ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 199

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
16 ta' Ġunju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 199/01

Rata tal-kambju tal-euro

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 199/02

Avviż tal-iskadenza ta’ ċerti miżuri antidumping

2

2015/C 199/03

Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

3

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 199/04

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7576 — Jacquet Metal Service/Schmolz Bickenbach Steel Distribution Business) ( 1 )

4

2015/C 199/05

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7656 — CD&R Group/Scimitar Topco Limited) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

5

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 199/06

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

6


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

16.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 199/1


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-15 ta’ Ġunju 2015

(2015/C 199/01)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1218

JPY

Yen Ġappuniż

138,54

DKK

Krona Daniża

7,4598

GBP

Lira Sterlina

0,72340

SEK

Krona Żvediża

9,1780

CHF

Frank Żvizzeru

1,0512

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,7120

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,279

HUF

Forint Ungeriż

313,30

PLN

Zloty Pollakk

4,1573

RON

Leu Rumen

4,4880

TRY

Lira Turka

3,0738

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4466

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3845

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,6972

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6053

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5107

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 253,50

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,9372

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

6,9653

HRK

Kuna Kroata

7,5755

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 953,21

MYR

Ringgit Malażjan

4,2185

PHP

Peso Filippin

50,735

RUB

Rouble Russu

61,5060

THB

Baht Tajlandiż

37,818

BRL

Real Brażiljan

3,5134

MXN

Peso Messikan

17,3273

INR

Rupi Indjan

71,9831


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 199/2


Avviż tal-iskadenza ta’ ċerti miżuri antidumping

(2015/C 199/02)

B’referenza għall-pubblikazzjoni ta’ avviż ta’ skadenza imminenti (1) li ma wassal għall-ebda talba sostanzjata kif xieraq għal rieżami, il-Kummissjoni tavża li l-miżura antidumping imsemmija hawn isfel se tiskadi dalwaqt.

Dan l-avviż huwa ppubblikat b’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (2).

Il-prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Ċerti sistemi tal-iskannjar tal-merkanzija

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju antidumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 510/2010 (ĠU L 150, 16.6.2010, p. 1)

17.6.2015


(1)  ĠU C 371, 18.10.2014, p. 18.

(2)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


16.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 199/3


Notifika tal-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri antidumping

(2015/C 199/03)

1.   Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet oġġetti ta’ dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (1), il-Kummissjoni tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt jiskadu fid-data msemmija fit-tabella hawn taħt.

2.   Proċedura

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u ħsara.

Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.

3.   Limitu ta’ żmien

Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand il-European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1049 Bruxelles/Brussel, Belgique/België (2) fi kwalunkwe żmien mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż, iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.

4.   Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009.

Prodott

Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni

Miżuri

Referenza

Data ta’ skadenza (3)

Ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu

Ir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

Dazju antidumping

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 248/2011 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti tal-fibra tal-ħġieġ bil-filament kontinwu li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 67, 15.3.2011, p. 1)

16.3.2016


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.

(2)  Faks +32 22956505.

(3)  Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

16.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 199/4


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7576 — Jacquet Metal Service/Schmolz Bickenbach Steel Distribution Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 199/04)

1.

Fil-5 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Jacquet Metal Service SA (Franza) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll ta’ partijiet mill-intrapriża Schmolz+Bickenbach AG: Schmolz+Bickenbach Distributions GmbH (“S+B Distributions”), Schmolz+Bickenbach Austria GmbH (“S+B Austria”), Schmolz+Bickenbach BV (“S+B BV”), Schmolz+Bickenbach Belgium SA (“S+B Belgium”), Günther + Schramm GmbH (“G+S”) u Dr. Wilhelm Mertens GmbH (“Dr. Mertens”) (“in-negozju akkwistat Schmolz+Bickenbach”) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għall-intrapriża Jacquet Metal Service: id-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-azzar permezz ta’ ħażniet u ċentri ta’ qtugħ tal-metall bl-ossiġnu pur,

—   għall-intrapriża Schmolz+Bickenbach AG: il-produzzjoni, it-trasformazzjoni u d-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-azzar,

—   għan-negozju akkwistat Schmolz+Bickenbach: id-distribuzzjoni ta’ prodotti tal-azzar prinċipalment permezz ta’ ħażniet.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (+32 22964301) b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7576 — Jacquet Metal Service/Schmolz Bickenbach Steel Distribution Business, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


16.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 199/5


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7656 — CD&R Group/Scimitar Topco Limited)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 199/05)

1.

Fid-9 ta’ Ġunju 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Clayton, Dubilier & Rice (“CD&R Group”, l-Istati Uniti tal-Amerka) permezz tal-veikolu ta’ investiment Clayton, Dubilier & Rice Fund IX, L.P. (“CD&R Fund IX”, il-Gżejjer Cayman) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill il-kontroll uniku ta’ Scimitar Topco Limited (“Scimitar”, ir-Renju Unit), il-kumpanija azzjonarja ta’ Motor Fuel Group (“MFG”, ir-Renju Unit), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

CD&R Group huwa grupp ta’ investiment ta’ ekwità privata bbażat fl-Istati Uniti tal-Amerka li joriġina, jistruttura u ta’ spiss jaġixxi bħala investitur ta’ ewlieni ta’ ekwità f’xiri ta’ kumpaniji mill-maniġers tagħhom stess, investimenti ta’ ekwità b’minoranza strateġika u investimenti strateġiċi oħra. Huwa jagħmel dawn l-investimenti permezz ta’ numru ta’ fondi differenti li huma ffurmati biex jagħmlu investimenti f’kumpaniji attivi f’varjetà ta’ setturi ekonomiċi,

Scimitar hi l-kumpanija azzjonarja ta’ Motor Fuel Group, bejjiegħ bl-imnut indipendenti ta’ petrol u ta’ konvenjenza fir-Renju Unit. Il-kumpaniji tal-grupp Scimitar huma attivi fil-forniment bl-imnut ta’ karburanti tal-vetturi tat-triq fir-Renju Unit u, anċillari għal dan, fil-provvista ta’ prodotti tal-merċa minn dawn is-siti. Huma involuti wkoll, sa ċertu punt, fil-fornitura bl-ingrossa ta’ karburanti tal-magni fir-Renju Unit għal għadd ta’ pompi tal-petrol li huma proprjetà indipendenti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7656 — CD&R Group/Scimitar Topco Limited, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

16.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 199/6


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(2015/C 199/06)

Il-Kummissjoni Ewropea approvat din l-emenda minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-18 ta’ Diċembru 2013 (1).

