ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 245

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
27 ta' Lulju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 245/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 245/02

Kawża C-111/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-4 ta’ Marzu 2015 – Občina Gorje vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

2

2015/C 245/03

Kawża C-167/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Roma (l-Italja) fit-13 ta’ April 2015 – X vs Presidenza del Consiglio dei Ministri

3

2015/C 245/04

Kawża C-168/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Prešov (is-Slovakkja) fl-14 ta’ April 2015 – Milena Tomášová vs Ministerstvo spravodlivosti SR

3

2015/C 245/05

Kawża C-178/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy we Wrocławiu (il-Polonja) fl-20 ta’ April 2015 – Alicja Sobczyszyn vs Szkoła Podstawowa w Rzeplinie

4

2015/C 245/06

Kawża C-187/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-24 ta’ April 2015 – Joachim Pöpperl vs Land Nordrhein-Westfalen

5

2015/C 245/07

Kawża C-194/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Torino (l-Italja) fit-28 ta’ April 2015 – Véronique Baudinet et vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Torino

5

2015/C 245/08

Kawża C-205/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Sibiu (ir-Rumanija) fit-30 ta’ April 2015 – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov (DGRFP) vs Vasile Toma, Birou Executor Judecătoresc Horațiu-Vasile Cruduleci

6

2015/C 245/09

Kawża C-211/15 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2015 minn Orange, li kienet France Télécom mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fis-26 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-385/12, Orange vs Il-Kummissjoni

6

2015/C 245/10

Kawża C-213/15 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-27 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-188/12, Patrick Breyer vs Il-Kummissjoni Ewropea

7

2015/C 245/11

Kawża C-217/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fil-11 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Massimo Orsi

8

2015/C 245/12

Kawża C-222/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pécsi Törvényszék (l-Ungerija) fil-15 ta’ Mejju 2015 – Hőszig Kft. vs Alstom Power Thermal Services

9

2015/C 245/13

Kawża C-228/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Catania (l-Italja) fid-19 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Snezhana Velikova

10

2015/C 245/14

Kawża C-233/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fil-21 ta’ Mejju 2015 – SIA Oniors Bio vs Valsts ieņēmumu dienests

11

2015/C 245/15

Kawża C-241/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Niculaie Aurel Bob-Dogi

12

2015/C 245/16

Kawża C-249/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-28 ta’ Mejju 2015 – Wind 1014 GmbH, Kurt Daell vs Skatteministeriet

12

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 245/17

Kawża T-296/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2015 – Health Food Manufacturers’ Association et vs Il-Kummissjoni [Protezzjoni tal-konsumaturi — Regolament (UE) Nru 432/2012 — Indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel — Rikors għal annullament — Att leġiżlattiv li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni — Interess dirett — Ammissibbiltà — Ksur tal-Artikoli 13 u 28 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba — Nondiskriminazzjoni — Kriterji ta’ evalwazzjoni żbaljati — Regolament Nru 1924/2006 — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Dritt ta’ smigħ — Ċertezza legali — Perijodu tranżitorju irraġonevoli — Listi ta’ indikazzjonijiet sospiżi]

14

2015/C 245/18

Kawża T-334/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2015 – Plantavis u NEM vs Il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel [Protezzjoni tal-konsumaturi — Indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel — Regolament (UE) Nru 432/2012 — Rikors għal annullament — Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni — Interess dirett — Ammissibbiltà — Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Eċċezzjoni ta’ illegalità — Reġistru tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa)]

15

2015/C 245/19

Kawża T-496/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2015 – Mc Cullough vs Cedefop [Aċċess għal dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti li jirrigwardaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u l-konklużjoni tal-kuntratti li jirriżultaw minnu — Talba għall-produzzjoni tad-dokumenti fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali — Rifjut ta’ aċċess — Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu — Eċċeżżjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali]

16

2015/C 245/20

Kawża T-452/14: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2015 – Laboratoroires CTRS vs Il-Kummissjoni [Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Prodotti mediċinali orfni — Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Cholic Acid FGK (magħruf bħala Kolbam) — Indikazzjonijiet terapewtiċi — Esklużività kummerċjali — Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nruo141/2000]

17

2015/C 245/21

Kawża T-285/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Wirtschaftsvereinigung Stahl et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għal annullament — Talba għall-adattament tat-talbiet — Assenza ta’ fattur ġdid — Inammissibbiltà)

18

2015/C 245/22

Kawża T-286/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Röchling Oertl Kunststofftechnik vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

19

2015/C 245/23

Kawża T-287/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Schaeffler Technologies vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

19

2015/C 245/24

Kawża T-288/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Energiewerke Nord vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

20

2015/C 245/25

Kawża T-289/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – H-O-T Servicecenter Nürnberg et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għal annullament — Talba għall-adattament tat-talbiet — Assenza ta’ fattur ġdid — Inammissibbiltà)

21

2015/C 245/26

Kawża T-294/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Klemme vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għal annullament — Talba għall-adattament tat-talbiet — Assenza ta’ fattur ġdid — Inammissibbiltà)

22

2015/C 245/27

Kawża T-295/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Autoneum Germany vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għal annullament — Talba għall-adattament tat-talbiet — Assenza ta’ fattur ġdid — Inammissibbiltà)

23

2015/C 245/28

Kawża T-296/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Erbslöh vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

24

2015/C 245/29

Kawża T-297/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Walter Klein vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

24

2015/C 245/30

Kawża T-298/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Erbslöh Aluminium vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

25

2015/C 245/31

Kawża T-300/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Fricopan Back vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għal annullament — Talba għall-adattament tat-talbiet — Assenza ta’ fattur ġdid — Inammissibbiltà)

26

2015/C 245/32

Kawża T-301/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Michelin Reifenwerke vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

27

2015/C 245/33

Kawża T-305/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Vestolit vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi — Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE — Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

27

2015/C 245/34

Kawża T-241/15 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2015 – Buga vs Il-Parlament et (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Direttiva dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu — Talba għal miżuri provviżorji — Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali — Inammissibbiltà)

28

2015/C 245/35

Kawża T-168/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2015 – Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

29

2015/C 245/36

Kawża T-178/15: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2015 – Kohrener Landmolkerei u DHG vs Il-Kummissjoni

30

2015/C 245/37

Kawża T-180/15: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2015 – Icap et vs Il-Kummissjoni

30

2015/C 245/38

Kawża T-207/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2015 – National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill

32

2015/C 245/39

Kawża T-250/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2015 – Speciality Drinks vs UASI – William Grant (CLAN)

33

2015/C 245/40

Kawża T-251/15: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2015 – Espírito Santo Financial (il-Portugall) vs Bank Ċentrali Ewropew

34

2015/C 245/41

Kawża T-252/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2015 – Ferrovial et vs Il-Kummissjoni

35

2015/C 245/42

Kawża T-253/15: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2015 – Sociedad General de Aguas de Barcelona vs Il-Kummissjoni

36

2015/C 245/43

Kawża T-254/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 – Aldi Einkauf vs UASI – Dyado Liben (Casale Fresco)

37

2015/C 245/44

Kawża T-256/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Telefónica vs Il-Kummissjoni

37

2015/C 245/45

Kawża T-257/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Arcelormittal Spain Holding vs Il-Kummissjoni

38

2015/C 245/46

Kawża T-258/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Axa Mediterranean Holding vs Il-Kummissjoni

39

2015/C 245/47

Kawża T-261/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Spirig Pharma vs UASI (Daylong)

39

2015/C 245/48

Kawża T-267/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2015 – db Technologies Deutschland vs UASI – MIP Metro (Sigma)

40

2015/C 245/49

Kawża T-268/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Apcoa Parking Holdings vs UASI (PARKWAY)

41

2015/C 245/50

Kawża T-272/15: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Apcoa Parking Holdings vs UASI (PARKWAY)

41

2015/C 245/51

Kawża T-277/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2015 – Permapore vs UASI – José Joaquim Oliveira II – Jardins & Afins (Terraway)

42

2015/C 245/52

Kawża T-289/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2015 – Hamas vs Il-Kunsill

43

2015/C 245/53

Kawża T-297/15 P: Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 minn Angel Coedo Suárez mis-sentenza mogħtija fis-26 ta’ Marzu 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-38/14, Coedo Suárez vs Il-Kunsill

44

2015/C 245/54

Kawża T-298/15: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 – Atlas vs UASI (EFEKT PERLENIA)

44

2015/C 245/55

Kawża T-303/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Barqawi vs Il-Kunsill

45

2015/C 245/56

Kawża T-304/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Abdulkarim vs Il-Kunsill

46

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 245/57

Kawża F-27/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Ġunju 2015 – CX vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Proċedura dixxiplinari — Rwol u kompetenzi rispettivi tal-Bord Dixxiplinari u tal-Awtorità tal-Ħatra — Sanzjoni dixxiplinari — Tniżżil fil-grad segwit minn deċiżjoni ta’ promozzjoni — Proporzjonalità tas-sanzjoni)

47

2015/C 245/58

Kawża F-5/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 – CX vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Sanzjoni dixxipplinari — Revoka — Nuqqas ta’ smigħ tal-uffiċjal ikkonċernat mill-Awtorità tal-Ħatra — Nuqqas ta’ rispett tad-dritt għal smigħ)

47

2015/C 245/59

Kawża F-65/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2015 – EF vs SEAE (Servizz pubbliku — Persunal tas-SEAE — Uffiċjali — Proċedura ta’ promozzjoni 2013 — Deċiżjoni li r-rikorrent ma jkunx promoss għall-grad AD 13 — Oġġezzjoni tar-rikorrent għal-lista ta’ uffiċjali proposti għall-promozzjoni — Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal — Minimu ta’ sentejn ta’ anzjanità fi grad — Kalkolu tat-terminu ta’ sentejn — Data tad-deċiżjoni ta’ promozzjoni)

48

2015/C 245/60

Kawża F-68/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2015 – ZZ vs Frontex

49

2015/C 245/61

Kawża F-70/15: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

49

2015/C 245/62

Kawża F-71/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs EDC

50

2015/C 245/63

Kawża F-73/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Parlament

50

2015/C 245/64

Kawża F-76/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kunsill

51

2015/C 245/65

Kawża F-77/15: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

51


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 245/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 236, 20.7.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 228, 13.7.2015

ĠU C 221, 6.7.2015

ĠU C 213, 29.6.2015

ĠU C 205, 22.6.2015

ĠU C 198, 15.6.2015

ĠU C 190, 8.6.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Upravno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fl-4 ta’ Marzu 2015 – Občina Gorje vs Ir-Repubblika tas-Slovenja

(Kawża C-111/15)

(2015/C 245/02)

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Upravno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Občina Gorje

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament Nru 1698/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu, li jipprovdi li r-regoli dwar l-eliġibbiltà tal-infiq għandhom jiġu stabbiliti fuq livell nazzjonali, suġġett għall-kundizzjonijiet speċjali stabbiliti minn dan ir-regolament għal ċerti miżuri ta’ żvilupp rurali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 79(4) tad-[Digriet dwar il-miżuri li jimplementaw l-Assi 1, 3 u 4 tal-Programm ta’ żvilupp rurali tar-Repubblika tas-Slovenja għall-perijodu 2007-2013, matul is-snin 2010-2013 (iktar ’il quddiem id-“Digriet PRP”)], u fil-punt 3 tal-Kapitolu VI tas-sejħa għal offerti, liema leġiżlazzjoni tipprovdi li l-infiq ta’ investiment eliġibbli huwa biss dak li jkun ġie sostnut wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni dwar l-eliġibbiltà għas-sussidji (sat-tmiem tal-proġett ta’ investiment jew sa mhux iktar mit-30 ta’ Ġunju 2015)?

2)

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, ir-Regolament Nru 1698/2005, u b’mod partikolari l-Artikolu 71(3) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-leġiżlazzjoni nazzjonali prevista fl-Artikolu 56 tal-Liġi dwar l-agrikoltura (Zakon o kmetijstvu), li jipprovdi li kull talba li ma tkunx konformi mal-Artikolu 79(4) tad-Digriet PRP, dwar l-infiq ta’ investiment eliġibbli sostnut wara d-data ta’ adozzjoni tad-deċiżjoni, għandha tiġi miċħuda kollha kemm hi?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005, tal-20 ta’ Settembru 2005, dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 286M, 4.11.2010, p. 26).


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Roma (l-Italja) fit-13 ta’ April 2015 – X vs Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-167/15)

(2015/C 245/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale civile di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X.

