ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 295

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
8 ta' Settembru 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 295/01

Bidu ta' proċeduri (Każ M.7566 — Mondi/Walki Assets) ( 1 )

1

2015/C 295/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7713 — REWE ZF/Kuoni Reisen and Related Group Companies) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2015/C 295/03

Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Settembru 2015 li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016

2

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 295/04

Rata tal-kambju tal-euro

3


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 295/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7756 — Providence Equity/Chime) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

4


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/1


Bidu ta' proċeduri

(Każ M.7566 — Mondi/Walki Assets)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 295/01)

Fil-2 ta' Settembru 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta' investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew b'imejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza Nru M.7566 — Mondi/Walki Assets, fl-indirizz li ġej:

Kummissjoni Ewropea

Direttorat-Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


8.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7713 — REWE ZF/Kuoni Reisen and Related Group Companies)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 295/02)

Fil-31 ta’ Awwissu 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7713. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

8.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/2


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-4 ta’ Settembru 2015

li tadotta l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016

(2015/C 295/03)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 314(3) tiegħu, flimkien mat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b’mod partikolari l-Artikolu 106a tiegħu,

Billi:

1.

Fil-25 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni ppreżentat proposta li fiha l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 (1),

2.

Fis-26 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni ppreżentat ittra emendatorja Nru 1 għall-abbozz tal-baġit ġenerali għas-sena finanzjarja 2016 (2),

3.

Il-Kunsill eżamina l-proposta tal-Kummissjoni bil-ħsieb li jiddefinixxi pożizzjoni konsistenti, fuq in-naħa tad-dħul, mad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/436/KE, Euratom tas-7 ta’ Ġunju 2007 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (3), u fuq in-naħa tal-infiq, mar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (4),

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Uniku

Il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 ġiet adottata mill-Kunsill fl-4 ta’ Settembru 2015.

It-test sħiħ huwa aċċessibbli għal konsultazzjoni jew għat-tniżżil mill-website tal-Kunsill: http://www.consilium.europa.eu/

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Settembru 2015.

Għall-Kunsill

Il-President

J. ASSELBORN


(1)  COM(2015) 300 final.

(2)  COM(2015) 317 final.

(3)  ĠU L 163, 23.6.2007, p. 17.

(4)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.


Il-Kummissjoni Ewropea

8.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/3


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-7 ta’ Settembru 2015

(2015/C 295/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1146

JPY

Yen Ġappuniż

133,09

DKK

Krona Daniża

7,4614

GBP

Lira Sterlina

0,73035

SEK

Krona Żvediża

9,4197

CHF

Frank Żvizzeru

1,0871

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

9,2645

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,026

HUF

Forint Ungeriż

314,03

PLN

Zloty Pollakk

4,2298

RON

Leu Rumen

4,4343

TRY

Lira Turka

3,3717

AUD

Dollaru Awstraljan

1,6062

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4802

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6382

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,7801

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5901

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 339,65

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,5102

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0954

HRK

Kuna Kroata

7,5565

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 948,73

MYR

Ringgit Malażjan

4,8327

PHP

Peso Filippin

52,366

RUB

Rouble Russu

76,1067

THB

Baht Tajlandiż

40,253

BRL

Real Brażiljan

4,2798

MXN

Peso Messikan

18,8887

INR

Rupi Indjan

74,5187


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.9.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 295/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7756 — Providence Equity/Chime)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 295/05)

1.

Fit-28 ta’ Awwissu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Providence Equity Partners L.L.C. (“Providence Equity”, l-Istati Uniti tal-Amerka) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku ta’ Chime Communications plc (“Chime”, ir-Renju Unit), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Providence Equity: fond ta’ ekwità privata,

—   għal Chime: grupp tal-komunikazzjonijiet internazzjonali u l-kummerċjalizzazzjoni sportivi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7756 — Providence Equity/Chime, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.