ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 131A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
23 ta' April 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2015/C 131A/01

Avviż Ta’ Kompetizzjoni Ġenerali — EPSO/AST-SC/04/15 — Uxxiera Parlamentari — (AST SC 1)

1


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

23.4.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 131/1


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

EPSO/AST-SC/04/15 — UXXIERA PARLAMENTARI — (AST SC 1)

(2015/C 131 A/01)

Id-data tal-għeluq għar-reġistrazzjoni: is-27 ta’ Mejju 2015 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni miftuħa, ibbażata fuq kwalifiki u testijiet, sabiex tinħoloq lista ta’ riżerva ta’ 30 kandidat ammess mill-kompetizzjoni u li minnha l-Parlament Ewropew jirrekluta membri ġodda tas-servizz ċivili bħala “uxxiera parlamentari” (grupp ta’ funzjoni AST-SC). Il-kandidati jistgħu wkoll jiġu reklutati għal dmirijiet simili mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fil-Lussemburgu.

Dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni, flimkien mar-Regoli Ġenerali applikabbli għall-Kompetizzjonijiet Miftuħa ppubblikati f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 70 A tas-27 ta’ Frar 2015 (http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:C:2015:070 A:TOC), jiffurmaw il-qafas legalment vinkolanti għal din il-proċedura tas-selezzjoni.

LIEMA KOMPITI GĦANDI NISTENNA LI NAGĦMEL?

L-uxxiera parlamentari huma mistennija jgħinu lill-Membri Parlamentari (MPE) u lil dinjitarji oħra matul is-sessjonijiet plenarji, fil-laqgħat ta’ korpi parlamentari oħrajn, kif ukoll matul il-bosta avvenimenti li jsiru fil-binjiet tal-Parlament Ewropew. Dan jinkludi, fost l-oħrajn, it-tħejjija u l-monitoraġġ ta’ kmamar għal-laqgħat, l-akkumpanjament ta’ parteċipanti jew viżitaturi u l-immaniġġar tad-dmirijiet ta’ protokoll.

Dawn il-kompiti jeħtieġu li l-uxxiera jkunu flessibli fil-ħinijiet tax-xogħol u jinvolvu vvjaġġar bejn it-tliet postijiet regolari tax-xogħol tal-Parlament (Brussell, il-Lussemburgu u Strasburgu) kif ukoll barra minn dawn il-postijiet.

Ara l-ANNESS I għal aktar informazzjoni dwar id-dmirijiet tipiċi li għandhom jiġu mwettqa.

JIEN ELIĠIBBLI BIEX NAPPLIKA?

Inti trid tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet KOLLHA meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek:

Kundizzjonijiet ġenerali

Tkun tgawdi mid-drittijiet kollha tiegħek bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-UE

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet nazzjonali dwar is-servizz militari

Tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta’ karattru mitluba għat-twettiq tad-dmirijiet involuti.

Kundizzjonijiet speċifiċi: lingwi

Lingwa 1: livell minimu – C1 f’waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE

Lingwa 2: livell minimu – B2 fl-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż; trid tkun differenti mil-lingwa 1

Lingwa 3: livell minimu – A2 f’waħda mill-24 lingwa uffiċjali tal-UE; din il-lingwa trid tkun differenti mil-lingwi 1 u 2

Għal informazzjoni dwar il-livelli tal-lingwa, ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (https://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)

Kundizzjonijiet speċifiċi: kwalifiki u esperjenza ta’ xogħol

Livell ta’ edukazzjoni postsekondarja ċċertifikat b’diploma,

jew

Livell ta’ edukazzjoni sekondarja , iċċertifikat minn diploma ta’ tmiem l-istudji li tagħti aċċess għall-edukazzjoni postsekondarja, flimkien ma’ esperjenza professjonali ta’ mill-inqas tliet snin .

