ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 228

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
13 ta' Lulju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 228/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 228/02

Kawża C-22/15: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

2

2015/C 228/03

Kawża C-154/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Granada (Spanja) fl-1 ta’ April 2015 – Francisco Gutiérrez Naranjo vs BBK Bank Cajasur, S.A.U.

3

2015/C 228/04

Kawża C-169/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Benelux Gerichtshof (il-Belġju) fit-13 ta’ April 2015 – Montis Design BV vs Goossens Meubelen BV

4

2015/C 228/05

Kawża C-179/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fil-21 ta’ April 2015 – Daimler AG vs Együd Garage Gépjárműjavító és Értékesítő Kft.

4

2015/C 228/06

Kawża C-189/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ April 2015 – Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico (IRCCS) – Fondazione Santa Lucia vs Cassa conguaglio per il settore elettrico et

5

2015/C 228/07

Kawża C-198/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fid-29 ta’ April 2015 – Invamed Group Ltd, Invacare UK Ltd, Days Healthcare Ltd, Electric Mobility Euro Ltd, Medicare Technology Ltd, Sunrise Medical Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

6

2015/C 228/08

Kawża C-204/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fl-4 ta’ Mejju 2015 – Valsts ieņēmumu dienests vs SIA Latspas

6

2015/C 228/09

Kawża C-220/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

7

2015/C 228/10

Kawża C-224/15 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 minn Rose Vision, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-5 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-45/13, Rose Vision u Seseña vs Il-Kummissjoni

8

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 228/11

Kawża T-259/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Miżuri ta’ għajnuna għall-iżvilupp rurali — Żoni ta’ żvantaġġi naturali — Korrezzjoni finanzjarja fissa — Infiq imwettaq minn Franza — Kriterju ta’ tagħbija — Kontrolli fuq il-post — Garanziji proċedurali)

10

2015/C 228/12

Kawża T-327/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Vinci Energies Schweiz vs UASI – Accentro Real Estate (ESTAVIS 1993) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

11

2015/C 228/13

Kawża T-391/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2015 – Lidl Stiftung vs UASI – Adveo Group International (UNITED OFFICE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

11

2015/C 228/14

Kawża T-48/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2015 – Out of the blue vs UASI – Mombauer (REFLEXX) (Trade mark Komunitarja — Oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

12

2015/C 228/15

Kawża T-403/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – APRAM vs Il-Kummissjoni [Rikors għal annullament — Fond ta’ koeżjoni — Regolament (KE) Nru 1164/94 — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Nuqqas ta’ interess dirett — Inammissibbiltà]

13

2015/C 228/16

Kawża T-559/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2015 – Ackermann Saatzucht et vs Il-Parlament u Il-Kunsill [Rikors għal annullament — Regolament (UE)Nru 511/2014 — Miżuri li jikkonċernaw l-osservanza mill-utenti fl-Unjoni tal-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi u l-qsim ġust u ekwu ta’ benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tagħhom — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà]

13

2015/C 228/17

Kawża T-560/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2015 – ABZ Aardbeien Uit Zaad Holding et vs Il-Parlament u Il-Kunsill [Rikors għal annullament — Regolament (UE) Nru 511/2014 — Miżuri li jikkonċernaw l-osservanza mill-utenti fl-Unjoni tal-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà]

14

2015/C 228/18

Kawża T-69/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – NK Rosneft et vs Il-Kunsill

15

2015/C 228/19

Kawża T-106/15: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2015 – Opko Ireland Global Holdings vs UASI – Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)

16

2015/C 228/20

Kawża T-136/15: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2015 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Parlament

17

2015/C 228/21

Kawża T-164/15: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2015 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Parlament Ewropew

17

2015/C 228/22

Kawża T-165/15: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2015 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

18

2015/C 228/23

Kawża T-220/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2015 – Beele Engineering vs UASI (WE CARE)

19

2015/C 228/24

Kawża T-222/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2015 – Beele Engineering vs UASI (WE CARE)

20

2015/C 228/25

Kawża T-223/15: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2015 – Morton’s of Chicago vs UASI – Mortons the Restaurant (MORTON’S)

20

2015/C 228/26

Kawża T-225/15: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2015 – QuaMa Quality Management vs UASI – Microchip Technology (medialbo)

21

2015/C 228/27

Kawża T-237/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – Łabowicz vs UASI – Pure Fishing (NANO)

22

2015/C 228/28

Kawża T-238/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2015 – Novartis vs UASI – Meda (Zimara)

23

2015/C 228/29

Kawża T-244/15: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – Klyuyev vs Il-Kunsill

23

2015/C 228/30

Kawża T-232/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe vs Il-Kummisjoni

25

2015/C 228/31

Kawża T-45/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2015 – Ir-Renju Unit vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

25

2015/C 228/32

Kawża T-8/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – ClientEarth et vs Il-Kummissjoni

25

2015/C 228/33

Kawża T-30/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2015 – GRE vs UASI – Villiger Söhne (LIBERTE american blend)

25

2015/C 228/34

Kawża T-93/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2015 – Ir-Renju Unit vs BĊE

25

2015/C 228/35

Kawża T-671/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – PAN Europe u Confédération paysanne vs Il-Kummissjoni

26

2015/C 228/36

Kawża T-358/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2015 – Hoteles Catalonia vs UASI – Fundació Catalunya-La Pedrera, fundació especial (HOTEL CATALONIA LA PEDRERA)

26

2015/C 228/37

Kawża T-462/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – EEB vs Il-Kummissjoni

26

2015/C 228/38

Kawża T-542/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2015 – Grupo Bimbo vs UASI (Forma ta’ ħobż għas-sandwiċ tond)

26

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 228/39

Kawża F-78/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2015 – Gross vs SEAE (Servizz pubbliku — Persunal tas-SEAE — Uffiċjali — Promozzjoni — Artikoli 43 u 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal — Eżami komparattiv tal-merti tal-uffiċjali kollha li jistgħu jiġu promossi — Uffiċjali proposti mid-dipartimenti tas-SEAE u uffiċjali mhux proposti — Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni — Evalwazzjonijiet esklużivament letterali)

27

2015/C 228/40

Kawża F-128/14: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-3 ta’ Ġunju 2015 Bedin vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Proċedura dixxiplinari — Sanzjoni dixxiplinari — Rwoli u setgħat rispettivi tal-Bord tad-Dixxiplina u l-Awtorità tal-Ħatra — Evalwazzjoni tar-realtà tal-fatti lmentati)

27


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 228/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 221, 6.7.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 213, 29.6.2015

ĠU C 205, 22.6.2015

ĠU C 198, 15.6.2015

ĠU C 190, 8.6.2015

ĠU C 178, 1.6.2015

ĠU C 171, 26.5.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/2


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Jannar 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-22/15)

(2015/C 228/02)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u G. Wils, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

Talbiet

tikkonstata li, billi jagħti eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud għall-kiri ta’ mollijiet u ta’ rmiġġi tad-dgħajjes lill-membri ta’ assoċjazzjonijiet ta’ sport nawtiku, li ma jużawx fil-kuntest tas-servizzi li jipprovdu, persuna waħda jew iktar, għan-navigazzjoni jew għall-attivitajiet ta’ divertiment li ma jistgħux jitqiesu simili għall-isport jew għall-edukazzjoni fiżika, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 2(1), 24(1) u 133 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (id-Direttiva dwar il-VAT), flimkien mal-Artikolu 132(1)(m) tagħha;

tikkonstata li, billi jillimita l-eżenzjoni ta’ dan il-kiri, f’każijiet fejn il-mollijiet u l-rmiġġi tad-dgħajjes jinkrew lil membri li jipprattikaw sport u fejn il-kiri jkun marbut mill-qrib u essenzjali għall-prattika ta’ dan l-isport, lil assoċjazzjonijiet ta’ sport nawtiku, li ma jużawx fil-kuntest tas-servizzi li jipprovdu, persuna waħda jew iktar, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 2(1), 24(1) u 133 tad-Direttiva 2006/112/KE, flimkien mal-Artikolu 132(1)(m) tagħha;

tikkundanna lir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

1.