Konvenuta: Presidenza del Consiglio dei Ministri

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 2004/80/KE (1) [Artikolu 12(2)] għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi liġi nazzjonali ta’ traspożizzjoni li – sa fejn tagħmel riferiment, għall-għoti ta’ kumpens taħt responsabbiltà tal-Istat, għad-dispożizzjonijiet ta’ liġijiet speċjali favur il-vittma – ma tirrikonoxxix lill-vittma ta’ ksur vjolenti tad-dritt komuni l-aċċess għal skema sostantiva ta’ kumpens ta’ tip ġenerali u tirregola biss l-aspetti proċedurali, għas-sitwazzjonijiet transkonfinali, tal-aċċess għall-imsemmija skema?

2)

Id-Direttiva 2004/80/KE [Artikolu 12(2)] għandha tiġi interpretata fis-sens li timponi skema sostantiva ta’ protezzjoni taħt responsabbiltà tal-Istat ta’ tip ġenerali jew li fi kwanlunkwe każ għandha kontenut minimu u, f’dan il-każ, skont liema kriterji dan il-kontenut minimu għandu jiġi ddeterminat?


(1)  Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 65


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Prešov (is-Slovakkja) fl-14 ta’ April 2015 – Milena Tomášová vs Ministerstvo spravodlivosti SR

(Kawża C-168/15)

(2015/C 245/04)

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Okresný súd Prešov

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Milena Tomášová

Konvenut: Ministerstvo spravodlivosti SR

Pohotovosťs.r.o.

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Združenie na ochranu spotrebiteľa HOOS

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li tiġi rkuprata, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni mwettqa abbażi ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ, somma bbażata fuq klawżola inġusta b’kontradizzjoni mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea jikkostitwixxi ksur serju tad-dritt tal-Unjoni?

2)

Stat Membru jista’ jitqies responsabbli minn ksur tad-dritt Komunitarju qabel ma l-parti fil-proċedura tagħmel użu mir-rimedji ġudizzjarji kollha mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħha mill-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru fil-proċedura ta’ eżekuzzjoni; fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ fatt tal-kawża, din ir-responsabbiltà tal-Istat Membru tista’ tinħoloq, f’dan il-każ, qabel l-għeluq stess tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni u qabel ma r-rikorrenti teżawrixxi l-possibbiltà li titlob l-irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament?

3)

F’każ ta’ risposta affermattiva, l-aġir tal-korp deskritt mir-rikorrenti jikkostitwixxi ksur suffiċjentement manifest u serju tad-dritt Komunitarju fid-dawl tas-sitwazzjoni fattwali, b’mod partikolari fir-rigward tal-passività assoluta tar-rikorrenti u tal-fatt li hija ma eżawrixxietx ir-rimedji ġudizzjarji kollha mqiegħda għad-dispożizzjoni tagħha mid-dritt tal-Istat Membru?

4)

Jekk f’dan il-każ hija kwistjoni ta’ ksur suffiċjentement serju tad-dritt Komunitarju, is-somma mitluba mir-rikorrenti tikkorrispondi mad-dannu li għandu jwieġeb għalih l-Istat Membru; jista’ d-dannu hekk mifhum ikun ekwiparabbli mad-dejn irkuprat, jiġifieri l-arrikkiment indebitu?

5)

Il-kawża għall-irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament, inkwantu rikors, tipprevali fuq il-kumpens għad-dannu?


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy we Wrocławiu (il-Polonja) fl-20 ta’ April 2015 – Alicja Sobczyszyn vs Szkoła Podstawowa w Rzeplinie

(Kawża C-178/15)

(2015/C 245/05)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy we Wrocławiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alicja Sobczyszyn

Konvenuta: Szkoła Podstawowa w Rzeplinie

Domanda preliminari

L-Artikolu 7 tad-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1), li jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji sabiex kull ħaddiem ikun intitolat għal leave annwali bi ħlas ta’ mill-inqas erba’ ġimgħat, skont il-kundizzonijiet għall-ksib u għall-għoti ta’ leave stabbiliti mil-leġiżlazzjoni u/jew mill-prattiki nazzjonali, għandu jiġi interpretat fis-sens li għalliem li bbenefika minn leave ta’ konvalexxenza previst mil-Liġi tas-26 ta’ Jannar 1982 li tistabbilixxi l-istatut tal-għalliema (ustawa z dnia 26 stycznia 1982 roku Karta Nauczyciela, Dz.U.2014, pos.191 e 1198) jikseb ukoll id-dritt għal-leave annwali previst mid-dispożizzjonijiet ġenerali tad-dritt tax-xogħol matul is-sena li matulha jkun eżerċita d-dritt tiegħu għal leave ta’ konvalexxenza?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fl-24 ta’ April 2015 – Joachim Pöpperl vs Land Nordrhein-Westfalen

(Kawża C-187/15)

(2015/C 245/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Joachim Pöpperl

Konvenuta: Land Nordrhein-Westfalen

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali skont liema persuna impjegata bħala uffiċjal fi Stat Membru titlef id-drittijiet tagħha għall-pensjoni tal-irtirar (pensjonijiet tal-iskema ta’ sigurtà soċjali tal-uffiċjali) li jirriżultaw minn impjieg bħala uffiċjal għaliex, sabiex tibda impjieg fi Stat Membru ieħor, din il-persuna ġiet irrilaxxata mis-servizz pubbliku fuq talba tagħha, meta fl-istess waqt il-leġiżlazzjoni nazzjonali tipprevedi li din il-persuna hija assigurata b’mod retroattiv fl-iskema statutorja ta’ pensonijiet abbażi tas-salarju gross irċevut bħala uffiċjal, għalkemm id-drittijiet għall-pensjoni li jirriżultaw huma inqas mid-drittijiet għall-pensjoni tal-irtirar mitlufa?

2)

Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv għall-uffiċjali kollha jew għal x’uħud minnhom, l-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali oħra, l-awtorità tal-ħatra preċedenti tal-uffiċjal inkwistjoni għandha tħallas lill-imsemmi uffiċjal l-ammont tal-pensjoni tal-irtirar abbażi tal-perijodu ta’ servizz li jagħti dritt għall-pensjoni fil-pożizzjoni preċedenti tas-servizz pubbliku, imnaqqas bl-ammont tad-drittijiet għall-pensjoni li jirriżultaw mill-assigurazzjoni retroattiva, jew tikkumpensah finanzjarjament b’xi mod ieħor għat-telf tal-pensjoni tal-irtirar, għalkemm taħt il-leġiżlazzjoni nazzjonali jistgħu jingħataw biss il-benefiċċji tal-uffiċjali previsti minn din il-leġiżlazzjoni?


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione Tributaria Provinciale di Torino (l-Italja) fit-28 ta’ April 2015 – Véronique Baudinet et vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Torino

(Kawża C-194/15)

(2015/C 245/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Provinciale di Torino

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Véronique Baudinet, Adrien Boyer, Pauline Boyer, Edouard Boyer

Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Torino

Domandi preliminari

L-Artikoli 63 u 65 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha, meta resident ta’ dan l-Istat, li jkun azzjonist ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, jirċievi dividendi ntaxxati fiż-żewġ Stati, ma tiġix evitata t-taxxa doppja permezz tal-għoti, fl-Istat ta’ residenza, ta’ kreditu ta’ taxxa għall-inqas ekwivalenti għall-ammont ta’ taxxa mħallsa fl-Istat li fih għandha s-sede l-kumpannija li tiddistribwixxi d-dividendi?


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Sibiu (ir-Rumanija) fit-30 ta’ April 2015 – Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov (DGRFP) vs Vasile Toma, Birou Executor Judecătoresc Horațiu-Vasile Cruduleci

(Kawża C-205/15)

(2015/C 245/08)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Direcția Generală Regională a Finanțelor Publice Brașov (DGRFP)

Konvenuti: Vasile Toma, Birou Executor Judecătoresc Horațiu-Vasile Cruduleci

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(3) TUE, kif ukoll l-Artikoli 20, 21 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni bħall-Artikolu 16 tal-Kostituzzjoni u l-Artikolu 30 tad-Digriet ta’ Urġenza Nru 80/2013 tal-Gvern, li tistabbilixxi l-ugwaljanza f’għajnejn il-liġi biss bejn iċ-ċittadini persuni fiżiċi u mhux bejn dawn u l-persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt privat, u li teżenta a priori lill-persuni ġuridiċi rregolati mid-dritt pubbliku mill-ħlas tat-taxxi tal-boll u mill-garanzija għall-aċċess għall-qrati, filwaqt li tissuġġetta l-aċċess għall-qrati tal-persuni fiżiċi għall-kundizzjoni tal-ħlas ta’ taxxi tal-boll/garanziji?


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/6


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2015 minn Orange, li kienet France Télécom mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fis-26 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-385/12, Orange vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-211/15 P)

(2015/C 245/09)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Orange, li kienet France Télécom (rappreżentanti: S. Hautbourg u S. Cochard-Quesson, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

tiddeċiedi definittivament fil-mertu skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u tilqa’ t-talbiet mressqa minn Orange fl-ewwel istanza;

sussidjarjament tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, ir-rikorrenti tinvoka diversi aggravji.

Fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi meta kkonstatat li l-kriterji li jippermettu li tinżamm il-kwalifika ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE kienu sodisfatti. Il-Qorti Ġenerali, minn naħa, wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li Orange kienet ibbenefikat minn vantaġġ, meta l-miżura kienet intiża sabiex tħassar l-iżvantaġġ strutturali li rriżula miż-żamma tad-dispożittiv previst mil-liġi tal-1990 u sabiex jippermetti l-ħolqien ta’ kompetizzjoni sħiħa fil-kuntest tal-liberalizzazzjoni totali tas-swieq tat-telekomunikazzjonijiet. Min-naħa l-oħra, ir-rikorrenti takkuża lill-Qorti Ġenerali wkoll li wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li ma kienx meħtieġ f’dan il-każ, sabiex tiġi kkonfermata n-natura selettiva tal-miżura kkontesta, li tivverifika jekk din kinitx ta’ natura li tintroduċi differenzi bejn operaturi li jinsabu f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli filwaqt li, fiċ-ċirkustanzi tal-każ, l-ebda impriża oħra ma setgħet tiġi inkluża fil-kuntest ta’ riferiment ikkunsidrat mill-Kummissjoni. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha u wettqet żball ta’ liġi meta ma analizzatx l-argumenti mressqa mir-rikorrenti sabiex tikkunsidra li l-miżura ma kinitx tista’ tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji ta’ liġi meta użat f’isimha l-analiżi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà tal-miżuri inkwistjoni. Il-Qorti Ġenerali, minn naħa, kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha u żnaturat il-fatti meta kkonkludiet li l-Artikolu 30 tal-Liġi tal-1996, kif emendat, ma jipprovdi xejn fir-rigward tal-finalità tal-kontribuzzjoni ta’ somma f’daqqa eċċezzjonali u għalhekk ma tipprekludix il-konklużjoni tal-Kummissjoni li l-kontribuzzjoni f’somma waħda eċċezzjonali ma tikkostitwixxi piż soċjali għall-impriża. Min-naħa l-oħra, il-Qorti Ġenerali kisret l-obbligu ta’ motivazzjoni tagħha meta użat l-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni u sempliċement ikkonstatat li l-preċedent “La Poste” ma kienx transpożabbli għal France Télécom (Orange).

Fl-aħħar lok, ir-rikorrenti tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-perijodu li matulu l-għajnuna ddefinita fid-deċiżjoni tinsab innewtralizzata bil-kontribuzzjoni ta’ somma f’daqqa eċċezzjonali. B’mod partikolari, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti u ssostitwiet bil-motivazzjoni tagħha dik tad-deċiżjoni kkontestata meta kkonfermat it-tħassir tal-ispejjeż ta’ kumpens u ta’ kumpens żejjed li kienu jagħmlu parti mill-għajnuna ddefinita fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni kkontestata.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/7


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Mejju 2015 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fis-27 ta’ Frar 2015 fil-Kawża T-188/12, Patrick Breyer vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-213/15 P)

(2015/C 245/10)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Van Nuffel et H. Krämer, bħala aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedura: Patrick Breyer, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

tiddeċiedi definittivament it-tilwima u tiċħad ir-rikors;

tikkundanna lir-rikorrent fl-ewwel istanza għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tal-appell tagħha, il-Kummissjoni Ewropea titlob l-annullament tas-sentenza Breyer vs Il-Kummissjoni (T-188/12, EU:T:2015:124), sa fejn il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-3 ta’ April 2012, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent l-aċċess sħiħ għad-dokumenti li jikkonċernaw it-traspożizzjoni mir-Repubblika tal-Awstrija tad-Direttiva 2006/24 (1) u għad-dokumenti li jikkonċernaw il-kawża li wasslet għas-sentenza tad-29 ta’ Lulju 2010, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (2), sa fejn din tirrifjuta li tagħti aċċess għall-atti ppreżentati mir-Repubblika tal-Awstrija fl-ambitu ta’ dik il-kawża.

