ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 178

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
1 ta' Ġunju 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 178/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 178/02

Kawża C-105/15 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2015 minn Konstantinos Mallis u minn Elli Konstantinou Malli mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-327/13, Mallis u Malli vs Il-Kummissjoni u Il-Bank Ċentrali Ewropew

2

2015/C 178/03

Kawża C-106/15 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2015 minn Tameio Pronoias Prosopikou Trapezis Kyprou mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-328/13, Tameio Pronoias Prosopikou Trapezis Kyprou vs Il-Kummissjoni u Il-Bank Ċentrali Ewropew

3

2015/C 178/04

Kawża C-107/15 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2015 minn Petros Khatzithoma u Elenitsa Khatzithoma mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-329/13, Petros Khatzithoma u Elenitsa Khatzithoma vs Il-Kumissjoni u Il-Bank Ċentrali Ewropew

4

2015/C 178/05

Kawża C-108/15 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2015 minn Lella Khatziioannou mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-330/13, Lella Khatziioannou vs Il-Kummissjoni u Il-Bank Ċentrali Ewropew

5

2015/C 178/06

Kawża C-109/15 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2015 minn Marinos Nikolaou mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-331/13, Marinos Nikolaou vs Il-Kummisskoni u Il-Bank Ċentrali Ewropew

6

2015/C 178/07

Kawża C-110/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-2 ta’ Marzu 2015 – Nokia Italia SpA et vs Ministero per i beni e le attività culturali (MiBAC) et

7

2015/C 178/08

Kawża C-121/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-18 ta’ Diċembru 2014 – ANODE – Association nationale des opérateurs détaillants en énergie vs Premier ministre, Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique, Commission de régulation de l’énergie, GDF Suez

8

2015/C 178/09

Kawża C-124/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Marzu 2015 – Salutas Pharma GmbH vs Hauptzollamt Hannover

9

2015/C 178/10

Kawża C-133/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Marzu 2015 – H.C. Chavez-Vilchez et vs Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank (Svb) et

9

2015/C 178/11

Kawża C-137/15: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) fl-20 ta’ Marzu 2015 – María Pilar Plaza Bravo vs Servicio Público de Empleo Estatal Dirección Provincial de Álava

10

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 178/12

Kawża T-527/09 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2015 – Ayadi vs Il-Kummissjoni [Rinviju wara annullament — Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Oussama ben Laden, in-netwerk tal-Al Qaida u t-Taliban — Regolament (KE) nruo881/2002 — Iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ persuna inkluża f’lista stabbilita minn organu tal-Ġnus Magħquda — Inklużjoni tal-isem ta’ din il-persuna fil-lista li tidher fl-anness I tar-Regolament (KE) nru 881/2002 — Rikors għal annullament — Drittijiet fundamentali — Drittijiet għad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Dritt għar-rispett tal-proprjetà]

11

2015/C 178/13

Kawża T-121/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2015 – Conte et vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament — Sajd — Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd — Stabbiliment ta’ sistema Komunitarja ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ eżekuzzjoni — Kunċett ta’ att regolatorju — Kunċett ta’ att leġiżlattiv — Nuqqas ta’ interess individwali — Inammissibbiltà)

12

2015/C 178/14

Kawża T-213/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2015 – Square vs UASI – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Pyrénées Gascogne (SQUARE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

12

2015/C 178/15

Kawża T-111/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2015 – Ryanair et Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

13

2015/C 178/16

Kawża T-115/15: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2015 – DEZA vs ECHA

14

2015/C 178/17

Kawża T-121/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2015 – Fortischem vs Il-Kummissjoni

15

2015/C 178/18

Kawża T-122/15: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2015 – Landeskreditbank Baden-Württemberg vs BĊE

17

2015/C 178/19

Kawża T-143/15: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

19

2015/C 178/20

Kawża T-145/15: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2015 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni Ewropea

20

2015/C 178/21

Kawża T-158/15: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2015 – Abertis Infraestructuras u Abertis Telecom Satélites vs Il-Kummissjoni

21

2015/C 178/22

Kawża T-163/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2015 – Delta Group agroalimentare Srl vs Il-Kummissjoni

22

2015/C 178/23

Kawża T-167/15: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2015 – Bundesverband Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise vs UASI – Freistaat Bayern (NEUSCHWANSTEIN)

23

2015/C 178/24

Kawża T-256/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2015 – Hautau vs Il-Kummissjoni

24

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 178/25

Kawża F-33/15: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2015 – ZZ vs KESE

25

2015/C 178/26

Kawża F-34/15: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2015 – ZZ vs SEAE

25

2015/C 178/27

Kawża F-37/15: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

26

2015/C 178/28

Kawża F-38/15: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2015 – FJ vs Il-Parlament

26

2015/C 178/29

Kawża F-39/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

27

2015/C 178/30

Kawża F-40/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kunsill

27

2015/C 178/31

Kawża F-41/15: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2015 – ZZ et vs CEPOL

28

2015/C 178/32

Kawża F-42/15: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

28

2015/C 178/33

Kawża F-43/15: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

29


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 178/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 171, 26.5.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 155, 11.5.2015

ĠU C 146, 4.5.2015

ĠU C 138, 27.4.2015

ĠU C 127, 20.4.2015

ĠU C 118, 13.4.2015

ĠU C 107, 30.3.2015

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/2


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2015 minn Konstantinos Mallis u minn Elli Konstantinou Malli mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (l-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-327/13, Mallis u Malli vs Il-Kummissjoni u Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-105/15 P)

(2015/C 178/02)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Konstantinos Mallis u Elli Konstantinou Malli (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tilqa’ l-eċċezzjoni ta’ inammissibblità u, b’mod partikolari, id-deċiżjoni li “dikjarazzjoni tal-grupp tal-euro ma tistax titqies bħala att li huwa maħsub li jipproduċi effetti legali fil-konfront ta’ terzi” u konsegwentement fil-konfront tar-rikorrenti u li bid-dikjarazzjoni kkontestata l-grupp tal-euro “pproduċa, b’mod ġenerali ħafna, rendikont ta’ ċerti miżuri maqbula fuq il-livell politiku mar-Repubblika ta’ Ċipru”;

tannulla d-digriet appellat li permezz tiegħu t-tnaqqis tal-valur tad-depożiti ġie imputat lir-Repubblika ta’ Ċipru mingħajr ma ġiet attribwita xi mġieba, att jew deċiżjoni lill-grupp tal-euro, lill-appellati jew lil dawn tal-aħħar permezz tal-grupp tal-euro;

tannulla l-kundanna tar-rikorrenti għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jinvokaw erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħhom. Dawn huma:

1.

Id-digriet appellat huwa vvizzjat minn nuqqas ta’ motivazzjoni u ngħata abbażi ta’ interpretazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-liġi fir-rigward tal-istituzzjoni li effettivament adottat id-deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-valur tad-depożiti “bail in”.

2.

Id-digriet appellat ingħata bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, peress li l-Qorti Ġenerali interpretat ħażin il-fatt li, indipendentement mit-tip jew mill-forma li ħadet id-deċiżjoni kkontestata tal-grupp tal-euro, din kienet, f’dan il-każ, att li jista’ jiġi kkontestat.

3.

Id-digriet appellat huwa vvizzjat peress li l-Qorti Ġenerali, fl-għoti tad-digriet, ma eżaminatx ir-relazzjoni ġuridika u fattwali bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-grupp tal-euro, u lanqas ma eżaminat il-fatt li abbażi tal-prinċipju ta’ legal causation u tal-kriterju tal-awtur veru, l-atti tal-grupp tal-euro kienu jikkostitwixxu atti tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, li kellhom jaġixxu b’mod konformi mat-Trattat u mal-Protokolli tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mad-dritt sekondarju u derivat.

Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx il-mertu tal-argumenti u tal-ilmenti tar-rikorrenti u għalhekk żbaljat meta ċaħdet ir-rikors għal annullament.

4.

Ladarba dan l-appell jiġi milqugħ, ir-rikorrenti ma għandhomx jiġu kkundannati għall-ispejjeż tal-appell u għal dawk tal-proċeduri fl-ewwel istanza.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/3


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2015 minn Tameio Pronoias Prosopikou Trapezis Kyprou mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-328/13, Tameio Pronoias Prosopikou Trapezis Kyprou vs Il-Kummissjoni u Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-106/15 P)

(2015/C 178/03)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Tameio Pronoias Prosopikou Trapezis Kyprou (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Liasidou u K. Efstathiou, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tilqa’ l-eċċezzjoni ta’ inammissibblità u, b’mod partikolari, id-deċiżjoni li “dikjarazzjoni tal-Grupp tal-euro ma tistax titqies bħala att li huwa maħsub li jipproduċi effetti legali fil-konfront ta’ terzi” u konsegwentement fil-konfront tal-appellanti u li bid-dikjarazzjoni kkontestata l-Grupp tal-euro “pproduċa, b’mod ġenerali ħafna, rendikont ta’ ċerti miżuri maqbula fuq il-livell politiku mar-Repubblika ta’ Ċipru”;

tannulla d-digriet appellat li permezz tiegħu t-tnaqqis tal-valur tad-depożiti ġie imputat lir-Repubblika ta’ Ċipru mingħajr ma ġiet attribwita xi mġieba, att jew deċiżjoni lill-Grupp tal-euro, lill-appellati jew lill-appellati permezz tal-Grupp tal-euro;

tannulla l-kundanna tal-appellanti għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħha. B’mod iktar partikolari:

1.

