkludi t-Trattat ta’ Marrakexx biex jiġi Ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Pubblikati għal Persuni Għomja, b’Diżabbiltà fil-Vista jew li b’xi mod ieħor għandhom Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat?


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/13


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2014 minn Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-297/13 – Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-579/14 P)

(2015/C 311/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG (rappreżentant: C. Weil, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

B’digriet tal-4 ta’ Ġunju 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u ordnat lil Junited Autoglas Deutschland GmbH & Co. KG tbati l-ispejjeż.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/14


Appell ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2014 minn Bharat Heavy Electricals Ltd mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-21 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-374/14, Bharat Heavy Electricals vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-602/14 P)

(2015/C 311/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Bharat Heavy Electricals Ltd (rappreżentant: A. Mc Donagh, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

B’digriet tal-4 ta’ Ġunju 2015, il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lil Bharat Heavy Electricals Ltd tbati l-ispejjeż tagħha.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/14


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Jannar 2015 mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-25 ta’ Novembru 2014 fil-Kawża T-556/12: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) vs Royalton Overseas Ltd

(Kawża C-36/15 P)

(2015/C 311/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedura: Royalton Overseas Ltd, S.C. Romarose Invest Srl

Il-kawża tħassret mir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja b’digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ April 2015.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/14


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2015 minn Mohammad Makhlouf mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fil-21 ta’ Jannar 2015 fil-Kawża T-509/11, Makhlouf vs Il-Kunsill

(Kawża C-136/15 P)

(2015/C 311/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Mohammad Makhlouf (rappreżentant: G. Karouni, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza kkontestata;

tiddikjara li d-deċiżjonijiet u r-regolamenti tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea indirizzati minn dan ir-rikors huma nulli u bla effett sa fejn dawn jirrigwardaw lill-appellant;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tar-rikorrent marbuta mal-appell u mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali;

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka aggravju wieħed ibbażat fuq żball ta’ liġi mwettaq mill-Qorti Ġenerali fl-implementazzjoni tar-regoli marbuta mal-obbligu impost fuq il-Kunsill.

B’mod iktar partikolari, l-appellant jilmenta li l-Qorti Ġenerali ibbażat ruħha fuq motivazzjoni tal-Kunsill li hija inkompleta u mhux iċċirkustanzjata, fatt li ma ppermittilux li jidentifika r-raġunijiet speċifiċi u konkreti għall-iskrizzjoni tiegħu. Konsegwentement, l-appellant ma kienx f’pożizzjoni li jiżgura difiża adegwata, minħabba l-injoranza tal-fatt li kien ġie allegat fil-konfront tiegħu marbut mar-repressjoni tal-manifestanti, jew mal-provvista ta’ appoġġ tar-reġim jew anki mal-gwadann mir-reġim.

Barra minn hekk, il-Qorti Ġenerali żnaturat manifestament l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni meta pprovat tirrimejda l-karenza tal-Kunsill, billi invokat, bi żball u għall-ewwel darba fis-sentenza tagħha, il-fatt li l-appellant “jibbenfika minn linji politiċi mmexxija mir-reġim”.

L-assenza ta’ indikazzjoni ċara u preċiża fil-motivazzjoni tal-Kunsill tal-fatt inkriminat, li ta lok għall-miżura restrittiva, b’hekk ippreġudikat b’mod serju l-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża tal-appellant.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/15


Appell ippreżentat fid-19 ta’ Mejju 2015 minn Robert Aubineau et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fit-18 ta’ Marzu 2015 fil-Kawżi T-195/11, T-485/11, T-448/12 u T-41/13, Cahier et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni

(Kawża C-227/15 P)

(2015/C 311/20)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Robert Aubineau et (rappreżentant: Ch.-E. Gudin, avukat)

Partijiet oħra fil-proċeduri: Il-Kunsill, Il-Kummissjoni u Franza

Talbiet

tannulla s-sentenza li tirrifjuta li tirrikonoxxi l-projbizzjoni fir-rigward tal-produtturi-distillaturi li jiddistillaw huma stess l-inbejjed tagħhom li pproduċew b’eċċess tal-kwantitajiet normali, fuq il-bażi li jistgħu jitolbu awtorizzazzjoni, billi jsiru distillaturi minn qabel;

tannulla s-sentenza li tirrifjuta li tirrikonoxxi n-natura diskriminatorja tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 (1) li ma jagħtix l-istess drittijiet lill-produtturi tal-ispirti;

tannulla s-sentenza li tirrifjuta li tirrikonoxxi l-aġir kolpevoli u r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet li stabbilixxew regoli li, meta applikati fi ħdan organizzazzjoni komuni tas-suq, bħal fil-każ preżenti, ikunu inkompatibbli mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni rrikonoxxut bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u fl-Artikolu 140 TFUE,

tannulla s-sentenza li tirrifjuta li tirrikonoxxi d-dannu subit mill-appellanti minħabba regolament li huwa suġġett għal żewġ interpretazzjonijiet, regolament li wassal lill-qrati nazzjonali jissanzjonaw serjament lill-appellanti. Il-fatt li r-regolament huwa suġġett għal żewġ interpretazzjoni huwa l-konsegwenza diretta ta’ test li fir-rigward tiegħu huwa responsabbli l-awtur, jiġifieri, f’dan il-każ, il-Kummissjoni.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw erba’ aggravji.

L-ewwel nett, l-appellanti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li tirrifjuta li tirrikonoxxi n-natura diskriminatorja tar-Regolament Nru 1623/2000 li ma jagħtix l-istess drittijiet lill-produtturi tal-ispirtu.

It-tieni nett, l-appellanti jqisu li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta rrifjutat li tirrikonoxxi l-aġir kolpevoli u r-responsabbiltà tal-istituzzjonijiet li stabbilixxew u interpretaw regoli li, meta applikati fi ħdan organizzazzjoni komuni tas-suq, bħal fil-każ preżenti, ikunu inkompatibbli mal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni rrikonoxxut bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u fl-Artikolu 140 TFUE.

It-tielet nett, l-appellanti jallegaw li l-Qorti Ġenerali naqset milli tirrikonoxxi d-dannu mġarrab minnhom. Il-possibbiltà ta’ żewġ interpretazzjonijiet tar-Regolament Nru 1623/2000 wassal lill-qrati nazzjonali jissanzjonaw serjament lill-appellanti u, għalhekk, din l-illegalità hija l-kawża stess tad-dannu mġarrab.

Fl-aħħar nett, l-appellanti jallegaw li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat is-sens u l-portata tal-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 1623/2000 li jipprovdi formalitajiet speċifiċi għall-produtturi li għandhom faċilitajiet ta’ distillazzjoni tagħhom stess u li beħsiebhom iwettqu d-distillazzjoni obbligatorja tal-inbejjed tagħhom li pproduċew b’eċċess tal-kwantitajiet normali.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000, tal-25 ta’ Lulju 2000, li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizazzjoni komuni tas-suq tal-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 30., p. 182)


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/16


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 minn Emsibeth SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fis-26 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-596/13 – Emsibeth vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-251/15 P)

(2015/C 311/21)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Emsibeth SpA (rappreżentant: A. Arpaia, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla s-sentenza kkontestata (is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-26 ta’ Marzu 2015, Kawża T-596/13),

tiddeċiedi fuq il-mertu,

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk tal-ewwel istanza.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tinvoka l-ksur ta’ jew l-iżball fl-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 (1). B’mod partikolari, is-sentenza ma jidhirx li tista’ tiġi kondiviża skont il-kriterji użati mill-Qorti Ġenerali sabiex jiġu evalwati l-kunċetti (i) tal-pubbliku rilevanti, tal-identità jew ix-xebh (ii) tal-prodotti u (iii) tat-trade marks, kif ukoll (iv) l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni bejn iż-żewġ trade marks.

(i)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali kkontestata tidher ivvizzjata b’nuqqas ta’ koerenza billi, filwaqt li tirrikonoxxi lill-konsumatur medju – iddefinit bħala l-pubbliku rilevanti – il-karatteristiċi li jkun “normalment informat u raġonevolment attent u avżat”, madankollu fir-rigward tal-evalwazzjoni konkreta tal-kapaċità effettiva ta’ dan tal-aħħar li jagħżel bejn żewġ trade marks manifestament differenti, hija tikkunsidrah bħala suġġett assolutament superfiċjali u li huwa mhux kapaċi li jagħmel evalwazzjonijiet b’livell baxx ta’ diffikultà b’mod awtonomu.

ii)

Is-sentenza kkontestata tidher li tmur kontra l-ġurisprudenza Komunitarja li tistabilixxi li, għall-finijiet ta’ evalwazzjoni tax-xebh bejn il-prodotti, għandu jittieħdu inkunsiderazzjoni l-fatturi kollha rilevanti għal dawn il-prodotti, inkluża n-natura tagħhom, l-iskop tagħhom, l-użu tagħhom, il-karattru kompetittiv jew komplimentari tagħhom, kif ukoll il-kanali ta’ distribuzzjoni tagħhom. Fir-realtà, il-Qorti Ġenerali ma ħadet l-ebda mill-fatturi msemmija fil-punt preċedenti inkunsiderazzjoni, fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha f’dan il-każ, filwaqt li llimitat ruħha li tikkunsidra li l-prodotti li jiżbgħu u li jibbliċjaw ix-xagħar huma “inklużi” fil-kategorija ta’ kożmetiċi u li, konsegwentement, dawn il-prodotti għandhom jiġu kkunsidrati bħala identiċi.

iii)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali hija vvizzjata bi żball fil-parti li fiha titqabbel trade mark verbali ma’ trade mark kumplessa, peress li ma attribwitx biżżejjed importanza għall-elementi figurattivi tat-tieni trade mark, li ma jidhrux fl-ewwel waħda u li jistgħu jiddistingwu ż-żewġ sinjali, billi llimitat l-evalwazzjoni tagħha biss għat-tqabbil bejn l-elementi verbali.

Barra minn hekk, is-sentenza kkontestata, b’mod żbaljat, eskludiet it-tqabbil bejn l-ewwel kelma tat-trade mark preċedenti (Mc) u ma kkunsidratx li dan il-prefiss, jekk jitqiegħed quddiem isem u minħabba d-distribuzzjoni wiesgħa tiegħu, jiġi komunement ikkunsidrat bħala kunjom ta’ oriġini Skoċċiża u, konsegwentement, ippronunzjat bl-Ingliż mill-pubbliku rilevanti kollu u mhux biss mill-parti Anglosassona tiegħu.

iv)

Is-sentenza kkontestata hija fil-fatt ivvizzjata minn żball peress li, minkejja l-preżenza ta’ ħafna differenzi bejn it-trade marks imqabbla, hija stabbiliet l-eżistenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1)


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/17


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 minn Sea Handling SpA, in liquidazione, li kienet Sea Handling SpA, mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fil-25 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-456/13, Sea Handling vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-271/15 P)

(2015/C 311/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Appellanti: Sea Handling SpA, in liquidazione, li kienet Sea Handling SpA (rappreżentanti: B. Nascimbene u M. Merola, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-25 ta’ Marzu 2015, fil-kawża T-455/13;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, Ref. Ares(2013)2028929, tat-12 ta’ Ġunju 2013 li ċaħdet it-talba ta’ SEA Handling intiża li tikseb l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar il-proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat SA. 21420 – L-Italja vs SEA Handling;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

L-ewwel motiv: żball ta’ liġi, motivazzjoni kunfliġġenti u insuffiċjenti tas-sentenza kkontestata, fl-evalwazzjoni tal-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ investigazzjoni msemmija fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1).

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-Kummissjoni setgħet tirrikorri għall-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità f’talba ta’ aċċess għal dokumenti speċifiċi. L-interpretazzjoni li għamlet il-Qorti Ġenerali tal-eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-iskop ta’ investigazzjoni, prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, iddaħħal restrizzjoni għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti li (i) hija disproporzjonata meta mqabbla mal-għanijiet imfittxija mill-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 u (ii) ma hijiex motivata b’mod adegwat.

Bl-ewwel ilment, l-appellanti targumenta li l-Qorti Ġenerali ma tistax tawtorizza lill-Kummissjoni biex topponi għall-preżunzjoni ġenerali għal talba ta’ aċċess għad-dokumenti fi proċedura fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat li tidentifika d-dokumenti mitluba b’mod preċiż u ddettaljat. Dan iktar u iktar meta, f’kuntest bħal dak f’din il-kawża, sfortunatament ikkaratterizzat minn ksur ta’ proċedura imputabbli lill-Kummissjoni, tali approċċ iwassal biex ibiddel il-preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità f’waħda inkonfutabbli, mingħajr il-possibbiltà ta’ kontestazzjoni mill-persuna li titlob l-aċċess għad-dokumenti, bi ksur tal-kontenut tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001.

Bit-tieni lment, l-appellanti targumenta li s-sentenza kkontestata ma hijiex motivata b’mod tajjeb, peress li ma tindikax għal liema motivi l-Qorti Ġenerali tikkunsidra li huwa possibbli li jiġi applikat il-prinċipju ġuridiku msemmi fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tad-29 ta’ Ġunju 2010, Il-Kummissjoni vs Technische Glaswerke Illmenau, Kawża C-139/07 P, EU:C:2010:376, għal każijiet ikkaratterizzati minn talba ta’ aċċess mhux għall-fajl kollu iżda għal dokumenti individwali, imsemmija preċiżament.

2.