Ir-rikorrent qajjem, insostenn tar-rikors tiegħu għal annullament intiż partikolarment kontra d-deċiżjoni inkwistjoni, motiv uniku bbażat, essenzjalment, fuq ksur tal-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 (3). Il-Qorti Ġenerali annullat id-deċiżjoni inkwistjoni sa fejn din irrifjutat li tagħti aċċess għall-atti ppreżentati mir-Repubblika tal-Awstrija fl-ambitu tal-kawża hawn fuq imsemmija. Hija affermat essenzjalment, fir-rigward tal-motiv imressaq, li l-atti inkwistjoni kienu dokumenti fis-sens tal-Artikolu 2(3) moqri flimkien mal-Artikolu 3(a) tar-Regolament Nru 1049/2001, li konsegwentement dawn kienu jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament u li r-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 15(3) TFUE ma kienx jipprekludi l-applikazzjoni ta’ dan ir-regolament għall-atti inkwistjoni minħabba n-natura partikolari tagħhom.

Insostenn tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tressaq aggravju uniku bbażat fuq l-interpretazzjoni żbaljata tal-Artikolu 15(3) TFUE li fuqha l-Qorti Ġenerali bbażat il-konklużjoni tagħha li din id-dispożizzjoni ma kinitx tipprekludi l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1049/2001 għall-atti inkwistjoni minħabba n-natura partikolari tagħhom.


(1)  Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54).

(2)  C-189/09, EU:C:2010:455.

(3)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fil-11 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Massimo Orsi

(Kawża C-217/15)

(2015/C 245/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Santa Maria Capua Vetere

Parti fil-kawża prinċipali

Massimo Orsi

Domanda preliminari

Fis-sens tal-Artikoli 4 [tal-Protokoll Nru 7 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali] u 50 [tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea], hija konformi mad-dritt Komunitarju d-dispożizzjoni tal-Artikolu 10b D. Lgs 74/00 sa fejn tippermetti li ssir evalwazzjoni tar-responsabbiltà kriminali ta’ persuna li, għall-istess fatt (ommissjoni tal-ħlas tal-VAT), kienet diġà suġġetta għal aċċertament definittiv min-naħa tal-Amministrazzjoni finanzjarja tal-Istat, bl-impożizzjoni ta’ sanzjoni amministrattiva fl-ammont ta’ 30 % tat-taxxa mhux imħallsa?


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pécsi Törvényszék (l-Ungerija) fil-15 ta’ Mejju 2015 – Hőszig Kft. vs Alstom Power Thermal Services

(Kawża C-222/15)

(2015/C 245/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pécsi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hőszig Kft.

Konvenuta: Alstom Power Thermal Services

Domandi preliminari

I.

Fir-rigward tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (1) (Ruma I):

1)

Il-kliem “jekk miċ-ċirkostanzi jirriżulta” kif użat fl-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jista’ jiġi interpretat mill-qorti nazzjonali fis-sens li l-eżami taċ-“ċirkustanzi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni” sabiex tiġi ddeterminata n-natura raġonevoli tal-assenza ta’ kunsens skont il-liġi tal-pajjiż li fih il-parti kkonċernata jkollha r-residenza abitwali tagħha huwa marbut maċ-ċirkustanzi tal-konklużjoni, mas-suġġett tal-kuntratt u mal-eżekuzzjoni tiegħu?

1.1)

L-effett li hemm riferiment għalih fl-Artikolu 10(2) u li jirriżulta mis-sitwazzjoni deskritta fil-punt 1 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’każ li ċ-ċirkustanzi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni juru, b’kunsiderazzjoni għar-riferiment mill-parti [għal-liġi tal-pajjiż li fih hija jkollha r-residenza abitwali tagħha], li l-kunsens għal-liġi applikabbli skont il-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu ma kienx effett raġonevoli tal-aġir tagħha, il-qorti nazzjonali għandha tiddeċiedi dwar l-eżistenza u l-validità tad-dispożizzjoni kuntrattwali skont il-liġi tal-pajjiż tar-residenza abitwali tal-parti li tkun għamlet tali riferiment?

2)

Il-qorti nazzjonali inkwistjoni tista’ tinterpreta d-dispożizzjoni tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 593/2008 b’tali mod li – b’kunsiderazzjoni għaċ-ċirkustanzi kollha tal-każ ineżami – taqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali tagħha li tiddetermina jekk il-kunsens għal-liġi applikabbli skont il-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu kienx, fid-dawl taċ-ċirkustanzi li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni, effett raġonevoli tal-aġir tal-parti inkwistjoni?

3)

Jekk il-parti inkwistjoni tirreferi, skont il-kliem tal-Artikolu 10(2) tar-Regolament Nru 593/2008, għal-liġi tal-pajjiż li fih din ikollha r-residenza abitwali tagħha sabiex tiġi stabbilita l-assenza tal-kunsens, il-qorti nazzjonali għandha tieħu inkunsiderazzjoni din il-liġi fir-rigward tal-punt dwar jekk, fid-dawl taċ-“ċirkustanzi” invokati, l-għoti tal-kunsens għall-applikazzjoni ta’ liġi magħżula kienx aġir raġonevoli min-naħa tal-parti fid-dawl tal-liġi tal-imsemmi pajjiż?

3.1)

F’dan il-każ, id-dritt komunitarju jipprekludi interpretazzjoni mill-qorti nazzjonali li timplika li l-eżami taċ-“ċirkustanzi” bil-għan li tiġi ddeterminata n-natura raġonevoli tal-assenza tal-kunsens huwa marbut maċ-ċirkustanzi tal-konklużjoni, mas-suġġett tal-kuntratt u mal-eżekuzzjoni tiegħu?

II.

Fir-rigward tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (2):

1)

L-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001 jipprekludi interpretazzjoni tal-qorti nazzjonali li tirrikjedi indikazzjoni preċiża tal-qorti kompetenti jew huwa suffiċjenti, fid-dawl tar-rekwiżiti deskritti fil-premessa 14 tal-imsemmi regolament, li l-volontà jew l-intenzjoni tal-partijiet tirriżulta b’mod ċar mill-formulazzjoni tal-kuntratt?

1.1)

Hija kompatibbli mar-rekwiżiti tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 44/2001 l-interpretazzjoni tal-qorti nazzjonali li l-klawżola li tattribwixxi l-ġurisdizzjoni inkluża fil-kundizzjonijiet ġenerali tal-provvista ta’ waħda mill-partijiet, li tagħżel il-qrati ta’ ċerta belt ta’ Stat Membru – f’dan il-każ dawk ta’ Pariġi [Franza] – sabiex jiddeċiedu b’mod esklużiv u definittiv il-vertenzi li jirriżultaw minn jew li huma marbuta mal-validità, mal-eżekuzzjoni jew mat-tmiem tal-ordni u li l-partijiet ma setgħux jirriżolvu bi ftehim bonarju, hija suffiċjentement preċiża peress li l-volontà jew l-intenzjoni tal-partijiet fir-rigward tal-Istat Membru magħżul tirriżulta b’mod ċar mill-formulazzjoni tagħha, fid-dawl tar-rekwiżiti deskritti fil-premessa 14 tar-Regolament Nru 44/2001?


(1)  ĠU 2008, L 177, p. 6.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Catania (l-Italja) fid-19 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Snezhana Velikova

(Kawża C-228/15)

(2015/C 245/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Catania

Parti fil-kawża prinċipali

Snezhana Velikova

Domandi preliminari

L-Artikoli 20 u 21 tad-[Digriet leġiżlattiv tas-6 ta’ Frar 2007, Nru. 30] u [emendi suċċessivi], tat-trażpożizzjoni tad-Direttiva Nru 2004/38/KE (1), huma kunfliġġenti jew le mad-dritt [tal-Unjoni][...]?


(1)  Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membru u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fil-21 ta’ Mejju 2015 – SIA “Oniors Bio” vs Valsts ieņēmumu dienests

(Kawża C-233/15)

(2015/C 245/14)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā apgabaltiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SIA “Oniors Bio”

Konvenuta: Valsts ieņēmumu dienests

Domandi preliminari

1)

Prodotti li fir-rigward tagħhom ir-riżultati tal-eżami tal-kampjuni meħuda fuq ċerti eżemplari ma żvelawx il-preżenza ta’ spirtu metilizzat jew sustanzi oħra noċivi li jagħmluhom mhux tajjba għall-konsum mill-bniedem iżda li, konformement mal-informazzjoni pprovduta mill-produttur, ma jistgħux jintużaw fil-prodotti tal-ikel (produzzjoni u katina tal-ikel) minħabba li wieħed ma jistax jeskludi l-preżenza ta’ sustanzi noċivi fil-prodott minħabba karatteristiċi tal-proċess ta’ produzzjoni għandhom b’mod ġenerali jiġu kklassifikati billi jintuża wieħed mill-kodiċi tal-Nomenklatura Magħquda (NM) tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, applikabbli għall-prodotti li ma humiex tal-ikel jew madankollu jeħtieġ li dawn il-prodotti jiġu kklassifikati b’mod ġenerali billi jintuża wieħed mill-kodiċi tal-NM applikabbli għall-prodotti tal-ikel?

2)

Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana u tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija, liema huma l-kriterji determinanti biex jiġu interpretati l-kunċetti ta’ “prodott tal-ikel” u ta’ “prodott li ma huwiex tal-ikel”?

3)

Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana u tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija, l-użu intenzjonat ta’ prodott jista’ jkun kriterju oġġettiv tal-kassifikazzjoni tal-merkanzija?

4)

Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana u tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija, l-opinjoni tal-awtorità kompetenti ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea li tgħid li, konformement mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u tal-Istat Membru fil-qasam tal-ikel, il-merkanzija importata mir-rikorrenti ma tistax tintuża fil-katina tal-ikel peress li ma hijiex tajba għall-konsum mill-bniedem tista’ tintuża bħala kriterju ta’ klassifikazzjoni tal-merkanzija sabiex jiġi interpretat il-kunċett ta’ “prodott li ma huwiex tal-ikel”?

5)

Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-kodiċi tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana u tal-klassifikazzjoni ta’ merkanzija, l-informazzjoni kkomunikata mill-produttur dwar il-proċess teknoloġiku ta’ produzzjoni ta’ merkanzija, li minħabba fiha wieħed ma jistax jeskludi l-preżenza ta’ sustanzi noċivi fil-prodott tista’ tintuża bħala kriterju ta’ klassifikazzjoni tal-merkanzija sabiex jiġi interpretat il-kunċett ta’ “prodott li ma huwiex tal-ikel”?

6)

Liema proprjetajiet fiżiko-kimiċi ta’ merkanzija li għandha tiġi kklassifikata huma determinanti għall-finijiet tal-interpretazzjoni u tal-applikazzjoni korretta tal-Kodiċi 1518 00 31 u 1517 90 91 tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana?

7)

Il-Kodiċi 1518 00 31 tan-NM tal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, għandu jiġi applikat għal merkanzija li tippreżenta proprjetajiet fiżiko-kimiċi bħal dawk li ġew ikkonstatati f’din il-kawża?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Curtea de Apel Cluj (ir-Rumanija) fil-25 ta’ Mejju 2015 – proċeduri kriminali kontra Niculaie Aurel Bob-Dogi

(Kawża C-241/15)

(2015/C 245/15)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Cluj

Parti fil-kawża prinċipali

Niculaie Aurel Bob-Dogi

Domandi preliminari

1)

Għall-iskopijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1)(c) tad-Deċiżjoni Qafas [2002/584/ĠAI] (1), l-espressjoni “eżistenza ta’ mandat ta’ arrest”, għandha tinftiehem bħala li tirreferi għal mandat ta’ arrest nazzjonali – intern – maħruġ konformement mad-dispożizzjonijiet proċedurali tal-Istat Membru emittenti, jiġifieri differenti mill-mandat ta’ arrest Ewropew?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda, l-ineżistenza ta’ mandat ta’ arrest nazzjonali – intern – tikkostitwixxi raġuni impliċita għal nuqqas ta’ eżekuzzjoni tal-mandat ta’ arrest Ewropew?