Id-digriet appellat huwa vvizzjat minn nuqqas ta’ motivazzjoni u ngħata abbażi ta’ interpretazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-liġi fir-rigward tal-istituzzjoni li effettivament adottat id-deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-valur tad-depożiti “bail in”.

2.

Id-digriet appellat ingħata bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, peress li l-Qorti Ġenerali interpretat ħażin il-fatt li, indipendentement mit-tip jew mill-forma li ħadet id-deċiżjoni kkontestata tal-Grupp tal-euro, din kienet, f’dan il-każ, att li jista’ jiġi kkontestat.

3.

Id-digriet appellat huwa vvizzjat peress li l-Qorti Ġenerali, fl-għoti tad-digriet, ma eżaminatx ir-relazzjoni ġuridika u fattwali bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Grupp tal-euro, u lanqas ma eżaminat il-fatt li abbażi tal-prinċipju ta’ Legal Causation u tal-kriterju tal-awtur veru, l-atti tal-Grupp tal-euro kienu jikkostitwixxu atti tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, li kellhom jaġixxu b’mod konformi mat-Trattat u mal-Protokolli tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mad-dritt sekondarju u derivat.

Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx il-mertu tal-argumenti u tal-ilmenti tal-appellanti u għalhekk żbaljat meta ċaħdet ir-rikors għal annullament.

4.

Ladarba dan l-appell jiġi milqugħ, l-appellanti ma għandhiex tiġi kkundannata għall-ispejjeż tal-appell u lanqas ma għandha tiġi kkundannata għal dawk tal-proċeduri fl-ewwel istanza.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/4


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2015 minn Petros Khatzithoma u Elenitsa Khatzithoma mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-329/13, Petros Khatzithoma u Elenitsa Khatzithoma vs Il-Kumissjoni u Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-107/15 P)

(2015/C 178/04)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Petros Khatzithoma u Elenitsa Khatzithoma (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummisjoni Ewropea u Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tilqa’ l-eċċezzjoni ta’ inammissibblità u, b’mod partikolari, id-deċiżjoni li “dikjarazzjoni tal-Grupp tal-euro ma tistax titqies bħala att li huwa maħsub li jipproduċi effetti legali fil-konfront ta’ terzi” u konsegwentement fil-konfront tal-appellanti u li bid-dikjarazzjoni kkontestata l-Grupp tal-euro “pproduċa, b’mod ġenerali ħafna, rendikont ta’ ċerti miżuri maqbula fuq il-livell politiku mar-Repubblika ta’ Ċipru”;

tannulla d-digriet appellat li permezz tiegħu t-tnaqqis tal-valur tad-depożiti ġie imputat lir-Repubblika ta’ Ċipru mingħajr ma ġiet attribwita xi mġieba, att jew deċiżjoni lill-Grupp tal-euro, lill-appellati jew lill-appellati permezz tal-Grupp tal-euro;

tannulla l-kundanna tal-appellanti għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti jinvokaw erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħhom. B’mod iktar partikolari:

1.

Id-digriet appellat huwa vvizzjat minn nuqqas ta’ motivazzjoni u ngħata abbażi ta’ interpretazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-liġi fir-rigward tal-istituzzjoni li effettivament adottat id-deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-valur tad-depożiti “bail in”.

2.

Id-digriet appellat ingħata bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, peress li l-Qorti Ġenerali interpretat ħażin il-fatt li, indipendentement mit-tip jew mill-forma li ħadet id-deċiżjoni kkontestata tal-Grupp tal-euro, din kienet, f’dan il-każ, att li jista’ jiġi kkontestat.

3.

Id-digriet appellat huwa vvizzjat peress li l-Qorti Ġenerali, fl-għoti tad-digriet, ma eżaminatx ir-relazzjoni ġuridika u fattwali bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Grupp tal-euro, u lanqas ma eżaminat il-fatt li abbażi tal-prinċipju ta’ Legal Causation u tal-kriterju tal-awtur veru, l-atti tal-Grupp tal-euro kienu jikkostitwixxu atti tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, li kellhom jaġixxu b’mod konformi mat-Trattat u mal-Protokolli tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mad-dritt sekondarju u derivat.

Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx il-mertu tal-argumenti u tal-ilmenti tal-appellanti u għalhekk żbaljat meta ċaħdet ir-rikors għal annullament.

4.

Ladarba dan l-appell jiġi milqugħ, l-appellanti ma għandhomx jiġu kkundannati għall-ispejjeż tal-appell u lanqas ma għandhom jiġu kkundannati għal dawk tal-proċeduri fl-ewwel istanza.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/5


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2015 minn Lella Khatziioannou mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-330/13, Lella Khatziioannou vs Il-Kummissjoni u Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-108/15 P)

(2015/C 178/05)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Lella Khatziioannou (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tilqa’ l-eċċezzjoni ta’ inammissibblità u, b’mod partikolari, id-deċiżjoni li “dikjarazzjoni tal-Grupp tal-euro ma tistax titqies bħala att li huwa maħsub li jipproduċi effetti legali fil-konfront ta’ terzi” u konsegwentement fil-konfront tal-appellanti u li bid-dikjarazzjoni kkontestata l-Grupp tal-euro “pproduċa, b’mod ġenerali ħafna, rendikont ta’ ċerti miżuri maqbula fuq il-livell politiku mar-Repubblika ta’ Ċipru”;

tannulla d-digriet appellat li permezz tiegħu t-tnaqqis tal-valur tad-depożiti ġie imputat lir-Repubblika ta’ Ċipru mingħajr ma ġiet attribwita xi mġieba, att jew deċiżjoni lill-Grupp tal-euro, lill-appellati jew lill-appellati permezz tal-Grupp tal-euro;

tannulla l-kundanna tal-appellanti għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka erba’ aggravji insostenn tal-appell tagħha. B’mod iktar partikolari:

Id-digriet appellat huwa vvizzjat minn nuqqas ta’ motivazzjoni u ngħata abbażi ta’ interpretazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-liġi fir-rigward tal-istituzzjoni li effettivament adottat id-deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-valur tad-depożiti “bail in”.

Id-digriet appellat ingħata bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, peress li l-Qorti Ġenerali interpretat ħażin il-fatt li, indipendentement mit-tip jew mill-forma li ħadet id-deċiżjoni kkontestata tal-Grupp tal-euro, din kienet, f’dan il-każ, att li jista’ jiġi kkontestat.

Id-digriet appellat huwa vvizzjat peress li l-Qorti Ġenerali, fl-għoti tad-digriet, ma eżaminatx ir-relazzjoni ġuridika u fattwali bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Grupp tal-euro, u lanqas ma eżaminat il-fatt li abbażi tal-prinċipju ta’ Legal Causation u tal-kriterju tal-awtur veru, l-atti tal-Grupp tal-euro kienu jikkostitwixxu atti tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, li kellhom jaġixxu b’mod konformi mat-Trattat u mal-Protokolli tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mad-dritt sekondarju u derivat.

Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx il-mertu tal-argumenti u tal-ilmenti tal-appellanti u għalhekk żbaljat meta ċaħdet ir-rikors għal annullament.

Ladarba dan l-appell jiġi milqugħ, l-appellanti ma għandhiex tiġi kkundannata għall-ispejjeż tal-appell u lanqas ma għanda tiġi kkundannata għal dawk tal-proċeduri fl-ewwel istanza.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/6


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2015 minn Marinos Nikolaou mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fis-16 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-331/13, Marinos Nikolaou vs Il-Kummisskoni u Il-Bank Ċentrali Ewropew

(Kawża C-109/15 P)

(2015/C 178/06)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellant: Marinos Nikolaou (rappreżentanti: E. Efstathiou, K. Efstathiou u K. Liasidou, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet tal-appellant

tannulla s-sentenza appellata;

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali li tilqa’ l-eċċezzjoni ta’ inammissibblità u, b’mod partikolari, id-deċiżjoni li “dikjarazzjoni tal-Grupp tal-euro ma tistax titqies bħala att li huwa maħsub li jipproduċi effetti legali fil-konfront ta’ terzi” u konsegwentement fil-konfront tal-appellant u li bid-dikjarazzjoni kkontestata l-Grupp tal-euro “pproduċa, b’mod ġenerali ħafna, rendikont ta’ ċerti miżuri maqbula fuq il-livell politiku mar-Repubblika ta’ Ċipru”;

tannulla d-digriet appellat li permezz tiegħu t-tnaqqis tal-valur tad-depożiti ġie imputat lir-Repubblika ta’ Ċipru mingħajr ma ġiet attribwita xi mġieba, att jew deċiżjoni lill-Grupp tal-euro, lill-appellati jew lil appellati permezz tal-Grupp tal-euro;

tannulla l-kundanna tal-appellant għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jinvoka erba’ aggravji insostenn tal-appell tiegħu. B’mod iktar partikolari:

Id-digriet appellat huwa vvizzjat minn nuqqas ta’ motivazzjoni u ngħata abbażi ta’ interpretazzjoni żbaljata tal-fatti u tal-liġi fir-rigward tal-istituzzjoni li effettivament adottat id-deċiżjoni dwar it-tnaqqis tal-valur tad-depożiti “bail in”.

Id-digriet appellat ingħata bi ksur tal-prinċipji ġenerali tad-dritt, peress li l-Qorti Ġenerali interpretat ħażin il-fatt li, indipendentement mit-tip jew mill-forma li ħadet id-deċiżjoni kkontestata tal-Grupp tal-euro, din kienet, f’dan il-każ, att li jista’ jiġi kkontestat.

