ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 279

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
24 ta' Awwissu 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 279/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 279/02

Kawżi Magħquda C-549/12 P u C-54/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2015 – ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (Appell — Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Metodu ta’ kalkolu permezz ta’ estrapolazzjoni — Proċedura ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu mogħti — Konsegwenzi)

2

2015/C 279/03

Kawża C-263/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2015 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Fondi Ewropej għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Metodu ta’ kalkolu permezz ta’ estrapolazzjoni — Proċedura ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu mogħti — Konsegwenzi)

3

2015/C 279/04

Kawżi magħquda C-293/13 P u C-294/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-24 ta’ Ġunju 2015 – Fresh Del Monte Produce, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea, Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG (C-293/13 P), Il-Kummissjoni Ewropea vs Fresh Del Monte Produce, Inc., Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG (C-294/13 P) (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-banana — Koordinazzjoni fl-iffissar tal-prezzijiet ta’ referenza — Kunċett ta’ unità ekonomika bejn żewġ kumpanniji — Kunċett ta’ influwenza determinanti — Imputabbiltà tal-aġir ta’ kumpannija lil kumpannija oħra — Żnaturament tal-provi — Oneru tal-prova — Prinċipju in dubio pro reo — Kunċett ta’ ksur uniku u kontinwu — Kunċett ta’ ‘prattika miftiehma’ — Kunċett ta’ ksur bl-għan — Impriżi membri ta’ akkordju — Komunikazzjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni — Obbligu legali — Portata — Dritt għall-protezzjoni kontra l-awtoinkriminazzjoni — Intervenjent fl-ewwel istanza — Appell inċidentali — Ammissibbiltà)

4

2015/C 279/05

Kawża C-373/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – H.T. vs Land Baden-Württemberg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Fruntieri, ażil u immigrazzjoni — Direttiva 2004/83/KE — Artikolu 24(1) — Regoli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Revoka tal-permess ta’ residenza — Kundizzjonijiet — Kunċett ta’ raġunijiet obbligatorji ta’ sigurtà nazzjonali jew ordni pubblika — Parteċipazzjoni ta’ persuna li għandha l-istatus ta’ refuġjat f’attivitajiet ta’ organizzazzjoni li tinsab fil-lista tal-organizzazzjonijiet terroristiċi stabbilita mill-Unjoni Ewropea)

5

2015/C 279/06

Kawża C-508/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 – Ir-Repubblika tal-Estonja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Direttiva 2013/34/UE — Obbligi fil-qasam ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji li għandhom ċerti tipi ta’ impriżi — Prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni)

6

2015/C 279/07

Kawża C-583/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 – Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße (DUSS) mbH, DB Schenker Rail GmbH, DB Schenker Rail Deutschland AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja, L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Settur tat-traffiku ferrovjarju u tas-servizzi anċillari — Abbuż minn pożizzjoni dominanti — Regolament (KE) Nru 1/2003 — Artikoli 20 u 28(1) — Proċedura amministrattiva — Deċiżjoni li tordna spezzjoni — Setgħat ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni — Dritt fundamentali għall-invjolabbiltà tad-domiċilju — Assenza ta’ awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel — Stħarriġ ġudizzjarju effettiv — Konstatazzjoni fortuwita)

6

2015/C 279/08

Kawża C-586/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Pesti Központi Kerületi Bíróság – L-Ungerija – Martin Meat kft vs Géza Simonfay, Ulrich Salburg (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Direttiva 96/71/KE — Artikolu 1(3)(a) u (c) — Kollokament ta’ ħaddiema — Provvista ta’ ħaddiema — Att ta’ adeżjoni tal-2003 — Kapitolu 1, paragrafi 2 u 13 tal-Anness X — Miżuri tranżitorji — Aċċess ta’ ċittadini Ungeriżi għas-suq tax-xogħol ta’ Stati li kienu diġà membri tal-Unjoni Ewropea fiż-żmien tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Ungerija — Rekwiżit ta’ permess tax-xogħol għall-provvista ta’ ħaddiema — Setturi mhux sensittivi)

7

2015/C 279/09

Kawża C-593/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Presidenza del Consiglio dei Ministri et vs Rina Services SpA, Rina SpA, SOA Rina Organismo di Attestazione SpA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikoli 49 TFUE, 51 TFUE u 56 TFUE — Libertà ta’ stabbiliment — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika — Direttiva 2006/123/KE — Artikolu 14 — Kumpanniji responsabbli għall-verifika u għaċ-ċertifikazzjoni tal-osservanza min-naħa ta’ impriżi li jwettqu xogħlijiet pubbliċi tal-kundizzjonijiet meħtieġa mil-liġi — Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li l-uffiċċju rreġistrat ta’ dawk il-kumpanniji jkun jinsab fl-Italja)

8

2015/C 279/10

Kawża C-664/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa – il-Latvja) – VAS Ceļu satiksmes drošības direkcija, Latvijas Republikas Satiksmes ministrija vs Kaspars Nīmanis (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trasport — Liċenzja tas-sewqan — Tiġdid mill-Istat Membru ta’ ħruġ — Kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru — Dikjarazzjoni ta’ residenza)

9

2015/C 279/11

Kawża C-671/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – fil-proċeduri mressqa minn Indėlių ir investicijų draudimas VI, Virgilijus Vidutis Nemaniūnas Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttivi 94/19/KE u 97/9/KE — Skemi ta’ garanzija għal depożiti u ta’ kumpens għall-investituri — Strumenti ta’ tfaddil u ta’ investiment — Strument finanzjarju fis-sens tad-Direttiva 2004/39/KE — Esklużjoni tal-garanzija — Effett dirett — Kundizzjonijiet sabiex tibbenefika mid-Direttiva 97/9/KE

10

2015/C 279/12

Kawża C-9/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Financiën vs D. G. Kieback (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-ħaddiema — Leġiżlazzjoni fiskali — Taxxi fuq id-dħul — Dħul irċevut fit-territorju ta’ Stat Membru — Ħaddiem mhux residenti — Tassazzjoni fl-Istat tal-impjieg — Kundizzjonijiet)

11

2015/C 279/13

Kawża C-18/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – CO Sociedad de Gestión y Participación SA et vs De Nederlandsche Bank NV u De Nederlandsche Bank NV vs CO Sociedad de Gestión y Participación SA et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni għall-ħajja — Direttiva 92/49/KEE — Artikoli 15, 15a u 15b — Evalwazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet ta’ holding kwalifikanti — Possibbiltà li l-approvazzjoni ta’ proposta ta’ akkwist tkun suġġetta għal restrizzjoni jew għal rekwiżit)

11

2015/C 279/14

Kawża C-62/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverfassungsgericht – il-Ġermanja) – Peter Gauweiler et vs Deutscher Bundestag (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika ekonomika u monetarja — Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar numru ta’ karatteristiċi tekniċi relatati ma’ tranżazzjonijiet monetarji tal-Eurosistema dwar xiri ta’ titoli fis-swieq sekondarji tad-dejn sovran — Artikoli 119 TFUE u 127 TFUE — Funzjonijiet tal-BĊE u tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali — Mekkaniżmu ta’ trażmissjoni tal-politika monetarja — Żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet — Proporzjonalità — Artikolu 123 TFUE — Projbizzjoni ta’ finanzjament monetarju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro)

12

2015/C 279/15

Kawża C-147/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – Il-Belġju – Loutfi Management Propriété Intellectuelle SARL vs AMJ Meatproducts NV, Halalsupply NV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 9(1)(b) — Effetti — Drittijiet mogħtija minn trade mark Komunitarja — Sinjali identiċi jew li jixxiebhu — Projbizzjoni ta’ użu — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Evalwazzjoni — Teħid inkunsiderazzjoni tal-użu ta’ lingwa li ma hijiex lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea)

13

2015/C 279/16

Kawża C-187/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Skatteministeriet vs DSV Road A/S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kodiċi Doganali tal-Komunità — Regolament (KEE) Nru 2913/92 — Artikoli 203 u 204 — Regolament (KEE) Nru 2454/93 — Artikolu 859 — Proċedura ta’ tranżitu estern — Tnissil tad-dejn doganali — Tneħħija jew le mis-sorveljanza doganali — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu — Preżentazzjoni tardiva tal-merkanzija fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni — Merkanzija li ġiet irrifjutata mid-destinatarju u rritornata mingħajr ma ġiet ippreżentata fl-uffiċċju doganali — Merkanzija mqiegħda għal darba oħra taħt proċedura ta’ tranżitu estern permezz ta’ dikjarazzjoni ġdida — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 168(e) — Tnaqqis tal-VAT fuq l-importazzjoni mit-trasportatur)

14

2015/C 279/17

Kawża C-207/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče – is-Slovenja) – Hotel Sava Rogaška, Gostinstvo, turizem in storitve, d.o.o. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Ilmijiet minerali naturali — Direttiva 2009/54/KE — Artikolu 8(2) — Anness I — Projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni taħt diversi ismijiet kummerċjali ta’ ilma minerali naturali mill-istess nixxiegħa waħdanija — Kunċett)

15

2015/C 279/18

Kawża C-242/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Mannheim – il-Ġermanja) – Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH vs Gerhard und Jürgen Vogel GbR, Jürgen Vogel, Gerhard Vogel (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti — Regolament (KE) Nru 2100/94 — Deroga prevista fl-Artikolu 14 — Użu mill-bdiewa tal-prodott tal-ħsad għal finijiet ta’ propagazzjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur — Obbligu ta’ ħlas mill-bdiewa ta’ remunerazzjoni raġonevoli għal dan l-użu — Terminu li fih din ir-remunerazzjoni għandha titħallas sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika mid-deroga — Possibbiltà tad-detentur li jirrikorri għall-Artikolu 94 — Ksur)

15

2015/C 279/19

Kawża C-303/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Regolament (KE) Nru 842/2006 — Taħriġ u ċertifikazzjoni — Obbligu ta’ notifika — Sanzjonijiet — Regolamenti (KE) Nru 303/2008, (KE) Nru 304/2008, (KE) Nru 305/2008, (KE) Nru 306/2008, (KE) Nru 307/2008 u (KE) Nru 308/2008)

16

2015/C 279/20

Kawża C-535/14 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 – Vadzim Ipatau vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Appell — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi diretti kontra r-Repubblika tal-Bjelorussja — Ammissibbiltà — Terminu tar-rikors — Għajnuna legali — Effett sospensiv — Protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Drittijiet tad-difiża — Prinċipju ta’ proporzjonalità)

17

2015/C 279/21

Kawża C-219/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Mejju 2015 – Elisabeth Schmitt vs TÜV Rheinland LGA Products GmbH

17

2015/C 279/22

Kawża C-243/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (ir-Repubblika Slovakka) fis-27 ta’ Mejju 2015 – Lesoochranárské zoskupenie VLK vs Obvodný úrad Trenčín

18

2015/C 279/23

Kawża C-257/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Michael Ihden, Gisela Brinkmann vs TUIfly GmbH

19

2015/C 279/24

Kawża C-268/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fit-8 ta’ Ġunju 2015 – Fernand Ullens de Schooten vs Ministre des Affaires Sociales et de la Santé publique, Ministre de la Justice

19

2015/C 279/25

Kawża C-272/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-8 ta’ Ġunju 2015 – Swiss International Air Lines AG vs The Secretary of State for Energy and Climate Change, Environment Agency

20

2015/C 279/26

Kawża C-275/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-8 ta’ Ġunju 2015 – ITV Broadcasting Limited, ITV2 Limited, ITV Digital Channels Limited, Channel Four Television Corp., 4 Ventures Limited, Channel 5 Broadcasting Limited, ITV Studios Limited vs TVCatchup Limited, Media Resources Limited, TVCatchup (UK) Limited

21

2015/C 279/27

Kawża C-284/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Bruxelles (il-Belġju) fl-10 ta’ Ġunju 2015 – Office national de l’emploi (ONEm), M vs M, Office national de l’emploi (ONEm), Caisse Auxiliaire de Paiement des Allocations de Chômage (CAPAC)

22

2015/C 279/28

Kawża C-290/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-15 ta’ Ġunju 2015 – Patrice D’Oultremont, Henri Tumelaire, François Boitte, Éoliennes à tout prix? ASBL vs Région wallonne

23

2015/C 279/29

Kawża C-307/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Alicante (Spanja) fil-25 ta’ Ġunju 2015 – Ana María Palacios Martínez vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

24

2015/C 279/30

Kawża C-308/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Alicante (Spanja) fil-25 ta’ Ġunju 2015 – Banco Popular Español, S.A. vs Emilio Irles López u Teresa Torres Andreu

24

2015/C 279/31

Kawża C-319/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour administrative d’appel de Paris (Franza) fid-29 ta’ Ġunju 2015 – Overseas Financial Limited, Oaktree Finance Limited vs Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique

25

2015/C 279/32

Kawża C-347/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

26

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 279/33

Kawża T-516/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Gwida — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Programm ta’ inizjattiva Komunitarja Leader+ — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni — Ksur tal- Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali)

28

2015/C 279/34

Kawża T-44/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Għajnuna għall-produzzjoni ta’ trab tal-ħalib xkumat — Irregolaritajiet jew negliġenza attribwibbli lill-awtoritajiet amministrattivi jew organi tal-Istati Membri — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni — Prinċipju ta’ ne bis in idem — Terminu raġonevoli)

28

2015/C 279/35

Kawża T-89/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2015 – Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI – Vincci Hoteles (NANU) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja NANU — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NAMMU — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

29

2015/C 279/36

Kawża T-536/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs Il-Kummissjoni (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ żvilupp u ta’ manutenzjoni ta’ softwer, ta’ konsulenza u ta’ assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet informatiċi — Klassifika tal-offerta ta’ offerent fil-kaskata għal diversi lottijiet u klassifika tal-offerti ta’ offerenti oħra — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kriterju ta’ għoti — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali)

30

2015/C 279/37

Kawża T-436/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Lulju 2015 – Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI Ceramicas del Foix (Rock & Rock) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva Rock & Rock — Trade marks nazzjonali preċedenti MASTERROCK, FIXROCK, FLEXIROCK, COVERROCK u CEILROCK — Raġuni assoluta għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

30

2015/C 279/38

Kawża T-548/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Lulju 2015 – Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI – Redrock Construction (REDROCK) Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja figurattiva REDROCK — Trade marks nazzjonali preċedenti ROCK, KEPROCK, FLEXIROCK, FORMROCK, FLOOR-ROCK, TERMAROCK, KLIMAROCK, SPEEDROCK, DUROCK, SPLITROCK, PLANAROCK, TOPROCK, KLEMMROCK, FIXROCK, SONOROCK PLUS, VARIROCK, SONOROCK u MASTERROCK — Raġuni assoluta għal rifjut — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009

31

2015/C 279/39

Kawżi magħquda T-98/13 u T-99/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2015 – CMT vs UASI – Camomilla (Camomilla) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade marks Komunitarji figurattivi Camomilla — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CAMOMILLA — Raġuni assoluta għal rifjut — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ mala fide tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ xebh ta’ prodotti — Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni — Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009 — Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009]

32

2015/C 279/40

Kawża T-100/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 9 ta’ Lulju 2015 – CMT vs UASI – Camomilla (CAMOMILLA) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali CAMOMILLA — Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Camomilla — Raġuni assoluta għal rifjut — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Assenza ta’ mala fide tal — proprjetarju tat — trade mark Komunitarja — Provi addizzjonali prodotti quddiem il-Bord tal-Appell]

33

2015/C 279/41

Kawża T-521/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2015 – Alpinestars Research vs UASI – Tung Cho u Wang Yu (A ASTER) [Trade mark Komunitarja — Proċedura ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva A ASTER — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti A-STARS — Raġuni relattiva għal rifjut — Riskju ta’ konfużjoni — Xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

33

2015/C 279/42

Kawża T-677/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2015 – Axa Versicherung vs Il-Kummissjoni (Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti relatati ma’ proċedura għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni — Talba li tirrigwarda sensiela ta’ dokumenti — Rifjut ta’ aċċess — Talba li tirrigwarda dokument wieħed — Werrej — Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-iskop ta’ ispezzjonijiet, investigazzjoni u verifiki — Interess pubbliku superjuri — Kawża għal kumpens — Obbligu ta’ motivazzjoni)

34

2015/C 279/43

Kawża T-312/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2015 – Federcoopesca et vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament — Sajd — Sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni intiż sabiex jiġu indirizzati l-lakuni tas-sistema Taljana ta’ kontroll tas-sajd — Att li ma jbiddilx fih innifsu s-sitwazzjoni legali tar-rikorrent — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

35

2015/C 279/44

Kawża T-221/15: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2015 – Arbuzov vs Il-Kunsill

36

2015/C 279/45

Kawża T-269/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2015 – Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni

36

2015/C 279/46

Kawża T-270/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 – ANKO AE vs L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

37

2015/C 279/47

Kawża T-274/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 – Alcogroup u Alcodis vs Il-Kummissjoni

38

2015/C 279/48

Kawża T-287/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Tayto Group vs UASI – MIP Metro (real)

39

2015/C 279/49

Kawża T-306/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2015 – KV vs EACEA

39

2015/C 279/50

Kawża T-314/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2015 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

40

2015/C 279/51

Kawża T-325/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2015 – Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató vs UASI – Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató (Choco Love)

41

2015/C 279/52

Kawża T-327/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2015– Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

42

2015/C 279/53

Kawża T-328/15 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2015 minn Geoffroy Alsteens mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ April 2015 mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-87/12 RENV, Alsteens vs Il-Kummissjoni

43

2015/C 279/54

Kawża T-329/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2015 – Certuss Dampfautomaten vs UASI – Universal for Engineering Industries (Universal 1800 TC)

44

2015/C 279/55

Kawża T-330/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2015 – Keil vs UASI – Naturafit Diätetische Lebensmittelproduktions (BasenCitrate)

44

2015/C 279/56

Kawża T-335/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2015 – Universal Protein Supplements vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ body builder)

45

2015/C 279/57

Kawża T-339/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2015 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs UASI (Forma ta’ pompa tal-petrol)

46

2015/C 279/58

Kawża T-340/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2015 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs UASI (Forma ta’ stazzjon tal-petrol)

46

2015/C 279/59

Kawża T-341/15: Rikors ippreżentat fit-27 ta’ Ġunju 2015 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs UASI (Forma ta’ pompa tal-petrol)