It-tieni motiv: żball ta’ liġi tas-sentenza appellata sa fejn din teskludi l-possibbiltà ta’ aċċess parzjali għad-dokumenti.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball meta ddeċidiet li l-applikazzjoni tal-preżunzjoni ġenerali kienet tiġġustifika r-rifjut li jiġu żvelati d-dokumenti mitluba, u b’hekk tippermetti lill-Kummissjoni biex ma tagħtix aċċess parzjali għalihom. F’dan il-każ, il-kundizzjonijiet li kienu, fil-passat, wasslu lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tirrifjuta l-aċċess parzjali għal dokumenti koperti mill-preżunzjonijiet ġenerali ta’ kunfidenzjalità, ma kinux issodisfatti u għalhekk il-Kummissjoni ma setgħetx leġittimament tirrifjuta l-aċċess parzjali għar-raġuni biss li d-dokumenti kienu jagħmlu parti minn fajl amministrattiv fi proċedura ta’ stħarriġ ta’ għajnuniet mill-Istat.

3.

It-tielet motiv: żball ta’ liġi tas-sentenza kkontestata sa fejn il-Qorti Ġenerali ma ssodisfatx l-obbligu tagħha li teżamina d-dokumenti li huma s-suġġett tar-rifjut ta’ aċċess.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi sa fejn ma ssodisfatx l-obbligu tagħha li teżamina d-dokumenti li huma s-suġġett tar-rifjut ta’ aċċess, billi kkunsidrat li tista’ tistħarreġ l-approċċ tal-Kummissjoni mingħajr ma tikkonsulta d-dokumenti inkwistjoni.

4.

Ir-raba’ motiv: kontradizzjoni u żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali ma tatx l-importanza mistħoqqa għall-irregularitajiet ta’ proċedura mwettqa fl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

Is-sentenza kkontestata hija vvizjata bi żball ta’ liġi sa fejn ċaħdet li l-iżbalji proċedurali mwettqa mill-Kummissjoni kellhom konsegwenzi fuq il-kapaċità tal-appellanti li tasserixxi l-opinjoni tagħha fir-rigward tal-applikabbiltà tal-preżunzjoni ta’ kunfidenzjalità f’dan il-każ. Il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatt li l-iżbalji inkwistjoni kienu kkompromettew id-drittijiet proċedurali tal-appellanti, u b’hekk essenzjalment biddlu l-preżunzjoni ġenerali ta’ preġudizzju għall-iskop ta’ investigazzjoni, li hija preżunzjoni relattiva, fi preżunzjoni inkonfutabbli.

5.

Il-ħames motiv: żball ta’ liġi f’dak li l-Qorti Ġenerali ċaħdet l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta affermat li ma kien jeżisti ebda interess pubbliku superjuri li seta’ jopponi l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, mingħajr ma ħadet inkunsiderazzjoni, kif kellha tagħmel, l-argumenti ppreżentati mir-rikorrenti dwar dan il-punt.


(1)  Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Apelacyjny w Warszawie (il-Polonja) fis-17 ta’ Ġunju 2015 – Edyta Mikołajczyk vs Marie Louise Czarnecka, Stefan Czarnecki

(Kawża C-294/15)

(2015/C 311/23)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Apelacyjny w Warszawie

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Edyta Mikołajczyk

Konvenuti: Marie Louise Czarnecka, Stefan Czarnecki

Domandi preliminari

1)

Proċeduri għall-annullament ta’ żwieġ wara l-mewt ta’ wieħed mill-konjuġi huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (1)?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, il-kamp ta’ applikazzjoni tar-regolament imsemmi hawn fuq huwa estiż għal proċeduri għall-annullament ta’ żwieġ mibdija minn persuna li ma hijiex wieħed mill-konjuġi?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tieni domanda, fi proċeduri għall-annullament ta’ żwieġ mibdija minn persuna li ma hijiex wieħed mill-konjuġi, il-ġurisdizzjoni tal-qorti tista’ tkun ibbażata fuq il-bażijiet msemmija fil-ħames u fis-sitt inċiż tal-Artikolu 3(1)(a) tar-Regolament?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fit-18 ta’ Ġunju 2015 – UAB Borta vs Direzzjoni tal-port marittimu nazzjonali ta’ Klaipėda

(Kawża C-298/15)

(2015/C 311/24)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UAB Borta

Konvenuta: Direzzjoni tal-port marittimu nazzjonali ta’ Klaipėda (VĮ Klaipėdos valstybinio jūrų uosto direkcija)

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 37, 38, 53 u 54 tad-Direttiva 2004/17 (1), moqrija flimkien jew separatament (iżda mingħajr limitazzjoni) għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li:

a)

dawn jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li, f’każ ta’ użu ta’ sottokuntratturi bil-għan li jiġi eżegwit kuntratt tax-xogħol, ix-xogħlijiet prinċipali, kif definiti mill-Awtorità kontraenti, għandhom jitwettqu mill-kontraent?

b)

dawn jipprekludu modalitajiet, iddefiniti fid-dokumenti ta’ sejħa għal offerti, li jippermettu li jingħaqdu f’gruppi l-kapaċitajiet professjonali tal-fornituri, bħal dawk iddefiniti mill-Awtorità kontraenti fiċ-ċirkustanza tas-sejħa għal offerti, li jeħtieġu li l-parti relatata mal-kapaċitajiet professjonali tal-operatur ekonomiku kkonċernat (ta’ parti għall-ftehim ta’ assoċjazzjoni) għandha tikkorrispondi b’mod proporzjonali mal-parti tax-xogħlijiet li jwettaq realment fil-kuntest tal-kuntratt pubbliku?

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 10, 46, 47 tad-Direttiva 2004/17, moqrija flimkien jew separatament (iżda mingħajr limitazzjoni) għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li:

a)

il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti u ta’ trasparenza ma humiex miksura meta l-Awtorità kontraenti:

tiddefinixxi minn quddiem fid-dokumenti ta’ sejħa għal offerti possibbiltà ġenerali ta’ ggruppar tal-kapaċitajiet professjonali tal-fornituri, iżda mhux il-modalitajiet konkreti tagħha ta’ implementazzjoni;

tiddefinixxi iktar speċifikament wara, matul il-proċedura ta’ sejħa għal offerti, il-kundizzjonijiet ta’ evalwazzjoni tal-klassifikazzjoni tal-fornituri billi jiġu previsti ċerti limitazzjonijiet għall-iggruppar tal-kapaċitajiet professjonali tal-fornituri; jew

testendi, minħabba din id-definizzjoni iktar speċifika tal-kontenut tal-ħtiġijiet ta’ klassifikazzjoni, it-terminu limitu ta’ preżentazzjoni tal-offerti u tiddikjara din l-estenzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali?

b)

limitazzjoni tal-iggruppar tal-kapaċitajiet tal-fornituri ma għandhiex tkun ċarament iddikjarata minn quddiem jekk, minħabba l-ispeċifiċità tal-attività tal-Awtorità kontraenti u tal-karatteristiċi tal-kuntratt pubbliku, din tista’ tkun prevista u ġġustifikata?


(1)  Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19).


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Łodzi (il-Polonja) fit-22 ta’ Ġunju 2015 – Proċeduri kriminali kontra G.M. u M.S.

(Kawża C-303/15)

(2015/C 311/25)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Łodzi

Partijiet fil-kawża prinċipali

G.M. u M.S.

Domanda preliminari

L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u r-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-każ ta’ nuqqas ta’ notifikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet li jitqiesu li huma ta’ natura teknika, konsegwenzi differenti jkunu possibbli, jiġifieri, għal dak li jirrigwarda dispożizzjonijiet li jikkonċernaw libertajiet li ma humiex suġġetti għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 36 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, in-nuqqas ta’ notifikazzjoni għandu jkollu bħala konsegwenza l-inapplikabbiltà tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati fil-kawża speċifikament inkwistjoni, filwaqt li, għal dak li jirrigwarda d-dispożizzjonijiet li jikkonċernaw libertajiet li huma suġġetti għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 36 tat-Trattat, il-qorti nazzjonali, li fl-istess waqt hija qorti tal-Unjoni, hija awtorizzata tevalwa jekk, minkejja n-nuqqas ta’ notifikazzjoni, dawn id-dispożizzjonijiet humiex konformi mar-rekwiżiti tal-Artikolu 36 tat-Trattat u humiex suġġetti għas-sanzjoni tal-inapplikabbiltà?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/21


Rikors ippreżentat fit-23 ta Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Rumanija

(Kawża C-306/15)

(2015/C 311/26)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Sanfrutos Cano, L. Nicolae, aġenti)

Konvenuta: Ir-Rumanija

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li, billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi, regolatorju u amministrattivi neċessarji sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2013/2/UE, tas-7 ta’ Frar 2013, li temenda l-Anness I tad-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (1) u, fi kwalunkwe każ, billi ma kkomunikatx lill-Kummissjoni tali dispożizzjonijiet, ir-Rumanija kisret l-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2(1) tad-direttiva suesposta;

tikkundanna lir-Rumanija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu għat-traspożizzjoni tad-direttiva fid-dritt intern skada fit-30 ta’ Settembru 2013.


(1)  ĠU L 37, p. 10.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court of the United Kingdom (ir-Renju Unit) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – The Queen on the application of Hemming (li tinnegozja taħt l-isem “Simply Pleasure Ltd.”) et vs Westminster City Council

(Kawża C-316/15)

(2015/C 311/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Il-partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hemming, li tinnegozja taħt l-isem “Simply Pleasure Ltd.”, James Alan Poulton, Harmony Ltd, Gatisle Ltd, li jinnegozjaw taħt l-isem “Janus”, Winart Publications Ltd, Darker Enterprises Ltd, Swish Publications Ltd.

Konvenut: Westminster City Council

Id-domandi preliminari

Meta applikant għall-għoti jew tiġdid ta’ liċenzja ta’ stabbiliment tas-sess ikollu jħallas tariffa maqsuma f’żewġ partijiet, waħda konnessa mal-amministrazzjoni tal-applikazzjoni u li ma hijiex rimborsabbli, l-oħra għall-ġestjoni tas-sistema ta’ liċenzjar u li hija rimborsabbli jekk l-applikazzjoni tiġi miċħuda:

(1)

Ir-rekwiżit li titħallas tariffa, inkluża t-tieni parti li hija rimborsabbli, ifisser, bħala kwistjoni ta’ dritt Ewropew u xejn iktar, li l-intimati sostnew spiża għall-applikazzjonijiet tagħhom li tmur kontra l-Artikolu 13(2) tad-Direttiva 2006/123/KE dwar is-servizzi fis-Suq Intern (1) sa fejn din taqbeż l-ispiża sostnuta mill-Westminster City Council għall-ipproċessar tal-applikazzjoni?

(2)

Il-konklużjoni li tali rekwiżit għandu jiġi kkunsidrat li jinvolvi spiża – jew, jekk għandu jitqies bħala tali, spiża li taqbeż l-ispiża sostnuta mill-Westminster City Council għall-ipproċessar tal-applikazzjoni – tiddependi fuq l-effett ta’ ċirkustanzi ulterjuri (u jekk iva, liema), per eżempju:

(a)

provi li jistabbilixxu li l-ħlas tat-tieni parti li hija rimborsabbli kien jinvolvi jew x’aktarx jinvolvi lil applikant f’xi spejjeż jew telf,

(b)

id-daqs tat-tieni parti li hija rimborsabbli u t-tul ta’ żmien li tinżamm qabel ma jsir ir-rimbors, jew

(c)

kull iffrankar fl-ispejjeż għal Westminster City Council fl-ipproċessar tal-applikazzjonijiet (u għalhekk fl-ispiża mhux rimborsabbli tagħhom) li tirriżulta mir-rekwiżit tal-ħlas bil-quddiem taż-żewġ partijiet tat-tariffa li għandhom jitħallsu mill-applikanti kollha?


(1)  ĠU L 376, p. 36


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – X, Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-317/15)

(2015/C 311/28)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti: X, Staatssecretaris van Financiën

Domandi preliminari

1)

L-awtorizzazzjoni li jiġu applikati restrizzjonijiet fuq pajjiżi terzi, prevista fl-Artikolu 64(1) TFUE, hija estiża wkoll għall-applikazzjoni ta’ restrizzjonijiet taħt id-dritt nazzjonali bħalma huwa t-terminu ta’ rkupru estiż inkwistjoni fil-kawża prinċipali, liema regoli huma wkoll applikabbli għal sitwazzjonijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-investimenti diretti, mal-provvista ta’ servizzi finanzjarji jew mal-ammissjoni ta’ titoli fis-swieq kapitali?

2)

L-awtorizzazzjoni li jiġu applikati restrizzjonijiet fuq il-movimenti ta’ kapital li jinvolvu l-provvista ta’ servizzi finanzjarji, prevista fl-Artikolu 64(1) TFUE, tirrigwarda wkoll restrizzjonijiet li, bħat-terminu ta’ rkupru estiż inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ma humiex diretti lejn il-fornitur tas-servizzi u lanqas ma jirregolaw il-kundizzjonijiet jew il-modalitajiet tal-provvista ta’ servizzi?

3)

L-espressjoni “il-moviment tal-kapital […] li jinvolvi […] il-provvediment ta’ servizzi finanzjarji” fis-sens tal-Artikolu 64(1) TFUE tinkludi wkoll sitwazzjoni fejn, bħalma huwa l-każ inkwistjoni, resident ta’ Stat Membru jkun fetaħ kont (ta’ titoli) ma’ istituzzjoni bankarja barra mill-Unjoni, u l-fatt li din l-istituzzjoni bankarja twettaq operazzjonijiet għad-detentur tal-kont huwa rilevanti, u fl-affermattiv, sa fejn huwa rilevanti dan il-fatt?


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte (l-Italja) fis-26 ta’ Ġunju 2015 – Tecnoedi Costruzioni Srl vs Comune di Fossano

(Kawża C-318/15)

(2015/C 311/29)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Piemonte

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tecnoedi Costruzioni Srl

Konvenut: Comune di Fossano

Domanda preliminari

L-Artikoli 49 u 56 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipji ta’ libertà ta’ stabbiliment, ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi, ta’ ugwaljanza fit-trattament, ta’ nondiskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità għandhom jiġu interpretati bħala li jostakolaw leġiżlazzjoni bħal dik fis-seħħ bħalissa fl-Italja, li tirriżulta mill-Artikoli 122(9) u 253(20a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006, dwar l-esklużjoni awtomatika tal-offerti anormalment baxxi, fis-sejħiet għal offerti għall-għażla ta’ kuntratti ta’ xogħlijiet iktar baxxi mil-limitu li għandhom interess transkonfinali?