Id-Direttiva 2006/112/KE teħtieġ mill-Istati Membri li jagħtu eżenzjoni għal ċerti servizzi marbuta mill-qrib mal-prattika tal-isport u tal-edukazzjoni fiżika pprovduti minn organi mingħajr skop ta’ lukru lill-persuni li jipprattikaw l-isport jew l-edukazzjoni fiżika.

2.

L-Artikolu 11(1)(e) tal-Liġi Olandiża tal-1968 dwar it-taxxa fuq id-dħul mill-bejgħ jeżenta mit-taxxa fuq il-valur miżjud is-servizzi pprovduti mill-assoċjazzjonijiet sportivi lill-membri tagħhom, bl-eċċezzjoni tas-servizzi offruti minn organizzazzjonijiet ta’ sport nawtiku li ma jużawx fil-kuntest tas-servizzi li jipprovdu, persuna waħda jew iktar, li huma impjegati mill-organizzazzjoni, sa fejn dawn is-servizzi jikkonsistu fit-twettiq, bl-għajnuna ta’ dawn il-persuni, ta’ attivitajiet marbuta mad-dgħajjes jew mal-provvista ta’ mollijiet u ta’ rmiġġi għad-dgħajjes.

3.

Skont il-Kummissjoni, din l-eżenzjoni Olandiża hija, fl-istess waqt, wisq wiesgħa u wisq stretta.

4.

L-ewwel nett, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-fatt li l-eżenzjoni ma hijiex limitata għall-kera lill-membri tal-assoċjazzjoni mingħajr skop ta’ lukru li jipprattikaw sport, iżda li din testendi wkoll għall-kera lill-membri tal-assoċjazzjoni li jużaw, sempliċement għal skop ta’ divertiment jew anki residenzjali, mingħajr ma jħallu l-port, id-dgħajjes fil-moll jew l-irmiġġ mikri. L-eżenzjoni hija, f’dan ir-rigward, kuntrarja għall-Artikoli 2(1), 24(1) u 133 tad-Direttiva dwar il-VAT.

5.

Sussegwentement, il-Kummissjoni ma taqbilx mal-fatt li, sabiex jibbenefikaw mill-eżenzjoni, l-assoċjazzjonijiet inkwistjoni ma għadux ikollhom impjegati. Il-Pajjiżi l-Baxxi b’hekk iżid kundizzjoni li tmur lil hinn minn dak li huwa permess taħt l-Artikolu 133 [flimkien mal-Artikolu 132(1)(m)] tad-Direttiva dwar il-VAT.


(1)  ĠU L 347, p. 1.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 1 de Granada (Spanja) fl-1 ta’ April 2015 – Francisco Gutiérrez Naranjo vs BBK Bank Cajasur, S.A.U.

(Kawża C-154/15)

(2015/C 228/03)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 1 de Granada

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Francisco Gutiérrez Naranjo

Konvenuta: BBK Bank Cajasur, S.A.U.

Domandi preliminari

1)

L-interpretazzjoni ta’ “ma jkunux jorbtu” fl-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1) hija kompatibbli, f’tali każijiet, ma’ interpretazzjoni fis-sens li d-dikjarazzjoni ta’ nullità tal-klawżola ċċitata madankollu testendi l-effetti tagħha sakemm issir din id-dikjarazzjoni, u, għalhekk, li minkejja li tiġi ddikjarata n-nullità tagħha, huwa mifhum li l-effetti prodotti minnha matul il-perijodu li kienet fis-seħħ ma jiġux annullati jew ma jsirux ineffettivi?

2)

Deċiżjoni meħuda kontra l-użu ta’ klawżola partikolari (skont l-Artikoli 6 u 7) f’kawża individwali mressqa minn konsumatur fejn issir id-dikjarazzjoni ta’ nullità tagħha, hija kompatibbli ma’ limitazzjoni tal-effetti ta’ din id-dikjarazzjoni ta’ nullità? Huwa possibbli (għall-qrati) li jibdlu ir-rimbors ta’ kwalunkwe somma mħallsa mill-konsumatur – li l-professjonist huwa meħtieġ jirrimborsa – skont il-klawżola, li sussegwentement ġiet iddikjarata nulla ex tunc, minħabba nuqqas ta’ informazzjoni u/jew trasparenza?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Benelux Gerichtshof (il-Belġju) fit-13 ta’ April 2015 – Montis Design BV vs Goossens Meubelen BV

(Kawża C-169/15)

(2015/C 228/04)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Benelux Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Montis Design BV

Konvenuta: Goossens Meubelen BV

Domandi preliminari

1)

Il-perijodu ta’ protezzjoni msemmi fl-Artikolu 10, moqri flimkien mal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 93/98/KEE (1) huwa applikabbli għad-drittijiet tal-awtur li kienu inizjalment protetti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar id-drittijiet tal-awtur, iżda li ġew estinti qabel l-1 ta’ Lulju 1995 minħabba li ma ssodisfawx jew ma ssodisfawx fil-ħin rekwiżit proċedurali, senjatament l-assenza ta’ preżentazzjoni jew ta’ preżentazzjoni fil-ħin ta’ dikjarazzjoni ta’ żamma kif prevista fl-Artikolu 21(3) (preċedenti) tal-Liġi uniformi tal-Benelux fil-qasam tad-Disinni?

2)

Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda hija fl-affermattiv:

Id-Direttiva 93/98/KEE għandha tiġi interpretata fis-sens li din tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li timplika li d-drittijiet tal-awtur fuq xogħol tal-arti applikata li huma estinti qabel l-1 ta’ Lulju 1995 minħabba li ma jkunux issodisfaw rekwiżit proċedurali għandhom jitqiesu li huma definittivament estinti?

3)

Fil-każ li r-risposta għat-tieni domanda hija fl-affermattiv:

Jekk id-drittijiet tal-awtur inkwistjoni għandhom jitqiesu mġedda jew li ġew imġedda f’xi żmien partikolari skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, minn liema data seħħ dan it-tiġdid?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE, tad-29 ta’ Ottubru 1993, li tarmonizza d-dewmien ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ċerti drittijiet relatati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 141), illum issostitwita bid-Direttiva 2006/116/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar il-perjodu ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ta’ ċerti drittijiet relatati (verżjoni kodifikata) (ĠU L 372, p. 12).


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fil-21 ta’ April 2015 – Daimler AG vs Együd Garage Gépjárműjavító és Értékesítő Kft.

(Kawża C-179/15)

(2015/C 228/05)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Daimler AG

Konvenuta: Együd Garage Gépjárműjavító és Értékesítő Kft.