47

2015/C 279/60

Kawża T-342/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2015 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs UASI (Forma ta’ pompa tal-petrol)

48

2015/C 279/61

Kawża T-343/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2015 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs UASI (Forma ta’ pompa tal-petrol)

48

2015/C 279/62

Kawża T-357/15 P: Appell ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2015 minn Maria Luisa Garcia Minguez mid-digriet mogħti fit-28 ta’ April 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-72/14, Garcia Minguez vs Il-Kummissjoni

49

2015/C 279/63

Kawża T-360/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2015 – Dr Vita vs UASI (69)

50

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 279/64

Kawża F-112/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – EJ vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal — Regolament Nru 1023/2013 — Tipi ta’ pożizzjonijiet — Regoli tranżitorji dwar il-klassifikazzjoni fit-tipi ta’ pożizzjonijiet — Artikolu 30(2) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Amministraturi ġuristi fil-grad AD 13 tas-Servizz Ġuridiku tal-Kummissjoni — Sitwazzjoni tal-Konsulenti Ġuridiċi u tal-membri tas-Servizz Ġuridiku — Modalitajiet ta’ aċċess għall-grad AD 13 taħt ir-Regolamenti tal-Persunal tal-2004 — Promozzjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal — Ħatra skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Klassifikazzjoni fit-tipi ta’ pożizzjonijiet konsulent jew ekwivalenti u amministratur fi tranżizzjoni — Att li jikkawża preġudizzju — Kunċett ta’ responsabbiltajiet sinifikanti — Kunċett ta’ responsabbiltajiet speċjali — Ugwaljanza fit-trattament — Eliġibbiltà għall-promozzjoni għall-grad AD 14 — Aspettattivi leġittimi — Prinċipju ta’ ċertezza legali)

51

2015/C 279/65

Kawża F-116/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Murariu vs EIOPA (Servizz pubbliku — Persunal tal-EIOPA — Membru tal-persunal temporanju — Avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Rekwiżit ta’ esperjenza professjonali minima ta’ tmien snin — Kandidat intern li diġà ġie kkonfermat fil-funzjonijiet tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju fi tmiem stage — Assenjazzjoni provviżorja għall-impjieg il-ġdid li tfisser klassifikazzjoni fi grad ogħla — Żball materjali li jinsab fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti — Irtirar tal-offerta ta’ impjieg — Applikabbiltà tad-DĠI — Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal — Aspettattivi leġittimi)

52

2015/C 279/66

Kawża F-109/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2015 – Roda vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Pensjoni tas-superstiti — Artikolu 27 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Dritt tal-konjugu ddivorzjat tal-uffiċjali li miet — Pensjoni tal-manteniment li tinkombi lill-uffiċjali li miet — Limitu tal-pensjoni tas-superstiti — Rikors manifestament infondat)

53

2015/C 279/67

Kawża F-20/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – FG vs Il-Kummissjoni Ewropea (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal — Regolament Nru 1023/2013 — Tipi ta’ pożizzjonijiet — Regoli tranżitorji dwar il-klassifikazzjoni f’tipi ta’ pożizzjonijiet — Artikolu 30(2) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Eliġibbiltà għal promozzjoni għall-grad superjuri — Proċedura ta’ promozzjoni 2014 — Amministratur li ma jeżerċitax responsabbiltajiet speċjali — Possibbiltà ta’ promozzjoni limitata għall-grad AD 12 — Nuqqas ta’ inklużjoni ta’ isem dan l-amministratur fil-lista ta’ uffiċjali tal-grad AD 12 li jistgħu jiġu promossi — Possibbiltà li jintalab il-benefiċċju tal-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal — Data finali tal-31 ta’ Diċembru 2015 — Ammissibbiltà tar-rikors — Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju — Modifika tal-fajl individwali informatiku tal-uffiċjal — Informazzjoni amministrattiva — Tixrid fuq l-intranet tal-istituzzjoni — Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti għall-proċedura prekontenzjuża — Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura)

53

2015/C 279/68

Kawża F-35/15: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 – De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Talba għal assistenza — Proċeduri kriminali quddiem qorti nazzjonali — Kostituzzjoni parti ċivili tal-Kummissjoni — Rikors manifestament infondat)

54

2015/C 279/69

Kawża F-94/15 R: Digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Lulju 2015 – Wolff vs SEAE (Servizz pubbliku — Proċeduri għal miżuri provviżorji — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Elezzjonijiet għall-Kumitat tal-Persunal — Urġenza — Assenza — Bilanċ tal-interessi kontrapposti)

54

2015/C 279/70

Kawża F-72/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

55

2015/C 279/71

Kawża F-74/15: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

55

2015/C 279/72

Kawża F-78/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 – ZZ et vs BEI

56

2015/C 279/73

Kawża F-79/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs BĊE

57

2015/C 279/74

Kawża F-80/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

58

2015/C 279/75

Kawża F-82/15: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs BEI

59

2015/C 279/76

Kawża F-83/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea

60

2015/C 279/77

Kawża F-84/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2015 – ZZ vs Il-Kunsill

60

2015/C 279/78

Kawża F-86/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2015 – ZZ vs BĊE

61

2015/C 279/79

Kawża F-88/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

61

2015/C 279/80

Kawża F-89/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

62

2015/C 279/81

Kawża F-69/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-13 ta’ Lulju 2015 – Carreira vs AEMF

62


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 279/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 270, 17.8.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 262, 10.8.2015

ĠU C 254, 3.8.2015

ĠU C 245, 27.7.2015

ĠU C 236, 20.7.2015

ĠU C 228, 13.7.2015

ĠU C 221, 6.7.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2015 – ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja vs Il-Kummissjoni Ewropea, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawżi Magħquda C-549/12 P u C-54/13 P) (1)

((Appell - Fond Ewropew għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Metodu ta’ kalkolu permezz ta’ estrapolazzjoni - Proċedura ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu mogħti - Konsegwenzi))

(2015/C 279/02)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja [rappreżentanti: T. Henze, aġent, assistit minn U. Karpenstein, C. Johann, C. von Donat u J. Lipinsky, avukati]

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Conte u A. Steiblytė, aġenti), ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u N. Rouam, aġenti), ir-Renju tan-Netherlands (rappreżentanti: M. Bulterman u B. Koopman, aġenti) (C-54/13 P)

Dispożittiv

1)

Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Ġermanja vs Il-Kummissjoni (T-265/08, EU:T:2012:434) u Ġermanja vs Il-Kummissjoni (T-270/08, EU:T:2012:612) huma annullati.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1690 finali, tat-30 ta’ April 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) għall-Programm Operattiv fir-reġjun tal-Objettiv Nru 1 tal-Länder ta’ Thüringen (il-Ġermanja) (1994-1999), skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1939/5, tal-5 ta’ Awwissu 1994, u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 1615 finali, tad-29 ta’ April 2008, dwar it-tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) mogħtija bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(94) 1973, tal-5 ta’ Awwissu 1994, għall-programm operattiv li jaqa’ taħt l-objettiv Nru 1 (1994-1999), dwar Berlin-Lvant (il-Ġermanja), huma annullati.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u l-ispejjeż tagħha, inkorsi kemm għall-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll għal dan l-appell.

4)

Ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 46, 16.02.2013.

ĠU C 86, 23.03.2013.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2015 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-263/13 P) (1)

((Appell - Fondi Ewropej għall-iżvilupp reġjonali (FEŻR) - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Metodu ta’ kalkolu permezz ta’ estrapolazzjoni - Proċedura ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu mogħti - Konsegwenzi))

(2015/C 279/03)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u A. Steiblytė, aġenti)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Spanja vs Il-Kummissjoni (T-65/10, T-113/10 u T-138/10, EU:T:2013:93) hija annullata.

2)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2009) 9270, tat-30 ta’ Novembru 2009, C (2009) 10678, tat-23 ta’ Diċembru 2009, u C (2010) 337, tat-28 ta’ Jannar 2010, li jnaqqsu l-għajnuna tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), mogħtija skont, rispettivament, il-programm operattiv “Andalucía”, li jaqa’ taħt l-Objettiv 1 (1994-1999) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (94) 3456, tad-9 ta’ Diċembru 1994, il-programm operattiv “País Vasco” li jaqa’ taħt l-Objettiv 2 (1997-1999) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (1998) 121, tal-5 ta’ Frar 1998, u l-programm operattiv “Comunidad Valenciana” li jaqa’ taħt l-Objettiv 1 (1994-1999) skont id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (1994) 3043/6, tal-25 ta’ Novembru 1994, huma annullati.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tar-Renju ta’ Spanja u l-ispejjeż tagħha, inkorsi kemm għall-proċedura fl-ewwel istanza kif ukoll għal dan l-appell.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-24 ta’ Ġunju 2015 – Fresh Del Monte Produce, Inc. vs Il-Kummissjoni Ewropea, Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG (C-293/13 P), Il-Kummissjoni Ewropea vs Fresh Del Monte Produce, Inc., Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG (C-294/13 P)

(Kawżi magħquda C-293/13 P u C-294/13 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-banana - Koordinazzjoni fl-iffissar tal-prezzijiet ta’ referenza - Kunċett ta’ “unità ekonomika” bejn żewġ kumpanniji - Kunċett ta’ “influwenza determinanti” - Imputabbiltà tal-aġir ta’ kumpannija lil kumpannija oħra - Żnaturament tal-provi - Oneru tal-prova - Prinċipju in dubio pro reo - Kunċett ta’ “ksur uniku u kontinwu” - Kunċett ta’ ‘prattika miftiehma’ - Kunċett ta’ “ksur bl-għan” - Impriżi membri ta’ akkordju - Komunikazzjoni ta’ informazzjoni lill-Kummissjoni - Obbligu legali - Portata - Dritt għall-protezzjoni kontra l-awtoinkriminazzjoni - Intervenjent fl-ewwel istanza - Appell inċidentali - Ammissibbiltà))

(2015/C 279/04)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

(Kawża C-293/13 P)

Appellanti: Fresh Del Monte Produce, Inc. (rappreżentanti: B. Meyring u L. Suhr, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Biolan, M. Kellerbauer u P. Van Nuffel, aġenti), Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG (rappreżentanti: K. Smith, QC, C. Humpe u S. Kon, solicitors)

(Kawża C-294/13 P)

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: Biolan, M. Kellerbauer u P. Van Nuffel, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Fresh Del Monte Produce, Inc. (rappreżentanti: B. Meyring u L. Suhr, avukati), Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG (rappreżentanti: K. Smith, QC, C. Humpe u S. Kon, solicitors)

Dispożittiv

1)

L-appell fil-Kawża C-293/13 P u l-appelli inċidentali fil-Kawżi C-293/13 P u C-294/13 P huma miċħuda.

2)

Il-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza Fresh Del Monte Produce vs Il-Kummissjoni (T-587/08, EU:T:2013:129) huwa annullat.

3)

L-ammont tal-multa imposta skont l-Artikolu 2(c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 5955, tal-15 ta’ Ottubru 2008, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (Każ COMP/39188 – Banana), huwa stabbilit għal EUR 9 8 00  000.

4)

Fresh Del Monte Produce Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta, minn naħa, mal-appelli prinċipali fil-Kawżi C-293/13 P u C-294/13 P kif ukoll, min-naħa l-oħra, mal-appell inċidentali tagħha fil-Kawża C-294/13 P, bl-eċċezzjoni ta’ dawk sostnuti minn Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG, li għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mal-imsemmija proċeduri kollha.

5)

Internationale Fruchtimport Gesellschaft Weichert GmbH & Co. KG, hija kkundannata għall-ispejjeż marbuta mal-appelli inċidentali fil-Kawżi C-293/13 P u C-294/13 P.


(1)  ĠU C 252, 31.08.2013.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – H.T. vs Land Baden-Württemberg

(Kawża C-373/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Fruntieri, ażil u immigrazzjoni - Direttiva 2004/83/KE - Artikolu 24(1) - Regoli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Revoka tal-permess ta’ residenza - Kundizzjonijiet - Kunċett ta’ “raġunijiet obbligatorji ta’ sigurtà nazzjonali jew ordni pubblika” - Parteċipazzjoni ta’ persuna li għandha l-istatus ta’ refuġjat f’attivitajiet ta’ organizzazzjoni li tinsab fil-lista tal-organizzazzjonijiet terroristiċi stabbilita mill-Unjoni Ewropea))

(2015/C 279/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: H.T.

Konvenut: Land Baden-Württemberg

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, għandha tiġi interpretata fis-sens li permess ta’ residenza, ladarba mogħti lil refuġjat, jista’ jiġi rrevokat, jew skont l-Artikolu 24(1) ta’ din id-direttiva, meta jkunu jeżistu raġunijiet imperattivi marbuta mas-sigurtà nazzjonali jew mal-ordni pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jew skont l-Artikolu 21(3) tal-imsemmija direttiva meta jkunu jeżistu raġunijiet sabiex tiġi applikata d-deroga għall-prinċipju ta’ non-refoulement prevista fl-Artikolu 21(2) ta’ din l-istess direttiva.

2)

Is-sostenn lil assoċjazzjoni terrorista inkluża fil-lista annessa mal-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2001/931/PESK, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, fil-verżjoni tagħha fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, jista’ jikkostitwixxi waħda mir-“raġunijiet obbligatorji [imperattivi] ta’ sigurta nazzjonali jew ordni pubblika” fis-sens tal-Artikolu 24(1) tad-Direttiva 2004/83, anki jekk il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 21(2) tagħha ma jkunux issodisfatti. Sabiex permess ta’ residenza mogħti lil refuġjat ikun jista’ jiġi rrevokat abbażi tal-Artikolu 24(1) ta’ din id-direttiva, minħabba li dan ir-refuġjat isostni tali assoċjazzjoni terrorista, l-awtoritajiet kompetenti għandhom madankollu, taħt l-istħarriġ tal-qrati nazzjonali, jagħmlu evalwazzjoni individwali tal-elementi ta’ fatt speċifiċi relatati mal-azzjonijiet kemm tal-assoċjazzjoni kif ukoll tar-refuġjat ikkonċernati. Meta Stat Membru jiddeċiedi li jneħħi refuġjat li l-permess ta’ residenza tiegħu jkun ġie rrevokat, iżda jissospendi l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni, huwa inkompatibbli mal-imsemmija direttiva li jiġi mċaħħad mill-aċċess għall-vantaġġi ggarantiti mill-Kapitolu VII tagħha, sakemm ma tkunx tapplika eċċezzjoni espressament prevista minn din l-istess direttiva.


(1)  ĠU C 325, 9.11.2013.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 – Ir-Repubblika tal-Estonja vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-508/13) (1)

((Rikors għal annullament - Direttiva 2013/34/UE - Obbligi fil-qasam ta’ dikjarazzjonijiet finanzjarji li għandhom ċerti tipi ta’ impriżi - Prinċipji ta’ sussidjarjetà u ta’ proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni))

(2015/C 279/06)

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika tal-Estonja (rappreżentant: K. Kraavi-Käerdi, aġent)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: U. Rösslein u M. Allik, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Mahnič Bruni u A. Stolfot, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Støvlbæk u L. Naaber-Kivisoo, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika tal-Estonja hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 – Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße (DUSS) mbH, DB Schenker Rail GmbH, DB Schenker Rail Deutschland AG vs Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Renju ta’ Spanja, L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-583/13 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Settur tat-traffiku ferrovjarju u tas-servizzi anċillari - Abbuż minn pożizzjoni dominanti - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Artikoli 20 u 28(1) - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tordna spezzjoni - Setgħat ta’ spezzjoni tal-Kummissjoni - Dritt fundamentali għall-invjolabbiltà tad-domiċilju - Assenza ta’ awtorizzazzjoni ġudizzjarja minn qabel - Stħarriġ ġudizzjarju effettiv - Konstatazzjoni fortuwita))

(2015/C 279/07)

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße (DUSS) mbH, DB Schenker Rail GmbH, DB Schenker Rail Deutschland AG (rappreżentanti: W. Deselaers, E. Venot u J. Brückner, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Malferrari u R. Sauer, aġenti), Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González u L. Banciella Rodríguez-Miñón, aġenti), L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA (rappreżentanti: M. Schneider, X. Lewis u M. Moustakali, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Deutsche Bahn et vs Il-Kummissjoni (T-289/11, T-290/11 u T-521/11, EU:T:2013:404) hija annullata sa fejn din tiċħad ir-rikors ippreżentat kontra t-tieni u t-tielet deċiżjoni ta’ spezzjoni C(2011) 2365, tat-30 ta’ Marzu 2011, u C(2011) 5230, tal-14 ta’ Lulju 2011.

2)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea C(2011) 2365 tat-30 ta’ Marzu 2011 u C(2011) 5230 tal-14 ta’ Lulju 2011 huma annullati.

3)

Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

4)

Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße (DUSS) mbH, DB Schenker Rail GmbH u DB Schenker Rail Deutschland AG huma kkundannati jbatu, minbarra nofs l-ispejjeż tagħhom stess relatati ma’ dan l-appell, nofs l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra nofs l-ispejjeż tagħha stess relatati ma’ dan l-appell, nofs l-ispejjeż sostnuti minn Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße (DUSS) mbH, DB Schenker Rail GmbH u DB Schenker Rail Deutschland AG fil-kuntest ta’ din il-proċedura.

6)

Deutsche Bahn AG, DB Mobility Logistics AG, DB Energie GmbH, DB Netz AG, Deutsche Umschlaggesellschaft Schiene-Straße (DUSS) mbH, DB Schenker Rail GmbH u DB Schenker Rail Deutschland AG huma kkundannati jbatu l-ispejjeż relatati mal-Kawża T-289/11.

7)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż relatati mal-Kawżi T-290/11 u T-521/11.

8)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.