Id-digriet appellat huwa vvizzjat peress li l-Qorti Ġenerali, fl-għoti tad-digriet, ma eżaminatx ir-relazzjoni ġuridika u fattwali bejn il-Kummissjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew u l-Grupp tal-euro, u lanqas ma eżaminat il-fatt li abbażi tal-prinċipju ta’ Legal Causation u tal-kriterju tal-awtur veru, l-atti tal-Grupp tal-euro kienu jikkostitwixxu atti tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Kummissjoni Ewropea, li kellhom jaġixxu b’mod konformi mat-Trattat u mal-Protokolli tal-Unjoni Ewropea kif ukoll mad-dritt sekondarju u derivat.

Konsegwentement, il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx il-mertu tal-argumenti u tal-ilmenti tal-appellanti u għalhekk żbaljat meta ċaħdet ir-rikors għal annullament.

Ladarba dan l-appell jiġi milqugħ, l-appellanti ma għandux jiġi kkundannat għall-ispejjeż tal-appell u lanqas ma għandu jiġi kkundannat għal dawk tal-proċeduri fl-ewwel istanza.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-2 ta’ Marzu 2015 – Nokia Italia SpA et vs Ministero per i beni e le attività culturali (MiBAC) et

(Kawża C-110/15)

(2015/C 178/07)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nokia Italia SpA, Hewlett-Packard Italiana srl, Telecom Italia SpA, Samsung Electronics Italia SpA, Dell SpA, Fastweb SpA, Sony Mobile Communications Italy SpA, Wind Telecomunicazioni SpA

Konvenuti: Ministero per i beni e le attività culturali (MibAC), Società italiana degli autori ed editori (Siae), Istituto per la tutela dei diritti degli artisti interpreti esecutori (Imaie), fi stralċ, Associazione nazionale industrie cinematografiche audiovisive e multimediali (Anica), Associazione produttori televisivi (Apt)

Domandi preliminari

1)

Id-dritt Komunitarju, u b’mod partikolari l-premessa 31 u l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE (1), jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali (b’mod iktar preċiż l-Artikolu 71e tal-liġi Taljana dwar id-dritt tal-awtur, moqri flimkien mal-Artikolu 4 [tal-anness] tad-Digriet Ministerjali tat-30 ta’ Diċembru 2009) li, meta mezzi u tagħmir jinxtraw għal finijiet li manifestament ma humiex dawk tal-kopja privata, jiġifieri, għal użu esklużivament professjonali, tinvoka, sabiex tiddetermina l-kriterji ta’ eżenzjoni ex ante tal-ħlas għal kopja privata, il-konklużjoni ta’ ftehimiet – jew “negozjati liberi” – ta’ dritt privat, b’mod partikolari l-“protokolli ta’ applikazzjoni” elenkati fl-imsemmi Artikolu 4, mingħajr ma tipprovdi għal regoli ġenerali jew għal ebda garanzija ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn is-Siae u l-persuni responsabbli għall-ħlas tal-kumpens jew l-assoċjazzjonijiet settorjali tagħhom?

2)

Id-dritt Komunitarju, u b’mod partikolari l-premessa 31 u l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29/KE, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali (b’mod iktar preċiż l-Artikolu 71e tal-liġi Taljana dwar id-dritt tal-awtur, flimkien mad-Digriet Ministerjali tat-30 ta’ Diċembru 2009 u l-istruzzjonijiet ta’ Siae dwar rimbors) li tipprovdi li, meta mezzi u apparat jinxtraw għal finijiet li manifestament ma humiex dawk tal-kopja privata, jiġifieri għal użu esklużivament professjonali, ir-rimbors jista’ jintalab biss mill-utent aħħari u mhux mill-produttur tal-mezzi u t-tagħmir?


(1)  Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230)


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fit-18 ta’ Diċembru 2014 – ANODE – Association nationale des opérateurs détaillants en énergie vs Premier ministre, Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique, Commission de régulation de l’énergie, GDF Suez

(Kawża C-121/15)

(2015/C 178/08)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ANODE – Association nationale des opérateurs détaillants en énergie

Konvenuti: Premier ministre, Ministre de l’économie, de l’industrie et du numérique, Commission de régulation de l’énergie, GDF Suez

Domandi preliminari

1)

L-intervent ta’ Stat Membru li jikkonsisti fl-impożizzjoni fuq l-operatur eżistenti li joffri l-provvista ta’ gass naturali lill-konsumatur finali b’tariffi rregolati, iżda li ma jimpedixxix li jsiru offerti kompetituri, bi prezzijiet iktar baxxi minn dawn it-tariffi, min-naħa tal-fornitur eżistenti jew tal-fornituri alternattivi, għandu jitqies li jwassal għal determinazzjoni tal-livell tal-prezz tal-provvista tal-gass naturali lill-konsumatur finali b’mod indipendenti mill-funzjonament ħieles tas-suq u jikkostitwixxi, min-natura tiegħu stess, ostakolu għat-twettiq ta’ suq tal-gass naturali kompetittiv imsemmi fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2009/73/KE (1)?

2)

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għad-domanda 1, abbażi ta’ liema kriterji għandha tiġi evalwata l-kompatibbiltà ta’ tali intervent tal-Istat fil-prezz tal-provvista tal-gass naturali lill-konsumatur finali mad-Direttiva 2009/73/KE?

B’mod partikolari:

a)

Sa fejn u taħt liema kundizzjonijiet l-Artikolu 106(2) tat-Trattat, moqri flimkien mal-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73/KE, jippermetti lill-Istati Membri, billi jintervjenu fil-prezz tal-provvista tal-gass naturali lill-konsumatur finali, li jfittxu li jilħqu għanijiet differenti miż-żamma tal-prezz tal-provvista f’livell raġonevoli, bħalma huma s-sigurtà tal-provvista u l-koeżjoni territorjali?

b)

Fid-dawl tal-għanijiet ta’ sigurtà tal-provvista u ta’ koeżjoni territorjali, l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2009/73/KE jippermetti intervent ta’ Stat Membru fl-iffissar tal-prezz tal-provvista tal-gass naturali bbażat fuq il-prinċipju ta’ kopertura tal-ispejjeż sħaħ tal-fornitur eżistenti u l-ispejjeż intiżi li jiġu koperti bit-tariffi jistgħu jinkludu komponenti differenti mill-porzjon li tirrappreżenta l-provvista għal żmien twil?


(1)  Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Lulju 2009, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern tal-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 2003/55/KE (ĠU L 211, p. 94).


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Marzu 2015 – Salutas Pharma GmbH vs Hauptzollamt Hannover

(Kawża C-124/15)

(2015/C 178/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Salutas Pharma GmbH

Konvenuta: Hauptzollamt Hannover

Domanda preliminari

In-Nomenklatura Magħquda fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (1), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1777/2001, tas-7 ta’ Settembru 2001 (2), għandha tiġi interpretata fis-sens li pilloli effervexxenti b’kontenut ta’ kalċju ta’ 500 mg f’kull pillola, li jintużaw għall-prevenzjoni u għat-trattament ta’ nuqqas ta’ kalċju u sabiex ikunu ta’ sostenn għal terapija speċjali għall-prevenzjoni u għat-trattament tal-osteoporożi u li d-doża massima ta’ kuljum li hija rrakkomandata għall-adulti indikata fuq it-tikketta hija ta’ 3 pilloli (= 1  500 mg), għandhom jiġu kklassifikati taħt is-subintestatura 3004 9000?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

(2)  ĠU L 240, p. 4.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ Marzu 2015 – H.C. Chavez-Vilchez et vs Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank (Svb) et

(Kawża C-133/15)

(2015/C 178/10)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Centrale Raad van Beroep

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: H.C. Chavez-Vilchez, P. Pinas, U. Nikolic, X.V. Garcia Perez, J. Uwituze, Y.R.L. Wip, I.O. Enowassam, A.E. Guerrero Chavez,

Konvenuti: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank (Svb), College van burgemeester en wethouders van de gemeente Arnhem, College van burgemeester en wethouders van de gemeente ’s-Gravenhage, College van burgemeester en wethouders van de gemeente ’s-Hertogenbosch, College van burgemeester en wethouders van de gemeente Amsterdam, College van burgemeester en wethouders van de gemeente Rijswijk, College van burgemeester en wethouders van de gemeente Rotterdam

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 20 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lil Stat Membru milli jirrifjuta dritt ta’ residenza fit-territorju tiegħu lil ċittadin ta’ pajjiż terz li ta’ kuljum jieħu effettivament ħsieb il-wild minuri tiegħu li huwa ċittadin ta’ dan l-Istat Membru?

2)

Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, huwa rilevanti li l-piż legali, finanzjarju u/jew emozzjonali ma huwiex eżerċitat esklużivament minn dan il-ġenitur u li, barra minn hekk, ma huwiex eskluż li l-ġenitur l-ieħor, li jkun ċittadin tal-Istat Membru, jista’ de facto jkun f’pożizzjoni li jieħu ħsieb il-wild tiegħu? F’dan il-każ, il-ġenitur/iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għandu jistabbilixxi b’mod konvinċenti li l-ġenitur l-ieħor ma jistax jieħu ħsieb il-wild, b’tali mod li l-wild ikun meħtieġ iħalli t-territorju tal-Unjoni jekk il-ġenitur/iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jiċċaħħad minn dritt ta’ residenza?


