ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2015/C 080/01 |
||
2015/C 080/02 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2015/C 080/03 |
||
2015/C 080/04 |
||
2015/C 080/05 |
||
2015/C 080/06 |
Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Lundbeck (AT.39226) |
|
2015/C 080/07 |
||
2015/C 080/08 |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2015/C 080/09 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7545 — Blackstone/Koala/Acenden/AMS) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
2015/C 080/10 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7529 — Mohawk / International Flooring Systems) ( 1 ) |
|
2015/C 080/11 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7553 — PAI / Lion Adventure) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
ATTI OĦRAJN |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2015/C 080/12 |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
7.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/1 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
(2015/C 80/01)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ddeżinjati fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK (1), kif implimentata bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2015/383 (2), u fl-Anness II għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (3), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375 (4), dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li l-persuni u l-entitajiet li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom jiġu inklużi fil-lista ta’ persuni u entitajiet fl-Anness I tad-Deċiżjoni 2013/255/PESK u fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 36/2012. Ir-raġunijiet għad-deżinjazzjoni ta’ dawk il-persuni u l-entitajiet jidhru fl-entrati rilevanti f’dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti elettroniċi fl-Anness IIa tar-Regolament (UE) Nru 36/2012, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 16 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill qabel il-31 ta’ Marzu 2015, flimkien mad-dokumentazzjoni ta’ sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq terġa’ tiġi kkunsidrata, fl-indirizz li ġej:
Council of the European Union |
General Secretariat |
DG C 1C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f’konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba’ u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 147, 1.6.2013, p. 14.
7.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/2 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja
(2015/C 80/02)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1):
Il-bażi ġuridika għal din l-operazzjoni ta’ pproċessar hija r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 (2), kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2015/375 (3).
Il-kontrollur ta’ din l-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea rrappreżentat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ C (Affarijiet Barranin, Tkabbir, Protezzjoni Ċivili) tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill u d-dipartiment inkarigat mill-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-Unità 1C tad-DĠ C li jista’ jiġi kkuntattjat f’dan l-indirizz:
Council of the European Union |
General Secretariat |
DG C 1C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Indirizz elettroniku: sanctions@consilium.europa.eu |
L-għan tal-operazzjoni ta’ pproċessar hu l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta’ persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 36/2012, kif implimentat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/375.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati f’dak ir-Regolament.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet u kull data oħra marbuta ma’ dan.
Id-data personali miġbura tista’ tiġi kondiviża kif meħtieġ mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u mal-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet previsti fl-Artikolu 20(1)(a) u (d) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, talbiet għal aċċess, kif ukoll talbiet għal rettifika jew oġġezzjoni jitwieġbu f’konformità mat-Taqsima 5 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/644/KE (4).
Data personali tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta’ persuni soġġetti għall-iffriżar tal-assi jew tkun skadiet il-validità tal-miżura, jew id-dewmien ta’ proċedimenti fil-qorti fil-każ li jkunu nbdew dawn.
Is-suġġetti tad-data jistgħu jirrikorru għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
(4) ĠU L 296, 21.9.2004, p. 16.