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1)(b) tal-Ewwel Direttiva tal-Kunsill 89/104/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1988, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-proprjetarju tat-trade mark jista’ jipprojbixxi lil terz, imsemmi f’reklam fuq l-internet, milli juża, għal servizzi ta’ dan it-terz identiċi għal servizzi jew għal prodotti li għalihom hija reġistrata t-trade mark, sinjal li jista’ jagħti lok għal probabbiltà ta’ konfużjoni mat-trade mark u li f’din il-pubbliċità jidher b’tali mod li jista’ joħolqu f’moħħ il-pubbliku l-impressjoni żbaljata li hemm relazzjoni kummerċjali formali bejn l-impriża ta’ dan it-terz u l-proprjetarju tat-trade mark, anki jekk ir-reklam ma tqiegħedx fuq l-internet mill-persuna msemmija fih jew f’isimha jew li dan ir-reklam jinsab fuq l-internet minkejja li l-persuna msemmija fih għamlet, mingħajr suċċess, dak kollu li jista’ jiġi mistenni minnha sabiex dan ir-reklam ma jibqax jidher fuq l-internet?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 92


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-24 ta’ April 2015 – Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico (IRCCS) – Fondazione Santa Lucia vs Cassa conguaglio per il settore elettrico et

(Kawża C-189/15)

(2015/C 228/06)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Istituto di Ricovero e Cura a Carattere Scientifico (IRCCS) – Fondazione Santa Lucia

Konvenuti: Cassa conguaglio per il settore elettrico, Ministero dello Sviluppo economico, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Autorità per l’energia elettrica e il gas

Domandi preliminari

1)

Jekk effettivament taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/96/KE (1) leġiżlazzjoni nazzjonali (bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali) li – minn naħa waħda – tagħti definizzjoni ta’ “negozju [b’użu] konċentrat fl-enerġija” kompatibbli ma’ dik ta’ din id-direttiva u li – min-naħa l-oħra – tirriżerva għal dawn it-tipi ta’ impriżi inċentivi f’termini ta’ ħlasijiet biex ikopru l-ispejjeż ġenerali tas-sistema elettrika (u mhux inċentivi marbuta mat-tassazzjoni tal-prodotti ta’ enerġija u tal-elettriku bħala tali)?

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv:

2)

Jekk id-dritt Komunitarju u, b’mod partikolari, l-Artikoli 11 u 17 tad-Direttiva 2003/96/KE jipprekludux sistema legiżlattiva u amministrattiva (bħal dik fis-seħħ fid-dritt Taljan u deskritta fl-ambitu ta’ dan id-digriet) li – minn naħa waħda – tagħżel l-introduzzjoni ta’ sistema ta’ għajnuniet fuq il-konsum ta’ prodotti ta’ enerġija (elettriku) minn impriżi “[b’użu] konċentrat fl-enerġija” fis-sens tal-imsemmi Artikolu 17 u – min-naħa l-oħra – tillimita l-possibbiltà li jsir użu [minn] tali sussidji favur biss dawk l-impriżi “b’użu konċentrat ta’ enerġija” li joperaw fis-settur tal-manifattura, billi tiġi eskluża fir-rigward tal-impriżi li joperaw f’diversi setturi produttivi?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġijia u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fid-29 ta’ April 2015 – Invamed Group Ltd, Invacare UK Ltd, Days Healthcare Ltd, Electric Mobility Euro Ltd, Medicare Technology Ltd, Sunrise Medical Ltd vs Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-198/15)

(2015/C 228/07)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Invamed Group Ltd, Invacare UK Ltd, Days Healthcare Ltd, Electric Mobility Euro Ltd, Medicare Technology Ltd, Sunrise Medical Ltd

Konvenuti: Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Domandi preliminari

Id-domandi magħmula jirrigwardaw l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006 u l-intestatura 8713 li tinsab fih.

(1)

Il-kelmiet “għall-[…] persuni b’diżabilità” ifissru “biss” għal persuni b’diżabbiltà?

(2)

Liema huwa s-sens tal-kelmiet “persuni b’diżabilità”, b’mod partikolari:

a)

huma rriżervati għall-persuni li għandhom diżabbiltà flimkien ma’ limitazzjoni tal-kapaċità tagħhom li jimxu jew li jimxu mingħajr diffikultà, jew jinkludu persuni li l-kapaċità tagħhom li jimxu jew li jimxu mingħajr diffikultà biss hija limitata?

b)

il-kelmiet “persuni b’diżabilità” jimplikaw li l-limitazzjoni tal-kapaċità ma hijiex sempliċement marġinali?

c)

limitazzjoni temporanja ta’ kapaċità, li pereżempju tirriżulta minn sieq miksura, tista’ tikkostitwixxi diżabbiltà?

(3)

In-Noti ta’ spjega għan-Nomenklatura Magħquda tal-4 ta’ Jannar 2005 (2005/C1/03) (2), sa fejn jeskludu l-vetturi bil-mutur magħmmra b’lieva ta’ direzzjoni distinta u aġġustabbli (“scooters”), ibiddlu s-sens tal-intestatura 8713?

(4)

Il-possibbiltà li vettura tintuża minn persuna mingħajr diżabbiltà għandha impatt fuq il-klassifikazzjoni tariffarja, jekk jista’ jiġi kkonstatat li l-imsemmija vettura għandha karatteristiċi speċjali li jtaffu l-effetti ta’ diżabbiltà?

(5)

Jekk l-adegwatezza għal użu minn persuni mingħajr diżabbiltà tikkostitwixxi kunsiderazzjoni rilevanti, sa fejn l-inkonvenjenzi ta’ tali użu għandhom ukoll ikunu rilevanti sabiex tiġi ddeterminata din l-adegwatezza?


(1)  ĠU L 301, p. 1

(2)  Noti ta’ spjega għan-nomenklatura magħquda tal-Unjoni Ewropea, ĠU C 137, p. 1.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Augstākā tiesa (il-Latvja) fl-4 ta’ Mejju 2015 – Valsts ieņēmumu dienests vs SIA “Latspas”

(Kawża C-204/15)

(2015/C 228/08)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākā tiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Valsts ieņēmumu dienests

Konvenuti: SIA “Latspas”

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 29(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-metodu previst fih huwa applikabbli wkoll fil-każ fejn l-importazzjoni tal-merkanzija u r-rilaxx tagħha f’ċirkulazzjoni libera fit-territorju doganali tal-Komunità huma l-konsegwenza tal-fatt li, matul il-proċedura ta’ tranżitu, din il-merkanzija, suġġetta għal dazji fuq l-importazzjoni, tneħħiet b’mod illegali mis-sorveljanza tad-dwana, u li għalhekk ma nbiegħetx għall-esportazzjoni fit-territorju doganali tal-Komunità iżda għall-esportazzjoni barra minn dan it-territorju?

2)

Il-kelma “sekwenzjalment” fl-Artikolu 30(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92, fir-rigward tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, sanċit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u, b’mod partikolari, fid-dawl tal-prinċipju ta’ motivazzjoni tal-atti amministrattivi, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-awtorità doganali għandha tindika fid-deċiżjoni tagħha r-raġuni għalfejn hija kkunsidrat li l-metodi ta’ determinazzjoni tal-valur doganali tal-Artikoli 29 u 30 tar-Regolament ma kienux applikabbli fil-każ inkwistjoni u ddeċidiet konsegwentement li kellu jiġi applikat il-metodu msemmi fl-Artikolu 31 tiegħu?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/7


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2015 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-220/15)

(2015/C 228/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Kukovec, A. C. Becker, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Talbiet

tiddikjara li r-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2007/23/KE (1), sa fejn fl-Ewwel Ordinanza tal-Att dwar l-Isplussivi (1. SprengV) hija stipulat, lil hinn mir-rekwiżiti tad-Direttiva, li minkejja evalwazzjoni ta’ konformità preċedenti ta’ oġġetti pirotekniċi, għandha tiġi segwita l-proċedura pprovduta fl-Artikolu 6(4) tal-1. SprengV qabel ma dawn jitqiegħdu fis-suq, u li, skont il-ħames sentenza tal-Artikolu 6(4) tal-1. SprengV, il-Bundesanstalt für Materialforschung und -prüfung [Istitut Federali għar-riċerka u għall-ittestjar ta’ materjali] jista’ jeżamina l-istruzzjonijiet tal-oġġetti pirotekniċi kollha u, jekk meħtieġ, jemendahom.

tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirrigwarda l-kwistjoni ta’ sa fejn l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq il-manifatturi u l-importaturi ta’ oġġetti pirotekniċi fis-sens tad-Direttiva 2007/23/KE u kif wkoll dawk il-prodotti li, kif jindikaw bil-marka CE fuqhom, jikkonformaw mar-rekwiżiti essenzjali tad-Direttiva, rekwiżiti nazzjonali addizzjonali għat-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi. F’dan ir-rigward, il-leġiżlazzjoni kkontestata mill-Kummissjoni ma tinkludi ebda rekwiżiti ta’ kontenut għal dawn il-prodotti, iżda sempliċement tipprovdi għal proċedura addizzjonali li għandha ssir qabel ma dawn il-prodotti jidħlu fis-suq fi ħdan it-territorju tal-konvenuta.