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco (Spanja) fl-20 ta’ Marzu 2015 – María Pilar Plaza Bravo vs Servicio Público de Empleo Estatal Dirección Provincial de Álava

(Kawża C-137/15)

(2015/C 178/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: María Pilar Plaza Bravo

Konvenut: Servicio Público de Empleo Estatal Dirección Provincial de Álava

Domanda preliminari

L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 79/7KE (1), tad-19 ta’ Diċembru 1978, dwar l-implimentazzjoni progressiva tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-irġiel u n-nisa fi kwistjonijiet ta’ sigurtà soċjali, jipprekludi, f’ċirkustanzi bħall-dawk tal-kawża preżenti, dispożizzjoni nazzjonali li biha, għall-kalkolu tal-ammont ta’ benefiċċji tal-qgħad sħiħ li għandu jirċievi impjegat li tilef l-uniku impjieg part-time tiegħu, ikun applikat koeffiċjent ta’ tnaqqis relatat max-xogħol part-time, li jikkorrispondi mal-perċentwali li jirrappreżenta l-ħin tax-xogħol ta’ impjegat part-time meta mqabbel ma’ dak ta’ impjegat full-time paragunabbli, għall-ammont massimu ta’ benefiċċju tal-qgħad stabbilit mil-liġi, fid-dawl tal-fatt li f’dan l-Istat Membru l-impjegati part-time huma, fil-maġġoranza l-kbira tagħhom, nisa?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 215.


Il-Qorti Ġenerali

1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/11


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2015 – Ayadi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-527/09 RENV) (1)

([“Rinviju wara annullament - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Oussama ben Laden, in-netwerk tal-Al Qaida u t-Taliban - Regolament (KE) nruo881/2002 - Iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi ta’ persuna inkluża f’lista stabbilita minn organu tal-Ġnus Magħquda - Inklużjoni tal-isem ta’ din il-persuna fil-lista li tidher fl-anness I tar-Regolament (KE) nru 881/2002 - Rikors għal annullament - Drittijiet fundamentali - Drittijiet għad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt għar-rispett tal-proprjetà”])

(2015/C 178/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chafiq Ayadi (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: H. Miller, solicitor, P. Moser, QC, E. Grieves, barrister, u R. Graham, solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta, T. Scharf u M. Konstantinidis, aġenti)

Partijiet konvenuti in sostenn tal-parti konvenuta: L-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, aġent, assistit inizjalment minn E. Regan u N. Travers, SC, sussegwentement minn N. Travers); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan u G. Étienne, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament (KE) nru 954/2009 tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ottubru 2009, li emenda għall-mija u erbatax-il darba ir-Regolament (KE) nru 881/2002 tal-Kunsill li stitwixxa ċerti miżuri restrittivi kontra ċerti peresuni u entitajiet assoċjati ma’ Oussama ben Laden, in-netwerk Al-Qaida u it- Taliban (ĠU L 269, p. 20), safejn jikkonċerna lir-rikorrent.

Dispożittiv

1)

Ir-Regolament (KE) nru 954/2009 tal-Kummissjoni, tat-13 ta’ Ottubru 2009, li jemenda ghll-mija u erbatax-il darba ir-Regolament (KE) nru 881/2002 tal-Kunsill li stitwixxa ċerti miżuri restrittivi kontra ċerti peresuni u entitajiet assoċjati ma’ Oussama ben Laden, in-netwerk Al-Qaida u it- Taliban, huwa annullat safejn dan jikkonċerna Chafiq Ayadi.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha, l-ispejjeż sostnuti minn Ayadi kif ukoll dawk is-somom mħallsa mill-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-għajnuna legali.

3)

L-irlanda u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 148, 5.6.2010.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2015 – Conte et vs Il-Kunsill

(Kawża T-121/10) (1)

((“Rikors għal annullament - Sajd - Konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd - Stabbiliment ta’ sistema Komunitarja ta’ kontroll, ta’ spezzjoni u ta’ eżekuzzjoni - Kunċett ta’ att regolatorju - Kunċett ta’ att leġiżlattiv - Nuqqas ta’ interess individwali - Inammissibbiltà”))

(2015/C 178/13)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Giovanni Conte (Pomezia, l-Italja); Casa del Pescatore Soc. coop. rl, Civitanova Marche (l-Italja); Guidotti Giovanni & Figli Snc (Termoli, l-Italja); Organizzazione di produttori della pesca di Civitanova Marche Soc. coop. rl (Civitanova Marche); Consorzio gestione mercato ittico Manfredonia Soc. coop. rl (Cogemim) (Manfredonia, l-Italja) (rappreżentanti: P. Cavasola, G. Micucci u V. Cannizzaro, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment A. Westerhof Löfflerová u A. Lo Monaco, sussegwentement A. Westerhof Löfflerová u S. Barbagallo, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Banks u D. Bianchi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009, tal-20 ta’ Novembru 2009, li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, p. 1), u, b’mod iktar partikolari, tal-Artikoli 9 u 10, tal-Artikolu 14(1), (2), (3), (4) u (5), tal-Artikolu 15, tal-Artikolu 17(1), tal-Artikolu 58(1), (2), (3) u (5), tal-Artikolu 59(2) u (3), tal-Artikolu 60(4) u (5), tal-Artikolu 62(1), tal-Artikolu 63(1), tal-Artikoli 64 u 65, tal-Artikolu 66(1) u (3), tal-Artikolu 67(1), tal-Artikolu 68, tal-Artikolu 73(8), tal-Artikolu 92(2), u tal-Artikolu 103 tal-istess regolament.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Giovanni Conte, Casa del Pescatore Soc. coop. rl, Guidotti Giovanni & Figli Snc, Organizzazione di produttori della pesca di Civitanova Marche Soc. coop. rl, u Consorzio gestione mercato ittico Manfredonia Soc. coop. rl (Cogemim) huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 134, 22.05.2010.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/12


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Marzu 2015 – Square vs UASI – Caisse régionale de crédit agricole mutuel Pyrénées Gascogne (SQUARE)

(Kawża T-213/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 178/14)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Square, Inc. (San Francisco, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Caisse régionale de crédit agricole mutuel Pyrénées Gascogne (Tarbes, Franza) (rappreżentanti: A. Lecomte u R. Zeineh, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Jannar 2013 (Każ R 775/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Caisse régionale de crédit agricole mutuel Pyrénées Gascogne u Square, Inc.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/13


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Marzu 2015 – Ryanair et Airport Marketing Services vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-111/15)

(2015/C 178/15)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ryanair Ltd (Dublin, l-Irlanda) u Airport Marketing Services Ltd (Dublin, l-Irlanda) (rappreżentanti: G. Berrisch, E. Vahida, I. Metaxas-Maragkidis, avukati, u B. Byrne, Solicitor)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolubu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla l-Artikoli 1(2), 2(4), 3, 4 u 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar l-għajuna mill-istat SA.33963 (2012/C) (ex 2012/NN) implimentata minn Franza favur il-Kamra tal-Kummerċ u l-Industrija ta’ Angouleme, SNC-Lavalin, Ryanair u Airport Marketing Services;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tad-dritt għad-difiża tar-rikorrenti, peress li l-Kummissjoni naqset li tippermetti aċċess għall-fajl tal-investigazzjoni u li tpoġġihom f’pożizzjoni fejn effettivament ikunu jistgħu jesponu l-fehmiet tagħhom.

2.

It-tieni motiv li jallega ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE peress li l-Kummissjoni attrubwiet inġustament il-konklużjoni tal-Ftehim tal-Airport Service u l-Ftehim tal-Market Services lill-Istat Franċiż

3.

It-tielet motiv li jallega ksur tal-Artikolu 107/(1) TFUE peress li l-Kummissjoni naqset li tapplika korrettement it-test ta’ “investitur f’ekonomija tas-suq”.

Ir-rikorrent isostni li l-Kummissjoni erronjament irrifjutat li toqgħod fuq analiżi komparattiva, li kienet twassal għall-konklużjoni ta’ assenza ta’ għajnuna lir-rikorrenti. Sussidjarjament, il-Kummissjoni użat data li kienet manifestament insuffiċjenti, mhux verifikata u inaffidabbli għal kalkolu tagħha tal-profitabilità tal-ajruport, applikat perjodu ta’ żmien eċċessivament qasir, injorat l-esternalitajiet tan-network li l-ajruport seta’ jiggwadanja mir-relazzjoni tiegħu ma’ Ryanair, naqset li tatribwixxi valur xieraq għal servizzi ta’ kummerċjalizzazzjoni, u ċaħdet ir-razzjonal wara d-deċiżjoni tal-ajruport li jixtri dawn is-servizzi.

4.

Ir-raba’ motiv, li jallega ksur tal-Artikoli 107(1) u 108(2) TFUE billi l-Kummissjoni wettqed żball manifest u żball legali billi sabet li l-għajnuna lil Ryanair u Airport Marketing Services kien ugwali għat-telf marġinali akkumulat tal-ajruport ta’ Angouleme minflok il-benefiċċju attwali għal Ryanair u Airport Marketing Services. Il-Kummissjoni jmissha eżaminat l-estent sa fejn l-allegat benefiċċju kien fil-fatt mgħoddi lill-passiġieri ta’ Ryanair. Barra minn hekk, il-Kummissjoni naqset milli tikkwantifika il-vantaġġ kompetittiv li kienet tgawdi Ryanair bis-saħħa tal-flussi ta’ pagament baxxi (allegatament) tal-ajruport ta’ Angouleme. Finalment, il-Kummissjoni naqset li tispjega adegwatament għaliex l-irkupru tal-ammont ta’ għajnuna speċifikat fid-deċiżjoni kien meħtieġ sabiex tassigura l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni qabel il-ħlas tal-għajnuna.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/14


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Marzu 2015 – DEZA vs ECHA

(Kawża T-115/15)

(2015/C 178/16)

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċekk

Partijiet

Rikorrenti: Deza a.s. (Valašské Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Dejl, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tad-direttur eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tat-12 ta’ Diċembru 2014, bir-referenza ED/108/2014, li taġġorna u tikkompleta l-entrata eżistenti dwar is-sustanza DEHP fil-lista ta’ sustanzi eliġibbli biex jiġu eventwalment inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq in-natura ultra vires tad-deċiżjoni kkontestata.

