ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 204

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
20 ta' Ġunju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 204/01

Informazzjoni fuq id-dħul fis-seħħ tal-emendi fl-Annessi II, V, VII u VIII tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji li japplikaw għall-kummerċ ta’ annimali ħajjin u prodotti mill-annimali

1

2015/C 204/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7635 — Lindsay Goldberg/VDM Metals Group) ( 1 )

2

2015/C 204/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7586 — Flextronics/Certain Assets Belonging to Alcatel-Lucent Italia) ( 1 )

2

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2015/C 204/04

Il-qafas tal-etika tal-BĊE (Dan it-test jissostitwixxi t-test ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali C 40 tad-9 ta’ Frar 2011, p. 13 )

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 204/05

Rata tal-kambju tal-euro

17

 

Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

2015/C 204/06

Deċiżjoni tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-1 ta’ Ġunju 2015 dwar il-ħatra tal-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS/2015/1)

18


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 204/07

Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7650 — Katara Hospitality / Starwood Hotel & Resorts Worldwide / Westin Excelsior Hotel) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

19

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 204/08

Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

20

2015/C 204/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

24


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/1


Informazzjoni fuq id-dħul fis-seħħ tal-emendi fl-Annessi II, V, VII u VIII tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji li japplikaw għall-kummerċ ta’ annimali ħajjin u prodotti mill-annimali

(2015/C 204/01)

Intemmu l-proċeduri interni meħtieġa biex jidħol fis-seħħ l-Arranġament tal-emendi fl-Annessi II, V, VII u VIII tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji li japplikaw għall-kummerċ ta’ annimali ħajjin u prodotti mill-annimali (1), li ġie ffirmat fi Brussell nhar is-17 ta’ Diċembru 1996. L-Unjoni Ewropea u New Zealand għarrfu lil xulxin b’dan kollu, bl-ittra li l-Unjoni Ewropea bagħtet lil New Zealand fit-23 ta’ Marzu 2015 u bl-ittra li New Zealand bagħtet lill-Unjoni Ewropea fil-31 ta’ Marzu 2015. F’konformità mal-Artikolu 18(3) tal-Ftehim, dan l-Arranġament tal-Emendi daħal fis-seħħ fl-1 ta’ April 2015.


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 1996 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u New Zealand dwar miżuri sanitarji applikabbli għall-kummerċ f’annimali ħajjin u prodotti tal-annimali (ĠU L 57, 26.2.1997, p. 4).


20.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7635 — Lindsay Goldberg/VDM Metals Group)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 204/02)

Fil-11 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7635. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


20.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7586 — Flextronics/Certain Assets Belonging to Alcatel-Lucent Italia)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 204/03)

Fis-16 ta' Ġunju 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7586. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


Il-Bank Ċentrali Ewropew

20.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/3


IL-QAFAS TAL-ETIKA TAL-BĊE

(Dan it-test jissostitwixxi t-test ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali C 40 tad-9 ta’ Frar 2011, p. 13)

(2015/C 204/04)

I.   IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-IMPJIEG TAL-PERSUNAL TAL-BĊE FIR-RIGWARD TAL-QAFAS TAL-ETIKA

Artikolu 3

Il-kondotta ta’ membri tal-persunal la għandha timmina l-indipendenza u l-imparzjalità professjonali tagħhom u lanqas ma għandha tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-BĊE. Il-membri tal-persunal għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-qafas tal-etika tal-BĊE u b’mod partikolari:

(a)

jirrispettaw il-valuri komuni tal-BĊE u jġibu ruħhom fil-ħajja professjonali u privata tagħhom b’mod li jixraq lill-karattru tal-BĊE bħala istituzzjoni Ewropea;

(b)

jaqdu d-dmirijiet tagħhom b’mod kuxjenzuż, b’onestà u mingħajr interess personali jew interessi nazzjonali;

(c)

jevitaw sitwazzjonijiet li jwasslu jew jidhru li jwasslu għal kunflitti ta’ interess, inkluż dawk li jirriżultaw minn attivitajiet professjonali sussegwenti;

(d)

jimxu mal-istandards għoljin tal-etika professjonali u jaġixxu b’lealtà lejn l-Unjoni u l-BĊE;

(e)

jirrispettaw ir-regoli tal-BĊE dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji privati;

(f)

jimxu mar-regoli tal-BĊE dwar id-dinjità fuq il-post tax-xogħol.

Il-membri tal-persunal għandhom jibqgħu jkunu marbuta b’dawn id-dmirijiet waqt li jkunu bil-liv mill-BĊE.

Artikolu 4

B’konsiderazzjoni għall-Artikolu 37 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-membri tal-persunal għandhom joqogħdu lura, anke wara li jintemmu d-dmirijiet tagħhom, milli jikxfu mingħajr awtorizzazzjoni kull informazzjoni li jkunu rċevew fil-qadi ta’ dmirijiethom, sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx diġà saret pubblika.

Artikolu 4a

Il-membri tal-persunal m’għandhomx jikxfu informazzjoni, għal kwalunkwe raġuni, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel tal-Bord Eżekuttiv, fi kwalunkwe proċeduri amministrattivi jew legali, li jkunu saru jafu dwarha bis-saħħa tad-dmirijiet professjonali tagħhom. Il-BĊE għandu jawtorizza d-divulgazzjoni jekk (a) dik id-divulgazzjoni hija kompatibbli mal-interessi tal-BĊE, u (b) iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni għad-divulgazzjoni twassal għal konsegwenzi kriminali għall-membru tal-persunal ikkonċernat. Awtorizzazzjoni sabiex issir id-divulgazzjoni m’għandhiex tkunx meħtieġa jekk membru tal-persunal jiġi msejjaħ biex jitla’ jixhed quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi proċeduri bejn il-BĊE u persunal preżenti jew tal-imgħoddi.

Artikolu 4b

Skont il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regoli tal-Persunal, ċerti membri tal-persunal li jkollhom il-ħsieb li jinvolvu ruħhom f’attività professjonali ġdida wara t-tmiem tal-impjieg tagħhom mal-BĊE għandhom, għal perjodu speċifikat, joqogħdu lura milli jinvolvu ruħhom f’attività professjonali li tista’ twassal għal kunflitt mal-interessi tal-BĊE (perjodu ta’ preklużjoni).

Artikolu 36a

Skont il-kundizzjonijiet imniżżla fir-Regoli tal-Persunal, membri tal-persunal li, wara t-tmiem tal-impjieg tagħhom mal-BĊE, b’riżultat tal-perjodu ta’ preklużjoni, ikunu pprojbiti milli jidħlu għal attività professjonali speċifika u li ma jistgħux isibu attività professjonali alternattiva xierqa bir-riżultat li jsibu ruħhom qiegħda, għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji li ġejjin, matul iż-żmien tal-projbizzjoni milli jeżerċitaw l-attività u sakemm huma jibqgħu qiegħda:

(a)

benefiċċju speċjali ta’ kull xahar ekwivalenti għal:

80 % tal-aħħar salarju bażiku għall-ewwel sena;

60 % tal-aħħar salarju bażiku għas-sena ta’ wara;

(b)

benefiċċji għall-akkomodazzjoni u għall-ulied;

(c)

kopertura taħt l-iskema medika tal-BĊE u l-iskema tal-assigurazzjoni kontra l-inċidenti.

Il-benefiċċji ta’ hawn fuq għandhom jieħdu post il-benefiċċji tal-qgħad […] u huma kumplimentari għal kull benefiċċju ieħor tal-istess natura pprovdut minn sorsi oħra, inklużi l-benefiċċji tal-qgħad. Il-membri tal-persunal għandhom jitolbu u jiddikjaraw dawn il-benefiċċji, li għandhom jiġu mnaqqsa minn dawk pagabbli mill-BĊE.

Il-benefiċċji ta’ hawn fuq m’għandhomx ikunu pagabbli lill-membri tal-persunal malli jirtiraw.

II.   IL-KUNDIZZJONIJIET TAL-IMPJIEG GĦAL ŻMIEN QASIR GĦALL-PERSUNAL TAL-BĊE FIR-RIGWARD TAL-QAFAS TAL-ETIKA

Artikolu 2

Il-kondotta ta’ impjegati b’kuntratt għal żmien qasir la għandha timmina l-indipendenza u l-imparzjalità professjonali tagħhom u lanqas għandha tagħmel ħsara lir-reputazzjoni tal-BĊE. Impjegati b’kuntratt għal żmien qasir għandhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tal-qafas tal-etika tal-BĊE stipulati fir-Regoli tal-Persunal u b’mod partikolari:

(a)

jirrispettaw il-valuri komuni tal-BĊE u jġibu ruħhom fil-ħajja professjonali u privata tagħhom b’mod li jixraq lill-karattru tal-BĊE bħala istituzzjoni Ewropea;

(b)

jaqdu d-dmirijiet tagħhom b’mod kuxjenzuż, b’onestà u mingħajr interess personali jew interessi nazzjonali;

(c)

jevitaw sitwazzjonijiet li jwasslu jew jidhru li jwasslu għal kunflitti ta’ interess, inkluż dawk li jirriżultaw minn attivitajiet professjonali sussegwenti;

(d)

jimxu mal-istandards għoljin tal-etika professjonali u jaġixxu b’lealtà lejn l-Unjoni u l-BĊE;

(e)

jirrispettaw ir-regoli tal-BĊE dwar it-tranżazzjonijiet finanzjarji privati;

(f)

jimxu mar-regoli tal-BĊE dwar id-dinjità fuq il-post tax-xogħol.

L-impjegati b’kuntratt għal żmien qasir għandhom jibqgħu jkunu marbuta b’dawn id-dmirijiet waqt li jkunu bil-liv mill-BĊE.

Artikolu 3

B’konsiderazzjoni għall-Artikolu 37 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, impjegati b’kuntratt għal żmien qasir għandhom joqogħdu lura, anke wara li jintemmu d-dmirijiet tagħhom, milli jikxfu mingħajr awtorizzazzjoni kwalunkwe informazzjoni li jkunu rċevew fil-qadi ta’ dmirijiethom, sakemm dik l-informazzjoni ma tkunx diġà saret pubblika.

Artikolu 4

L-impjegati b’kuntratt għal żmien qasir m’għandhomx jikxfu informazzjoni, għal kwalunkwe raġuni, mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel tal-Bord Eżekuttiv, fi kwalunkwe proċeduri amministrattivi jew legali, li jkunu saru jafu dwarha bis-saħħa tad-dmirijiet professjonali tagħhom. Il-BĊE għandu jawtorizza d-divulgazzjoni jekk (a) tali divulgazzjoni hija kompatibbli mal-interessi tal-BĊE, u (b) iċ-ċaħda tal-awtorizzazzjoni għad-divulgazzjoni twassal għal konsegwenzi kriminali għall-impjegat ikkonċernat b’kuntratt għal żmien qasir. Awtorizzazzjoni sabiex issir id-divulgazzjoni m’għandhiex tkun meħtieġa jekk impjegat b’kuntratt għal żmien qasir jiġi msejjaħ sabiex jixhed quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fi proċeduri bejn il-BĊE u persunal preżenti jew tal-imgħoddi.

Artikolu 4a

Skont il-kundizzjonijiet imniżżla fir-Regoli tal-Persunal, ċerti impjegati b’kuntratt għal żmien qasir li għandhom il-ħsieb li jinvolvu ruħhom f’attività professjonali ġdida wara t-tmiem tal-impjieg tagħhom mal-BĊE għandhom, għal perjodu speċifikat, joqogħdu lura milli jinvolvu ruħhom f’attività professjonali li tista’ twassal għal kunflitt mal-interessi tal-BĊE (perjodu ta’ preklużjoni).

Artikolu 31a

Skont il-kundizzjonijiet imniżżla fir-Regoli tal-Persunal, impjegati b’kuntratt għal żmien qasir li, wara t-tmiem tal-impjieg tagħhom mal-BĊE, b’riżultat tal-perjodu ta’ preklużjoni, ikunu pprojbiti milli jidħlu għal attività professjonali speċifika u li ma jistgħux isibu attività professjonali alternattiva xierqa bir-riżultat li jsibu ruħhom qiegħda, għandhom ikunu intitolati għall-benefiċċji li ġejjin, matul iż-żmien tal-projbizzjoni milli jeżerċitaw l-attività u sakemm huma jibqgħu qiegħda:

(a)

benefiċċju speċjali ta’ kull xahar ekwivalenti għal

80 % tal-aħħar salarju bażiku għall-ewwel sena,

60 % tal-aħħar salarju bażiku għas-sena ta’ wara;

(b)

kopertura taħt l-iskema medika tal-BĊE u l-iskema tal-assigurazzjoni kontra l-inċidenti.

Il-benefiċċji ta’ hawn fuq huma kumplimentari għal kull benefiċċju ieħor tal-istess natura pprovdut minn sorsi oħra, inklużi l-benefiċċji tal-qgħad. L-impjegati b’kuntratt għal żmien qasir għandhom jitolbu u jiddikjaraw dawn il-benefiċċji, li għandhom jiġu mnaqqsa minn dawk pagabbli mill-BĊE.

Il-benefiċċji ta’ hawn fuq m’għandhomx ikunu pagabbli lill-impjegati b’kuntratt għal żmien qasir mali jirtiraw.

III.   PARTI 0 TAR-REGOLI GĦALL-PERSUNAL FIR-RIGWARD TAL-QAFAS TAL-ETIKA

0.1.   Dispożizzjonijiet u prinċipji ġenerali

0.1.1.

Il-privileġġi u l-immunitajiet li jgawdu l-membri tal-persunal taħt il-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jingħataw biss fl-interessi tal-BĊE. Dawn il-privileġġi u l-immunitajiet m’għandhom bl-ebda mod jeżentaw lil membri tal-persunal mit-twettiq tal-obbligi privati tagħhom jew milli jikkonformaw mal-liġijiet applikabbli u r-regolamenti tal-pulizija. Kull meta jkun hemm tilwima dwar il-privileġġi u l-immunitajiet, il-membri tal-persunal ikkonċernati għandhom jinformaw immedjatament lill-Bord Eżekuttiv.