jew

Taħriġ professjonali (ekwivalenti għal edukazzjoni postsekondarja) segwit minn esperjenza professjonali ta’ mill-inqas tliet snin ,

jew

Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas tmien snin

Għal dettalji dwar diplomi, ara l-Anness I għar-Regoli Ġenerali applikabbli għall-Kompetizzjonijiet Miftuħa ( http://eur-lex.europa.eu/legal-content/MT/TXT/?uri=OJ:C:2015:070 A:TOC)

L-esperjenza professjonali mitluba għandha tikkonċerna l-ġestjoni prattika ta’ kmamar għal-laqgħat u/jew swali tal-konferenzi u/jew awli tal-qrati, b’mod partikolari f’Parlament nazzjonali, f’organizzazzjoni reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali, jew fi kwalunkwe organizzazzjoni oħra. Din l-esperjenza trid tkun direttament jew fil-biċċa l-kbira relatata mad-dmirijiet ta’ uxxier kif deskritt fl-ANNESS I.

It-tieni lingwa magħżula trid tkun l- Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż. Dawn huma l-lingwi ta’ ħidma prinċipali użati fl-istituzzjonijiet tal-UE u, fl-interess tas-servizz, ir-rekluti l-ġodda jridu jkunu kapaċi li jibdew jaħdmu u jikkomunikaw mal-ewwel b’mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum f’mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi.

Lingwa terza hija mitluba għal din il-kompetizzjoni minħabba d-diversità lingwistika kbira fl-assemblea Ewropea u l-viżitaturi jew d-dinjitarji mistiedna. L-uxxiera jridu jkunu jistgħu jikkomunikaw ma’ nies li jitkellmu varjetà ta’ lingwi differenti.

Ara l-ANNESS II għal aktar informazzjoni dwar il-lingwi f’kompetizzjonijiet tal-UE.

KIF INKUN MAGĦŻUL?

1)    Testijiet ta’ Mistoqsijiet b’Għażla ta’ Tweġibiet (MCQ) fuq il-kompjuter

Jekk in-numru ta’ kandidati li japplikaw ikun ogħla minn ċertu limitu , li jkun definit mill-EPSO li jaġixxi bħala l-Awtorità tal-Ħatra, il-kandidati kollha li vvalidaw l-applikazzjoni sad-data ta’ għeluq se jkunu mistiedna jattendu sensiela ta’ testijiet MCQ bil-kompjuter f’wieħed miċ-ċentri akkreditati tal-EPSO.

Jekk in-numru ta’ kandidati huwa taħt il-limitu , dawn it-testijiet se jsiru matul il-Fażi tal-Valutazzjoni (il-punt 3) minflok.

It-testijiet MCQ bil-kompjuter se jkunu organizzati kif ġej:

It-testijiet

Lingwa

Mistoqsijiet

Tul ta’ żmien

Minimu meħtieġ

Ir-raġunament verbali

Lingwa 1

20 mistoqsija

35 minuta

10/20

Raġunament numeriku

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

20 minuta

Numeriku + astratt ikkombinati: 10/20

Raġunament astratt

Lingwa 1

10 mistoqsijiet

10 minuti

Dawn it-testijiet huma eliminatorji u ma jingħaddux għat-testijiet l-oħra li jsiru waqt il-Fażi ta’ Valutazzjoni.

2)    Selezzjoni abbażi tal-kwalifiki

L-ewwel, ir-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà se jiġu ċċekkjati abbażi ta’ informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni onlajn tal-kandidati. Hemm 2 xenarji possibbli:

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter jiġu organizzati minn qabel , il-fajls tal-kandidaturi se jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà f’ordni mill-kbir saż-żgħir tal-marki miksuba sakemm jintlaħaq il-limitu għan-numru ta’ kandidati eliġibbli msemmi fil-punt 1. Il-fajls l-oħra mhux se jiġu ċċekkjati.

Jekk it-testijiet ta’ mistoqsijiet b’għażla ta’ tweġibiet fuq il-kompjuter ma jiġux organizzati bil-quddiem , il-fajls tal-kandidati kollha jiġu ċċekkjati għall-eliġibbiltà.