Ir-rikorrenti tiddikjara li d-deċiżjoni kkontestata hija ultra vires, minħabba li i) ir-Regolament Nru 1907/2006 ma jawtorizzax lill-konvenuta taġġorna l-lista għal eventwali inklużjoni fl-Anness XIV fis-sens tal-Artikolu 59(1) tal-imsemmi regolament, ii) l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata kienet ippreċeduta minn proċedura tal-konvenuta li tmur kontra l-Artikolu 59 tar-Regolament Nru 1907/2006 u iii) id-deċiżjoni kkontestata u l-proċedura tal-konvenuta ta’ qabel l-adozzjoni tagħha jevitaw il-proċedura prevista għal dan il-għan mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u mill-Parlament Ewropew

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur, permezz tad-deċiżjoni kkontestata, tal-prinċipju ta’ ċertezza legali

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser il-prinċipju ta’ ċertezza legali, peress li i) din tindika s-sustanza bis(2-ethylhexyl) phthalate (DEHP) bħala sustanza li tfixkel is-sistema endokrina filwaqt li d-dritt tal-Unjoni la jiddefinixxi din is-sustanza u lanqas il-kriterji għall-identifikazzjoni u li din id-definizzjoni jew il-kriterji tagħha huma stabbiliti mill-Kummissjoni fuq il-bażi tar-regolamenti u tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill u tal-Parlament Ewropew, u ii) li din id-deċiżjoni ġiet adottata fil-kuntest ta’ proċedura li għadha għaddeja, għalkemm fi stadju avvanzat, dwar l-awtorizzazzjoni tas-sustanza DEHP identifikata bħala sustanza tossika għar-riproduzzjoni fis-sens tal-Artikolu 57(ċ) tar-Regolament Nru 1907/2006.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex ibbażata fuq konstatazzjonijiet xjentifiċi konvinċenti u oġġettivi

F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija żbaljata peress li ma hijiex ibbażata fuq konstatazzjonijiet xjentifiċi konvinċenti u oġġettivi li jistabbilixxu li s-sustanza DEHP tissodisfa l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 57(f) tar-Regolament Nru 1907/2006.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tar-rikorrenti u tal-prinċipji sanċiti fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata u l-proċedura tal-konvenut ta’ qabel l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni jiksru d-drittijiet tagħha u l-prinċipji sanċiti fil-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali u fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ ċertezza legali, id-dritt għal għal smigħ xieraq u d-dritt għat-tgawdija paċifika tal-proprjetà.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, p. 1)


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/15


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2015 – Fortischem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-121/15)

(2015/C 178/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fortischem a.s. (Nováky, is-Slovakkja) (rappreżentanti: C. Arhold, P. Hodál u M. Staroň, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikoli 1, 3 u 5 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-15 ta’ Ottubru 2014, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.33797 (2013/C) (ex 2013/NN) (ex 2011/CP) implementata mis-Slovakkja favur NCHZ;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE.

Ir-rikorrenti tinvoka l-ksur, bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tal-Artikolu 107(1) TFUE minħabba li l-Kummissjoni kkwalifikat bħala għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ dan l-artikolu l-miżura li tiddikkjara lill-kumpannija Novácke chemické závody, a.s. (iktar ’il quddiem “NCHZ”) bħala kumpannija strateġika fis-sens tal-liġi Slovakka tal-5 ta’ Novembru 2009 dwar ċerti miżuri li jikkonċernaw il-kumpanniji strateġiċi u li tibdel ċerti liġijiet oħra (iktar ’il quddiem il-“Liġi Slovakka”), peress li l-elementi kostituttivi tal-Artikolu 107(1) TFUE ma humiex kollha soddisfatti.

Ir-rikorrenti ssostni li din id-dikjarazzjoni ma wasslitx għat-trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat, peress li ma kien hemm ebda oneru addizzjonali għall-Istat b’paragun mas-sitwazzjoni li kienet tirriżulta kieku ġew applikati r-regoli ta’ insovabbiltà. Din il-miżura lanqas ma tat vantaġġ ekonomiku lil NCHZ, peress li, minn naħa, il-kredituri, fi kwalunkwe każ, għażlu li jkomplu l-attività u li l-projbizzjoni temporanja ta’ tkeċċijiet kient tibbenefika biss lill-Istat u mhux lill-kumpannija. Min-naħa l-oħra, l-applikazzjoni tal-Liġi Slovakka kienet tissoddisfa l-kriterju tal-operatur f’ekonomija tas-suq, peress li tikkostitwixxi vantaġġ ekonomiku għall-kredituri pubbliċi.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li, anki kieku l-Kummissjoni kellha raġun u l-applikazzjoni tal-Liġi Slovakka kellha tiġi kkwalifikata bħala għajnuna mill-Istat favur NCHZ, il-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni fil-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna mill-Istat.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu li jsir eżami diliġenti u imparzjali

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni kellha l-obbligu, minn naħa, li tinforma lill-Gvern Slovakk bil-fatt li, skont hi, l-analiżi ex post li saret minnha ma kinitx biżżejjed fil-fond u, min-naħa l-oħra, li tindika liema informazzjoni jew preċiżazzjonijiet supplimentari kellhom jiġu pprovduti mill-Gvern Slovakk. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma talbitx informazzjoni li tikkonċerna ċ-ċifri definittivi qabel ma ħadet id-deċiżjoni tagħha ta’ rkupru.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u l-obbligu ta’ motivazzjoni I

Ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni dwar ir-raġunament għalfejn, f’dan il-każ speċifiku, NCHZ ma kinitx tkompli l-attività tagħha fin-nuqqas tal-applikazzjoni tal-Liġi Slovakka, u lanqas ma rrispondiet għall-argumenti tal-Gvern Slovakk fir-rigward tal-interessi ekonomiċi tal-kredituri pubbliċi li titkompla l-attività.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) u tal-Artikolu 108(2) TFUE kif ukoll tal-Artikolu 14(1) tar-Regoli ta’ Proċedura permezz tal-estensjoni tal-irkupru tal-għajnuna lir-rikorrenti

Ir-rikorrenti ssostni li ma kienx hemm għajnuna mill-Istat favur tagħha, peress li l-prezz tal-bejgħ kien fir-rata tas-suq. Skont ir-rikorrenti, l-argumenti u d-dubji tal-Kummissjoni dwar jekk il-prezzijiet imħallsa permezz ta’ Via Chem u, sussegwentement, minn Fortischem f’kontroparti għall-assi ta’ NCHZ li jirrappreżentaw prezzijiet tas-suq humiex ivvizzjati bi żball għal diversi raġunijiet. Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li, peress li hija l-Kummissjoni li kellha l-oneru tal-prova, ma kienx biżżejjed li din tal-aħħar tesprimi dubji. Fit-tieni lok, peress li l-bejgħ twettaq fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ falliment taħt l-istħarriġ ta’ qorti tal-falliment bl-obbligu li taġixxi fl-interess tal-kredituri tal-kumpannija insolventi, hemm il-preżunzjoni li l-assi nbiegħu għall-ogħla prezz possibbli. Fit-tielet lok, il-proċedura ta’ sejħa għal offerti kienet miftuħa, trasparenti u inkondizzjonata u għalhekk kienet tiggarantixxi l-ogħla prezz li setgħa jinkiseb fuq is-suq; il-possibbiltà ta’ offerta b’obbligi ma kellha l-ebda impatt fuq il-prezz tal-bejgħ. Ir-raba’ nett, minkejja l-fatt li l-kundizzjonijiet tal-bejgħ bejn Via Chem u Fortischem ma għandhom l-ebda relevanza peress li l-ewwel bejgħ sar fil-prezz tas-suq, il-prezz ta’ bejgħ innegozzjat bejn l-operaturi privati f’ekonomija tas-suq huwa mistenni li jkun prezz tas-suq anki fl-assenza ta’ proċedura ta’ sejħa għal offerti.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li huwa evidenti li t-trasferiment tal-assi ta’ NCHZ lil Via Chem u, sussegwentement, lir-rikorrenti ma jistax jiġi kkunsidrat bħala tentattiv li tiġi evitata d-deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-irkupru għal żewġ raġunijiet. L-ewwel, il-każ huwa tant ’il bogħod minn każ klassiku ta’ fejn tkun qegħda tinħarab deċiżjoni tal-Kummissjoni għall-irkupru li anki l-Kummissjoni stess tammetti li ma għandha l-ebda evidenza ta’ intenzjoni li jinħarab l-irkupru. It-tieni, hija madankollu tasal għall-konklużjoni li hemm kontinwità ekonomika, sabiex testendi l-irkupru fuq ir-rikorrenti. Madankollu, il-konklużjoni tal-Kummissjoni issegwi evalwazzjoni żbaljata ta’ kull kriterju, ma tieħux inkunsiderazzjoni l-oneru tal-prova u hija bbażata fuq idea żbaljata tal-kunċett globali ta’ kontinwità ekonomika fil-kawżi ta’ għajnuna mill-Istat.