9)

L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 24, 25.1.2014.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Pesti Központi Kerületi Bíróság – L-Ungerija – Martin Meat kft vs Géza Simonfay, Ulrich Salburg

(Kawża C-586/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Direttiva 96/71/KE - Artikolu 1(3)(a) u (c) - Kollokament ta’ ħaddiema - Provvista ta’ ħaddiema - Att ta’ adeżjoni tal-2003 - Kapitolu 1, paragrafi 2 u 13 tal-Anness X - Miżuri tranżitorji - Aċċess ta’ ċittadini Ungeriżi għas-suq tax-xogħol ta’ Stati li kienu diġà membri tal-Unjoni Ewropea fiż-żmien tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Ungerija - Rekwiżit ta’ permess tax-xogħol għall-provvista ta’ ħaddiema - Setturi mhux sensittivi))

(2015/C 279/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pesti Központi Kerületi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Martin Meat kft

Konvenuti: Géza Simonfay, Ulrich Salburg

Dispożittiv

1)

Il-paragrafi 2 u 13 tal-Kapitolu 1 tal-Anness X tal-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni fl-Unjoni Ewropea tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-Repubblika tal-Awstrija għandha d-dritt li tillimita l-provvista ta’ ħaddiema fit-territorju tagħha, konformement mal-paragrafu 2 tal-Kapitolu 1 ta’ dan l-anness, anki meta din il-provvista ta’ ħaddiema ma tirrigwardax settur sensittiv, fis-sens tal-paragrafu 13 tal-Kapitolu 1 tal-imsemmi anness.

2)

Fil-preżenza ta’ relazzjoni kuntrattwali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, huwa xieraq, sabiex jiġi stabbilit jekk din ir-relazzjoni kuntrattwali għandhiex tiġi kklassifikata bħala provvista ta’ ħaddiema, fis-sens tal-Artikolu 1(3)(ċ) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi, li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha li jindikaw jekk iċ-ċaqliq tal-ħaddiem fl-Istat Membru ospitanti huwiex jew ma huwiex l-għan stess tal-provvista tas-servizzi li hija s-suġġett tal-imsemmija relazzjoni kuntrattwali. Jikkostitwixxu, prinċipalment, indizji li tali ċaqliq ma huwiex l-għan stess tal-provvista tas-servizzi inkwistjoni, b’mod partikolari, il-fatt li l-fornitur tas-servizzi jbati l-konsegwenzi tal-eżekuzzjoni ta’ provvista li ma hijiex konformi għal dan il-kuntratt kif ukoll iċ-ċirkustanza li dan il-fornitur jista’ jistabbilixxi n-numru tal-ħaddiema li huwa jqis utli li jibgħat fl-Istat Membru ospitanti. Min-naħa l-oħra, iċ-ċirkustanza li l-impriża li tibbenefika minn din il-provvista tikkontrolla l-konformità mal-imsemmi kuntratt tal-imsemmija provvista jew li hija tista’ tagħti istruzzjonijiet ġenerali lill-ħaddiema impjegati mill-imsemmi fornitur ma tippermettix, bħala tali, li jiġi konkluż li teżisti provvista ta’ ħaddiema.


(1)  ĠU C 71, 8.03.2014.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Presidenza del Consiglio dei Ministri et vs Rina Services SpA, Rina SpA, SOA Rina Organismo di Attestazione SpA

(Kawża C-593/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikoli 49 TFUE, 51 TFUE u 56 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Parteċipazzjoni fl-eżerċizzju tal-awtorità pubblika - Direttiva 2006/123/KE - Artikolu 14 - Kumpanniji responsabbli għall-verifika u għaċ-ċertifikazzjoni tal-osservanza min-naħa ta’ impriżi li jwettqu xogħlijiet pubbliċi tal-kundizzjonijiet meħtieġa mil-liġi - Leġiżlazzjoni nazzjonali li teżiġi li l-uffiċċju rreġistrat ta’ dawk il-kumpanniji jkun jinsab fl-Italja))

(2015/C 279/09)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Presidenza del Consiglio dei Ministri, Consiglio di Stato, Consiglio Superiore dei Lavori Pubblici, Autorità per la Vigilanza sui Contratti Pubblici di lavori, servizi e forniture, Conferenza Unificata Stato Regioni, Ministero dello Sviluppo Economico delle Infrastrutture e dei Trasporti, Ministero per le Politiche europee, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero per i beni e le attività culturali, Ministero dell; Economia e delle Finanze, Ministero degli Affari esteri

Konvenuti: Rina Services SpA, Rina SpA, SOA Rina Organismo di Attestazione SpA

Dispożittiv

1)

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 51 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ stabbiliment, stabbilita f’din id-dispożizzjoni, ma tapplikax għall-attivitajiet ta’ ċertifikazzjoni eżerċitati mill-kumpanniji li għandhom il-kwalità ta’ organi ta’ ċertifikazzjoni (Società Organismi di Attestazione).

2)

L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi li l-kumpanniji li għandhom il-kwalità ta’ organi ta’ ċertifikazzjoni (Società Organismi di Attestazione) għandu jkollhom l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fit-territorju nazzjonali.


(1)  ĠU C 61, 1.3.2014.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administratīvā apgabaltiesa – il-Latvja) – VAS “Ceļu satiksmes drošības direkcija”, Latvijas Republikas Satiksmes ministrija vs Kaspars Nīmanis

(Kawża C-664/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trasport - Liċenzja tas-sewqan - Tiġdid mill-Istat Membru ta’ ħruġ - Kundizzjoni ta’ residenza fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru - Dikjarazzjoni ta’ residenza))

(2015/C 279/10)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā apgabaltiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VAS “Ceļu satiksmes drošības direkcija”, Latvijas Republikas Satiksmes ministrija

Konvenuta: Kaspars Nīmanis

Dispożittiv

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar il-Liċenzji tas-Sewqan, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li, bis-saħħa tagħha, l-uniku mezz li jkollha persuna li titlob il-ħruġ jew it-tiġdid ta’ liċenzja tas-sewqan f’dan l-Istat Membru, sabiex tipprova li hija tissodisfa r-rekwiżit ta’ “residenza normali”, fis-sens tal-Artikolu 12, fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru, previst fl-Artikolu 7(1)(e) u (3)(b) ta’ din id-direttiva, huwa dak li tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ domiċilju ddikjarat fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat.


(1)  ĠU C 71, 08.03.2014.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas – il-Litwanja) – fil-proċeduri mressqa minn “Indėlių ir investicijų draudimas” VI, Virgilijus Vidutis Nemaniūnas

(Kawża C-671/13) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttivi 94/19/KE u 97/9/KE - Skemi ta’ garanzija għal depożiti u ta’ kumpens għall-investituri - Strumenti ta’ tfaddil u ta’ investiment - Strument finanzjarju fis-sens tad-Direttiva 2004/39/KE - Esklużjoni tal-garanzija - Effett dirett - Kundizzjonijiet sabiex tibbenefika mid-Direttiva 97/9/KE)

(2015/C 279/11)

Lingwa tal-kawża: il-Litwanjan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Indėlių ir investicijų draudimas“ VI, Virgilijus Vidutis Nemaniūnas

Fil-preżenza ta’: Vitoldas Guliavičius, bankas “Snoras” AB, fi stralċ

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 7(2) tad-Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 1994 dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti, u l-punt 12 tal-Anness I tagħha għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-Istati Membri jistgħu jeskludu mill-garanzija prevista minn din id-direttiva ċ-ċertifikati ta’ depożitu maħruġa minn stabbiliment ta’ kreditu, jekk ikollhom in-natura ta’ titoli negozjabbli, fatt li għandu jiġi ddeterminat mill-qorti tar-rinviju, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġi żgurat li dawn iċ-ċertifikati jkollhom il-karatteristiċi kollha ta’ strument finanzjarju fis-sens tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE.

2)

Id-Direttiva 94/19, kif emendata bid-Direttiva 2009/14/KE, u d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ Marzu 1997, dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta d-djun fil-konfront ta’ stabbiliment ta’ kreditu jistgħu fl-istess ħin jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “depożitu”, skont id-Direttiva 94/19, u taħt “strument” skont id-Direttiva 97/9, iżda li l-leġiżlatur nazzjonali għamel użu mill-possibbiltà prevista fil-punt 12 tal-Anness I tal-imsemmija direttiva li dawn id-djun jiġu esklużi mill-iskema ta’ protezzjoni prevista minn din l-aħħar direttiva, din l-esklużjoni ma għandux ikollha bħala konsegwenza li l-imsemmija djun ikunu esklużi wkoll mill-iskema ta’ protezzjoni prevista mid-Direttiva 97/9, ’il barra mill-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 4(2) ta’ din tal-aħħar.

3)

L-Artikoli 2(2) u 4(2) tad-Direttiva 97/9 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-possibbiltà ta’ benefiċċju mill-iskema ta’ kumpens prevista minn din id-direttiva fuq il-fatt li l-istabbiliment ta’ kreditu kkonċernat ittrasferixxa jew uża l-fondi jew it-titoli inkwistjoni mingħajr il-kunsens tal-investitur.

4)

Id-Direttiva 97/9 għandha tiġi interpretata fis-sens li l-qorti tar-rinviju, sakemm hija tqis li fil-kawża prinċipali din id-direttiva hija invokata sakemm hija tqis li fil-kawża prinċipali din id-direttiva qed tiġi invokata kontra organu li jissodisfa l-kundizzjonijiet li jikser id-dispożizzjonijiet tal-imsemmija direttiva, ma għandhiex tapplika dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-possibbiltà ta’ benefiċċju tal-iskema ta’ kumpens prevista minn din l-istess direttiva għall-fatt li l-istabbiliment ta’ kreditu kkonċernat ittrasferixxa jew uża l-fondi jew t-titoli inkwistjoni mingħajr il-kunsens tal-investitur.


(1)  ĠU C 71, 08.03.2014.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Financiën vs D. G. Kieback

(Kawża C-9/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-ħaddiema - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxi fuq id-dħul - Dħul irċevut fit-territorju ta’ Stat Membru - Ħaddiem mhux residenti - Tassazzjoni fl-Istat tal-impjieg - Kundizzjonijiet))

(2015/C 279/12)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën

Konvenut: D. G. Kieback

Dispożittiv

L-Artikolu 39(2) KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix lil Stat Membru li, għall-finijiet tat-tassazzjoni tad-dħul ta’ ħaddiem mhux residenti li jkun eżerċita l-attivitajiet professjonali tiegħu f’dan l-Istat Membru matul parti mis-sena, jirrifjuta li jagħti lil dan il-ħaddiem vantaġġ fiskali li jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni personali u familjari tiegħu, għar-raġuni li, minkejja li huwa jkun akkwista, f’dan l-istess Stat Membru, it-totalità jew il-kważi-totalità tad-dħul tiegħu għal dan il-perijodu, dan id-dħul ma jirrappreżentax il-parti l-kbira tad-dħul taxxabbli tiegħu matul is-sena kollha inkwistjoni. Il-fatt li l-ħaddiem telaq mill-pajjiż sabiex jeżerċita l-attività professjonali tiegħu fi Stat terz u mhux fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni ma jaffettwax din l-interpretazzjoni.


(1)  ĠU C 102, 7.4.2014.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het bedrijfsleven – il-Pajjiżi l-Baxxi) – CO Sociedad de Gestión y Participación SA et vs De Nederlandsche Bank NV u De Nederlandsche Bank NV vs CO Sociedad de Gestión y Participación SA et

(Kawża C-18/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Assigurazzjoni diretta barra mill-assigurazzjoni għall-ħajja - Direttiva 92/49/KEE - Artikoli 15, 15a u 15b - Evalwazzjoni prudenzjali ta’ akkwisti u żidiet ta’ holding kwalifikanti - Possibbiltà li l-approvazzjoni ta’ proposta ta’ akkwist tkun suġġetta għal restrizzjoni jew għal rekwiżit))

(2015/C 279/13)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CO Sociedad de Gestión y Participación SA, Depsa 96 SA, INOC SA, Corporación Catalana Occidente SA, La Previsión 96 SA, Grupo Catalana Occidente SA, Grupo Compañia Española de Crédito y Caución SL, Atradius NV, Atradius Insurance Holding NV, J. M. Serra Farré, M. A. Serra Farré, J. Serra Farré, De Nederlandsche Bank NV

Konvenuti: De Nederlandsche Bank NV, CO Sociedad de Gestión y Participación SA, Depsa 96 SA, INOC SA, Corporación Catalana Occidente SA, La Previsión 96 SA, Grupo Catalana Occidente SA, Grupo Compañia Española de Crédito y Caución SL, Atradius NV, Atradius Insurance Holding NV, J. M. Serra Farré, M. A. Serra Farré, J. Serra Farré

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 92/49/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x’jaqsmu ma’ assigurazzjoni diretta barra minn assigurazzjoni tal-ħajja u temenda d-Direttivi 73/239/KEE u 88/357/KEE (it-tielet Direttiva dwar assigurazzjoni mhux tal-ħajja), kif emendata bid-Direttiva 2007/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-imsemmija direttiva ma tipprekludix li Stat Membru jawtorizza lill-awtorità nazzjonali kompetenti, bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni nazzjonali tiegħu, f’sitwazzjoni fejn din l-awtorità tista’ validament topponi proposta ta’ akkwist skont l-Artikolu 15b(2) tal-istess direttiva, li tissuġġetta l-approvazzjoni tal-proposti ta’ akkwist għal restrizzjonijiet jew għal rekwiżiti, jew fuq inizjattiva tagħha stess jew billi tifformalizza impenji proposti mill-akkwirent propost, bil-kundizzjoni li ma jiġux ippreġudikati d-drittijiet li l-imsemmija direttiva tagħti lil dan l-akkwirent propost.

2)

Id-Direttiva 92/49, kif emendata bid-Direttiva 2007/44, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtorità nazzjonali kompetenti ma hijiex obbligata tissuġġetta lill-akkwirent propost għal restrizzjonijiet jew għal rekwiżiti qabel ma tkun tista’ topponi l-akkwist propost. Meta din l-awtorità tiddeċiedi li tissuġġetta l-approvazzjoni ta’ proposta ta’ akkwist għal restrizzjonijiet jew għal rekwiżiti, dawn tal-aħħar la jistgħu jkunu bbażati fuq kriterju li ma jinsabx fost dawk elenkati fl-Artikolu 15b(1) tal-imsemmija direttiva u lanqas ma jistgħu jmorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex l-akkwist propost jissodisfa dawn il-kriterji.

3)

L-Artikolu 15b(1) tad-Direttiva 92/49, kif emendata bid-Direttiva 2007/44, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix, bħala prinċipju, li l-awtorità nazzjonali kompetenti timponi rekwiżit dwar il-governanza korporattiva li jirrigwarda, bħal fil-kawża prinċipali, il-kompożizzjoni tal-Bordijiet ta’ Sorveljanza tal-impriżi ta’ assigurazzjoni kkonċernati mill-akkwist propost.

Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa, billi tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha tal-kawża prinċipali, jekk dan ir-rekwiżit huwiex neċessarju sabiex jippermetti li l-akkwisti inkwistjoni fil-kawża prinċipali jissodisfaw il-kriterji stabbiliti minn din id-dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 112, 14.4.2014.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-16 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesverfassungsgericht – il-Ġermanja) – Peter Gauweiler et vs Deutscher Bundestag

(Kawża C-62/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika ekonomika u monetarja - Deċiżjonijiet tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) dwar numru ta’ karatteristiċi tekniċi relatati ma’ tranżazzjonijiet monetarji tal-Eurosistema dwar xiri ta’ titoli fis-swieq sekondarji tad-dejn sovran - Artikoli 119 TFUE u 127 TFUE - Funzjonijiet tal-BĊE u tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali - Mekkaniżmu ta’ trażmissjoni tal-politika monetarja - Żamma tal-istabbiltà tal-prezzijiet - Proporzjonalità - Artikolu 123 TFUE - Projbizzjoni ta’ finanzjament monetarju tal-Istati Membri taż-żona tal-euro))

(2015/C 279/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverfassungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Peter Gauweiler, Bruno Bandulet, Wilhelm Hankel, Wilhelm Nölling, Albrecht Schachtschneider, Joachim Starbatty, Roman Huber et, Johann Heinrich von Stein et, Fraktion DIE LINKE im Deutschen Bundestag

Konvenuta: Deutscher Bundestag

fil-preżenza ta’: Bundesregierung

Dispożittiv

L-Artikoli 119 TFUE, 123(1) TFUE u 127(1) u (2) TFUE kif ukoll l-Artikoli 17 sa 24 tal-Protokoll (Nru 4) dwar l-Istatuti tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jawtorizzaw lis-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) tadotta programm ta’ xiri ta’ bonds nazzjonali fis-swieq sekondarji bħal dak imħabbar fl-istqarrija għall-istampa li hija msemmija fil-minuti tal-laqgħa Nru 340 tal-Kunsill Governattiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) tal-5 u tas-6 ta’ Settembru 2012.


(1)  ĠU C 129, 28.4.2014.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hof van beroep te Brussel – Il-Belġju – Loutfi Management Propriété Intellectuelle SARL vs AMJ Meatproducts NV, Halalsupply NV

(Kawża C-147/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 9(1)(b) - Effetti - Drittijiet mogħtija minn trade mark Komunitarja - Sinjali identiċi jew li jixxiebhu - Projbizzjoni ta’ użu - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Evalwazzjoni - Teħid inkunsiderazzjoni tal-użu ta’ lingwa li ma hijiex lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea))

(2015/C 279/15)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Loutfi Management Propriété Intellectuelle SARL

Konvenuti: AMJ Meatproducts NV, Halalsupply NV

Dispożittiv

L-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex tiġi evalwata l-probabbiltà ta’ konfużjoni li tista’ teżisti bejn trade mark Komunitarja u sinjal, li jkopru prodotti identiċi jew li jixxiebhu u li jinkludu t-tnejn li huma kelma Għarbija dominanti bil-kitba Latina u b’dik Għarbija, u dan il-kliem jixxiebah fuq il-livell viżiv, f’ċirkustanzi fejn il-pubbliku rilevanti tat-trade mark Komunitarja u tas-sinjal inkwistjoni jkollu għarfien bażiku tal-lingwa Għarbija miktuba, it-tifsira u l-pronunzja ta’ dan il-kliem għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni.