0.1.2.

Fil-prinċipju, membri tal-persunal li huma sekondati lill-BĊE jew bil-liv minn organizzazzjoni jew istituzzjoni oħra sabiex jaħdmu għall-BĊE fuq bażi ta’ kuntratt ta’ impjieg tal-BĊE, għandhom jiġu integrati mal-persunal tal-BĊE, għandu jkollhom l-istess obbligi u drittijiet bħall-bqija tal-persunal, u għandhom iwettqu d-dmirijiet professjonali tagħhom biss għall-benefiċċju tal-BĊE.

0.2.   Indipendenza

0.2.1.   Kunflitti ta’ interess

0.2.1.1.

Il-membri tal-persunal għandhom jevitaw kunflitti ta’ interess fil-qadi tad-dmirijiet professjonali tagħhom.

0.2.1.2.

“Kunflitt ta’ interess” tfisser sitwazzjoni fejn membri tal-persunal ikollhom interessi personali li jistgħu jinfluwenzaw jew jidhru li jinfluwenzaw il-qadi imparzjali u oġġettiv tad-dmirijiet professjonali tagħhom. “Interessi personali” tfisser kull benefiċċju jew benefiċċju potenzjali, ta’ natura finanzjarja jew mhux finanzjarja, għall-membri tal-persunal, għall-membri tal-familja tagħhom, għall-qraba oħrajn tagħhom jew għaċ-ċirku ta’ ħbieb u konoxxenzi qrib tagħhom.

0.2.1.3.

Membri tal-persunal li jsiru konxji ta’ kunflitt ta’ interess waqt il-qadi tad-dmirijiet professjonali tagħhom għandhom jgħarrfu minnufih lill-maniġer dirett tagħhom dwar dan. Il-maniġer dirett jista’ jniedi kull miżura xierqa biex jevita dan il-kunflitt ta’ interess wara li jkun talab il-parir tal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza. Jekk il-kunflitt ma jkunx jista’ jiġi solvut jew imnaqqas permezz ta’ miżuri oħra xierqa, il-maniġer dirett jista’ jeħles lill-persunal mir-responsabbiltà għall-kwistjoni relevanti. Jekk il-kunflitt ta’ interess ikun relatat ma’ proċess ta’ akkwist, il-maniġer dirett għandu jinforma lill-Uffiċċju tal-Akkwisti Ċentrali jew lill-Kumitat tal-Akkwisti, hekk kif applikabbli, li għandu mbagħad jiddeċiedi fuq il-miżuri li għandhom jittieħdu.

0.2.1.4.

Qabel il-ħatra ta’ kandidat, il-BĊE għandu, skont ir-regoli dwar is-selezzjoni u l-ħatra tal-membri, jevalwa jekk jistax ikun hemm kunflitt ta’ interess li jirriżulta mill-attivitajiet professjonali ta’ qabel tal-kandidat jew mir-relazzjoni personali mill-qrib tiegħu ma’ membri tal-persunal, ma’ membri tal-Bord Eżekuttiv jew ma’ korpi interni oħra tal-BĊE. Jekk jidentifikaw kunflitt ta’ interess, il-Kumitat tal-Għażla jew il-maniġer responsabbli mill-proposta tal-ħatra għandu jitlob il-parir tal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza.

0.2.2.   Rigali u ospitalità

0.2.2.1.

Membri tal-persunal la jistgħu jitolbu u lanqas jaċċettaw, għalihom jew għal kwalunkwe persuna oħra, xi vantaġġ li b’xi mod ikun marbut mal-impjieg tagħhom mal-BĊE.

0.2.2.2.

“Vantaġġ” huwa kull rigal, ospitalità jew benefiċċju ieħor ta’ natura finanzjarja jew mhux finanzjarja li oġġettivament itejjeb is-sitwazzjoni finanzjarja, legali jew personali tar-riċevitur jew ta’ xi persuna oħra u li r-riċevitur mhuwiex intitolat għalih bil-liġi. Ospitalità minuri offruta matul laqgħa relatata max-xogħol m’għandhiex tiġi kkunsidrata bħala vantaġġ. “Vantaġġ” huwa kkunsidrat bħala konness mal-impjieg tar-riċevitur mal-BĊE jekk ikun offrut abbażi tal-pożizzjoni tar-riċevitur mal-BĊE, aktar milli fuq bażi personali.

0.2.2.3.

Bħala eċċezzjoni għall-Artikolu 0.2.2.1, u sakemm ma jkunux frekwenti u mhux mill-istess sors, jistgħu jiġu aċċettati dawn li ġejjin:

(a)

ospitalità offruta minn settur privat b’valur sa EUR 50 jekk tkun offruta fil-kuntest ta’ okkażjoni relatata max-xogħol. Din l-eċċezzjoni m’għandhiex tapplika għall-ospitalità offruta minn fornituri preżenti jew potenzjali jew minn istituzzjonijiet ta’ kreditu fil-kuntest ta’ verifika fuq il-post jew eżerċizzji tal-awditjar imwettqa mill-BĊE, peress li f’dawn il-każijiet ma tista’ tiġi aċċettata l-ebda ospitalità;

(b)

vantaġġi offruti minn banek ċentrali oħrajn, korpi nazzjonali pubbliċi jew organizzazzjonijiet Ewropej u internazzjonali li ma jmorrux lil hinn mill-prattika u minn dak li huwa kkunsidrat bħala xieraq;

(c)

vantaġġi offruti f’ċirkostanzi speċifiċi fejn iċ-ċaħda tagħhom tikkawża reat jew tpoġġi r-relazzjoni professjonali f’riskju serju.

0.2.2.4.

Il-membri tal-persunal għandhom jirreġistraw mingħajr dewmien żejjed mal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza

(a)

kull vantaġġ aċċettat skont l-Artikolu 0.2.2.3 (c);

(b)

kull vantaġġ li l-valur tiegħu ma jistax jiġi stabbilit b’mod ċar li huwa inqas mil-limiti stabbiliti fl-Artikolu 0.2.2.3;

(c)

kull offerta ta’ vantaġġi minn partijiet terzi li l-aċettazzjoni tagħhom hija pprojbita.

Il-membri tal-persunal għandhom jagħtu lill-BĊE kull rigal aċċettat skont l-Artikolu 0.2.2.3(ċ). Dawn ir-rigali għandhom isiru proprjetà tal-BĊE.

0.2.2.5.

L-aċċettazzjoni ta’ vantaġġ m’għandux, fl-ebda avveniment, ixekkel jew jinfluwenza l-oġġettività u l-libertà tal-azzjoni tal-persunal.

0.2.3.   Akkwisti

Il-membri tal-persunal għandhom jiżguraw il-ġestjoni tajba ta’ proċeduri ta’ akkwist billi jżommu l-objettività, in-newtralità u sens ta’ ġustizzja, u jiżguraw it-trasparenza fl-azzjonijiet tagħhom. Il-membri tal-persunal għandhom b’mod partikolari jikkonformaw mar-regoli ġenerali u speċifiċi kollha marbutin mal-evitar u r-rapportar ta’ kunflitti ta’ interess, l-aċċettazzjoni ta’ vantaġġi u s-segretezza professjonali.

Il-membri tal-persunal għandhom jikkomunikaw biss ma’ fornituri li jipparteċipaw fi proċedura ta’ akkwist permezz ta’ mezzi uffiċjali u għandhom, fejn possibbli, jikkomunikaw magħhom bil-miktub.

0.2.4.   Premji, unuri u dekorazzjonijiet

Il-membri tal-persunal għandhom jiksbu l-awtorizzazzjoni mill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza qabel ma jaċċettaw premji, unuri jew dekorazzjonijiet b’konnessjoni max-xogħol tagħhom għall-BĊE.

0.2.5.   Projbizzjoni ta’ ħlas minn partijiet terzi għall-qadi tad-dmirijiet professjonali

Il-membri tal-persunal m’għandhomx jaċċettaw għalihom kwalunkwe ħlasijiet minn partijiet terzi fir-rigward tal-qadi tad-dmirijiet professjonali tagħhom. Jekk jiġu offruti ħlasijiet minn partijiet terzi, dawn għandhom isiru lill-BĊE.

Attivitajiet li jirrelataw ma’ kompiti tal-BĊE jew mar-responsabbiltajiet tal-membru tal-persunal huma preżunti li huma parti mid-dmirijiet professjonali ġenerali tal-membru tal-persunal. F’każ ta’ dubju, il-maniġer dirett responsabbli għandu jevalwa u jiddeċiedi jekk attività għandhiex tiġi kkunsidrata bħala dmir professjonali.

0.2.6.   Attivitajiet esterni

0.2.6.1.

Il-membri tal-persunal għandhom jiksbu awtorizzazzjoni bil-miktub qabel ma jinvolvu ruħhom f’attività esterna li hija ta’ natura professjonali jew tmur lil hinn minn dak li jista’ jkun ikkunsidrat b’mod raġonevoli bħala attività ta’ divertiment.

Id-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani, Baġit u l-Organizzazzjoni jew id-Deputat tagħhom, wara li jikkonsulta mal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza u l-maniġer(s) dirett/i rilevanti, għandhom jagħtu din l-awtorizzazzjoni jekk l-attività esterna bl-ebda mod ma tagħmel ħsara fil-qadi tad-dmirijiet professjonali tal-membru tal-persunal lejn il-BĊE u ma tikkostitwixxix sors probabbli ta’ kunflitt ta’ interess.

Din l-awtorizzazzjoni għandha tingħata għal massimu ta’ ħames snin kull darba.

0.2.6.2.

Bħala eċċezzjoni għall-Artikolu 0.2.6.1, l-ebda awtorizzazzjoni mhi meħtieġa għal attivitajiet esterni li huma:

(i)

mingħajr ħlas, u

(ii)

fl-oqsma tal-kultura, tax-xjenza, tal-edukazzjoni, tal-isport, tal-karità, tar-reliġjon, tal-ħidma soċjali jew ta’ xogħol ieħor ta’ ġid, u

(iii)

mhux relatati mal-BĊE jew mal-qadi tad-dmirijiet professjonali tal-membri tal-persunal fil-BĊE.

0.2.6.3.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 0.2.6.1 u 0.2.6.2 ta’ hawn fuq, membri tal-persunal jistgħu jinvolvu ruħhom f’attivitajiet politiċi u tat-trade unions, iżda biex jagħmlu dan ma jistgħux jagħmlu użu mill-pożizzjoni tagħhom fil-BĊE u għandhom jgħidu b’mod espliċitu li l-fehmiet personali tagħhom mhux neċessarjament jirriflettu dawk tal-BĊE.

0.2.6.4.

Il-membri tal-persunal li għandhom il-ħsieb li joħorġu għal kariga pubblika jew li jiġu eletti jew maħtura għandhom jinnotifikaw lid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani, Baġit u Organizzazzjoni jew lid-Deputat tagħhom, li għandu jiddeċiedi, wara li jikkonsulta mal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza, wara li jkun qies l-interess tas-servizz, l-importanza tal-kariga, id-dmirijiet li tinvolvi u l-ħlas u r-rimborż tal-ispejjeż imġarrba fit-twettiq tad-dmirijiet tal-kariga, kemm jekk il-membru tal-persunal ikkonċernat:

(a)

għandux jintalab japplika għal-liv għal raġunijiet personali;

(b)

għandux jintalab japplika għal-liv annwali;

(c)

jistax jiġi awtorizzat jaqdi d-dmirijiet professjonali tiegħu fuq bażi part-time;

(d)

jistax ikompli jaqdi d-dmirijiet professjonali tiegħu bħal qabel.

Jekk membru tal-persunal ikun meħtieġ li jieħu liv bla ħlas għal raġunijiet personali jew ikun awtorizzat jaqdi d-dmirijiet professjonali tiegħu fuq bażi part-time, il-perjodu ta’ dan il-liv bla ħlas jew l-arranġament tax-xogħol part-time għandu jikkorrispondi mat-terminu tal-kariga tal-membru tal-persunal.

0.2.6.5.

Il-membri tal-persunal għandhom iwettqu l-attivitajiet esterni barra l-ħinijiet tax-xogħol. Fuq bażi eċċezzjonali, id-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani, Baġit u l-Organizzazzjoni jew id-Deputat tagħhom jista’ jawtorizza derogi minn din ir-regola.

0.2.6.6.

Id-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani, il-Baġit u l-Organizzazzjoni jew id-Deputat tagħhom jista’, f’kull ħin u wara li jikkonsulta mal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza u jisma’ lill-membru tal-persunal, fejn hu possibbli, jeħtieġ lill-membru tal-persunal biex jittermina l-attivitajiet esterni li jistgħu b’kull mod jimpedixxu l-qadi tad-dmirijiet professjonali tal-membru tal-persunal lejn il-BĊE jew jikkostitwixxu sors probabbli ta’ kunflitt ta’ interess, anke jekk awtorizzat minn qabel. Jekk dan ikun meħtieġ, il-membri tal-persunal għandhom jingħataw perjodu ta’ żmien raġonevoli biex jitterminaw l-attivitajiet esterni, sakemm ma tkunx meħtieġa ċessjoni immedjata ta’ dawn l-attivitajiet fl-interess tas-servizz.

0.2.7.   Impjieg bi qligħ tal-konjuġi jew tas-sieħeb/sieħba rikonoxxut/a

ll-membri tal-persunal għandhom jinformaw lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza b’kull impjieg bi qligħ tal-konjuġi jew tas-sieħeb/sieħba rikonoxxut/a tagħhom li jista’ jwassal għal kunflitt ta’ interess. Jekk in-natura tal-attività professjonali twassal għal kunflitt ta’ interess mad-dmirijiet professjonali tal-membru tal-persunal, l-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza għandu l-ewwel jinforma u jagħti parir lill-maniġer dirett responsabbli fir-rigward tal-miżuri xierqa li jridu jittieħdu biex jitnaqqas il-kunflitt ta’ interess, inkluż, jekk meħtieġ, il-ħelsien tal-membru tal-persunal mir-responsabbiltà għall-kwistjoni relevanti.