APPLIKAZZJONI GĦALL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA MINURI

Applikazzjoni għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012  (2)

“CORNISH PASTY”

Nru tal-UE: UK-PGI-0105-01256 – 12.8.2014

DPO ( ) IĠP ( X ) STG ( )

1.   Grupp applikant u interess leġittimu

Isem:

Cornish Pasty Association

Indirizz:

Chapel View Farm

Coombe Lane

Bissoe

Truro

TR4 8RE

UNITED KINGDOM

Tel.

+44 1872865101

Indirizz tal-posta elettronika:

info@cornishpastyassociation.co.uk

Dikjarazzjoni tal-interess leġittimu tal-grupp applikant:

Il-Cornish Pasty Association (l-Assoċjazzjoni) hija l-unika organizzazzjoni li tirrappreżenta l-interessi kollettivi tal-produtturi tal-Cornish Pasty ġenwina, prodott li ngħata l-istatus ta’ IĠP fil-11 ta’ Awwissu 2011. L-Assoċjazzjoni hija l-applikant imsemmi fl-Ispeċifikazzjoni tal-IĠP. Il-produtturi tal-Cornish Pasties ġenwini huma mħeġġa attivament li jsiru membri. L-Assoċjazzjoni fil-preżent għandha 24 membru li ħallas, li jirrappreżentaw madwar 50 % tal-produtturi li ġew identifikati, u aktar minn 90 % tal-pasties kollha prodotti f’Cornwall. L-iskop tal-Assoċjazzjoni, kif iddikjarat fil-kostituzzjoni tagħha, huwa li:

(a)

Tipprovdi vuċi waħda rispettata li tirrappreżenta u tappoġġja lill-produtturi u lill-bejjiegħa bl-imnut tal-Cornish Pasties ġenwini.

(b)

Tmexxi u tirrifletti l-ħsieb tal-industrija u fejn meħtieġ tkun il-kelliem għall-Membri.

(c)

Tiżviluppa u timplimenta strateġiji kontinwi għall-protezzjoni u l-amministrazzjoni tal-istatus ta’ Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) tal-Unjoni Ewropea, inklużi proċeduri għar-regolamentazzjoni tal-iskema tal-IĠP, il-promozzjoni tal-Cornish Pasties ġenwini u kull azzjoni oħra meħtieġa mill-Assoċjazzjoni biex tilħaq l-għanijiet tagħha.

(d)

Tikkopera mill-qrib mal-gruppi ta’ ħidma, il-kumpaniji u organizzazzjonijiet oħrajn għall-benefiċċju tal-Membri.

Minn meta ngħatat l-IĠP, sar evidenti li numru ta’ kwistjonijiet minuri qed ifixklu l-proċess ta’ awditjar u konformità minħabba li ċerti produtturi jagħmlu l-pasties skont riċetti u metodi li jvarjaw kemxejn mill-Ispeċifikazzjoni, mingħajr ma jagħmlu differenza materjali għall-awtentiċità tal-prodott. Fil-fehma tal-Assoċjazzjoni dawn il-varjazzjonijiet minuri ma għandhomx jipprevjenu lil dawn il-prodotti milli jikkonformaw mar-regolament.

L-emendi proposti:

(a)

mhumiex relatati mal-karatteristċi essenzjali tal-prodott;

(b)

ma jibdlux ir-rabta msemmija fil-punt (f)(i) jew (ii) tal-Artikolu 7(1);

(c)

ma jinkludux bidla fl-isem, jew f’xi parti tal-isem tal-prodott;

(d)

ma jaffettwax iż-żona ġeografika ddefinita; jew

(e)

ma jirrappreżentawx żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-prodott jew il-materja prima tiegħu.

L-emendi proposti għalhekk huma mfasslin biex jippermettu li jinkisbu l-interessi li ġejjin tal-grupp ta’ produtturi:

1.

Li jiżguraw li l-metodi moderni tal-produzzjoni tal-Cornish Pasty huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni.

2.

Li jippermettu li l-produtturi kollha tal-Cornish Pasties ġenwini jikkummerċjalizzaw legalment il-prodotti tagħhom taħt l-isem u l-logo tal-IĠP.

Li jistabbilixxu Speċifikazzjoni ċara u mhux ambigwa li tippermetti awditjar effiċjenti u bbażat fuq l-evidenza, kif ukoll verifika tal-konformità mar-rekwiżiti.

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Ir-Renju Unit

3.   Intestatura fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott affettwata mill-emenda/i

    Deskrizzjoni tal-prodott

    Prova tal-oriġini

    Metodu ta’ produzzjoni

    Rabta

    Tikkettar

    Oħrajn [għandhom jiġu speċifikati]

4.   Tip ta’ emenda/i

    Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DPO jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma teħtieġ l-ebda emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat

    Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DPO jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li teħtieġ emenda għad-Dokument Uniku ppubblikat

    Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ DPO jew IĠP irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont it-tielet subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li għaliha ma ġie ppubblikat l-ebda dokument uniku (jew ekwivalenti)

    Emenda għall-Ispeċifikazzjoni tal-prodott ta’ STG irreġistrata li għandha tikkwalifika bħala minuri skont ir-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

5.   Emenda/i

Emenda 1:

Deskrizzjoni tal-prodott

Din l-emenda tiċċara l-ingredjenti għat-tidlik tal-għaġina li jistgħu jiġu applikati għall-Cornish Pasty qabel it-tisjir.