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/24


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2015 minn Polynt SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-30 ta’ April 2015 fil-Kawża T-134/13: Polynt SpA u Sitre Srl vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

(Kawża C-323/15 P)

(2015/C 311/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Polynt SpA (rappreżentant: C. Mereu, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Sitre Srl, New Japan Chemical, REACh ChemAdvice GmbH, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-134/13; u

tannulla d-deċiżjoni kkontestata jew sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi r-rikors għal annullament tal-appellanti; u

tikkundanna lill-appellata tbati l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li, inkwantu ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt Komunitarju. B’mod partikolari, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji fir-raġunament u fl-interpretazzjoni tagħha tal-qafas legali kif applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Dan wassal lill-Qorti Ġenerali sabiex twettaq l-iżbalji ta’ liġi li ġejjin:

Il-Qorti Ġenerali għamlet dikjarazzjonijiet kontradittorji u żbaljati fir-rigward tal-ħtieġa li titqies l-istima tar-riskji skont l-Artikolu 57(f) tar-REACH (1), u dan wassal għal interpretazzjoni żbaljata tagħha.

Il-Qorti Ġenerali għamlet dikjarazzjonijiet kontradittorji u tbiegħdet minn ġurisprudenza stabbilita dwar l-istatus u l-piż ta’ dokumenti ta’ gwida fl-interpretazzjoni tat-tifsira ta’ “livell ta’ tħassib ekwivalenti” fl-Artikolu 57(f) tal-istess regolament.

Il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha b’mod żbaljat fuq l-Artikolu 60(2) tar-REACH u dan wassal għal motivazzjoni insuffiċjenti.

Il-Qorti Ġenerali applikat it-test legali żbaljat meta ċaħdet l-argumenti marbuta mal-espożizzjoni tal-ħaddiema u tal-konsumaturi, b’mod li applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 57(f).

Għal dawn ir-raġunijiet, l-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-134/13 u kif ukoll id-deċiżjoni kkontestata għandhom jiġu annullati.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, ĠU L 396 p. 1


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/25


Appell ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2015 minn Hitachi Chemical Europe GmbH u Polynt SpA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fit-30 ta’ April 2015 fil-Kawża T-135/13: Hitachi Chemical Europe GmbH, Polynt SpA u Sitre Srl vs L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

(Kawża C-324/15 P)

(2015/C 311/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Hitachi Chemical Europe GmbH u Polynt SpA (rappreżentant: C. Mereu, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Sitre Srl, REACh ChemAdvice GmbH, New Japan Chemical, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-135/13; u

tannulla d-deċiżjoni kkontestata jew sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi r-rikors għal annullament tal-appellanti; u

tikkundanna lill-appellata tbati l-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri, inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li, inkwantu ċaħdet ir-rikors għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt Komunitarju. B’mod partikolari, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji fir-raġunament u fl-interpretazzjoni tagħha tal-qafas legali kif applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Dan wassal lill-Qorti Ġenerali sabiex twettaq l-iżbalji ta’ liġi li ġejjin:

Il-Qorti Ġenerali għamlet dikjarazzjonijiet kontradittorji u żbaljati fir-rigward tal-ħtieġa li titqies l-istima tar-riskji skont l-Artikolu 57(f) tar-REACH (1), u dan wassal għal interpretazzjoni żbaljata tagħha.

Il-Qorti Ġenerali għamlet dikjarazzjonijiet kontradittorji u tbiegħdet minn ġurisprudenza stabbilita dwar l-istatus u l-piż ta’ dokumenti ta’ gwida fl-interpretazzjoni tat-tifsira ta’ “livell ta’ tħassib ekwivalenti” fl-Artikolu 57(f) tal-istess regolament.

Il-Qorti Ġenerali bbażat ruħha b’mod żbaljat fuq l-Artikolu 60(2) tar-REACH u dan wassal għal motivazzjoni insuffiċjenti.

Il-Qorti Ġenerali applikat it-test legali żbaljat meta ċaħdet l-argumenti marbuta mal-espożizzjoni tal-ħaddiema u tal-konsumaturi, b’mod li applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 57(f).

Għal dawn ir-raġunijiet, l-appellanti ssostni li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-135/13 u kif ukoll id-deċiżjoni kkontestata għandhom jiġu annullati.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, ĠU L 396 p. 1


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/26


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fl-1 ta’ Lulju 2015 – AS “DNB Banka” vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-326/15)

(2015/C 311/32)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā apgabaltiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AS “DNB Banka”

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

1)

Jista’ jeżisti grupp indipendenti ta’ persuni fis-sens tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva (1), meta l-membri ta’ dan il-grupp ikunu stabbiliti fi Stati Membri separati tal-Unjoni Ewropea, li fihom din id-dispożizzjoni tad-Direttiva ġiet trasposta b’rekwiżiti differenti li ma humiex kompatibbli?

2)

Stat Membru jista’ jirrestrinġi d-dritt li għandha persuna taxxabbli sabiex tapplika l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva, meta l-persuna taxxabbli tkun issodisfat ir-rekwiżiti kollha għall-applikazzjoni tal-eżenzjoni fl-Istat Membru tagħha, iżda din id-dispożizzjoni tkun ġiet trasposta fil-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri ta’ membri oħra tal-grupp b’restrizzjonijiet li jillimitaw il-possibbiltà għal persuni taxxabbli ta’ Stati Membri oħra li japplikaw fl-Istat Membru tagħhom l-eżenzjoni korrispondenti mit-taxxa fuq il-valur miżjud?

3)

Tista’ tiġi applikata l-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva għal servizzi fl-Istat Membru tad-destinatarju ta’ dawn, li jkun persuna taxxabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud, meta min jipprovdi s-servizzi, li tkun persuna taxxabbli għat-taxxa fuq il-valur miżjud, ikun applika fi Stat Membru ieħor it-taxxa fuq il-valur miżjud għal dawn is-servizzi skont ir-reġim ġenerali, jiġifieri, b’kunsiderazzjoni li t-taxxa fuq il-valur miżjud fuq dawn is-servizzi kienet dovuta fl-Istat Membru tad-destinatarju tagħhom, skont l-Artikolu 196 tad-Direttiva?

4)

Il-frażi “gruppi ta’ persuni indipendenti [grupp indipendenti ta’ persuni]”, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva għandha tinftiehem li tfisser persuna ġuridika separata, li l-eżistenza tagħha għandha tiġi pprovata permezz ta’ ftehim speċifiku li jwaqqaf grupp indipendenti ta’ persuni?

Jekk ir-risposta għal din id-domanda hija li grupp indipendenti ta’ persuni ma għandux neċessarjament jinftiehem li jfisser entità separata, grupp indipendenti ta’ persuni għandu jitqies li huwa grupp ta’ impriżi marbuta bejniethom li fih, fil-kuntest tal-attività ekonomika normali tagħhom, dawn l-impriżi jipprovdu lil xulxin servizzi ta’ appoġġ għat-twettiq tal-attivitajiet kummerċjali tagħhom, u tista’ l-eżistenza ta’ dan il-grupp tiġi pprovata permezz tal-kuntratti għal servizzi konklużi jew permezz tad-dokumentazzjoni dwar il-prezzijiet ta’ trasferiment?

5)

Jista’ Stat Membru jirrestrinġi d-dritt ta’ persuna taxxabbli li tapplika l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva, meta din il-persuna taxxabbli tkun applikat żieda fuq it-tranżazzjonijiet, kif mitlub taħt il-leġiżlazzjoni fil-qasam tat-tassazzjoni diretta tal-Istat Membru fejn din il-persuna taxxabbli hija stabbilita?

6)

L-eżenzjoni prevista fl-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva tapplika għal servizzi rċevuti minn pajjiżi terzi? Fi kliem ieħor, il-membru ta’ grupp indipendenti ta’ persuni, fis-sens tal-Artikolu 132(1)(f) tad-Direttiva, li jipprovdi, fi ħdan il-grupp, servizzi lil membri oħra ta’ dan il-grupp, jista’ jkun persuna taxxabbli minn pajjiż terz?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/27


Appell ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2015 mir-Repubblika Franċiża mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ April 2015 fil-Kawża T-402/12, Carl Schlyter vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-331/15 P)

(2015/C 311/33)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas, F. Fize, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Carl Schlyter, il-Kummissjoni Ewropea, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja

Talbiet

tannulla s-sentenza mogħtija mir-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali fis-16 ta’ April 2015 fil-Kawża T-402/12, Carl Schlyter vs Il-Kummissjoni, sa fejn din annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tas-27 ta’ Ġunju 2012 li rrifjutat, matul il-perijodu ta’ status quo, l-aċċess għal avviż dettaljat fir-rigward ta’ abbozz ta’ digriet relattiv għall-kontenut u għall-kundizzjonijiet ta’ preżentazzjoni tad-dikjarazzjoni annwali tas-sustanzi fl-istat nanopartikolari (2011/673/F), li kien ġie nnotifikat lilha mill-awtoritajiet Franċiżi, b’applikazzjoni tad-Direttiva 98/34/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi, kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998;

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Bir-rikors tal-appell tiegħu, ippreżentat fit-3 ta’ Lulju 2015, il-Gvern Franċiż jitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, abbażi tal-Artikolu 56 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, biex tannulla s-sentenza mogħtija mir-Raba’ Awla tal-Qorti Ġenerali fis-16 ta’ April 2015 fil-Kawża T-402/12, Carl Schlyter vs Il-Kummissjoni (iktar ’il quddiem is-“sentenza kkontestata”).

Insostenn tal-appell tiegħu, il-Gvern Franċiż iqajjem aggravju uniku.

Insostenn ta’ dan l-aggravju, il-Gvern Franċiż iqis effettivament li l-Qorti Ġenerali wettqet diversi żbalji ta’ liġi f’dak li jikkonċerna l-kwalifika tal-proċedura stabbilita bid-Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 98/34”) u f’dak li jikkonċerna l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni relattiva għall-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni prevista mit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (2), tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 1049/2001”).

Fl-ewwel lok, il-Gvern Franċiż isostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta rrifjutat li tikkwalifika l-proċedura prevista bid-Direttiva 98/34 bħala attività ta’ investigazzjoni fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.

F’dan ir-rigward, il-Gvern Franċiż jirrileva, l-ewwel nett, li d-definizzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali, fis-sentenza kkontestata, tal-kunċett ta’ investigazzjoni ma hija bbażata fuq ebda definizzjoni stabbilita bir-Regolament Nru 1049/2001, bid-Direttiva 98/34 jew bil-ġurisprudenza.

Barra minn hekk, it-tieni nett, din id-definizzjoni ma hijiex koerenti mas-soluzzjoni adottata mit-Tmien Awla tal-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tal-25 ta’ Settembru 2014, Spirlea vs Il-Kummissjoni, fil-Kawża T-306/12. Fil-fatt, f’din is-sentenza, il-Qorti Ġenerali rrikonoxxiet li l-proċedura msejħa “EU Pilot” tista’ tiġi kkwalifikata bħala attività ta’ investigazzjoni fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Issa, skont il-Gvern Franċiż, l-għanijiet u l-iżvolġiment tal-proċedura msejħa “EU Pilot” għandhom similaritajiet kbar mal-għanijiet u mal-iżvolġiment tal-proċedura stabbilita bid-Direttiva 98/34.

It-tielet nett, fil-każ li min-naħa tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja terġa tadotta d-definizzjoni tal-kunċett ta’ investigazzjoni bħas-sentenza kkontestata, il-Gvern Franċiż iqis li l-proċedura prevista bid-Direttiva 98/34 f’kull każ tissodisfa din id-definizzjoni fid-dawl tal-għanijiet u tal-iżvolġiment tagħha.

Fit-tieni lok, l-ewwel nett, il-Gvern Franċiż iqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset, sussidjarjament, li, anki fil-każ fejn l-avviż iddettaljat maħruġ mill-Kummissjoni jkun jifforma parti minn attività ta’ investigazzjoni fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, l-iżvelar ta’ dan id-dokument mhux neċessarjament jikser l-għan tal-proċedura prevista bid-Direttiva 98/34.

F’dan ir-rigward, il-Gvern Franċiż jirrileva li r-rikorrent fl-ebda mument ma qajjem, fir-rikors inizjali, fir-replika jew fl-osservazzjonijiet tiegħu dwar l-osservazzjonijiet tal-intervenjenti, l-argument li jgħid li, fil-każ li l-proċedura prevista bid-Direttiva 98/34 tkun tikkostitwixxi attività ta’ investigazzjoni, l-iżvelar tad-dokument ikkontestat ma jkunx jikser l-għan ta’ din l-attività ta’ investigazzjoni.

Konsegwentement, sa fejn il-motiv invokat sussidjarjament mill-Qorti Ġenerali ma ġiex invokat mir-rikorrent u jirrigwarda l-legalità fil-mertu tad-deċiżjoni kkontestata, il-Gvern Franċiż iqis li l-Qorti Ġenerali, fil-punti 84 sa 88 tas-sentenza kkontestata, wettqet żball ta’ liġi meta qajmet dan il-motiv ex officio.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali, bis-sentenza kkontestata, ikkunsidrat li l-għan tal-proċedura prevista bid-Direttiva 98/34 huwa l-prevenzjoni tal-adozzjoni, mill-leġiżlatur nazzjonali, ta’ regola teknika nazzjonali li tostakola l-moviment liberu tal-merkanzija jew il-moviment liberu tas-servizzi jew il-libertà ta’ stabbiliment tal-operaturi ta’ servizzi fil-kuntest tas-suq intern (punt 85 tas-sentenza kkontestata).