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ssostni li l-approċċ tal-Kummissjoni huwa ekonomikament distruttiv u inutli mill-perspettiva tad-dritt tal-kompetizzjoni. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni qegħda tipprova toħloq ġurisprudenza ġdida ħafna iktar stretta, fejn il-kamp ta’ applikazzjoni tat-tranżazzjoni għandu jikkostitwixxi l-kriterju determinanti, peress li l-prezz ta’ bejgħ huwa, l-iktar l-iktar, kriterju awżiljarju, jekk biss jiġi kkunsidrat bħala kriterju.

5.

Il-ħames motiv ibbażat, sussidjarjament, fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1), tal-Artikolu 108(2) TFUE u tal-Artikolu 14(1) tar-Regoli ta’ Proċedura billi l-estensjoni tad-deċiżjoni ta’ rkupru ma ġietx illimitata għal 60 % tal-għajnuna mill-Istat allegata.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE minħabba motivazzjoni inadegwata dwar il-kontinwità ekonomika

Ir-rikorrenti ssostni li mill-osservazzjonijiet magħmula fil-kuntest tal-ewwel motiv li l-motivazzjoni tal-Kummissjoni hija insuffiċjenti sabiex il-Qorti Ġenerali tkun tista’ twettaq stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni kkontestata u li huwa impossibbli għar-rikorrenti li tifhem ir-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni tikkonkludi dwar l-eżistenza ta’ kontinwità ekonomika.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/17


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2015 – Landeskreditbank Baden-Württemberg vs BĊE

(Kawża T-122/15)

(2015/C 178/18)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Landeskreditbank Baden-Württemberg – Förderbank (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Glos, K. Lackhoff u M. Benzing, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-BĊE tal-5 ta’ Jannar 2015 (ECB/SSM/15/1 – 0SK1ILSPWNVBNQWU0W18/3), billi tordna ż-żamma tal-effetti marbuta mas-sostituzzjoni tad-deċiżjoni tal-BĊE tal-1 ta’ Settembru 2014 (ECB/SSM/14/1 – 0SK1ILSPWNVBNQWU0W18/1);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-applikazzjoni ta’ kriterju ta’ kontroll żbaljat mill-BĊE għall-evalwazzjoni ta’ ċirkustanzi partikolari.

Permezz ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent isostni li, minkejja li jissodisfa l-kriterju tad-daqs, il-BĊE ibbaża ruħu fuq erba’ kriterji differenti u irrikonċiljabbli sabiex jevalwa jekk ir-rikorrent kellux madankollu jiġi kklassifikat bħala istituzzjoni inqas sinjifikattiva minħabba ċirkustanzi partikolari fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013 (1) moqri flimkien mal-Artikolu 70(1) tar-Regolament (UE) Nru 468/2014 (2). Kull wieħed minn dawn il-kriterji huwa, fih innifsu, ivvizzjat.

Ir-rikorrent jesponi wkoll li skont l-Artikolu 70(1) tar-Regolament Nru 468/20104, il-preżenza ta’ ċirkustanzi partikolari hija suġġetta b’mod determinanti għall-eżistenza ta’ “ċirkustanzi speċifiċi u fattwali”, li abbażi ta’ dan “ma jkunx xieraq” li ssir klassifikazzjoni bħala istituzzjoni sinjifikattiva u għalhekk suġġetta għas-superviżjoni ċentrali tal-BĊE. Skont ir-rikorrent, “ma jkunx xieraq” fis-sens tal-Artikolu 70(1) tar-Regolament Nru 468/2014 li ssir klassifikazzjoni bħala istituzzjoni sinjifikattiva unikament abbażi tal-kriterju ta’ daqs, meta din il-klassifikazzjoni ma hijiex neċessarja sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-Regolament Nru 1024/2013, iżda hija suffiċjenti, għal dan il-għan, superviżjoni mill-awtorità nazzjonali kompetenti, taħt il-kontroll makroprudenzjali tal-BĊE.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-analiżi tal-fatti.

Permezz ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent isostni li l-EĊB naqas milli jirrikonoxxi li, kif sostnut mir-rikorrent waqt is-seduta u fil-proċedura quddiem il-Bord Amministrattiv ta’ Eżami mill-Ġdid, il-klassifikazzjoni tar-rikorrent bħala istituzzjoni sinjifikattiva b’ebda mod ma hija neċessarja sabiex jintlaħqu l-għanijiet tar-Regolament Nru 1024/2013, u li l-klassifikazzjoni tar-rikorrent bħala istituzzjoni inqas sinjifikattiva hija wkoll konformi mal-prinċipji tar-Regolament Nru 1024/2013. L-evalwazzjoni tal-BĊE li tikkonstata li ċirkustanzi partikolari ma jeżistux hija manifestament ivvizzjata.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni.

Ir-rikorrent isostni li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma hijiex koerenti u li tippreżenta kontradizzjonijiet interni. Il-BĊE b’kollox isemmi erba’ kriterji ta’ kontroll li ma għandhomx rabta bejniethom u ma humiex konċiljabbli.

Ir-raġunijiet prinċipali ma jirriżultawx mid-deċiżjoni kkontestata. Kuntrarjament, l-elementi esposti mill-BĊE huma sempliċement affermazzjonijiet u kontestazzjonijiet.

Id-deċiżjoni, b’mod żbaljat, lanqas ma tieħu inkunsiderazzjoni dak li jsostni r-rikorrent fil-proċedura amministrattiva. B’mod partikolari, il-BĊE ma jindikax ir-raġunijiet għaliex iċ-ċirkustanzi ta’ fatt u ta’ liġi sostnuti mir-rikorrent huma insuffiċjenti sabiex jikkonfutaw il-preżunzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 6(4) tar-Regolament Nru 1024/2013.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-eżistenza ta’ użu ħażin ta’ poter minħabba nuqqas ta’ eżerċizzju tal-BĊE tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu.

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent isostni li l-BĊE kiser l-obbligu tiegħu li f’dan il-każ jeżerċita s-setgħa diskrezzjonali mogħtija lilu mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament Nru 1024/2013 u mill-Artikolu 70 tar-Regolament Nru 468/2014. B’hekk, il-BĊE wettaq użu ħazin ta’ poter.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu li jiġu eżaminati u jittieħdu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi rilevanti kollha tal-każ.

Permezz ta’ dan il-motiv, ir-rikorrent isostni li l-BĊE kiser l-obbligu, meta eżerċita s-setgħa diskrezzjonali tiegħu, li jeżamina u li jieħu inkunsiderazzjoni b’dilġenza u imparzjalità l-aspetti ġuridiċi u fattwali kollha tal-każ. B’mod partikolari, huwa naqas milli jevalwa l-punti ta’ fatt u ta’ liġi invokati mir-rikorrent.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, tal-15 ta’ Ottubru 2013, li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, p. 63).

(2)  Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew (UE) Nru 468/2014, tas-16 ta’ April 2014, li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (ĠU L 141, p. 1).


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/19


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Marzu 2015 – Spanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-143/15)

(2015/C 178/19)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. Sampol Pucurull u M. García-Valdecasas Dorrego, Abogados del Estado)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Jannar 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), sa fejn teskludi:

1.

l-għajnuna rċevuta minn Spanja, korrispondenti għall-Comunidad de Andalucía, li tammonta għal EUR 3 5 86  250,48flimkien ma’ EUR 1 8 66  977,31 (għajnuna diretta mogħtija f’partijiet separati) għas-snin finanzjarji 2009 u 2010.

2.

l-ispejjeż inkorsi mir-Renju ta’ Spanja, korrispondenti għall-Comunidad de Castilla y León, li jammontaw għal EUR 2 1 23  619,66 (EUR 1  479,90+ EUR 9 78  849,95+ EUR 12  597,37+ EUR 1  720,85+ EUR 1 0 96  710,18+ EUR 32  261,41) marbuta mal-kunċett “Żvantaġġi naturali” u “Miżuri agroambjentali”, għas-snin tal-baġit 2010 u 2011, u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrent jinvoka l-motivi li ġejjin:

1.

Il-korrezzjoni fil-forma ta’ somma f’daqqa imposta b’ammont net ta’ EUR 5 4 53  227,79 (għajnuna diretta mogħtija f’partijiet separati) tmur kontra l-Artikolu 27(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, l-Artikolu 31 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005, u l-Artikoli 3 u 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, għal żewġ raġunijiet:

Għaliex il-Kummissjoni interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, sa fejn il-fatt li r-riżultati tal-kampjun każwali matul is-snin 2008 u 2009 kienu agħar mir-riżultati tal-kampjun ta’ riskju, ma jfissirx li hemm ksur ta’ dan l-artikolu, u għaldaqstant ma jikkostitwixxix ksur tad-dritt tal-Unjoni li jeskludi finanzjament tal-ispejjeż agrikoli konformement mal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

Għaliex il-Kummissjoni ma setgħetx raġonevolment tikkonkludi li kien hemm ksur tal-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 796/2004 peress li l-provi prodotti mir-Renju ta’ Spanja fil-proċedura ta’ verifika ġġustifikaw l-applikazzjoni ta’ analiżi xierqa u l-adozzjoni tal-miżuri adegwati sabiex titjieb is-selezzjoni bbażata fuq ir-riskju, u għaldaqstant dan ma jikkostitwixxix ksur tad-dritt tal-Unjoni li jeskludi finanzjament tal-ispejjeż agrikoli konformement mal-Artikolu 31 tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 u mal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013.

2.