Raġuni mogħtija għall-emenda:

Il-formolazzjoni tal-kliem tal-Ispeċifikazzjoni eżistenti hija ambigwa. L-Ispeċifikazzjoni oriġinali kellha l-intenzjoni li tippermetti komponenti tal-bajd u ħalib u ingredjenti għat-tidlik proprjetarji bbażati fuq il-bajd u ħalib kif ukoll il-bajd u l-ħalib, għaliex dawn jintużaw b’mod komuni, iżda huwa evidenti li din ma kinitx iddefinita b’mod ċar.

Il-formolazzjoni tal-kliem fl-Ispeċifikazzjoni attwali:

L-għaġina tista’ tkun jew tal-pastafrolla, semisfiljurata jew sfiljurata, skont ir-riċetta individwali tal-furnar. Wara l-mili, l-għaġina tista’ tkun immarkata għal skopijiet ta’ identifikazzjoni tal-prodott, eż. b’toqba magħmula bis-sikkina, b’qatgħat żgħar fl-għaġina jew b’forom magħmulin bl-għaġina u tista’ tindilek bil-ħalib, bil-bajd jew bit-tnejn li huma biex tieħu dak il-kulur dehbi tagħha. L-għaġina tal-wiċċ tagħti fil-mielaħ u hija robusta biżżejjed biex iżżomm il-forma tagħha tul il-proċess ta’ tisjir, tberrid u maniġġ u b’hekk jiġi evitat li l-għaġina tinqasam jew tixxaqqaq.

Tiġi emendata biex taqra:

L-għaġina tista’ tkun tal-pastafrolla, semisfiljurata jew sfiljurata, skont ir-riċetta individwali tal-furnar. Wara l-mili, l-għaġina tista’ tkun immarkata għal skopijiet ta’ identifikazzjoni tal-prodott, eż. b’toqba magħmula bis-sikkina, b’qatgħat żgħar fl-għaġina jew b’forom magħmulin bl-għaġina, u tista’ tindilek b’komponenti tal-ħalib jew tal-bajd jew tat-tnejn li huma, biex tieħu dak il-kulur dehbi tagħha. L-għaġina tal-wiċċ tagħti fil-mielaħ u hija robusta biżżejjed biex iżżomm il-forma tagħha tul il-proċess ta’ tisjir, tberrid u maniġġ u b’hekk jiġi evitat li l-għaġina tinqasam jew tixxaqqaq.

Emenda 2:

Deskrizzjoni tal-prodott

Tfittex li tagħmel provvediment għall-użu ta’ ammonti żgħar ħafna ta’ ingredjenti mhux obbligatorji fil-mili tal-għaġina jew biex iżidu s-sukkulenza jew inkella biex jgħinu fl-ipproċessar, iżda li ma jaffettwawx il-profil ġenerali tat-togħma tal-mili tal-Cornish Pasty. Tfittex ukoll li tiċċara l-formolazzjoni tal-kliem relatat ma’ kif tiġi ssiġġillata l-għaġina.

Raġuni għall-emenda:

Filwaqt li hemm ħtieġa li jiġi protett sew il-profil tat-togħma tal-Cornish Pasty ġenwina maħluq bl-ingredjenti prinċipali, huwa evidenti li jintużaw ħafna varjazzjonijiet żgħar, ħafna minnhom mgħoddija minn ġenerazzjoni għal oħra. Dawn joħolqu varjazzjonijiet sottili fil-prodotti lesti, li l-furnara huma kburin bihom. Din hija parti mit-tradizzjoni. Taħt l-ebda ċirkostanza din l-applikazzjoni ta’ emenda ma hija maħsuba biex tippermetti l-użu ta’ ingredjenti prinċipali għajr dawk stipulati fl-Ispeċifikazzjoni, jew ingredjenti oħrajn li jistgħu jbiddlu l-profil ġenerali tat-togħma tal-għaġina.

Il-metodi ta’ produzzjoni moderni jfissru wkoll li ċerti furnara jużaw ingredjenti li jgħinu fl-ipproċessar li ma jaffettwawx il-profil ġenerali tat-togħma tal-prodott, bħad-dqiq tal-qamħirrum, li jintuża biex jgħin fid-depożitar tal-mili. Għalkemm il-kwantitajiet huma żgħar ħafna, l-Ispeċifikazzjoni oriġinali ma kinitx tirrifletti dan.

Il-formolazzjoni tal-kliem rivedut iżomm b’mod ċar ir-rekwiżit li l-mili tal-Cornish Pasty ma jkunx fih addittivi artifiċjali.

Il-metodi tradizzjonali ta’ kif tiġi milwija u mmewġa l-għaġina jipproduċu varjazzjonijiet fid-dehra tal-prodott lest. Pereżempju, kultant il-liwja ssir f’angolu ta’ 45 grad u kultant issir fil-forma ta’ D ċatta. Il-Cornish Pasties jingħataw il-forma ta’ D malli l-mili jitqiegħed ġewwa, iżda l-proċess tal-liwi jista’ jirriżulta fi prodott finali li ma jkollux il-forma eżatta ta’ D. Dan huwa differenti mill-ippressar flimkien tat-truf fuq il-wiċċ tal-pasty, li mhuwiex il-metodu distintiv assoċjat mal-Cornish Pasties u huwa maħsub biex jibqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni.

Il-formolazzjoni tal-kliem fl-Ispeċifikazzjoni attwali:

L-ingredjenti għall-mili tal-Cornish Pasties huma:

patata maqtugħa fi flieli jew maqtugħa f’għamla ta’ kubi,

swede,

basla,

(il-kontenut tal-ħaxix fil-pastizott m’għandux ikun inqas minn 25 %),

ċanga mqatta’ f’biċċiet żgħar jew f’għamla ta’ kapuljat (il-kontenut tal-laħam fil-pastizzott m’għandux ikun inqas minn 12,5 %)

taħwir tal-ikel għat-togħma, b’mod ewlieni melħ u bżar.