(1)  ĠU C 194, 24.6.2014


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – Skatteministeriet vs DSV Road A/S

(Kawża C-187/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Regolament (KEE) Nru 2913/92 - Artikoli 203 u 204 - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 859 - Proċedura ta’ tranżitu estern - Tnissil tad-dejn doganali - Tneħħija jew le mis-sorveljanza doganali - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ obbligu - Preżentazzjoni tardiva tal-merkanzija fl-uffiċċju doganali tad-destinazzjoni - Merkanzija li ġiet irrifjutata mid-destinatarju u rritornata mingħajr ma ġiet ippreżentata fl-uffiċċju doganali - Merkanzija mqiegħda għal darba oħra taħt proċedura ta’ tranżitu estern permezz ta’ dikjarazzjoni ġdida - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 168(e) - Tnaqqis tal-VAT fuq l-importazzjoni mit-trasportatur))

(2015/C 279/16)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skatteministeriet

Konvenuta: DSV Road A/S

fil-preżenza ta’: Danske Speditører

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 203 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li dejn doganali ma jitnissilx fuq il-bażi tas-sempliċi fatt li l-merkanzija mqiegħda taħt proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern tittieħed lura fil-freeport tat-tluq, wara tentattiv ta’ kunsinna mingħajr suċċess, mingħajr la tkun ġiet ippreżentata fl-uffiċċju doganali tal-post tad-destinazzjoni u lanqas fl-uffiċċju doganali tal-freeport, jekk jiġi stabbilit li din l-istess merkanzija ġiet sussegwentement ittrasportata mill-ġdid lejn il-post tad-destinazzjoni tagħha taħt it-tieni proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern eżegwita b’mod regolari. Min-naħa l-oħra, fl-ipoteżi fejn l-identità tal-merkanzija ttrasportata taħt l-ewwel u t-tieni proċeduri ta’ tranżitu Komunitarju estern ma tistax tiġi stabbilita, jitnissel dejn doganali skont dan l-artikolu.

2)

L-Artikolu 204 tar-Regolament Nru 2913/92, kif emedat bir-Regolament Nru 1791/2006, moqri flimkien mal-Artikolu 859 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 2913/92, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 214/2007, tat-28 ta’ Frar 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-preżentazzjoni tardiva fl-uffiċċju doganali tal-post tad-destinazzjoni u taħt it-tieni proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern tal-merkanzija mqiegħda taħt l-ewwel proċedura ta’ tranżitu Komunitarju estern tikkostitwixxi nuqqas ta’ eżekuzzjoni li jnissel dejn doganali, sakemm il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 356(3) jew fit-tieni inċiż tal-Artikolu 859 u fil-punt (2)(ċ) tat-tieni inċiż tal-Artikolu 859 ta’ dan ir-regolament ma jkunux issodisfatti, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

3)

L-Artikolu 168(e) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud fuq l-importazzjoni li għaliha huwa responsabbli t-trasportatur li la huwa l-importatur u lanqas il-proprjetarju tal-merkanzija kkonċernata iżda li sempliċement ittrasportha u ħa ħsieb il-formalitajiet doganali fil-kuntest tal-attività tiegħu ta’ trasportatur tal-merkanzija suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud.


(1)  ĠU C 202, 30.6.2014.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-24 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Vrhovno sodišče – is-Slovenja) – Hotel Sava Rogaška, Gostinstvo, turizem in storitve, d.o.o. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-207/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Ilmijiet minerali naturali - Direttiva 2009/54/KE - Artikolu 8(2) - Anness I - Projbizzjoni ta’ kummerċjalizzazzjoni taħt diversi ismijiet kummerċjali ta’ “ilma minerali naturali mill-istess nixxiegħa waħdanija” - Kunċett))

(2015/C 279/17)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hotel Sava Rogaška, Gostinstvo, turizem in storitve, d.o.o.

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “ilma minerali naturali mill-istess nixxiegħa waħdanija” li jidher fl-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Ġunju 2009, dwar l-isfruttament u t-tqegħid fis-suq ta’ ilmijiet minerali naturali, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jindika ilma minerali naturali li huwa sfruttat minn ħruġ wieħed jew iktar, naturali jew imtaqqba, li jkun joriġina mill-istess water table waħdanija jew mill-istess depożitu ta’ taħt l-art waħdani, jekk, f’kull punt ta’ ħruġ naturali jew imtaqqab, dak l-ilma jkollu karatteristiċi identiċi, fir-rigward tal-kriterji msemmija fl-Anness I tal-imsemmija direttiva, li jibqgħu stabbli fil-limiti ta’ varjazzjonijiet naturali.


(1)  ĠU C 202, 30.06.2014.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Mannheim – il-Ġermanja) – Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH vs Gerhard und Jürgen Vogel GbR, Jürgen Vogel, Gerhard Vogel

(Kawża C-242/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti - Regolament (KE) Nru 2100/94 - Deroga prevista fl-Artikolu 14 - Użu mill-bdiewa tal-prodott tal-ħsad għal finijiet ta’ propagazzjoni mingħajr l-awtorizzazzjoni tad-detentur - Obbligu ta’ ħlas mill-bdiewa ta’ remunerazzjoni raġonevoli għal dan l-użu - Terminu li fih din ir-remunerazzjoni għandha titħallas sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika mid-deroga - Possibbiltà tad-detentur li jirrikorri għall-Artikolu 94 - Ksur))

(2015/C 279/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Mannheim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Saatgut-Treuhandverwaltungs GmbH

Konvenuti: Gerhard und Jürgen Vogel GbR, Jürgen Vogel, Gerhard Vogel

Dispożittiv

Sabiex jibbenefika mid-deroga, prevista fl-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2100/94, tas-27 ta’ Lulju 1994, dwar drittijiet ta’ varjetajiet ta’ pjanti fil-Komunità [drittijiet Komunitarji ta’ varjetajiet ta’ pjanti], mill-obbligu li jikseb awtorizzazzjoni mid-detentur tad-drittijiet Komunitarji tal-varjetà ta’ pjanti kkonċernata, bidwi, li jkun uża materjal ta’ propagazzjoni ta’ varjetà ta’ pjanti protetta miksub permezz tal-kultivazzjoni (żrieragħ tar-razzett), mingħajr ma jkun ikkonkluda għal dan l-għan kuntratt ma’ dan id-detentur, huwa marbut iħallas ir-remunerazzjoni raġonevoli dovuta, skont ir-raba’ inċiż tal-imsemmi Artikolu 14(3), f’terminu li jiskadi fi tmiem is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li matulha jkun sar dan l-użu, jiġifieri sa mhux iktar tard mit-30 ta’ Ġunju wara d-data ta’ żriegħ mill-ġdid.


(1)  ĠU C 303, 08.09.2014.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Ġunju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-303/14) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Regolament (KE) Nru 842/2006 - Taħriġ u ċertifikazzjoni - Obbligu ta’ notifika - Sanzjonijiet - Regolamenti (KE) Nru 303/2008, (KE) Nru 304/2008, (KE) Nru 305/2008, (KE) Nru 306/2008, (KE) Nru 307/2008 u (KE) Nru 308/2008))

(2015/C 279/19)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Mifsud-Bonnici u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi ma nnotifikatx lill-Kummissjoni Ewropea la l-informazzjoni meħtieġa dwar l-organi ta’ ċertifikazzjoni tal-persunal u tal-impriżi kif ukoll it-titoli taċ-ċertifikati mogħtija lill-persunal u lill-impriżi li jipparteċipaw fl-attivitajiet marbuta ma’ ċerti gassijiet serra fluworinati u lanqas il-miżuri nazzjonali relatati mas-sanzjonijiet applikabbli fil-każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 842/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 2006, dwar ċerti gassijiet serra flworinati, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 5(2) u 13(2) ta’ dan ir-regolament, taħt l-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 303/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skond Regolament Nru 842/2006, rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-rikonoxximent reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni ta’ kumpaniji u persunal fir-rigward ta’ tagħmir fiss ta’ refriġerazzjoni, arja kundizzjonata u pompi tas-sħana li fih ċerti gassijiet serra fluworinati, taħt l-Artikolu 12(3) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 304/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skond ir-Regolament Nru 842/2006, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-kumpaniji u tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi stazzjonarji ta’ protezzjoni min-nar u ma’ pompi tat-tifi tan-nar li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati, taħt l-Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 305/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skond ir-Regolament Nru 842/2006, ir-rekwiżiti minimi u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti gassijiet serra fluworinati minn tagħmir għat-tqassim tal-elettriku (“switchgear”) b’vultaġġ għoli, taħt l-Artikolu 6(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 306/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skond ir-Regolament Nru 842/2006, ir-rekwiżiti minimi u l-kundizzjonijiet għall-għarfien reċiproku għaċ-ċertifikazzjoni tal-persunal li jkun qed jagħmel xogħol ta’ rkupru ta’ ċerti solventi b’bażi ta’ gass serra fluworinat mit-tagħmir, taħt l-Artikolu 4(2) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 307/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skond ir-Regolament Nru 842/2006, ir-rekwiżiti minimi għall-programmi ta’ taħriġ u l-kondizzjonijiet għall-għarfien reċiproku ta’ l-attestazzjonijiet ta’ taħriġ tal-persunal f’dak li għandu x’jaqsam ma’ sistemi ta’ kondizzjonament tal-arja li fihom ċerti gassijiet serra fluworinati f’vetturi bil-mutur, kif ukoll taħt l-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 308/2008, tat-2 ta’ April 2008, li jistabbilixxi, skond ir-Regolament Nru 842/2006, il-format għan-notifika tal-programmi ta’ taħriġ u ċertifikazzjoni tal-Istati Membri.

2)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 409, 17.11.2014.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 – Vadzim Ipatau vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-535/14 P) (1)

((Appell - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra r-Repubblika tal-Bjelorussja - Ammissibbiltà - Terminu tar-rikors - Għajnuna legali - Effett sospensiv - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Drittijiet tad-difiża - Prinċipju ta’ proporzjonalità))

(2015/C 279/20)

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Vadzim Ipatau (rappreżentant: M. Michalauskas, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u B. Driessen, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Vadzim Ipatau huwa kkundannat iħallas, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Mejju 2015 – Elisabeth Schmitt vs TÜV Rheinland LGA Products GmbH

(Kawża C-219/15)

(2015/C 279/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elisabeth Schmitt

Konvenuta: TÜV Rheinland LGA Products GmbH

Domandi preliminari

Id-Direttiva 93/42 (1) għandha bħala skop u għan li, fir-rigward tal-mezzi mediċi tal-Klassi III, l-intervent tal-organu nnotifikat, inkarigat mill-verifika tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità, mill-eżami tad-disinn kif ukoll mis-sorveljanza, huwa intiż sabiex jipproteġi l-pazjenti potenzjali kollha u li dan l-organu għalhekk jista’ jkun direttament u mingħajr restrizzjoni responsabbli lejn il-pazjenti kkonċernati fil-każ ta’ nuqqas ta’ twettiq tal-obbligi tiegħu minħabba nuqqas ta’ diliġenza?

Mill-punti ċċitati iktar ’il fuq tal-Anness II tad-Direttiva 93/42 jirriżulta li, fir-rigward tal-mezzi mediċi tal-Klassi III, l-organu nnotifikat, inkarigat mill-verifika tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità, mill-eżami tad-disinn tal-prodott kif ukoll mis-sorveljanza, huwa obbligat, ġeneralment jew tal-inqas meta jeżistu motivi li jiġġustifikaw dan, li jikkontrolla l-mezzi?

Mill-punti ċċitati iktar ’il fuq tal-Anness II tad-Direttiva 93/42 jirriżulta li, fir-rigward tal-mezzi mediċi tal-Klassi III, l-organu nnotifikat, inkarigat mill-verifika tas-sistema ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità, mill-eżami tad-disinn tal-prodott kif ukoll mis-sorveljanza huwa obbligat, ġeneralment jew tal-inqas meta jeżistu motivi li jiġġustifikaw dan, li jeżamina d-dokumenti kummerċjali tal-produttur u/jew li jipproċedi għal spezzjonijiet mhux mistennija?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE, tat-14 ta’ Ġunju 1993, dwar mezzi mediċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 12, p. 82), kif emendata bid-Direttiva 2007/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Settembru 2007 li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 90/385/KEE dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri rigward il-mezzi mediċi attivi li jiddaħħlu f’xi parti tal-ġisem, id-Direttiva tal-Kunsill 93/42/KEE dwar mezzi mediċi u Direttiva 98/8/KE dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 247, p. 21).


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Najvyšší súd Slovenskej republiky (ir-Repubblika Slovakka) fis-27 ta’ Mejju 2015 – Lesoochranárské zoskupenie VLK vs Obvodný úrad Trenčín

(Kawża C-243/15)

(2015/C 279/22)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Najvyšší súd Slovenskej republiky

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Lesoochranárské zoskupenie VLK

Konvenuta: Obvodný úrad Trenčín

Intervenjenti: Biely potok, a.s.

Domanda preliminari

Fil-każ ta’ allegat ksur tad-dritt għal livell għoli ta’ protezzjoni tal-ambjent, implementat prinċipalment, f’dak li jikkonċerna l-Unjoni Ewropea, bid-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1992, dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), jiġifieri b’mod partikolari permezz ta’ għajnuna sabiex tinkiseb l-opinjoni tal-pubbliku ġenerali fuq proġett li x’aktarx jaffettwa b’mod sinjifikattiv żoni speċjali ta’ konservazzjoni kkonċentrati fin-netwerk ekoloġiku Ewropew taħt l-isem ta’ NATURA 2000, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u d-dritt li r-rikorrenti, fil-kwalità tagħha bħala assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru stabbilita għall-finijiet tal-protezzjoni tal-ambjent fil-livell nazzjonali, issostni skont l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-pubbliku ġenerali fil-proċess deċiżjonali u l-aċċess għall-qrati fil-qasam tal-ambjent u fil-limiti indikati fis-sentenza Lesoochranárske zoskupenie (C-240/09, EU:C:2011:125) jistgħu jiġu applikati b’mod ekwu wkoll meta l-qorti nazzjonali tagħlaq l-istħarriġ ġudizzjarju f’tilwima dwar l-eżami mill-ġdid ta’ deċiżjoni li ma tirrikonoxxix il-pożizzjoni legali bħala parti fi proċedura amministrattiva dwar l-għoti ta’ awtorizzazzjoni, bħalma huwa l-każ f’din il-kawża, u tistieden lir-rikorrenti sabiex tippreżenta appell peress li ġiet eskluża mill-proċedura amministrattiva msemmija?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Michael Ihden, Gisela Brinkmann vs TUIfly GmbH

(Kawża C-257/15)

(2015/C 279/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Hannover

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Michael Ihden, Gisela Brinkmann

Konvenuta: TUIfly GmbH

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 5(3) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest ta’ sekwenza ta’ titjiriet, ċirkustanzi straordinarji li jkunu seħħew waqt titjira preċedenti jistgħu jikkostitwixxu wkoll ċirkustanzi straordinarji għat-titjira kontenzjuża meta t-trasportatur tal-ajru li jopera t-titjira jkollu l-possibbiltà li jevita d-dewmien fil-konfront tat-titjiriet sussegwenti billi jannulla ċerti titjiriet ippjanati fis-sekwenza ta’ titjiriet?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv: iċ-ċirkustanzi straordinarji għandhom ikunu seħħew fl-istess ġurnata, fil-ġurnata preċedenti jew, b’mod iktar ġeneral, esklużivament matul is-sekwenza prevista ta’ titjiriet?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91; ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fit-8 ta’ Ġunju 2015 – Fernand Ullens de Schooten vs Ministre des Affaires Sociales et de la Santé publique, Ministre de la Justice

(Kawża C-268/15)

(2015/C 279/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Fernand Ullens de Schooten

Konvenuti: Ministre des Affaires Sociales et de la Santé publique, Ministre de la Justice

Domandi preliminari

1)

Id-dritt Komunitarju, u b’mod partikolari l-prinċipju ta’ effettività, jeżiġi li f’ċerti ċirkustanzi u b’mod partikolari f’dawk deskritti fil-punt 38 ta’ din is-sentenza, it-terminu ta’ preskrizzjoni nazzjonali, bħal dak tal-Artikolu 100 tal-Liġijiet ikkoordinati dwar il-kontabbiltà tal-Istat applikabbli għal talba għal kumpens imressqa minn individwu kontra l-Istat Belġjan għal ksur tal-Artikolu 43 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 49 TFUE) min-naħa tal-leġiżlatur, jibda jiddekorri biss meta dan il-ksur ikun ġie kkonstatat jew, a contrario, il-prinċipju ta’ effettività huwa ggarantit b’mod suffiċjenti f’dawn iċ-ċirkustanzi mill-possibbiltà mogħtija lil dan l-individwu li jinterrompi l-preskrizzjoni permezz ta’ notifika minn uffiċjal ġudizzjarju?

2)

L-Artikoli 43 KE, 49 KE u 56 KE u l-kunċett ta’ “sitwazzjoni purament interna” li jista’ jillimita l-possibbiltà li dawn id-dispożizzjonijiet jiġu invokati minn parti f’kawża quddiem qorti nazzjonali, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni tad-dritt Ewropew f’kawża bejn ċittadin Belġjan u l-Istat Belġjan intiża sabiex jiġu kkumpensati d-danni kkawżati minn ksur allegat tad-dritt Komunitarju u li jirriżultaw mill-adozzjoni u miż-żamma fis-seħħ ta’ leġiżlazzjoni Belġjana tat-tip bħal dik tal-Artikolu 3 tad-Digriet Irjali Nru 143, tat-30 ta’ Diċembru 1982, li tapplika indistintament għaċ-ċittadini nazzjonali u għaċ-ċittadini tal-Istati Membri l-oħra?

3)

Il-prinċipju ta’ supremazija tad-dritt Ewropew u l-Artikolu 4(3) TUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jippermettux li tiġi eskluża r-regola tal-awtorità ta’ res judicata fil-każ tal-eżami mill-ġdid jew tal-annullament ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li saret res judicata u li tirriżulta li tmur kontra d-dritt Ewropew iżda, għall-kuntrarju, li jippermettu li tiġi eskluża l-applikazzjoni ta’ regola nazzjonali tal-awtorità ta’ res judicata meta din tal-aħħar timponi l-adozzjoni, abbażi ta’ din id-deċiżjoni ġudizzjarja li saret res judicata iżda li tmur kontra d-dritt Ewropew, ta’ deċiżjoni ġudizzjarja oħra li tirrendi perpetwu l-ksur tad-dritt Ewropew permezz tal-ewwel deċiżjoni ġudizzjarja?

