ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 200

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
17 ta' Ġunju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 200/01

Rata tal-kambju tal-euro

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Parlament Ewropew

2015/C 200/02

Sejħa għall-proposti IX-2016/01 — Għotjiet lill-partiti politiċi f’livell Ewropew

2

2015/C 200/03

Sejħa għall-proposti IX-2016/02 — Konċessjonijiet lill-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew

7

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 200/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7620 — FAM/Fanopi/Nefab) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

11

2015/C 200/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7634 — Mitsui/Gestamp/GRI) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

12


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

17.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-16 ta’ Ġunju 2015

(2015/C 200/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1215

JPY

Yen Ġappuniż

138,42

DKK

Krona Daniża

7,4573

GBP

Lira Sterlina

0,71820

SEK

Krona Żvediża

9,1944

CHF

Frank Żvizzeru

1,0465

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,7230

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,254

HUF

Forint Ungeriż

311,88

PLN

Zloty Pollakk

4,1448

RON

Leu Rumen

4,4853

TRY

Lira Turka

3,0707

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4482

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3843

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6949

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6058

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5098

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 256,05

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,9607

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9651

HRK

Kuna Kroata

7,5760

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 965,30

MYR

Ringgit Malażjan

4,2107

PHP

Peso Filippin

50,707

RUB

Rouble Russu

60,8890

THB

Baht Tajlandiż

37,789

BRL

Real Brażiljan

3,5150

MXN

Peso Messikan

17,3283

INR

Rupi Indjan

72,1229


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Parlament Ewropew

17.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/2


Sejħa għall-proposti IX-2016/01 — “Għotjiet lill-partiti politiċi f’livell Ewropew”

(2015/C 200/02)

Skont l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partiti politiċi f’livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tal-għarfien Ewropew u għall-espressjoni tar-rieda politika taċ-ċittadini tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu, permezz ta’ regolamenti, ir-regolamenti li jiggwidaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew imsemmija fl-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u partikolarment ir-regoli li jirrigwardaw il-finanzjament tagħhom.

F’dan il-kuntest, il-Parlament qed iniedi sejħa għall-proposti bil-għan li jinħarġu għotjiet lill-partiti politiċi fil-livell Ewropew.

1.   Att ta’ bażi

Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament Nru 2004/2003”) dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (1).

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2004 li tistipula l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 (minn hawn 'il quddiem “Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004”) (2).

Ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (minn hawn 'il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”) (3).

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (minn hawn 'il quddiem “Regoli ta’ Applikazzjoni”) (4).

2.   Objettiv

Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004, “Il-Parlament Ewropew għandu jippubblika kull sena, qabel it-tmiem tal-ewwel sitt xhur qabel is-sena li għaliha tkun qed tingħata l-għotja, sejħa għall-proposti biex jingħataw għotjiet li jiffinanzjaw lill-partiti u l-fundazzjonijiet.”

Din is-sejħa għall-proposti tikkonċerna applikazzjonijiet għall-għotjiet għas-sena finanzjarja 2016 li tkopri l-perjodu ta’ attività mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2016. L-objettiv tal-għotja huwa li tirfed il-programm ta’ ħidma annwali tal-benefiċjarju.

3.   Ammissibbiltà

L-applikazzjonijiet ma jkunux ammissibbli sakemm ma jitressqux bil-miktub fil-formola ta’ applikazzjoni għall-għotja kif tidher fl-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004 u sakemm ma jintbagħtux lill-President tal-Parlament Ewropew sad-data tal-għeluq.

4.   Kriterji u dokumenti ġustifikattivi

4.1.   kriteriji tal-eliġibbiltà

Biex ikun eliġibbli għal għotja, partit politiku fil-livell Ewropew jeħtieġlu jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 2004/2003, jiġifieri:

(a)

irid ikollu personalità ġuridika fl-Istat Membru li fih għandu s-sede tiegħu;

(b)

irid ikun rappreżentat, f’tal-anqas kwart tal-Istati Membri, minn Membri tal-Parlament Ewropew jew fil-Parlamenti nazzjonali jew Parlamenti reġjonali jew fl-assemblej reġjonali, jew irid ikun irċieva, f’tal-anqas kwart tal-Istati Membri, tal-anqas tlieta fil-mija tal-voti espressi f’kull wieħed minn dawk l-Istati Membri fl-elezzjonijiet l-aktar reċenti tal-Parlament Ewropew;

(c)

għandu josserva, partikolarment fil-programm tiegħu u fl-attivitajiet tiegħu, il-prinċipji li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, jiġifieri l-prinċipji tal-libertà, id-demokrazija, ir-rispett lejn id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, u r-regola tal-liġi;

(d)

għandu jkun ipparteċipa f’elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, jew esprima l-intenzjoni li jagħmel hekk.