(1)  Deċiżjoni Kwadru [Qafas] tal-Kunsill 2002/584/ĠAI, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ konsenja bejn l-Istati Membri (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 34).


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fit-28 ta’ Mejju 2015 – Wind 1014 GmbH, Kurt Daell vs Skatteministeriet

(Kawża C-249/15)

(2015/C 245/16)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Wind 1014 GmbH, Kurt Daell

Konvenut: Skatteministeriet

Domandi preliminari

1)

Huwa konformi mad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari mal-Artikolu 56 TFUE, li vettura li tkun is-suġġett ta’ kuntratt ta’ leasing bejn kumpannija leasing iddomiċiljata fi Stat Membru u kerrej iddomiċiljat jew stabbilit fi Stat Membru ieħor (ara t-tieni domanda iktar ’il quddiem) essenzjalment ma tistax tintuża fit-toroq ta’ dan l-Istat Membru tal-aħħar filwaqt li l-awtoritajiet ikunu qiegħdin jipproċessaw applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ ħlas tat-taxxa ta’ reġistrazzjoni pro rata fir-rigward ta’ din il-vettura għall-perijodu ta’ użu mixtieq tal-vettura f’dan l-Istat Membru?

2)

Huwa kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari mal-Artikolu 56 TFUE, li miżura nazzjonali tissuġġetta għall-awtorizzazzjoni preliminari r-reġistrazzjoni/il-ħlas tat-taxxa pro rata fir-rigward tal-vettura biss għal użu temporanju, u mhux għal użu permanenti, jew li tali miżura timplika

(i)

li l-awtoritajiet jissuġġettaw l-użu immedjat tal-vettura għall-ħlas sħiħ tat-taxxa tar-reġistrazzjoni Daniża, u li d-differenza bejn l-ammont tat-taxxa sħiħ u l-ammont tat-taxxa pro rata li jkun ġie kkalkolat tiġi rrimborsata, flimkien mal-interessi, jekk l-awtorizzazzjoni tingħata sussegwentement u/jew

(ii)

li l-awtoritajiet jissuġġettaw l-użu immedjat tal-vettura għall-ħlas sħiħ tar-reġistrazzjoni tat-taxxa, u li din ma tkunx aġġustata, u li l-kumplament ma jiġix irrimborsat meta jintemm l-użu temporanju, fil-każ li ma tingħatax l-awtorizzazzjoni?


Il-Qorti Ġenerali

27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2015 – Health Food Manufacturers’ Association et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-296/12) (1)

([“Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (UE) Nru 432/2012 - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel - Rikors għal annullament - Att leġiżlattiv li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni - Interess dirett - Ammissibbiltà - Ksur tal-Artikoli 13 u 28 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Nondiskriminazzjoni - Kriterji ta’ evalwazzjoni żbaljati - Regolament Nru 1924/2006 - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Dritt ta’ smigħ - Ċertezza legali - Perijodu tranżitorju irraġonevoli - Listi ta’ indikazzjonijiet sospiżi”])

(2015/C 245/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Health Food Manufacturers’ Association (East Molesey, ir-Renju Unit); Quest Vitamins Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit); Natures Aid Ltd (Kirkham, ir-Renju Unit); Natuur-& gezondheidsProducten Nederland (Ermelo, in-Netherlands); New Care Supplements BV (Oisterwijk, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: B. Kelly u G. Castle, solicitors, u P. Bogaert, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u S. Grünheid, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: FederSalus (Rome, l-Italja); Medestea biotech SpA (Turin, l-Italja); u Naturando Srl (Osio Sotto, l-Italja) (rappreżentanti: E.Valenti u D. Letizia, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: inizjalment minn D. Colas u S. Menez, sussegwentement minn D. Colas u S. Ghiandoni, aġenti); il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Rodrigues u L. Visaggio, aġenti); il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Šulce u M. Moore, aġenti); u Bureau européen des unions de consommateurs (BEUC) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S.Pappas, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012, tas-16 ta’ Mejju 2012, li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, p. 1), kif ukoll tal-allegata deċiżjoni tal-Kummissjoni li tadotta lista ta’ indikazzjonijiet dwar is-saħħa msejħa “sospiżi”.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

The Health Food Manufacturers’ Association, Quest Vitamins Ltd, Natures Aid Ltd, Natuur-& gezondheidsProducten Nederland u New Care Supplements B V huma kkundannati jħallsu l-ispejjeż tagħhom u dawk tal-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika Franċiża, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew, il-Bureau européen des unions de consommateurs (BEUC), FederSalus, Medestea biotech SpA u Naturando Srl għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 250, 18.08.2012.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2015 – Plantavis u NEM vs Il-Kummissjoni u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel

(Kawża T-334/12) (1)

([“Protezzjoni tal-konsumaturi - Indikazzjonijiet dwar is-saħħa li jirrigwardaw il-prodotti tal-ikel - Regolament (UE) Nru 432/2012 - Rikors għal annullament - Att regolatorju li ma jinkludix miżuri ta’ implementazzjoni - Interess dirett - Ammissibbiltà - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Eċċezzjoni ta’ illegalità - Reġistru tal-indikazzjonijiet dwar is-saħħa)”])

(2015/C 245/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Plantavis GmbH (Berlin, il-Ġermanja) u NEM, Verband mittelständischer europäischer Hersteller und Distributoren von Nahrungsergänzungsmitteln & Gesundheitsprodukten eV (Laudert, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Büttner, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro Nolin, u S. Grünheid, aġenti) u l-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (rappreżentanti: D. Detken, aġent, assistit minn R. Van der Hout u A. Köhler, avukati)

Intervenjent insostenn tal-parti rikorrenti l-Kummissjoni: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Rodrigues u P. Schonard, aġenti)

Intervejent insostenn tal-partijiet konvenuti l-Kummisjoni u l-EFSA: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Simm u I. Šulce, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament, minn naħa, tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9), u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 432/2012, tas-16 ta’ Mejju 2012, li jistabbilixxi lista ta’ indikazzjonijiet permessi dwar is-saħħa li jsiru fuq l-ikel, barra dawk li jirreferu għat-tnaqqis fir-riskju tal-mard u għall-iżvilupp u s-saħħa tat-tfal (ĠU L 136, p. 1), kif ukoll tar-Reġistru dwar l-indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, ippubblikat fis-sit internet tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Plantavis GmbH u NEM, Verband mittelständischer europäischer Hersteller und Distributoren von Nahrungsergänzungsmitteln & Gesundheitsprodukten eV huma kkundannati li jbatu, barra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA).

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Parlament Ewropew għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 311, 13.10.2012.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2015 – Mc Cullough vs Cedefop

(Kawża T-496/13) (1)

([“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jirrigwardaw l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi u l-konklużjoni tal-kuntratti li jirriżultaw minnu - Talba għall-produzzjoni tad-dokumenti fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni marbuta mal-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Eċċeżżjoni marbuta mal-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali”])

(2015/C 245/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Colin Boyd McCullough (Thessalonica, il-Ġreċja) (rappreżentant: G. Matsos, avukat)

Konvenuta: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (rappreżentanti: inizjalment C. Lettmayr, aġent, sussegwentement M. Fuchs, aġent, assistit inizjalment minn E. Petritsi, avukat, sussegwentement minn E. Petritsi u E. Roussou, sussegwentement minn E. Roussou u P. Anestis, avukati, u fl-aħħar nett minn P. Anestis)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Cedefop, tal-15 ta’ Lulju 2013, li tirrifjuta l-aċċess għall-minuti tal-Bord Governattiv tiegħu, għal dawk tal-Bureau tiegħu u għal dawk tal-grupp ta’ tmexxija “Knowledge Management System”, li tħejjew għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2005, talba sabiex is-Cedefop tiġi ordnata tipprovdi d-dokumenti mitluba u talba sabiex, bis-saħħa tal-Artikolu 16 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75, tal-10 ta’ Frar 1975, li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali [Vokazzjonali] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 175), u tal-Artikolu 1 tal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, l-awtoritajiet nazzjonali Griegi jkunu awtorizzati jidħlu fil-bini tas-Cedefop, skont il-liġijiet Griegi applikabbli, jinvestigaw, ifittxu u jikkonfiskaw f’dan il-bini, bil-għan li jiksbu d-dokumenti mitluba u li jinvestigaw eventwali każijiet ta’ ksur.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop), tal-15 ta’ Lulju 2013, li tirrifjuta l-aċċess għall-minuti tal-Bord Governattiv tiegħu, għal dawk tal-Bureau tiegħu u għal dawk tal-grupp ta’ tmexxija “Knowledge Management System”, li tħejjew għall-perijodu bejn l-1 ta’ Jannar 2002 u l-31 ta’ Diċembru 2005, hija annullata sa fejn din id-deċiżjoni tirrifjuta l-aċċess għall-minuti tal-Bord Governattiv u tal-Bureau, ħlief għal dak li jirrigwarda l-aċċess għall-ismijiet tal-membri ta’ dawn tal-aħħar.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Is-Cedefop huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tiegħu u tliet kwarti tal-ispejjeż ta’ Colin Boyd McCullough.

4)

C. B. McCullough huwa kkundannat ibati kwart tal-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Ġunju 2015 – Laboratoroires CTRS vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-452/14) (1)

([“Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Prodotti mediċinali orfni - Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Cholic Acid FGK (magħruf bħala Kolbam) - Indikazzjonijiet terapewtiċi - Esklużività kummerċjali - Artikolu 8(1) tar-Regolament (KE) Nruo141/2000”])

(2015/C 245/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Laboratoroires CTRS (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: K. Bacon, barrister, M. Utges Manley u M. Vickers, solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White, P. Mihaylova u A. Sipos, aġenti)

Suġġett

Preliminarjament, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2375, tal-4 ta’ April 2014, li tirrigwarda awtorizzazzjoni, f’każijiet eċċezzjonali, tat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali orfni għall-użu mill-bniedem “Cholic Acid FGK – Cholic Acid” skont ir-Regolament (KE) Nruo726/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 6508, tal-11 ta’ Settembru 2014, li tittrasferixxi u temenda l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq mogħtija f’ċirkustanzi eċċezzjonali permezz tad-Deċiżjoni C (2014) 2375 għall-prodotti mediċinali orfni għall-użu mill-bniedem “Kolbam – Cholic Acid”, sa fejn hija tindika, essenzjalment, li t-tqegħid fis-suq ta’ dan il-prodott mediċinali huwa awtorizzat għall-indikazzjonijiet terapewtiċi tal-prodott mediċinali Orphacol, jew, sussidjarjament, titlob l-annullament tal-Artikolu 1 ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 2375, tal-4 ta’ April 2014, li tirrigwarda awtorizzazzjoni, f’każijiet eċċezzjonali, tat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali orfni għall-użu mill-bniedem “Cholic Acid FGK – Cholic Acid” skont ir-Regolament (KE) Nruo726/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, kif emendat permezz tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C (2014) 6508, tal-11 ta’ Settembru 2014, li tittrasferixxi u temenda l-awtorizzazzjoni tat-tqegħid fis-suq mogħtija f’ċirkustanzi eċċezzjonali permezz tad-Deċiżjoni C (2014) 2375 għall-prodotti mediċinali orfni għall-użu mill-bniedem “Kolbam – Cholic Acid”, hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Laboratoires CTRS.

3)

ASK Pharmaceuticals GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 253, 4.8.2014.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Wirtschaftsvereinigung Stahl et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-285/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għal annullament - Talba għall-adattament tat-talbiet - Assenza ta’ fattur ġdid - Inammissibbiltà”))

(2015/C 245/21)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Wirtschaftsvereinigung Stahl (Düsseldorf, il-Ġermanja) u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom huma inklużi f’anness tad-digriet (rappreżentanti: inizjalment A. Reuter, C. Arhold, N. Wimmer, F.-A. Wesche, K. Kindereit, R. Busch, A. Hohler u T. Woltering, sussegwentement A. Reuter, C. Bürger, T. Christner u G. Müllejans, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn C. von Donat u G. Quardt, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

2)

It-talba intiża sabiex it-talbiet tar-rikors preżenti jiġu adattati għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 8786 finali, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur elettriku minn sorsi rinnovabbli u konsumaturi kbar tal-enerġija, hija miċħuda bħala inammissibbli.