Il-Kummissjoni Ewropea
7.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/3 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-6 ta’ Marzu 2015
(2015/C 80/03)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,0963 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
131,48 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4514 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,72200 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,1893 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,0700 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,5420 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,297 |
HUF |
Forint Ungeriż |
303,78 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1178 |
RON |
Leu Rumen |
4,4410 |
TRY |
Lira Turka |
2,8275 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,3990 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,3666 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
8,5055 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,4627 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,5004 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 203,83 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
12,9134 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
6,8651 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,6205 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
14 182,39 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
3,9923 |
PHP |
Peso Filippin |
48,282 |
RUB |
Rouble Russu |
65,2170 |
THB |
Baht Tajlandiż |
35,531 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,2949 |
MXN |
Peso Messikan |
16,6451 |
INR |
Rupi Indjan |
68,4064 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
7.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/4 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tal-5 ta’ Ġunju 2013 rigward abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-każ C.39226 (1) — Lundbeck
Relatur: ir-Repubblika Ċeka
(2015/C 80/04)
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-partijiet rispettivi kkonkludew ftehimiet fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 101 TFUW u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE bil-għan li tiġi limitata l-kompetizzjoni. |
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-ftehimiet li ġejjin u l-estensjonijiet għall-ftehimiet, kienu jikkostitwixxu ksur uniku u kontinwu għall-perjodu ta’ żmien relevanti:
|
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fejn tikkonkludi li l-ftehimiet bejn l-indirizzati kienu kapaċi jkollhom effett konsiderevoli fuq il-kummerċ bejn Stati Membri tal-UE u bejn Partijiet Kontraenti tal-Ftehim taż-ŻEE. |
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea li l-kundizzjonijiet tal-Artikolu 101(3) TFUE ma ġewx issodisfati. |
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-abbozz ta’ Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea għar-rigward tal-indirizzati kollha tad-Deċżjoni, b’mod speċifiku fejn tidħol ir-responsabilita tal-ġenitur. |
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-evalwazzjoni tal-Kummissjoni għar-rigward tal-perjodu li fih dam sejjer il-ksur. |
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
7.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/5 |
Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ġunju 2013 rigward abbozz ta’ deċiżjoni dwar il-każ C.39226 (2) — Lundbeck
Relatur: ir-Repubblika Ċeka
(2015/C 80/05)
1. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandhom jiġu imposti multi fuq l-indirizzati tal-abbozz ta’ deċiżjoni. |
2. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi għal Lundbeck. |
3. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li Lundbeck għandu jingħata tnaqqis ta’ 10 % tal-ammont bażiku minħabba li l-investigazzjoni ħadet fit-tul. Minoranza ma taqbilx. |
4. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi għal Lundbeck. Minoranza tastjeni. |
5. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-approċ tal-Kummissjoni li tibbaża l-kalkolu tal-multi għall-impriżi ġeneriċi fuq il-valur trasferit. |
6. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi ġeneriċi għandhom jingħataw tnaqqis ta’ 10 % peress li l-investigazzjoni ħadet fit-tul. Minoranza ma taqbilx. |
7. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti finali tal-multi għall-impriżi ġeneriċi. Minoranza tastjeni. |
8. |
Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li tinċaħad it-talba dwar nuqqas ta’ kapaċità li tħallas li saret f’dan il-każ. |
9. |
Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
7.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/6 |
Ir-Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)
Lundbeck (AT.39226)
(2015/C 80/06)
I. TAGĦRIF EŻISTENTI
1. |
Dan il-każ jirrigwarda ftehimiet li daħlu fihom il-kumpanija farmaċewtika oriġinatorja Lundbeck u erba’ kumpaniji farmaċewtiċi ġeneriċi fl-2002 dwar il-produzzjoni u l-bejgħ tal-antidepressiv citalopram. |
2. |
L-investigazzjoni tal-Kummissjoni bdiet abbażi ta’ informazzjoni li waslitilha mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Daniża f’Ottubru 2003. L-investigazzjoni kienet interrotta bl-inkjesta tal-kompetizzjoni fis-settur farmaċewtiku li damet minn Jannar 2008 sa Lulju 2009 (2). |
3. |
F’Jannar 2010, il-Kummissjoni fetħet proċedimenti kontra Lundbeck, u f’Lulju 2012 kontra erba’ gruppi ta’ kumpaniji ġeneriċi li kienu involuti fi ksur, meta hija bagħtet Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet. |
II. PROĊEDURA BIL-MIKTUB
1. Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet
4. |
Fl-24 ta’ Lulju 2012 il-Kummissjoni ħarġet Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”) kontra Lundbeck, Alpharma, A.L. Industrier, Arrow, Resolution Chemicals, GUK, Merck u Ranbaxy (3). Hija esprimiet il-fehma preliminari li l-ftehimiet ta’ riżoluzzjoni bejn il-kumpanija oriġinatriċi u l-kumpaniji ġeneriċi jirrappreżentaw l-hekk imsejħa ftehimiet ħlas għad-dewmien u jammontaw għalhekk għal restrizzjoni tal-kompetizzjoni minħabba l-għan bi ksur tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. |
2. Aċċess għall-fajl
5. |
Il-partijiet kollha ngħataw aċċess għall-fajl fil-forma ta’ DVD f’Awwissu tal-2012. |
6. |
F’Settembru tal-2012 Alpharma, aktar tard segwita minn partijiet oħra, għamlet talba dettaljata għal żvelar tal-partijiet redatti kollha tal-hekk imsejħa dokumenti Matrix fil-fajl tal-Kummissjoni. Sabiex jindirizza dawn it-talbiet, id-DĠ Kompetizzjoni talab lill-fornitur tad-dokumenti Matrix, Lundbeck, biex ifittex l-iżvelar. Il-proċess ta’ żvelar li mbagħad segwa dam għaddej bosta xhur. |
3. Il-limitu ta’ żmien għal tweġiba għad-DO
7. |
Id-DĠ Kompetizzjoni inizjalment stabbilixxiet skadenza ta’ 10 ġimgħat għat-tweġibiet tal-partijiet għad-DO li ġie mtawwal b’madwar 3 ġimgħat. Meta Alpharma talbet estensjoni ulterjuri fuq il-bażi li xtaqet tara d-dokumenti Matrix qabel ma’ twieġeb għad-DO, id-DĠ Kompetizzjoni pprovdielha estensjoni limitata ulterjuri iżda kkunsidrata bħala finali. Huwa informa lill-partijiet li kienu se jingħataw l-opportunità li jissuplimentaw it-tweġibiet tagħhom jekk id-dokumenti Matrix isiru aċċessibbli biss wara l-iskadenza. Alpharma, Arrow, GUK u Merck sussegwentement insistew fuq estensjoni sakemm ikunu raw id-dokumenti pendenti. |
8. |
Wara li din it-talba ġiet irrifjutata mid-DĠ Kompetizzjoni, l-erba’ partijiet irreferew il-kwistjoni tal-estensjoni tal-iskadenza għat-tweġibiet tagħhom għad-DO lili. Huma ddikjaraw li d-drittijiet tagħhom tad-difiża kienu se jinkisru jekk kien se jkollhom jagħtu tweġiba qabel ma jingħataw aċċess sħiħ għall-fajl peress li d-dokumenti Matrix kien fihom informazzjoni kruċjali għad-difiża tagħhom. |