Fl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, Membru tal-Parlament Ewropew jista’ jkun membru ta’ partit politiku wieħed biss f’livell Ewropew (l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 10(1) tar-Regolament 2004/2003).

Fid-dawl ta’ dan, il-partiti politiċi qed jiġu infurmati li mis-sena finanzjarja 2013 il-Parlament Ewropew ser jibda japplika d-dispożizzjoni tal-Artikolu 3(1)(b) b’tali mod li Membru tal-Parlament Ewropew jista’ jkun biss membru tal-partit politiku fil-livell Ewropew li l-partit politiku nazzjonali tiegħu jkun membru fih.

4.2.   Kriterji ta’ esklużjoni

L-applikanti għandhom jiċċertifikaw ukoll li huma ma jkunux jinsabu f’xi waħda miċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikoli 106(1) u 107 tar-Regolament Finanzjarju.

4.3.   Kriterji għall-għażla

L-applikanti għandhom jipprovdu evidenza li għandhom il-vijabilità legali u finanzjarja meħtieġa sabiex iwettqu l-programm ta’ attivitajiet stipulat fl-applikazzjoni għall-finanzjament u li għandhom il-kapaċità teknika u tal-immaniġġjar meħtieġa sabiex iwettqu b’suċċess il-programm ta’ attivitajiet li għalih huma jkunu qed japplikaw għall-konċessjoni.

4.4.   Kriterji għall-għoti

Skont l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, l-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2016 se jitqassmu kif ġej fost il-partiti politiċi f’livell Ewropew li l-applikazzjonijiet tagħhom għall-finanzjament ġew approvati skont il-kriterji ta’ eliġibiltà, u l-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla:

(a)

15 % se jitqassmu f’ishma ndaqs;

(b)

85 % se jitqassmu fost dawk il-partiti li għandhom membri eletti fil-Parlament Ewropew, proporzjonalment mal-għadd ta’ membri eletti.

4.5.   Dokumenti ta’ appoġġ

Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-kriterji ta’ hawn fuq, l-applikanti għandhom jipprovdu d-dokumenti ta’ appoġġ li ġejjin:

(a)

L-ittra ta’ tifsir oriġinali b’indikazzjoni tal-ammont ta’ konċessjoni mitlub;

(b)

Il-formola ta’ applikazzjoni kif tidher fl-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004, mimlija u ffirmata kif meħtieġ (inkluża d-dikjarazzjoni solenni bil-miktub);

(c)

L-istatuti tal-partit politiku (5);

(d)

Ċertifikat uffiċjali tar-reġistrazzjoni (6);

(e)

Evidenza riċenti tal-eżistenza ta’ partit politiku;

(f)

Lista tad-diretturi/membri tal-Bord Maniġerjali (l-ismijiet u l-kunjomijiet, it-titli jew il-karigi fi ħdan il-partit li qed japplika) (7);

(g)

Dokumenti li jiċċertifikaw li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament Nru 2004/2003;

(h)

Dokumenti li jiċċertifikaw li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(1)(d) tar-Regolament Nru 2004/2003 (8)  (9);

(i)

Il-programm politiku tal-partit politiku (10);

(j)

Dikjarazzjoni finanzjarja komprensiva għas-sena 2014 iċċertifikata minn korp ta’ awditjar estern (11)  (12);

(k)

Deskrizzjoni tal-programm annwali ta’ ħidma;

(l)

Baġit proviżorju għall-operat matul il-perijodu kkonċernat (mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016) li jindika n-nefqa eliġibbli għall-finanzjament mill-baġit Komunitarju.