L-ebda tip ieħor ta’ laħam, ħaxix eż. karrotti jew kwalunkwe addittiv artifiċjali ieħor m’għandu jintuża fil-mili u l-ingredjenti kollha għall-mili m’għandhomx ikunu msajrin meta l-prodott jiġi ssiġillat.

Nota: Tradizzjonalment, f’Cornwall wieħed jirreferi għal “swede” bħala “nevew”, jiġifieri ż-żewġ termini jfissru l-istess, iżda l-ingredjent minnu huwa s-“swede”. Waqt it-tiswir tagħhom, il-Cornish Pasties jingħataw forma ta’ “D” u t-trufijiet tal-għaġina jintlewew bl-idejn jew bil-magni fuq naħa waħda, qatt ‘il fuq.

Il-pastizzott sħiħ jinħema bil-mod sabiex ikun żgurat li t-togħmiet mill-ingredjenti mhux imsajrin jintiegħmu kemm jista’ jkun. Karatteristika oħra distintiva tal-Cornish Pastry hija dik li filwaqt illi l-ingredjenti użati jintgħarfu fl-apparenza, fit-togħma u fil-konsistenza, il-fużjoni ta’ togħmiet li jiġu mil-laħam taċ-ċanga nej u mill-ħaxix, jagħtu lill-prodott kollu togħma li tagħti fil-mielaħ ibbilanċjata u naturali. L-għaġina wkoll tieħu dik it-togħma ftit mielħa.

Il-Cornish Pasties jeħtieġ li jkunu mingħajr kuluri, togħmiet u preservattivi artifiċjali. Jinbiegħu f’diversi qisien u piżijiet u minn firxa ta’ ħwienet, inklużi ħwienet tal-laħam u furnara, supermarkets, delicatessens u ħwienet li jservu l-ikel.

Tiġi emendata biex taqra:

L-ingredjenti obbligatorji għall-mili tal-Cornish Pasties huma:

patata mqattgħa fi flieli jew imqattgħa f’għamla ta’ kubi,

swede,

basla,

(il-kontenut tal-ħaxix m’għandux ikun inqas minn 25 % tal-pasty kollu),

ċanga mqatta’ f’biċċiet żgħar jew f’għamla ta’ kapuljat (il-kontenut tal-laħam m’għandux ikun inqas minn 12,5 % tal-pastizzott kollu),

taħwir tal-ikel għat-togħma, l-iktar melħ u bżar.

L-ingredjenti għall-mili obbligatorji elenkati m’għandhomx ikunu msajrin meta l-prodott jiġi ssiġillat.

Fil-mili ma jista’ jintuża l-ebda laħam ieħor għajr iċ-ċanga, u l-ebda ħaxix ieħor għajr dawk elenkati fl-ingredjenti obbligatorji. Madankollu, ammonti żgħar ta’ ingredjenti oħrajn mhux obbligatorji huma permessi biex iżidu s-sukkulenza u t-togħma tal-pasty jew biex jgħinu fl-ipproċessar. Dawn ma jistgħux ibiddlu l-profil ġenerali tat-togħma maħluq mill-ingredjenti obbligatorji. Il-volum ikkombinat tal-ingredjenti li jgħinu fl-ipproċessar u ingredjenti oħrajn miżjuda ma għandux jammonta b’mod globali għal iżjed minn 5 % tal-mili, skont il-piż, fil-pasty mhux imsajjar.

Ma għandu jkun preżenti ebda addittiv artifiċjali fil-mili fil-pasty moħmi.

Nota: Tradizzjonalment, f’Cornwall wieħed jirreferi għal “swede” bħala “turnip” (nevew), jiġifieri ż-żewġ termini jintużaw flok xulxin, iżda l-ingredjent proprju huwa s-“swede”.

Il-Cornish Pasties jingħataw forma ta’ “D” u t-trufijiet tal-għaġina mbagħad jitmewġa bl-idejn jew bil-magni. Il-liwi huwa l-proċess tradizzjonali li permezz tiegħu t-truf ta’ Cornish Pasty jiġu ssiġillati. It-tarf mitwi bl-idejn li jirriżulta jinsab fuq naħa waħda tal-pasty u huwa karatteristika distintiva u differenti minn sempliċi siġill maqrus fuq il-parti ta’ fuq tal-pasty.

Il-pasty sħiħ jinħema bil-mod sabiex ikun żgurat li t-togħmiet mill-ingredjenti mhux imsajrin jintiegħmu kemm jista’ jkun. Karatteristika oħra distintiva tal-Cornish Pasty hija dik li filwaqt illi l-ingredjenti użati jintgħarfu fl-apparenza, fit-togħma u fil-konsistenza, il-fużjoni ta’ togħmiet li jiġu mit-tisjir tal-laħam taċ-ċanga nej u mill-ħaxix tagħti lill-prodott kollu togħma li tagħti fil-mielaħ ibbilanċjata u naturali. L-għaġina wkoll tieħu dik it-togħma ftit mielħa.

Il-Cornish Pasties jinbiegħu f’diversi qisien u piżijiet u minn firxa ta’ ħwienet, inklużi ħwienet tal-laħam u furnara, supermarkets, delicatessens u ħwienet li jservu l-ikel.

Emenda 3:

Prova tal-oriġini

Sabiex tiċċara l-metodi tat-traċċabbiltà.

Raġuni mogħtija għall-emenda:

L-emenda tneħħi l-ambigwità u toħloq metodu wieħed li permezz tiegħu l-oriġini tal-prodott jista’ jiġi rintraċċat għad-daqsijiet u t-tipi kollha ta’ produttur. Pereżempju, il-Marka tas-Saħħa msemmija fil-formolazzjoni tal-kliem eżistenti tapplika biss għal dawk li jipproduċu prodotti ppakkjati.