Is-sospenzjoni tal-limitu ta’ żmien
9. |
Fil-fatt, il-partijiet fil-prinċipju mhux mistennija jwieġbu għad-DO qabel ma jkunu ġew mogħtija aċċess sħiħ għall-fajl u qabel kull talba għal aċċess addizzjonali tiġi riżolta. Sabiex niddetermina l-importanza tad-dokumenti Matrix għad-difiża tal-partijiet u jekk l-approċċ tad-DĠ Kompetizzjoni li jimponi proċess gradwali għar-risposti għad-DO jistax fid-dawl tal-importanza tad-dokumenti Matrix għad-difiża tal-partijiet eċċezzjonalment hux aċċettabbli fl-interess tal-effiċjenza tal-proċediment, issospendejt il-limitu ta’ żmien stabbilit mid-DĠ Kompetizzjoni (4). |
10. |
It-talba addizzjonali għall-aċċess kienet tikkonċerna 29 dokument (IDs) li jammontaw għal madwar 4 000 paġni redatti. Id-dokumenti kienu parti mit-tilwima Lagap fir-Renju Unit u t-tilwima parallela f’pajjiżi Ewropej oħrajn. Dawn kienu jirrelataw mal-proċessi ta’ manifattura, miġbura matul l-ispezzjonijiet ta’ ksur tal-brevett fl-istabbilimenti ta’ kumpanija li ġġib l-isem ta’ Matrix. Ir-redazzjonijiet li saru bħala riżultat ta’ ordni tal-kunsens tar-Renju Unit u ordnijiet minn imħallfin nazzjonali tal-privattivi. |
11. |
Fuq inizjattiva tiegħi, id-DĠ Kompetizzjoni stabbilixxa skeda flimkien ma’ Lundbeck u Matrix li tistipula meta l-partijiet l-oħrajn kienu se jingħataw aċċess għad-dokumenti Matrix mitluba. Id-dokumenti kollha tar-Renju Unit imbagħad saru disponibbli ftit qabel it-tmiem tal-2012 u d-dokumenti li joriġinaw mill-proċedimenti tat-tilwima parallela segwew sal-31 ta’ Jannar 2013. |
Estensjoni tal-limitu ta’ żmien
12. |
Fit-18 ta’ Diċembru 2012, jiena ddeċidejt li nagħti lill-partijiet estensjoni oħra tal-limitu ta’ żmien għat-tweġibiet tagħhom għad-DO. Għaldaqstant, it-tweġibiet tagħhom kienu dovuti wara li kellhom iċ-ċans li jaraw id-dokumenti Matrix kollha marbuta mat-tilwima tar-Renju Unit iżda qabel ma d-dokumenti relatati ma’ tilwima parallela oħra kienu saru aċċessibbli, jiġifierifil-perjodu bejn id-9 u l-14 ta’ Jannar 2013. |
13. |
Ħadt id-deċiżjoni tiegħi filwaqt li kkunsidrajt kemm id-dritt tal-partijiet għal smigħ xieraq u l-interess pubbliku fi proċedimenti effiċjenti. Fil-fehma tiegħi, id-dokumenti Matrix marbuta mal-litigazzjoni tar-Renju Unit kienu potenzjalment siewja għad-difiża tal-partijiet iżda mhux “kruċjali” kif iddikjaraw xi wħud. B’kuntrast, id-dokumenti Matrix marbuta ma’ litigazzjoni parallela ftit żiedu informazzjoni ma’ dik li diġa’ pprovdew id-dokumenti li oriġinaw mil-litigazzjoni tar-Renju Unit. Għaldaqstant, jiena kkonkludejt li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet kienu se jkunu mħarsa, jekk dawn kienu se jingħataw iċ-ċans li jaraw il-karti tat-tilwima tar-Renju Unit, qabel ma jwieġbu għad-DO. Ikkunsidrajt ukoll li d-DĠ Kompetizzjoni kien offra lill-partijiet l-opportunità biex jissupplimentaw it-tweġibiet tagħhom jekk xtaqu jagħmlu dan wara li ngħataw aċċess sħiħ għad-dokumenti Matrix. L-erba’ partijiet kollha ppreżentaw it-tweġibiet tagħhom fil-ħin u l-ebda waħda minnhom ma użat id-dritt li jissupplimentawhom fid-dawl tad-dokumenti Matrix li saru aċċessibbli biss wara l-iskadenza tal-limitu ta’ żmien. |
14. |
Peress li l-ebda parti ma reġgħet ikkuntattjatni b’rabta mad-dokumenti Matrix jien inqis li din il-kwistjoni hija solvuta. |
4. Pretensjonijiet proċedurali mqajma fit-tweġibiet għad-DO.
15. |
Alpharma, Arrow, GUK, Lundbeck u Merck qajmu ċerti pretensjonijiet proċedurali fit-tweġibiet tagħhom għad-DO, iżda għamlu hekk biss vis-à-vis id-DĠ Kompetizzjoni. B’rabta mad-drittijiet tad-difiża, Alpharma, GUK u Merck iddikjaraw li t-tul eċċessiv tal-investigazzjoni tal-Kummissjoni kiser id-drittijiet ta’ difiża tagħhom (5). Fi kwalunkwe każ, huma argumentaw, li t-tul tal-proċediment kien twil wisq u l-Kummissjoni għandha tiġbed konsegwenzi xierqa minn dan il-fatt. Jien se nanalizza iż-żewġ partijiet tat-talba hawn taħt. |