Minkejja l-provi ta’ konformità, il-konvenuta tirrikjedi li l-oġġetti pirotekniċi kollha fis-sens tad-Direttiva 2007/23/KE għandhom jiġu ssottomessi quddiem Istitut Federali stabbilit mil-liġi, li bħala prova ta’ din is-sottomissjoni jingħata numru ta’ identifikazzjoni. Meta l-proċedura tieħu żmien twil, tali proċedura tista’ inter alia tinvoli wkoll il-ħlas ta’ imposta amministrattiva u l-provvista ta’ kampjuni tat-testijiet. Il-Kummissjoni ssostni li r-rekwiżit ta’ tali proċedura jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 6 tad-Direttiva 2007/23/KE li jiżgura l-moviment liberu tal-oġġetti pirotekniċi kollha li jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-Direttiva.

Din is-sitwazzjoni ma nbidlitx bl-adozzjoni tad-Direttiva 2013/29/UE (2), li permezz tagħha tħassret id-Direttiva 2007/23/KE b’effett mill-1 ta’ Lulju 2015. Dan għaliex, fl-ewwel lok, iż-żmien li huwa rilevanti għall-evalwazzjoni ta’ jekk Stat Membru naqasx milli jwettaq l-obbligi tiegħu huwa l-iskadenza tat-terminu indikat fl-opinjoni motivata (f’dan il-każ is-27 ta’ Marzu 2014). Fit-tieni lok, fl-Artikolu 4(1) tagħha, id-Direttiva 2013/29/UE tinkludi dispożizzjoni li hija identika għall-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2007/23/KE, intiża sabiex tiżgura l-moviment liberu tal-oġġetti pirotekniċi kollha li jikkonformaw mar-rekwiżiti tad-dritt tal-UE.

Għalhekk, il-ksur tal-konvenuta, allegat f’dan il-każ, jikkonsisti, essenzjalment, f’kundizzjoni proċedurali għat-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi li, fl-opinjoni tal-Kummissjoni, hija inammissibbli u tmur lil hinn mir-rekwiżiti armonizzati tad-dritt tal-UE. Bħala rekwiżit proċedurali, il-leġiżlazzjoni kkontestata tista’ prima facie tagħti l-impressjoni li din sempliċement tikkawża, fi ftit każijiet, dewmien raġonevoli tat-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-prodotti. Madankollu, l-effetti reali ta’ din il-leġiżlazzjoni ma għandhomx jiġu ssottovalutati. F’dan ir-rigward, għandu qabelxejn jitqies il-fatt li l-konvenuta hija waħda mill-ikbar swieq tal-bejgħ, jekk mhux l-ikbar suq tal-bejgħ, ta’ oġġetti pirotekniċi fis-suq intern. Barra minn hekk, għandu jiġi nnotat li ċerti oġġetti pirotekniċi fi ħdan it-territorju tal-konvenuta jinbigħu lill-konsumaturi biss darba f’sena, u biss għal perijodu ta’ żmien qasir, u għalhekk id-dimensjoni taż-żmien ta’ dan l-aċċess għas-suq tassumi importanza ikbar. F’dan ir-rigward, finalment, il-fatt li, taħt id-dritt nazzjonali, il-leġiżlazzjoni kkontestata f’dan il-każ hija implementata mill-istess awtorità li hija awtorizzata wkoll li tagħmel l-evalwazzjoni ta’ konformità bħala l-korp innotifikat fis-sens tad-Direttiva 2007/23/KE jimmerita wkoll li jittieħed inkunsiderazzjoni. Għalhekk, ir-rekwiżit ta’ proċedura addizzjonali fid-dritt nazzjonali tal-konvenuta jagħti lil din l-awtorità vantaġġ kompetittiv fuq il-korpi nnotifikati ta’ Stati Membri oħra. Fid-dawl ta’ dawn l-effetti prattiċi tal-leġiżlazzjoni kkontestata, dan il-każ bl-ebda mod ma jinvolvi biss l-evalwazzjoni legali, fuq il-bażi ta’ prinċipju, ta’ ostakolu lill-operaturi ekonomiċi fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li jkunu diġà ġew evalwati minn korp innotifikat minbarra dak Ġermaniż u misjuba konformi mar-rekwiżiti tad-dritt tal-UE.


(1)  Direttiva 2007/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Mejju 2007, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi, ĠU L 154, p. 1.

(2)  Direttiva 2013/29/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Ġunju 2013, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għad-disponibbiltà fis-suq ta’ oġġetti pirotekniċi (Riformulazzjoni), ĠU L 178, p. 27.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/8


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 minn Rose Vision, S.L. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fil-5 ta’ Marzu 2015 fil-Kawża T-45/13, Rose Vision u Seseña vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-224/15 P)

(2015/C 228/10)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Rose Vision, S.L. (rappreżentanti: J.J. Marín López, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-5 ta’ Marzu 2015, Rose Vision u Seseña vs Il-Kummissjoni, T-45/13, EU:T:2015:138.

tiddikjara n-nullità tas-sospensjoni ta’ pagamenti adottata mill-Kummissjoni u minn korpi oħra tal-Unjoni (b’mod partikolari l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka) fil-kuntest tal-verifiki 11-INFS-025 u 11-BA119-016, bil-konsegwenzi indikati fil-punt 51 tal-appell.

tiddikjara li l-Kummissjoni wettqet ksur tal-provvedimenti kuntrattwali tal-kuntratt ta’ għajnuna tal-proġett FutureNEM relatati mal-obbligu ta’ kunfidenzjalità, li fir-rigward tagħha l-Kummissjoni għandha tikkumpensa lil Rose Vision skont kif indikat fil-punt 93 tal-appell.

tiddikjara r-responsabbiltà extrakuntrattwali tal-Kummissjoni fir-rigward ta’ Rose Vision billi inkludietha fil-livell ta’ twissija W 2 tas-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija (EWS) stabbilita bid-Deċiżjoni 2008/969/KE, Euratom (1), fir-rigward tal-EWS għall-użu tal-kompjuters tal-Kummissjoni u tal-aġenziji eżekuttivi, u billi ssospendiet il-pagamenti, fejn għaldaqstant għandha tikkumpensaha għad-danni patrimonjali u ekonomiċi u għad-danni morali indikati fil-punt 122 tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

1.

Żball ta’ liġi billi qieset li kienet teżisti proroga tat-terminu stabbilit fil-paragrafu 5 tal-punt II.22 tal-kundizzjonijiet ġenerali FP7 għall-preżentazzjoni tal-verżjoni finali tar-rapporti ta’ verifika 11-INFS-025 u 11-BA119-016 (punti 93 u 95 tas-sentenza appellata) u li l-Kummissjoni ma marritx kontra l-ftehim ta’ għajnuna (punt 97 tas-sentenza appellata).

2.