5.   Il-Finanzjament mill-baġit tal-UE

L-approprjazzjonijiet għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 402 tal-baġit tal-Parlament “Kontribuzzjonijiet lill-Partiti Politiċi Ewropej” huma stmati li jammontaw għal total ta’ EUR 31 400 000. Dawn huma soġġetti għall-approvazzjoni mill-awtorità baġitarja.

L-ammont massimu li l-Parlament Ewropew iħallas lill-benefiċjarji m’għandux jaqbeż il-85 % tal-ispejjeż eliġibbli marbuta mal-operat tal-partiti politiċi f’livell Ewropew. Il-partit politiku kkonċernat għandu r-responsabilità li jipprovdi evidenza.

Il-finanzjament jieħu l-għamla ta’ konċessjoni għall-operat kif jiddisponi r-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ Implimentazzjoni. L-arranġamenti għall-ħlas tal-konċessjonijiet u l-obbligi li jirregolaw l-użu tagħhom se jiġu stipulati f’deċiżjoni ta’ għoti ta’ konċessjoni - kampjun ta’ dan il-ftehim jinsab fl-Anness 2a tad-Deċiżjoni tal-Bureau.tad-29 ta’ Marzu 2004.

6.   Il-Proċedura u D-Data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet

6.1.   Data tal-għeluq u t-tressiq tal-applikazzjonijiet

Id-data tal-għeluq għat-tressiq tal-applikazzjonijiet hija t-30 ta’ Settembru 2015. L-applikazzjonijiet imressqa wara dik id-data ma jiġux ikkunsidrati.

L-applikazzjonijiet għandhom:

(a)

jitressqu fuq il-formola tal-applikazzjoni għall-konċessjoni (l-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004);

(b)

jiġu ffirmati, b’mod obbligatorju, mill-applikant jew minn rappreżentant debitament awtorizzat tiegħu;

(c)

jintbagħtu f’envelop magħluq ġo ieħor. Iż-żewġ envelops għandhom ikunu magħluqa. Barra l-indirizz tad-dipartiment reċipjent kif mogħti fuq is-sejħa għall-proposti, fuq l-envelop ta’ ġewwa għandu jitniżżel dan li ġej:

“CALL FOR PROPOSALS — 2016 GRANTS TO POLITICAL PARTIES AT EUROPEAN LEVEL

NOT TO BE OPENED BY THE MAIL SERVICE OR BY ANY UNAUTHORISED PERSON”

Jekk jintużaw envelops li jeħlu minnhom infushom, dawn għandhom jiġu ssiġillati bit-tejp li jwaħħal u min qed jibgħat għandu jiffirma tul dan it-tejp. Il-firma ta’ min qed jibgħat għandha tinkludi mhux biss il-firma bil-miktub tiegħu, iżda wkoll it-timbru tal-organizzazzjoni tiegħu;

Fuq l-envelop ta’ barra għandu jkun jidher l-indirizz ta’ min qed jibgħat u jkun indirizzat lil:

EUROPEAN PARLIAMENT

Mail Service

KAD 00D008

2929

IL-LUSSEMBURGU

L-envelop ta’ ġewwa għandu jkun indirizzat lil:

President of the European Parliament

Attn. Mr Didier Kléthi, Director-General of Finance

SCH 05B031

2929

IL-LUSSEMBURGU

(d)

jintbagħat mhux iktar tard mid-data tal-għeluq stipulata fis-sejħa għall-proposti, jew bil-posta rreġistrata, kif muri bit-timbru tal-posta, jew, jekk bis-servizz tal-kurjer, skont id-data fuq l-irċevuta tad-depożitu.

6.2.   Proċedura indikattiva u kalendarju

Il-proċedura u l-kalendarju li ġejjin se japplikaw għall-għoti ta’ konċessjonijiet lill-partiti politiċi f’livell Ewropew:

(a)

Tressiq tal-applikazzjonijiet lill-Parlament Ewropew (mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2015);

(b)

Kunsiderazzjoni u għażla mid-dipartimenti rilevanti tal-Parlament Ewropew; dawk l-applikazzjonijiet li jitqiesu ammissibbli biss se jiġu eżaminati abbażi tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-esklużjoni u tal-għażla stipulati fis-sejħa għall-proposti;

(c)

Adozzjoni tad-deċiżjoni tal-għoti tal-konċessjoni mill-Bureau tal-Parlament Ewropew (bi prinċipju mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 2016, kif stipulat fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004);

(d)

Notifika tad-deċiżjonijiet tal-għoti;

(e)

Ħlas bil-quddiem ta’ 80 % (fi żmien 15-il ġurnata mid-deċiżjoni tal-għoti tal-konċessjoni).