0.2.8.   Restrizzjonijiet ta’ wara l-impjieg

Negozjar tal-attivitajiet professjonali prospettivi

0.2.8.1.

Il-membri tal-persunal għandhom jaġixxu b’integrità u diskrezzjoni f’kull negozjati li jikkonċernaw attivitajiet professjonali prospettivi. Huma għandhom jinformaw lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jekk in-natura tal-attività professjonali tista’ twassal għal kunflitt ta’ interess mad-dmirijiet professjonali tal-membru tal-persunal. Jekk ikun hemm kunflitt ta’ interess, l-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza għandu jinforma u jagħti parir lill-maniġer dirett responsabbli fir-rigward tal-miżuri xierqa li jridu jittieħdu biex jitnaqqas il-kunflitt ta’ interess, inkluż, jekk meħtieġ, il-ħelsien tal-membru tal-persunal mir-responsabbiltà għall-kwistjoni relevanti.

Obbligi tan-notifika

0.2.8.2.

Il-membri tal-persunal u dawk li kienu membri tal-persunal għandhom jinnotifikaw lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza qabel ma jaċċettaw kwalunkwe attività professjonali matul il-perjodi tan-notifika li ġejjin:

(a)

membri tal-persunal fil-faxxa tas-salarju I jew ogħla u huma involuti f’attivitajiet superviżorji: sentejn mid-data li fiha waqaf l-involviment f’attivitajiet superviżorji;

(b)

membri tal-persunal fil-faxex tas-salarju F/G sa H u huma involuti f’attivitajiet superviżorji: sitt xhur mid-data li fiha waqaf l-involviment f’attivitajiet superviżorji;

(c)

membri oħra tal-persunal fil-faxxa tas-salarju I jew ogħla: sena mid-data li fiha huma kienu effettivament meħlusa mid-dmirijiet professjonali tagħhom.

Perjodu ta’ preklużjoni

0.2.8.3.

Dawn il-membri tal-persunal li ġejjin għandhom ikunu suġġetti għal perjodi ta’ preklużjoni:

(a)

membri tal-persunal li matul l-impjieg tagħhom mal-BĊE kienu involuti f’attivitajiet superviżorji għal mill-inqas sitt xhur jistgħu jibdew jaħdmu għal:

(1)

istituzzjoni ta’ kreditu li kienu direttament involuti fis-superviżjoni tagħha wara l-iskadenza ta’:

(i)

sena jekk huma qegħdin fil-faxxa tas-salarju I jew ogħla (li f’ċirkostanzi eċċezzjonali tista’ tiżdied sa sentejn skont l-Artikolu 0.2.8.7);

(ii)

jgħaddu sitt xhur jekk qegħdin fil-faxxa tas-salarju F/G jew H

mid-data li fiha waqaf l-involviment dirett tas-superviżjoni tagħhom fuq l-istituzzjoni ta’ kreditu;

(2)

kompetitur dirett ta’ din l-istituzzjoni ta’ kreditu wara li jgħaddu:

(i)

sitt xhur jekk qegħdin fil-faxxa tas-salarju I jew ogħla;

(ii)

tlett xhur jekk qegħdin fil-faxxa tas-salarju F/G jew H

mid-data li fiha waqaf l-involviment dirett tas-superviżjoni tagħhom fuq l-istituzzjoni ta’ kreditu;

(b)

membri tal-persunal fil-faxxa tas-salarju I jew ogħla li ħadmu fid-Direttorat Ġenerali tal-Ekonomija, id-Direttorat Ġenerali tar-Riċerka, id-Direttorat Ġenerali tal-Politika Makro-Prudenzjali u l-Istabbiltà Finanzjarja, id-Direttorat Ġenerali tal-Operazzjonijiet tas-Suq, id-Direttorat Ġenerali għall-Immaniġjar tar-Riskji, id-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Internazzjonali u Ewropej, ir-Rappreżentanza tal-BĊE ġewwa Washington, id-Direttorat Ġenerali tas-Segretarjat (bl-eċċezzjoni tad-DIV/IMS), il-Konsulent għall-Bord Eżekuttiv, id-Direttorat Ġenerali tas-Servizzi Legali, id-Direttorati Ġenerali tas-Superviżjoni Mikro-Prudenzjali I sa IV jew is-Segretarjat tal-Bord Superviżorju għal mill-inqas sitt xhur jistgħu jibdew jaħdmu għal korporazzjoni finanzjarja stabbilita fl-Unjoni biss wara li jgħaddu tlett xhur mid-data li fiha ntemm ix-xogħol f’dawn l-oqsma tan-negozju;

(c)

membri tal-persunal fil-faxxa tas-salarju K jew ogħla li ħadmu f’xi qasam tan-negozju ieħor tal-BĊE għal mill-inqas sitt xhur jistgħu jibdew jaħdmu għal korporazzjoni finanzjarja stabbilita fl-Unjoni wara li jgħaddu tlett xhur mid-data li fiha ntemm ix-xogħol f’dawn l-oqsma tan-negozju;

(d)

membri tal-persunal fil-faxxa tas-salarju I jew ogħla li waqt l-impjieg tagħhom mal-BĊE kienu involuti f’sorveljanza għal sistemi ta’ ħlas għal mill-inqas sitt xhur jistgħu jibdew jaħdmu għal entità fis-sorveljanza li kienu direttament involuti fiha biss wara li jgħaddu sitt xhur mid-data li fiha ntemm l-involviment dirett tagħhom fis-sorveljanza;

(e)

membri tal-persunal fil-faxxa tas-salarju I jew ogħla li waqt l-impjieg tagħhom mal-BĊE kienu involuti direttament fl-għażla ta’ fornitur jew il-ġestjoni ta’ kuntratt ma’ fornitur jista’ jibda jaħdem biss għal dan il-fornitur wara li:

(1)

jgħaddu sitt xhur jekk il-valur totali tal-kuntratt(i) ma’ dan il-fornitur ikun iktar minn EUR 200 000 imma inqas minn EUR 1 miljun;

(2)

tgħaddi sena jekk il-valur totali tal-kuntratt(i) ma’ dan il-fornitur huwa ta’ EUR 1 miljun jew iktar

mill-jum meta ntemm l-involviment tagħhom;

(f)

membri tal-persunal fil-faxxa tas-salarju I jew ogħla jistgħu, wara l-impjieg tagħhom mal-BĊE, jinvolvu ruħhom f’lobbying u l-avukatura fil-konfront tal-BĊE fuq kwistjonijiet li għalihom kienu responsabbli matul l-impjieg tagħhom mal-BĊE wara li jgħaddu sitt xhur mid-data li fiha ntemmu r-responsabbiltajiet tagħhom għal dawn il-kwistjonijiet;

(g)

membri tal-persunal fil-faxxa tas-salarju I jew ogħla li matul l-impjieg tagħhom mal-BĊE kienu involuti direttament f’tilwima legali jew relazzjoni ta’ kunflitt serju ma’ entità oħra jista’ jibda jaħdem għal din l-entità jew għal kull parti oħra li taġixxi f’isem dik l-entità wara li jgħaddu sitt xhur mid-data li fiha ntemm l-involviment dirett tagħhom.

0.2.8.4.

Jekk l-attività professjonali prevista taqa’ taħt żewġ perjodi ta’ preklużjoni, għandu japplika l-itwal wieħed.

0.2.8.5.

Għall-membri tal-persunal li l-impjieg tagħhom mal-BĊE ma jaqbiżx erba’ snin, it-tul tal-obbligi tan-notifika u l-perjodi ta’ preklużjoni stabbiliti fl-Artikoli 0.2.8.2 u 0.2.8.3 m’għandhomx jaqbżu nofs iż-żmien tal-impjieg tagħhom mal-BĊE.

0.2.8.6.

Fuq talba tal-membru tal-persunal, il-Bord Eżekuttiv jista’ eċċezzjonalment ineħħi jew inaqqas il-perjodi ta’ preklużjoni imniżżla fl-Artikolu 0.2.8.3, jekk ikun hemm ċirkostanzi partikolari li jeskludu kunflitti ta’ interess li jirriżultaw minn attività professjonali sussegwenti. Il-membru tal-persunal għandu jissottometti talba mmotivata inkluż evidenza ta’ sostenn lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza għad-deċiżjoni tal-Bord Eżekuttiv f’perjodu ta’ żmien raġonevoli.

0.2.8.7.

Jekk japplika l-perjodu ta’ preklużjoni stabbilit fl-Artikolu 0.2.8.3(a)(1)(i), il-Bord Eżekuttiv jista’ f’ċirkostanzi eċċezzjonali u fuq proposta mill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza, jiddeċiedi li jżid il-perjodu ta’ preklużjoni sa massimu ta’ sentejn fejn jippersisti l-kunflitt ta’ interess.

0.3.   Standards Professjonali

0.3.1.   Segretezza professjonali

Il-membri tal-persunal għandhom jikkonformaw mar-regoli dwar il-ġestjoni u l-kunfidenzjalità tad-dokumenti, u b’mod partikolari jitolbu awtorizzazzjoni biex jiżvelaw informazzjoni fi ħdan u barra l-BĊE, fejn meħtieġ.

0.3.2.   Relazzjonijiet ma’ partijiet esterni

0.3.2.1.

Il-membri tal-persunal għandhom iżommu f’moħħhom l-indipendenza tal-BĊE, ir-reputazzjoni u l-ħtieġa li tinżamm is-segretezza professjonali. Fil-qadi tad-dmirijiet professjonali tagħhom, il-membri tal-persunal la għandhom jitolbu u lanqas jieħdu struzzjonijiet mingħand xi gvern, awtorità, organizzazzjoni jew persuna barra mill-BĊE. Il-membri tal-persunal għandhom jinformaw lill-maniġer dirett tagħhom b’kull tentattiv minn parti terza sabiex tinfluwenza lill-BĊE fil-qadi ta’ dmirijietu.

Meta jesprimu l-fehmiet dwar kwistjonijiet li fuqhom il-BĊE ma jkunx stabbilixxa pożizzjoni, il-membri tal-persunal għandhom jgħidu b’mod espliċitu li l-fehmiet personali tagħhom mhux neċessarjament jirriflettu dawk tal-BĊE.

0.3.2.2.

Il-membri tal-persunal għandhom iżommu livell għoli ta’ aċċessibbiltà fil-kuntatti tagħhom ma’ istituzzjonijiet Ewropej, korpi, aġenziji u organizzazzjonijiet internazzjonali u jkunu kapaċi jirreaġixxu u jagħmlu lilhom infushom disponibbli għal reazzjonijiet f’waqthom.

Il-membri tal-persunal għandhom imexxu r-relazzjonijiet tagħhom mal-kollegi fil-banek ċentrali nazzjonali tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jipparteċipaw fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU) fi spirtu ta’ kooperazzjoni reċiproka mill-qrib, filwaqt li jżommu f’moħħhom l-obbligi tagħhom lejn il-BĊE u r-rwol imparzjali tal-BĊE fi ħdan is-SEBĊ.

0.3.2.3.

Il-membri tal-persunal għandhom ikunu kawti fir-relazzjonijiet tagħhom ma’ gruppi ta’ interess u mal-midja. Il-membri tal-persunal għandhom jirreferu t-talbiet kollha għall-informazzjoni mill-pubbliku ġenerali jew mill-midja lid-Direttorat Ġenerali tal-Komunikazzjoni u s-Servizzi Lingwistiċi (DG/C) skont id-dispożizzjonijiet imniżżla fil-Manwal dwar il-Prattiċi tan-Negozju. Membri tal-persunal għandhom jirreferu t-talbiet kollha mill-pubbliku ġenerali jew mill-midja għall-aċċess għal dokumenti tal-BĊE lid-Direttorat Ġenerali tas-Segretarjat skont id-dispożizzjonijiet imniżżla fil-Manwal dwar il-Prattiċi tan-Negozju.

0.3.2.4.

Membri tal-persunal li għandhom il-ħsieb li jitkellmu f’xi konferenzi esterni jew seminars jew jikkonsidraw li jikkontribbwixxu f’pubblikazzjonijiet esterni għandhom jitolbu l-awtorizzazzjoni minn qabel skont il-Manwal dwar il-Prattiċi tan-Negozju u jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet rilevanti.

0.3.2.5.

L-Artikoli 0.3.2.3 u 0.3.2.4 m’għandhomx japplikaw għar-rappreżentanti tal-persunal fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jaqgħu fi ħdan il-mandat tagħhom. Rappreżentanti tal-persunal jistgħu jinformaw lid-DG/C dwar kull kuntatti mill-midja, diskorsi jew pubblikazzjonijiet esterni fi żmien raġonevoli minn qabel. Id-dmir tal-lealtà u l-obbligi tas-segretezza professjonali għandhom jibqgħu applikabbli bis-sħiħ fil-każijiet kollha.

0.3.3.   Relazzjonijiet Interni

0.3.3.1.

Il-membri tal-persunal għandhom jikkonformaw mal-istruzzjonijiet tal-maniġers tagħhom u mal-linji ta’ rapportar applikabbli. Jekk il-membri tal-persunal jikkonsidraw li struzzjoni mogħtija lilhom hija irregolari, dawn għandhom jinformaw lill-maniġer dirett tagħhom bit-tħassib tagħhom, jew, jekk jidhrilhom li l-maniġer dirett tagħhom ma indirizzax it-tħassib tagħhom b’mod suffiċjenti, lid-Direttur Ġenerali, lid-Direttur jew lid-Deputat tagħhom. Jekk l-istruzzjoni tiġi kkonfermata mid-Direttur Ġenerali, mid-Direttur jew mid-Deputat tagħhom, il-membri tal-persunal għandhom jeżegwixxu din l-istruzzjoni sakemm ma tkunx manifestament illegali.

0.3.3.2.

Il-membri tal-persunal m’għandhomx jitolbu lil membri oħrajn tal-persunal biex iwettqu xogħol privat għalihom jew għal ħaddieħor.

0.3.3.3.