Żball ta’ liġi billi naqset milli timmotiva l-affermazzjoni li l-abbozz tar-rapport ta’ verifika 11-INFS-025 “diġà kien stabbilixxa l-eżistenza ta’ spejjeż ta’ persunal speċifiċi li ma kinux eliġibbli għall-għajnuna, kif ukoll il-ksur ta’ provvedimenti kuntrattwali speċifiċi, li ġie kkonfermat fil-verżjoni definittiva tal-imsemmi rapport ta’ verifika” (punt 99 tas-sentenza appellata).

3.

Żball ta’ liġi billi sostniet, b’riferiment għar-rapport ta’ verifika 11-INFS-025, li Rose Vision “ma ppreżentat ebda element li jippermetti li jippermettu li jitqiegħdu inkwistjoni l-konklużjonijiet tal-imsemmi rapport ta’ verifika” (punt 101 tas-sentenza appellata) u li l-Kummissjoni ma marritx kontra l-ftehim ta’ għajnuna (punt 102 tas-sentenza appellata).

4.

Żball ta’ liġi billi ċaħdet l-eżistenza ta’ ksur tal-provvedimenti kuntrattwali tal-kuntratt ta’ għajnuna tal-proġett FutureNEM relatati mal-obbligu ta’ kunfidenzjalità (punt 104 tas-sentenza appellata).

5.

Żball ta’ liġi billi eskludiet ir-responsabbiltà tal-Unjoni għad-danni li rriżultaw mill-inklużjoni ta’ Rose Vision fil-livell ta’ twissija W 2 tas-Sistema ta’ Twissijiet Bikrija (EWS) stabbilita bid-Deċiżjoni 2008/969/KE, u tas-sospensjoni ta’ pagamenti lil Rose Vision (punt 120 tas-sentenza appellata).


(1)  ĠU L 344, p. 125


Il-Qorti Ġenerali

13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/10


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-259/13) (1)

((“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Miżuri ta’ għajnuna għall-iżvilupp rurali - Żoni ta’ żvantaġġi naturali - Korrezzjoni finanzjarja fissa - Infiq imwettaq minn Franza - Kriterju ta’ tagħbija - Kontrolli fuq il-post - Garanziji proċedurali”))

(2015/C 228/11)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, D. Colas, C. Candat u G. de Bergues, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi u G. von Rintelen, aġenti)

Intervenjent insostenn tar-rikorrenti: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment N. Díaz Abad, sussegwentement A. Sampol Pucurull, abogados del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/123 UE, tas-26 ta’ Frar 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 67, p. 20).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/123 UE, tas-26 ta’ Frar 2013, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn hija tapplika korrezzjoni finanzjarja fil-konfront tar-Repubblika Franċiża fil-kuntest ta’ miżuri ta’ għajnuna għall-iżvilupp rurali għan-nagħaġ li ma kinux is-suġġett ta’ primjum tan-nagħaġ għas-snin finanzjarji 2008 u 2009.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata tbati tliet kwarti tal-ispejjeż tagħha stess u tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati kwart tal-ispejjeż tagħha stess u kwart tal-ispejjeż sostnuti mir-Repubblika Franċiża.

5)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/11


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2015 – Vinci Energies Schweiz vs UASI – Accentro Real Estate (ESTAVIS 1993)

(Kawża T-327/11) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 228/12)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Vinci Energies Schweiz AG (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment G. Schneider, sussegwentement G. Schneider u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Accentro Real Estate AG, li preċedentement kienet Estavis AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment T. Wieland, sussegwentement T. Wieland u S. Müller, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Marzu 2011 (Każ R 231/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Vinci Energies Schweiz AG u Estavis AG.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut.

3)

L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 269, 10.09.2011.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/11


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2015 – Lidl Stiftung vs UASI – Adveo Group International (UNITED OFFICE)

(Kawża T-391/12) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Irtirar tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 228/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter u S. Paul, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Poch u S. Hanne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Adveo Group International, SA, li kienet Unipapel Industria, Comercio y Servicios, SL (Tres Cantos, Spanja) (rappreżentant: A. Tarí Lázaro, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Ġunju 2012, (Każ R 745/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invaliditá bejn Lidl Stiftung & Co. KG u Adveo Group International, SA.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut. L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 355, 17.11.2012.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2015 – Out of the blue vs UASI – Mombauer (REFLEXX)

(Kawża T-48/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 228/14)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Out of the blue KG (Lilienthal, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u I. George, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Poch, sussegwentement minn S. Hanne, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Meinhard Mombauer (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Vohwinkel, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Awla tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Novembru 2012 (Każ R 1656/2011-4) dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Out of the blue KG u Meinhard Mombauer.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors

2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom, kif ukoll għal nofs l-ispejjeż tal-konvenut.


(1)  ĠU C 86, 23.3.2013.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – APRAM vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-403/13) (1)

([“Rikors għal annullament - Fond ta’ koeżjoni - Regolament (KE) Nru 1164/94 - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Nuqqas ta’ interess dirett - Inammissibbiltà”])

(2015/C 228/15)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: APRAM – Administração dos Portos da Região Autónoma da Madeira, SA (Funchal, il-Portugall) (rappreżentant: M. Gorjão Henriques, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u D. Recchia, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 1870, tas-27 ta’ Marzu 2013, dwar tnaqqis tal-għajnuna mogħtija mill-Fond ta’ Koeżjoni għall-proġett “Żvilupp tal-infrastruttura portwarja tar-Reġjun Awtonomu ta’ Madeira – Port ta’ Caniçal”, Madeira (il-Portugall).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

APRAM – Administração dos Portos da Região Autónoma da Madeira, SA għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/13


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2015 – Ackermann Saatzucht et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-559/14) (1)

([“Rikors għal annullament - Regolament (UE)Nru 511/2014 - Miżuri li jikkonċernaw l-osservanza mill-utenti fl-Unjoni tal-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-aċċess għal riżorsi ġenetiċi u l-qsim ġust u ekwu ta’ benefiċċji li jirriżultaw mill-użu tagħhom - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”])

(2015/C 228/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ackermann Saatzucht GmbH & Co.KG (Irlbach, il-Ġermanja) u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness għad-digriet (rappreżentanti: P. de Jong, P. Vlaemminck u B. Van Vooren, avukati)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, J. Rodrigues u R. Van de Westelaken, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament (UE) Nru 511/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, dwar miżuri ta’ konformità għall-utenti mill-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni (ĠU L 150, p. 59).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent imressqa mill-European Seed Association (ESA).

3)

Ackermann Saatzucht GmbH & Co. KG u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeżi rispettivi tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 388, 3.11.2014.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/14


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2015 – ABZ Aardbeien Uit Zaad Holding et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-560/14) (1)

([“Rikors għal annullament - Regolament (UE) Nru 511/2014 - Miżuri li jikkonċernaw l-osservanza mill-utenti fl-Unjoni tal-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”])

(2015/C 228/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ABZ Aardbeien Uit Zaad Holding BV (Hoorn NH, il-Pajjiżi l-Baxxi) u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għad-digriet (rappreżentanti: P. de Jong, P. Vlaemminck u B. Van Vooren, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Visaggio, J. Rodrigues u R. Van de Westelaken, aġenti); u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Moore u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament (UE) Nru 511/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, dwar miżuri ta’ konformità għall-utenti mill-Protokoll ta’ Nagoya dwar l-Aċċess għal Riżorsi Ġenetiċi u l-Qsim Ġust u Ekwu ta’ Benefiċċji li Jirriżultaw mill-Użu tagħhom fl-Unjoni (ĠU L 150, p. 59).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imressqa mill-European Seed Association (ESA) u l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tal-Produtturi tal-Ortikultura (IAPH).