3)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.

4)

Wirtschaftsvereinigung Stahl u r-rikorrenti l-oħra li l-ismijiet tagħhom huma inklużi f’anness tad-digriet għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

5)

L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Röchling Oertl Kunststofftechnik vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-286/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 245/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Röchling Oertl Kunststofftechnik GmbH (Brensbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, B. Wißmann, M. Püstow, M. Ringel, C. Oehme u T. Wielsch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.

3)

Röchling Oertl Kunststofftechnik GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

4)

L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Schaeffler Technologies vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-287/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 245/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schaeffler Technologies GmbH & Co. KG (Herzogenaurach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, B. Wißmann, M. Püstow, M. Ringel, C. Oehme u T. Wielsch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.

3)

Schaeffler Technologies GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

4)

L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/20


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Energiewerke Nord vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-288/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 245/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Energiewerke Nord GmbH (Rubenow, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, B. Wißmann, M. Püstow, M. Ringel, C. Oehme u T. Wielsch, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.

3)

Energiewerke Nord GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

4)

L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – H-O-T Servicecenter Nürnberg et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-289/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għal annullament - Talba għall-adattament tat-talbiet - Assenza ta’ fattur ġdid - Inammissibbiltà”))

(2015/C 245/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: H-O-T Servicecenter Nürnberg GmbH (Nuremberg, il-Ġermanja); H-O-T Servicecenter Schmölln GmbH & Co. KG (Schmölln, il-Ġermanja); H-O-T Servicecenter Allgäu GmbH & Co. KG (Memmingerberg, il-Ġermanja); u EB Härtetechnik GmbH & Co. KG (Nuremberg) (rappreżentanti: inizjalment A. Reuter, C. Arhold, N. Wimmer, F.-A. Wesche, K. Kindereit, R. Busch, A. Hohler u T. Woltering, sussegwentement A. Reuter, C. Bürger, T. Christner u G. Müllejans, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn C. von Donat u G. Quardt, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

2)

It-talba intiża sabiex it-talbiet tar-rikors preżenti jiġu adattati għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 8786 finali, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur elettriku minn sorsi rinnovabbli u konsumaturi kbar tal-enerġija, hija miċħuda bħala inammissibbli.

3)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.

4)

H-O-T Servicecenter Nürnberg GmbH, H-O-T Servicecenter Schmölln GmbH & Co. KG, H-O-T Servicecenter Allgäu GmbH & Co. KG u EB Härtetechnik GmbH & Co. KG għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

5)

L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Klemme vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-294/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għal annullament - Talba għall-adattament tat-talbiet - Assenza ta’ fattur ġdid - Inammissibbiltà”))

(2015/C 245/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Klemme AG (Lutherstadt Eisleben, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, B. Wißmann, M. Püstow, M. Ringel, C. Oehme u T. Wielsch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

2)

It-talba intiża sabiex it-talbiet tar-rikors preżenti jiġu adattati għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 8786 finali, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur elettriku minn sorsi rinnovabbli u konsumaturi kbar tal-enerġija, hija miċħuda bħala inammissibbli.

3)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.

4)

Klemma AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

5)

L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/23


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Autoneum Germany vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-295/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għal annullament - Talba għall-adattament tat-talbiet - Assenza ta’ fattur ġdid - Inammissibbiltà”))

(2015/C 245/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Autoneum Germany GmbH (Roßdorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, B. Wißmann, M. Püstow, C. Oehme, M. Ringel u T. Wielsch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

2)

It-talba intiża sabiex it-talbiet tar-rikors preżenti jiġu adattati għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 8786 finali, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur elettriku minn sorsi rinnovabbli u konsumaturi kbar tal-enerġija, hija miċħuda bħala inammissibbli.

3)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.

4)

Autoneum Germany GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

5)

L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Erbslöh vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-296/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 245/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Erbslöh AG (Velbert, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, M. Ringel, B. Wißmann, M. Püstow, C. Oehme u T. Wielsch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.

3)

Erbslöh AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

4)

L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Walter Klein vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-297/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 245/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Walter Klein GmbH & Co. KG (Wuppertal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, M. Ringel, B. Wißmann, M. Püstow, C. Oehme u T. Wielsch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.

3)

Walter Klein GmbH & Co. KG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

4)

L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Erbslöh Aluminium vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-298/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 245/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Erbslöh Aluminium GmbH (Velbert, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, M. Ringel, B. Wißmann, M. Püstow, C. Oehme u T. Wielsch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.

3)

Erbslöh Aluminium GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

4)

L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Fricopan Back vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-300/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għal annullament - Talba għall-adattament tat-talbiet - Assenza ta’ fattur ġdid - Inammissibbiltà”))

(2015/C 245/31)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Fricopan Back GmbH Immekath (Klötze, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, M. Ringel, B. Wißmann, M. Püstow, C. Oehme u T. Wielsch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

2)

It-talba intiża sabiex it-talbiet tar-rikors preżenti jiġu adattati għall-finijiet tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 8786 finali, tal-25 ta’ Novembru 2014, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN) implementata mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur elettriku minn sorsi rinnovabbli u konsumaturi kbar tal-enerġija, hija miċħuda bħala inammissibbli.

3)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.

4)

Fricopan Back GmbH Immekath għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

5)

L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Michelin Reifenwerke vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-301/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 245/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Michelin Reifenwerke AG & Co. KGaA (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Volz, M. Ringel, B Wißmann, M. Püstow, C. Oehme u T. Wielsch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Luke u C. Maurer, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.

3)

Michelin Reifenwerke AG & Co. KGaA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inkluż dawk marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

4)

L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/27


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Mejju 2015 – Vestolit vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-305/14) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Miżuri adottati mill-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli u impriżi elettro-intensivi - Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Adozzjoni tad-deċiżjoni finali wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 245/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vestolit GmbH (Marl, il-Ġermanja) (rappreżentanti: D. Greinacher, J. Martin u B. Scholtka, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u R. Sauer, aġenti, assistiti minn C. von Donat u G. Quardt, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 4424 finali, tat-18 ta’ Diċembru 2013, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar il-miżuri implementati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja favur l-elettriku minn sorsi rinnovabbli u l-konsumaturi kbar tal-enerġija [Għajnuna mill-Istat SA.33995 (2013/C) (ex 2013/NN)].

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors preżenti.

2)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għall-intervent imressqa mill-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA.

3)

Vestolit GmbH għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha u dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

L-Awtorità tas-Sorveljanza EFTA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 223, 14.07.2014.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/28


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Ġunju 2015 – Buga vs Il-Parlament et

(Kawża T-241/15 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Direttiva dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-iskop tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu - Talba għal miżuri provviżorji - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà”))

(2015/C 245/34)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrent: Aurel Buga (Bacău, ir-Rumanija) (rappreżentant: M. Vasii, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża sabiex l-awtoritajiet Rumeni jiġi ordnati jissospendu l-proċeduri kriminali mibdija kontra r-rikorrent quddiem qorti nazzjonali.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/29


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2015 – Ir-Repubblika Ellenika vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-168/15)

(2015/C 245/35)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: G. Kanellopoulos, E. Leftheriotou u Α. Ε. Vasilopoulou)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni ta’ implementazzjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Jannar 2015, innotifikata taħt in-numru ta’ riferenza C(2015) 252 finali, “dwar it-tnaqqis tal-ħlas interim fir-rigward tal-programm ta’ żvilupp rurali tal-Greċja għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 u l-ispejjeż għall-perijodi inklużi bejn l-1 ta’ Jannar 2014 u l-31 ta’ Marzu 2014 u bejn l-1 ta’ April 2014 u t-30 ta’ Ġunju 2014, CCI 2007 GR 06 RPO 001”, għal ammonti ta’ EUR 2 75  118,75 u EUR 2 9 40  050.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata abbażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 16(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 883/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006 (1), ksur tal-kompetenza ratione temporis tal-Kummissjoni u tar-rekwiżiti essenzjali tal-proċedura stabbilita minn tali dispożizzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni ġiet adottata abbażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 1306/2013 (2).

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata, min-naħa tal-Kummissjoni, tal-Artikoli 26(5) tar-Regolament Nru 1290/2005 (3), 27(3) u (4) tal-istess regolament, 36(5) tar-Regolament Nru 1306/2013, u 41(3) tal-istess regolament, kif ukoll ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem, tal-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u tad-drittjiet ta’ kuntradittorju u tad-difiża tar-Repubblika Ellenika.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet adottata abbażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 27(4) tar-Regolament Nru 1290/2005, u 41(3) tar-Regolament Nru 1306/2013 u ta’ ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata abbażi ta’ interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikoli 27(4) tar-Regolament Nru 1290/2005, u 41(3) tar-Regolament Nru 1306/2013, u ta’ ksur tal-kunċett ta’ forza maġġuri u ta’ ċirkustanzi eċċezzjonali.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni Nru 883/2006, tal-21 ta’ Ġunju 2006 , li jistipula l-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, rigward iż-żamma tal-kotba tal-aġenziji tal-ħlas, id-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż u tad-dħul u l-kundizzjonijiet ta’ ħlas lura tal-ispejjeż fil-qafas tal-EAGF u tal-EAFRD (ĠU L 171, p. 1).

(2)  Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1290/2005 u (KE) Nru 485/2008 (ĠU L 347, p. 549).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, tal-21 ta’ Ġunju 2005, dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU 286M, p. 1).


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/30


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2015 – Kohrener Landmolkerei u DHG vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-178/15)

(2015/C 245/36)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Kohrener Landmolkerei GmbH (Penig, il-Ġermanja), DHG Deutsche Heumilchgesellschaft mbH (Frohburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Wagner, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea rċevuta fit-2 ta’ Marzu 2015;

tilqa’ l-oppożizzjoni tar-rikorrenti tat-23 ta’ Diċembru 2014 fil-proċedura bin-numru ta’ referenza AT-TSG-0007-01035.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata, peress li hija vvizzjata bi żbalji ta’ liġi. Skont l-Artikolu 51 tar-Regolment (UE) Nru 1151/2012 (1), ir-rikorrenti jallegaw li għandhom terminu ta’ tliet xhur li fih huma jistgħu jippreżentaw oppożizzjoni quddiem l-awtorità nazzjonali, jekk huma jixtiequ jopponu r-reġistrazzjoni ta’ speċjalità tradizzjonali ggarantita. Huma jsostnu, f’dan ir-rigward, li l-pubblikazzjoni kkonċernata (ĠU C 340, p. 6) seħħet fit-30 ta’ Settembru 2014 u li l-oppożizzjoni saret quddiem l-awtorità nazzjonali kompetenti fit-23 ta’ Diċembru 2014. Ir-rikorrenti jsostnu li ma jistax jiġi attribwit lilhom nuqqas ta’ osservanza ta’ terminu ulterjuri. Huma jżidu li huma stess ma jistgħu jeżerċitaw l-ebda influwenza fuq il-perijodu ta’ żmien qabel ma l-awtorità nazzjonali kompetenti tressaq l-oppożizzjoni magħmula quddiem il-Kummissjoni u li d-deċiżjoni kkontestata ma tiħux kunsiderazzjoni l-fatt li l-oppożizzjoni tressqet fil-ħin. Id-deċiżjoni tieħu inkunsiderazzjoni biss id-data tal-preżentazzjoni tal-oppożizzjoni quddiem il-Kummissjoni Ewropea.

Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 1151/2012 ma jipprevedi l-ebda terminu għat-trażmissjoni mill-awtorità nazzjonali. Għalhekk dan ifisser li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni biss il-preżentazzjoni tal-oppożizzjoni mir-rikorrenti quddiem l-awtorità nazzjonali.


(1)  Regoalment (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Novembru 2012, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, p. 1).


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/30


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ April 2015 – Icap et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-180/15)

(2015/C 245/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Icap plc (Londra, ir-Renju Unit), Icap Management Services Ltd (Londra) u Icap New Zealand Ltd (Wellington, New Zealand) (rappreżentanti: C. Riis-Madsen u S. Frank, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla, fl-intier tagħha jew parzjalment, id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Frar 2015, fil-Każ AT.39861 – Derivattivi tar-Rati tal-Interessi fuq il-Yen – C(2015) 432 finali;

sussidjarjament, tannulla jew tnaqqas il-livell tal-multa imposta;

f’kull każ, tikkundanna lill-konvenuta tħallas l-ispejjeż legali u l-ispejjeż l-oħra relatati ma’ din il-kwistjoni;

tieħu kull miżura oħra li l-Qorti Ġenerali tqis xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi mwettqa mill-Kummissjoni meta kkonstatat li l-banek kienu involuti f’aġir li kien “intiż” li jwassal għar-restrizzjoni u/jew distorsjoni tal-kompetizzjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi mwettqa mill-konvenuta meta kkonstatat li l-kollaborazzjoni allegata mir-rikorrenti fl-aġir tal-banek kienet tikkostitwixxi ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 101 TFUE.