Il-korrezzjoni imposta b’ammont ta’ EUR 2 1 23  619,66 (“Żvantaġġi naturali” u “Miżuri agroambjentali”) għandhom jiġu annullati għar-raġunijiet li ġejjin:

Din tikser l-Artikolu 10(2) u (4) u l-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006, sa fejn il-Kummissjoni qieset li r-Renju ta’ Spanja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu fil-qasam tal-verifiki peress li ma pproċediex, fir-rigward tal-miżuri “Diffikultajiet ambjentali” u “Miżuri agroambjentali”, għall-għadd mill-ġdid tal-annimali matul il-verifiki mwettqa fuq l-art b’rabta mal-għajnuna msemmija. Dan il-motiv huwa maqsuma f’żewġ partijiet, fejn ir-Renju ta’ Spanja jqis li:

a)

L-obbligu ta’ għadd mill-ġdid tal-annimali matul il-verifiki fuq l-art fil-kuntest tal-għajnuna għall-Programm ta’ Żvilupp Rurali 2007-2013 ta’ Catilla y León imur kontra n-natura ta’ kontinwità tal-kriterju ta’ koeffiċjenti ta’ oneru u kontra l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u,

b)

Il-Kummissjoni interpretat l-Artikolu 10(2) u (4) b’rabta mal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (KE) Nru 1975/2006 b’mod żbaljat, billi qieset li s-sistema ta’ verifika Spanjola ma kinitx adegwata biex jiġi vverifikat jekk ġiex issodisfatt il-kriterju tal-oneru.

Din tikser l-Artikolu 2(2) tar-Regolament (KE) Nru 1082/2003, u l-Artikolu 26(2)(b) tar-Regolament (KE) Nru 796/2004, sa fejn ir-Renju ta’ Spanja għandu bażi ta’ data affidabbli dwar ċanga, vitella, nagħaġ u mogħoż, li, barra minn hekk, jaġġorna b’mod kontinwu u bil-metodu previst.

Din tisker l-Artikolu 31(2) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005, inkwantu hija manifestament sproporzjonata sa fejn tistabbilixxi korrezzjoni finanzjarja ta’ 5 % għall-miżuri affettwati mill-investigazzjoni. Il-korrezzjoni finanzjarja hija sporporzjonata peress li, li kieku kellu jiġi kkonstatat il-ksur attribwit lill-awtoritajiet Spanjoli, id-deċiżjoni adottata tmur lil hinn minn dak li huwa xieraq u neċessarju sabiex jiġu protetti l-interessi finanzjarji tal-Unjoni.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/20


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Marzu 2015 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża T-145/15)

(2015/C 178/20)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R. Radu, V. Angelescu, R. Mangu, D. Bulancea, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla parzjalment id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/103, tas-16 ta’ Jannar 2015, li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-eżerċizzju mhux xieraq tal-kompetenza li l-Kummissjoni Ewropea għandha li teskludi ammonti ta’ finanzjament tal-Unjoni Ewropea

L-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet b’rata fissa stabbiliti fid-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni 2015/103, il-Kummissjoni eżerċitat il-kompetenza tagħha b’mod mhux xieraq, bi ksur tal-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 352/78, (KE) Nru 165/94, (KE) Nru 2799/98, (KE) Nru 814/2000, (KE) Nru 1200/2005 u (KE) Nru 485/2008 kif ukoll tal-linji gwida tal-Kummissjoni għall-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li ġew definiti fil dokument Nru VI/5330/97, tat-23 ta’ Diċembru 1997, bit-titolu “Linji gwida li jikkonċernaw il-kalkolu tal-konsegwenzi finanzjarji fil-preparazzjoni tad-deċiżjoni ta’ approvazzjoni tal-kontijiet tal-FAEGG-Garanzija”.

Il-Kummissjoni kienet obbligata li tistabbilixxi korrezzjonijiet ibbażati fuq l-identifikazzjoni tas-somom minfuqa indebitament mir-Rumanija u mhux li tapplika rati fissi, peress li, minn naħa, in-natura tas-sitwazzjoni ma kinitx teħtieġ dan, u li, min-naħa l-oħra, l-Istat Rumen kien ipprovda lill-Kummissjoni l-informazzjoni meħtieġa biex tistabbilixxi korrezzjonijiet ikkalkolati. F’dan il-każ, ma jistax jitqies li sabiex tistabbilixxi l-korrezzjonijiet ikkalkolati, ibbażati fuq it-telf reali ta’ fondi, il-Kummissjoni kellha tagħmel sforzi sproporzjonati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti u mhux xierqa tad-deċiżjoni kkontestata

Id-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni (UE) 2015/103 ma hijiex immotivata suffiċjentement u b’mod xieraq, peress li, meta adottatha, il-Kummissjoni ma spjegatx suffiċjentement ir-raġunijiet għaliex hija għażlet li tapplika rata fissa għall-irregolaritajiet ikkonstatati fil-missjonijiet ta’ awditu u ma ġġustifikatx b’mod xieraq għaliex l-argumenti invokati mir-Rumanija fir-rigward tal-possibbiltà li tiġi applikata korrezzjoni kkalkolata ma setgħux jiġu aċċettati u jittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kuntest tal-istabbiliment tal-korrezzjoni finali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Id-deċiżjoni kkontestata tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità, peress li l-applikazzjoni ta’ rata fissa ta’ korrezzjoni ta’ rispettivament 10 % għall-ispejjeż tas-sena ta’ applikazzjoni 2009 u ta’ 5 % għas-sena ta’ applikazzjoni 2010 wasslet għal sopravalutazzjoni tat-telf ta’ fondi tal-Unjoni wara l-irregolaritajiet ikkonstatati matul il-missjonijiet ta’ awditu, peress li r-rati msemmija la jiħdu inkunsiderazzjoni n-natura u l-gravità tal-ksur, u lanqas l-implikazzjonijiet finanzjarji tagħhom għall-baġit tal-Unjoni.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/21


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ April 2015 – Abertis Infraestructuras u Abertis Telecom Satélites vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-158/15)

(2015/C 178/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Abertis Infraestructuras, SA (Barcelona, Spanja), Abertis Telecom Satélites, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: J. Buendía Sierra, M. Maragall de Gispert, M. Santa María Fernández, J. Panero Rivas, avukati, u A. Balcells Cartagena, avukat))

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara ammissibbli u tilqa’ l-motivi għal annullament imqajjma f’dan ir-rikors;

tannulla l-Artikolu 1 tad-deċiżjoni sa fejn dan jistipula li l-interpretazzjoni amministrattiva l-ġdida tal-Artikolu 12 TRLIS [texto refundido de la Ley del Impuesto sobre Sociedades (test emendat tal-liġi Spanjola dwar it-taxxa fuq il-kumpanniji)] adottata mill-amministrazzjoni Spanjola għandha titqies bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern;

tannulla l-Artikolu 4(1) tad-deċiżjoni sa fejn dan jeżiġi li r-Renju ta’ Spanja jtemm dak li l-Kummissjoni tqis li hija skema ta’ għajnuna mill-Istat, deskritta fl-Artikolu 1 tad-deċiżjoni;

tannulla l-Artikolu 4(2), (3), (4) u (5) tad-deċiżjoni sa fejn dan jimponi fuq ir-Renju ta’ Spanja l-obbligu li jirkupra l-ammonti meqjusa bħala għajnuna mill-Istat mill-Kummissjoni;

sussidjarjament, tnaqqas il-portata tal-obbligu ta’ rkupru impost fuq ir-Renju ta’ Spanja fl-Artikolu 4(2) tad-deċiżjoni sabiex dan ikun suġġett għall-istess kundizzjonijiet bħal dawk previsti fl-ewwel u fit-tieni deċiżjoni; u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma analogi għal dawk invokati fil-Kawżi T-826/14, Spanja vs Il-Kummissjoni u T-12/15, Banco de Santander u Santusa vs Il-Kummissjoni.

Qed jiġu invokati, b’mod partikolari, żball ta’ liġi f’dak li jirrigwarda l-klassifikazzjoni ġuridika tal-miżura bħala għajnuna mill-Istat, fl-identifikazzjoni tal-benefiċjarju tal-miżura u fil-klassifikazzjoni tal-interpretazzjoni amministrattiva bħala għajnuna mill-Istat differenti minn dik eżaminata fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni, kif ukoll ksur tal-prinċipji ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, ta’ estoppel u ta’ ċertezza legali.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/22


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2015 – Delta Group agroalimentare Srl vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-163/15)

(2015/C 178/22)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Delta Group agroalimentare Srl (Porto Viro, l-Italja) (rappreżentant: V. Migliorini, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara nulla u mingħajr effett u f’kull każ tannulla l-ittra tal-Kummissjoni Ewropea bir-referenza Ares (2015) 528512 tad-9 ta’ Frar 2015 – Direttur Ġenerali tal-agrikoltura u tal-iżvilupp rurali, Jerry Plewa, indirizzata lil G. Scabin, rappreżentant legali tar-rikorrenti, irċevuta fl-istess data, li tiċħad it-talba tar-rikorrenti tat-13 ta’ Jannar 2015 għal miżura abbażi tal-Artikolu 219(1) jew tal-Artikolu 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u, b’mod partikolari, dik relattiva għall-iffissar ta’ rifużjonijiet tal-esportazzjoni skont l-Artikolu 196 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, fis-settur tal-laħam tat-tjur;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-eżistenza ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-Artikolu 219(1) u tal-Artikolu 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, p. 671).