3)

ABZ Aardbeien Uit Zaad Holding BV u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 388, 03.11.2014.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/15


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Frar 2015 – NK Rosneft et vs Il-Kunsill

(Kawża T-69/15)

(2015/C 228/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NK Rosneft OAO (Moska, ir-Russja); RN-Shelf-Arctic OOO (Moska); RN-Shelf-Dalniy Vostok ZAO (Yuzhniy Sakhalin, ir-Russja); RN-Exploration OOO (Moska); u Tagulskoe OOO (Krasnoyarsk, ir-Russja) (rappreżentant: T. Beazley, QC)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/872/PESK, tal-4 ta’ Diċembru 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina u d-Deċiżjoni 2014/659/PESK li temenda d-Deċiżjoni 2014/512/PESK (1);

tannulla l-Artikolu 1(3) sa (8) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1290/2014, tal-4 ta’ Diċembru 2014 (it-“tieni Regolament li jemenda”), li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-azzjonijiet tar-Russja li jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni fl-Ukraina, u jemenda r-Regolament (UE) Nru 960/2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 833/2014 (2);

barra minn hekk jew sussidjarjament, tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/872/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1290/2014, sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrenti; u

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw disa’ motivi. Permezz ta’ dawn il-motivi, huma jsostnu li l-Kunsill ma kellhiex kompetenza sabiex tadotta l-miżuri l-ġodda li jemendaw jew, jekk kellha kompetenza, ma setgħetx tadottahom legalment.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri l-ġodda li jemendaw huma niesqa minn motivazzjoni suffiċjenti sabiex ikun jista’ ssir stħarriġ ta’ legalità u jiskru id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti kif ukoll id-dritt tagħom għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva;

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-għan li l-miżuri l-ġodda li jemendaw jipprovaw jilħqu ma jikkostitwixxix għan leġittimu tal-PESK;

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri l-ġodda li jemendaw imorru kontra l-obbligi imposti fuq l-Unjoni mid-dritt internazzjonali taħt il-Ftehim ta’ partenarjat u ta’ kooperazzjoni mar-Russja u/jew il-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT);

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li t-tieni Regolament li jemenda ma juri ebda rabta razzjonali bejn l-għanijiet tad-Deċiżjoni u l-mezzi għall-implementazzjoni tagħha;

Il-ħames motiv, ibbażat fuq il-fatt li t-tieni Regolament li jemenda ma jimplementax b’mod xieraq id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni f’aspetti materjali;

Is-sitt motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri l-ġodda li jemendaw imorru kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fi trattament u ta’ eżerċizzju mhux arbitrarju tal-poter;

Is-seba’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri l-ġodda li jemendaw huma sproporzjonati meta mqabbla mal-għan tad-Deċiżjoni u, konsegwentement, jidħlu indebitament fil-kamp tal-kompetenzi leġiżlattivi tal-Unjoni u jwasslu għal indħil sproporzjonat fid-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti;

It-tmien motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri l-ġodda li jemendaw jimplikaw użu ħażin ta’ poter;

Id-disa’ motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri l-ġodda li jemendaw imorru kontra l-prinċipju ta’ ċertezza legali minħabba l-assenza ta’ ċarezza ta’ kliem fundamentali.


(1)  ĠU L 349, p. 58.

(2)  ĠU L 349, p. 20.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/16


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2015 – Opko Ireland Global Holdings vs UASI – Teva Pharmaceutical Industries (ALPHAREN)

(Kawża T-106/15)

(2015/C 228/19)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Opko Ireland Global Holdings Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: S. Malynicz, barrister, u A. Smith, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Teva Pharmaceutical Industries Ltd (Jerusalem, Israel)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “ALPHAREN” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 4 320 297

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-26/11/2014 fil-Każ R 2387/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 1(d)(2) tar-Regolament Nru 216/96 inkwantu Membru tal-Bord tal-Appell li adotta d-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-2009 kien ukoll Membru tal-Bord li adotta d-deċiżjoni kkontestata;

Ksur tal-Artikolu 50 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni billi invokat provi ġodda li ma kinux ġew prodotti quddiem l-UASI fl-ewwel proċedimenti ta’ oppożizzjoni.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 billi naqset milli timponi l-oneru tal-prova fl-oppożizzjoni sabiex tipprova x-xebh bejn il-prodotti inkwistjoni lill-parti li qed topponi.

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li l-Bord tal-Appell żbalja fl-identifikazzjoni tal-pubbliku rilevanti u fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/17


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Marzu 2015 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Parlament

(Kawża T-136/15)

(2015/C 228/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: I. Ampazis u M. Sfyri, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-13 ta’ Frar 2015 (302534) tal-Viċi President tal-Parlament Ewropew li tiċħad l-applikazzjoni konfermatorja tar-rikorrenti għal aċċess għal dokumenti tal-Parlament Ewropew dwar it-talbiet kollha għal kwotazzjoni fil-lottijiet kollha tas-sejħa għal offerti Nru ITS08 – Provvista ta’ servizzi esterni għas-servizzi IT 2008S/149-199622 (skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni) u li tikkonferma d-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tat-18 ta’ Diċembru 2014, u

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż legali u għal spejjeż oħra li r-rikorrenti sostniet b’rabta ma dan ir-rikors, anki jekk ir-rikors jiġi miċħud.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel nett, ir-rikorrenti ssostni li l-Parlament ma wettaqx evalwazzjoni individwali tad-dokumenti mitluba u saħansitra rrifjutat aċċess parzjali għad-dokumenti mitluba, bi ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1).

2.

It-tieni nett, ir-rikorrenti ssostni li l-ġustifikazzjonijiet mogħtija mill-Parlament fir-rigward tal-protezzjoni tas-sigurtà pubblika, tal-ħajja privata tal-individwu, tal-interessi kummerċjali ta’ persuna fiżika jew ġuridika u tal-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjoni għandhom jiġu miċħuda għaliex kompletament infondati.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, P. 331)


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/17


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2015 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Parlament Ewropew

(Kawża T-164/15)

(2015/C 228/21)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu), Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: Ι. Ambazis u M. Sfiri, avukati)

Konvenuta: Il-Parlament Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ġiet innotifikata lir-rikorrenti bl-ittra Nru D (2015)7680 tat-13 ta’ Frar 2015 u li kklassifikat l-offerta tar-rikorrenti fit-tielet pożizzjoni f’wieħed minn tmien lottijiet, iktar preċiżament il-lott 3, fil-kuntest tal-proċedura bil-miftuħ ta’ sejħa għal offerti Nru 2014/S 066-111912 imsejħa “PE/ITEC-ITS14 Provvista ta’ servizzi IT esterni”;

tikkundanna lill-Parlament jikkumpensa d-dannu subit mir-rikorrenti abbażi tat-telf tal-opportunità li jiġu kklassifikati fl-ewwel pożizzjoni għall-lott 3 tal-kuntratt qafas ITS14, liema dannu dawn jevalwaw ex aequo et bono għal miljun u ħames mitt elf euro (EUR 1 5 00  000,00), flimkien mal-interessi mid-data tas-sentenza li għandha tingħata jew għal kull ammont ieħor iddeterminat mill-Qorti Ġenerali; u

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż kollha tar-rikorrenti

Motivi u argumenti prinċipali

Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata abbażi tal-Artikolu 263 TFUE minħabba li l-Parlament kiser:

1.

l-obbligu ta’ motivazzjoni tiegħu sa fejn dan ipprovda motivazzjoni insuffiċjenti f’dak li jikkonċerna l-evalwazzjoni tal-offerta teknika li biha r-rikorrenti pparteċipaw fis-sejħa għall-offerti inkwistjoni u sa fejn dan ma pprovdilhomx informazzjoni finanzjarja relattiva għall-offerti tal-konsorzji magħżula;

2.