Issa, il-Gvern Franċiż iqis li b’hekk il-Qorti Ġenerali wettqet interpretazzjoni restrittiva tal-għan tal-proċedura prevista bid-Direttiva 98/34.

Fil-fatt, il-Gvern Franċiż iqis li, flimkien mal-għan ta’ konformità tar-regoli nazzjonali, il-proċedura prevista bid-Direttiva 98/34 tfittex ukoll għan marbut mal-kwalità tad-djalogu bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Arbetsdomstolen (l-Isvezja) fis-6 ta’ Lulju 2015 – Unionen vs Almega Tjänsteförbunden, ISS Facility Services AB

(Kawża C-336/15)

(2015/C 311/34)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Arbetsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Unionen

Konvenuti: Almega Tjänsteförbunden, ISS Facility Services AB

Domanda preliminari

Huwa kompatibbli mad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001 (1) li, iktar minn sena mit-trasferiment ta’ impriża u fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ klawżola tal-ftehim kollettiv fis-seħħ taċ-ċessjonarju li għandha l-effett li ċertu tul tas-servizz mhux interrott ma’ persuna li timpjega waħda jkun meħtieġ sabiex wieħed jibbenefika mill-estensjoni tal-perijodu ta’ preavviż fil-każ ta’ tkeċċija, l-imsemmi ċessjonarju ma jiħux inkunsiderazzjoni t-tul tas-servizz magħmul minn ħaddiema ta’ ċedent, minkejja li skont il-ftehim kollettiv fis-seħħ taċ-ċedent li jinkludi klawżola identika, il-ħaddiema kellhom dritt li dan it-tul tas-servizz jittieħed inkunsiderazzjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98).


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nederlandstalige Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fis-7 ta’ Lulju 2015 – Proċeduri kriminali kontra Luc Vanderborght vs Verbond der Vlaamse Tandartsen (VZW)

(Kawża C-339/15)

(2015/C 311/35)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Nederlandstalige Rechtbank van eerste aanleg te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Luc Vanderborght

Konvenuta: Verbond der Vlaamse Tandartsen (VZW)

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2005/29/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi liġi nazzjonali li tipprojbixxi b’mod assolut kull reklamar, ikun min ikun l-awtur, għall-kura orali jew dentali, bħall-Artikolu 1 – Liġi Belġjana tal-15 ta’ April 1958 dwar ir-reklamar fil-qasam tal-kura dentali?

2)

Il-projbizzjoni tar-reklamar ta’ kura orali jew dentali għandha tiġi mqabbla ma’ “regoli […] konnessi ma’ aspetti ta’ saħħa u sigurtà ta’ prodotti” skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2005/29/KE […]?

3)

Id-Direttiva 2005/29/KE […] għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li dispożizzjoni nazzjonali li tispeċifika fid-dettal ir-rekwiżiti ta’ diskrezzjoni li għandhom jiġu sodisfatti mis-sinjal tal-klinika tad-dentist intiż għall-pubbliku, bħall-Artikolu 8d tad-Digriet Reali tal-1 ta’ Ġunju 1934 li jirregola l-eżerċizzju tal-professjoni tad-dentistrija?

4)

Id-Direttiva 2000/31/KE (2) KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern, fis-sens li tipprekludi liġi nazzjonali li tipprojbixxi b’mod assolut kull reklamar, ikun min ikun l-awtur tiegħu, għal kura orali jew dentali, inkluż reklamar kummerċjali b’mezzi elettroniċi (website), bħala ma hu l-Artikolu 1 tal-Liġi Belġjana tal-15 ta’ April 1958 dwar ir-reklamar fil-qasam tal-kura dentali?

5)

Il-kunċett ta’ “servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni” kif iddefinit mill-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2000/31/KE li jirreferi għall-Artikolu 1(2) tad-Direttiva 98/34/KE (3), kif emendata bid-Direttiva 98/48/KE (4)?

6)

L-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, sabiex tipproteġi s-saħħa pubblika, timponi projbizzjoni ta’ reklamar għall-kura dentali?


(1)  Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali) (ĠU L 149, p. 22).

(2)  Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-8 ta’ Ġunju 2000, dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà ta’ l-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 25, p. 399).

(3)  Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337).

(4)  Direttiva 98/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Lulju 1998, li temenda d-Direttiva 98/34/KE li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam ta’ l-istandards u tar-regolamenti tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 21, p. 8).


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ Lulju 2015 – J. Klinkenberg vs Minister van Infrastructuur en Milieu

(Kawża C-343/15)

(2015/C 311/36)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J. Klinkenberg

Konvenut: Minister van Infrastructuur en Milieu

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1 tad-Direttiva 1999/63/KE (1) u l-Klawżola 1(1) tal-anness tagħha, intitolat “Ftehim ewropew dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara”, għandhom jiġu interpretati fis-sens li din id-direttiva u dan l-anness huma applikabbli għal uffiċjal li jaħdem mal-kumpannija marittima nazzjonali Olandiża u li jagħmel parti mill-ekwipaġġ ta’ vapur li jwettaq operazzjonijiet ta’ spezzjoni tas-sajd?

2)

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, l-Artikolu 2 tad-Direttiva 89/391/KEE (2), l-Artikolu 1(3) u l-parti inizjali u l-punti 1 u 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 93/104/KE (3), l-Artikolu 1(3) u l-parti inizjali u l-punti 1 u 2 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2003/88/KE (4), għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-Direttiva 93/104/KE u d-Direttiva 2003/88/KE huma applikabbli għall-uffiċjal imsemmi fl-ewwel domanda?

3)

L-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 93/104/KE u l-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/88/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li għandhom jitqiesu bħala perijodu ta’ mistrieħ is-sigħat li matulhom l-uffiċjal imsemmi fl-ewwel domanda ma jwettaq ebda xogħol waqt it-tbaħħir, iżda jkun marbut li, fuq sejħa, jagħmel xogħol ta’ tiswija fil-kamra tal-magni?

4)

L-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 93/104/KE u l-Artikoli 3, 5 u 6 tad-Direttiva 2003/88/KE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li għandhom jitqiesu bħala perijodu ta’ mistrieħ is-sigħat li matulhom l-uffiċjal imsemmi fl-ewwel domanda ma jwettaq ebda xogħol waqt il-vjaġġ, iżda jkun marbut iwettaq xogħol fuq l-istruzzjonijiet tal-kaptan jekk dan ikun neċessarju għas-sigurtà immedjata tal-vapur, tal-persuni abbord, tat-tagħbija jew tal-ambjent, jew sabiex tingħata assistenza lil vapuri oħra jew lil persuni f’diffikultà fil-baħar?


(1)  Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ġunju 1999, dwar il-Ftehim dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara konkluż mill-Assoċjazzjoni tal-Komunità Ewropea tas-Sidien tal-Bastimenti (AKESB) u l-Federazzjoni tal-Unjonijiet tal-Ħaddiema tat-Trasport (FUĦT) – Anness: Ftehim ewropew dwar l-organizzazzjoni tal-ħin ta’ xogħol tal-baħħara (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol 3, p. 363)

(2)  Direttiva tal-Kunsill, tat-12 ta’ Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349)

(3)  Direttiva tal-Kunsill, tat-23 ta’ Novembru 1993, dwar xi aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 197)

(4)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 391)


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Appeal Commissioners (l-Irlanda) fis-6 ta’ Lulju 2015 – National Roads Authority vs The Revenue Commissioners

(Kawża C-344/15)

(2015/C 311/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Appeal Commissioners

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: National Roads Authority

Konvenuti: The Revenue Commissioners

Domandi preliminari

1)

Jekk korp irregolat mid-dritt pubbliku jeżerċita attività bħal dik li jiġi pprovdut l-aċċess għal triq bi ħlas ta’ pedaġġ u jekk fl-Istat Membru jeżistu strutturi privati li jiġbru pedaġġi fuq toroq oħra skont ftehim mal-korp pubbliku kkonċernat skont dispożizzjonijiet leġiżlattivi nazzjonali, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13[(1)] tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1) ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-korp pubbliku kkonċernat għandu jiġi kkunsidrat bħala li qed jikkompeti mal-operaturi privati kkonċernati, b’tali mod li t-trattament tal-korp pubbliku bħala persuna mhux taxxabbli għandu jiġi kkunsidrat bħala li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni ta’ ċertu kobor, minkejja l-fatt li (a) ma teżistix kompetizzjoni reali bejn il-korp pubbliku u l-operaturi privati kkonċernati u din ma tistax teżisti u (b) ma huwiex ippruvat li operatur privat għandu l-possibbiltà reali li jidħol fis-suq bil-għan li jibni u jopera triq b’pedaġġ li tikkompeti mat-triq b’pedaġġ operata mill-korp pubbliku?

2)

Jekk ma teżistix preżunzjoni, liema kriterju għandu jiġi adottat sabiex jiġi ddeterminat jekk teżisti distorsjoni ta’ kompetizzjoni ta’ ċertu kobor skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13[(1)] tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1).


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/33


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2015 minn Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-28 ta’ April 2015 fil-Kawża T-169/12, Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK) u Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-345/15 P)

(2015/C 311/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Chelyabinsk electrometallurgical integrated plant OAO (CHEMK), Kuzneckie ferrosplavy OAO (KF) (rappreżentanti: B. Evtimov, avukat, D. O’Keeffe, Solicitor)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Euroalliages

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

tiddeċiedi b’mod definittiv il-kawża jekk l-istadju tal-proċeduri jkun jippermettih;

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali għal kunsiderazzjoni mill-ġdid;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż;

tikkundanna lill-intervenjenti għall-ispejjeż tagħhom.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali kisret id-dritt tal-Unjoni fl-evalwazzjoni tagħha tal-motivi tagħhom kif ġej:

fl-ewwel aggravju tagħhom, l-appellanti jsostnu li l-Qorti Ġenerali żbaljat fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 11(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (1) (ir-“Regolament bażiku anti-dumping”) u żbaljat fl-evalwazzjoni legali tagħha meta ċaħdet l-argument fl-ewwel istanza li l-Artikolu 11(9) tar-Regolament bażiku anti-dumping u r-riferiment tiegħu għall-Artikolu 2 tal-istess regolament jeħtieġu li l-istituzzjonijiet jikkalkolaw marġni ta’ dumping fir-reviżjoni interim ta’ dumping, u b’hekk kisret ukoll il-prinċipji legali ta’ amministrazzjoni tajba, trasparenza u ċertezza legali;

fit-tieni aggravju tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li l-Qorti Ġenerali żbaljat fl-interpretazzjoni tar-raġunament tal-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha fil-Kawża T-143/06 MTZ Polyfilms vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fl-10 ta’ Lulju 2015 – proċeduri kriminali kontra Luciano Baldetti

(Kawża C-350/15)

(2015/C 311/39)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Santa Maria Capua Vetere

Partijiet fil-kawża prinċipali

Luciano Baldetti

Domanda preliminari

Fis-sens tal-Artikoli 4 [tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali] u 50 [tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea], hija konformi mad-dritt Komunitarju d-dispożizzjoni tal-Artikolu 10b D. Lgs 74/00 sa fejn tippermetti li ssir evalwazzjoni tar-responsabbiltà kriminali ta’ persuna li, għall-istess fatt (ommissjoni tal-ħlas tal-VAT), kienet diġà suġġetta għal aċċertament definittiv min-naħa tal-Amministrazzjoni finanzjarja tal-Istat, bl-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva pekunjarja?


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/34


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fl-14 ta’ Lulju 2015 – Ilves Jakelu Oy

(Kawża C-368/15)

(2015/C 311/40)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein hallinto-oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ilves Jakelu Oy

Konvenut: Ministeru tat-Trasport u tat-Telekomunikazzjoni

Domandi preliminari

1)

Fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva Postali 97/67/KE (1), kif emendata bid-Direttivi 2002/39/KE (2) u 2008/6/KE (3), id-distribuzzjoni ta’ oġġetti postali ta’ klijenti abbonati għandha titqies li hija servizz li ma jaqax fl-ambitu tas-servizz universali skont l-Artikolu 9(1) jew servizz li jaqa’ fl-ambitu tas-servizz universali skont l-Artikolu 9(2), fil-każ li l-impriża postali tiftiehem mal-klijenti tagħha l-kundizzjonijiet li jirregolaw il-kunsinna u timponilhom ħlas miftiehem b’mod individwali?

2)

Fil-każ li d-distribuzzjoni hawn fuq imsemmija ta’ oġġetti postali ta’ klijenti abbonati tkun tinvolvi servizz li ma jaqax fl-ambitu tas-servizz universali, l-Artikolu 9(1) u l-Artikolu 2(14) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-provvista ta’ tali servizzi postali, taħt ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, tista’ tiġi suġġetta għal liċenzja individwali, skont kif previst fil-liġi dwar is-servizzi postali?

3)

Fil-każ li d-distribuzzjoni hawn fuq imsemmija ta’ oġġetti postali ta’ klijenti abbonati tkun tinvolvi servizz li ma jaqax fl-ambitu tas-servizz universali, l-Artikolu 9(1) għandu jiġi interpretat fis-sens li awtorizzazzjoni fir-rigward ta’ tali servizzi tista’ tiġi suġġetta biss għal termini intiżi sabiex jiżguraw l-osservanza tar-rekwiżiti essenzjali skont l-Artikolu 2(19) tad-Direttiva Postali u li awtorizzazzjonijiet fir-rigward ta’ tali servizzi ma jistgħux jiġu suġġetti għal termini dwar il-kwalità, id-disponibbiltà jew l-eżekuzzjoni tas-servizzi rilevanti skont l-Artikolu 9(2) tad-Direttiva?