Il-membri tal-persunal għandhom iġibu ruħhom b’mod leali lejn il-kollegi tagħhom. B’mod partikolari, il-membri tal-persunal la għandhom iżommu minn membri oħra tal-persunal informazzjoni li tista’ taffettwa t-tmexxija tan-negozju, partikolarment sabiex jiksbu vantaġġ personali, u lanqas jagħtu informazzjoni li hija falza, mhux preċiża jew esaġerata. Barra minn hekk, m’għandhomx ixekklu jew jirrifjutaw li jikkooperaw ma’ kollegi.

0.3.4.   Rispett għall-prinċipju ta’ separazzjoni bejn il-funzjonijiet superviżorji u tal-politika monetarja

Il-membri tal-persunal għandhom jirrispettaw il-prinċipju ta’ separazzjoni bejn il-funzjonijiet superviżorji u tal-politika monetarja kif speċifikat fir-regoli li jimplimentaw dan il-prinċipju.

0.4.   Tranżazzjonijiet finanzjarji privati

0.4.1.   Prinċipji ġenerali

0.4.1.1.

Il-membri tal-persunal għandhom jużaw l-akbar kawtela u attenzjoni meta jagħmlu tranżazzjonijiet finanzjarji privati akkont tagħhom infushom jew akkont ta’ parti terza sabiex iħarsu r-reputazzjoni u l-kredibbiltà tal-BĊE kif ukoll tal-kunfidenza pubblika fl-integrità u l-imparzjalità tal-persunal tiegħu. It-tranżazzjonijiet finanzjarji privati għandhom ikunu mhux spekulattivi, ristretti u fi proporzjon raġonevoli mal-ġid u d-dħul tagħhom sabiex ma jpoġġux l-indipendenza finanzjarja tagħhom f’riskju.

0.4.1.2.

L-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jista’ joħroġ linji gwidi vinkolanti għall-interpretazzjoni u l-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu. Soġġett għall-approvazzjoni mill-Bord Eżekuttiv, l-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jista’ b’mod partikolari jispeċifika iktar tranżazzjonijiet finanzjarji privati li għandhom ikunu pprojbiti jew suġġetti għall-awtorizzazzjoni minn qabel skont l-Artikoli 0.4.2.2 u 0.4.2.3 jekk dawn it-tranżazzjonijiet huma jew jistgħu jitqiesu li huma f’kunflitt mal-operazzjonijiet tal-BĊE. L-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza għandu jippubblika dawn il-linji gwida permezz ta’ mezzi xierqa.

0.4.1.3.

Il-membri tal-persunal għandhom ikunu pprojbiti milli jużaw jew jipprovaw jużaw informazzjoni li tikkonċerna l-attivitajiet tal-BĊE, banek ċentrali nazzjonali, awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, u li għadha ma saritx pubblika jew mhijiex aċċessibbli għall-pubbliku (minn hawn ‘il quddiem “informazzjoni interna”), għall-benefiċċju tal-interessi privati tagħhom jew ta’ ħaddieħor.

Il-membri tal-persunal huma speċifikament ipprojbiti milli jieħdu vantaġġ minn informazzjoni interna f’kull tranżazzjoni finanzjarja privata jew fir-rakkomandazzjoni jew fl-għoti ta’ parir kontra tranżazzjonijiet bħal dawn.

0.4.1.4.

F’każ ta’ dubju fir-rigward tal-interpretazzjoni ta’ dan l-Artikolu, il-membri tal-persunal għandhom jitolbu l-parir tal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza qabel jinvolvu ruħhom fi tranżazzjoni finanzjarja privata.

0.4.2.   Kategoriji ta’ tranżazzjonijiet finanzjarji privati

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ġenerali mniżżla fl-Artikoli 0.4.1 u 0.4.3, il-membri tal-persunal għandhom jikkonformaw mar-regoli applikabbli għall-kategoriji li ġejjin:

(a)

tranżazzjonijiet finanzjarji privati eżentati;

(b)

tranżazzjonijiet finanzjarji privati pprojbiti;

(c)

tranżazzjonijiet finanzjarji privati suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel;

(d)

tranżazzjonijiet finanzjarji privati suġġetti għal rapportar ex-post.

0.4.2.1.   Tranżazzjonijiet finanzjarji privati eżentati

Mingħajr preġudizzju għall-obbligi ġenerali mniżżla fl-Artikoli 0.4.1 u 0.4.3, il-membri tal-persunal jistgħu jagħmlu dawn it-tranżazzjonijiet finanzjarji li ġejjin mingħajr ma jkunu suġġetti għal ebda restrizzjoni jew obbligu ta’ notifika:

(a)

xiri jew bejgħ ta’ unitajiet fi skema ta’ investiment kollettiv li fir-rigward tagħhom il-membru tal-persunal m’għandux influwenza fuq il-politika ta’ investiment, ħlief għall-iskemi li l-iskop ewlieni tagħhom huwa li jinvestu f’assi li jaqgħu taħt l-Artikoli 0.4.2.2(b) u 0.4.2.3(b) u (c), kif ukoll trasferimenti ta’ fondi u tranżazzjonijiet ta’ kambju barrani direttament konnessi ma’ dan ix-xiri jew bejgħ;

(b)

xiri jew fidi ta’ poloz tal-assigurazzjoni jew annwalitajiet;

(c)

xiri jew bejgħ ta’ kambju barrani għall-akkwist okkażjonali ta’ investimenti jew assi mhux finanzjarji, għall-finijiet ta’ vjaġġar privat, jew biex ikopru spejjeż personali preżenti jew futuri f’munita differenti minn dik li fiha jitħallas is-salajru tal-membru tal-persunal;

(d)

infiq, inkluż xiri jew bejgħ ta’ investimenti mhux finanzjarji jew assi inkluża proprjetà immobbli;

(e)

arranġamenti ta’ ipoteki;

(f)

trasferiment ta’ fondi minn kont kurrenti jew ta’ tfaddil tal-membru tal-persunal fi kwalunkwe munita għall-kont kurrenti jew ta’ tfaddil ieħor li hu proprjetà tagħhom jew ta’ parti terza;

(g)

tranżazzjonijiet finanzjarji privati oħra li la huma pprojbiti u lanqas suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel u li l-valur tagħhom ma jaqbiżx l-EUR 10 000 fi kwalunkwe xahar kalendarju partikolari. Il-membri tal-persunal m’għandhomx jaqsmu it-tranżazzjonijiet finanzjarji privati sabiex jevitaw dan il-limitu.

0.4.2.2.   Tranżazzjonijiet finanzjarji privati pprojbiti

Il-membri tal-persunal m’għandhom jagħmlu l-ebda waħda minn dawn it-tranżazzjonijiet finanzjarji privati:

(a)

tranżazzjonijiet relatati jew ma’ entità ġuridika privata jew individwi li magħhom il-membru tal-persunal jkollu relazzjoni professjonali għaddejja f’isem il-BĊE;

(b)

tranżazzjonijiet li jikkonċernaw (i) bonds kummerċjabbli individwali u ishma maħruġa minn korporazzjonijiet finanzjarji (ħlief banek ċentrali) stabbiliti jew li għandhom fergħa fl-Unjoni; (ii) strumenti derivattivi relatati ma’ dawn il-bonds jew ishma; (iii) strumenti kkombinati jekk wieħed mill-komponenti jaqa’ taħt (i) jew (ii); u (iv) skemi ta’ investiment kollettiv li l-għan prinċipali tagħhom huwa li jinvestu f’dawn il-bonds, ishma jew strumenti.

0.4.2.3.   Tranżazzjonijiet finanzjarji privati suġġetti għal awtorizzazzjoni minn qabel

Il-membri tal-persunal għandhom jitolbu l-awtorizzazzjoni tal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza qabel ma jagħmlu t-tranżazzjonijiet finanzjarji li ġejjin:

(a)

innegozzjar għal żmien qasir, jiġifieri il-bejgħ jew xiri ta’ assi bl-istess Numru Internazzjonali għall-Identifikazzjoni tat-Titoli (ISIN) li nxtraw jew inbiegħu fix-xahar preċedenti. L-ebda awtorizzazzjoni mhi meħtieġa jekk il-bejgħ sussegwenti jsir fl-eżekuzzjoni ta’ ordni ta’ waqfien ta’ telf li l-membru tal-persunal ikun ta lis-sensar finanzjarju tiegħu;

(b)

tranżazzjonijiet li jaqbżu l-EUR 10 000 fi kwalunkwe xahar kalendarju partikolari f’(i) titoli tal-gvern maħruġa minn Stati Membru taż-żona tal-euro (ii) strumenti derivattivi relatati ma’ dawn il-bonds jew ishma; (iii) strumenti kkombinati jekk wieħed mill-komponenti jaqa’ taħt (i) jew (ii); u (iv) skemi ta’ investiment kollettiv li l-għan prinċipali tagħhom huwa li jinvestu f’dawn il-bonds, ishma jew strumenti.

(c)

tranżazzjonijiet li jaqbżu EUR 10 000 fi kwalunkwe xahar kalendarju partikolari fi (i) strumenti derivattivi tad-deheb jew relatati mad-deheb (ii) ishma, bonds jew strumenti derivattivi relatati maħruġa minn kumpaniji li n-negozju ewlieni tagħhom huwa l-estrazzjoni ta’ minerali mill-minjieri jew il-produzzjoni tad-deheb (iii) strumenti kkombinati jekk wieħed mill-komponenti jaqa’ taħt (i) jew (ii); u (iv) skemi ta’ investiment kollettiv li l-għan prinċipali tagħhom huwa li jinvestu f’dawn il-bonds, ishma jew strumenti.

(d)

tranżazzjonijiet ta’ kambju barrani minbarra dawk elenkati fl-Artikolu 0.4.2.1(c) u li jaqbżu EUR 10 000 fi kwalunkwe xahar kalendarju partikolari.

0.4.2.4.   Tranżazzjonijiet finanzjarji privati suġġetti għal rapportar ex-post

Il-membri tal-persunal għandhom jirrapportaw lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza kull tranżazzjoni finanzjarja privata li taqbeż EUR 10 000 fi kwalunkwe xahar kalendarju partikolari li ma taqax taħt waħda mit-tliet kategoriji preċedenti fi żmien 30 jum kalendarju wara l-eżekuzzjoni tagħhom. L-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza għandu jiddefinixxi l-informazzjoni li għandha tiġi rrapportata, il-format tar-rapportar u l-proċedura.

L-obbligu tar-rapportar għandu japplika b’mod partikolari għal:

(a)

self minbarra ipoteki (inkluż qlib minn arranġament fiss għal wieħed floating, jew viċe versa, jew testendi s-self eżistenti). Il-membri tal-persunal għandhom jindikaw jekk is-self huwiex użat għall-akkwist ta’ strumenti finanzjarji;

(b)

derivattivi relatati mar-rata tal-imgħax u derivattivi bbażati fuq indiċijiet;

(c)

xiri jew bejgħ ta’ ishma ta’ korporazzjonijiet li mhumiex dawk imsemmija fl-Artikolu 0.4.2.2(b) u bonds maħruġin minn dawn il-korporazzjonijiet.

0.4.2.5.   Assi eżistenti li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet ipprojbiti

Il-membri tal-persunal jistgħu jżommu assi li jirriżultaw minn tranżazzjonijiet skont it-tifsira tal-Artikolu 0.4.2.2:

(a)

li huma jkollhom fil-mument meta jsiru suġġetti għar-restrizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 0.4;

(b)

li huma jakkwistaw f’xi żmien wara mingħajr azzjoni min-naħa tagħhom, b’mod partikolari b’wirt, rigal, bidla fl-istatus tal-familja, jew bħala riżultat ta’ bidla fl-istruttura kapitali jew bidla fil-kontroll tal-entità li fiha l-membru tal-persunal ikollu l-assi jew id-drittijiet;

(c)

li jkunu akkwistaw fi żmien meta t-tranżazzjoni kienet għadha mhijiex ipprojbita.

Il-membri tal-persunal jistgħu jiddisponu minn jew jeżerċitaw kull dritt marbut ma’ dawk l-assi suġġett għall-awtorizzazzjoni minn qabel tal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza.4

Il-membri tal-persunal għandhom jitolbu l-parir tal-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jekk iż-żamma ta’ dawn l-assi tista’ toħloq kunflitt ta’ interess. F’dan il-każ, l-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jista’ jitlob lill-membru tal-persunal sabiex jiddisponi minn dawn l-assi f’perjodu ta’ żmien raġonevoli, jekk tali trasferiment ikun meħtieġ biex jiġi evitat kunflitt ta’ interess.

0.4.2.6.   Talba għal awtorizzazzjoni

Kull talba għal awtorizzazzjoni skont l-Artikolu 0.4.2.3 jew 0.4.2.5 għandha tiġi sottomessa lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza mill-inqas ħamest ijiem tax-xogħol qabel id-data tal-ordni prevista fil-format speċifikat mill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza. L-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza għandu jiddeċiedi dwar it-talba fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol billi jikkunsidra b’mod partikolari u fejn relevanti: (a) id-dmirijiet professjonali tal-membru tal-persunal u l-aċċess tiegħu għall-informazzjoni relevanti interna; (b) in-natura spekulattiva/mhux spekulattiva tat-tranżazzjoni; (c) l-ammonti involuti, jekk indikati; (d) ir-riskju għar-reputazzjoni għall-BĊE; (e) iż-żmien, b’mod partikolari il-prossimità tal-laqgħa tal-korpi responsabbli għat-teħid tad-deċizjonijiet tal-BĊE. L-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jista’ jagħmel awtorizzazzjoni soġġetta għal ċerti kundizzjonijiet. Jekk l-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza ma jirreaġixxix għat-talba għall-awtorizzazzjoni fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol, it-tranżazzjoni għandha titqies li ġiet awtorizzata.