4)

Tista’ l-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma li l-kwistjoni jekk ir-regola tal-awtorità ta’ res judicata għandhiex tiġi eskluża fil-każ ta’ deċiżjoni ġudizzjarja li saret res judicata u tmur kontra d-dritt Ewropew fil-kuntest ta’ talba għal eżami mill-ġdid jew għal annullament ta’ din id-deċiżjoni, ma hijiex kwistjoni materjalment identika fis-sens tas-sentenzi Da Costa u CILFIT għall-kwistjoni jekk ir-regola tal-awtorità ta’ res judicata tmurx kontra d-dritt Ewropew fil-kuntest ta’ talba għal deċiżjoni (ġdida) li għandha tirrepeti l-ksur tad-dritt Ewropew, b’mod li l-qorti li tiddeċiedi fl-aħħar istanza ma tistax tevita l-obbligu tagħha li tagħmel rinviju għal deċiżjoni preliminari?


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-8 ta’ Ġunju 2015 – Swiss International Air Lines AG vs The Secretary of State for Energy and Climate Change, Environment Agency

(Kawża C-272/15)

(2015/C 279/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Swiss International Air Lines AG

Konvenuti: The Secretary of State for Energy and Climate Change, Environment Agency

Domandi preliminari

1)

Id-Deċiżjoni 377/2013/UE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2013 (iktar 'il quddiem id-“Deċiżjoni Nru 377/2013”) tikser il-prinċipju ġenerali ta’ ugwaljanza fit-trattament, stabbilit fid-dritt tal-Unjoni, sa fejn tistabilixxi moratorju fuq ir-rekwiżiti ta’ sabiex jiġu ċeduti l-kwoti ta’ emissjonijiet imposti mid-Direttiva 2003/87/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 (kif emendata minn diversi atti, b’mod partikolari d-Direttiva 2008/101/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008) fir-rigward ta’ titjiriet bejn L-istati taż-Żona Ekonomika Ewropea (iktar ’il quddiem iż-“ŻEE”) u kważi l-Istati kollha mhux fiż-ŻEE, iżda ma testendix dan il-moratorju għal titjiriet bejn l-Istati taż-ŻEE u l-Isvizzera?

2)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, liema rimedju għandu jingħata lil applikant fil-pożizzjoni ta’ Swiss International Airlines AG, li jkun ċeda l-kwoti ta’ emissjonijiet fir-rigward ta’ titjiriet li jkunu seħħew matul l-2012 bejn l-Istati taż-ŻEE u l-Isvizzera, sabiex tqiegħed lil dan l-applikant fil-pożizzjoni li kien ikun fiha, kieku ma kienx hemm l-esklużjoni mill-moratorju ta’ titjiriet bejn l-Istati taż-ŻEE u l-Isvizzera? B’mod partikolari:-

a)

Ir-reġistru għandu jiġi rrettifikat sabiex jirrifletti numru iżgħar ta’ kwoti li tali applikant kien ikollu jċedi kieku t-titjiriet lejn jew mill-Isvizzera kienu ġew inklużi fil-moratorju?

b)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għad-domanda preċedenti, liema azzjoni (jekk ikun il-każ) għandha tittieħed mill-awtorità nazzjonali kompetenti u/jew mil-qorti nazzjonali sabiex il-kwoti addizzjonali ċeduti jiġu rritornati lil dan l-applikant?

c)

Dan l-applikant għandu d-dritt li jitlob danni skont l-Artikolu 340 TFEU fil-konfront tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għal kwalunkwe dannu li seta’ sofra minħabba li jkun ċeda l-kwoti addizzjonali b’riżultat tad-Deċiżjoni 377/2013?

d)

L-applikant għandu jingħata xi forma oħra ta’ kumpens, u jekk ikun il-każ, x’kumpens?


(1)  Deċiżjoni Nru 377/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ April 2013 għal deroga temporanja mid-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (ĠU L 113, p. 1)

(2)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631)

(3)  Direttiva 2008/101/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li temenda d-Direttiva 2003/87/KE sabiex tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità (Test b’relevanza għaż-ŻEE) (ĠU L 8, p. 3)


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division) fit-8 ta’ Ġunju 2015 – ITV Broadcasting Limited, ITV2 Limited, ITV Digital Channels Limited, Channel Four Television Corp., 4 Ventures Limited, Channel 5 Broadcasting Limited, ITV Studios Limited vs TVCatchup Limited, Media Resources Limited, TVCatchup (UK) Limited

(Kawża C-275/15)

(2015/C 279/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Appeal (England & Wales) (Civil Division)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ITV Broadcasting Limited, ITV2 Limited, ITV Digital Channels Limited, Channel Four Television Corp., 4 Ventures Limited, Channel 5 Broadcasting Limited, ITV Studios Limited

Konvenuti: TVCatchup Limited, Media Resources Limited, TVCatchup (UK) Limited

Intervenjenti: The Secretary of State for Business, Innovation and Skills, Virgin Media Limited

Domandi preliminari

Għal dak li jirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva”), u b’mod partikolari l-formulazzjoni “Din id-Direttiva għħ ndha [għandha] tkun mingħajr preġudizzju [b’mod partikolari] għad-disposizzjonijiet dwar [...] aċċess għal cable ta’ servizzi tax-xandir”:

1)

Il-formulazzjoni ċċitata iktar ’il fuq tawtorizza ż-żamma ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tiddefinixxi l-portata tal-kunċett ta’ “cable”, jew inkella l-portata ta’ din id-dispożizzjoni tal-Artikolu 9 hija ddeterminata minn tifsira ta’ “cable” li hija ddefinita mid-dritt tal-Unjoni?

2)

Jekk il-kunċett ta’ “cable” li jinsab fl-Artikolu 9 huwa ddefinit mid-dritt tal-Unjoni, x’inhi t-tifsira? B’mod partikolari:

a)

Għandu tifsira marbuta ma’ teknoloġija speċifika, limitata għan-netwerks tal-cable klassiċi operati minn fornituri tradizzjonali ta’ servizzi bil-cable?

b)

Fil-każ kuntrarju, għandu tifsira newtrali fuq il-livell teknoloġiku li tinkludi servizzi funzjonalment simili trażmessi permezz tal-internet?

c)

F’kull każ, jinkludi t-trażmissjoni ta’ enerġija microwave bejn punti terrestri fissi?

3)

Il-formulazzjoni ċċitata iktar ’il fuq tapplika (1) għad-dispożizzjonijiet li jirrikjedu li netwerks tal-cable jittrażmettu mill-ġdid ċerti xandiriet, jew inkella (2) għad-dispożizzjonijiet li jawtorizzaw it-trażmissjoni mill-ġdid bil-cable ta’ xandiriet (a) meta t-trażmissjonijiet mill-ġdid huma simultanji u limitati għaż-żoni li għalihom ix-xandiriet kienu intiżi u/jew (b) meta x-xandiriet huma trażmessi mill-ġdid fuq kanali suġġetti għal ċerti obbligi ta’ servizz pubbliku?

4)

Jekk il-portata tal-kunċett ta’ “cable” li jinsab fl-Artikolu 9 hija ddefinita mid-dritt nazzjonali, id-dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali hija suġġetta għall-osservanza tal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni ta’ proporzjonalità u ta’ bilanċ ġust bejn id-drittijiet ta’ detenturi ta’ drittijiet tal-awtur, ta’ proprjetarji tal-cable u l-interess pubbliku?

5)

L-Artikolu 9 jkopri biss id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali fis-seħħ fid-data li fiha d-Direttiva ġiet approvata, fid-data tad-dħul fis-seħħ tagħha jew fid-data ta’ skadenza għat-traspożizzjoni tagħha, jew inkella japplika wkoll għad-dispożizzjonijiet sussegwenti tad-dritt nazzjonali li jirrigwardaw l-aċċess għall-cable ta’ servizzi tax-xandir?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour du travail de Bruxelles (il-Belġju) fl-10 ta’ Ġunju 2015 – Office national de l’emploi (ONEm), M vs M, Office national de l’emploi (ONEm), Caisse Auxiliaire de Paiement des Allocations de Chômage (CAPAC)

(Kawża C-284/15)

(2015/C 279/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour du travail de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Office national de l’emploi (ONEm), M

Konvenuti: M, Office national de l’emploi (ONEm), Caisse Auxiliaire de Paiement des Allocations de Chômage (CAPAC)

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 67(3) tar-Regolament dwar is-sigurtà soċjali Nru 1408/71 (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li Stat Membru jirrifjuta t-total tal-perijodi ta’ impjieg neċessarju għall-ammissibbiltà għall-benefiċċju ta’ allowance tal-qgħad intiż sabiex jikkompleta d-dħul ta’ impjieg part-time, meta l-okkupazzjoni f’dan l-impjieg ma kienet ippreċeduta minn ebda perijodu ta’ assigurazzjoni jew ta’ impjieg f’dan l-Istat Membru?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, l-Artikolu 67(3) tar-Regolament dwar is-sigurtà soċjali Nru 1408/71, huwa kompatibbli, b’mod partikolari:

mal-Artikolu 48 TFUE, sa fejn il-kundizzjoni li dan l-Artikolu 67(3) jissuġġetta t-total tal-perijodi ta’ impjieg għaliha, hija tali li tirrestrinġi l-moviment liberu tal-ħaddiema u l-aċċess tagħhom għal ċerti impjiegi part-time,

mal-Artikolu 45 TFUE, li “jimplika l-abolizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni minħabba ċittadinanza bejn il-ħaddiema ta’ l-Istati Membri dwar l-impjieg, il-paga u l-kondizzjonijiet l-oħra tax-xogħol” u jipprevedi d-dritt għall-ħaddiema “li jaċċetta offerti ta’ impjieg li jkunu saru” (inklużi impjiegi part-time) fl-Istati Membri l-oħra, “li jispostja ruħu liberament għal dan l-għan fit-territorju ta’ l-Istati Membri” u li jirrisjedi fih “sabiex jaħdem f’impjieg skond il-liġijiet, regolamenti u regoli amministrattivi li jirregolaw l-impjieg tal-ħaddiema ta’ dak l-Istat”,

mal-Artikolu 15(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea li jippreċiża li “[k]ull ċittadin ta’ l-Unjoni għandu l-libertà li jfittex impjieg, li jaħdem, [...] f’kull Stat Membru”?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-29 ta’ Ġunju 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 308, iktar ’il quddiem ir-“Regolament dwar is-sigurtà soċjali Nru 1408/71”).


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fil-15 ta’ Ġunju 2015 – Patrice D’Oultremont, Henri Tumelaire, François Boitte, Éoliennes à tout prix? ASBL vs Région wallonne

(Kawża C-290/15)

(2015/C 279/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Patrice D’Oultremont, Henri Tumelaire, François Boitte, Éoliennes à tout prix? ASBL

Konvenut: Région wallonne

Domandi preliminari

L-Artikoli 2(a) u 3(2)(a) tad-Direttiva 2001/42/KE (1) dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, jimplikaw li għandu jiġi kkwalifikat bħala “pjan jew programm” fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet digriet leġiżlattiv li jinkludi diversi dispożizzjonijiet relatati mal-installazzjoni ta’ turbini tar-riħ, inklużi miżuri ta’ sigurtà, ta’ kontroll, ta’ tiswija u ta’ garanziji finanzjarji, kif ukoll regoli dwar il-ħsejjes iddefiniti fir-rigward taż-żoni ta’ ppjanar, liema dispożizzjonijiet jirregolaw il-ħruġ ta’ permessi amministrattivi li jagħtu d-dritt lis-sid tal-kostruzzjoni li jwaqqaf u li jopera installazzjonijiet suġġetti ipso iure għall-evalwazzjoni tal-effetti fuq l-ambjent abbażi tad-dritt intern?


(1)  Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157).


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Alicante (Spanja) fil-25 ta’ Ġunju 2015 – Ana María Palacios Martínez vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

(Kawża C-307/15)

(2015/C 279/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Alicante

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ana María Palacios Martínez

Konvenut: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li l-effetti ta’ ħlas lura li jirriżultaw mid-dikjarazzjoni ta’ nullità minħabba n-natura inġusta ta’ klawżola dwar rata ta’ interessi minima li ddaħħlet f’kuntratt ta’ self ma japplikawx retroattivament fid-data ta’ konklużjoni tal-kuntratt iżda f’data sussegwenti huwa kompatibbli mal-prinċipju ta’ assenza ta’ natura vinkolanti rikonoxxut fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993 (1), dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?

2)

Il-kriterju ta’ bona fide tal-oqsma kkonċernati li fuqu hija bbażata l-limitazzjoni tal-effett retroattiv li tirriżulta minn klawżola inġusta, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi mill-Istati Membri kollha?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermativa, liema rekwiżiti għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biex tiġi ddeterminata l-eżistenza tal-bona fide tal-oqsma kkonċernati?

4)

Fi kwalunkwe każ, l-aġir tal-bejjiegħ jew fornitur fir-redazzjoni tal-kuntratt, li ta lok għan-nuqqas ta’ trasparenza li kien fl-oriġini tan-natura inġusta tal-klawżola, huwa konformi mal-bona fide tal-oqsma kkonċernati?

5)

Ir-riskju ta’ diffikultajiet serji li fuqu hija bbażata l-limitazzjoni tal-effett retroattiv li jirriżulta minn klawżola inġusta, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi mill-Istati Membri kollha?

6)

Fil-każ ta’ risposta affermativa, liema kriterji għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni?

7)

Ir-riskju ta’ diffikultajiet serji, għandu jiġi evalwat billi jittieħed biss inkunsiderazzjoni dak ir-riskju li jista’ jirriżulta għall-bejjiegħ jew fornitur jew għandu jittieħed ukoll inkunsiderazzjoni d-dannu li jiġi kkawżat lill-konsumaturi minħabba n-nuqqas ta’ ħlas lura sħiħ tal-ammonti mħallsa skont l-imsemmija klawżola dwar rata ta’ interessi minima?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Audiencia Provincial de Alicante (Spanja) fil-25 ta’ Ġunju 2015 – Banco Popular Español, S.A. vs Emilio Irles López u Teresa Torres Andreu

(Kawża C-308/15)

(2015/C 279/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Alicante

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Banco Popular Español, S.A

Konvenuti: Emilio Irles López uTeresa Torres Andreu

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li l-effetti ta’ ħlas lura li jirriżultaw mid-dikjarazzjoni ta’ nullità minħabba n-natura inġusta ta’ klawżola dwar rata ta’ interessi minima li ddaħħlet f’kuntratt ta’ self ma japplikawx retroattivament fid-data ta’ konklużjoni tal-kuntratt iżda f’data sussegwenti huwa kompatibbli mal-prinċipju ta’ assenza ta’ natura vinkolanti rikonoxxut fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993 (1), dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur?

2)

Il-kriterju ta’ bona fide tal-oqsma kkonċernati li fuqu hija bbażata l-limitazzjoni tal-effett retroattiv li tirriżulta minn klawżola inġusta, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi mill-Istati Membri kollha?

3)

Fil-każ ta’ risposta affermativa, liema rekwiżiti għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni biex tiġi ddeterminata l-eżistenza tal-bona fide tal-oqsma kkonċernati?

4)

Fi kwalunkwe każ, l-aġir tal-bejjiegħ jew fornitur fir-redazzjoni tal-kuntratt, li ta lok għan-nuqqas ta’ trasparenza li kien fl-oriġini tan-natura inġusta tal-klawżola, huwa konformi mal-bona fide tal-oqsma kkonċernati?

5)

Ir-riskju ta’ diffikultajiet serji li fuqu hija bbażata l-limitazzjoni tal-effett retroattiv li jirriżulta minn klawżola inġusta, huwa kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni li għandu jiġi interpretat b’mod uniformi mill-Istati Membri kollha?

6)

Fil-każ ta’ risposta affermativa, liema kriterji għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni?

7)

Ir-riskju ta’ diffikultajiet serji, għandu jiġi evalwat billi jittieħed biss inkunsiderazzjoni dak ir-riskju li jista’ jirriżulta għall-bejjiegħ jew fornitur jew għandu jittieħed ukoll inkunsiderazzjoni d-dannu li jiġi kkawżat lill-konsumaturi minħabba n-nuqqas ta’ ħlas lura sħiħ tal-ammonti mħallsa skont l-imsemmija klawżola dwar rata ta’ interessi minima?

8)

L-estensjoni awtomatika tal-istess limitazzjoni tal-effetti ta’ ħlas lura li jirriżultaw min-nullità ta’ klawżola dwar rata ta’ interessi minima ddikjarata fi ħdan proċedura mressqa minn assoċjazzjoni ta’ konsumaturi kontra entitajiet finanzjarji, għal azzjonijiet individwali ta’ nullità ta’ klawżola dwar rata ta’ interessi minima, minħabba li hija inġusta, imressqa mill-klijenti-konsumaturi li kkonkludew kuntratt ta’ self ipotekarju ma varji entitajiet finanzjarji hija kompatibbli mal-prinċipju ta’ assenza ta’ natura vinkolanti tal-klawżoli inġusti fir-rigward tal-konsumatur hekk kif irrikonoxxut fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, u mad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva rrikonoxxut fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2)?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU 2000, C 364, p. 1


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/25


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour administrative d’appel de Paris (Franza) fid-29 ta’ Ġunju 2015 – Overseas Financial Limited, Oaktree Finance Limited vs Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique

(Kawża C-319/15)

(2015/C 279/31)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Paris

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Overseas Financial Limited, Oaktree Finance Limited

Konvenut: Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 17 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 961/2010 (1) jiksru l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 1 tal-ewwel protokoll addizzjonali għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, li jipproteġu d-dritt għall-proprjetà, moqrija flimkien mal-Artikolu 47 ta’ din il-karta u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 6 tal-imsemmija konvenzjoni, li jiggrantixxu d-dritt għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ġudizzjarja f’terminu raġonevoli, sa fejn dawn id-dispożizzjonijiet b’mod partikolari ma jipprovdux għall-possibbiltà ta’ rilaxx ta’ fondi ffriżati meta terz jipprevalixxi ruħhui minn kreditu akkwistat skont deċiżjoni ġudizzjarja li tikkundanna persuna indikata sabiex tiġi ssuġġettata għal miżura ta’ ffriżar għall-ħlas ta’ kumpens favuriha mogħtija wara proċedura mibdija qabel din l-indikazzjoni u meta dawn iż-żewġ persuni ma jkollhom l-ebda relazzjoni, anki indiretta, marbuta mal-attivitajiet previsti fir-regolament?


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1).