4)

Fil-każ li awtorizzazzjonijiet fir-rigward tad-distribuzzjoni hawn fuq imsemmija ta’ oġġetti postali ta’ klijenti abbonati jistgħu jiġu suġġetti biss għal termini intiżi sabiex jiżguraw l-osservanza tar-rekwiżiti essenzjali, termini bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali – li jirrigwardaw il-kundizzjonijiet tas-servizz postali li jirregolaw il-kunsinna, il-frekwenza tad-distribuzzjoni ta’ oġġetti, is-servizz tal-bdil tal-indirizz u tas-sospensjoni tal-kunsinna, l-ittikkettjar tal-oġġetti u l-postijiet tal-ġbir – jistgħu jitqiesu li huma konformi mar-rekwiżiti essenzjali skont l-Artikolu 2(19) u neċessarji sabiex jiżguraw l-osservanza tar-rekwiżiti essenzjali skont l-Artikolu 9(1)?


(1)  Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU L 15, p. 14).

(2)  Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Ġunju 2002, li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-ftuħ ulterjuri għal kompetizzjoni tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 316).

(3)  Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal- 20 ta’ Frar 2008, li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, p. 3).


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/35


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Lulju 2015 – Siderúrgica Sevillana S.A. vs Administración del Estado

(Kawża C-369/15)

(2015/C 311/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Siderúrgica Sevillana S.A.

Konvenuta: Administración del Estado

Domandi preliminari

1)

Id-Deċiżjoni 2013/448/UE (1) tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Europea (2), sa fejn l-iffissar tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni ġie stabbilit permezz ta’ mekkaniżmu li, bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, ma jippermettix lill-proprjetari tal-installazzjonijiet ikkonċernati jsiru jafu d-data, il-kalkoli u l-kriterji kkunsidrati għall-adozzjoni ta’ dan il-koeffiċjent?

2)

Fid-dawl tal-mod kif tistabbilixxi u tiffissa l-limitu massimu ta’ emissjonijiet mill-industrija u l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali previsti fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE (3) u fl-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE (4), id-Deċiżjoni 2013/448/UE tikser l-Artikoli 10a(1) u 23(3) ta’ din id-direttiva peress li din ma ġietx adottata konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista mid-Deċiżjoni 1999/468/KE (5)?

3)

Peress li d-Deċiżjoni 2013/448/UE u/jew l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE joħolqu nuqqas ta’ simetrija bejn:

il-bażi ta’ kalkolu prevista fl-Artikolu 10a(5)(a) u (b) tad-[Direttiva 2003/87/KE] […], peress li f’dawn il-bażijiet ma humiex inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku relatati mal-kombustjoni tal-gassijiet ta’ skart u l-koġenerazzjoni ta’ sħana li sseħħ fl-installazzjonijiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-direttiva, u

il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10a(1) u (4) ta’ din id-direttiva għall-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet, li jinkludu din il-kategorija ta’ emissjonijiet:

a)

id-Deċiżjoni 2013/448/UE u/jew l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE jiksru l-Artikolu 10a(5), flimkien mal-Artikolu 3(u) u t-tielet subparagrafu in fine tal-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, meta jikkunsidraw li l-emissjonijiet prodotti mill-kombustjoni tal-gassijiet ta’ skart jew mill-ġenerazzjoni ta’ sħana f’installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku elenkati fl-Anness I ta’ din id-direttiva huma fi kwalunkwe każ emissjonijiet ta’ “ġeneraturi tal-elettriku” għall-fini tad-determinazzjoni tal-limitu massimu ta’ emissjonijiet mill-industrija, u għalhekk għandhom ikunu esklużi minn dan il-kalkolu?

b)

anki fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, id-Deċiżjoni 2013/448/UE u/jew l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE jiksru l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE u/jew l-għanijiet ta’ din id-direttiva sa fejn jeskludu mill-bażi ta’ kalkolu tal-limitu massimu tal-emissjonijiet industrijali previst minn din id-direttiva l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku li ġejjin mill-gassijiet ta’ skart u mill-koġenerazzjoni tas-sħana, prodotti f’installazzjonijiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-direttiva, li madankollu jistgħu jibbenefikaw minn allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a(1) sa (4) tal-istess direttiva?

4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE u, skont il-każ, id-Deċiżjoni 2011/278/UE, li hija timplementa, jiksru l-Artikoli 10a(12) tad-Direttiva, sa fejn dawn jestendu l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali għal setturi li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE (6) (illum id-Deċiżjoni 2014/746/UE (7)) kkunsidrat bħala li huma esposti għal riskju sinjifikattiv ta’ rilaxx tal-karbonju, bit-tnaqqis konsegwenti tal-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet?

5)

Id-Deċiżjoni [2013/448/UE] tikser l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE sa fejn il-Kummissjoni Ewropea, sabiex tiddetermina l-emissjonijiet ivverifikati fil-perijodu 2005-2007 imsemmi fil-punti (a) u (b) ta’ din id-dispożizzjoni:

a)

ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-emissjonijiet li ma kinux inklużi fir-Registro independiente de Transacciones de la Comunidad (reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-Komunità), minkejja li, fil-perijodu inkwistjoni, ma kienx obbligatorju li jiġu rreġistrati tali emissjonijiet;

b)

estrapolat, sa fejn kien possibbli, iċ-ċifri rilevanti tal-emissjonijiet mill-emissjonijiet ivverifikati fis-snin preċedenti għall-2008, billi applikat il-koeffiċjent ta’ 1,74 % fid-direzzjoni opposta;

c)

eskludiet l-emissjonijiet kollha li jirriżultaw mill-installazzjonijiet magħluqa qabel it-30 ta’ Ġunju 2011?


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27).

(2)  ĠU 2000, C 364, p. 1.

(3)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7 p. 631).

(4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124).

(6)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE, tal-24 ta’ Diċembru 2009, li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, p. 10).

(7)  ĠU L 308, p. 114.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/37


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Lulju 2015 – Solvay Solutions España S.L. vs Administración del Estado

(Kawża C-370/15)

(2015/C 311/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Solvay Solutions España S.L.

Konvenuta: Administración del Estado

Domandi preliminari

1)

Id-Deċiżjoni 2013/448/UE (1) tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Europea (2), sa fejn l-iffissar tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni ġie stabbilit permezz ta’ mekkaniżmu li, bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, ma jippermettix lill-proprjetari tal-installazzjonijiet ikkonċernati jsiru jafu d-data, il-kalkoli u l-kriterji kkunsidrati għall-adozzjoni ta’ dan il-koeffiċjent?

2)

Fid-dawl tal-mod kif tistabbilixxi u tiffissa l-limitu massimu ta’ emissjonijiet mill-industrija u l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali previsti fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE (3) u fl-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE (4), id-Deċiżjoni 2013/448/UE tikser l-Artikoli 10a(1) u 23(3) ta’ din id-direttiva peress li din ma ġietx adottata konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista mid-Deċiżjoni 1999/468/KE (5)?

3)

Peress li d-Deċiżjoni 2013/448/UE u/jew l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE joħolqu nuqqas ta’ simetrija bejn:

il-bażi ta’ kalkolu prevista fl-Artikolu 10a(5)(a) u (b) tad-[Direttiva 2003/87/KE] […], peress li f’dawn il-bażijiet ma humiex inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku relatati mal-kombustjoni tal-gassijiet ta’ skart u l-koġenerazzjoni ta’ sħana li sseħħ fl-installazzjonijiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-direttiva, u

il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10a(1) u (4) ta’ din id-direttiva għall-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet, li jinkludu din il-kategorija ta’ emissjonijiet:

a)

id-Deċiżjoni 2013/448/UE u/jew l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE jiksru l-Artikolu 10a(5), flimkien mal-Artikolu 3(u) u t-tielet subparagrafu in fine tal-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, meta jikkunsidraw li l-emissjonijiet prodotti mill-kombustjoni tal-gassijiet ta’ skart jew mill-ġenerazzjoni ta’ sħana f’installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku elenkati fl-Anness I ta’ din id-direttiva huma fi kwalunkwe każ emissjonijiet ta’ “ġeneraturi tal-elettriku” għall-fini tad-determinazzjoni tal-limitu massimu ta’ emissjonijiet mill-industrija, u għalhekk għandhom ikunu esklużi minn dan il-kalkolu?

b)

anki fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, id-Deċiżjoni 2013/448/UE u/jew l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE jiksru l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE u/jew l-għanijiet ta’ din id-direttiva sa fejn jeskludu mill-bażi ta’ kalkolu tal-limitu massimu tal-emissjonijiet industrijali previst minn din id-direttiva l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku li ġejjin mill-gassijiet ta’ skart u mill-koġenerazzjoni tas-sħana, prodotti f’installazzjonijiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-direttiva, li madankollu jistgħu jibbenefikaw minn allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a(1) sa (4) tal-istess direttiva?

4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE u, skont il-każ, id-Deċiżjoni 2011/278/UE, li hija timplementa, jiksru l-Artikoli 10a(12) tad-Direttiva, sa fejn dawn jestendu l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali għal setturi li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE (6) (illum id-Deċiżjoni 2014/746/UE (7)) kkunsidrat bħala li huma esposti għal riskju sinjifikattiv ta’ rilaxx tal-karbonju, bit-tnaqqis konsegwenti tal-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet?

5)

Id-Deċiżjoni [2013/448/UE] tikser l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE sa fejn il-Kummissjoni Ewropea, sabiex tiddetermina l-emissjonijiet ivverifikati fil-perijodu 2005-2007 imsemmi fil-punti (a) u (b) ta’ din id-dispożizzjoni:

a)

ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-emissjonijiet li ma kinux inklużi fir-Registro independiente de Transacciones de la Comunidad (reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-Komunità), minkejja li, fil-perijodu inkwistjoni, ma kienx obbligatorju li jiġu rreġistrati tali emissjonijiet;

b)

estrapolat, sa fejn kien possibbli, iċ-ċifri rilevanti tal-emissjonijiet mill-emissjonijiet ivverifikati fis-snin preċedenti għall-2008, billi applikat il-koeffiċjent ta’ 1,74 % fid-direzzjoni opposta;

c)

eskludiet l-emissjonijiet kollha li jirriżultaw mill-installazzjonijiet magħluqa qabel it-30 ta’ Ġunju 2011?


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27).

(2)  ĠU 2000, C 364, p. 1.

(3)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7 p. 631).

(4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124).

(6)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE, tal-24 ta’ Diċembru 2009, li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, p. 10).

(7)  ĠU L 308, p. 114.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/39


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Lulju 2015 – Cepsa Quimica, S.A. vs Administración del Estado

(Kawża C-371/15)

(2015/C 311/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cepsa Quimica, S.A.

Konvenuta: Administración del Estado

Domandi preliminari

1)

Id-Deċiżjoni 2013/448/UE (1) tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Europea (2), sa fejn l-iffissar tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni ġie stabbilit permezz ta’ mekkaniżmu li, bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, ma jippermettix lill-proprjetari tal-installazzjonijiet ikkonċernati jsiru jafu d-data, il-kalkoli u l-kriterji kkunsidrati għall-adozzjoni ta’ dan il-koeffiċjent?

2)

Fid-dawl tal-mod kif tistabbilixxi u tiffissa l-limitu massimu ta’ emissjonijiet mill-industrija u l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali previsti fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE (3) u fl-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE (4), id-Deċiżjoni 2013/448/UE tikser l-Artikoli 10a(1) u 23(3) ta’ din id-direttiva peress li din ma ġietx adottata konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista mid-Deċiżjoni 1999/468/KE (5)?

3)

Peress li d-Deċiżjoni 2013/448/UE u/jew l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE joħolqu nuqqas ta’ simetrija bejn:

il-bażi ta’ kalkolu prevista fl-Artikolu 10a(5)(a) u (b) tad-[Direttiva 2003/87/KE] […], peress li f’dawn il-bażijiet ma humiex inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku relatati mal-kombustjoni tal-gassijiet ta’ skart u l-koġenerazzjoni ta’ sħana li sseħħ fl-installazzjonijiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-direttiva, u

il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10a(1) u (4) ta’ din id-direttiva għall-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet, li jinkludu din il-kategorija ta’ emissjonijiet:

a)

id-Deċiżjoni 2013/448/UE u/jew l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE jiksru l-Artikolu 10a(5), flimkien mal-Artikolu 3(u) u t-tielet subparagrafu in fine tal-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, meta jikkunsidraw li l-emissjonijiet prodotti mill-kombustjoni tal-gassijiet ta’ skart jew mill-ġenerazzjoni ta’ sħana f’installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku elenkati fl-Anness I ta’ din id-direttiva huma fi kwalunkwe każ emissjonijiet ta’ “ġeneraturi tal-elettriku” għall-fini tad-determinazzjoni tal-limitu massimu ta’ emissjonijiet mill-industrija, u għalhekk għandhom ikunu esklużi minn dan il-kalkolu?

b)

anki fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, id-Deċiżjoni 2013/448/UE u/jew l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE jiksru l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE u/jew l-għanijiet ta’ din id-direttiva sa fejn jeskludu mill-bażi ta’ kalkolu tal-limitu massimu tal-emissjonijiet industrijali previst minn din id-direttiva l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku li ġejjin mill-gassijiet ta’ skart u mill-koġenerazzjoni tas-sħana prodotti f’installazzjonijiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-direttiva, li madankollu jistgħu jibbenefikaw minn allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a(1) sa (4) tal-istess direttiva?

4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE u, skont il-każ, id-Deċiżjoni 2011/278/UE, li hija timplementa, jiksru l-Artikoli 10a(12) tad-Direttiva, sa fejn dawn jestendu l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali għal setturi li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE (6) (illum id-Deċiżjoni 2014/746/UE (7)) kkunsidrat bħala li huma esposti għal riskju sinjifikattiv ta’ rilaxx tal-karbonju, bit-tnaqqis konsegwenti tal-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet?