0.4.2.7.   Ġestjoni diskrezzjonali tal-assi minn partijiet terzi

It-tranżazzjonijiet finanzjarji għandhom ikunu eżenti mir-restrizzjonijiet stipulati fl-Artikoli 0.4.2.2 sa 0.4.2.6 sal-punt li dawn ikunu magħmula minn terza persuna li għad-diskrezzjoni tagħha l-membru tal-persunal ikun afda l-ġestjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji privati tiegħu skont ftehim bil-miktub dwar il-ġestjoni tal-assi. Din l-eżenzjoni hija suġġetta għall-awtorizzazzjoni mill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza. L-awtorizzazzjoni għandha tingħata jekk tiġi pprovduta evidenza li t-termini u l-kundizzjonijiet jiżguraw li l-membru tal-persunal ma jistax jinfluwenza direttament jew indirettament kwalunkwe deċiżjoni ta’ ġestjoni li għandha tittieħed mit-terza persuna. Il-membru tal-persunal għandu jinforma lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza dwar kull bidla fit-termini u l-kundizzjonijiet tal-ftehim dwar il-ġestjoni tal-assi.

0.4.3.   Monitoraġġ tal-konformità

0.4.3.1.

Il-membri tal-persunal għandhom jipprovdu lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza b’lista attwali ta’:

(a)

il-kontijiet bankarji tagħhom, inklużi l-kontijiet konġunti, kontijiet ta’ kustodja, kontijiet ta’ kard tal-kreditu u kontijiet ma’ sensara finanzjarji; u

(b)

kull prokura mogħtija lilhom minn partijiet terzi b’konnessjoni mal-kontijiet bankarji tagħhom, inklużi kontijiet ta’ kustodja. Il-membri tal-persunal jistgħu iżommu jew jużaw biss prokuri għall-kontijiet bankarji ta’ terzi meta jkunu awtorizzati li jipprovdu lill-BĊE bir-rekords relevanti skont l-Artikolu 0.4.3.2.

Il-membri tal-persunal għandhom iżommu din il-lista aġġornata.

0.4.3.2.

Minħabba l-obbligi tar-rapportar skont l-Artikolu 0.4.3, il-membri tal-persunal għandhom iżommu rekords tas-snin kalendarji preżenti u ta’ qabel ta’ dawn kollha li ġejjin:

(a)

rendikonti għall-kontijiet kollha mniżżla fl-Artikolu 0.4.3.1;

(b)

kull bejgħ jew xiri ta’ assi finanzjarji jew drittijiet magħmula minn membri tal-persunal jew partijiet terzi għar-riskju u f’isem il-membri tal-persunal jew magħmula minn membri tal-persunal għar-riskju u f’isem il-partijiet terzi;

(c)

il-konklużjoni jew l-emenda ta’ ipoteki jew self ieħor b’riskju għalihom u f’isimhom, jew minnhom b’riskju għal u f’isem ħaddieħor;

(d)

in-negozjati tagħhom fir-rigward ta’ pjanijiet għall-irtirar, inkluż is-Sistema tal-Pensjoni u l-Pjan tal-Irtirar tal-BĊE;

(e)

kull prokura mogħtija lilhom minn partijiet terzi b’konnessjoni mal-kontijiet bankarji tagħhom, inklużi kontijiet ta’ kustodja;

(f)

it-termini u l-kundizzjonijiet ta’ kull ftehim bil-miktub dwar il-ġestjoni tal-assi kif iddefinit fl-Artikolu 0.4.2.7 u tal-emendi għal dan il-ftehim.

0.4.3.3.

Suġġett għall-approvazzjoni tal-Bord Eżekuttiv, l-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jista’ jitlob fornitur tas-servizz estern biex iwettaq:

(a)

verifiki regolari tal-konformità li jkopru ċertu persentaġġ ta’ membri tal-persunal kif stabbilit mill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza; u

(b)

verifiki tal-konformità ad-hoc li jiffukaw jew fuq grupp speċifiku tal-membri tal-persunal jew fuq tipi speċifiċi ta’ tranżazzjonijiet.

Għall-finijiet ta’ dawn il-verifiki tal-konformità, l-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jista’ jitlob lill-membru tal-persunal ikkonċernat biex jipprovdi, għall-perjodu taż-żmien li jrid jiġi speċifikat, ir-rekords elenkati fl-Artikolu 0.4.3.2 f’envelopp issiġillat għat-trażmissjoni lill-fornitur tas-servizz estern. Il-membri tal-persunal għandhom jipprovdu dawn ir-rekords matul il-limitu taż-żmien stabbilit mill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza.

0.4.3.4.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 0.4.3.5, il-fornitur tas-servizz estern għandu jittratta l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha li jirċievi b’kunfidenza stretta u għandu jużaha biss għall-finijiet li jwettaq il-verifiki tal-konformità.

0.4.3.5.

Jekk il-fornitur tas-servizz estern jidentifika evidenza li twassal għal suspett ta’ ksur tad-dmirijiet professjonali tal-membru tal-persunal jew ksur tad-dmirijiet kuntrattwali minn persuna esterna li taħdem għall-BĊE u suġġetta għar-restrizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 0.4 permezz tal-kuntratt tagħhom, huma għandhom jirrapportaw dan il-ksur potenzjali flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ appoġġ lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza. L-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza għandu jevalwa l-ksur potenzjali u, jekk is-suspett huwa sostanzjat, jirrapportah lill-korp kompetenti jew lil qasam/oqsma tan-negozju għal iktar investigazzjonijiet, jekk meħtieġ, jew għal segwitu dixxiplinarju. Ir-rapport tal-fornitur tas-servizzi estern, inkluża d-dokumentazzjoni tal-appoġġ sottomessa skont ir-regoli ta’ hawn fuq, jistgħu ikunu parti minn kull proċedura interna sussegwenti u/jew esterna.

0.4.3.6.

L-obbligi tal-membri tal-persunal skont l-Artikolu 0.4.3 għandu jkompli japplika sal-aħħar tas-sena kalendarja ta’ wara s-sena li fiha jkun intemm l-impjieg tagħhom. Il-projbizzjoni tal-użu tal-informazzjoni interna mniżżla fl-Artikolu 0.4.1.3 għandha tkompli tapplika sakemm l-informazzjoni ma tkunx saret pubblika.

0.5.   Dinjità fuq il-post tax-xogħol

0.5.1.   Il-membri tal-persunal għandhom jirrispettaw id-dinjità tal-kollegi tagħhom u joqgħodu lura minn kull imġieba mhux xierqa li tkun ta’ ma jagħmilx ġieh lil ħaddieħor. Huma għandhom juru sensittività u rispett għal ħaddieħor.

0.5.2.   Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan il-qafas dwar l-etika, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

1.

“Dinjità fuq il-post tax-xogħol” tfisser in-nuqqas ta’ mġieba mhux xierqa. Imġieba mhux xierqa tfisser kull forma ta’ diskriminazzjoni diretta jew indiretta, vjolenza fiżika, fastidju psikoloġiku (imsejjaħ ukoll bullying jew mobbing) u fastidju sesswali.

2.

“Diskriminazzjoni diretta” għandha titqies li sseħħ meta persuna waħda, minħabba n-nazzjonalità, is-sess, ir-razza jew l-oriġini etnika, ir-reliġjon jew it-twemmin, id-diżabbiltà, l-età jew l-orjentazzjoni sesswali tagħha, tkun, kienet jew tkun ser tiġi ttrattata b’mod inqas favorevoli minn persuna oħra f’sitwazzjoni komparabbli.

3.

“Diskriminazzjoni indiretta” għandha titqies li sseħħ meta dispożizzjoni, kriterju jew prattika apparentament newtrali tpoġġi lil persuna fi żvantaġġ partikolari għal raġunijiet ta’ nazzjonalità, sess, razza jew oriġini etnika, reliġjon jew twemmin, diżabbiltà, età jew orjentazzjoni sesswali meta kkomparata ma’ persuna oħra, sakemm id-dispożizzjoni, il-kriterju jew il-prattika ma tkunx iġġustifikata b’mod oġġettiv.

4.

“Vjolenza fiżika” tfisser l-użu intenzjonali ta’ forza fiżika jew it-theddida ta’ forza fiżika kontra persuna oħra li tirriżulta fi ħsara fiżika, sesswali jew psikoloġika.

5.

“Fastidju psikoloġiku” jfisser kull aġir mhux xieraq li jseħħ fuq perjodu ta’ żmien, ikun ripetittiv jew sistematiku u li jinvolvi imġieba fiżika, lingwa bil-miktub jew mitkellma, sinjali jew atti oħra intenzjonali li jistgħu ikasbru l-personalità, id-dinjità jew l-integrità psikoloġika jew fiżika ta’ persuna.

6.

“Fastidju sesswali” tfisser aġir relatat mas-sess li ma jkunx mixtieq mill-persuna li lejha tkun indirizzata u li għandha l-għan jew l-effett li toffendi lil dik il-persuna jew li toħloq ambjent intimidanti, ostili, offensiv jew skomdu.

L-inadegwatezza tal-imġieba għandha tkun eżaminata b’mod oġġettiv mill-perspettiva ta’ terza persuna raġonevoli.

0.5.3.   Proċeduri

0.5.3.1.

Il-membri tal-persunal li jqisu li kienu fil-mira ta’ mġieba mhux xierqa jistgħu jirrikorru kemm għal proċedura informali kif ukoll għal proċedura formali. Il-membri tal-persunal li jiftħu waħda minn dawn il-proċeduri m’għandhom isofru l-ebda konsegwenza negattiva, sakemm fil-kuntest tal-proċedura huma ma jinstabx li huma għamlu lmenti foloz jew malizzjużi apposta.

0.5.3.2.

Proċedura informali

Taħt il-proċedura informali, il-membru tal-persunal kkonċernat jista’/tista’:

(a)

javviċina/tavviċina direttament lill-persuna allegatament ħatja;

(b)

jinvolvi/tinvolvi persuna ta’ fiduċja tal-għażla tiegħu/tagħha inkluż rappreżentant tal-persunal;

(c)

jinvolvi/tinvolvi lill-maniġer dirett għall-azzjoni immedjata tal-maniġment; jew

(d)

jinvolvi/tinvolvi lill-Counsellor Soċjali.

0.5.3.3.

Proċedura formali

Jekk il-membru tal-persunal ikkonċernat jikkunsidra li l-proċedura informali mhijiex xierqa jew jekk il-proċedura informali ma rnexxietx, il-membru tal-persunal kkonċernat jista’ jitlob lid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani, Baġit u Organizzazzjoni jew lid-Deputat tagħhom biex jieħdu miżuri xierqa (interim). Id-Direttur Ġenerali jew id-Deputat tagħhom għandhom jittrattaw dawn it-talbiet malajr, b’mod serju u kunfidenzjali. Jekk meħtieġ, id-Direttur Ġenerali jew id-Deputat tagħhom jistgħu jirrapportaw il-kwistjoni lill-korp kompetenti sabiex jiddeċiedu jekk għandhomx jibdew inkjesta amministrattiva interna.

0.5.3.4.

Maniġers li jsiru konxji ta’ mġieba mhux xierqa li ma tistax tiġi indirizzata kif xieraq permezz ta’ azzjoni immedjata tal-maniġment għandhom mingħajr dewmien jirrapportaw lid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani, Baġit u l-Organizzazzjoni jew lid-Deputat tagħhom li għandhom jiddeċiedu dwar is-segwitu skont l-Artikolu 0.5.3.

0.5.3.5.

Membri oħra tal-persunal li jsiru konxji mill-imġieba mhux xierqa jistgħu jirrapportaw din l-imġieba lill-maniġer dirett jew, jekk hemm bżonn, direttament lid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani, Baġit u Organizzazzjoni jew lid-Deputat tagħhom. Ir-regoli dwar il-protezzjoni tal-persunal li jirrapportaw ksur tad-dmirijiet professjonali għandhom japplikaw kif meħtieġ.

0.6.   Użu tar-riżorsi tal-BĊE

Il-membri tal-persunal għandhom jirrispettaw u jipproteġu l-proprjetà tal-BĊE. It-tagħmir u l-faċilitajiet kollha, hi x’inhi n-natura tagħhom, huma pprovduti mill-BĊE għall-użu uffiċjali biss, sakemm l-użu għal raġunijiet privati mhuwiex permess jew skont ir-regoli interni relevanti fil-Manwal dwar il-Prattiċi tan-Negozju jew b’awtorizzazzjoni speċjali mid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani, Baġit u Organizzazzjoni jew id-Deputat tagħhom. Il-membri tal-persunal għandhom jieħdu kull miżura raġjonevoli u xierqa biex l-ispejjeż jiġu llimitati, sabiex ir-riżorsi disponibbli jistgħu jintużaw bl-aktar mod effiċjenti.

0.7.   Implimentazzjoni

0.7.1.

Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 0.4.2, l-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza, flimkien mad-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani, Baġit u Organizzazzjoni jew mad-Deputat tagħhom, jistgħu joħorġu linji gwida dwar l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tal-qafas dwar l-etika.

0.7.2.