it-termini tad-dokumenti kuntrattwali (speċifikazzjonijiet tas-sejħa għall-offerti u direttivi kumplimentari) li kien fassal huwa stess, sa fejn dan applika, fl-evalwazzjoni tal-offerti finanzjarji tal-parteċipanti, metodu ta’ kalkolu li kien differenti minn dak previst fid-dokumenti ċċitati iktar ’il fuq; u

3.

it-termini tad-dokumenti kuntrattwali u tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, sa fejn dan evita li jidentifika u li jeżamina l-kwistjoni tal-offerti anormalment baxxi.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/18


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ April 2015 – Ryanair u Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-165/15)

(2015/C 228/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) u Airport Marketing Services Ltd (Dublin) (rappreżentanti: G. Berrisch, E. Vahida, u G. Metaxas-Maranghidis, avukati, u B. Byrne, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 1(1) u (2) kif ukoll l-Artikoli 3, 4 u 5 (sa fejn dawn jirrigwardaw l-Artikolu 1(1) u (2)) tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-23 ta’ Lulju 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22614 li tiddikajar li Ryanair u Airport Marketing Services irċevew mill-Kamra tal-kummerċ u tal-industrija ta’ Pau-Béarn għajnuna mill-Istat illegali, inkompatibbli mas-suq intern; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, sa fejn il-Kummissjoni ma ppermettietx lir-rikorrenti jaċċedu għall-fajl tal-investigazzjoni u ma poġġiethomx f’sitwazzjoni fejn ikunu jistgħu jagħmlu validament l-osservazzjonijiet tagħhom.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni imputat b’mod żbaljat il-miżuri kkonċernati lill-Istat.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni rrifjutat b’mod żbaljat li tibbaża ruħha fuq analiżi komparattiva, li kienet twassalha sabiex tasal għall-konklużjoni li r-rikorrenti ma ngħatawx għajnuna. Sussidjarjament, il-Kummissjoni ma assenjatx valur xieraq lis-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni; ċaħdet b’mod żbaljat ir-raġunijiet għad-deċiżjoni tal-ajruport li jakkwista dawn is-servizzi; ċaħdet b’mod żbaljat il-possibbiltà li parti mis-servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni setgħu ġew akkwistati għal raġunijiet ta’ interess ġenerali; ma analizzatx il-kuntratti ta’ kummerċjalizzazzjoni mill-perspettivi distinti tal-proprjetarju u tal-operatur tal-ajruport abbażi tal-kriterju ta’ investitur li jopera f’ekonomija tas-suq; ibbażat il-konklużjonijiet tagħha fuq informazzjoni inkompleta u mhux xierqa sabiex tikkalkola l-profitabbiltà tal-ajruport; ħadet inkunsiderazzjoni perijodu ta’ żmien qasir wisq; ibbażat ruħha unikament u b’mod żbaljat fuq rotot miftiehma u ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-esternalitajiet tan-netwerk li l-ajruport seta’ jistenna li jikseb mir-relazzjoni ma’ Ryanair. F’kull każ, anki jekk ir-rikorrenti kienu bbenefikaw minn vantaġġ, il-Kummissjoni ma stabbilixxietx li dan kien vantaġġ selettiv.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq il-ksur tal-Artikoli 107(1) u 108(2) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi meta wasslet għall-konklużjoni li l-għajnuna mogħtija lil Ryanair u lil AMS kienet ekwivalenti għat-telf marġinali akkumulat tal-ajruport ta’ Pau minflok għall-benefiċċju reali ta’ Ryanair u AMS. Il-Kummissjoni missha eżaminat sa liema punt l-allegat vantaġġ kien effettivament ġie ttrasferit lill-passiġġieri ta’ Ryanair. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma kkwantifikatx il-vantaġġ kompetittiv li Ryanair allegatament ibbenefika minnu bis-saħħa tal-flussi ta’ ħlas (allegatament) b’telf tal-ajruport ta’ Pau. Fl-aħħar nett, hija ma spjegatx suffiċjentement kif l-irkupru tal-ammont tal-għajnuna msemmi fid-deċiżjoni kien neċessarju sabiex jiżgura l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni li kienet teżisti qabel l-għoti tal-għajnuna.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/19


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2015 – Beele Engineering vs UASI (WE CARE)

(Kawża T-220/15)

(2015/C 228/23)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Beele Engineering BV (Aalten, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Ring, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “WE CARE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 610 143

Deċiżjoni kkontestata: Deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 1424/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/20


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2015 – Beele Engineering vs UASI (WE CARE)

(Kawża T-222/15)

(2015/C 228/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Beele Engineering BV (Aalten, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Ring, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Trade mark inkwistjoni: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “WE CARE” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 12 610 275

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Frar 2015 fil-Każ R 1933/2014-1

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/20


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ April 2015 – Morton’s of Chicago vs UASI – Mortons the Restaurant (MORTON’S)

(Kawża T-223/15)

(2015/C 228/25)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Morton’s of Chicago (Chicago, l-Istati Uniti) (rappreżentant: J. Moss, (avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Mortons the Restaurant Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “MORTON’S” – Trade mark Komunitarja Nru 3 951 291

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ Frar 2015 fil-Każ R 46/2014-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tal-proprjetarju.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/21


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Mejju 2015 – QuaMa Quality Management vs UASI – Microchip Technology (medialbo)

(Kawża T-225/15)

(2015/C 228/26)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: QuaMa Quality Management GmbH (Glashütten, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Russ, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Microchip Technology, Inc. (Chandler, l-Istati Uniti tal-Amerika)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “medialbo” – Applikazzjoni Nru 11 454 766

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Frar 2015, fil-Każijiet magħquda R 1809/2014-4 u R 1680/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 41(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/22


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – Łabowicz vs UASI – Pure Fishing (NANO)

(Kawża T-237/15)

(2015/C 228/27)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Edward Łabowicz (Kłodzko, il-Polonja) (rappreżentant: M. Żygadło, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Pure Fishing, Inc. (Spirit Lake, l-Istati Uniti)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “NANO” – Trade mark Komunitarja Nru 6 649 818

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 2426/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Misinterpretazzjoni u applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikoli 76 u 83 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikoli 6 u 14 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali dwar, rispettivament, id-dritt għal smigħ xieraq u l-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/23


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Mejju 2015 – Novartis vs UASI – Meda (Zimara)

(Kawża T-238/15)

(2015/C 228/28)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Meda AB (Solna, l-Isvezja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikanti: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: ir-trade mark verbali Komunitarja “Zimara” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 782 764

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Marzu 2015 fil-Każ R 636/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/23


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Mejju 2015 – Klyuyev vs Il-Kunsill

(Kawża T-244/15)

(2015/C 228/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Andriy Klyuyev (Donetsk, l-Ukrajna) (rappreżentant: R. Gherson, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2015/364/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2015, li temenda d-Deċiżjoni 2014/119/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 62, p. 25) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/357, tal-5 ta’ Marzu 2015, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (ĠU L 62, p. 1) sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrent;