5)

Id-Deċiżjoni [2013/448/UE] tikser l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE sa fejn il-Kummissjoni Ewropea, sabiex tiddetermina l-emissjonijiet ivverifikati fil-perijodu 2005-2007 imsemmi fil-punti (a) u (b) ta’ din id-dispożizzjoni:

a)

ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-emissjonijiet li ma kinux inklużi fir-Registro independiente de Transacciones de la Comunidad (reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-Komunità), minkejja li, fil-perijodu inkwistjoni, ma kienx obbligatorju li jiġu rreġistrati tali emissjonijiet;

b)

estrapolat, sa fejn kien possibbli, iċ-ċifri rilevanti tal-emissjonijiet mill-emissjonijiet ivverifikati fis-snin preċedenti għall-2008, billi applikat il-koeffiċjent ta’ 1,74 % fid-direzzjoni opposta;

c)

eskludiet l-emissjonijiet kollha li jirriżultaw mill-installazzjonijiet magħluqa qabel it-30 ta’ Ġunju 2011?


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27).

(2)  ĠU 2000, C 364, p. 1.

(3)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7 p. 631).

(4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124).

(6)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE, tal-24 ta’ Diċembru 2009, li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, p. 10).

(7)  ĠU L 308, p. 114.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/41


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fit-13 ta’ Lulju 2015 – Dow Chemical Ibérica S.A. vs Administración del Estado

(Kawża C-372/15)

(2015/C 311/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Dow Chemical Ibérica S.A.

Konvenuta: Administración del Estado

Domandi preliminari

1)

Id-Deċiżjoni 2013/448/UE (1) tmur kontra d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Europea (2), sa fejn l-iffissar tal-koeffiċjent ta’ korrezzjoni ġie stabbilit permezz ta’ mekkaniżmu li, bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, ma jippermettix lill-proprjetari tal-installazzjonijiet ikkonċernati jsiru jafu d-data, il-kalkoli u l-kriterji kkunsidrati għall-adozzjoni ta’ dan il-koeffiċjent?

2)

Fid-dawl tal-mod kif tistabbilixxi u tiffissa l-limitu massimu ta’ emissjonijiet mill-industrija u l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali previsti fl-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE (3) u fl-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE (4), id-Deċiżjoni 2013/448/UE tikser l-Artikoli 10a(1) u 23(3) ta’ din id-direttiva peress li din ma ġietx adottata konformement mal-proċedura regolatorja bi skrutinju prevista mid-Deċiżjoni 1999/468/KE (5)?

3)

Peress li d-Deċiżjoni 2013/448/UE u/jew l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE joħolqu nuqqas ta’ simetrija bejn:

il-bażi ta’ kalkolu prevista fl-Artikolu 10a(5)(a) u (b) tad-[Direttiva 2003/87/KE] […], peress li f’dawn il-bażijiet ma humiex inklużi l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku relatati mal-kombustjoni tal-gassijiet ta’ skart u l-koġenerazzjoni ta’ sħana li sseħħ fl-installazzjonijiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-direttiva, u

il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 10a(1) u (4) ta’ din id-direttiva għall-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet, li jinkludu din il-kategorija ta’ emissjonijiet:

a)

id-Deċiżjoni 2013/448/UE u/jew l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE jiksru l-Artikolu 10a(5), flimkien mal-Artikolu 3(u) u t-tielet subparagrafu in fine tal-Artikolu 10a(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, meta jikkunsidraw li l-emissjonijiet prodotti mill-kombustjoni tal-gassijiet ta’ skart jew mill-ġenerazzjoni ta’ sħana f’installazzjonijiet li jipproduċu l-elettriku elenkati fl-Anness I ta’ din id-direttiva huma fi kwalunkwe każ emissjonijiet ta’ “ġeneraturi tal-elettriku” għall-fini tad-determinazzjoni tal-limitu massimu ta’ emissjonijiet mill-industrija, u għalhekk għandhom ikunu esklużi minn dan il-kalkolu?

b)

anki fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti, id-Deċiżjoni 2013/448/UE u/jew l-Artikolu 15 tad-Deċiżjoni 2011/278/UE jiksru l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE u/jew l-għanijiet ta’ din id-direttiva sa fejn jeskludu mill-bażi ta’ kalkolu tal-limitu massimu tal-emissjonijiet industrijali previst minn din id-direttiva l-emissjonijiet mill-produzzjoni tal-elettriku li ġejjin mill-gassijiet ta’ skart u mill-koġenerazzjoni tas-sħana prodotti f’installazzjonijiet elenkati fl-Anness I ta’ din id-direttiva, li madankollu jistgħu jibbenefikaw minn allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a(1) sa (4) tal-istess direttiva?

4)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE u, skont il-każ, id-Deċiżjoni 2011/278/UE, li hija timplementa, jiksru l-Artikoli 10a(12) tad-Direttiva, sa fejn dawn jestendu l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni transettorjali għal setturi li d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE (6) (illum id-Deċiżjoni 2014/746/UE (7)) kkunsidrat bħala li huma esposti għal riskju sinjifikattiv ta’ rilaxx tal-karbonju, bit-tnaqqis konsegwenti tal-allokazzjoni mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet?

5)

Id-Deċiżjoni [2013/448/UE] tikser l-Artikolu 10a(5) tad-Direttiva 2003/87/KE sa fejn il-Kummissjoni Ewropea, sabiex tiddetermina l-emissjonijiet ivverifikati fil-perijodu 2005-2007 imsemmi fil-punti (a) u (b) ta’ din id-dispożizzjoni:

a)

ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-emissjonijiet li ma kinux inklużi fir-Registro independiente de Transacciones de la Comunidad (reġistru indipendenti tat-tranżazzjonijiet tal-Komunità), minkejja li, fil-perijodu inkwistjoni, ma kienx obbligatorju li jiġu rreġistrati tali emissjonijiet;

b)

estrapolat, sa fejn kien possibbli, iċ-ċifri rilevanti tal-emissjonijiet mill-emissjonijiet ivverifikati fis-snin preċedenti għall-2008, billi applikat il-koeffiċjent ta’ 1,74 % fid-direzzjoni opposta;

c)

eskludiet l-emissjonijiet kollha li jirriżultaw mill-installazzjonijiet magħluqa qabel it-30 ta’ Ġunju 2011?


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 240, p. 27).

(2)  ĠU 2000, C 364, p. 1.

(3)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7 p. 631).

(4)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/468/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, li tipprovdi l-proċeduri għall-eżerċizzju tas-setgħat tal-implimentazzjoni konferiti fuq il-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 124).

(6)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/2/UE, tal-24 ta’ Diċembru 2009, li tiddetermina, skont id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, lista ta’ setturi u subsetturi meqjusa li huma esposti għal riskju sinifikanti ta’ rilaxx tal-karbonju (ĠU L 1, p. 10).

(7)  ĠU L 308, p. 114.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/42


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-389/15)

(2015/C 311/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre, J. Guillem Carrau, B. Hartmann, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ Mejju 2015 li tawtorizza l-ftuħ ta’ negozjati dwar Ftehim ta’ Lisbona rrevedut dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi fir-rigward ta’ suġġetti koperti mill-kompetenza tal-Unjoni Ewropea;

iżżomm fis-seħħ l-effetti tad-deċiżjoni kkontestata, fejn xieraq, sad-dħul fis-seħħ, fi żmien raġonevoli mill-għoti ta’ sentenza f’din il-kawża, ta’ deċiżjoni ġdida li għandha tiġi adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea skont l-Artikolu 218(3), (4) u (8) TFUE;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-ewwel motiv: Id-deċiżjoni kkontestata tirrikonoxxi l-eżistenza ta’ kompetenza tal-Istati Membri, bi ksur tal-Artikolu 3 TFUE, peress li n-negozjati jikkonċernaw ftehim li jaqa’ fil-kompetenza esklużiva tal-Unjoni.

It-tieni motiv: Ksur tal-Artikoli 207(3) u 218(3), (4) u (8) TFUE peress li l-Kunsill innomina lill-Istati Membri bħala “negozjaturi”, f’qasam li jaqa’ fil-kompetenza tal-UE, u ma adottax id-deċiżjoni kkontestata konformement mal-maġġoranza applikabbli.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/43


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2015 minn John Dalli mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla Estiża) fit-12 ta’ Mejju 2015 fil-Kawża T-562/12, John Dalli vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-394/15 P)

(2015/C 311/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: John Dalli (rappreżentanti: L. Levi and S. Rodrigues, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara l-appell tiegħu ammissibbli;

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkumpensa d-dannu b’ammont ta’ EUR 1 simboliku fir-rigward tad-dannu morali u, provviżorjament, b’ammont ta’ EUR 1 9 13  396 fir-rigward tad-dannu materjali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellanti jinvoka:

l-ewwel aggravju, li jallega li l-Qorti Ġenerali ddeċidiet ultra petita billi biddlet is-suġġett tat-tilwima;

it-tieni aggravju, li jallega nuqqas ta’ motivazzjoni;

it-tielet aggravju, li jallega difett proċedurali li jippreġudika l-interessi tal-appellant, inklużi d-drittijiet tad-difiża tiegħu;

ir-raba’ aggravju, li jinvoka diversi distorsjonijiet ta’ fatti u ta’ provi; u

il-ħames aggravju, li jikkontesta l-interpretazzjoni jew l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea mill-Qorti Ġenerali.


Il-Qorti Ġenerali

21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2015 – Frank Bold vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-19/13) (1)

((“Ambjent - Direttiva 2003/87/KE - Skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra - Deċiżjoni li tagħti lir-Repubblika Ċeka l-għażla ta’ allokazzjoni tranżitorja ta’ kwoti mingħajr ħlas għall-immodernizzar tal-produzzjoni tal-elettriku - Talba għal eżami mill-ġdid intern tad-deċiżjoni, - Assenza ta’ miżura ta’ portata individwali - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiddikjara t-talba ta’ eżami mill-ġdid inammissibbli - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))

(2015/C 311/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frank Bold Society, li kienet Ekologický právní servis (Brně, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Černý, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Oliver u L. Pignataro-Nolin, sussegwentement minn L. Pignataro-Nolin u J. Tomkin, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-parti rikorrenti: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, T. Müller u D. Hadroušek, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 8382 finali tat-12 ta’ Novembru 2012, li tiċħad bħala inammissibbli t-talba ta’ eżami mill-ġdid intern tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 4576 finali tas-6 ta’ Lulju 2012, li tagħti lir-Repubblika Ċeka l-għażla ta’ allokazzjoni tranżitorja ta’ kwoti mingħajr ħlas għall-immodernizzar tal-produzzjoni tal-elettriku u, min-naħa l-oħra, ta’ din l-aħħar deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Frank Bold Society hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Ċeka għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 79, 16.03.2013.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Ġunju 2015 – In vivo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-690/13) (1)

((“Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Rifjut tal-OLAF li jiftaħ investigazzjoni esterna - Teħid ta’ pożizzjoni - Talba għall-ordni - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”))

(2015/C 311/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: In vivo OOO (Abinsk, ir-Russja) (rappreżentant: T. Huopalainen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Keppenne u J. Baquero Cruz, aġenti)

Suġġett

Rikors intiż sabiex il-Qorti Ġenerali tikkonstata in-nuqqas li tittieħed azzjoni tal-Uffiċċju Ewropew ta’ Kontra l-Frodi (OLAF) ikkostitwit mir-refjut milli jiftaħ investigazzjoni esterna u tordnalu li jtemm dan.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

In vivo OOO hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 151, 19.05.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/45


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Extra)

(Kawża T-552/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Extra - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])

(2015/C 311/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Mejju 2014 (Każ R 199/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Extra bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Wm. Wrigley Jr. Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/46


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Extra)

(Kawża T-553/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Extra - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])

(2015/C 311/50)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Mejju 2014 (Każ R 218/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Extra bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Wm. Wrigley Jr. Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ sfera)

(Kawża T-625/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta sfera - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])

(2015/C 311/51)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 168/2014-5), rigward applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta sfera bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Wm. Wrigley Jr. Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/47


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ġunju 2015 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ sfera blu)

(Kawża T-626/14) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta sfera blu - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rikors manifestament infondat fid-dritt”])

(2015/C 311/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Ġunju 2014 (Każ R 169/2014-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal figurattiv li jirrappreżenta sfera blu bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Wm. Wrigley Jr. Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 351, 6.10.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/48


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Ġunju 2015 – IR vs UASI – Pirelli Tyre (popchrono)

(Kawża T-132/15)

(2015/C 311/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: IR (Caen, Franza) (rappreżentant: C. de Marguerye, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pirelli Tyre SpA (Milan, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “popchrono” – Trade mark Komunitarja Nru 4 177 267

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ revoka

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Frar 2015, fil-Każ R 217/2014-5

Talbiet

tilqa’ t-talbiet tagħha;

tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Frar 2015 tal-Bord tal-Appell;

tikkonferma d-drittijiet għall-proprjetà tat-trade mark POPCHRONO;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tad-dritt għal smigħ;

Interpretazzjoni stretta ta’ “użu ġenwin” mill-Bord tal-Appell;

Il-bidu mill-ġdid ta’ użu ġenwin ta’ trade mark Komunitarja inkwistjoni kellu jiġi eżaminat mill-UASI skont dokumenti sottomessi mir-rikorrenti, inkluż kuntratt ta’ liċenzjar preċedenti b’iktar minn tliet xhur qabel il-preżentata tat-talba għal revoka;

In-nuqqas tal-UASI li jieħu inkunsiderazzjoni l-ksur tar-regoli bażiċi tal-kompetizzjoni u r-rieda li parti tostakola lill-oħra.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/49


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2015 – Papapanagiotou vs Il-Parlament

(Kawża T-351/15)