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/26


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Lulju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Awstrija

(Kawża C-347/15)

(2015/C 279/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls, J. Hottiaux u T. Maxian Rusche, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Awstrija

Talbiet

tikkonstata li, billi naqset milli tobbliga lill-Ferroviji Federali Awstrijaċi (trasport ta’ passiġġieri) milli jippubblikaw il-ħlas ta’ kumpens għal servizz pubbliku kif ukoll l-ispejjeż u d-dħul għal kull kuntratt ta’ servizz pubbliku, ir-Repubblika tal-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2012/34/UE (1) kif ukoll l-Artikolu 6(1) moqri mal-punt 5 tal-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (2);

tikkundanna lir-Repubblika tal-Awstrija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-konvenuta naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva 2012/34/UE kif ukoll taħt ir-Regolament (KE) Nru 1370/2007.

Il-konvenuta ma żguratx ruħha, li l-fatturi li jikkorrispondu ma’ fondi pubbliċi għall-provvista ta’ servizzi pubbliċi ta’ trasport ta’ passiġġieri jiġu stabbiliti b’mod distint u separatament skont kull kuntratt u li l-ispejjeż u d-dħul jiġu ddikjarati u magħmula pubbliċi separatament. Għalhekk il-konvenuta tikser ir-regoli rilevanti tad-dritt tal-Unjoni dwar il-qasam tat-trasport ferrovjarju.


(1)  Direttiva 2012/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, li tistabbilixxi żona ferrovjarja unika Ewropea (riformulazzjoni) (ĠU L 343, p. 32).

(2)  Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, p. 1).


Il-Qorti Ġenerali

24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-516/10) (1)

((“FAEGG - Taqsima ‘Gwida’ - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Programm ta’ inizjattiva Komunitarja Leader+ - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu ta’ adozzjoni ta’ deċiżjoni - Ksur tal- Ksur tal-forom proċedurali sostanzjali”))

(2015/C 279/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn E. Belliard, B. Cabouat, G. de Bergues, D. Colas u C. Candat, sussegwentement minn D. Colas, C. Candat u J. S. Pilczer, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u G. von Rintelen, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni C (2010) 5724 tal-Kumissjoni (finali), tat-23 ta’ Awwissu 2010, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Gwida”, mogħtija għall-programm ta’ inizjattiva Komunitarja CCI 2000.FR.060.PC.001 (France – Leader+).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni C (2010) 5724 tal-Kumissjoni (finali), tat-23 ta’ Awwissu 2010, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji għall-għajnuna mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), Taqsima “Gwida”, mogħtija għall-programm ta’ inizjattiva Komunitarja CCI 2000.FR.060.PC.001 (France – Leader+) hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-Repubblika Franċiża.


(1)  ĠU C 13, 15.1.2011.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/28


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2015 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-44/11) (1)

((“FAEGG - Taqsima Garanzija - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Għajnuna għall-produzzjoni ta’ trab tal-ħalib xkumat - Irregolaritajiet jew negliġenza attribwibbli lill-awtoritajiet amministrattivi jew organi tal-Istati Membri - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ ne bis in idem - Terminu raġonevoli”))

(2015/C 279/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn L. Ventrella u G. Fiengo, avukati tal-Istat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/668/UE, tal-4 ta’ Novembru 2010, li teskludi ċertu nfiq mill-Istati Membri taħt it-Taqsima tal-Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Gwida u Garanzija (FAEGG), fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għal Żvilupp Rurali (FAEŻR), minn finanzjament mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 288, p. 24), sa fejn teskludi ċertu nfiq li sar mir-Repubblika Taljana.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huma miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 80, 12.3.2011.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2015 – Nanu-Nana Joachim Hoepp vs UASI – Vincci Hoteles (NANU)

(Kawża T-89/11) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja NANU - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti NAMMU - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 279/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG (Bremen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Nordemann u T. Boddien, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Vincci Hoteles, SA (Alcobendas, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Novembru 2010 (Każ R 641/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vincci Hoteles, SA u Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co KG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Nanu-Nana Joachim Hoepp GmbH & Co. KG hija kkundananta għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 113, 9.4.2011.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Lulju 2015 – European Dynamics Luxembourg et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-536/11) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ żvilupp u ta’ manutenzjoni ta’ softwer, ta’ konsulenza u ta’ assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet informatiċi - Klassifika tal-offerta ta’ offerent fil-kaskata għal diversi lottijiet u klassifika tal-offerti ta’ offerenti oħra - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kriterju ta’ għoti - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))

(2015/C 279/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu); European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju); u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis, M. Dermitzakis u N. Theologou, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: initizjalment S. Delaude u V. Savov, sussegwentement S. Delaude, aġenti, assistiti minn O. Graber-Soudry, solicitor)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, tat-22 ta’ Lulju 2011, li tikklassifika lir-rikorrenti, għall-offerti tagħhom ippreżentati fir-rigward tas-sejħa għal offerti AO 10340, dwar il-provvista ta’ servizzi informatiċi ta’ żvilupp u ta’ manutenzjoni ta’ softwer, ta’ konsulenza u ta’ assistenza għal tipi differenti ta’ applikazzjonijiet informatiċi (ĠU 2011/S 66-106099), fit-tielet pożizzjoni fil-kaskata għal-lott Nru 1, fit-tielet pożizzjoni fil-kaskata għal-lott Nru 4 u fit-tieni pożizzjoni fil-kaskata għal-lott Nru 3, kif ukoll tad-deċiżjonijiet li jagħtu l-kuntratti inkwistjoni lil offerenti oħra sa fejn dawn jirrigwardaw il-klassifika tagħhom u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

European Dynamics Luxembourg SA, European Dynamics Belgium SA u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 355, 3.12.2011


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Lulju 2015 – Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI Ceramicas del Foix (Rock & Rock)

(Kawża T-436/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva Rock & Rock - Trade marks nazzjonali preċedenti MASTERROCK, FIXROCK, FLEXIROCK, COVERROCK u CEILROCK - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 279/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG (Gladbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ceramicas del Foix, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: M. Pérez Serrres u R. Guerras Mazón, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Lulju 2012 (Każ R 495/2011-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG u Ceramicas del Foix, SA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 379, 8.12.2012


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 8 ta’ Lulju 2015 – Deutsche Rockwool Mineralwoll vs UASI – Redrock Construction (REDROCK)

(Kawża T-548/12) (1)

(“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva REDROCK - Trade marks nazzjonali preċedenti ROCK, KEPROCK, FLEXIROCK, FORMROCK, FLOOR-ROCK, TERMAROCK, KLIMAROCK, SPEEDROCK, DUROCK, SPLITROCK, PLANAROCK, TOPROCK, KLEMMROCK, FIXROCK, SONOROCK PLUS, VARIROCK, SONOROCK u MASTERROCK - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”)

(2015/C 279/38)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG (Gladbeck, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Mahelka, P. Geroulakos u M. Rajh, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Redrock Construction s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: D. Krofta, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1596/2011-4), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG u Redrock Construction s.r.o.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Deutsche Rockwool Mineralwoll GmbH & Co. OHG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 63, 2.3.2013


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Lulju 2015 – CMT vs UASI – Camomilla (Camomilla)

(Kawżi magħquda T-98/13 u T-99/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade marks Komunitarji figurattivi Camomilla - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CAMOMILLA - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ mala fide tal-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ xebh ta’ prodotti - Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(1)(b) u (5) tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 279/39)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia, R. Floridia, M. Franzoni u G. Rubino, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Camomilla SpA (Buccinasco, l-Italja) (rappreżentanti: A. Tornato u M. Mussi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjonijiet tal-Ewwl Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Novembru 2012 (Każijiet R 1615/2011-1 u R 1617/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn CMT – Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) u Camomilla SpA.

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 141, 18.5.2013.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 9 ta’ Lulju 2015 – CMT vs UASI – Camomilla (CAMOMILLA)

(Kawża T-100/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali CAMOMILLA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti Camomilla - Raġuni assoluta għal rifjut - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ mala fide tal - proprjetarju tat - trade mark Komunitarja - Provi addizzjonali prodotti quddiem il-Bord tal-Appell”])

(2015/C 279/40)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: G. Floridia, R. Floridia, M. Franzosi u G. Rubino, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Camomilla SpA (Buccinasco, l-Italja) (rappreżentanti: A. Tornato u M. Mussi, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1616/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) u Camomilla SpA.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tad-29 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1616/2011-1) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti minn CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl).

3)

CAMOMILLA SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 141, 18.5.2013


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2015 – Alpinestars Research vs UASI – Tung Cho u Wang Yu (A ASTER)

(Kawża T-521/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedura ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva A ASTER - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti A-STARS - Raġuni relattiva għal rifjut - Riskju ta’ konfużjoni - Xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 279/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Alpinestars Research Srl (Coste di Maser, l-Italja) (rappreżentanti: G. Dragotti, R. Valenti u S. Balice, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: V. Melgar, aġent)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kean Tung Cho (Taichung City, Tajwan); u Ling-Yuan Wang Yu (Wuci Township, Tajwan)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Lulju 2013 (Każ R 2309/2012-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Alpinestars Research Srl, minn naħa, u Kean Tung Cho u Ling-Yuan Wang Yu, min-naħa l-oħra.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)(UASI) tal-15 ta’ Lulju 2013 (Każ R 2309/2012-4) hija annullata

2)

L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 352, 30.11.2013.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/34


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2015 – Axa Versicherung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-677/13) (1)

((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ proċedura għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni - Talba li tirrigwarda sensiela ta’ dokumenti - Rifjut ta’ aċċess - Talba li tirrigwarda dokument wieħed - Werrej - Obbligu li jitwettaq eżami konkret u individwali - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali ta’ terz - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-iskop ta’ ispezzjonijiet, investigazzjoni u verifiki - Interess pubbliku superjuri - Kawża għal kumpens - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

(2015/C 279/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Axa Versicherung AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Bahr, S. Dethof u A. Malec, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Clotuche-Duvieusart u H. Krämer, aġenti, assistiti minn R. Van der Hout u minn A. Köhler, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Saint-Gobain Sekurit Deutschland GmbH & Co. KG (Aachen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Meyring u E. Venot, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gestdem 2012/817 u 2012/3021, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li tiċħad żewġ talbiet ta’ aċċess għal dokumenti tal-fajl fil-Każ COMP/39.125 (Ħġieġ tal-karozzi)

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Gestdem 2012/817 u 2012/3021, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li tiċħad żewġ talbiet ta’ aċċess għal dokumenti tal-fajl tal-Każ COMP/39.125 (Ħġieġ tal-karozzi), hija annullata sa fejn tirrigwarda rifjut sabiex Axa Versicherung AG tkun tista’ taċċedi għar-riferimenti għad-“dokumenti ta’ klemenza” inklużi fil-werrej ta’ dan il-fajl.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Axa Versicherung u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.

4)

Saint-Gobain Sekurit Deutschland GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 71, 8.3.2014.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Lulju 2015 – Federcoopesca et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-312/14) (1)

((“Rikors għal annullament - Sajd - Sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni intiż sabiex jiġu indirizzati l-lakuni tas-sistema Taljana ta’ kontroll tas-sajd - Att li ma jbiddilx fih innifsu s-sitwazzjoni legali tar-rikorrent - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”))

(2015/C 279/43)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Federazione nazionale delle cooperative della pesca (Federcoopesca) (Ruma, l-Italja); Associazione Lega Pesca (Ruma); Associazione generale cooperative italiane settore agro ittico alimentare (AGCI AGR IT AL) (Ruma) (rappreżentanti: L. Caroli, S. Ventura u V. Cannizzaro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 8635 finali, tas-6 ta’ Diċembru 2013, dwar l-istabbiliment ta’ pjan ta’ azzjoni intiż sabiex jiġu indirizzati l-lakuni tas-sistema Taljana ta’ kontroll tas-sajd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Federazione nazionale delle cooperative della pesca (Federcoopesca), Associazione Lega Pesca u Associazione generale cooperative italiane settore agro ittico alimentare (AGCI AGR IT AL) huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 194, 24.6.2014.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/36


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2015 – Arbuzov vs Il-Kunsill

(Kawża T-221/15)

(2015/C 279/44)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Arbuzov (Kjev, l-Ukrajna) (rappreżentant: M. Machytková, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/364, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna, sa fejn dawn jirrigwardaw lir-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jirrimborsa lir-rikorrenti l-ispejjeż tal-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tagħha għal amministrazzjoni tajba

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tinvoka ksur tad-dritt tagħha għal amministrazzjoni tajba, iggarantit bl-Artikolu 41(1) u (2)(a) u (ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) minħabba l-fatt li, fil-fehma tagħha, il-konvenut ma weriex id-diliġenza meħtieġa mingħandu li jeżamina bir-reqqa’ u b’imparzjalità l-elementi kollha rilevanti tal-każ tar-rikorrenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-dritt tagħha għall-proprjetà

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li l-konvenut kisier id-dritt għall-proprjetà ggarantit lir-rikorrenti permezz tal-Artikolu 17(1) tal-Karta u tal-Artikolu 1 tal-Protokoll addizzjonali Nru 1 tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, inkwantu, wara l-ksur tad-dritt tagħha għal amministrazzjoni tajba, il-konvenut adotta l-atti kkontestati li jillimitaw id-dritt għall-proprjetà tar-rikorrenti mingħajr raġuni legali u b’kuntrast mal-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 52(1) tal-Karta.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/36


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2015 – Novartis Europharm vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-269/15)

(2015/C 279/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis Europharm Ltd (Camberley, ir-Renju Unit) (rappreżentant: C. Schoonderbeek, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata, u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tagħha u għal dawk ta’ Novartis.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ din il-kawża, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2015) 1977 finali, tat-18 ta’ Marzu 2015, li tagħti lil Pari Pharma awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott mediċinali għall-użu mill-bniedem “Vantobra – tobramycine”.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea hija illegali minħabba li tikkostitwixxi ksur tad-drittijiet ta’ esklużività tas-suq orfni ta’ Novartis Europharm Ltd għall-prodott tiegħu TOBI Podhaler skont l-Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nru 141/2000 (1) minħabba li l-perijodu ta’ esklużività tas-suq orfni għadu ma skadiex filwaqt li l-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ deroga ta’ esklużività tas-suq skont l-Artikolu 8(3) tal-istess regolament ma humiex issodisfatti.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea hija wkoll illegali minħabba li ma fihiex espożizzjoni tal-motivi kif meħtieġ mill-Artikolu 96 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 81(1) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 (2).


(1)  Regolament (KE) Nru 141/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1999, dwar il-prodotti mediċinali orfni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 21).

(2)  Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 229).


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/37


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 – ANKO AE vs L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

(Kawża T-270/15)

(2015/C 279/46)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO Anonymos Etairia Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: Vasileios Christianos, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Talbiet

tikkonstata li s-sospensjoni tal-ħlas imposta mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA), f’dak li jirrigwarda l-ammont li għadu dovut lir-rikorrenti għall-parteċipazzjoni tagħha fil-proġett ESS, tikkostitwixxi ksur tal-obbligi kuntrattwali tagħha u li, konsegwentement, ir-REA għandha tħallas lil ANKO l-bilanċ tal-kontribuzzjoni tagħha, fl-ammont ta’ EUR 1 25  253,82, flimkien mal-interessi legali u

tikkundanna lir-REA għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob lill-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 272 TFUE, tikkonstata li s-sospensjoni tal-ħlas imposta mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka, f’dak li jirrigwarda l-ammont li għadu dovut lir-rikorrenti għall-parteċipazzjoni tagħha fil-proġett ESS fil-kuntest tal-programm FP7, tikkostitwixxi ksur tal-obbligi kuntrattwali tagħha u li, konsegwentement, ir-REA għandha tħallas din is-somma lil ANKO, flimkien mal-interessi mid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors.

B’mod iktar partikolari, ANKO ssostni li hija wettqet kompletament u debitament l-obbligi kuntrattwali tagħha. Għall-kuntrarju, l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) issospendiet il-ħlasijiet tagħha fir-rigward ta’ ANKO, bi ksur tal-klawżola II.5(3)(d) tal-Anness II tal-kuntratt prinċipali dwar il-proġett ESS. Għal din ir-raġuni, l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) għadha debitriċi fil-konfront tar-rikorrenti, fir-rigward tal-proġett ESS, għas-somma li l-ħlas tagħha hija ssospendiet illegalment, jiġifieri EUR 1 25  253,82.

Iktar speċifikament, ANKO ssostni li s-sospensjoni tal-ħlasijiet mill-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) fil-konfront ta’ ANKO f’dak li jirrigwarda l-proġett ESS tmur kontra l-kuntratt dwar dan il-proġett u kontra d-dritt tal-Unjoni għar-raġunijiet li ġejjin:

L-ewwel nett, l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) imponiet illegalment is-sospensjoni tal-ħlasijiet dovuti lil ANLO għaliex din ma taqa’ taħt ebda wieħed mill-ħames każijiet previsti mill-klawżola II.5(3)(d) tal-Anness II tal-kuntratt prinċipali;

It-tieni nett, l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) issuġġettat illegalment it-tneħħija tas-suspensjoni għal kundizzjoni li bl-ebda mod ma hija prevista mid-dokumenti kuntrattwali u li tmur kontra d-dritt tal-Unjoni.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/38


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Mejju 2015 – Alcogroup u Alcodis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-274/15)

(2015/C 279/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Alcogroup (Brussell, il-Belġju); u Alcodis (Brussell) (rappreżentanti: P. de Bandt, J. Dewispelaere u J. Probst, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha ta’ din il-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed ibbażat fuq il-fatt li, meta adottat u meta implementat id-deċiżjonijiet ikkontestati, il-Kummissjoni kienet kisret id-drittijiet tagħhom tad-difiża u d-dritt tagħhom tal-invjolabbiltà tad-domiċilju, kif ukoll il-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba u ta’ proporzjonalità.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/39


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Tayto Group vs UASI – MIP Metro (real)

(Kawża T-287/15)

(2015/C 279/48)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tayto Group Ltd (Corby, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata: trade mark figurattiva bl-aħmar u bil-blu li tinkludi l-element verbali “real” – trade mark Komunitarja verbali Nru 38 968

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2285/2013-4.