sussidjarjament, tiddikjara li l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, (kif emendata) u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nruo208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014 (kif emendat), ma humiex applikabbli sa fejn jirrigwardaw lir-rikorrent minħabba l-illegalità tagħhom;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, kif emendata (iktar ’il quddiem, id-“Deċiżjoni”), sa fejn hija timponi miżuri restrittivi kontra r-rikorrent, ma hijiex kompatibbli mal-għanijiet li hija tinvoka b’mod espliċitu (b’mod partikolari, id-demokrazija; l-istat tad-dritt; ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem), u ma taqax taħt il-prinċipji u l-għanijiet tal-politika barranija u ta’ sigurtà komuni (PESK) iddefiniti fl-Artikolu 21 UE. Il-kundizzjonijiet li jippermettu li jiġi invokat l-Artikolu 29 UE ma humiex għaldaqstant issodisfatti mid-Deċiżjoni. Minħabba li din hija invalida, il-Kunsill ma setax jibbaża ruħu fuq l-Artikolu 215(2) TFUE sabiex jistabbilixxi r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, kif emendat (iktar ’il quddiem, ir-“Regolament”). Avvenimenti reċenti għamluha ċara li r-rikorrent ma huwiex ser jingħata trattament xieraq, indipendenti jew imparzjali mill-awtoritajiet kriminali jew ġudizzjarji tal-Ukrajna.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li r-rikorrent ma ssodisfax il-kriterji ta’ inklużjoni fl-anness tad-Deċiżjoni u tar-Regolament (iktar ’il quddiem, l-“atti kkontestati”). Ir-rikorrent ma kienx, fid-data tal-inklużjoni tiegħu fil-lista, suġġett għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet tal-Ukrajna għal miżapproprjazzjoni ta’ fondi jew ta’ beni pubbliċi jew għal abbuż ta’ poter, li jikkawżaw minn dan il-fatt telf għal fondi jew beni pubbliċi tal-Ukrajna.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser id-drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tar-rikorrent. Ir-rikorrent ma ngħatax provi serji, kredibbli jew konkreti insostenn ta’ argument li jiġġustifika l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi fir-rigward tiegħu. B’mod partikolari, ma teżisti l-ebda prova ta’ eżami rigoruż jew imparzjali tal-kwistjoni dwar jekk il-motivi allegati, li jingħad li jiġġustifikaw klassifikazzjonijiet ġodda, humiex fondati fid-dawl tal-argumenti ppreżentati mir-rikorrent.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ma tax lir-rikorrent motivi suffiċjenti għall-inklużjoni tiegħu. Il-motivazzjoni ma tinkludi l-ebda dettall u tikkonsisti sempliċement f’formulazzjoni sterjotipika ġenerali.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser b’mod gravi d-drittijiet fundamentali għall-proprjetà u għar-reputazzjoni tar-rikorrent. Il-miżuri restrittivi ma kinux “previsti mil-liġi”; huma ġew imposti mingħajr garanziji xierqa li jippermettu lir-rikorrent jesponi l-argumenti tiegħu b’mod effettiv quddiem il-Kunsill; huma ma humiex limitati għal proprjetà speċifika li jingħad li tirrappreżenta fondi pubbliċi miżapproprjati, u lanqas għall-ammont tal-fondi allegatament miżapproprjati; huma ġew ittrattati bħala indikazzjoni ta’ ħtija li twassal għal azzjonijiet li jikkawżaw preġudizzju quddiem qrati oħra.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill ibbaża ruħu fuq fatti materjalment ineżatti. L-allegazzjoni li r-rikorrent huwa suġġett għal proċeduri kriminali mill-awtoritajiet tal-Ukrajna għall-miżapproprjazzjoni ta’ fondi jew ta’ beni pubbliċi jew għal abbuż ta’ poter, li jikkawżaw minn dan il-fatt telf għal fondi jew beni pubbliċi tal-Ukrajna, jew li jista’ jkun ħati ta’ dawn il-fatti, hija manifestament żbaljata.

7.

Is-seba’ motiv, imqajjem insostenn tad-dikjarazzjoni ta’ illegalità, ibbażat fuq il-fatt li jekk l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament jiġu interpretati b’mod li jkopru a) kull investigazzjoni ta’ awtorità tal-Ukrajna, indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk teżistix deċiżjoni jew proċedura ġudizzjarja li sservi ta’ bażi għaliha, li tikkontrollaha jew li tissorveljaha; u/jew b) kull “abbuż ta’ poter fil-kwalità ta’ persuna b’kariga pubblika sabiex jittieħed vantaġġ” inġust indipendentement mill-kwistjoni dwar jekk teżistix allegazzjoni ta’ miżapproprjazzjoni ta’ fondi pubbliċi, il-kriterju ta’ klassifikazzjoni jkun, fid-dawl tal-portata u tal-kamp ta’ applikazzjoni arbitrarji li jirriżultaw minn interpretazzjoni tant wiesgħa, nieqsa minn bażi legali rilevanti u/jew sproporzjonat meta mqabbel mal-għanijiet tad-Deċiżjoni u tar-Regolament. Il-kriterju ta’ klassifikazzjoni jkun għaldaqstant illegali.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – Stichting Greenpeace Nederland u PAN Europe vs Il-Kummisjoni

(Kawża T-232/11) (1)

(2015/C 228/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 194, 2.7.2011.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2015 – Ir-Renju Unit vs Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża T-45/12) (1)

(2015/C 228/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 98, 31.03.2012.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2015 – ClientEarth et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-8/13) (1)

(2015/C 228/32)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 71, 9.3.2013.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Mejju 2015 – GRE vs UASI – Villiger Söhne (LIBERTE american blend)

(Kawża T-30/13) (1)

(2015/C 228/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 79, 16.03.2013.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2015 – Ir-Renju Unit vs BĊE

(Kawża T-93/13) (1)

(2015/C 228/34)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 114, 20.04.2013.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – PAN Europe u Confédération paysanne vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-671/13) (1)

(2015/C 228/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 52, 22.2.2014.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2015 – Hoteles Catalonia vs UASI – Fundació Catalunya-La Pedrera, fundació especial (HOTEL CATALONIA LA PEDRERA)

(Kawża T-358/14) (1)

(2015/C 228/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 253, 04.08.2014.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Mejju 2015 – EEB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-462/14) (1)

(2015/C 228/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tas-Seba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 315, 15.09.2014.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/26


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2015 – Grupo Bimbo vs UASI (Forma ta’ ħobż għas-sandwiċ tond)

(Kawża T-542/14) (1)

(2015/C 228/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 339, 29.9.2014.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/27


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Ġunju 2015 – Gross vs SEAE

(Kawża F-78/14) (1)

((Servizz pubbliku - Persunal tas-SEAE - Uffiċjali - Promozzjoni - Artikoli 43 u 45(1) tar-Regolamenti tal-Persunal - Eżami komparattiv tal-merti tal-uffiċjali kollha li jistgħu jiġu promossi - Uffiċjali proposti mid-dipartimenti tas-SEAE u uffiċjali mhux proposti - Teħid inkunsiderazzjoni tar-rapporti ta’ evalwazzjoni - Evalwazzjonijiet esklużivament letterali))

(2015/C 228/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Philipp Oliver Gross (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. de Abreu Caldas, M. de Abreu Caldas u J.-N. Louis, avukati, sussegwentement J.-N. Louis, avukat)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: S. Marquardt u M. Silva, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad segwenti fil-proċedura ta’ promozzjoni 2013 tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, tad-9 ta’ Ottubru 2013, li tistabbilixxi l-lista tal-uffiċjali promossi abbażi tal-proċedura ta’ promozzjoni 2013 hija annullata sa fejn l-isem ta’ P. O. Gross ma huwiex inkluż fiha.

2)

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn P. O. Gross.


(1)  ĠU C 388, 3.11.2014, p. 31.


13.7.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 228/27


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (Imħallef uniku) tat-3 ta’ Ġunju 2015 Bedin vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-128/14) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Proċedura dixxiplinari - Sanzjoni dixxiplinari - Rwoli u setgħat rispettivi tal-Bord tad-Dixxiplina u l-Awtorità tal-Ħatra - Evalwazzjoni tar-realtà tal-fatti lmentati))

(2015/C 228/40)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Luc Bedin (Watermael-Bisfort, il-Belġju) (rappreżentant: L. Vogel, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u C. Ehrbar, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra li timponi fuq ir-rikorrent sanzjoni dixxipplinari ta’ sospensjoni tal-avvanz fl-iskala għall-perijodu ta’ 12-il xahar.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

L. Bedin għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 34, 02.02.2015, p. 51.