16. |
L-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE jipprovdi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jeħtieġ li jaġixxu fi żmien raġonevoli meta jwettqu proċeduri amministrattivi. Ir-raġonevolezza tat-tul tal-proċedimenti amministrattivi se tiġi vvalutata fid-dawl taċ-ċirkostanzi individwali ta’ kull każ. B’mod partikolari, iridu jiġu eżaminati l-kuntest, l-istadji proċedurali varji segwiti mill-Kummissjoni, il-kondotta tal-partijiet matul il-proċedura, u l-kumplessità tagħha (6). |
17. |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli għalija, la l-kuntest tal-kawża, il-kumplessità tagħha, il-passi proċedurali varji kif deskritt fid-DO u lanqas ċertament l-imġiba tal-partijiet ma jidhru li jiġġustifikaw it-tul konsiderevoli tal-proċedura ta’ 8 snin u 9 xhur li jibdew jgħoddu mid-data meta l-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni sad-data meta ntbagħtet id-DO. |
18. |
Anki jekk jitqies li huwa stabbilit li l-proċedura amministrattiva kienet irraġonevolment twil, il-Kummissjoni tista’ tiġi pprojbita biss milli timponi multi, jekk il-partijiet juru li n-nuqqas tal-Kummissjoni li twettaq il-proċedura amministrattiva fi żmien raġonevoli setgħet attwalment tikkomprometti jew taffettwa ħażin id-drittijiet tad-difiża tagħhom (7). Il-piż tal-prova huwa f’idejn il-partijiet li jridu jippreżentaw evidenza konvinċenti. |
19. |
Wara li kkunsidrajt l-evidenza sottomessa, ikkonkludejt li l-partijiet ma wrewx suffiċjentement fid-dritt li t-tul straordinarju tal-investigazzjoni kiser id-drittijiet tad-difiża tagħhom. B’reazzjoni b’mod partikolari għall-pretensjoni dettaljata ta’ Alpharma, ninnota li hija r-responsabbiltà tal-parti fl-ewwel lok li tiżgura li la ż-żmien u l-anqas il-bejgħ tan-negozju involut fl-allegat ksur ma jikkawżaw l-allegat diffikultà jew impossibiltà biex tiġi prodotta kull evidenza eżistenti li tiskaġuna. L-impriżi għandhom dmir ta’ diliġenza, skont il-ġurisprudenza, li jorbothom biex jassiguraw il-manutenzjoni xierqa ta’ rekords fil-kotba tagħhom jew fajls li jippermettu s-sejba tad-dettalji tal-attivitajiet tagħhom, sabiex jippreżentaw l-evidenza meħtieġa disponibbli f’każ ta’ proċedimenti legali jew amministrattivi. Dan id-dmir jgħodd anke meta n-negozju involut ikun ġie mibjugħ tul konsiderevoli ta’ żmien qabel ma tkun inbdiet l-investigazzjoni (8). Jeżisti obbligu simili fir-rigward tal-aċċess għal eks impjegati Barra minn hekk, jidher li Alpharma ma indikax bil-preċiżjoni meħtieġa mill-ġurisprudenza (9), in-natura u l-ambitu ta’ informazzjoni li tiskaġuna li allegatament ġiet mitlufa minħabba l-mogħdija taż-żmien. |
20. |
Il-konklużjoni tiegħi li d-drittijiet tal-partijiet ta’ difiża ma nkisrux ma tfissirx li t-tul konsiderevoli tal-istadju tal-investigazzjoni ma ħalla l-ebda konsegwenza. Fid-dawl tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u skont il-ġurisprudenza (10), nikkunsidra li l-ewwel fażi tal-proċedura amministrattiva kien twil b’mod mhux raġonevoli. Dan għandu jiġi kkunsidrat fid-determinazzjoni tal-multa. |
5. Aċċess għat-tweġibiet tal-partijiet l-oħra
21. |
Id-DĠ Kompetizzjoni ta l-aċċess għal kopji tal-verżjoni mhux konfidenzjali tat-tweġibiet tal-partijiet l-oħra għad-DO lill-partijiet kollha. Il-partijiet ngħataw l-opportunità li jippreżentaw kummenti bil-miktub qabel is-Seduta Verbali. Alpharma, Lundbeck u Ranbaxy għamlu sottomissjonijiet supplimentari qabel is-Seduta Orali, filwaqt li A.L. Industrier għamlet dan wara. |
III. PROĊEDURA VERBALI
22. |
Il-partijiet fil-proċedimenti kollha, għajr għal Resolution Chemicals, eżerċitaw id-dritt tagħhom li jinstemgħu f’Seduta Verbali, li seħħet fl-14 u l-15 ta’ Marzu 2013. |
IV. PROĊEDURA WARA S-SEDUTA VERBALI
1. Ittra tal-Fatti
23. |