(2015/C 311/54)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Papapanagiotou AVEEA (Serres, il-Greċja) (rappreżentanti: S. Pappas u I. Ioannidis, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni D(2015)12887 tas-27 ta’ April 2015 tad-Direttur-Ġenerali tad-Direttorat-Ġenerali għall-Infrastruttura u Loġistika, li permezz tagħha l-offerta mressqa mir-rikorrenti għal-Lottijiet 1, 2 u 4 tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti “Għamara tal-Uffiċċju” Nru INLO.AO-2012-017-LUX-UAGBI-02 “għall-akkwist ta’ għamara tal-uffiċċju u aċċessorji standard, eżekuttivi u high-end” ġiet miċħuda u li biha d-Direttur-Ġenerali informa lir-rikorrenti li, fl-evalwazzjoni tal-offerti kollha f’din il-proċedura ta’ sejħa għal offerti, huwa ma kienx ħa inkunsiderazzjoni wieħed mill-kriterji tal-għoti speċifikati fid-dokumenti tas-sejħa għal offerti;

tikkundanna lill-konvenut ibati l-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali peress li din teskludi s-sottokriterju tal-għoti tal-“kostruzzjoni (reżistenza għal tkissir, brix, grif u telf ta’ kulur)” matul il-proċedura tas-sejħa għal offerti, u dan bi ksur tar-regoli speċifiċi tas-sejħa għal offerti, tal-Artikoli 110(1) u 113(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ir-“Regolament Finanzjarju”) u tal-prinċipji ġenerali ta’ trattament ugwali u ta’ trasparenza.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-awtorità kontraenti naqset milli tagħti raġunijiet, partikolarment il-karattersitiċi u l-vantaġġi relattivi tal-offerti magħżula, bi ksur tal-Artikolu 113(2) tar-Regolament Finanzjarju, tal-Artikolu 161(3) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (“Regoli ta’ applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju”), tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 296 TFUE.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-prinċipju ta’ trasparenza skont l-Artikolu 102 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 15(3) TFUE, peress li l-awtorità kontraenti naqset milli tipprovdi informazzjoni u provi dwar jekk il-kampjuni pprovduti mill-offerenti għall-evalwazzjoni mill-ġdid tal-offerti kinux identiċi għall-kampjuni inizjalment evalwati fl-ewwel proċedura ta’ evalwazzjoni li sussegwentement ġiet ikkanċellata.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/50


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Ġunju 2015 – NeXovation vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-353/15)

(2015/C 311/55)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NeXovation, Inc. (Hendersonville, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. von Bergwelt, F. Henkel u M. Nordmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2014) 3634 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2014 (fil-forma tad-deċiżjoni ta’ korrezzjoni tat-13 ta’ April 2015) dwar l-għajnuna mill-Istat SA.31550 implementata mill-Ġermanja għal Nürburgring, sa fejn:

din tiddeċiedi li l-bejgħ ta’ assi ta’ Nürburgring GmbH, Motorsport Resort Nürburgring GmbH u Congress- und Motorsport Hotel Nürburgring GmbH ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat kif stabbilit fl-ewwel punt fil-lista tal-premessa 285 tad-deċiżjoni kkontestata;

din tiddeċiedi li l-bejgħ ta’ assi ta’ Nürburgring GmbH, Motorsport Resort Nürburgring GmbH u Congress- und Motorsport Hotel Nürburgring GmbH ma jwassalx għal kontinwità ekonomika bejn Nürburgring GmbH, Motorsport Resort Nürburgring GmbH u Congress- und Motorsport Hotel Nürburgring GmbH u Capricorn NÜRBURGRING Besitzgesellschaft GmbH, is-sid il-ġdid tal-assi, jew is-sussidjarji tagħha kif stabbilit fl-ewwel sentenza tat-tieni punt fil-lista tal-premessa 285 tad-deċiżjoni kkontestata;

b’hekk din tiddeċiedi li kull irkupru potenzjali ta’ għajnuna mill-Istat mhux kompatibbli ma tkunx tikkonċerna lil Capricorn NÜRBURGRING Besitzgesellschaft GmbH, ix-xerrej tal-assi mibjugħa wara l-proċess ta’ sejħa għal offerti, jew is-sussidjarji tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 3(2) tad-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata, kif stabbilit fit-tieni sentenza tat-tieni punt fil-lista tal-premessa 285 tad-deċiżjoni kkontestata;

tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-1 ta’ Ottubru 2014 (b’emenda tat-13 ta’ April 2015) peress li din tiddeċiedi li l-bejgħ tal-assi tal-kumpless Nürburgring ma jikkostitwix għajnuna mill-Istat, li l-bejgħ tal-assi ma jwassalx għal kontinwità finanzjarja/ekonomika bejn il-bejjiegħa u x-xerrejja tal-assi, u li l-irkupru potenzjali ta’ għajnuna mill-Istat inkompatibbli ma għandhiex tikkonċerna lix-xerrej tal-assi.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi segwenti:

1.

L-ewwel motiv, li jallega applikazzjoni żbaljata mill-Kummissjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE, peress li l-Kummissjoni ma fehmitx it-tifsira ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja bil-bejgħ lill-għola offerent u barra minn hekk naqset milli tinvestiga b’mod xieraq l-involviment tal-Istat fil-proċess tal-bejgħ;

2.

It-tieni motiv, li jallega applikazzjoni żbaljata mill-Kummissjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE meta kkonkludiet li l-kuntratt ta’ kera temporanja tal-assi ta’ Nürburgring ma twassalx għal għajnuna mill-Istat u li l-bejjiegħa ma influwenzawx illeġittimament il-bejgħ ulterjuri tal-assi lil investitur Russu;

3.

It-tielet motiv, li jallega applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ kontinwità finanzjarja/ekonomika mill-Kummissjoni;

4.

Ir-raba’ motiv, li jallega nuqqas milli tinbeda proċedura ta’ investigazzjoni formali mill-Kummissjoni;

5.

Il-ħames motiv, li jallega ksur mill-Kummissjoni tad-drittijiet tar-rikorrenti skont l-Artikolu 20(2) tar-Regolament Nru 659/1999;

6.

Is-sitt motiv, li jallega ksur tal-prinċipji ta’ investigazzjoni imparzjali u diliġenti mill-Kummissjoni;

7.

Is-seba’ motiv, li jallega applikazzjoni żbaljata mill-Kummissjoni tal-Artikolu 296(2) TFUE.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/51


Appell ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 minn CJ mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29 ta’ April 2015 fil-kawżi magħquda F-159/12 u F-161/12, CJ vs ECDC

(Kawża T-370/15 P)

(2015/C 311/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: CJ (Agios Stefanos, il-Greċja) (rappreżentant: V. Kolias, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tad-29 ta’ April 2015 fil-kawżi magħquda F-159/12 u F-161/12, CJ vs ECDC, sa fejn dan:

ċaħad parzjalment ir-rikors fil-Kawża F-159/12 u ordna lill-appellant ibati l-ispejjeż tiegħu;

ċaħad b’mod sħiħ ir-rikors fil-Kawża F-161/12 u ordna lill-appellant ibati l-ispejjeż tiegħu u dawk tal-ECDC;

ordna lill-appellant iħallas lit-Tribunal is-somma ta’ EUR 2  000 biex jirrimborsa parti mill-ispiża li setgħet tiġi evitata li t-Tribunal kellu jbati;

konsegwentement, f’każ li l-appell kellu jiġi ddikjarat fondat:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-24 ta’ Frar 2012;

tordna lill-ECDC jħallas kumpens, evalwat ex aequo et bono għal EUR 80  000, għad-danni morali mġarrba mill-appellant u allegati fl-ewwel kap tat-talbiet tal-Kawża F-161/12;

tordna lill-ECDC jħallas kumpens, evalwat ex aequo et bono għal EUR 56  800, għad-danni morali mġarrba mill-appellant u allegati fit-talbiet inċidentali għal kumpens li tressqu matul il-kawża fl-ewwel istanza;

tordna lill-ECDC jħallas l-ispejjeż kollha tal-proċeduri fl-ewwel istanza u fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka seba’ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju, li jallega li t-Tribunal kiser il-prinċipju ta’ audi alteram partem billi ċaħad ir-replika tal-appellant bħala inammissibbli għaliex il-korp u l-annessi tagħha ma kinux jaqblu direttament ma’ xi annessi tar-risposta tal-ECDC;

2.

It-tieni aggravju, li jallega li t-Tribunal naqas milli jiddeċiedi dwar talbiet inċidentali mqajma għall-ewwel darba matul il-proċeduri, intiżi għal kumpens għal danni morali kkawżati minn xi dikjarazzjonijiet magħmula fir-risposta tal-ECDC;

3.

It-tielet aggravju, li jallega li t-Tribunal kiser l-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal meta kkunsidra li huwa stess ma kienx awtorizzat li jeżamina l-veriċità tal-allegazzjonijiet ta’ amministrazzjoni finanzjarja ħażina fl-ECDC peress li dawn kienu preċedentement ġew eżaminati mill-OLAF;

4.

Ir-raba’ aggravju, li jallega li t-Tribunal wettaq żball fl-interpretazzjoni;

tal-Artikolu 47(b)(ii), moqri flimkien mal-Artikolu 86 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni (Kondizzjonijiet tal-Impjieg), meta qies li l-appellant seta’ jitkeċċa immedjatament abbażi ta’ insubordinazzjoni mingħajr proċedura dixxiplinari;

tal-Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea fir-rigward taż-żmien mogħti lill-appellant biex jesponi l-argumenti tiegħu qabel ma jitkeċċa;

tal-Artikolu 48(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, meta aċċetta bħala stabbiliti allegazzjonijiet li l-appellant kien ipparteċipa f’imġiba kriminali, għalkemm la kien akkużat u lanqas misjub ħati ta’ tali mġiba quddiem qorti kriminali;

id-dmir ta’ kura tal-persuna li timpjega meta qies li l-ECDC ma kienx marbut li jagħti ċerti drittijiet ta’ difiża lill-appellant matul investigazzjoni amministrattiva skont l-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal;

5.

Il-ħames aggravju, li jallega li t-Tribunal wettaq żball fl-interpretazzjoni tal-ewwel, tal-ħames u tat-tmien motivi u tat-talbiet;

6.

Is-sitt aggravju, li jallega li t-Tribunal wettaq klassifikazzjoni legali żbaljata ta’ ċerti fatti;

7.

Is-seba’ aggravju, li jallega li t-Tribunal wettaq distorsjoni ta’ xi provi.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/53


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – Preferisco Foods vs UASI – Piccardo & Savore’ (PREFERISCO)

(Kawża T-371/15)

(2015/C 311/57)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Preferisco Foods Ltd (Vancouver, il-Kanada) (rappreżentanti: G. Macias Bonilla, P. López Ronda, G. Marín Raigal, E. Armero, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Piccardo & Savore’ Srl (Chiusavecchia, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “PREFERISCO” – Trade mark Komunitarja Nru 10 974 616

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ April 2015 fil-Każ R 2598/2013-2

Talbiet

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ April 2015, fil-Każ R 2598/2013-2, b’mod partikolari relatata maċ-ċaħda tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 10974616 “PREFERISCO” għall-prodotti li għalihom saret applikazzjoni fil-klassijiet 29 u 30;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti fil-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni ta’ Oppożizzjoni u t-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/53


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2015 – Perfetti Van Melle Benelux vs UASI – PepsiCo (3D)

(Kawża T-390/15)

(2015/C 311/58)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Perfetti Van Melle Benelux BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: P. Testa, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: PepsiCo, Inc. (New York, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja sewda u bajda figurattiva li tinkludi l-element verbali “3D” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 384 041

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 465//2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; tilqa’ l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 009384041 għall-prodotti li ġejjin: ċikkulata; pastry; ħlewwiet; ħelu; ħelu li jintmogħod; drops; gumdrops; karamella; chewing gum; bubble gums; lollipops; ħelu tas-sugu; ġeli (ħlewwiet); tofi; menta; ħelu

tikkundanna lil PepsiCo, Inc. għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/54


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Lulju 2015 – Università del Salento vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-393/15)

(2015/C 311/59)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Università del Salento (Lecce, l-Italja) (rappreżentanti: F. Vetrò, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla l-atti kkontestati u, konsegwentement, tordna l-ħlas tas-somom li għadhom dovuti lid-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Innovazzjoni tal-Università del Salento f’dak li jikkonċerna l-kuntratt bl-isem “Support for training career of researchers, Grant Agreement no 6102350, Explaining the nature of technological innovation in Chinese enterprises”, bil-konsegwenzi kollha fil-liġi, inkluż f’dak li jikkonċerna l-ispejjeż ta’ din l-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra l-att tal-Kummissjoni Ewropea, Direttorat Ġenerali Baġit, Implementazzjoni baġitarja (baġit ġenerali u EDF) Irkupru ta’ krediti, tal-4 ta’ Mejju 2015, referenza. N. D/CA – B.2 – 005817, u kontra n-nota ta’ debitu annessa miegħu. L-att imsemmi jistabbilixxi t-tpaċija tal-kreditu li d-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Innovazzjoni tal-Università del Salento kellu fir-rigward tal-Kummissjoni, għall-finijiet tal-implementazzjoni ta’ kuntratt tat-tip imsejjaħ Marie Curie, bl-isem “Support for training career of researchers, Grant Agreement no 6102350, Explaining the nature of technological innovation in Chinese enterprises”, b’dejn li, skont il-Kummissjoni Ewropea, id-Dipartiment tax-Xjenzi Legali ta’ din l-istess Università del Salento kellu mal-istess Kummissjoni, fir-rigward tal-kuntratt bl-isem “Agreement JUST/2010/JPEN/AG/1540 – Judicial Training and Research on EU crimes against environment and maritime pollution”.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikoli 3 u 24 tal-Kostituzzjoni Taljana, fuq abbuż ta’ poter, fuq eċċess ta’ poter minħabba preżunzjonijiet żbaljati, fuq investigazzjoni ħażina, fuq żball ta’ fatt, kif ukoll fuq il-ksur u l-applikazzjoni ineżatta tal-Artikolu 81 tar-Regolament Finanzjarju tal-Unjoni Ewropea.