6.3.   Iktar informazzjoni

It-testi li ġejjin huma disponibbli fis-sit tal-Internet tal-Parlament Ewropew fl-indirizz li ġej:

http://www.europarl.europa.eu/tenders/invitations.htm

(a)

Ir-Regolament Nru 2004/2003;

(b)

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004;

(c)

Il-formola tal-applikazzjoni għall-konċessjoni (Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004).

Kwalunkwe mistoqsija relatata ma’ din is-sejħa għall-proposti li għandha l-għan li tagħti konċessjonijiet għandha tintbagħat bil-posta elettronika, u għandha tiġi kkwotata r-referenza tal-pubblikazzjoni, fl-indirizz li ġej: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu

6.4.   L-Ipproċessar tad-dejta personali

F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13), id-dejta personali inkluża fl-applikazzjoni għall-finanzjament u l-annessi tagħha ser tiġi proċessata skont il-prinċipji tal-imparzjalità, il-legalità u l-proporzjonalità għall-finijiet espliċiti u leġittimi ta’ dan il-proġett. Għall-finijiet tal-ipproċessar tal-applikazzjoni u sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, id-dejta personali tista’ tiġi pproċessata mis-servizzi u l-korpi kompetenti tal-Parlament Ewropew u tiġi trasferita lis-servizzi ta’ awditu interni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Bord għall-Irregolaritajiet Finanzjarji jew lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

L-ismijiet tal-membri u tar-rappreżentanti tal-partiti politiċi Ewropej li jintbagħtu mal-applikazzjoni għall-finanzjament sabiex ikun sodisfat il-kriterju ta’ rappreżentanza tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament 2004/2003, jistgħu jiġu ppubblikati mill-Parlament Ewropew u jiġu żvelati lill-pubbliku bl-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew (14). Il-partiti politiċi huma mistiedna biex, mal-applikazzjoni tagħhom, jehmżu dikjarazzjoni ffirmata mill-membri jew mir-rappreżentanti kkonċernati tal-partit, li fiha jindikaw li huma jkunu ġew infurmati dwar l-iżvelar tal-ismijiet lill-pubbliku, u li jaqblu miegħu.

Kwalunkwe individwu kkonċernat jista’ jikkuntattja lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) sabiex jappella.


(1)  ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 155, 12.6.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(5)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil fid-dokumenti li diġà ġew preżentati.

(6)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil fid-dokumenti li diġà ġew preżentati.

(7)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil fid-dokumenti li diġà ġew preżentati.

(8)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil fid-dokumenti li diġà ġew preżentati.

(9)  Inklużi il-listi tal-persuni msemmija fl-Artikoli 3 (1)(b), l-ewwel subparagrafu, u 10 (1) (b).

(10)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil fid-dokumenti li diġà ġew preżentati.

(11)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil fid-dokumenti li diġà ġew preżentati.

(12)  Sakemm il-partit politiku f’livell Ewropew ma jkunx ġie stabbilit matul is-sena kurrenti.

(13)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.

(14)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43).


17.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/7


Sejħa għall-proposti IX-2016/02 — “Konċessjonijiet lill-fondazzjonijiet politiċi fil-livell Ewropew”

(2015/C 200/03)

Skont l-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-partiti politiċi fl-livell Ewropew jikkontribwixxu għall-formazzjoni tas-sensibilizzazzjoni politika Ewropea u għall-espressjoni tar-rieda taċ-ċittadini tal-Unjoni. Barra minn hekk, l-Artikolu 224 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jistipula li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, għandhom jistabbilixxu, permezz ta’ regolamenti, ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi fl-livell Ewropew imsemmija fl-Artikolu 10(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u partikolarment ir-regoli dwar il-finanzjament tagħhom.

Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003 kif rivedut fl-2007 jagħraf ir-rwol tal-fondazzjonijiet politiċi fl-livell Ewropew li, bħala organizzazzjonijiet affiljati mal-partiti politiċi fl-livell Ewropew, “jistgħu, permezz tal-attivitajiet tagħhom jgħinu u jsaħħu l-objettivi tal-partiti politiċi fl-livell Ewropew b’mod speċjali billi jikkontribwixxu għad-dibattitu dwar kwistjonijiet ta’ politika pubblika Ewropea u dwar l-integrazzjoni Ewropea, anke billi jaġixxu bħala katalisti għal ideat, analiżi u għażliet politiċi ġodda”. Ir-Regolament jipprevedi, b’mod partikolari, konċessjoni operattiva annwali mill-Parlament Ewropew, lill-fondazzjonijiet politiċi li japplikaw u li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fir-Regolament.

F’dan il-kuntest, il-Parlament qed iniedi sejħa għall-proposti għall-għoti ta’ konċessjonijiet lill-fondazzjonijiet politiċi fl-livell Ewropew.

1.   Att ta’ bażi

Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003”) dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi fl-livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (1).

Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta’ Marzu 2004 li tistipula l-proċeduri għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 (minn hawn ‘il quddiem “Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004”) (2).

Regolament (KE, Euratom) Nru 966/2012 tal-25 ta’ Ottubru 2012 rigward ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (minn hawn ‘il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”) (3).

Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (minn hawn ‘il quddiem “Regoli ta’ Applikazzjoni”) (4).

2.   Objettiv

Skont l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004, “Il-Parlament Ewropew għandu jippubblika kull sena, qabel it-tmiem tal-ewwel sitt xhur qabel is-sena li għaliha tkun qed tingħata l-konċessjoni, sejħa għall-proposti biex jingħataw il-konċessjonijiet li jiffinanzjaw lill-partiti u lill-fondazzjonijiet.”

Din is-sejħa għall-proposti tikkonċerna l-applikazzjonijiet għall-għoti ta’ konċessjonijiet għas-sena finanzjarja 2016, li tkopri l-perjodu ta’ attività mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2016. L-objettiv tal-konċessjoni hu li tappoġġa l-programm ta’ ħidma annwali tal-benefiċjarju.

3.   Ammissibbiltà:

L-applikazzjonijiet ma jkunux ammissibbli sakemm ma jitressqux bil-miktub fil-formola tal-applikazzjoni tal-konċessjoni li tinsab fl-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau msemmija hawn fuq tad-29 ta’ Marzu 2004 u jintbagħtu lill-President tal-Parlament Ewropew sad-data tal-għeluq.

4.   Kriterji u d-dokumenti ġustifikattivi

4.1.   Il-kriteriji tal-eliġibbiltà

Sabiex tkun eliġibbli għal konċessjoni, fondazzjoni politika fl-livell Ewropew għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, jiġifieri:

(a)

għandha tkun affiljata ma’ wieħed mill-partiti politiċi fl-livell Ewropew irrikonoxxut skont dan ir-Regolament, kif iċċertifikat minn dak il-partit;

(b)

għandu jkollha personalità ġuridika fl-Istat Membru fejn jinstab l-indirizz irreġistrat tagħha; din il-personalità ġuridika għandha tkun separata minn dik tal-partit politiku fl-livell Ewropew li miegħu il-fondazzjoni tkun affiljata;

(c)

għandha tosserva, b’mod partikolari fil-programm tagħha u fl-attivitajiet tagħha, il-prinċipji li fuqhom l-Unjoni Ewropea hija stabbilita, jiġifieri l-prinċipji tal-libertà, tad-demokrazija, tar-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u għal-libertajiet fundamentali, u tal-istat tad-dritt;

(d)

ma għandhiex tippromwovi għanijiet ta’ profitt;

(e)

il-korp tat-tmexxija tagħha għandu jkollu kompożizzjoni ġeografikament ibbilanċjata.

Barra minn hekk, għandha tissodisfa wkoll il-kundizzjonijiet imniżżla fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003. “Fi ħdan il-qafas ta’ dan ir-Regolament, kull partit politiku u fondazzjoni fl-livell Ewropew għandhom ir-responsabbiltà li jfissru l-modalitajiet speċifiċi għar-relazzjoni ta’ bejniethom, skont il-liġi nazzjonali, inkluż grad adegwat ta’ separazzjoni bejn l-amministrazzjoni ta’ kuljum u kif ukoll l-istrutturi regolatorji tal-fondazzjoni politika fl-livell Ewropew, minn naħa waħda, u l-partit politiku fl-livell Ewropew li miegħu dik tal-ewwel tkun affiljata, min-naħa l-oħra.”