Skont ir-rikorrenti, l-Artikolu 101 TFUE ma japplikax għall-aġir ta’ kompliċi li ma jipparteċipax f’akkordju li jwassal għar-restrizzjoni/distorsjoni tal-kompetizzjoni. Il-kriterju ta’ evalwazzjoni użat mill-Kummissjoni kien, fi kwalunkwe każ, żbaljat u jkopri firxa kbira wisq ta’ tipi ta’ aġir li ma humiex konnessi suffiċjentement mill-qrib mal-aġir illeċitu. L-aġir tal-rikorrenti ma jaqax taħt il-kriterju ta’ evalwazzjoni tal-kollaborazzjoni użat mill-konvenuta. B’mod partikolari, ir-rikorrenti jsostnu li l-konstatazzjoni li r-rikorrenti kkollaboraw fl-iskambju ta’ informazzjoni bejn il-banek ma għandha ebda bażi fattwali u li l-konvenuta ma tindika lanqas eżempju wieħed tal-fatt li r-rikorrenti kkollaboraw f’tali skambji. Skont ir-rikorrenti, l-istess japplika għar-riċerka dwar l-allineament tas-swieq. Għal dak li jirrigwarda l-manipulazzjoni tal-preżentazzjoni tal-Yen LIBPR, il-Kummissjoni ammettiet li wieħed biss miż-żewġ banek kien jaf dwar l-involviment ta’ ICAP. Għalhekk, skont ir-rikorrenti, ICAP ma kellha l-ebda rwol ta’ kollaboratur għal dak li jirrigwarda l-aġir tal-banek. Barra minn hekk, fir-rigward ta’ tali ksur, l-aġir illeċitu kien beda ħafna qabel ICAP allegatament bdiet tikkollabora.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq żbalji ta’ fatt u ta’ liġi mwettqa mill-Kummissjoni meta stabbilixxiet it-tul tal-involviment allegat tar-rikorrenti fil-ksur.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-banek kienu partijiet kontraenti fid-derivattivi tar-rati tal-interessi fuq il-Yen u għalhekk kif jafu l-pożizzjonijiet u l-interessi kummerċjali ta’ xulxin. Konsegwentement, skont ir-rikorrenti, il-provi prodotti mill-Kummissjoni insostenn tal-argument li ICAP kienet taf dwar il-ksur bilaterali huma irrilevanti, vagi u qarrieqa. Barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, l-approċċ tal-Kummissjoni jippreżumi l-għarfien u l-aġir tar-rikorrenti sakemm intemm il-ksur bilaterali mill-banek mingħajr ma jiġu prodotti xi provi tal-għarfien kontinwu tar-rikorrenti dwar il-ksur mill-banek.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipji ta’ preżunzjoni ta’ innoċenza u ta’ amministrazzjoni tajba.

Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni wettqet proċedura ta’ riżoluzzjoni ibrida, li fiha d-deċiżjoni ta’ riżoluzzjoni adottata f’Diċembru 2013 implikat lil ICAP billi ddeskriviet b’mod estensiv ir-rwol tagħha bħala kollaboratur. Minn dak il-mument, il-Kummissjoni ma setgħetx isostni li hija kienet imparzjali fir-rigward tal-każ ICAP.

5.

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-linji gwida għall-kalkolu tal-multi, il-ksur tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament, il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-ksur tal-prinċipju taċ-ċertezza legali.

Ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ċertezza legali billi imponiet multi li huma ogħla mill-multi nominali. Dan allegatament jikkostitwixxi wkoll tluq mill-prassi deċiżjonali tagħha. Barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni ma osservatx il-linji gwida tagħha għall-kalkolu tal-multi billi rrifjutat li tuża l-valur tal-bejgħ tar-rikorrenti bħala bażi għall-multa, ma speċifikatx il-metodu tagħha għall-kalkolu tal-multa u ma ġġustifikatx tali tluq mill-prassi deċiżjonali preċedenti tagħha. Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li l-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament billi ttrattat lir-rikorrenti b’mod differenti milli kif ittrattat sensar ieħor akkużat b’kollaborazzjoni f’ċirkustanzi simili u fir-rigward tal-istess ksur kif ukoll billi finalment ittrattat lir-rikorrenti bl-istess mod bħall-banek li wettqu l-ksur minkejja li r-rikorrenti ġew akkużati biss b’kollaborazzjoni. Ir-rikorrenti jsostnu li, konsegwentement, il-multi imposti huma kompletament sproporzjonati u li l-Kummissjoni kisret għalhekk il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

6.

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ “ne bis in idem”.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/32


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2015 – National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill

(Kawża T-207/15)

(2015/C 245/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: National Iranian Tanker Company (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: T. de la Mare, QC, M. Lester u J. Pobjoy, Barristers, R. Chandrasekera, S. Ashley u C. Murphy, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/236, tat-12 ta’ Frar 2015 li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 39, p. 18) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/230, tat-12 ta’ Frar 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 39, p. 3) sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

sussidjarjament, tiddikjara li l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif emendata u l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament (UE) Nruo267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, kif emendat, huma inapplikabbli għar-rikorrenti peress li huma vvizzjati b’illegalità; u

tikkundnna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li, meta l-Kunsill irreġistra mill-ġdid lir-rikorrenti fuq il-listi abbażi tal-istess allegazzjonijiet fattwali li kienet ċaħdet il-Qorti Ġenerali fis-sentenza tat-3 ta’ Lulju 2014, National Iranian Tanker Company vs Il-Kunsill (T-565/12, Ġabra, EU:T:2014:608, iktar il quddiem is-“sentenza NITC”), huwa kiser il-prinċipji ta’ res judicata, ta’ ċertezza legali, ta’ aspettattivi leġittimi u ta’ ġudikat u kiser id-dritt tar-rikorrenti għal rimedju effettiv fis-sens tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma osservax il-kriterji tar-reġistrazzjoni fuq il-listi, skont liema r-rikorrenti għandha tipprovdi appoġġ finanzjarju jew għajnuna loġistika lill-Gvern Iranjan. Il-Qorti Ġenerali ċaħdet l-allegazzjoni tal-appoġġ finanzjarju fis-sentenza NITC. Ir-rikorrenti ma tipprovdi l-ebda benefiċċju finanzjarju lill-Gvern Iranjan, u dan tal-aħħar ma jieħu l-ebda benefiċċju finanzjarju mir-rikorrenti, sew jekk permezz tal-azzjonisti tiegħu kif ukoll fi kwalunkwe manjiera oħra. Kif iddeċidiet il-Qorti Ġenerali fis-sentenza NITC, appoġġ finanzjarju indirett ma huwiex biżżejjed sabiex jissodisfa dan il-kriterju. L-allegazzjoni ta’ għajnuna loġistika hija biss klassifikazzjoni mill-ġdid tal-allegazzjonijiet li saru diġà fil-kawża NITC. Fi kwalunkwe każ, ir-rabta kawżali meħieġa bejn l-attivitajiet tar-rikorrenti u l-proliferazzjoni nukleari hija nieqsa u, fil-każ li r-rikorrenti tipprovdi għajnuna, l-iktar l-iktar tkun għajnuna loġistika indiretta.

3.

It-tielet motiv, huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, kif ukoll id-dritt tagħha għall-amministrazzjoni tajba u għal rimedju ġudizzjarju effettiv. B’mod iktar partikolari, il-Kunsill ma a) informax lir-rikorrenti bil-motivi reali għar-reġistrazzjoni mill-ġdid tagħha fil-listi jew ma pprovdiex il-provi kontriha; u/jew b) ipprovdiex lir-rikorrenti bl-opportunità li ssostni l-opinjoni tagħha dwar il-motivi reali għar-reġistrazzjoni mill-ġdid u/jew il-provi kontriha qabel ir-reġistrazzjoni mill-ġdid tagħha fuq il-listi.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser, b’mod inġustifikat u sproporzjonat, id-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, inkluż id-dritt tagħha għall-proprjetà, għal-libertà tal-intrapriża tagħha u għad-dritt tagħha ta’ protezzjoni tar-reputazzjoni tagħha. L-atti kkontestati kellhom impatt kbir fuq ir-rikorrenti, għal dak li jirrigwarda kemm l-attivitajiet tagħha kif ukoll ir-reputazzjoni tagħha u n-negozju tagħha fid-dinja kollha. Ir-reġistrazzjoni tar-rikorrenti fil-listi tista’ jkollha effett diżastruż fuq il-benefiċjarji tal-pensjonijiet tal-azzjonisti tar-rikorrenti, li huma kollha ċittadini Iranjani innoċenti, il-maġġoranza tagħhom pensjonati. Il-Kunsill la wera li l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi tar-rikorrenti huwa marbut ma’ għan leġittimu jew iġġustifikat minn tali għan, lanqas, a fortiori, li din il-miżura hija proporzjonata ma’ tali għan.

5.

Il-ħames motiv, invokat insostenn ta’ eċċezzjoni ta’ illegalità, huwa bbażat fuq il-fatt li, jekk, għal kuntrarju tal-argumenti li saru fit-tieni motiv, l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413 u l-Artikolu 23(2)(d) tar-Regolament Nru 267/2012 għandhom jiġu interpretati fis-sens li jinkludu a) appoġġ finanzjarju indirett u/jew b) għajnuna loġistika mingħajr relazzjoni mal-proliferazzjoni nukleari, dawn il-kriterji jkunu illegali u sproporzjonati mal-għanijiet tad-Deċiżjoni 2010/413 u tar-Regolament Nruo267/2012. L-iskop u l-portata arbitrarji tal-kriterji li jirriżultaw minn din l-interpretazzjoni iktar wiesgħa jkunu jmorru lil hinn mil-limiti ta’ dak li huwa xieraq u neċessarju għat-twettiq ta’ dawn l-għanijiet. Dawn id-dispożizzjonijiet huma għalhekk illegali.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/33


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2015 – Speciality Drinks vs UASI – William Grant (CLAN)

(Kawża T-250/15)

(2015/C 245/39)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Speciality Drinks (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: G. Pritchard, Barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: William Grant & Sons Ltd (Dufftown, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “CLAN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 025 815

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 220/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tiċħad l-oppożizzjoni;

tiddeċiedi dwar l-ispejjeż favur ir-rikorrenti u/jew tannulla l-kundanna għall-ispejjeż mogħtija mill-Ewwel Bord tal-Appell.

Motivi invokati

Il-Bord tal-Appell iddefinixxa b’mod żbaljat il-livell ta’ attenzjoni tal-“konsumatur rilevanti” fis-sens tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Il-Bord tal-Appell ma ddeċidiex jekk il-kelma “CLAN”, meta ntużat flimkien ma’ “MACGREGOR”, kinitx kelma fantażjuża (jiġifieri nieqsa minn sinjifikat) għall-konsumatur rilevanti jew, bil-kontra, kinitx kelma li kellha sinjifikat li huma setgħu jifhmu;

Il-Bord tal-Appell ma evalwax ix-xebh tat-trade marks fuq il-bażi legali u/jew fattwali korretta;

Il-Bord tal-Appell ma evalwax il-probabbiltà ta’ konfużjoni fuq il-bażi legali u/jew fattwali korretta.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/34


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2015 – Espírito Santo Financial (il-Portugall) vs Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża T-251/15)

(2015/C 245/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Espírito Santo Financial (Portugal), SGPS, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: R. Oliveira, N. Cunha Barnabé u S. Estima Martins, avukati)

Konvenut: Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), mogħtija fl-4 ta’ Marzu 2015 skont l-Artikolu 8(3) tad-deċiżjoni BĊE/2004/3 (Deċiżjoni impliċita), li ma tagħtix aċċess komplet għad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Awwissu 2014, li tissospendi l-istatus ta’ kontroparti, fil-kuntest tal-politika monetarja tal-Eurosistema, ta’ Banco Espírito Santo SA u tobbliga lill-imsemmi bank jirrimborsa d-dejn kollu tiegħu fil-konfront tal-Eurosistema, tal-ammont ta’ EUR 10 biljuni, kif ukoll id-dokumenti kollha fil-pussess tal-BĊE marbuta b’mod jew ieħor mal-imsemmija deċiżjoni;

tannulla d-deċiżjoni espliċita tal-BĊE, tal-1 ta’ April 2015 (id-deċiżjoni espliċita), li ma tagħtix aċċess komplet għad-dokumenti msemmija iktar ’il fuq;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq id-deċiżjoni impliċita, ibbażata fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni impliċita, sa fejn ma tipprovdi l-ebda raġuni li tiġġustifika r-rifjut li tagħti aċċess komplet għad-dokumenti tal-BĊE mitluba, ma tosservax l-obbligu ta’ motivazzjoni u għaldaqstant għandha tiġi annullata.