F’dan ir-rigward, issir l-osservazzjoni li t-tpaċija ġiet implementata bi ksur tar-regoli Ewropej ta’ ċertezza, likwidità u eżiġibbiltà. F’dan il-każ, id-debitur jikkontesta d-dejn allegat, hekk kif jirriżulta mill-korrispondenza ppreżentata fil-proċess. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni hija unilaterali u, bħala tali, tikser il-prinċipju ta’ ugwaljanza.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ effettività tas-sistema legali tal-Unjoni, il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba u fuq eċċess ta’ poter minħabba investigazzjoni ħażina.

F’dan ir-rigward, issir l-osservazzjoni li s-somom dovuti għall-proġett ta’ riċerka tad-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Innovazzjoni kellhom jitħallsu biss mat-tlestija tal-attività ta’ riċerka li dawn ġew assenjati għaliha, u ma setgħux ikunu s-suġġett ta’ tpaċija ma’ krediti relattivi għal attivitajiet differenti minn dik implementata mill-proġett ta’ riċerka inkwistjoni, mingħajr ma jinkiser il-prinċipju ta’ effettività. L-atti kkontestati jiksru wkoll il-prinċipju ta’ amministrazzjoni finanzjarja tajba peress li meta wettqet it-tpaċija, il-Kummissjoni ma użatx is-somom assenjati konformement mal-użu intiż tagħhom.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur u l-applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 296 TFUE.

F’dan ir-rigward, issir l-osservazzjoni li l-att ikkontestat ma jissodisfax l-obbligu ta’ motivazzjoni previst mid-dispożizzjoni ċċitata iktar ’il fuq, peress li ma jindika la s-sorsi, la l-motivi, u lanqas ir-rekwiżiti legali tad-deċiżjoni li s-somom mistennija mid-Dipartiment tal-Inġinerija tal-Innovazzjoni jiġu paċuti bis-somom mitluba mid-Dipartiment tax-Xjenzi Legali.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/55


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Lulju 2015 miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fid-29 ta’ April 2015 fil-Kawżi magħquda F-159/12 u F-161/12, CJ vs ECDC

(Kawża T-395/15)

(2015/C 311/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant:Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) (rappreżentanti: J. Mannheim u A. Daume, aġenti, D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: CJ (Agios Stefanos, il-Greċja)

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tad-29/04/2015 fil-Kawżi magħquda F-159/12 u F-161/12, fir-rigward tal-motiv ikkontestat fl-appell u

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka żewġ aggravji.

1.

L-ewwel aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fir-rigward tal-portata tad-dritt għal smigħ.

Mingħajr ma bbaża fuq kwalunkwe ġurisprudenza jew mingħajr ma pprovda raġunament speċifiku, it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku adotta interpretazzjoni estensiva tal-portata tad-dritt għal smigħ, applikabbli mhux biss għal allegazzjonijiet magħmula fir-rigward ta’ individwu, iżda wkoll għal konsegwenzi li jirriżultaw mill-aġir ta’ dak l-individwu. Minbarra dan, l-approċċ meħud mit-Tribunal tas-Servizz Pubbliku fir-rigward tal-portata tad-dritt għal smigh ma jaqbilx mal-konklużjonijiet tiegħu stess fis-sentenza appellata.

2.

It-tieni aggravju, ibbażat fuq żball ta’ liġi min-naħa tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-konklużjoni li wasal għaliha wara l-evalwazzjoni dwar jekk fl-assenza ta’ din l-irregolarità allegata, il-proċedura setgħetx wasslet għal riżultat differenti.

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, peress li li rrikonoxxa li r-relazzjoni ta fiduċja bejn l-appellat u l-appellanti kienet tkissret irrimedjabbilment, l-assenza tal-irregolarità allegata ma kinitx twassal għal riżultat differenti.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/56


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Lulju 2015 – Morgan & Morgan vs UASI – Grupo Morgan & Morgan (Morgan & Morgan)

(Kawża T-399/15)

(2015/C 311/61)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Morgan & Morgan International Insurance Brokers S.r.l. (Conegliano, l-Italja) (rappreżentanti: F. Gatti u F. Caricato, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Grupo Morgan & Morgan (Ciudad de Panamá, Panama)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: Trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Morgan & Morgan” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 596 087

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 1657/2014-1

Talbiet

tirrikonoxxi u tiddikjara li r-rikors ippreżentat mill-appellant huwa ammissibbli u fondat;

tbiddel d-deċiżjoni kkontestata;

tagħti preċedenza lil reġistrazzjoni definittiva tat-trade mark Komunitarja Nru 11 596 087 fl-isem ta’ Morgan & Morgan International Insurance Brokers s.r.l. fi klassi 36;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tat-tliet proċeduri.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/57


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2015 – Ir-Repubblika tal-Polonja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-402/15)

(2015/C 311/62)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-11 ta’ Mejju 2015, [innotifikata taħt in-numru C (2015) 3228] dwar ir-rifjut ta’ kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-proġett kbir “Ċentru Ewropew ta’ Servizzi Kondiviżi – Sistemi ta’ loġistika intelliġenti”, li jagħmel parti mill-programm operattiv “Ekonomija Innovattiva” għal għajnuna mill-FEŻR fil-kuntest tal-għan ta’ Konverġenza fil-Polonja,

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 41(1), 56(3) u 60(a) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 u tal-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali minħabba li l-proġett ġie evalwat b’mod li ma josservax il-limiti tal-kriterji ta’ selezzjoni stabbiliti mill-Kumitat ta’ monitoraġġ, minkejja li dawn il-kriterji ma kinux ġew ikkontestati mill-Kummissjoni fiż-żmien tal-istabbiliment tagħhom, kif ukoll fuq ksur tal-Artikolu 41(2) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 minħabba li nqabeż b’mod manifest it-terminu għall-evalwazzjoni tal-proġett.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kofinanzjament mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), sa fejn ġie kkunsidrat li huma biss l-investimenti li għandhom l-ikbar potenzjal ta’ tixrid tal-innovazzjoni li jistgħu jiġu kkofinanzjati, kif ukoll fuq evalwazzjoni żbaljata tal-proġett, sa fejn ġie kkunsidrat li huwa ma jiggarantixxix l-osservanza tal-programm operattiv “Ekonomija Innovattiva” minħabba assenza ta’ innovazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq interpretazzjoni żbaljata tal-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ kofinanzjament mill-FEŻR, sa fejn ġie kkunsidrat li huma biss l-investimenti li joħolqu postijiet tax-xogħol li jeżiġu kwalifiki li jistgħu jiġu kkofinanzjati, kif ukoll fuq evalwazzjoni żbaljata tal-proġett, sa fejn ġie kkunsidrat li ma joħloq l-ebda post tax-xogħol li jeżiġi kwalifi.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq evalwazzjoni żbaljata tal-proġett sa fejn ġie kkunsidrat li huwa ma jiggarantixxix it-twettiq tal-għanijiet tal-programm operattiv “Ekonomija Innovattiva” minħabba l-assenza ta’ valur miżjud u minħabba l-assenza ta’ effett ta’ inċentiv.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/58


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2015 – JYSK vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-403/15)

(2015/C 311/63)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: JYSK sp. z o.o. (Radomsko, il-Polonja) (rappreżentant: H. Sønderby Christensen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 3228 finali, tal-11 ta’ Mejju 2015, dwar kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-proġett kbir “Ċentru Ewropew ta’ Servizzi Kondiviżi – Sistemi ta’ loġistika intelliġenti”, li jagħmel parti mill-programm operattiv “Ekonomija Innovattiva” għal għajnuna mill-FEŻR fil-kuntest tal-għan ta’ Konverġenza fil-Polonja.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li JYSK kienet tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti mill-Gvern Pollakk u l-għanijiet kemm tal-programm operattiv “Ekonomija Innovattiva” 2007-2013 (PO EI) kif ukoll tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-proġett huwa konformi mal-PO EI u mad-dritt tal-Unjoni Ewropea.

Ir-rikorrenti ssostni li, fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni ma tikkontestax il-fatt li l-kriterji stabbiliti fis-Submiżura 4.5.2. (Anness 2) huma konformi mal-PO EI u mad-dritt tal-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tallega li l-Kummissjoni ma tikkontestax il-fatt li l-proġett huwa konformi mal-kriterji stabbiliti u/jew li JYSK kienet intitolata għal marka ta’ 60,5 punti.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq l-essenza ta’ din il-kawża.

Ir-rikorrenti ssostni li din il-kawża – fil-fatt – ma għandhiex x’taqsam ma’ JYSK – għaliex il-partijiet kollha – inkluża l-Kummissjoni – jaqblu fuq il-fatt li JYSK fil-fatt issodisfat il-kriterji stabbiliti. Skont ir-rikorrenti, din il-kawża għalhekk hija biss tilwima dwar il-legalità bejn, minn naħa, l-amministrazzjoni Pollakka, u min-naħa l-oħra, il-Kummissjoni. Dan ma għandux jirrendi lil JYSK vittma.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li r-rappreżentant tal-Kummissjoni kkonferma li l-amministrazzjoni Pollakka hija konformi mad-dritt tal-Unjoni Ewropea u mal-PO EI.

Skont ir-rikorrenti, huwa ċar li l-Kummissjoni qablet mar-rekwiżiti stabbiliti kollha u li hija aċċettat il-PO EI u l-implementazzjoni konkreta.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni tikser it-tqassim ta’ kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-amministrazzjoni Pollakka kif ukoll il-prinċipju ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità.

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma għandhiex is-setgħa tiċħad appoġġ nazzjonali għal raġunijiet li dwarhom għandha tittieħed deċiżjoni mill-amministrazzjoni Pollakka – minħabba l-esperjenza fil-qrib ta’ din tal-aħħar f’dan il-qasam. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni lanqas ma għandha s-setgħa tiċħad tali appoġġ għal raġunijiet li kienet taf bihom fiż-żmien tal-applikazzjoni ta’ JYSK. It-“tabella ta’ valutazzjoni” (Submiżura 4.5.2.) allegatament tesprimi eżattament l-għanijiet u l-iskopijiet tal-PO EI u t-tnejn li huma kienu magħrufa mir-rappreżentant tal-Kummissjoni fil-Kumitat ta’ monitoraġġ fiż-żmien tal-applikazzjoni ta’ JYSK. Il-ftehim/interpretazzjoni korrett tal-PO EI, skont ir-rikorrenti, għandu jieħu inkunsiderazzjoni t-tagħrif speċifiku tal-amminstrazzjoni Pollakka rigward il-postijiet tax-xogħol u l-kompetenzi tal-ħaddiema f’Radomsko, u l-Kummissjoni ma għandhiex tirrevoka fid-dettalji kollha l-evalwazzjoni tal-amministrazzjoni Pollakka meta timplementa l-programm, u lanqas ma huwa korrett li jitqiesu kwalunkwe intenzjoni jew “mira” tal-PO EI bħala deċiżivi, kif tagħmel il-Kummissjoni. Skont ir-rikorrenti, ftehim korrett tal-PO EI u tad-dritt tal-Unjoni Ewropea għandu jkun ibbażat fuq il-fatt li xi wħud mid-dispożizzjonijiet huma ta’ importanza ikbar minn oħrajn – kif muri fit-tabella ta’ valutazzjoni (Submiżura 4.5.2.).

6.

Is-sitt motiv, li jikkontesta l-argumenti tal-Kummissjoni.

Ir-rikorrenti ssostni li ebda wieħed mit-tliet argumenti prinċipali ma kienu fis-seħħ u/jew deċiżivi fis-sens li l-Kummissjoni tallega u fis-sens li l-Kummissjoni tirreferi għalih fiż-żmien tal-applikazzjoni ta’ JYSK (Lulju 2008). Skont ir-rikorrenti, ma jistgħux għaldaqstant ikunu rilevanti f’dan il-każ u, sa fejn din il-qorti tikkonstata li huma rilevanti, ma kinux deċiżivi.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/59


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Lulju 2015 – Monster Energy vs UASI – Hot-Can Intellectual Property (HotoGo self-heating can technology)

(Kawża T-407/15)

(2015/C 311/64)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Monster Energy Company (Corona, l-Istati Uniti) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hot-Can Intellectual Property Sdn Bhd (Cheras, il-Malasja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “HotoGo self-heating can technology” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 418 101

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-4 ta’ Mejju 2015 fil-Każ R 1028/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni tal-21 ta’ Frar 2014 fl-oppożizzjoni Nru B2178567;

tiċħad it-trade mark li saret l-oppożizzjoni kontriha fl-intier tagħha;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu u dawk tar-rikorrenti.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikoli 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2015 – Matrix Energetics International vs UASI (MATRIX ENERGETICS)

(Kawża T-573/12) (1)

(2015/C 311/65)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 63, 2.3.2013


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/60


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2015 – InterMune UK et vs EMA

(Kawża T-73/13) (1)

(2015/C 311/66)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 114, 20.4.2013.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ġunju 2015 – PRS Mediterranean vs UASI – Reynolds Presto Products (NEOWEB)

(Kawża T-166/14) (1)

(2015/C 311/67)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 142, 12.05.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2015 – PSL vs UASI – Consortium Menager Parisien (Rappreżentazzjoni ta’ arloġġ tal-idejn)

(Kawża T-212/14) (1)

(2015/C 311/68)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 245, 28.7.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ġunju 2015 – Aalto-korkeakoulusäätiö vs UASI (APPCAMPUS)

(Kawża T-255/14) (1)

(2015/C 311/69)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 235, 21.07.2014.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2015 – Pan Europe u Unaapi vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-729/14) (1)

(2015/C 311/70)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 7, 12.1.2015.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/62


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Ġunju 2015 – Closet Clothing vs UASI – Closed Holding (CLOSET)

(Kawża T-815/14) (1)

(2015/C 311/71)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 65, 23.2.2015.


21.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 311/62


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2015 – Navitar vs UASI – Elukuva (NaviTar)

(Kawża T-93/15) (1)

(2015/C 311/72)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 127, 20.04.2015.