Fit-12 ta’ April 2013 il-Kummissjoni bagħtet Ittra tal-Fatti (“IF”) lil Alpharma, Arrow, GUK, Lundbeck u Ranbaxy. Intbagħtet IF oħra lill-eks kumpanija prinċipali ta’ GUK, Merck u lill-eks kumpanija azzjonarja ta’ Alpharma, A.L. Industrier fis-6 ta’ Mejju 2013. Il-partijiet kollha ngħataw għaxart ijiem kalendarji biex iwieġbu. |
2. Estensjoni tal-limitu ta’ żmien
24. |
Wara l-wasla tal-IF, Alpharma, Arrow, GUK u Lundbeck ressqu talba l-ewwel lid-DĠ tal-Kompetizzjoni u, wara li t-talba tagħhom ġiet irrifjutata, quddiemi biex inġedded il-limitu ta’ żmien għat-tweġiba tagħhom għall-IF. |
25. |
GUK talbet li nissospendi l-iskadenza għat-tweġiba tagħha għall-IF sakemm inkun ħadt deċiżjoni dwar it-talbiet tagħhom li l-Kummissjoni kien imissha ħarġet Dikjarazzjoni Supplimentari ta’ Oġġezzjonijiet (“DSO”) fir-rigward ta’ ċerti provi mressqa f’LF u LF ġdid li tiċċara l-użu maħsub ta’ ċerti provi (ara t-Taqsima IV. 4 ta’ hawn taħt). |
26. |
Nosserva li filwaqt li taħt it-Termini ta’ Referenza nista’ neżamina mill-ġdid it-talbiet sottomessi minn GUK tabilħaqq mill-partijiet l-oħra, ma hemmx bażi għalija biex nagħti deċiżjoni fuq il-kwistjoni. Dan jimplika wkoll li ma nistax nissospendi l-limitu ta’ żmien. |
27. |
L-erba’ partijiet kollha kisbu estensjonijiet ta’ tul li jvarja skont iċ-ċirkostanzi individwali tagħhom. Il-partijiet kollha ppreżentaw tweġibiet fl-iskadenzi rispettivi. |
3. Aċċess għat-tweġibiet tal-partijiet l-oħra
28. |
Id-DĠ Kompetizzjoni ta lill-partijiet kollha l-aċċess għal kopji tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-tweġibiet tal-partijiet l-oħra għall-IF u ppermettielhom ukoll li jikkummentaw fuqhom. Lundbeck biss ippreżentat xi kummenti. |
4. Pretensjonijiet proċedurali fir-rigward tal-Ittra tal-Fatti
29. |
Arrow, GUK u Lundbeck qajmu żewġ pretensjonijiet proċedurali fir-rigward tal-IF. Wara li d-DĠ Kompetizzjoni rrifjuta dawn l-ilmenti l-partijiet irreferew il-kwistjonijiet lili biex nirrevedihom. |
Id-Dikjarazzjoni tal-Oġġezzjonijiet supplimentari meħtieġa?
30. |
L-ewwel nett, b’rabta ma’ total ta’ 10 punti minn 62 tal-IF, it-tliet partijiet argumentaw li l-evidenza l-ġdida u l-użu maħsub, kif indikat mill-Kummissjoni, marru lil hinn minn sempliċement jikkorroboraw l-oġġezzjonijiet tad-DO. Anzi, iddikjaraw li b’dawk il-punti l-Kummissjoni kienet qiegħda sostanzjalment tirriformula l-oġġezzjonijiet, tintroduċi oġġezzjonijiet addizzjonali jew timmodifika n-natura intrinsika tal-ksur. Il-partijiet għalhekk staqsew jekk tali evidenza tistax tkun ikkomunikata b’mod IF u jekk kinitx teħtieġ il-ħruġ tad-DSO, jekk il-Kummissjoni kellha l-intenzjoni li tibbaża ruħha fuqha. |
31. |
DSO hija meħtieġa meta l-Kummissjoni tqajjem oġġezzjonijiet ulterjuri jew tbiddel in-natura intrinsika tal-oġġezzjonijiet (11), filwaqt li hija biżżejjed l-LF meta tintroduċi provi ġodda meqjusa meħtieġa biex jappoġġjaw l-oġġezzjonijiet li diġà qegħdin fl-DO (12). Il-format tal-aħħar huwa kompatibbli bis-sħiħ mad-drittijiet tad-difiża, b’mod partikolari meta tkun applikata sabiex tiċħad l-argumenti miġjuba mill-partijiet matul il-proċedura amministrattiva (13). |
32. |
Wara li ġew analizzati l-10 punti tal-IF li għalihom il-partijiet argumentaw li l-DSO kienet meħtieġa, ma nistax insib li dawn il-punti jqajmu oġġezzjonijiet addizzjonali jew jimmodifikaw in-natura tal-oġġezzjonijiet eżistenti. Dawn il-punti, bħal punti oħra tal-IF, fil-parti l-kbira jiddaħħlu wara reazzjoni għall-osservazzjonijiet tal-partijiet għad-DO. Kunċettwalment, jista’ jkun li xi wħud mill-pretensjonijiet ġew imqanqla minħabba indikazzjoni fqira tal-użu intiż tal-evidenza l-ġdida (ara aktar ‘l isfel). Fi kwalunkwe każ, l-introduzzjoni ta’ provi ġodda inkriminanti, anki jekk parzjalment ta’ tip differenti mill-provi diġà introdotti, ma kinitx teħtieġ DSO. Għaldaqstant, jiena nikkonkludi li d-drittijiet ta’ difiża tal-partijiet ma nkisrux bl-introduzzjoni tal-10 punti li lmentaw dwarhom permezz ta’ IF. |
L-Ittra tal-Fatti mhux ċara?