2.

It-tieni motiv dwar id-deċiżjoni espliċita, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni f’dak li jikkonċerna d-deċiżjoni tal-Kunsill Governattiv tal-BĊE.

Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni espliċita li tirrifjuta l-aċċess għall-informazzjoni mitluba għandha tiġi annullata minħabba li tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn (i) hija ppreżentat biss kunsiderazzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-eċċezzjonijiet invokati li huma elenkati fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3 u, b’mod partikolari, (ii) ma tatx ir-raġunijiet għalfejn l-eċċezzjoni msemmija fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tal-imsemmija deċiżjoni tiġġustifika restrizzjoni għad-dritt ta’ aċċess tar-rikorrenti.

3.

It-tielet motiv dwar id-deċiżjoni espliċita, ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel, it-tieni u s-seba’ inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3.

4.

Ir-raba’ motiv dwar id-deċiżjoni espliċita, ibbażat fuq il-ksur tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3 f’dak li jikkonċerna d-deċiżjonijiet tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

5.

Il-ħames motiv dwar id-deċiżjoni espliċita, ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni f’dak li jikkonċerna l-proposti tal-Bord Eżekuttiv tal-BĊE.

Ir-rikorrenti ssosti li d-deċiżjoni espliċita għandha tiġi annullata minħabba li tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn (i) hija ppreżentat kunsiderazzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-eċċezzjonijiet invokati li huma elenkati fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3; (ii) hija ma indikatx ir-raġunijiet partikolari li għalihom l-aċċess għall-informazzjoni speċifika mitluba mir-rikorrenti hija rrifjutata (iii) hija ma immotivatx ir-rifjut li tiżvela l-informazzjoni abbażi tas-seba’ inċiż tal-Artikolu 4(1)(a) tad-Deċiżjoni BĊE/2004/3; (iv) hija ma immotivatx ir-rifjut li tiżvela l-informazzjoni abbażi tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tal-imsemmija deċiżjoni, u (v) hija ma immotivatx ir-rifjut li tiżvela l-informazzjoni abbażi tal-Artikolu 4(3) tal-imsemmija deċiżjoni.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/35


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2015 – Ferrovial et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-252/15)

(2015/C 245/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ferrovial, SA (Madrid, Spanja), Ferrovial Servicios, SA (Madrid, Spanja), Amey UK plc (Oxford, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Muñoz Pérez u M. Linares Gil, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-15 ta’ Ottubru 2014 irreġistrata bin-Nru C (2014) 7280, dwar l-għajnuna mill-Istat SA 35550 (13/C) (ex 13/NN) (ex 12/CP) implementata minn Spanja;

sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4(2) tal-imsemmija deċiżjoni, u

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-826/14, Spanja vs Il-Kummissjoni, u T-12/15, Banco de Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 TFUE minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, peress li l-miżura inwksitjoni ma tissodisfax, skont ir-rikorrenti, l-elementi speċifiċi tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, tal-Artikolu 1(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 [KE], u tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 794/2004, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, peress li l-miżura inkwistjoni ma tikkostitwixxix għajnuna ġdida, illegali u inkompatibbli.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nullità tal-Artikolu 4(2) tat-Tielet deċiżjoni minħabba ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999, inkwantu l-ordni ta’ rkupru ma ġiex limitat bl-istess mod bħalma kien ġie limitat fl-ewwel żewġ deċiżjonijiet (xiri preċedenti gall-21 ta’ Diċembru 2007).

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq in-nullità tal-Artikolu 4 tat-Tielet deċiżjoni (ordni ta’ rkupru) minħabba ksur tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999, inkwantu mill-ordni ta’ rkupru ma ġewx esklużi t-tranżazzjonijiet indiretti preċedenti għall-10 ta’ Marzu 2005.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/36


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2015 – Sociedad General de Aguas de Barcelona vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-253/15)

(2015/C 245/42)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Sociedad General de Aguas de Barcelona, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. de Juan Casadevall, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

sussidjarjament, fil-każ li t-talba prinċipali tiġi miċħuda, tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ma tillimitax l-ordni ta’rkupru għax-xiri indirett magħmul wara l-21 ta’ Diċembru 2007, u ma tirrikonoxxix id-dritt għall-applikazzjoni sħiħa tal-benefiċċju fiskali matul il-perijodu kollu previst fl-Artikolu 12.5 tad-Digriet Leġiżlattiv 4/2004, tal-5 ta’ Marzu, li jimplementa t-Texto Refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades [TRLIS – test emendat tal-liġi Spanjola dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji], u

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-12/15, Banco de Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni, u T-252/15 Ferrovial SA et vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma simili għal dawk li diġà ġew invokati f’dawn il-kawżi.

Qed jiġi allegat, b’mod partikolari, żball ta’ liġi fl-applikazzjoni tar-rekwiżit ta’ selettività, użu ħażin ta’ poter u l-ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ aspettattivi leġittimi.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/37


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 – Aldi Einkauf vs UASI – Dyado Liben (Casale Fresco)

(Kawża T-254/15)

(2015/C 245/43)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Aldi Einkauf GmbH & Co. oHG (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: N. Lützenrath, U. Rademacher, C. Fürsen u N. Bertram, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Dyado Liben OOD (Sofia, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Casale Fresco”– Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 010 886 604

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 1138/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/37


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Telefónica vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-256/15)

(2015/C 245/44)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Telefónica, S.A. (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Ruiz Calzado u J. Domínguez Pérez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni;

tannulla l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni, sa fejn dan jeżiġi li r-Renju ta’ Spanja jtemm l-iskema ta’ għajnuna deskritt fl-Artikolu 1;

tannulla l-Artikolu 4(2), (3), (4) u (5) tad-deċiżjoni sa fejn dan jeżiġi l-irkupru tal-għajnuna mill-Istat iddeterminata mill-Kummissjoni;

sussidjarjament, tnaqqas l-obbligu ta’ rkupru impost mill-Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni sabiex dan ikun suġġett għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fl-ewwel u fit-tieni deċiżjonijiet, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ħlas tal-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-12/15, Banco de Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni, u T-252/15 Ferrovial SA et vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma simili għal dawk li diġà ġew invokati f’dawn il-kawżi.

Qed jiġu allegati, b’mod partikolari, żbalji ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni tal-fatti mwettqa mill-Kummissjoni meta eżaminat il-konsultazzjoni tad-Dirección General de Tributos (DGT) u kkunsidrat li kien hemm miżura ġdida li setgħet tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ġdida, u meta sostniet li l-ewwel żewġ deċiżjonijiet ma koprewx l-applikazzjoni eventwali tal-miżura inkwistjoni għax-xiri ta’ ishma indiretti.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/38


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Arcelormittal Spain Holding vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-257/15)

(2015/C 245/45)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Arcelormittal Spain Holding, S.L. (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Muñoz Pérez, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta’ Ottubru 2014 irreġistrata bin-Nru C (2014) 7280, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.355550 (13/C) (ex 12/CP) implementata minn Spanja;

sussidjarjament tannulla l-Artikolu 4(2) tal-imsemmija deċiżjoni għall-motivi esposti, u

tikkundanna lill-istituzzjoni konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-12/15, Banco de Santander y Santusa vs Il-Kummissjoni, u T-252/15 Ferrovial, SA et vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma simili għal dawk diġà invokati fl-imsemmija kawżi.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/39


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Axa Mediterranean Holding vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-258/15)

(2015/C 245/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Axa Mediterranean Holding, S.A. (Palma de Mallorca, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, D. Armesto Macías u A. Balcells Cartagena, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni sa fejn dan jistipula li l-interpretazzjoni amministrattiva l-ġdida tal-Artikolu 12 TRLIS [texto refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades (test emendat tal-liġi Spanjola dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji)] adottata mill-amministrazzjoni Spanjola għandha titqies bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern;

tannulla l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni, sa fejn dan jeżiġi li r-Renju ta’ Spanja jtemm dak li l-Kummissjoni tqis bħala skema ta’ għajnuna mill-Istat, deskritt fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni;

tannulla l-Artikolu 4(2), (3), (4) u (5) tad-deċiżjoni sa fejn dan jimponi fuq ir-Renju ta’ Spanja l-obbligu li jirkupra ammonti meqjusa mill-Kummissjoni bħala għajnuna mill-Istat;

sussidjarjament, tnaqqas il-portata tal-obbligu ta’ rkupru impost fuq ir-Renju ta’ Spanja fl-Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni sabiex dan ikun suġġett għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fl-ewwel u fit-tieni deċiżjonijiet, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-deċiżjoni kkontestata f’din il-kawża hija l-istess bħal dik fil-Kawżi T-12/15, Banco de Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni, u T-252/15 Ferrovial SA et vs Il-Kummissjoni.

Il-motivi u l-argumenti prinċipali invokati huma simili għal dawk li diġà ġew invokati f’dawn il-kawżi.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/39


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Spirig Pharma vs UASI (Daylong)

(Kawża T-261/15)

(2015/C 245/47)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Spirig Pharma AG (Egerkingen, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: T. de Haan u P. Péters, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Daylong” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 537 627

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-24 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2455/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem ir-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 moqri mal-Artikolu 75 tal-istess regolament;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/40


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2015 – db Technologies Deutschland vs UASI – MIP Metro (Sigma)

(Kawża T-267/15)

(2015/C 245/48)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: db Technologies Deutschland GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Zingsheim, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: MIP Metro Group Intellectual Property GmbH & Co. KG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Sigma” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 779 734

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 1444/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u d-deċiżjoni tal-UASI tat-28 ta’ April 2014 u tiċħad l-oppożizzjoni mressqa mill-parti l-oħra fil-proċedimenti ta’ oppożizzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/41


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Apcoa Parking Holdings vs UASI (PARKWAY)

(Kawża T-268/15)

(2015/C 245/49)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: APCOA Parking Holdings GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lohmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “PARKWAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 567 021

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2063/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż esposti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/41


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Mejju 2015 – Apcoa Parking Holdings vs UASI (PARKWAY)

(Kawża T-272/15)

(2015/C 245/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Apcoa Parking Holdings GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Lohmann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “PARKWAY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 248 278

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-25 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2062/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż esposti fil-kuntest tal-proċedimenti tal-appell.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/42


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2015 – Permapore vs UASI – José Joaquim Oliveira II – Jardins & Afins (Terraway)

(Kawża T-277/15)

(2015/C 245/51)

Lingwa tar-rikors: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Permapore Ltd (Nenagh Tipperary, l-Irlanda) (rappreżentant: J. Sales, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: José Joaquim Oliveira II – Jardins & Afins Lda (Grijó, il-Portugall)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “Terraway” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 988 301

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2496/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI u tissostitwiha b’deċiżjoni oħra li tiddeċiedi jew tordna li jiġi deċiż fid-dettall dwar il-kwistjonijiet fuq il-mertu/sostantivi u ma tillimitax ruħha għall-kwistjoni mqajma fir-rigward tal-ħlas fil-ħin tal-ispejjeż ġudizzjarji.