It-tieni nett, għall-kandidati eliġibbli biss magħżula kif spjegat hawn fuq; is-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki ssir bl-użu tal-informazzjoni pprovduta mill-kandidati fit-taqsima Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet (Talent Screener/Evaluateur de Talent/talentfilter) tal-formola tal-applikazzjoni. Il-bord ta’ selezzjoni jassenja piż lil kull kriterju ta’ selezzjoni li jirrifletti l-importanza relattiva tiegħu (1 sa 3) u t-tweġibiet ta’ kull kandidat jingħataw bejn 0 u 4 punti.

Il-bord tas-selezzjoni jimmultiplika l-punti bil-piż ta’ kull kriterju u jgħoddhom flimkien biex jiġu identifikati dawk li l-profil tagħhom jissodisfa l-aħjar id-dmirijiet li se jwettqu.

Jekk jogħġbok ara l-ANNESS III għal lista ta’ kriterji

3)    Fażi ta’ Valutazzjoni

Sa Massimu ta’ 3 darbiet in-numru ta’ kandidati ammessi se jiġu mistiedna għal din il-fażi. Jekk inti ksibt wieħed mill- ogħla marki totali fl-għażla abbażi tal-kwalifiki, int se tkun mistieden għall-Fażi ta’ Valutazzjoni għal jum jew jumejn, x’aktarx fi Brussell , fejn tagħmel testijiet bil- lingwa 2 u 3 tiegħek.

Jekk it-testijiet MCQ bil-kompjuter deskritti fil-punt 1 ma kinux organizzati minn qabel , inti se tagħmilhom fil-Fażi ta’ Valutazzjoni.

Is-seba’ kompetenzi ġenerali u l-kompetenzi speċifiċi meħtieġa għal din il-kompetizzjoni se jiġu ttestjati waqt il-Fażi ta’ Valutazzjoni permezz ta’ erba’ testijiet (intervisti bbażati fuq il-kompetenza ġenerali u speċifiċi għall-kompetenza, test ta’ valutazzjoni sitwazzjonali fil-lingwa 2 tiegħek u test orali speċifiku għal-lingwa fil-lingwa 3 tiegħek) kif deskritt fil-matriċi li ġejjin:

Kompetenzi

It-testijiet

1.

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

Test tal-valutazzjoni sitwazzjonali

2.

Komunikazzjoni

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

3.

Kwalità u riżultati

Test tal-valutazzjoni sitwazzjonali

4.

Tagħlim u żvilupp

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi ġenerali

5.

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

Test tal-valutazzjoni sitwazzjonali

6.

Reżiljenza

Test tal-valutazzjoni sitwazzjonali

7.

Ħidma ma’ oħrajn

Test tal-valutazzjoni sitwazzjonali

Marka minima meħtieġa

Total 35/70

L-ippeżar tal-kompetenzi ġenerali

50 % tal-marka kumplessiva


Kompetenzi

It-testijiet

Kompetenzi f’oqsma speċifiċi

Intervista bbażata fuq il-kompetenzi speċifiċi

Marka minima meħtieġa

50/100

L-ippeżar tal-kompetenzi speċifiċi

50 % tal-marka kumplessiva

Lingwa 3

Test orali speċifiku għal-lingwa

Marka minima meħtieġa

5/10

Il-marka tiegħek għat-tielet lingwa mhux se tingħadd mal-marka kumplessiva tal-Fażi ta’ Valutazzjoni iżda għandek tilħaq il-minimu meħtieġ.

4)    Lista ta’ riżerva

Wara li jiġu ċċekkjati d-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati, il-bord tal-għażla jistabbilixxi lista ta’ riżerva tal-kandidati eliġibbli li ġabu l-ogħla marki wara ċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni sakemm jintlaħaq in-numru meħtieġ ta’ kandidati li għaddew. L-ismijiet jiġu elenkati f’ordni alfabetiku.