Il-membri tal-persunal jistgħu jitolbu lill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza, jew lid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani, Baġit u l-Organizzazzjoni jew lid-Deputat tagħhom f’każijiet fejn huma kompetenti li jiddeċiedu, biex jipprovdu gwida fuq kull kwistjoni relatata mal-konformità tagħhom mal-qafas tal-etika. Il-kondotta tal-persunal li tikkonforma bis-sħiħ mal-parir mogħti mill-Uffiċċju għall-Konformità u l-Governanza jew mid-Direttur Ġenerali tar-Riżorsi Umani, Baġit jew Organizzazzjoni għandha tkun preżunta li tikkonforma mal-qafas tal-etika u m’għandhiex tagħti lok għal xi proċedura dixxiplinarja. Madankollu, tali parir m’għandux jeżonera lill-persunal minn kull obbligu skont il-liġi nazzjonali.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

20.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/17


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-19 ta’ Ġunju 2015

(2015/C 204/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1299

JPY

Yen Ġappuniż

139,19

DKK

Krona Daniża

7,4611

GBP

Lira Sterlina

0,71340

SEK

Krona Żvediża

9,2177

CHF

Frank Żvizzeru

1,0449

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,8255

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,211

HUF

Forint Ungeriż

312,85

PLN

Zloty Pollakk

4,1729

RON

Leu Rumen

4,4875

TRY

Lira Turka

3,0645

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4591

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3865

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7585

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6393

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5110

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 249,77

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,8608

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0160

HRK

Kuna Kroata

7,5765

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 050,27

MYR

Ringgit Malażjan

4,2298

PHP

Peso Filippin

50,887

RUB

Rouble Russu

61,4023

THB

Baht Tajlandiż

38,066

BRL

Real Brażiljan

3,4665

MXN

Peso Messikan

17,3146

INR

Rupi Indjan

71,8193


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

20.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/18


DEĊIŻJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU

tal-1 ta’ Ġunju 2015

dwar il-ħatra tal-Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku

(BERS/2015/1)

(2015/C 204/06)

IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (1),

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni [tal-individwi] fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (3), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2012/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tat-13 ta’ Lulju 2012 li timplimenta regoli dwar il-protezzjoni tad-data fi ħdan il-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Barbara Eggl hija maħtura bħala Uffiċjal għall-Protezzjoni tad-Dejta (DPO) tal-Bord Ewropew għar-Riskju Sistemiku (BERS) b’effett mill-1 ta’ Ġunju 2015 sal-31 ta’ Mejju 2017. Eggl hija maħtura bħala d-DPO tal-BERS fil-kapaċità tagħha bħala membru tal-persunal u DPO tal-Bank Ċentrali Ewropew.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-1 ta’ Ġunju 2015.

Il-President tal-BERS

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1.

(2)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(3)  ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162.

(4)  ĠU C 286, 22.9.2012, p. 16.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

20.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/19


Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7650 — Katara Hospitality / Starwood Hotel & Resorts Worldwide / Westin Excelsior Hotel)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 204/07)

1.

Fil-11 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Katara Hospitality (“Katara”, il-Qatar), finalment ikkontrollata minn Qatar Investment Authority (“QIA”, il-Qatar), u Starwood Hotel & Resorts Worldwide, Inc. (“Starwood”, l-Istati Uniti tal-Amerika), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-proprjetà immobbli magħrufa bħala Westin Excelsior Hotel ta’ Ruma (l-Italja) u n-negozju u l-maniġment relatat tagħha permezz ta’ xiri ta’ ishma u kuntratt ta’ maniġment.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Katara: propjetarja, timmaniġġa u tiżviluppa lukandi mad-dinja kollha.

QIA huwa l-fond ta’ investiment sovran tal-Istat tal-Qatar.

għal Starwood: proprjetarja, franchising u timmaniġġa l-lukandi madwar id-dinja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7650 — Katara Hospitality / Starwood Hotel & Resorts Worldwide / Westin Excelsior Hotel, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

20.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/20


Pubblikazzjoni ta' applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2015/C 204/08)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta' oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

SPEĊIFIKAZZJONI TAL-PRODOTT TA’ SPEĊJALITÀ TRADIZZJONALI GARANTITA

“JĀŅU SIERS”

Nru tal-UE: LV-TSG-0007-01264 – 09.10.2014

IL-LATVJA

1.   Isem għar-reġistrazzjoni

“Jāņu siers”

2.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobon

3.   Raġunijiet għar-reġistrazzjoni

3.1.   Indika jekk il-prodott

    jirriżultax minn metodu ta’ produzzjoni, ipproċessar jew kompożizzjoni li jikkorrispondi għal prattika tradizzjonali għal dak il-prodott jew oġġett tal-ikel

    huwiex manifatturat minn materja prima jew ingredjenti li kienu jintużaw tradizzjonalment.

Il-metodu tal-preparazzjoni, ir-riċetta, id-dehra, il-lewn u t-togħma jagħtu lill-“Jāņu siers” il-karattru tradizzjonali tiegħu, li baqa' l-istess għal għexieren jew saħansitra mijiet ta’ snin.

Il-“Jāņu siers” huwa ġobon frisk magħmul mill-ħalib qares, kif ġej: Il-ħalib jitbaqqat biss permezz tal-ħmira tal-batterji tal-aċidu lattiku jew baqtiet. Il-“Jāņu siers” huwa magħmul minn ħalib u baqtiet; dawn jissaħħnu biex jitneħħa x-xorrox, u jiżdiedu butir jew krema, bajd, melħ u żrieragħ tal-karwija ma' dak li jkun fadal. Il-massa li tirriżulta tissaħħan u titħawwad b’mod vigoruż sakemm tinkiseb konsistenza omoġenja.

3.2.   Indika jekk l-isem

    kienx jintuża tradizzjonalment sabiex jirreferi għall-prodott speċifiku

    jidentifikax il-karattru tradizzjonali jew il-karattru speċifiku tal-prodott

Jāņi huwa l-iktar festival Latvjan rikk fit-tradizzjonijiet, li jiċċelebra l-bidu tas-sajf. Għadd ta’ tradizzjonijiet huma marbuta mal-Jāņi, bħall-insiġ ta’ kuruni tal-fjuri, it-tiżjin tad-dar bil-fjuri, ħwawar u ħxejjex tradizzjonalment miġbura matul il-Jāņi, kant, ħġejjeġ u t-tħejjija ta’ ikel speċjali. Meta l-kruċjati Ġermaniżi waslu fuq ix-xtut tal-Baħar Baltiku fis-seklu 12, baqgħu sorpriżi bl-iskala ta' ċelebrazzjonijiet għaddejjin madwar ħġejjeġ fil-lejl tal-Jāņi. Il-birra u l-“Jāņu siers” huma parti integrali taċ-ċelebrazzjonijiet fil-lejl tal-Jāņi. L-isem “Jāņu siers”, li jirreferi għall-ġobon li jittiekel waqt iċ-ċelebrazzjonijiet tal-bidu tas-sajf (Jāņi), huwa mniżżel fil-kanzunetti folkloristiċi tradizzjonali Latvjani, meqjusa bħala teżor tal-folklor orali Latvjan. Dawn inġabru, ġew organizzati u editjati minn Krišjānis Barons bejn l-1894 u l-1915 fix-xogħol tiegħu Latvju dainas.

4.   Deskrizzjoni

4.1.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1, inklużi l-karatteristiċi fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tiegħu li juru l-karattru speċifiku tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Il-“Jāņu siers” huwa ġobon magħmul minn ħalib qares b'togħma u aroma nadifa ta' aċidu lattiku, u t-togħma u r-riħa evidenti ta’ żrieragħ tal-karwija.

Il-“Jāņu siers” għandu forma ta’ ċilindru baxx, b’dijametru ta’ 8–30 cm u għoli ta’ 4–6 cm. Il-lewn tal-ġobon ivarja minn isfar ċar għal isfar.

Il-ġobon huwa moderatament mielaħ. Il-konsistenza hija kollha kemm hi ratba, kompatta, kemxejn ramlija u omoġenja. Id-dehra fis-sezzjoni trażversali: mingħajr toqob, għalkemm jistgħu jidhru xquq u partijiet iktar densi, hija viżibbli d-distribuzzjoni uniformi taż-żrieragħ tal-karwija.

Proprjetajiet kimiċi:

Xaħam ikkalkulat fuq il-materja niexfa: mhux aktar minn 30 %,

Kontenut massimu ta' ilma: mhux aktar minn 58 %,

Kontenut ta’ melħ 1,2–1,8 %.

4.2.   Deskrizzjoni tal-metodu ta’ produzzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem imsemmi fil-punt 1 li għandhom isegwu l-produtturi, inklużi, fejn xieraq, in-natura u l-karatteristiċi tal-materja prima jew tal-ingredjenti użati, kif ukoll il-metodu li permezz tiegħu jitħejja l-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

L-ingredjenti li ġejjin huma meħtieġa għall-produzzjoni ta’ 10 kg tal-“Jāņu siers”:

28–50 litru ta’ ħalib xkumat,

10–13 kg ta’ baqtiet ta' ħalib xkumat,

1,0–1,2 kg butir (82 % xaħam) jew 2,5 l krema (35 % xaħam),

0,6–1,0 kg polpa tal-bajd (mingħajr qxur),

40–50 g ta’ żrieragħ tal-karwija,

100–120 g ta’ melħ tal-kċina.

Koloranti tal-ikel (beta-karotene) jistgħu jiżdiedu wkoll.

Metodu ta’ preparazzjoni:

il-ħalib jissaħħan f’taġen (sa 85–90 °C) iżda mhux mgħolli.

Il-baqta mfarrka tiżdied mal-ħalib jaħraq. Jitħawwad kollox sakemm it-taħlita tikseb temperatura ta’ 65–85 °C. Jitkompla t-taħwid sakemm il-ħalib jagħqad u jibda jinfired mix-xorrox.

Matul il-proċess ta' tisħin il-baqtiet jibdlu l-istruttura tagħhom u jsiru kemxejn elastiċi.

Ix-xorrox jitħalla joqtor.

Il-massa tal-ġobon terġa' titqiegħed fit-taġen. It-taħlita tal-bajd, butir jew krema, żrieragħ tal-karwija u melħ huma miżjuda u t-taħlita tissaħħan sa temperatura ta’ 65–70 °C (jitkompla t-taħwid) sakemm il-massa tal-ġobon tinqala’ minn mal-ġnub tar-reċipjent (madwar 15–30 minuta) u ssir massa omoġenja b’konsistenza elastika.

Il-massa tal-ġobon titqiegħed f’forom li jitħallew f’post frisk għal mill-inqas siegħa jew sagħtejn. Il-ġobon jitneħħa mill-forom, jitħalla jinxef, u jiġi ppakkjat.

Għalkemm id-domanda għall-“Jāņu siers” hija ogħla fil-bidu tas-sajf, jiġi prodott matul is-sena kollha.

4.3.   Deskrizzjoni tal-elementi ewlenin li jistabbilixxu l-karattru tradizzjonali tal-prodott (l-Artikolu 7(2) ta’ dan ir-Regolament)

Il-karattru uniku tal-“Jāņu siers” huwa rrappreżentat mill-metodi ta’ produzzjoni u l-ingredjenti tradizzjonali u l-għamla u l-lewn tiegħu, li ma nbidlux għal mijiet ta’ snin.

Ingredjenti naturali

Il-“Jāņu siers” huwa magħmul minn ħalib u baqtiet, li magħhom jiżdiedu butir jew krema, bajd, melħ u ż-żrieragħ tal-karwija. Hemm bosta sorsi letterarji li jiddokumentaw dan, li jiġbru flimkien informazzjoni storika dwar riċetti u metodi ta’ preparazzjoni għall-“Jāņu siers”, fosthom Latviešu svētki Latviešu folkloras krātuves materiāli, 1940; Latviešu pavāru grāmata; Muižas pavāriem par mācību visādus ēdienus gardi sataisīt un savārīt, Jelgava, 1796; Amols, M. Piens, sviests un siers un viņu apstrāde, Jelgava, 1899; Kļaviņa, A. Viesību galds, Riga: Liesma, 1971; Gustava, V., Jansone, I. Pavārgrāmata, Riga: Liesma, 1977; Masiļūne, N., Pasopa, A. Latviešu ēdieni, Riga: Avots, 1986; Ozola, L. Siera ražošanas tehnoloģija, Riga: Neo, 1997; Dumpe, L. Latviešu tradicionālā piensaimniecība; Piena produkti un piena ēdieni, Riga, 1998; Ozola, L. & Ciproviča, I. Piena pārstrādes tehnoloģijas, Jelgava: LLU, 2002; Praktiskā Jāņu grāmata, SIA Tautas mākslas centrs, 2004; Jāņu siers, Siera Klubs, 2004.

Fil-ktieb tiegħu dwar il-linji gwida għall-biedja, ippubblikat f’nofs is-seklu dsatax, Kārlis Lepevičs enfasizza li t-togħmiet u l-konsistenza distintivi tal-ġobon jiddependu mill-proporzjonijiet tajbin tal-ingredjenti. Il-ktieb tat-tisjir ta' Henriete Dauderte, ippubblikat madwar l-istess żmien, jindika flimkien ma’ kotba ta' istruzzjoni oħrajn tas-seklu għoxrin, li jiżdied iktar ħalib minn baqtiet, skont kemm ikunu morri dawn tal-aħħar, għax iktar ħalib jipproduċi ġobon iktar ħelu.

Għamla u lewn

Il-forma tonda tal-“Jāņu siers” hija sinifikanti u simbolika. Ikel ta' forma tonda huwa normalment ikkunsmat fi żmien il-bidu tas-sajf bħala rappreżentazzjoni simbolika tax-xemx. Bl-istess mod, il-forma u l-kulur tal-“Jāņu siers” huma assoċjati ma' rappreżentazzjoni simbolika tax-xemx. Fil-festi li jimmarkaw il-bidu tas-sajf, il-“Jāņu siers” inkorpora l-enerġija kreattiva tax-xemx u l-abbundanza u riżultati ta’ suċċess tal-prodotti tal-ħalib. Il-forma tonda tal-“Jāņu siers” tissimbolizza x-xemx u d-dinja; billi l-ġobon jinqata’ f’biċċiet, kull persuna jmissha parti mill-enerġija tax-xemx.

F’ħafna mill-kanzunetti folkloristiċi tradizzjonali li jinsabu fil-Latvju dainas (1894-1915) ta' Krišjāņa Barons, l-irbit tal-“Jāņu siers” huwa ppreżentat bħala ritwal speċjali: il-ġobon jinkesa b’mod li l-għoqda tkun fiċ-ċentru tal-ġobon, u t-tinjiet tad-drapp huma rranġati b’tali mod li jinħolqu tinqix uniformi f’wiċċ il-ġobon. L-għoqda u ż-żona ta’ madwarha toħloq il-“Jāņu Siera viducītis” [nofs il-“Jāņu siers”] u t-tinjiet iħallu marka li tixbah lir-raġġi tax-xemx. L-għoqda tagħti lill-ġobon il-forma tiegħu, li tixbah lil rota. Dan il-proċess huwa deskritt fid-deskrizzjonijiet letterarji kollha tal-preparazzjoni tal-“Jāņu siers”.