Il-formolazzjoni tal-kliem fl-Ispeċifikazzjoni attwali:

Prova li l-prodott huwa manifatturat fiż-żona denominata tista’ tintwera b’referenza għar-rekords li jżommu l-produtturi u b’referenza għas-sistemi ta’ traċċabilità li jeżistu. Il-korp ta’ spezzjoni nominat għandu jagħmel spezzjonijiet annwali fuq kull produttur biex jiżgura li jkun hemm konformità mal-ispeċifikazzjoni.

Kull membru għandu jirċievi Numru ta’ ċertifikazzjoni tiegħu stess ipprovdut mill-korp ta’ spezzjoni biex jintwera fuq l-imballaġġ u fuq kwalunkwe materjal tal-post tal-bejgħ meta jbiegħ il-Cornish Pasties. Dan in-numru uniku għandu juri fejn ikun sar kull pastizzott mibjugħ direttament lura sal-produttur. Fil-każ ta’ produtturi fuq skala żgħira, xi prodotti li jkunu ġew manifatturati jinbiegħu biss minn ħwienet tal-bejgħ tagħhom stess, filwaqt li membri ta’ daqs ikbar ibiegħu l-prodotti permezz tal-bejjiegħa bl-imnut ewlenin.

Il-produtturi tinħarġilhom Marka tas-Saħħa mill-Aġenzija tal-Istandards tal-Ikel (Food Standards Agency) u din flimkien mal-użu ta’ kodiċi tad-dejta tipprovdi traċċabilità sħiħa ta’ prodott mill-post tal-bejgħ, għal-lott tal-produzzjoni, sal-fornitur approvat ta’ kull ingredjent li fih il-prodott.

L-Assoċjazzjoni tal-Cornish Pasty sejra tissorvelja l-użu tat-timbru ta’ awtentifikazzjoni tagħha stess, mogħti lil kull wieħed mill-membri tagħha. Dan it-timbru jerġa’ jintuża fuq kwalunkwe imballaġġ u materjal tal-post tal-bejgħ.

Tiġi emendata biex taqra:

Prova li l-prodott huwa manifatturat fiż-żona denominata tista’ tintwera b’referenza għar-rekords li jżommu l-produtturi u b’referenza għas-sistemi ta’ traċċabilità fis-seħħ.

Kull produttur jirċievi n-numru ta’ ċertifikazzjoni tiegħu pprovdut mill-Cornish Pasty Association biex jurih fuq l-imballaġġ u fil-post tal-bejgħ. Dan in-numru uniku għandu jippermetti t-traċċabbiltà ta’ fejn ikun sar kull pasty mibjugħ, direttament lura sal-produttur. Reġistru tan-numri ta’ ċertifikazzjoni jinżamm mill-Cornish Pasty Association permezz ta’ komunikazzjoni mal-organi ta’ spezzjoni maħtura.

Il-Cornish Pasty Association tissorvelja l-użu tat-timbru ta’ awtentifikazzjoni tagħha stess, mogħti lil kull wieħed mill-membri tagħha.

Emenda 4:

Metodu ta’ produzzjoni

Iż-żieda tal-kelma “kapuljat” biex tiċċara l-ingredjenti tal-mili, u l-għoti ta’ deskrizzjoni aktar konċiża tal-metodu ta’ produzzjoni.

Raġuni għall-emendi:

L-emendi jirriflettu l-partijiet l-oħrajn tal-Ispeċifikazzjoni b’mod aktar preċiż u jneħħu kwalunkwe ripetizzjoni mhux meħtieġa.

Il-formolazzjoni tal-kliem attwali:

Qatgħat taċ-ċanga magħżula speċifikament u patata, basal u swede/nevew jiġu ppreparati, billi jitqattgħu f’biċċiet kbar. Il-pastizzott jiġi ppreparat, u rrumblat fil-forma meħtieġa.

L-ingredjenti tal-mili mhux imsajrin jiġu mħawwrin bi ftit melħ u bżar u jitpoġġew fuq l-għaġina tal-pastizzott. L-għaġina tintlewa u l-ġnub jintlewew bl-idejn biex tingħata l-forma ta’ D. Il-pastizzott jindilek u jinħema bil-mod sabiex toħroġ it-togħma tal-ingredjenti mhux imsajrin. Il-ħin tal-ħami jiddependi fuq id-daqs tal-prodott, li jista’ jvarja.

Il-pastizzotti jinbiegħu f’varjetà wiesgħa ta’ ħwienet li jvarjaw mis-supermarkets ewlenin sal-ħanut tal-produttur stess.

Tiġi emendata biex taqra:

Qatgħat taċ-ċanga magħżula speċifikament u patata, basal u swede/nevew jiġu ppreparati billi jitqattgħu f’biċċiet kbar. Il-pasty jiġi ppreparat u rrumblat fil-forma meħtieġa.

L-ingredjenti tal-mili mhux imsajrin jiġu mħawra xi ftit u jitpoġġew fuq l-għaġina tal-pasty. L-għaġina tintlewa u tingħata l-forma ta’ D. Il-pasty mbagħad jintlewa bl-idejn, jindilek u jinħema bil-mod sabiex toħroġ it-togħma tal-ingredjenti mhux imsajrin. Il-ħin tal-ħami jiddependi mid-daqs tal-prodott, li jista’ jvarja.

Emenda 5:

Oħrajn - Tikkettar

Jitneħħa r-rekwiżit li l-logo tal-Cornish Pasty Association jintuża fuq l-imballaġġ kollu.

Raġuni mogħtija għall-emenda:

Il-formolazzjoni tal-kliem oriġinali kienet teħtieġ li l-prodotti kollha jkollhom il-logo tal-Cornish Pasty Association, li ma tistax tiġi infurzata għaliex mhux il-produtturi kollha tal-Cornish Pasty huma meħtieġa jkunu membri tal-Cornish Pasty Association u l-logo jista’ jintuża biss mill-membri.