4.2.   Il-kriterji tal-esklużjoni

L-applikanti għandhom jiċċertifikaw ukoll li huma ma jinsabux f’xi waħda miċ-ċirkostanzi deskritti fl-Artikoli 106(1) u 107 tar-Regolament Finanzjarju.

4.3.   Il-kriterji tal-għażla

L-applikanti għandhom jipprovdu evidenza li għandhom il-vijabbiltà legali u finanzjarja meħtieġa sabiex iwettqu l-programm ta’ ħidma stipulat fl-applikazzjoni għall-finanzjament u li għandhom il-kapaċità teknika u l-ħiliet ta’ mmaniġġjar meħtieġa sabiex iwettqu b’suċċess il-programm ta’ ħidma li għalih qegħdin japplikaw għall-konċessjoni.

4.4.   Il-kriterji tal-għoti

Skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003, l-approprjazzjonijiet disponibbli għas-sena finanzjarja 2016 għandhom jitqassmu kif ġej bejn il-fondazzjonijiet politiċi fl-livell Ewropew li kisbu deċiżjoni pożittiva dwar l-applikazzjoni tagħhom għall-finanzjament skont il-kriterji tal-eliġibbiltà, u l-kriterji tal-esklużjoni u tal-għażla:

(a)

15 % se jitqassmu f’ishma ndaqs;

(b)

85 % se jitqassmu fost dawk li huma affiljati ma’ partiti politiċi fl-livell Ewropew li għandhom membri eletti fil-Parlament Ewropew, proporzjonalment man-numru ta’ membri eletti.

4.5.   Id-dokumenti ta’appoġġ

Għall-fini tal-valutazzjoni tal-kriterji ta’ hawn fuq, l-applikanti għandhom jipprovdu d-dokumenti ta’ appoġġ li ġejjin:

(a)

ittra ta’ akkumpanjament oriġinali b’indikazzjoni tal-ammont ta’ konċessjoni mitlub;

(b)

il-formola ta’ applikazzjoni fl-Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004, mimlija u ffirmata kif meħtieġ (inkluża d-dikjarazzjoni solenni bil-miktub);

(c)

statuti tal-fondazzjoni politika (5);

(d)

ċertifikat uffiċjali ta’ reġistrazzjoni (6);

(e)

evidenza riċenti tal-eżistenza tal-fondazzjoni politika;

(f)

lista tad-diretturi/membri tal-Kunsill ta’ Amminstrazzjoni (isem u kunjom, ċittadinanza, titolu jew funzjoni fi ħdan il-fondazzjoni politika);

(g)

il-programm politiku tal-fondazzjoni politika (7);

(h)

dikjarazzjoni finanzjarja komprensiva għas-sena 2014 iċċertifikata mill-korp ta’ awditjar estern (8);

(i)

baġit operattiv provviżorju għall-perjodu kkonċernat (mill-1 ta’ Jannar 2016 sal-31 ta’ Diċembru 2016) li jindika n-nefqa eliġibbli għall-finanzjament mill-baġit tal-Unjoni;

(j)

deskrizzjoni tal-programm ta’ ħidma annwali;

(k)

dokumenti li jiċċertifikaw li l-applikant jissodisfa l-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003;

5.   Finanzjament mill-baġit tal-UE

Il-finanzjament għas-sena finanzjarja 2016 skont l-Artikolu 403 tal-baġit tal-Parlament. “Kontribuzzjonijiet lill-fondazzjonijiet politiċi Ewropej” huwa stmat li jammonta għal total ta’ EUR 18 700 000. Dan hu soġġett għall-approvazzjoni tal-awtorità baġitarja.

L-ammont massimu li jitħallas lill-benefiċjarji mill-Parlament Ewropew m’għandux jaqbeż il-85 % tal-ispejjeż marbuta mal-operat tal-fondazzjonijiet politiċi fl-livell Ewropew li huma eliġibbli. Il-fondazzjoni politika kkonċernata għandha r-responsabilità li tipprovdi evidenza.