META U FEJN NISTA’ NAPPLIKA?

Applika onlajn fuq is-sit tal-EPSO http://jobs.eu-careers.eu:

sas-27 ta’ Mejju 2015 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell.


ANNESS I

ID-DMIRIJIET

L-uxxiera parlamentari huma mistennija jgħinu lill-MPE u dinjitarji oħrajn fil-Parlament Ewropew, b’mod partikolari matul is-sessjonijiet plenarji, fil-laqgħat ta’ korpi parlamentari oħrajn kif ukoll matul l-avvenimenti varji li jsiru fil-binjiet tal-Parlament Ewropew.

Dan ix-xogħol jeħtieġ disponibbiltà kbira, flessibilità fil-ħinijiet tax-xogħol u jinvolvi vvjaġġar regolari fit-tliet postijiet tax-xogħol regolari tal-Parlament (Brussell, il-Lussemburgu u Strasburgu) kif ukoll barra minn dawn il-postijiet.

Id-dmirijiet jinkludu:

Il-Kamra u l-kmamar għal-laqgħat:

għoti ta’ assistenza prattika lill-President

ilqugħ u akkumpanjament lill-parteċipanti

tqassim tad-dokumenti fil-lingwi kollha

tqegħid tal-ismijiet għall-postijiet

monitoraġġ li l-MPE jiffirmaw

immaniġġar tal-listi tal-attendenza

provvista ta’ sigurtà u, b’talba tal-President, intervent biex tinżamm l-ordni

kontroll tal-aċċess għall-bosta kmamar.

Dmirijiet ta’ protokoll u avvenimenti uffiċjali:

ilqugħ u akkumpanjament lill-personalitajiet importanti ħafna (VIPs)

armar tal-bnadar

armar tal-ħbula tal-protokoll

parteċipazzjoni fil-gwardja tal-unur matul iż-żjarat uffiċjali.

Aktar dmirijiet:

tqassim, ġbir u trasportazzjoni tal-posta permezz tat-trolleys,

żvojtar tal-kaxex, it-trolleys u l-kabinetti mid-dokumenti,

ilqugħ ta’ gruppi ta’ viżitaturi, l-akkumpanjament tagħhom u li jitqiegħdu fil-galleriji u l-kmamar; żgurar li tinżamm l-ordni; żgurar li jiġu segwiti struzzjonijiet speċifiċi

immaniġġar tal-kmamar fejn jinżammu l-ġgieget għall grupp ta’ viżitaturi

twettiq ta’ kompiti amministrattivi (ir-reġistrazzjoni tal-posta, l-iffajljar eċċ.)

twettiq ta’ kompiti amministrattivi permezz ta’ kompjuter (posta elettronika, ipproċessar bażiku f’Word, intranet, eċċ.)

għoti ta’ informazzjoni lill-viżitaturi, l-uffiċjali u kull persuna oħra

għajnuna lid-dipartiment għall-prevenzjoni tan-nar.

Tmiem tal-ANNESS 1, ikklikkja hawnhekk biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS II

IL-LINGWI

Skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla Manja) fil-Kawża C-566/10 P, ir-Repubblika Taljana vs il-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jixtiequ jiddikjaraw ir-raġunijiet għal-limitu tal-għażla tat-tieni lingwa għal numru limitat ta’ lingwi uffiċjali tal-UE.

Għaldaqstant il-kandidati huma infurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa aċċettati għal din il-kompetizzjoni ġew definiti b’konformità mal-interess tas-servizz, li jeżiġi li dawk li jiġu rreklutati jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minnufih u jikkomunikaw b’mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet jista’ jiġi affettwat ħażin ħafna.