Ir-rekwiżit li jintuża s-simbolu tal-IĠP jibqa’ fis-seħħ, iżda mhux meħtieġ li jiġi inkluż f’dan id-dokument għaliex huwa kopert mil-leġiżlazzjoni ġenerali dwar l-Ismijiet tal-Ikel Protetti.

Il-formolazzjoni tal-kliem attwali:

Is-simbolu approvat tal-IĠP se jintuża fil-post tal-bejgħ, jew fuq kwalunkwe imballaġġ li fih il-prodott u l-logo li ġie żviluppat biex jagħti prova tal-awtentikazzjoni, se jkun appoġġjat mill-materjal użat fil-post tal-bejgħ.

Tiġi emendata biex taqra:

(jiġifieri ħalli vojt)

Emenda 6

Oħrajn – Aġġornament tad-dettalji tal-Organu ta’ Spezzjoni maħtur

Raġuni għall-emendi:

Id-dettalji tal-organi ta’ spezzjoni eżistenti ġew aġġornati. Connaught Compliance Services Ltd ma għadhiex topera u għalhekk tneħħiet mil-lista. Iż-żieda tal-Kunsill ta’ Cornwall bħala organu ta’ spezzjoni jagħti lill-produtturi l-flessibbiltà li jagħżlu minn firxa usa’ ta’ organi ta’ spezzjoni.

Il-formolazzjoni tal-kliem attwali:

Korp ta’ Spezzjoni:

Isem:

Product Authentication Inspectorate Limited

Indirizz:

Rowland House

65 High Street

Worthing

W. Sussex

BN11 1DN

UNITED KINGDOM

Tel.

+44 1903237799

Fax

+44 1903204445

E-Mail:

paul.wright@thepaigroup.com

Isem:

Connaught Compliance Services Ltd

Indirizz:

Connaught House

Sky Parks Business Centre

Caerphilly

CF83 3GG

UNITED KINGDOM

Tel.

+44 2920856505

E-Mail:

 

Isem

:

SAI Global

Indirizz

:

PO Box 44

Winterhill House

Snowdon Drive

Milton Keynes

MK6 1AX

UNITED KINGDOM

Tiġi emendata biex taqra:

Organu ta’ Spezzjoni:

Product Authentication Inspectorate Limited

Indirizz:

The Inspire

Hornbeam Park

Harrogate

North Yorkshire

HG2 8PA

UNITED KINGDOM

Tel.

+44 1423878878

E-Mail:

food@thepaigroup.com

Isem:

SAI Global

Indirizz:

42 The Square

Kenilworth

CV8 1EB

UNITED KINGDOM

Tel.

+44 1926854111

E-Mail:

info.emea@saiglobal.com

Isem:

Cornwall Council

Indirizz:

Public Health & Protection Service

Unit 6 Threemilestone Industrial Estate

Truro

Cornwall

TR4 9LD

UNITED KINGDOM

Tel.

+44 3001234191

E-Mail:

tradingstandards@cornwall.gov.uk

L-organu ta’ spezzjoni jikkonforma mal-prinċipji tal-istandard EN45011.

DOKUMENT UNIKU

“CORNISH PASTY”

Nru tal-UE: UK-PGI-0105-01256 – 12.8.2014

DPO ( ) IĠP ( X )

1.   Isem/Ismijiet (tad-DPO jew tal-IĠP)

“Cornish Pasty”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Renju Unit

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott (elenkati fl-Anness XI)

Klassi 2.3 – ħobż, għaġina, kejkijiet, ħelu, gallettini u prodotti oħrajn tal-furnara

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1

Il-Cornish Pasty huwa tip ta’ pastizzott li jagħti fil-mielaħ forma ta’ “D” mimli bil-laħam taċ-ċanga, ħaxix u taħwir tal-ikel.

Għaġina:

L-għaġina tista’ tkun tal-pastafrolla, semisfiljurata jew sfiljurata, skont ir-riċetta individwali tal-furnar. Wara l-mili, l-għaġina tista’ tkun immarkata għal skopijiet ta’ identifikazzjoni tal-prodott, eż. b’toqba magħmula bis-sikkina, b’qatgħat żgħar fl-għaġina jew b’forom magħmulin bl-għaġina, u tista’ tindilek b’komponenti tal-ħalib jew tal-bajd jew tat-tnejn li huma, biex tieħu dak il-kulur dehbi tagħha. L-għaġina tal-wiċċ tagħti fil-mielaħ u hija robusta biżżejjed biex iżżomm il-forma tagħha tul il-proċess ta’ tisjir, tberrid u maniġġ u b’hekk jiġi evitat li l-għaġina tinqasam jew tixxaqqaq.

Mili tal-pasty:

L-ingredjenti obbligatorji għall-mili tal-Cornish Pasties huma:

patata mqattgħa fi flieli jew mqattgħa f’għamla ta’ kubi,

swede

basla

(il-kontenut tal-ħaxix m’għandux ikun inqas minn 25 % tal-pasty kollu)

ċanga mqatta’ f’biċċiet żgħar jew f’għamla ta’ kapuljat (il-kontenut tal-laħam m’għandux ikun inqas minn 12,5 % tal-pasty kollu)

taħwir tal-ikel għat-togħma, l-iktar melħ u bżar.

L-ingredjenti għall-mili obbligatorji elenkati m’għandhomx ikunu msajrin meta l-prodott jiġi ssiġillat.

Fil-mili ma jista’ jintuża l-ebda laħam ieħor għajr iċ-ċanga, u l-ebda ħaxix ieħor għajr dawk elenkati fl-ingredjenti obbligatorji. Madankollu, ammonti żgħar ta’ ingredjenti oħrajn mhux obbligatorji huma permessi biex iżidu s-sukkulenza u t-togħma tal-pasty jew biex jgħinu fl-ipproċessar. Dawn ma jistgħux ibiddlu l-profil ġenerali tat-togħma maħluq mill-ingredjenti obbligatorji. Il-volum ikkombinat tal-ingredjenti li jgħinu fl-ipproċessar u ingredjenti oħrajn miżjuda ma għandux jammonta b’mod globali għal iżjed minn 5 % tal-mili, skont il-piż, fil-pasty mhux imsajjar.