Metodu ta' preparazzjoni

Il-konsistenza ratba, magħquda sew, kemxejn elastika u omoġenja, flimkien mat-togħma ħafifa tal-“Jāņu siers”, huma frott ħiliet żviluppati tul bosta snin.

It-tħejjija tal-baqta tissemma f’dokumenti tal-Kulleġġ tal-Ġiżwiti ta' Riga li jmorru lura sa tmiem is-seklu 16 u l-bidu tas-seklu 17.

Ir-riċetta tal-“Jāņu siers” tissemma f’diversi kotba, eż. Kļaviņa, A. Viesību galds, Riga: Liesma, 1971; Gustava, V., Jansone, I. Pavārgrāmata, Riga: Liesma, 1977; Masiļūne, N., Pasopa, A. Latviešu ēdieni, Riga: Avots, 1986.

Il-“Jāņu siers” sar teżor nazzjonali. Huwa simbolu popolari u prominenti tal-identità kulturali li l-Latvja tippreżenta lill-pajjiżi oħra. Il-“Jāņu siers” għandu post importanti wkoll f'riti ta’ passaġġ Latvjani ewlenin oħra u festivals staġjonali.

Fiera u kompetizzjoni annwali ta’ prodotti tal-ħalib ilha ssir fil-Latvja. Kull sentejn din tinvolvi wkoll lill-produtturi tal-ġobon Latvjani, li jikkompetu għall-unur tal-produttur tal-aktar “Jāņu siers” tradizzjonali u bnin. Fl-2003, waqt iċ-ċerimonja annwali “Latvijas novadu Siera diena” [Il-Jum tal-Ġobon Reġjonali Latvjan], il-“Jāņu siers” ġie mfaħħar ħafna u ngħata t-titolu ta’ “Latvijas Sieru karalis” [ir-“re” tal-ġobnijiet Latvjani].


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.


20.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 204/24


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal emenda skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2015/C 204/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

TALBA GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MHUX MINURI FL-ISPEĊIFIKAZZJONI TA’ DENOMINAZZJONI PROTETTA TAL-ORIĠINI JEW TA’ INDIKAZZJONI ĠEGORAFIKA PROTETTA

Talba għall-approvazzjoni ta’ emendi skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

“HUILE D’OLIVE DE NICE”

Nru tal-UE: FR-PDO-0105-01278 – 17.11.2014

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Syndicat interprofessionnel de l’olive de Nice

Box 58 MIN Fleurs 6

06296 Nice Cedex 3

FRANZA

Tel. +33 497257644

Fax +33 493176404

Email: aoc.olive@aocolivedenice.com

Is-Syndicat interprofessionnel de l’olive de Nice huwa magħmul minn produtturi u proċessuri tal-“Huile d’olive de Nice” u għandu interess leġittimu li jippreżenta talba għal emenda.

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   Intestatura tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott milquta mill-emenda/i

    Isem il-prodott

    Deskrizzjoni tal-prodott

    Żona ġeografika

    Prova tal-oriġini

    Metodu ta’ produzzjoni

    Rabta

    Tikkettar

    Oħrajn: Il-Kontrolli

4.   Tip ta’ emenda/i

    Emenda fl-ispeċifikazzjoni ta’ DPO jew ta’ IĠP irreġistrata li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

    Emenda fl-ispeċifikazzjoni ta’ DPO jew ta’ IĠP irreġistrata li għaliha ma ġiex ippubblikat dokument uniku (jew ekwivalenti), li ma tistax titqies bħala emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

Deskrizzjoni tal-prodott

Id-deskrizzjoni tal-prodott ġiet riveduta u msaħħa.

B’mod partikolari, qed jiġi speċifikat li huwa tip ta’ żejt “misjur u b’aroma tal-frott” b’togħma predominanti simili għal dik tal-lewż. Skont ir-riżultati ta’ avvenimenti ta’ dewqan tal-prodott li ilhom jiġu organizzati għal diversi snin u l-ħidma mwettqa mis-Centre technique oléicole (CTO) tal-Association française interprofessionnelle de l’oléiculture (AFIDOL), li ġabret ir-riżultati ta’ aktar minn 10 snin ta’ analiżi, l-“Huile d’olive de Nice” huwa prinċipalment ikkaratterizzat minn aroma ta’ lewż (frisk jew niexef) iżda wkoll minn togħmiet sekondarji bħall-qaqoċċ nej, ġummar, ħuxlief, għaġina u ħjiel ta’ lumi. Dawn it-togħmiet jikkumplimentaw dawk tal-frott imqadded, u tuffieħ misjur msemmija fl-ispeċifikazzjoni ppreżentata meta saret t-talba għar-reġistrazzjoni tad-DOP.

Barra minn hekk, sabiex il-prodott jiġi deskritt aħjar, huwa propost li l-livell massimu tal-qawwa tat-togħma jiġi stabbilit għal 2 u l-livell ta’ mrar għal 1,5, skont l-iskala organolettika tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (IOOC). Dawn il-limiti ġew stabbiliti wkoll fuq il-bażi tal-konklużjonijiet tal-ħidma mwettqa mis-Centre technique oléicole (CTO).

Il-kontenut massimu ta’ aċidità libera ġie mnaqqas għal 1 g/100 g minflok 1,5 g/100 g, inizjalment għal raġunijiet ta’ preżervazzjoni tal-kwalità kemm jista’ jkun possibbli.

Il-valur tal-perossidu taż-żejt taż-żebbuġa meta ż-żejt jitqiegħed għall-ewwel darba fis-suq huwa limitat għal 16-il milliekwivalenti ta’ perossidu tal-ossiġnu għal kull kilogramma ta’ żejt taż-żebbuġa sabiex il-kwalità taż-żejt tiġi ppreżervata għall-konsumatur.

L-indikazzjoni dwar in-natura “verġni” taż-żejt tneħħiet peress li l-kwalità tirrigwarda biss il-karatteristiċi analitiċi taż-żejt u l-“Huile d’olive de Nice” jista’ jappartjeni jew għall-kategorija “verġni” jew inkella għall-dik “extra verġni”.

Żona ġeografika

Fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġew ikkoreġuti xi żbalji li nstabu fl-ismijiet tal-muniċipalitajiet li jinsabu fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni tal-oriġini; iżda dawn l-emendi ma jibdlux il-limiti taż-żona ġeografika tal-produzzjoni, li jibqgħu l-istess.

Barra minn hekk, ġew iċċarati id-diversi stadji li jridu jseħħu fiż-żona ġeografika tad-denominazzjoni: “L-operazzjonijiet kollha mill-produzzjoni taż-żebbuġ sat-trasformazzjoni tagħhom f’żejt taż-żebbuġa iridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata”.

Barra minn hekk, il-metodi ta’ identifikazzjoni tal-irqajja’ tal-art ġew speċifikati skont il-proċeduri nazzjonali l-ġodda.

Prova tal-oriġini

Minħabba l-iżviluppi leġiżlattivi u regolatorji nazzjonali, it-taqsima msejħa “Evidenza li l-prodott joriġina miż-żona ġeografika identifikata” ġiet ikkonsolidata biex tinkludi l-obbligi ta’ dikjarazzjoni u ta’ żamma ta’ reġistri relatati mat-traċċabbiltà tal-prodott u mal-monitoraġġ tal-kundizzjonijiet ta’ produzzjoni.

Dik it-taqsima ġiet ukoll estiża biex tinkludi diversi dispożizzjonijiet relatati mar-reġistri u mad-dokumenti ta’ dikjarazzjoni li jippermettu t-traċċabilità u l-kontroll tal-konformità tal-prodotti mar-rekwiżiti tal-ispeċifikazzjoni.

Metodu ta’ produzzjoni

Varjetajiet għad-dakra

Din l-emenda tikkonsisti fit-tneħħija tar-referenza għall-kwantità massima ta’ żebbuġ miksuba minn varjetajiet għad-dakra jew varjetajiet lokali qodma awtorizzati għall-produzzjoni taż-żejt u inizjalment stabbilita għal 5 % (identiku għan-numru ta’ siġar miksuba minn dawn il-varjetajiet f’ġonna tas-siġar tal-frott). Tradizzjonalment, iż-żebbuġ fl-imsaġar jinħasdu f’darba, u l-kwantitajiet ta’ żebbuġ maqtugħ minn siġar tal-varjetajiet għad-dakra jew tal-varjetajiet lokali qodma s-soltu jiġu inklużi fil-volum globali ta’ żebbuġ li jasal fil-mitħna biex minnu jsir iż-żejt DOP u huma żgħar ħafna. Sabiex titqies din il-preżenza marġinali ta’ żebbuġ minn varjetajiet għad-dakra, il-frażi “Iż-żjut għandhom jiġu esklussivament minn żebbuġ tal-varjetà Cailletier”. ġiet sostitwita b’“Iż-żjut ġejjin minn żebbuġ tal-varjetà Cailletier.”

Fl-aħħar nett, ġiet miżjuda definizzjoni għall-“varjetajiet lokali qodma”. Dawn huma “varjetajiet imħawla qabel il-ġlata tal-1956 irrappreżentati minn għadd sinifikanti ta’ siġar fiż-żona tal-produzzjoni”.

Id-densità tat-tħawwil

L-emenda għandha l-għan li tqis is-sitwazzjoni partikulari tas-siġar taż-żebbuġ imħawlin f’għelieqi mtarrġa meta mqabbla ma’ siġar taż-żebbuġ imħawlin fil-wita, peress li dawn il-pjantaġġuni f’għelieqi weqfin ħafna jirrappreżentaw il-parti l-kbira tal-pjantaġġuni tad-denominazzjoni ta’ oriġini, tant li din hija waħda mill-karatteristiċi speċifiċi tagħhom. Dan it-tip ta’ tħawwil ma jfixkilx l-iżvilupp tal-għeruq tas-siġar u ma jostakolax id-dawl peress li l-artijiet huma mżerżqin. Għaldaqstant qed nipproponu li jitqies kemm hi għolja kull għalqa meta wieħed jiġi biex jikkalkola d-distanza minima meħtieġa bejn is-siġar u li ma tiġix infurzata l-erja minima ta’ 24 m2 għal kull siġra f’każijiet bħal dawn.

Ir-regoli dwar id-distanza minima bejn is-siġar (li hija ta’ 4 metri) ġew iċċarati għal siġar imħawlin mis-27 ta’ April 2001 ’il quddiem (li hija d-data tal-pubblikazzjoni tal-ewwel digriet li rrikonoxxa d-DOP).

Koltivazzjoni mħallta

Skont id-drawwiet lokali, huwa permess li jkun hemm siġar tal-frott mifruxa fil-masġar li ma jaffettwawx il-kwalità finali tal-prodott, sakemm dawn ma jaqbżux il-5 % tal-għadd ta’ siġar f’dik ir-roqa’ art.

Irrigazzjoni

Qed nipproponu li tiġi stabbilita skadenza għat-tisqija minflok id-dispożizzjoni inizjali li kienet tawtorizza t-tisqija “sakemm iż-żebbuġ jibda jieħu l-kulur”, minħabba li din id-dispożizzjoni mhijiex preċisa u d-data meta ż-żebbuġ jibda jieħu l-kulur tista’ tvarja xi ftit skont ir-reġjuni ġeografiċi differenti fiż-żona ġeografika (dawk ta’ mal-kosta jew dawk interni) u għalhekk jistgħu jinħolqu xi problemi ta’ kontroll.

B’hekk l-iskadenza ġiet stabbilita għall-1 ta’ Novembru.

Rendiment

Ir-rendiment massimu awtorizzat ġie miżjud għal 10t/ha minflok 6t/ha. Is-siġar fl-imsaġar tal-frott imħawla reċentement illum il-ġurnata qegħdin jagħmlu l-frott u qed jipproduċu kważi 8-10 t/ha. Barra minn hekk, mhijiex ħaġa rari li wieħed jiltaqa’ ma’ imsaġar taż-żebbuġ li għandhom mijiet ta’ snin u f’dan il-każ, is-siġar ikunu ħarġu ammont kbir ta’ friegħi u b’hekk jipproduċu ammont kbir ta’ żebbuġ. Il-fatt li l-produtturi saru professjonisti u li l-irqajja’ tal-art inħadmu mill-ġdid ukoll għen biex is-siġar jagħtu iktar frott.

Barra minn hekk, ġie speċifikat il-metodu tal-kalkolu tar-rendiment sabiex ma jkunx hemm lok għal interpretazzjoni differenti tiegħu. Għaldaqstant, ġie indikat li dan ir-rendiment għandu jiġi kkalkulat skont il-kwantità maħsuda (u mhux skont il-produzzjoni totali tas-siġra li tinkludi ż-żebbuġ li jkun waqa’ mal-art u ma nġabarx u li ma jgawdix mid-denominazzjoni).

Ġiet speċifikata l-età ta’ meta s-siġar jibdew jipproduċu (minimu ta’ ħames snin) sabiex ikun żgurat li ż-żebbuġ li qed jintuża għandu kwalità suffiċjenti.

Id-data tal-ħsad

Għall-ewwel, id-data tal-bidu tal-ħsad kienet stabbilita permezz ta’ digriet prefettorali fuq proposta mill-awtorità kompetenti.

Bil-għan li l-proċeduri amministrattivi fil-livell nazzjonali jiġu ssimplifikati, qed isir suġġeriment li din id-data tiġi stabbilita permezz ta’ deċiżjoni tad-Direttur tal-INAO abbażi ta’ proposta ġġustifikata tal-grupp.

Il-ħsad

L-espressjoni “theżżiż tal-friegħi biex jaqa” ż-żebbuġ permezz ta’ mezzi mekkaniċi’ ġiet sostitwita bl-espressjoni “metodi mekkaniċi” Din l-emenda purament editorjali ma tibdilx id-diversi tekniki ta’ ħsad awtorizzati għad-DOP “Huile d’olive de Nice”.