Talbiet

tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

ksur tal-Artikoli 15, 51, 64, 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/39


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2015 – KV vs EACEA

(Kawża T-306/15)

(2015/C 279/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: KV (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni EACEA/MH/mvh/OKRAPF15D006233 tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) tal-10 ta’ April 2014, relatata mal-finanzjament tal-ftehim 518072-LLP-1-2011-1-DE-COMENIUS-CNW/2011-3848 sa fejn tikkonċerna l-proġett NEST – “Network for Staff and Teachers in Childcare Services”;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti f’din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni fid-distinzjoni bejn is-servizzi “abitwali” u “addizzjonali” pprovduti mill-imsieħba/azzjonisti tar-rikorrenti matul il-proġett inkwistjoni, peress li l-EACEA manifestament marret kontra n-natura tas-servizzi pprovduti mill-imsieħba, ir-rieda ċara tat-talba tal-assemblea ġenerali tar-rikorrenti li jkunu trattati u regolati tali servizzi peress li hija tqishom bħala kategorija distinta li ma taqgħax taħt id-dispożizzjonijiet tal-istatuti, u l-fatt li s-servizzi pprovduti mill-imsieħba fil-proġett ikkonċernat kienu jissodisfaw ir-rekwiżiti kollha espressi fid-deċiżjoni msemmija iktar 'il fuq tal-assemblea ġenerali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq it-tieni żball manifest ta’ evalwazzjoni.

Id-deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata minn żball manifest ta’ evalwazzjoni sa fejn tikkonċerna r-raġunament tad-deċiżjoni dwar ir-rabta ta’ subordinazzjoni bejn l-imsieħba/azzjonisti u r-rikorrenti, li l-eżistenza tagħha kienet ġiet stabbilita b’mod ċar fil-provi prodotti quddiem l-EACEA.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/40


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2015 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-314/15)

(2015/C 279/50)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Il-Greċja (rappreżentanti: K. Boskovits u L. Kotroni))

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-23 ta’ Marzu 2015, SA.28876 (2012/C) (ex CP202/2009), dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija mill-Greċja lill-kumpannija Stathmos Emporevmatokivotion Peiraia & Cosco Pacific Limited;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-Repubblika Ellenika.

Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-Repubblika Ellenika tinvoka l-bidla fil-bażi legali u fattwali tal-kawża bejn id-deċiżjoni li jingħata bidu għall-proċedura u d-deċiżjoni li tiddikjara li ngħatat l-għajnuna.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(1) TFUE fir-rigward tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat.

Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-Repubblika Ellenika tinvoka l-assenza ta’ vantaġġ ekonomiku u ta’ natura selettiva tal-miżuri inkwistjoni u b’mod partikolari l-fatt li l-konvenuta ma indikatx korrettament is-sistema ta’ riferiment tal-imsemmija miżuri, naqset milli tevalwa s-sitwazzjonijiet ġuridiċi u fattwali, essenzjalment differenti bejniethom, tal-impriżi attivi fis-settur tax-xogħlijiet fl-infrastruttura pubblika mill-perspettiva tal-karatteristiċi partikolari tal-kuntratti ta’ konċessjonijiet li jkollhom tali suġġett u kisret il-prinċipji fundamentali u ta’ gwida tas-sistema fiskali ġenerali li manifestament iservu bħala bażi għall-miżuri inkwistjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq in-natura żbaljata, nieqsa u kontradittorja tal-motivazzjoni fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat inkwistjoni.

Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-Repubblika Ellenika tinvoka n-natura żbaljata, nieqsa u kontradittorja tal-motivazzjoni fir-rigward ta’: a) l-għoti ta’ għajnuna mill-Istat permezz ta’ riżorsi tal-Istat, b) il-preżenza ta’ vantaġġi selettivi, ċ) il-paragun ma’ dispożizzjonijiet simili ta’ natura fiskali relatati mal-kuntratti ta’ konċessjoni fis-settur tax-xogħlijiet fl-infrastruttura pubblika approvati mill-Kummissjoni u d) id-distorsjoni tal-kompetizzjoni u l-effett fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 107(3) TFUE fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern.

Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-Repubblika Ellenika tinvoka l-evalwazzjoni żbaljata min-naħa tal-konvenuta fir-rigward tal-eżistenza ta’ għajnuna reġjonali kompatibbli u ta’ għajnuna neċessarja u proporzjonata li tippromwovi t-twettiq ta’ għan ta’ interess komuni.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq kwantifikazzjoni żbaljata tal-għajnuna u fuq il-ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-irkupru tal-għajnuna.

Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-Repubblika Ellenika tinvoka l-metodoloġija żbaljata proposta mill-konvenuta għall-kwantifikazzjoni tal-għajnuna u l-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/41


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Ġunju 2015 – Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató vs UASI – Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató (Choco Love)

(Kawża T-325/15)

(2015/C 279/51)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sun System Kereskedelmi és Szolgáltató kft (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: Á. László, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Hollandimpex Kereskedelmi és Szolgáltató kft (Budapest, l-Ungerija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Choco love” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 496 916

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 1369/2014-1

Talbiet

tilqa’ r-rikors, timmodifika d-deċiżjoni kkontestata billi tilqa’ l-oppożizzjoni u tiċħad l-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja “Choco love”; jew sussidjarjament:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-każ lura quddiem l-UASI għal eżami mill-ġdid;

tikkundanna lill-UASI għall-ħlas tal-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/42


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2015– Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-327/15)

(2015/C 279/52)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, O. Tsirkinidou u A.E. Vasilopoulou)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni, tal-25 ta’ Marzu 2015, dwar l-applikazzjoni ta’ korrezzjonijiet finanzjarji fl-għajnuna tal-FAEGG, Taqsima “Gwida”, mogħtija fil-programm operattiv CCI No2000GR061PO021 (GREĊJA – Objettiv 1 – Rikostruzzjoni rurali), tal-ammont ta’ EUR 7 2 1 05  592,41, innotifikata bid-dokument numru C (2015) 1936 finali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv isostni li d-deċiżjoni kkontestata hija nieqsa minn bażi legali, peress li l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (1), li fuqu hija bbażata, tħassar, sa fejn hija tikkonċerna t-Taqsima “Gwida” tal-FAEGG (l-ewwel parti tal-ewwel motiv) u, fi kwalunkwe każ, il-kundizzjonijiet legali li jippermettu li l-Artikolu 39 tar-Regolament (KE) Nru 1260/1999 jintuża bħala bażi legali, ma humiex sodisfatti minn qabel (it-tieni parti tal-ewwel motiv.)

2.

It-tieni motiv isostni, b’mod sussidjarju għall-ewwel motiv, li l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata teċċedi l-kompetenza ratione temporis tal-Kummissjoni (l-ewwel parti tat-tieni motiv), jew li hija ġiet adottata b’mod tardiv u bi ksur ta’ rekwiżiti proċedurali fundamentali, b’tali mod li hija tikkostitwixxi ksur tad-dritt għal smiegħ tar-Repubblika Ellenika u tad-drittijiet tad-difiża tagħha (it-tieni parti tat-tieni motiv).

3.

It-tielet motiv isostni li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex kompatibbli mal-prinċipju ta’ ċertezza legali u aspettattivi leġittimi mħaddan mill-Istat Membru.

4.

Ir-raba’ motiv isostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ ne bis in idem permezz tal-impożizzjoni ta’ diversi korrezzjonijiet u, fi kwalunkwe każ, il-korrezzjoni finanzjarja imposta hija totalment sproporzjonata, b’tali mod li għandha tiġi annullata.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1260/1999, tal-21 ta’ Ġunju 1999, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fondi Strutturali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 31).


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/43


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2015 minn Geoffroy Alsteens mis-sentenza mogħtija fil-21 ta’ April 2015 mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-87/12 RENV, Alsteens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-328/15 P)

(2015/C 279/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Geoffroy Alsteens (Marcinelle, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-87/12 RENV, Alsteens vs Il-Kummissjoni;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Novembru 2011, sa fejn hija tillimita t-tul tal-estensjoni tal-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tal-appellant għall-31 ta’ Marzu 2012;

tikkundanna lill-Kummissjoni sabiex tħallas l-ammont provviżorju ta’ EUR 1 bħala kumpens għad-dannu mġarrab mill-appellant, kif ukoll l-ispejjeż tal-erba’ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju u ta’ żball ta’ liġi. L-appellant isostni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar 'il quddiem “TSP”) (i) ċaħad bi żball bħala inammissibbli, fir-rigward tar-regola ta’ konkordanza, il-motivi bbażati fuq l-iżball manifest ta’ evalwazzjoni u l-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba filwaqt li l-Kummissjoni qatt ma kienet qajjmet dan il-motiv ta’ inammissibbiltà u li l-partijiet qatt ma kellhom l-opportunità jieħdu pożizzjoni fuq din l-allegata inammissibbiltà u (ii) fi kwalunkwe każ, wettaq żball ta’ liġi meta ddeċieda li l-appellant ma kienx osserva r-regola ta’ konkordanza.

2.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq l-iżnaturament tal-argumenti tal-appellant, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u fuq żball ta’ liġi, peress li t-TSP qies li ma kienx meħtieġ li jiddeċiedi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea (iktar 'il quddiem l-“RAA”) u li s-sentenza tal-5 ta’ Ottubru 1995, Alexopoulou vs Il-Kummissjoni (T-17/95, ĠabraSP, EU:T:1995:176), kienet nieqsa mir-rilevanza għas-soluzzjoni tal-kawża.

3.

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u żball ta’ liġi, peress li t-TSP qies li kien hemm bżonn ta’ talba mingħand l-appellant sabiex issir deroga mill-applikazzjoni mekkanika tar-regola tas-sitt snin, u b’hekk ma ħax inkunsiderazzjoni l-fatt li d-deċiżjoni kkontestata kienet att li jikkawża preġudizzju lill-appellant.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/44


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2015 – Certuss Dampfautomaten vs UASI – Universal for Engineering Industries (Universal 1800 TC)

(Kawża T-329/15)

(2015/C 279/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Certuss Dampfautomaten GmbH & Co. KG (Krefeld, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sroka, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Universal for Engineering Industries SAE (Giza, l-Eġittu)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Universal 1800 TC” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 632 503

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ April 2015 fil-Każ R 1303/2014-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/44


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Ġunju 2015 – Keil vs UASI – Naturafit Diätetische Lebensmittelproduktions (BasenCitrate)

(Kawża T-330/15)

(2015/C 279/55)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Rudolf Keil (Grevenbroich, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sachs, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Naturafit Diätetische Lebensmittelproduktions GmbH (Röttenbach, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “BasenCitrate” – Trade mark Komunitarja Nru 11 120 284

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ April 2015, fil-Każ R 1541/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-konvenut u lill-intervenjenti għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti matul il-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/45


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2015 – Universal Protein Supplements vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ body builder)

(Kawża T-335/15)

(2015/C 279/56)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Universal Protein Supplements Corp. (New Brunswick, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Malynicz, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ body builder) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 13 060 991

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2958/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/46


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2015 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs UASI (Forma ta’ pompa tal-petrol)

(Kawża T-339/15)

(2015/C 279/57)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Polski Koncern Naftowy Orlen SA (Płock, il-Polonja) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark tridimensjonali (Forma ta’ pompa tal-petrol) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 411 071

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ April 2015 fil-Każ R 2245/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (2), u 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/46


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2015 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs UASI (Forma ta’ stazzjon tal-petrol)

(Kawża T-340/15)

(2015/C 279/58)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Polski Koncern Naftowy Orlen SA (Płock, il-Polonja) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja tridimensjonali (Forma ta’ stazzjon tal-petrol) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 411 112

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ April 2015 fil-Każ R 2247/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), tal-Artikolu 7(2) kif ukoll tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/47


Rikors ippreżentat fit-27 ta’ Ġunju 2015 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs UASI (Forma ta’ pompa tal-petrol)

(Kawża T-341/15)

(2015/C 279/59)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Polski Koncern Naftowy Orlen SA (Płock, il-Polonja) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja tridiminesjonali (Forma ta’ pompa tal-petrol) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 411 138

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ April 2015 fil-Każ R 2248/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI u fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), tal-Artikolu 7(2) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/48


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2015 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs UASI (Forma ta’ pompa tal-petrol)

(Kawża T-342/15)

(2015/C 279/60)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Polski Koncern Naftowy Orlen SA (Płock, il-Polonja) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja tridimensjonali (Forma ta’ pompa tal-petrol) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 416 905

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ April 2015 fil-Każ R 2249/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI u fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), tal-Artikolu 7(2) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/48


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Ġunju 2015 – Polski Koncern Naftowy Orlen vs UASI (Forma ta’ pompa tal-petrol)

(Kawża T-343/15)

(2015/C 279/61)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Polski Koncern Naftowy Orlen SA (Płock, il-Polonja) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja tridiminesjonali (Forma ta’ pompa tal-petrol) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 416 954

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ April 2015 fil-Każ R 2250/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI u fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b), tal-Artikolu 7(2) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/49


Appell ippreżentat fis-7 ta’ Lulju 2015 minn Maria Luisa Garcia Minguez mid-digriet mogħti fit-28 ta’ April 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-72/14, Garcia Minguez vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-357/15 P)

(2015/C 279/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Maria Luisa Garcia Minguez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Ortiz Blanco u Á. Givaja Sanz, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea tat-28 ta’ April 2015 fil-Kawża F-72/14;

tiddeċiedi l-Kawża F-72/14 u tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li l-appellanti ma tiġix ammessa għall-kompetizzjoni interna COM/3/AD9/13; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ “Kummissjoni” u “istituzzjoni” li jinsabu fl-avviż ta’ kompetizzjoni u fl-Artikoli 27 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal. Ir-rikorrenti ssostni li l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) għandha titqies li tagħmel parti mill-Kummissjoni sabiex jiġu ddeterminati l-persuni eżiġibbli għall-kompetizzjoni interna.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll tal-Artikoli 27 u 29 tar-Regolamenti tal-Persunal. L-appellanti ssostni li huwa illegali li l-persunal li jaħdem direttament għal istituzzjoni, inkluż dak ikkollokat ma’ aġenzija eżekuttiva, jiġi ammess għal kompetizzjoni interna filwaqt li, fl-istess ħin, persunal ieħor li jaħdem għall-istess aġenzija jiġi eskluż.

3.

It-tielet aggravju, invokat sussidjarjament, ibbażat fuq ksur tal-obbligu li tingħata tweġiba għal motiv tar-rikors, fuq nuqqas ta’ motivazzjoni u fuq żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll tal-atti tal-istituzzjonijiet. L-appellanti ssostni li s-sitwazzjoni partikolari tagħha – hija kienet eżerċitat, bil-kunsens tal-Kummissjoni, funzjonijiet ta’ kap ta’ diviżjoni f’żewġ diviżjonijiet li jidhru fl-organigramma tal-Kummissjoni – tiġġustifika li hija tiġi ammessa għall-kompetizzjoni interna kkonċernata.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/50


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Lulju 2015 – Dr Vita vs UASI (69)

(Kawża T-360/15)

(2015/C 279/63)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Dr Vita sp. z o. o. (Olsztyn, il-Polonja) (rappreżentant: D. Rzążewska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva Komunitarja li tirrappreżenta n-numru “69” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 794 566

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-1 ta’ April 2015 fil-Każ R 2513/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) kif ukoll tal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/51


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – EJ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-112/14) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Regolament Nru 1023/2013 - Tipi ta’ pożizzjonijiet - Regoli tranżitorji dwar il-klassifikazzjoni fit-tipi ta’ pożizzjonijiet - Artikolu 30(2) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Amministraturi ġuristi fil-grad AD 13 tas-Servizz Ġuridiku tal-Kummissjoni - Sitwazzjoni tal-“Konsulenti Ġuridiċi” u tal-“membri tas-Servizz Ġuridiku” - Modalitajiet ta’ aċċess għall-grad AD 13 taħt ir-Regolamenti tal-Persunal tal-2004 - Promozzjoni skont l-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Ħatra skont l-Artikolu 29(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Klassifikazzjoni fit-tipi ta’ pożizzjonijiet “konsulent jew ekwivalenti” u “amministratur fi tranżizzjoni” - Att li jikkawża preġudizzju - Kunċett ta’ “responsabbiltajiet sinifikanti” - Kunċett ta’ “responsabbiltajiet speċjali” - Ugwaljanza fit-trattament - Eliġibbiltà għall-promozzjoni għall-grad AD 14 - Aspettattivi leġittimi - Prinċipju ta’ ċertezza legali))

(2015/C 279/64)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: EJ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall, C. Ehrbar u G. Gattinara, aġenti)

Intervenjent insostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u M. Veiga, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li jikklassifikaw lir-rikorrenti, skont ir-regoli l-ġodda ta’ karriera u promozzjoni applikabbli wara r-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-1 ta’ Jannar 2014, fit-tip ta’ pożizzjoni “amministratur prinċipali fi tranżizzjoni” u li jċaħħduhom, skonthom, milli jkunu eliġibbli għall-promozzjoni għall-grad AD 14, u sussegwentement għall-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjonijiet individwali, kif ikkonkretizzati permezz ta’ nota mdaħħla wara l-1 ta’ Jannar 2014 fil-fajls individwali kkompjuterizzati tar-rikorrenti, adottati mill-Awtorità tal-Ħatra tal-Kummissjoni Ewropea u li jikklassifikaw lil EJ u lir-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom, reżi anonimi, jinsabu fl-anness, fil-pożizzjoni intitolata, fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, “amministratur prinċipali fi tranżizzjoni”, li tikkorrispondi għat-tip ta’ pożizzjoni “amministratur fi tranżizzjoni” skont ir-Regolamenti tal-Persunal, huma annullati.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn EJ u mir-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom, reżi anonimi, jinsabu fl-anness.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2015, p. 47.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/52


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – Murariu vs EIOPA

(Kawża F-116/14) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal tal-EIOPA - Membru tal-persunal temporanju - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Rekwiżit ta’ esperjenza professjonali minima ta’ tmien snin - Kandidat intern li diġà ġie kkonfermat fil-funzjonijiet tiegħu ta’ membru tal-persunal temporanju fi tmiem stage - Assenjazzjoni provviżorja għall-impjieg il-ġdid li tfisser klassifikazzjoni fi grad ogħla - Żball materjali li jinsab fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Irtirar tal-offerta ta’ impjieg - Applikabbiltà tad-DĠI - Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal - Aspettattivi leġittimi))

(2015/C 279/65)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Simona Murariu (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenuta: L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (rappreżentanti: C. Coucke, aġent, F. Tuytschaever, avukat)

Suġġett

It-talba għal annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur eżekuttiv tal-Awtorità Ewroprea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet (EIOPA) li tirtira deċiżjoni preċedenti li taħtar lir-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju fil-grad AD8 u talba għad-danni fir-rigward tad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-24 ta’ Frar 2014 tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol hija annullata sa fejn:

meta tinjora, f’relazzjoni kuntrattwali, id-drittijiet kweżiti u t-termini kuntrattwali, hija tiċħad retroattivament il-kandidatura ta’ S. Murariu għall-imppieg ta’ espert anzjan fil-pensjonijiet tax-xogħol (“senior expert on personal pensions”) u tirtira impliċitament l-offerta ta’ impjieg, taħt skema ta’ assenjazzjoni provviżorja, diġà aċċettata minn S. Murariu, li kienet saritilha fis-17 ta’ Lulju 2013;

hija ċċaħħad lil S. Murariu mill-benefiċċju ta’ salarju li jikkorrispondi għall-grad AD 8 matul il-perijodu ta’ assenjazzjoni provviżorja mis-16 ta’ Settembru 2013 sal-24 ta’ Frar 2014.