Eżempji ta’ ingredjenti mhux obbligatorji li huma permessi, sakemm l-użu tagħhom ma jwaqqafx il-prodott finali milli jissodisfa r-rekwiżiti l-oħra kollha ta’ din l-ispeċifikazzjoni, huma:

Sabiex iżidu s-sukkulenza: xaħmijiet bħal butir, krema magħquda jew xaħam ta’ dam taċ-ċanga.

Sabiex jikkumplimentaw it-togħmiet tal-mili: ingredjenti bħal ċanga jew stokk tal-ħaxix.

Sabiex jgħinu fl-ipproċessar: ingredjenti bħal dqiq tal-qamħirrum, lamtu tal-patata u sulfiti.

Ma għandu jkun preżenti ebda addittiv artifiċjali fil-mili fil-pasty moħmi.

Nota: Tradizzjonalment, f’Cornwall wieħed jirreferi għal “swede” bħala “turnip” (nevew), jiġifieri ż-żewġ termini jintużaw flok xulxin, iżda l-ingredjent proprju huwa s-“swede”.

Il-Cornish Pasties jingħataw forma ta’ “D” u t-trufijiet tal-għaġina mbagħad jitmewġa bl-idejn jew bil-magni. Il-liwi huwa l-proċess tradizzjonali li permezz tiegħu t-truf ta’ Cornish Pasty jiġu ssiġillati. It-tarf mitwi bl-idejn li jirriżulta jinsab fuq naħa waħda tal-pasty u huwa karatteristika distintiva u differenti minn sempliċi siġill maqrus fuq il-parti ta’ fuq tal-pasty.

Il-pasty sħiħ jinħema bil-mod sabiex ikun żgurat li t-togħmiet mill-ingredjenti mhux imsajrin jintiegħmu kemm jista’ jkun. Karatteristika oħra distintiva tal-Cornish Pasty hija dik li filwaqt illi l-ingredjenti użati jintgħarfu fl-apparenza, fit-togħma u fil-konsistenza, il-fużjoni ta’ togħmiet li jiġu mit-tisjir tal-laħam taċ-ċanga nej u mill-ħaxix tagħti lill-prodott kollu togħma li tagħti fil-mielaħ ibbilanċjata u naturali. L-għaġina wkoll tieħu dik it-togħma ftit mielħa.

Il-Cornish Pasties jinbiegħu f’diversi qisien u piżijiet u minn firxa ta’ ħwienet, inklużi ħwienet tal-laħam u furnara, supermarkets, delicatessens u ħwienet li jservu l-ikel.

3.3.   Għalf (għall-prodotti li joriġinaw mill-annimali biss) u materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Għaġina tal-pastafroll, semisfiljurata jew sfiljurata

Ċanga

Patata

Basla

Swede

Taħwir tal-ikel

Ingredjenti mhux obbligatorji u li jgħinu fl-ipproċessar, soġġetti għall-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3.2.

3.4.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

L-assemblaġġ tal-pasties bi tħejjija għall-ħamja għandu jsir fiż-żona ddefinita.

Mhux bilfors li l-ħamja effettiva ssir fiż-żona ġeografika, iżda huwa possibbli li l-pasties mhux moħmija u/jew iffriżati jintbagħtu lill-furnara jew ħwienet oħrajn barra miż-żona fejn jistgħu jiġu moħmija fi fran għall-konsum.

3.5.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

In-numru ta’ identifikazzjoni uniku tal-produttur għandu jintwera fuq l-imballaġġ (fejn il-prodott jinbiegħ ippakkjat minn qabel) u fil-post tal-bejgħ jekk il-prodott ma jinbiegħx ippakkjat.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona amministrattiva ta’ Cornwall.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

In-natura tal-klima ta’ Cornwall – umda u moderata – u l-ġeografija fiżika tiegħu għamlu minnu post ideali kemm għall-produzzjoni taċ-ċanga kif ukoll għat-tkabbir tal-ħaxix. Il-patata u s-swedes/nevew ilhom, u għadhom sal-lum, uħud mill-prodotti tal-ortikultura prinċipali ta’ Cornwall. Għalkemm ma hemmx il-ħtieġa li l-ingredjenti nejjin ikunu ġejjin minn Cornwall, fil-prattika ħafna minnhom huma pprovduti mill-bdiewa lokali u għalhekk titkompla r-relazzjoni simbjotika li ilha stabbilita bejn il-bidwi u l-furnar ta’ Cornwall.

It-tħaffir fil-minjieri f’Cornwall imur lura diversi sekli, bl-industrija tilħaq il-qofol tagħha fis-sekli 18 u 19. L-importanza li għandu l-patrimonju tat-tħaffir fil-minjieri f’din iż-żona hija tant kbira li għalkemm l-industrija hija estinta llum il-ġurnata, fl-2006, uħud mill-pajsaġġi fejn hemm il-minjieri f’Cornwall tniżżlu bħala parti mill-Patrimonju Dinji.

Dawk li kienu jaħdmu fil-minjieri u fl-irziezet kienu jieħdu magħhom dan l-ikel konvenjenti li tista’ ġġorru faċilment miegħek u tieklu x-xogħol għax kien ferm adatt għal dan l-iskop. Minħabba d-daqs u l-forma tiegħu kien faċli li wieħed iġorru miegħu (normalment fil-but), hekk kif l-għaġina tiegħu kienet tipproteġi l-kontenut u kienet reżistenti biżżejjed filwaqt li l-ingredjenti tajbin għas-saħħa u nutrittivi kienu jsostnu lill-ħaddiema tul ġurnata twila u iebsa tax-xogħol. Hemm bosta stejjer rigward il-forma tal-pasty, bl-aktar popolari tkun dik li l-forma ta’ “D” kienet tippermetti lill-ħaddiema fil-minjieri tal-landa li jerġgħu jsaħħnuhom taħt l-art u jikluhom b’mod sikur. Il-qoxra (it-tarf immewweġ) kienet tintuża bħala maqbad li mbagħad jintrema minħabba l-livelli għoljin ta’ arseniku f’ħafna mill-minjieri tal-landa.