Ir-rikorrenti tosserva f’dan ir-rigward li l-affermazzjoni tal-Kummissjoni, li tgħid li l-istatistika tal-kummerċ għall-ewwel 11-il xahar tal-2014 turi żieda ta’ 5 % tal-esportazzjonijiet meta mqabbel mal-istess perijodu tal-2013, hija kkontestata mit-tabella tal-lemin, li tinsab fil-paġna 19 tar-rapport dwar is-sitwazzjoni tas-suq tal-laħam tat-tjur tal-Kumitat għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli tat-22 ta’ Jannar 2015, ikkwotat mill-Kummissjoni, li juri li, matul l-ewwel 11-il xahar tal-2013, l-esportazzjonijiet ta’ laħam tat-tjur tal-Unjoni kienu jirrappreżentaw EUR 1  93 6 0 00  000, filwaqt li matul l-ewwel 11-il xahar tal-2014 dawn kienu laħqu biss EUR 1  88 6 8 38  000, u b’hekk irreġistraw tnaqqis ta’ 2,5 % u mhux żieda ta’ 5 %, u li l-Kummissjoni evalwat b’mod żbaljat ukoll il-prezzijiet, iddefiniti bħala “stabbli”, filwaqt li kienu juru tnaqqis kbir ta’ 8 %, hekk kif turi l-paġna 9 tar-rapport, u b’hekk wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret l-Artikolu 219(1) kif ukoll l-Artikolu 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti tosserva li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiċħad it-talba għal miżuri skont l-Artikolu 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 ittieħdet mingħajr notifika bil-quddiem lill-Kumitat għall-organizzazzjoni komuni tas-swieq agrikoli u għalhekk bi ksur tar-rekwiżiti proċedurali sostanzjali stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011, applikabbli bis-saħħa tar-riferenza li saret mill-Artikolu 229 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013, li dan stess saret riferenza għalih mill-Artikolu 221 ta’ dan l-istess Regolament.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/23


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2015 – Bundesverband Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise vs UASI – Freistaat Bayern (NEUSCHWANSTEIN)

(Kawża T-167/15)

(2015/C 178/23)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bundesverband Souvenir – Geschenke – Ehrenpreise e.V. (Veitsbronn, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Bittner, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Freistaat Bayern (München, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja verbali “NEUSCHWANSTEIN”

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Jannar 2015 fil-Każ R 28/2014-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tiddikjara l-invalidità tas-sinjal “NEUSCHWANSTEIN” – Trade mark Komunitarja Nru 10 144 392;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2015 – Hautau vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-256/12) (1)

(2015/C 178/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 227, 28.07.2012.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/25


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Frar 2015 – ZZ vs KESE

(Kawża F-33/15)

(2015/C 178/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis, N. de Montigny u D. Verbeke, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Awtorità tal-Ħatra li ma tadottax miżuri għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-26 ta’ Frar 2013, mogħtija fil-Kawża F-124/10, Labiri vs KESE, u talba għal kumpens għad-danni morali allegatament subiti.

Talbiet

jannulla d-deċiżjoni impliċità tal-20 ta’ Frar 2015 li tiċħad l-ilment tar-rikorrenti indirizzat kontra l-astensjoni żbaljata tal-Awtorità tal-Ħatra milli tadotta l-miżuri għall-eżekuzzjoni tas-sentenza tas-26 ta’ Frar 2013 fil-Kawża F-124/10;

tikkundanna lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) iħallas lir-rikorrenti, bħala danni morali, is-somma ta’ EUR 50 kulljum b’effett mill-14 ta’ Diċembru 2007 sa meta jiġu implementati l-miżuri ta’ assistenza deskritti fl-ittra tas-27 ta’ Mejju 2010 tas-Segretarju Ġenerali tal-Kumitat tar-Reġjuni u s-somma ta’ EUR 100 kulljum b’effett mis-26 ta’ Frar 2013 sad-data tal-adozzjoni tal-miżuri ta’ eżekuzzjoni tas-sentenza tat-Tribunal;

jikkundanna lill-KESE jħallas lir-rikorrenti l-interessi moratorji fuq dawn is-sommom b’effett mill-20 ta’ Ottubbru 2014 sa meta dawn effettivament jittħalsu, bir-rata ffissata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet prinċipali ta’ rifinanzjament miżjuda b’żewġ punti;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/25


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2015 – ZZ vs SEAE

(Kawża F-34/15)

(2015/C 178/26)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment dwar il-fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrent kontra l-Uffiċjal Kap Operattiv tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-14 ta’ April 2014 tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea, il-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, li tiċħad l-ilment dwar il-fastidju psikoloġiku mressaq mir-rikorrent kontra l-Uffiċjal Kap Operattiv tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE);

tikkundanna lil SEAE għall-ispejjeż.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/26


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-37/15)

(2015/C 178/27)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent li jitħallas l-allowance ta’ reinstallazzjoni doppja wara ċ-ċaqliq tiegħu fl-Isvizzera.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tad-19 ta’ Mejju 2014 tal-Awtorità tal-Ħatra li tiċħad it-talba tar-rikorrent għall-ħlas tal-allowance ta’ reinstallazzjoni li tikkorrispondi għat-tieni xahar tas-salarju bażiku tiegħu;

jikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-kawża.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/26


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Marzu 2015 – FJ vs Il-Parlament

(Kawża F-38/15)

(2015/C 178/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: FJ (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent sabiex tittieħed responsabbiltà għal ċerti spejjeż mhux mediċi sostnuti għal ibnu.

Talbiet tar-rikorrent

prinċipalment, jiddikjara illegali d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tat-18 ta’ Ġunju 2014 li ma titteħidx responsabbiltà għal ċerti spejjeż mhux mediċi li ma humiex irrimborsati mill-Iskema komuni ta’ assigurazzjoni għall-mard, li jirriżultaw mid-diżabbiltà ta’ iben ir-rikorrent;

sussidjarjament, jordna li jinħatar perit inkonformità mal-Artikolu 75 tar-Regoli tal-Proċedura sabiex tiġi ddeterminata r-rata ta’ inkapaċità li tirriżulta mid-diżabbiltà;

jikkundanna lill-Parlament Ewropew għall-ispejjeż.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/27


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-39/15)

(2015/C 178/29)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: J.-N. Louis u N. de Montigny, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tal-proposta ta’ trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2014 li tiffissa l-akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz mal-Kummissjoni;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/27


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-40/15)

(2015/C 178/30)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: T. Bontinck u A. Guillerme, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2013

Talbiet tar-rikorrent

jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni redatt għar-rikorrent għas-sena 2013;

jikkundanna lil Il-Kunsill għall-ispejjeż.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/28


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Marzu 2015 – ZZ et vs CEPOL

(Kawża F-41/15)

(2015/C 178/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et

Konvenut: Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL)

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kulleġġ Ewropew tal-Pulizija (CEPOL) li tobbliga lir-rikorrenti jew li jirriżenjaw miċ-CEPOL, jew lil minn Londra jridu jittrasferixxu għal Budapest b’telf finanzjarju għal dawk li jittraferixxu rwieħhom, u kumpens għad-dannu materjali u għad-dannu morali allegatament ikkawżat lir-rikorrenti.

Talbiet tar-rikorrenti

Annullament tad-deċiżjoni taċ-CEPOL Nru 17/2014/DIR, tat-23 ta’ Mejju 2014, li tipprevedi t-trasferiment taċ-CEPOL minn Budapest, l-Ungerija, mill-1 ta’ Ottubru 2014 u li informat lir-rikorrenti li “[i]n-nuqqas ta’ osservanza ta’ din l-ordni ser jitqies bħala riżenja effettiva mit-30 ta’ Settembru 2014”;

kif ukoll, u sa fejn ikun neċessarju, tannulla d-deċiżjonijiet taċ-CEPOL tat-28 ta’ Novembru 2014 li tiċħad it-talbiet imressqa mir-rikorrenti bejn it-8 u l-21 ta’ Awwissu 2014 kontra d-deċiżjoni ta’ hawn fuq;

kif ukoll, u, sa fejn ikun neċessarju, l-annullament tad-deċiżjonijiet taċ-CEPOL tat-22 ta’ Diċembru 2014 li bihom iċ-CEPOL “aċċettat” ir-riżenji rispettivi taż-żewġ rikorrenti;

kumpens għad-dannu materjali mġarrab mir-rikorrenti;

kumpens għad-dannu morali mġarrab mir-rikorrenti;

kundanna taċ-CEPOL għall-ispejjeż.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/28


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-42/15)

(2015/C 178/32)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: A. Salerno, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tar-rendikont tar-remunerazzjoni tax-xahar ta’ Mejju 2014, sa fejn japplika r-Regolament Nru 423/2014 tal-Parlament u tal-Kunsill, tas-16 ta’ April 2014, li jaġġusta, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012, ir-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-uffiċjali u ta’ aġenti oħra tal-UE, anki dan illegali sa fejn ma jipprevedix koeffiċjent ta’ korrezzjoni tar-remunerazzjoni allokata għall-uffiċjali li jaħdmu fil-Lussemburgu, fejn l-ispiża għall-għajxien hija kunsiderevolment ogħla milli fi Brussell.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni li tiffissa r-remunerazzjoni tagħha għax-xahar ta’ Mejju 2014, sa fejn ma ħallitiehx tibbenefika minn kwalunkwe koeffiċjent ta’ korrezzjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha tal-proċeduri.


1.6.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 178/29


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2015 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-43/15)

(2015/C 178/33)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. A. Pappas, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrikonoxxi biss rata ta’ invalidità permanenti parzjali ta’ 2 %, b’riżultat tal-inċident fuq ix-xogħol li kien vittma tiegħu ir-rikorrent.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.