Il-finanzjament għandu jieħu l-għamla ta’ konċessjoni għall-operat, kif previst mir-Regolament Finanzjarju u r-Regoli ta’ applikazzjoni. L-arranġamenti għall-ħlas tal-konċessjoni u l-obbligi li jirregolaw l-użu tiegħu se jiġu stipulati f’deċiżjoni ta’ għoti ta’ konċessjoni - kampjun ta’ dan il-ftehim jinsab fl-Anness 2b tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004.

6.   Proċedura u data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

6.1.   Id-data tal-għeluq u l-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet

Id-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni tal-applikazzjonijiet hija t-30 ta’ Settembru 2015. L-applikazzjonijiet imressqa wara dik id-data mhux se jiġu kkunsidrati.

L-applikazzjonijiet għandhom:

(a)

isiru permezz tal-formola tal-applikazzjoni għall-konċessjoni (Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004);

(b)

jiġu ffirmati, mingħajr ma l-applikant jonqos milli jagħmel dan, minnu stess jew minn rappreżentant awtorizzat b’mod korrett;

(c)

jintbagħtu f’envelop magħluq ġo ieħor. iż-żewġ envelops għandhom ikunu magħluqa. flimkien mal-indirizz tas-servizz destinatarju kif jidher fis-sejħa għall-proposti, l-envelop ta’ ġewwa jrid ikollu l-indikazzjoni:

“CALL FOR PROPOSALS – 2016 GRANTS TO POLITICAL FOUNDATIONS AT EUROPEAN LEVEL

NOT TO BE OPENED BY THE postal SERVICE OR BY ANY UNAUTHORISED PERSON”

Jekk jintużaw envelops li jeħlu minnhom infushom, għandhom jingħalqu bit-tejp li fuqu għandu jkun hemm il-firma ta’ min ikun qed jibgħat. Il-firma ta’ min qed jibgħat għandha tinkludi mhux biss il-firma bil-miktub tiegħu, iżda wkoll it-timbru tal-organizzazzjoni tiegħu;

Fuq l-envelop ta’ barra għandu jkun jidher l-indirizz ta’ min qed jibgħat u jkun indirizzat lil:

EUROPEAN PARLIAMENT

Mail Service

KAD 00D008

2929

IL-LUSSEMBURGU

L-indirizz fuq l-envelop ta’ ġewwa għandu jkun dan:

President of the European Parliament

Attn. Mr Didier Kléthi, Director-General of Finance

SCH 05B031

2929

IL-LUSSEMBURGU

(d)

jitressqu mhux iktar tard mid-data tal-għeluq stipulata fis-sejħa għal proposti jew bil-posta rreġistrata, kif muri bit-timbru tal-posta jew bis-servizz tal-kurjer skont id-data fuq l-irċevuta tad-depożitu.

6.2.   Il-proċedura indikattiva u l-iskeda

Il-proċedura u l-iskeda li ġejjin se japplikaw għall-għoti ta’ konċessjonijiet lill-fondazzjonijiet politiċi fl-livell Ewropew:

(a)

Il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni lill-Parlament Ewropew (mhux iktar tard mit-30 ta’ Settembru 2015);

(b)

Kunsiderazzjoni u għażla mid-dipartimenti tal-Parlament Ewropew; l-applikazzjonijiet li jitqiesu ammissibbli biss se jiġu eżaminati abbażi tal-kriterji tal-eliġibbiltà, tal-esklużjoni u tal-għażla stipulati fis-sejħa għall-proposti;

(c)

L-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-għoti mill-Bureau tal-Parlament Ewropew (bi prinċipju qabel l-1 ta’ Jannar 2016, kif stipulat fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004) u n-notifika tal-applikanti;

(d)

Notifika ta’ deċiżjonijiet tal-għoti;

(e)

Ħlas bil-quddiem ta’ 80 % (fi żmien 15-il ġurnata mid-deċiżjoni tal-għoti tal-konċessjoni).

6.3.   Informazzjoni addizzjonali

It-testi li ġejjin huma disponibbli fis-sit tal-Internet tal-Parlament Ewropew fl-indirizz li ġej:

http://www.europarl.europa.eu/tenders/invitations.htm

(a)

Ir-Regolament (KE) Nru 2004/2003;

(b)

Id-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004;

(c)

Il-formola tal-applikazzjoni għall-konċessjoni (Anness 1 tad-Deċiżjoni tal-Bureau tad-29 ta’ Marzu 2004).