Hemm ħafna evidenza storika li tikkonferma l-importanza tal-Cornish Pasty bħala parti mill-patrimonju kulinarju tal-kontea. Il-pasty sar komuni fis-sekli 16 u 17 u kiseb tassew l-identità vera tiegħu bħala tal-post matul dawn l-aħħar 200 sena.

Riċerka wriet li l-assoċjazzjonijiet bejn il-pasty u Cornwall huma b’saħħithom illum daqs kemm kienu 200 sena ilu, kemm fil-kontea kif ukoll lil hinn minnha. It-turisti ilhom iżuru Cornwall sa minn mindu ġew żviluppati l-linji tal-ferrovija fil-kontea, li wassal biex il-Cornish Pasty isir parti integrali mill-esperjenza tal-viżitaturi. Skont riċerka li saret rigward l-attitudnijiet lejn l-ikel lokali f’Cornwall, il-Cornish Clotted Cream (li hu diġà DPO) u l-Cornish Pasty huma l-prodotti li l-viżitaturi l-aktar li jduqu. Effettivament, in-nies li kienu intervistati għal din ir-riċerka ddeskrivew it-tip ta’ pasties li kielu meta żaru l-kontea bħala “pasties ġenwini”, u dan jindika d-differenza konsiderevoli bejn il-Cornish Pasties minn Cornwall u l-varjetà iktar ġenerika prodotta għall-massa li attwalment jista’ jkollha l-istess isem. Il-Cornish Pasties u l-Cornish Clotted Cream huma wkoll dawk il-prodotti li probabbilment jinxtraw l-aktar mill-viżitaturi biex jeħduhom magħhom id-dar, permezz ta’ ordni bil-posta jew minn ħwienet lokali (sors: “Consumer Attitudes to Cornish Produce”, Ruth Huxley, 2002).

Il-Cornish Pasty fl-apparenza tiegħu jintgħaraf permezz tal-forma tiegħu ta’ “D” u t-tarf immewweġ. Il-forma ġiet imfassla sabiex ikun jista’ jinġarr faċilment (normalment fil-but) u kienet tippermetti lill-ħaddiema fil-minjieri tal-landa li jerġgħu jsaħħnuhom taħt l-art, kif ukoll li jikluhom b’mod sikur. Il-qoxra (it-tarf mitwi) kienet tintuża bħala maqbad li mbagħad jintrema minħabba l-livelli għoljin ta’ arseniku f’ħafna mill-minjieri tal-landa. L-għaġina kienet tipproteġi l-kontenut u kienet reżistenti biżżejjed filwaqt li l-ingredjenti tajbin għas-saħħa u nutrittivi kienu jsostnu lill-ħaddiema tul ġurnata twila u iebsa tax-xogħol.

Il-Cornish Pasty għandu reputazzjoni b’saħħitha u huwa popolari fil-wirt kulinarju ta’ Cornwall u għal bosta sekli nkiteb ħafna dwaru. Il-pasty sar komuni fis-sekli 16 u 17 u kiseb tassew l-identità vera tiegħu bħala tal-post matul dawn l-aħħar 200 sena.

Sal-aħħar tas-seklu 18 il-Cornish Pasty sar ikel ta’ kuljum għall-ħaddiema f’Cornwall, u għall-familji tagħhom ukoll. Dawk li kienu jaħdmu fil-minjieri u fl-irziezet kienu jieħdu magħhom dan l-ikel konvenjenti li tista’ ġġorru miegħek faċilment u tieklu x-xogħol għax kien ferm adatt għal dan l-iskop.

Evidenza tal-Cornish Pasty bħala ikel tradizzjonali ta’ Cornwall tinsab fl-Agricultural Survey of Cornwall ta’ Worgan li nkiteb fl-1808. Referenzi għal dan jinkludu “l-ħaddiem li s-soltu jieħu ftit laħam miegħu għall-mili tal-pasty”. Mir-reġistri tal-1860 jirriżulta li t-tfal impjegati fil-minjieri kienu jieħdu magħhom il-pasties wkoll bħala parti mill-“crib” jew “croust” (djalett lokali għal ikla ħafifa jew l-ikla ta’ nofsinhar) tagħhom.

Sal-bidu tas-seklu 20, il-Cornish Pasty kien qed jiġi prodott fil-kontea kollha bħala ikel bażiku tal-ħaddiema fl-irziezet u dawk fil-minjieri. Hemm eżempji ta’ kartolini ta’ żmien ir-Re Dwardu li huma datati bejn wieħed u ieħor 1901-1910 li juru l-Cornish Pasties, u hemm siltiet mill-kotba tat-tisjir “Good Things in England” (1922) u “Cornish Recipes, Ancient and Modern” (1929) b’riċetti tipiċi ta’ dan it-tip ta’ pasty.

Riċerka wriet li l-assoċjazzjonijiet bejn il-pasty u Cornwall huma b’saħħithom illum daqs kemm kienu 200 sena ilu, kemm fil-kontea kif ukoll lil hinn minnha. It-turisti ilhom iżuru Cornwall sa minn mindu ġew żviluppati l-linji tal-ferrovija fil-kontea, u dan wassal biex il-Cornish Pasty isir parti integrali mill-esperjenza tal-viżitaturi.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

https://www.gov.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/386027/cornish-pasty-pgi-amendment-spec.pdf


(1)  ĠU L 179, 19.6.2014, p. 17.

(2)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.