Il-prassi li jintużaw prinċipalment l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż għall-komunikazzjoni interna fl-istituzzjonijiet tal-UE ilha fis-seħħ u dawn huma wkoll il-lingwi meħtieġa l-aktar spiss waqat komunikazzjoni esterna u fit-trattament tal-kawżi. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż huma l-lingwi l-aktar użati bħala t-tieni lingwa fl-Unjoni Ewropea u dawk l-aktar studjati bħala t-tieni lingwa. Dan jikkonferma l-livell ta’ edukazzjoni u l-kompetenzi professjonali li attwalment wieħed jista’ jistenna mill-kandidati f’pożizzjonijiet fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, jiġifieri l-għarfien ta’ mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Konsegwentement, meta wieħed iqabbel l-interess u l-ħtiġijiet tas-servizz u l-ħiliet tal-kandidati, u meta jitqies il-qasam partikolari ta’ din il-kompetizzjoni, ikun ġust li jiġu organizzati eżamijiet f’dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom, il-kandidati kollha jkunu jistgħu jaħdmu f’mill-inqas waħda minnhom. Il-valutazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi b’dan il-mod tippermetti lill-Istituzzjonijiet li jevalwaw il-kapaċità tal-kandidati li jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minnufih f’ambjent simili għal dak li se jsibu fl-impjieg.

Għall-istess raġunijiet, huwa raġonevoli li tiġi ristretta l-lingwa ta’ komunikazzjoni bejn il-kandidati u l-istituzzjoni, inkluża l-lingwa li biha jitfasslu l-applikazzjonijiet. Din l-eżiġenza tiżgura l-omoġeneità fit-tqabbil tal-kandidati u l-verifika tal-applikazzjonijiet tagħhom.

Sabiex jiġi żgurat trattament ugwali għall-kandidati kollha, kulħadd – inklużi dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda minn dawn it-tlieta – irid jagħmel xi testijiet fit-tieni lingwa tiegħu, magħżula minn fost dawn it-tliet lingwi.

Xejn minn dan ma jaffettwa il-possibilità ta’ taħriġ fil-lingwa aktar tard biex jippermetti lill-persunal li jaħdem bit-tielet lingwa, b’konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Tmiem tal-ANNESS II, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali


ANNESS III

KRITERJI TAL-GĦAŻLA

Il-bord tal-għażla jikkunsidra l-kriterji li ġejjin għall-għażla bbażata fuq il-kwalifiki:

1.

Esperjenza professjonali prattika fil-preparazzjoni tas-swali u l-provvediment ta’ assistenza waqt laqgħat jew avvenimenti li jinvolvu ħafna nies (mijiet jew eluf).

2.

Esperjenza professjonali fl-ilqugħ tal-personalitajiet importanti (VIPs) u fl-applikazzjoni tar-regoli ta’ protokoll.

3.

Esperjenza professjonali fis-sigurtà passiva, pereżempju l-prevenzjoni tan-nar.

4.

Esperjenza professjonali fl-ilqugħ u l-assistenza ta’ viżitaturi individwali, kif ukoll gruppi kbar ta’ viżitaturi (il-merħba, l-akkumpanjament, it-tqegħid fit-tribuni, eċċ.).

5.

Esperjenza professjonali ta’ ħidma amministrattiva relatata mad-dmirijiet kif deskritti fl-Avviż ta’ Kompetizzjoni, pereżempju iffajljar, reġistrazzjoni ta’ posta, eċċ.

6.

Esperjenza professjonali fl-użu ta’ kompjuter b’rabta mad-dmirijiet hekk kif deskritt fl-Avviż ta’ Kompetizzjoni, pereżempju posta elettronika, ipproċessar bażiku tal-Word, intranet, eċċ.

7.

Esperjenza professjonali b’rabta man-natura tad-dmirijiet kif deskritt fl-Avviż ta’ Kompetizzjoni f’ambjent multikulturali.

8.

Esperjenza professjonali fl-assistenza lin-nies b’mobbiltà mnaqqsa.

Tmiem tal-ANNESS III, ikklikkja hawn biex tmur lura għat-test prinċipali