Kwalunkwe mistoqsija relatata ma’ din is-sejħa għall-proposti li għandha l-għan li tagħti konċessjonijiet għandha tintbagħat bil-posta elettronika, u għandha tiġi kkwotata r-referenza tal-pubblikazzjoni, fl-indirizz li ġej: fin.part.fond.pol@europarl.europa.eu

6.4.   L-ipproċessar ta’ data personali

F’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9), id-data personali inkluża fl-applikazzjoni għall-finanzjament u l-annessi tagħha se tiġi proċessata skont il-prinċipji ta’ imparzjalità, legalità u proporzjonalità għall-finijiet espliċiti u leġittimi ta’ din l-azzjoni. Għall-finijiet tal-ipproċessar tal-applikazzjoni u sabiex jiġu salvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-Komunitajiet, id-data personali tista’ tiġi proċessata mis-servizzi u l-korpi kompetenti tal-Parlament Ewropew, u tintbagħat lis-servizzi ta’ awditjar interni, lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri, lill-Bord għall-Irregolaritajiet Finanzjarji jew lill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF).

Kwalunkwe individwu kkonċernat jista’ jikkuntattja lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (edps@edps.europa.eu) sabiex jappella.


(1)  ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1.

(2)  ĠU C 155, 12.6.2004, p. 1.

(3)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(5)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil għad-dokumenti li diġà ġew preżentati.

(6)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil għad-dokumenti li diġà ġew preżentati.

(7)  Jew dikjarazzjoni fuq l-unur li ma kienx hemm tibdil għad-dokumenti li diġà ġew preżentati.

(8)  Sakemm l-applikant ma jkunx ġie stabbilit matul is-sena kurrenti.

(9)  ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

17.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7620 — FAM/Fanopi/Nefab)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 200/04)

1.

Fid-9 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi FAM AB (“FAM”, l-Isvezja), ikkontrollata b’mod konġunt minn Knut and Alice Wallenberg Foundation, Marianne and Marcus Wallenberg Foundation u Marcus and Amalia Wallenberg Foundation, u Fanopi SA (“Fanopi”, il-Lussemburgu) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża Nefab Packaging AB (“Nefab”, l-Isvezja) permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal FAM: il-provvista ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ assi lil fondazzjonijiet Wallenberg varji.

—   għal Fanopi: l-organizzazzjoni ta’ parteċipazzjonijiet f’bosta intrapriżi f’isem is-sidien tagħha.

—   għal Nefab: il-provvista globali ta’ soluzzjonijiet tal-imballaġġ kompleti għat-trasportazzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7620 — FAM/Fanopi/Nefab, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Registru tal-Fużjonijiet

1049 Brussels/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


17.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 200/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7634 — Mitsui/Gestamp/GRI)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 200/05)

1.

Fid-9 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Mitsui & CO., Ltd (“Mitsui”, il-Ġappun) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet flimkien ma’ Holding Gonvarri, SL (“Holding Gonvarri”, Spanja), parti tal-grupp immexxi minn Acek Desarrollo y Gestión Industrial SL (“Gestamp Group”, Spanja), il-kontroll konġunt tal-impriza Gonvarri Eólica, SL kollha kemm hi u s-sussidjarji tagħha; li flimkien jagħmlu kummerċ bl-isem ta’ Gestamp Renewable Industries (“GRI”, Spanja), permezz tax-xiri ta’ ishma. GRI hija bħalissa unikament ikkontrollata minn Holding Gonvarri.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Mitsui hija dar tal-kummerċ involuta f’għadd ta’ negozji madwar id-dinja ta’ prodotti u negozju ieħor, inkluża l-provvista ta’ prodotti tal-azzar kif ukoll l-iżvilupp u l-promozzjoni tal-parki eoliċi,

Gestamp Group huwa attiv madwar id-dinja fis-settur tal-azzar, tal-komponenti tal-karozzi u tal-enerġija rinnovabbli,

GRI hi attiva fil-manifattura u l-fornitura ta’ komponenti tal-metall għat-turbini tar-riħ, b’mod partikolari torrijiet tar-riħ u flanġi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7634 — Mitsui/Gestamp/GRI, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.