2)

Il-bqija tat-talbiet għal annullament huma miċħuda.

3)

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol hija kkundannata li tikkumpensa d-dannu materjali lil S. Murariu, li sofriet bejn is-16 ta’ Settembru 2013 u l-24 ta’ Frar 2014, sal-ammont li jikkorrispondi għad-differenza fir-remunerazzjoni bejn il-gradi AD 6 u AD 8, miżjud bl-interessi moratorji, mis-16 ta’ Settembru 2013, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament matul il-perijodu kkonċernat u miżjuda b’żewġ punti.

4)

Il-kumplament tat-talbiet għall-kumpens huma miċħuda.

5)

L-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata li tbati l-ispejjeż sostnuti minn S. Murariu.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2015, p. 47.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/53


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-14 ta’ Lulju 2015 – Roda vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-109/14) (1)

((Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Pensjoni tas-superstiti - Artikolu 27 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Dritt tal-konjugu ddivorzjat tal-uffiċjali li miet - Pensjoni tal-manteniment li tinkombi lill-uffiċjali li miet - Limitu tal-pensjoni tas-superstiti - Rikors manifestament infondat))

(2015/C 279/66)

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Silvana Roda (Ispra, l-Italja) (rappreżentant: L. Ribolzi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għal annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma jiżdiedx l-ammont tal-pensjoni tas-superstiti li tibbenefika minnu r-rikorrenti li hija l-ex konjuga ta’ uffiċjal li miet.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

Roda għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 7, 12.01.2015, p. 54.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/53


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tas-16 ta’ Lulju 2015 – FG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża F-20/15) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Riforma tar-Regolamenti tal-Persunal - Regolament Nru 1023/2013 - Tipi ta’ pożizzjonijiet - Regoli tranżitorji dwar il-klassifikazzjoni f’tipi ta’ pożizzjonijiet - Artikolu 30(2) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Eliġibbiltà għal promozzjoni għall-grad superjuri - Proċedura ta’ promozzjoni 2014 - Amministratur li ma jeżerċitax “responsabbiltajiet speċjali” - Possibbiltà ta’ promozzjoni limitata għall-grad AD 12 - Nuqqas ta’ inklużjoni ta’ isem dan l-amministratur fil-lista ta’ uffiċjali tal-grad AD 12 li jistgħu jiġu promossi - Possibbiltà li jintalab il-benefiċċju tal-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal - Data finali tal-31 ta’ Diċembru 2015 - Ammissibbiltà tar-rikors - Kunċett ta’ att li jikkawża preġudizzju - Modifika tal-fajl individwali informatiku tal-uffiċjal - Informazzjoni amministrattiva - Tixrid fuq l-intranet tal-istituzzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tar-rekwiżiti għall-proċedura prekontenzjuża - Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura))

(2015/C 279/67)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: FG (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. S. Bohr u C. Ehrbar, aġenti, B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali proposti għal promozzjoni għall-grad AD 13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 127, 20.4.2015, p. 41.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/54


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-15 ta’ Lulju 2015 – De Esteban Alonso vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-35/15) (1)

((Servizz pubbliku - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għal assistenza - Proċeduri kriminali quddiem qorti nazzjonali - Kostituzzjoni parti ċivili tal-Kummissjoni - Rikors manifestament infondat))

(2015/C 279/68)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Fernando De Esteban Alonso (Saint-Martin-de-Seignanx, Franza) (rappreżentant: C. Huglo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tilqax it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrent meta kien taħt investigazzjoni fuq approprjazzjoni bla jedd ta’ fondi li kellhom imorru fil-baġit Komunitarju.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat.

2)

Fernando De Esteban Alonso għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 146, 4.5.2015, p. 52.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/54


Digriet tal-President tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-15 ta’ Lulju 2015 – Wolff vs SEAE

(Kawża F-94/15 R)

((Servizz pubbliku - Proċeduri għal miżuri provviżorji - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Elezzjonijiet għall-Kumitat tal-Persunal - Urġenza - Assenza - Bilanċ tal-interessi kontrapposti))

(2015/C 279/69)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Oren Wolff (Etterbeek, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: G.-J. Van Hegelsom, S. Marquardt u E. Chaboureau, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad il-kontestazzjoni tar-rikorrrent tar-riżultat tal-elezzjonijiet għall-Kumitat tal-Persunal tas-SEAE.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji ta’ O. Wolff hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/55


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-72/15)

(2015/C 279/70)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tal-proposta ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.

Talbiet

jiddikjara illegali u, għaldaqstant, inapplikabbli l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Mejju 2014, aċċettata fil-11 ta’ Lulju 2014, li jiġu akkreditati d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrenti qabel id-dħul fis-servizz tagħha, fil-kuntest tat-trasferiment tagħhom fl-iskema tal-pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/55


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-74/15)

(2015/C 279/71)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li tingħata biss żieda tal-kumpens ta’ 20 % tal-kapital previst għall-invalidità permanenti totali skont l-Artikolu 14 tal-leġiżlazzjoni komuni relatata mal-kopertura tar-riskji ta’ inċident u ta’ marda professjonali tal-uffiċjali tal-Komunitajiet u l-kumpens għad-dannu morali allegatament subit mir-rikorrent kif ukoll il-kundanna tal-Kummissjoni għall-ħlas ta’ interessi moratorji.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Ġunju 2014 li biha l-Kummissjoni tagħti żieda ta’ 20 % tal-kumpens msemmi fl-Artikolu 14 tal-leġiżlazzjoni relatata mal-kopertura tar-riskji ta’ inċident u ta’ marda professjonali tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej fil-verżjoni applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2006, minħabba irregolaritajiet gravi tal-opinjoni mogħtija fit-8 ta’ Jannar 2014 mill-kummissjoni medika, sa fejn hija ma laqgħetx integralment it-talbiet tar-rikorrent u rikonoxxiet biss 20 % tal-kumpens, skont l-Artikolu 14 tal-leġiżlazzjoni komuni, għal dannu għall-funzjoni kardjopulmonari, mingħajr ma ttieħed inkunsiderazzjoni d-disturb mentali u d-disturbi funzjonali fl-irqad dovut għall-alterazzjoni tal-decubitus laterali xellugi;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tad-dannu stmat pro bono et aequo għal EUR 50  000 għad-dannu morali subit mir-rikorrent u marbut mad-dewmien tal-ħlas tal-kumpens mogħti;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-interessi moratorji kkalkolati minnha stess fuq EUR 98  372,51 għall-perijodu inkluż bejn iż-żmien ta’ sitt xhur wara t-tressiq tat-talba għal aggravament u d-data tal-likwidazzjoni effettiva tal-kapital, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament u applikabbli għall-perijodu kkonċernat, miżjud b’żewġ punti;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-interessi moratorji kkalkolati minnha stess fuq l-ammont li ser ikun stmat fil-ħruġ ta’ din il-proċedura, mid-data tas-sentenza sa dik tal-ħlas effettiv, bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament u applikabbli għall-perijodu kkonċernat, miżjud b’żewġ punti;

f’kull ipoteżi, jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż u tal-ispejjeż tal-qorti.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/56


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 – ZZ et vs BEI

(Kawża F-78/15)

(2015/C 279/72)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: L. Levi, avukat)

Konvenut: Bank Ewropew tal-Investiment (BEI)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Minn naħa, l-annullament tad-deċiżjonijiet li jinsabu fir-rendikonti tar-remunerazzjoni għax-xahar ta’ Frar 2015, li jistabbilixxu l-aġġustament annwali tas-salarji limitat għal 1,2 % għas-sena 2015 u l-annullament tar-rendikonti posterjuri, kif ukoll, sa fejn meħtieġ, tan-noti ta’ informazzjoni li l-konvenut indirizza lir-rikorrenti fis-6 u l-10 ta’ Frar 2015. Min-naħa l-oħra, il-kundanna tal-BEI għall-ħlas tad-danni materjali u morali allegatament sostnuti.

Talbiet

jiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat, sa fejn jinkludi l-eċċezzjoni ta’ illegalità li fih;

konsegwentement:

jannulla d-deċiżjoni li tinsab fir-rendikonti tar-remunerazzjoni tar-rikorrenti għax-xahar ta’ Frar 2015, deċiżjoni li tistabbilixxi l-aġġustament annwali tas-salarji limitat għal 1,2 % għas-sena 2015 u, għaldaqstant, jannulla d-deċiżjonijiet simili li jinsabu fir-rendikonti tar-remunerazzjoni posterjuri u, sa fejn huwa meħtieġ, jannulla żewġ noti ta’ informazzjoni li l-konvenut indirizza lir-rikorrenti fis-6 ta’ Frar 2015 u fl-10 ta’ Frar 2015;

għaldaqstant, jikkundanna lill-konvenut;

għall-ħlas lil kull rikorrent, bħala kumpens għad-dannu materjali (i) tal-bilanċ tas-salarju li jikkorrispondi għall-applikazzjoni tal-aġġustament annwali għall-2015, jiġifieri żieda ta’ 0,4 %, għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2015 sal-31 ta’ Diċembru 2015; (ii) tal-bilanċ tas-salarju li jikkorrispondi għall-konsegwenzi tal-applikazzjoni tal-aġġustament annwali ta’ 1,2 % għall-2015 fuq l-ammont ta’ salarji li ser jitħallsu minn Jannar 2016; (iii) ta’ interessi moratorji fuq il-bilanċi tas-salarji dovuti sakemm jitħallsu kollha s-somom dovuti, ir-rata ta’ interessi moratorji li tapplika għandha tiġi kkalkulata fuq il-bażi tar-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament, applikabbli matul il-perijodu kkonċernat, miżjuda bi tliet punti u (iv) ta’ danni minħabba t-telf tas-setgħa ta’ akkwist; dan id-dannu materjali kollu qed jiġi stmat, b’mod provviżorju, għal kull rikorrenti, għal EUR 30  000;

għall-ħlas lil kull rikorrent ta’ EUR 1  000 bħala kumpens għad-dannu morali;

jikkundanna lill-BEI għall-ispejjeż kollha.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/57


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs BĊE

(Kawża F-79/15)

(2015/C 279/73)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew li tagħlaq il-proċedura għar-rikonoxximent tal-oriġini professjonali tal-marda tar-rikorrenti u talba għad-danni għad-dannu morali u materjali allegatament sostnut.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni kkontestata;

jikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għall-ħlas ta’ EUR 30  000 bħala danni materjali u morali sostnuti;

jikkundanna lill-Bank Ċentrali Ewropew għad-danni.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/58


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 – ZZ u ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-80/15)

(2015/C 279/74)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ u ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 45 u tal-Anness I tar-Regolamenti tal-Persunal kif ukoll il-miżuri tranżitorji relatati magħha hemmhekk, u l-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li ma jiġux inklużi r-rikorrenti fuq il-lista ta’ uffiċjali promossi lejn il-grad AD13 jew AD14 fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni 2014.

Talbiet tar-rikorrenti

Prinċipalment:

jikkonstata l-illegalità tal-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-Anness I, kif ukoll il-miżuri tranżitorji relatati magħha hemmhekk

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-14 ta’ Novembru 2014, li ma jiġux inklużi r-rikorrenti fuq il-lista ta’ uffiċjali promossi lejn il-grad AD13 jew AD14, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni 2014 prevista fl-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Sussidjarjament:

jannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra, tal-14 ta’ Novembru 2014, li ma jiġux inklużi r-rikorrenti fuq il-lista ta’ uffiċjali promossi lejn il-grad AD13 jew AD14, fil-kuntest tal-proċedura annwali ta’ promozzjoni 2014 prevista fl-Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/59


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs BEI

(Kawża F-82/15)

(2015/C 279/75)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Isola u G. Isola, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni li l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent għal terapija bil-laser imwettqa fl-2007 ma jiġux irrimborsati u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjonijiet konsekuttivi u konnessi li l-Bank ħa fl-2014.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkomunikata fl-4 ta’ Diċembru 2014 u l-atti kollha konnessi, konsekuttivi u preċedenti, li fosthom hemm mingħajr ebda dubju l-ittri tal-BEI tat-8 ta’ Jannar 2014, 31 ta’ Jannar 2014, 14 ta’ Frar 2014, 24 ta’ Frar 2014, 30 ta’ April 2014 u 3 ta’ Lulju 2014, kif ukoll l-opinjoni tas-26 ta’ Frar 2008 u r-rapport maħruġ fl-Ottubru 2008 minn Dr M., konsulent mediku tal-Bank u fl-aħħar nett, l-opinjoni maħruġa minn Dr S. fis-6 ta’ Ottubru 2014;

tikkundanna lill-BEI jirrimborsa s-somma ta’ EUR 3  000, li tikkorrispondi għas-somma mħallsa mir-rikorrent għal terapija bil-laser imwettqa fid-29, 30 u 31 ta’ Ottubru 2007, u l-21, 22 u 23 ta’ Novembru 2007, kif ukoll għal kumpens ġust tad-danni morali, flimkien mal-interessi u l-kumpens għall-inflazzjoni fuq is-somom rikonoxxuti.

sussidjarjament, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tħallas is-somma ta’ EUR 3  000 bħala kumpens għad-dannu subit mir-rikorrent minħabba d-dispożizzjonjiet ambigwi tagħha, flimkien mal-interessi u l-kumpens għall-inflazzjoni.

tikkundanna lill-BEI u lill-Unjoni Ewropea għall-ħlas in solidum ta’ kumpens ġust għad-danni morali kif ukoll għall-ispejjeż tal-kawża.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/60


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea

(Kawża F-83/15)

(2015/C 279/76)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-GNSS Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-perijodu ta’ prova tar-rikorrent u d-deċiżjoni sussegwenti tad-direttur eżekuttiv tal-konvenuta li jkeċċih wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ prova.

Talbiet

tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-perijodu ta’ prova tar-rikorrent u, bħala konsegwenza,

tannulla d-deċiżjoni tal-15 ta’ Ottubru 2014 dwar it-tkeċċija tar-rikorrent wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ prova, kkonfermata permezz ta’ deċiżjoni tat-30 ta’ Ottubru 2014.

tikkundanna lill-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għall-ispejjeż.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/60


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2015 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-84/15)

(2015/C 279/77)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad sussegwenti (AD 12) fil-proċedura ta’ promozzjoni tal-2014 tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss fil-grad sussegwenti (AD 12) fil-proċedura ta’ promozzjoni tal-2014;

jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/61


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2015 – ZZ vs BĊE

(Kawża F-86/15)

(2015/C 279/78)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Laure u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta l-ammissjoni tar-rikorrent għall-programm “Sostenn għat-tranżizzjoni fil-karriera” tal-BĊE u talba għal kumpens fir-rigward tad-dannu materjali u mhux materjali allegatament sostnuti.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-grupp Sostenn għat-Tranżizzjoni fil-Karriera (STK) tat-18 ta’ Awissu 2014, li tiċħad l-applikazzjoni tar-rikorrent għas-STK;

tagħti kumpens lir-rikorrent għad-dannu materjali li sostna, li jikkonsisti fil-pakkett finanzjarju STK, stmat għal EUR 1 01  447, flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati bir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda bi 3 punti;

tagħti kumpens lir-rikorrent għad-dannu morali li sostna, stmat għal EUR 10  000;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/61


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-88/15)

(2015/C 279/79)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropa

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad segwenti (AD 12) fir-rigward tal-proċedura ta’ promozzjoni 2014 tal-Kummissjoni Ewropea u talba għad-danni għad-dannu morali allegatament subit.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 12 hekk kif jidher fil-lista ppubblikata fl-14 ta’ Novembru 2014 kif ukoll ir-risposta tal-Awtorità tal-Ħatra għall-ilment tal-5 ta’ Marzu 2015;

tagħti ammont ta’ EUR 10  000 għad-dannu morali subit;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent fil-kawża.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/62


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-89/15)

(2015/C 279/80)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: G.-M. Enache, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li ma jiġix inkluż ir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/248/13 u talba għal kumpens fir-rigward tad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-ħatra rigward l-ilment imressaq mir-rikorrent skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal li jikkontesta d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ selezzjoni sabiex ma jiġix inkluż ismu fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/248/13;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Selezzjoni rigward it-talba għal eżami mill-ġdid ippreżentata mir-rikorrent fil-kompetizzjoni EPSO/AD/248/13;

tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat ta’ Selezzjoni fil-kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/248/13 sabiex ma jiġix inkluż isem ir-rikorrent fil-lista ta’ riżerva għall-Kompetizzjoni miftuħa EPSO/AD/248/13;

tikkumpensa d-danni materjali u morali mġarrba. Danni materjali huma stmati mir-rikorrent li jammontaw għal EUR 50  000, li jirrappreżentaw it-telf ikkawżat mid-differenza bejn is-salarju bażiku li kien ikollu dritt għalih ladarba jintagħżel mil-lista ta’ riżerva u s-salarju bażiku attwali li kien għadu jirċievi. Id-danni morali huma stmati li jammontaw għal EUR 50  000 għall-piż fuq ir-rikorrent minħabba l-isforzi u l-ħin personali moħli mingħajr bżonn biex jieħu ħsieb is-sitwazzjoni u talli baqa’ 'il bogħod mill-familja tiegħu, meta kellu l-opportunità kieku ntagħżel mil-lista ta’ riżerva u li jingħaqad mal-membri tal-familja tiegħu;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


24.8.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 279/62


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-13 ta’ Lulju 2015 – Carreira vs AEMF

(Kawża F-69/14) (1)

(2015/C 279/81)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 380, 27/10/2014, p. 27.