L-Istat ta’ saħħa ta’ żebbuġ użat

Skont it-test oriġinali tal-ispeċifikazzjoni, iż-żebbuġ li jasal fil-mitħna għandu jkun “b’saħħtu”. Il-kliem oriġinali ġie emendat sabiex, minn naħa waħda, jispeċifika l-istat ta’ saħħa mistennija u, min-naħa l-oħra, biex ikun spezzjonat iż-żebbuġ użat minflok dawk li huma konsenjati. Id-dispożizzjoni hija kif ġej:

“Iż-żebbuġ użat huwa b’saħħtu. Madankollu, kull lott jista’ jkun fih mhux aktar minn 3 % ta’ żebbuġ imdewwed, imnaqqar mill-għasafar jew iffriżat. Żebbug immuffat jew iffermentat mhux kopert mid-denominazzjoni tal-oriġini.”

Il-proċess ta’ estrazzjoni taż-żejt

F’konformità mal-leġiżlazzjoni ġenerali dwar ippressar kiesaħ, it-temperatura massima tal-pejst taż-żebbuġ matul il-proċess ta’ estrazzjoni taż-żejt tnaqqset minn 30 °C għal 27 °C.

Fl-interess ta’ abbozzar ċar, il-produtturi riedu jelenkaw il-proċessi differenti u t-trattamenti awtorizzati kollha meta jiġi prodott ż-żejt taż-żebbuġa. Dawn li ġejjin ġew miżjuda: it-tneħħija tal-weraq, it-tifrik, it-tagħġin, l-estrazzjoni permezz ta’ ċentrifugazzjoni jew bl-għasir.

Kundizzjonijiet tal-ħżin

Biex tiġi ppreservata kemm jista’ jkun il-kwalità tal-prodott meta jitqiegħed fuq is-suq, żdied dan li ġej:

“L-‘Huile d’olive de Nice’ jinħażen f’kontenitur tal-ikel f’postijiet xierqa għall-preservazzjoni tal-prodott u l-protezzjoni mid-dawl, l-arja u s-sħana sabiex jinżammu l-karatteristiċi tal-prodott.”

Tikkettar

Il-frażijiet tat-tikketti li speċifikament jirreferu għad-denominazzjoni ġew immodifikati biex jibdew jikkonformaw mar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

Barra minn hekk, is-simbolu tal-Unjoni Ewropea għad-DOP, kif ukoll il-frażi “appellation d’origine protégée” jew “A.O.P.” huma fost ir-referenzi li jridu jkunu inklużi fuq it-tikketti tal-prodotti koperti bid-denominazzjoni tal-oriġini “Huile d’olive de Nice”.

Oħrajn: spezzjoni

Minħabba l-iżviluppi leġiżlattivi u regolatorji nazzjonali, it-taqsima msejħa “Rekwiżiti nazzjonali” issa fiha tabella, li tindika l-punti ewlenin li għandhom jiġu ċċekkjati, il-valuri ta’ referenza tagħhom u l-metodi ta’ evalwazzjoni li għandhom jintużaw.

DOKUMENT UNIKU

“HUILE D’OLIVE DE NICE”

Nru tal-UE: FR-PDO-0105-01278 — 17.11.2014

DOP ( X ) IĠP ( )

1.   Isem

“Huile d’olive de Nice”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.5. Żjut u xaħmijiet (butir. marġerina, żejt, eċċ.)

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

L“Huile d’olive de Nice” huwa tip ta’ żejt taż-żebbuġa “misjur u b’aroma tal-frott”. Għandu togħma predominanti simili għal dik tal-lewż. B’mod partikolari jistgħu jkunu preżenti dawn it-togħmiet sekondarji: qaqoċċ nej, ġummar, ħuxlief, weraq, ħaxix, għaġina, tuffieħ misjur, frott imqadded u ħjiel ta’ lumi.

L-intensità tar-riħa hija inqas minn jew ugwali għal 2 u l-imrar inqas minn jew ugwali għal 1,5 skont l-iskala organolettika tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (IOC).

Iż-żejt jiġi prinċipalment mil-varjetà Cailletier.

Il-kontenut tal-aċidità libera, espress f’termini ta’ aċidu olejku, huwa ta’ inqas minn jew ugwali għal 1 g/100 g ta’ żejt taż-żebbuġa. Il-valur tal-perossidu huwa limitat għal 16-il milliekwivalenti ta’ perossidu tal-ossiġnu għal kull kilogramma ta’ żejt taż-żebbuġa meta ż-żejt jitqiegħed għall-ewwel darba fis-suq.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Iż-żejt taż-żebbuġa huwa prodott minn żebbuġ miksub minn imsaġar fejn mhux inqas minn 95 % tas-siġar huma tal-varjetà Cailletier u mhux aktar minn 5 % huma ta’ varjetajiet tad-dakra u “varjetajiet lokali qodma” (varjetajiet imħawla qabel l-ġlata tal-1956, b’għadd sinifikanti ta’ siġar fiż-żona ta’ produzzjoni).

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-proċessi kollha mill-produzzjoni taż-żebbuġ sat-trasformazzjoni tagħhom f’żejt taż-żebbuġa jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ. tal-prodott li għalih qed jirreferi l-isem irreġistrat

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

Minbarra l-frażijiet obbligatorji previsti fil-leġiżlazzjoni dwar it-tikkettar u l-preżentazzjoni tal-oġġetti tal-ikel, it-tikketti tad-denominazzjoni tal-oriġini protetta “Huile d’olive de Nice” għandu jkollhom fuqhom l-indikazzjonijiet li ġejjin

l-isem id-denominazzjoni tal-oriġini “Huile d’olive de Nice” u l-kelmiet “appellation d’origine protégée” jew “A.O.P.”.

Dawn id-dettalji għandhom ikunu kollha fejn jidhru.

Huma għandhom jiġu ppreżentati b’ittri prominenti, li jinqraw faċilment, li ma jitħassrux u li jkunu kbar biżżejjed u jispikkaw sew mill-isfond li fuqu jiġu stampati biex ikunu jingħarfu b’mod ċar mill-bqija tal-indikazzjonijiet l-oħra miktuba u mpinġija fuq it-tikketta.

is-simbolu tal-Unjoni Ewropea għad-DOP.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika ddefinita tal-produzzjoni għall-“Huile d’olive de Nice” tinsab fil-muniċipalitajiet li ġejjin tad-dipartiment tal-Alpes-Maritimes:

Aiglun, Antibes, Biot, Bouyon, Cannes, Clans, Conségude, Les Ferres, Malaussène, Mandelieu-la-Napoule, Massoins, Nice, Roquestéron-Grasse, La Tour, Tournefort, Vallauris u Villars-sur-Var,

il-muniċipalitajiet tad-distretti awtonomi li ġejjin: Le Bar-sur-Loup (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Caussols u Courmes), Breil-sur-Roya, Cagnes-sur-Mer-Centre, Cagnes-sur-Mer-Ouest, Le Cannet, Carros, Contes, L’Escarène, Grasse-Nord, Grasse-Sud, Lantosque, Levens, Menton-Est, Menton-Ouest (minbarra l-muniċipalità ta’ Roquebrune-Cap-Martin), Mougins, it-13-il distrett awtonomu ta’ Nice, Roquebillière (minbarra l-muniċipalità ta’ Belvédère), Roquesteron, Saint-Laurent-du-Var-Cagnes-sur-Mer-Est, Saint-Vallier-de-Thiey (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Escragnolles u Saint-Vallier-de-Thiey), Sospel (minbarra l-muniċipalità ta’ Moulinet), Vence, Villefranche-sur-Mer (minbarra l-muniċipalitajiet ta’ Cap-d’Ail u Saint-Jean-Cap-Ferrat).

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Din iż-żona ġeografika tifforma parti minn żona akbar karatterizzata mill-lokalizzazzjoni tradizzjonali tal-imsaġar taż-żebbuġ u mill-istabbilimenti tal-ipproċessar, u hija bbażata fuq il-fattizzi oriġinali tal-pajżaġġ naturali (it-topografija, it-tip ta’ ħamrija u l-klima).

L-imsaġar taż-żebbuġ ta’ Nizza jinsabu fil-qalba ta’ reġjun fejn jiltaqgħu l-muntanji u l-baħar. Il-biċċa l-kbira tal-ilma jiskula mix-xmara Var u l-widien tat-tributarji tagħha, jiġifieri x-xmajjar Vésubie, Tinée u Estéron. It-tkabbir taż-żebbuġ żviluppa ‘l isfel minn dawn il-widien, li huma inqas weqfin minn dawk li jinsabu aktar ‘il fuq mix-xmara. Dawn l-imsaġar taż-żebbuġ tal-muntanji jinsabu fuq għoljiet, witat subkostali u artijiet fil-ġnub tal-muntanji li ħafna drabi jkunu mtarrġa. Il-ħamrija, li hija partikolarment adattata għat-tkabbir taż-żebbuġ, hija kolluvjali u mimlija biċċiet tal-ġebel tal-franka li jkun nqasmu bil-ġlata jew tal-franka mħallta mat-tafal, u hija ħamrija taflija u ramlija.

Iż-żona fejn jitkabbar iż-żebbuġ għandha klima Mediterranja, xi drabi mżewqa bit-temp tal-muntanji. It-temperaturi huma moderati (it-temperatura tvarja minn 4 sa 11-il°C fix-xitwa), tagħmel ħafna xita (bejn 800 u 1 100 mm) u l-esponiment għax-xemx huwa eċċellenti(2 760 siegħa fis-sena). Qatt ma tagħmel ġlata estrema fiż-żoni kostali u hija xi ħaġa rari fiż-żoni interni li mhumiex ogħla minn 750 metru. F’dawn iċ-ċirkostanzi u fin-nuqqas ta’ riħ qawwi, il-varjetà Cailletier, li hija siġra twila bi friegħi twal u mdendlin, matul is-sekli stabbiliet ruħha bħala l-varjetà dominanti tal-imsaġar ta’ Nizza.

Is-siġar taż-żebbuġ minn dejjem kienu fost l-uċuħ tar-raba’ ewlenin għan-nies tal-“Kontea ta’ Nizza” (li kienet diviżjoni amministrattiva fl-Istati tad-Dar ta’ Savoja mill-1526 sal-1847) u tal-Côte d’Azur. Iż-żebbuġ ġeneralment jibda jinħasad f’Novembru u dan il-proċess idum għaddej sa April, b’perjodu ta’ qtugħ aktar intensiv bejn Jannar u Marzu, meta jinħasad iż-żebbuġ li “jkun beda jibdel il-kulur” (mill-inqas 50 % taż-żebbuġ ikun lewn l-inbid aħmar).

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

L-“Huile d’olive de Nice” jinkiseb prinċipalment mill-varjetà taż-żebbuġ lokali Cailletier (mill-inqas 95 % tas-siġar taż-żebbuġ fl-imsaġar). L-“Huile d’olive de Nice” huwa tip ta’ żejt taż-żebbuġa “misjur u b’aroma tal-frott” apprezzat għal palat ħafif tiegħu (dan huwa żejt li ftit li xejn huwa morr u pikkanti).

Għandu togħma predominanti simili għal dik tal-lewż. Ċerti togħmiet sekondarji xi ftit jew wisq preżenti skont it-tip ta’ żejt, bħall-“ġummar”, “l-għaġina” jew ħjiel ta’ “lumi” huma bl-istess mod tipiċi tal-“Huile d’olive de Nice”.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għal IĠP)

Il-karatteristiċi taż-żona ġeografika ffurmaw il-pajsaġġ taż-żona ta’ tkabbir taż-żebbuġ u l-karatteritiċi speċifiċi tal-“Huile d’olive de Nice”.

Minħabba l-pożizzjoni ġeografika tiegħu, id-dipartiment tal-Alpes-Maritimes (li jinsab fit-tarf nett tal-Alpi li jibqgħu neżlin għal ġol-baħar), għandu żona ta’ art agrikola limitata. L-art tajba għall-ħrit hija rariu s-siġar taż-żebbuġ jitħawlu fl-għelieqi mtarrġa magħmula mill-bniedem. L-imsaġar taż-żebbuġ ta’ Nizza jiffurmaw pajsaġġ karatteristiku li jinkludi għoljiet imżerżqa msaħħa bil-ħitan tal-ġebel niexef li jżommu l-ħamrija u jservu ta’ lqugħ kontra l-erożjoni. F’ċerti żoni mhedda, it-tkabbir taż-żebbuġ huwa l-uniku alternattiva minflok ma l-art tiġi abbandunata.

Il-klima Mediterranja speċifika li nsibu fiż-żona ġeografika, li hija kkaratterizzata minn ftit riħ qawwi u ftit ġlata, minn ammont kbir ta’ xemx u minn xita abbondanti fir-rebbiegħa u fil-ħarifa, hija ideali għat-tkabbir taż-żebbuġ f’imsaġar li jinsabu sa 700 metru ‘l fuq mil-livell tal-baħar. Ir-reġjun tal-“Huile d’olive de Nice” huwa kkaratterizzat minn żoni kostali u muntanji medji.

F’dawn il-kundizzjonijiet speċifiċi, il-varjetà Cailletier, li adattat ruħha perfettament għalihom, tirrappreżenta 95 % tas-siġar taż-żebbuġ taż-żona ġeografika. Fuq din l-art partikolari, din il-varjetà tipikament baxxa tradizzjonalment tinħasad mis-siġar twal fi żjara waħda. Il-ħsad isir tard mhux ħażin meta mqabbla ma’ żoni oħra tat-tkabbir taż-żebbuġ, b’mod partikolari fil-muntanji medji, fejn il-ħsad huwa estiż sa tmiem ix-xitwa, wara l-bidu ta’ maturazzjoni. Dan huwa possibbli grazzi għall-klima moderata.

L-użu ta’ din il-varjetà lokali flimkien ma’ ħsad tardiv huma kruċjali biex jinkisbu t-togħmiet moderati u partikulari tal- “Huile d’olive de Nice”, pereżempju “tal-lewż” iżda wkoll tal-“ġummar”, l-“għaġina” u l-ħjiel ta’ “lumi”, li tawh r-reputazzjoni tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(1) ta’ dan ir-Regolament (2))

https://info.agriculture.gouv.fr/gedei/site/bo-agri/document_administratif-0e3dc185-56cd-4d6b-be3e-d82ae3a731ce/telechargement


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 1.