Motivi invokati

Ir-rikorrenti ssostni li ħalset il-miżata tal-appell prevista fl-Artikolu 60 tar-Regolament Nru 207/2009 fl-20 ta’ Novembru 2014;

Minn perspettiva sostantiva, ir-rikorrenti tinvoka l-ksur tal-Artikolu 52(1)(a) u (b), tal-Artikolu 7(1)(g) u tal-Artikolu 54(2) in fine tar-Regolament Nru 207/2009.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/43


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Ġunju 2015 – Hamas vs Il-Kunsill

(Kawża T-289/15)

(2015/C 245/52)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Hamas (Doha, il-Qatar) (rappreżentant: L. Glock, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/521, tas-26 ta’ Marzu 2015, li taġġorna u temenda l-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet soġġetti għall-Artikoli 2, 3 u 4 tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiċi fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, u li tħassar id-Deċiżjoni 2014/483/PESK, sa fejn din tikkonċerna lill-Hamas (inkluż il-Hamas-Izz-al-Din-al-Quassem);

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/513, tas-26 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 790/2014, sa fejn dan jikkonċerna lill-Hamas (inkluż il-Hamas-Izz-al-Din-al-Quassem);

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 1(4) tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931 (1), sa fejn id-deċiżjonijiet nazzjonali invokati mill-Kunsill ma jilħqux il-kundizzjonijiet meħtieġa minn dan l-artikolu sabiex jiġu kkunsidrati bħala deċiżjonijiet meħuda minn awtorità kompetenti.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball fuq il-materjalità tal-fatti, minħabba li l-parti l-kbira tal-fatti msemmija mill-Kunsill ma huma sostnuti minn l-ebda prova.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq żball ta’ evalwazzjoni dwar in-natura terroristika tal-organizzazzjoni Hamas.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ indħil li jopponi li l-Hamas, li tikkostitwixxi moviment politiku legali li rebaħ l-elezzjonijiet organizzati fil-Palestina u li jiffurmaw il-qalba tal-Gvern Palestinjan, tista’ titqies bħala entità terroristika.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni mill-Kunsill.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti kif ukoll tad-dritt tagħha għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva matul il-fażi nazzjonali.

7.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għall-proprjetà, sa fejn l-iffriżar tal-fondi tar-rikorrenti jippreġudika b’mod inġust id-dritt għall-proprjetà tagħha.


(1)  Pożizzjoni komuni tal-Kunsill, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 217).


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/44


Appell ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 minn Angel Coedo Suárez mis-sentenza mogħtija fis-26 ta’ Marzu 2015 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-38/14, Coedo Suárez vs Il-Kunsill

(Kawża T-297/15 P)

(2015/C 245/53)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Ángel Coedo Suárez (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u C. Bernard-Glanz, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikkjara l-appell odjern ammissibbli;

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Marzu 2015, Coedo Suárez vs Il-Kunsill (F-38/14, EU:F:2015:25);

tilqa’ t-talbiet għal annullament ippreżentati minnu fl-ewwel istanza;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka żewġ aggravji.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq żnaturament ta’ elementi fattwali u ta’ provi u fuq żball ta’ liġi, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku ddeċieda li l-Awtorità tal-Ħatra ma kinitx wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkunsidrat li l-istat ħażin tas-saħħa tar-rikorrent ma kinitx tikkostitwixxi ċirkustanza attenwanti.

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/44


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Ġunju 2015 – Atlas vs UASI (EFEKT PERLENIA)

(Kawża T-298/15)

(2015/C 245/54)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Atlas sp. z o.o (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: R. Rumpel, konsulent ġuridiku)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “EFEKT PERLENIA” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 668 125

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-13 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2352/2014-5

Talbiet

tiddikjara r-rikors fondat;

tannulla d-deċiżjoni kkontestata f’dak li jikkonċerna r-rifjut ta’ reġistrazzjoni tat-trade mark;

tirriforma d-deċiżjoni kkontestata sabiex it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni tiġi rreġistrata għall-prodotti u s-servizzi kollha msemmija fl-applikazzjoni;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/45


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Barqawi vs Il-Kunsill

(Kawża T-303/15)

(2015/C 245/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Ahmad Barqawi (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: J.-P. Buyle u L. Cloquet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375, tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent;

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha tal-kawża, inklużi dawk tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ xieraq sa fejn ir-rikorrent qatt ma nstema’ qabel ma ttieħdu s-sanzjonijiet ikkonċernati.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti sa fejn il-Kunsill ma pproduċiex il-prova tal-fatti deskritti, li fuqhom hija bbażata l-motivazzjoni tal-miżuri meħuda.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq ksur sproporzjonat tad-dritt għall-proprjetà u għall-eżerċizzju ta’ attività professjonali.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq użu ħażin ta’ poter. Ir-rikorrent isostni li, sa fejn il-miżuri adottati mill-Kunsill ma għandhom ebda effett fuq ir-reġim Sirjan u sa fejn ir-rikorrent dejjem osserva s-sanzjonijiet ordnati mill-komunità internazzjonali u żamm f’kull mument l-indipendenza tiegħu fil-konfront tal-awtorità attwali, għandu jitqies li l-miżuri kkontestati ttieħdu għal raġunijiet differenti minn dawk indikati fihom (esklużjoni mis-suq – favorizzazzjoni ta’ operaturi oħra).

6.

Is-sitt motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni sa fejn il-motivazzjoni mogħtija mill-Kunsill insostenn tal-miżuri kkontestati hija allużiva u ma tagħmel riferiment għal ebda element konkret jew għal data li jippermettu lir-rikorrent jidentifika t-tranżazzjonijiet kummerċjali li bihom qiegħed jiġi akkużat.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/46


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2015 – Abdulkarim vs Il-Kunsill

(Kawża T-304/15)

(2015/C 245/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mouhamed Wael Abdulkarim (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentanti: J.-P. Buyle u L. Cloquet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375, tas-6 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, sa fejn jikkonċerna lir-rikorrent;

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383, tas-6 ta’ Marzu 2015, li timplimenta d-Deċiżjoni 2013/255/PESK dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja, sa fejn tikkonċerna lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż kollha tal-kawża, inklużi dawk tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-303/15, Barqawi vs Il-Kunsill.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/47


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-18 ta’ Ġunju 2015 – CX vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-27/13) (1)

((Servizz pubbliku - Proċedura dixxiplinari - Rwol u kompetenzi rispettivi tal-Bord Dixxiplinari u tal-Awtorità tal-Ħatra - Sanzjoni dixxiplinari - Tniżżil fil-grad segwit minn deċiżjoni ta’ promozzjoni - Proporzjonalità tas-sanzjoni))

(2015/C 245/57)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CX (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jniżżlu fil-grad lir-rikorrent għall-grad AD8 skont l-Artikolu 9(1)(f) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal Persunal, kif ukoll talba għad-danni fir-rigward tad-danni morali u materjali allegatament imġarrba.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CX għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 207, 20.7.2013, p. 56.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/47


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Ġunju 2015 – CX vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-5/14) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Sanzjoni dixxipplinari - Revoka - Nuqqas ta’ smigħ tal-uffiċjal ikkonċernat mill-Awtorità tal-Ħatra - Nuqqas ta’ rispett tad-dritt għal smigħ))

(2015/C 245/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CX (rappreżentanti: É. Boigelot, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett tal-kawża

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li r-rikorrent jitneħħa mill-pożizzjoni tiegħu skont l-Artikolu 9(1)(h) tal-Anness IX tar-Regolamenti tal-Persunal mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni wara investigazzjoni interna li bdiet wara investigazzjoni mill-OLAF mibdija kontra impriża u talba għad-danni fir-rigward tad-danni morali u materjali allegatament imġarrba.

Dispożittiv tas-sentenza

1)

Id-deċiżjoni tas-16 ta’ Ottubru 2013 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea imponiet fuq CX is-sanzjoni li jitneħħa mill-pożizzjoni tiegħu mingħajr tnaqqis pro tempore tal-pensjoni hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż ta’ CX, inkluż l-ispejjeż marbuta mal-proċeduri għal miżuri provviżorji fil-Kawża F 5/14 R.


(1)  ĠU C 85, 22/03/2014, p. 27.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/48


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2015 – EF vs SEAE

(Kawża F-65/14) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal tas-SEAE - Uffiċjali - Proċedura ta’ promozzjoni 2013 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jkunx promoss għall-grad AD 13 - Oġġezzjoni tar-rikorrent għal-lista ta’ uffiċjali proposti għall-promozzjoni - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Minimu ta’ sentejn ta’ anzjanità fi grad - Kalkolu tat-terminu ta’ sentejn - Data tad-deċiżjoni ta’ promozzjoni))

(2015/C 245/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: EF (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)

Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett

It-talba għal annullament tad-deċiżjonijiet ta’ rifjut li r-rikorrent jiġi promoss għall-grad AD13 fil-kuntest tal-proċedura ta’ promozzjoni 2013 minkejja li kien jinsab fil-lista ta’ uffiċjali li jistgħu jiġu promossi.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

EF għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannata ukoll ibati l-ispejjeż sostnuti mis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.


(1)  ĠU C 380, 27.10.2014, p. 26.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/49


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2015 – ZZ vs Frontex

(Kawża F-68/15)

(2015/C 245/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operattiva fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent li jirrigwarda s-sena 2009 u talba għad-danni għad-dannu morali allegatament sostnut.

Talbiet

jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-4 ta’ Lulju 2014 innotifikat lir-rikorrent fit-12 ta’ Lulju 2014, sa fejn dan jemenda r-rapport inizjali;

jikkundanna lill-Frontex tħallas lir-rikorrent EUR 4  000 bħala danni;

jikkundanna lill-Frontex għall-ispejjeż.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/49


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-70/15)

(2015/C 245/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni finali dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ eżekuzzjoni (DĠE) il-ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.

Talbiet

tiddikjara l-illegalità tal-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

tannulla d-deċiżjoni tat-28 ta’ Lulju 2014 li tikkonferma t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba qabel id-dħul fis-servizz tar-rikorrenti b’applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/50


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs EDC

(Kawża F-71/15)

(2015/C 245/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-evalwatur tal-appell li tistabbilixxi b’mod definittiv ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2013

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-evalwatur tal-appell li tistabbilixxi b’mod definittiv ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2013;

jikkundanna lil EDC għall-ispejjeż.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/50


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-73/15)

(2015/C 245/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Casado García-Hirschfeld, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni li ma tingħatax allowance ta’ kuljum lir-rikorrent wara t-trasferiment tiegħu mill-Kummissjoni, fejn kien mibgħut mad-delegazzjoni tal-UE fil-Yemen, għall-Parlament Ewropew, fi Brussell.

Talbiet

Jannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-8 ta’ Lulju 2014;

Sa fejn ikun meħtieġ, jannulla d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tat-3 ta’ Frar 2015;

Jordna lill-Parlament jagħti lir-rikorrent l-allowance ta’ kuljum, biż-żieda tal-interessi kkalkolati mid-dati meta dawn is-somom kienu dovuti skont l-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal;

Tikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/51


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-76/15)

(2015/C 245/64)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Brussell li tiċħad it-talba għal estensjoni tar-rikonoxximent tal-marda li minnha jbati iben ir-rikorrent bħala marda gravi u t-talba għat-teħid ta’ responsabbiltà 100 % tal-ispejjeż mediċi marbuta magħha.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni tal-Kap tal-Uffiċċju responsabbli għall-ħlasijiet ta’ Brussell, tat-8 ta’ April 2014, li tiċħad it-talba għal estensjoni tar-rikonoxximent tal-marda li minnha jbati iben ir-rikorrent bħala marda gravi u t-talba tiegħu għat-teħid ta’ responsabbiltà 100 % tal-ispejjeż mediċi marbuta magħha;

jikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.


27.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 245/51


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Mejju 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-77/15)

(2015/C 245/65)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li l-ħlas retroattiv tal-allowance tal-espatrijazzjoni jiġi limitat għal perijodu ta’ ħames snin, mid-data ta’ meta ġiet skoperta l-assenza ta’ ħlas ta’ din l-allowance u talba sabiex il-konvenuta tiġi ordnata tħallas l-interessi moratorji.

Talbiet

jannulla id-deċiżjoni tal-PMO li l-ħlas retroattiv tal-allowance tal-espatrijazzjoni, li bi żball ma kinitx tħallset sa mill-1 ta’ Settembru 2007, jiġi limitat għal perijodu ta’ ħames snin;

jikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent l-allowances tal-espatrijazzjoni dovuti lilu sa mill-1 ta’ Settembru 2007 flimkien mal-interessi moratorji kkalkolati bir-rata stabbilita mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament miżjuda b’żewġ punti, fuq is-sommom diġà mħallsa lir-rikorrent bħala arretrati fuq ir-remunerazzjoni (allowance tal-espatrijazzjoni) u fuq dawk dovuti, mid-data ta’ meta dawn saru rispettivament dovuti, u, sal-ħlas sħiħ tagħhom;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.