33. |
It-tieni nett, b’rabta ma’ total ta’ 23 punt minn 62 tal-IF, it-tliet partijiet allegaw li l-IF mhijiex ċara, hija ambigwa u taqta’ wisq fil-qasir fir-rigward tal-użu li l-Kummissjoni beħsiebha tagħmel mill-evidenza l-ġdida. Tali punti jikkoinċidu parzjalment mal-10 punti li dwarhom il-partijiet jitolbu għal ħruġ ta’ DSO. |
34. |
B’mod partikolari, il-partijiet argumentaw li r-rabta bejn l-evidenza u l-oġġezzjonijiet stabbilita fid-DO mhix ċara. Huma sostnew li l-allegat nuqqas ta’ ċarezza seta’ jxekkel l-abbiltà tagħhom li jiddefendu lilhom infushom. |
35. |
Sabiex id-destinatarji tagħha jkunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom b’mod effettiv dwar evidenza ġdida, IF trid tinvoka l-paragrafu tad-DO li jikkonċernah u tispjega r-rilevanza tal-evidenza l-ġdida għall-oġġezzjonijiet diġà kkomunikati (14). |
36. |
Filwaqt li jien naqbel li fi ftit każijiet il-Kummissjoni setgħet spjegat aħjar l-użu li kienet beħsiebha tagħmel mill-evidenza l-ġdida, jien ma nikkunsidrax li d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet ġew affettwati. |
37. |
L-ewwel nett, għal kull biċċa evidenza ġdida l-IF dejjem tirreferi għall-paragrafu jew it-taqsima tad-DO u tindika kif il-Kummissjoni beħsiebha tużaha, ħlief f’każ wieħed. |
38. |
It-tieni nett, f’każ wieħed fejn l-IF ma tirreferix għal paragrafu tad-DO kif ukoll f’dawk is-sitwazzjonijiet fejn l-użu intiż tal-evidenza l-ġdida ġie allegat li ma kienx ċar, huwa possibbli li jiġi dedott raġonevolment mill-kontenut ta’ kemm IF u d-DO r-rilevanza ta’ evidenza ġdida għal oġġezzjoni partikolari (15). |
39. |
Din il-konklużjoni hija kkonfermata mit-tweġibiet tal-partijiet għall-IF. Dawn juru li l-partijiet kienu kapaċi jifhmu, jew almenu, jiddeduċu raġonevolment għal kull wieħed mit-23 punt is-sinifikanza tal-evidenza l-ġdida għall-oġġezzjonijiet miġjuba kontrihom. F’dan ir-rigward, jiena ninnota li fejn parti waħda ma tweġibx għal punt allegatament mhux ċar, dak l-istess punt ġie indirizzat minn tal-inqas parti oħra u dik il-parti identifikat sew ir-rabta bejn l-evidenza l-ġdida u l-oġġezzjonijiet li tirreferi għaliha. |
40. |
Fejn f’każ wieħed parti twieġeb billi tirreferi għal oġġezzjoni differenti minn dik ta’ parti oħra, dan probabbilment jinvolvi raġunijiet oħra għajr l-allegat nuqqas ta’ ċarezza tal-IF. |
41. |
Għaldaqstant, jiena nikkonludi li l-punti kkritikati fl-IF ma affettwawx l-abbiltà tal-partijiet li jeżerċitaw effettivament id-drittijiet tagħhom ta’ difiża u li n-nuqqas allegat ma influwenzax ir-riżultat tal-proċedura. |
5. Pretensjonijet proċedurali fir-rigward tal-Ittra tal-Fatti
Lundbeck
42. |
Fit-22 ta’ Mejju 2013, madwar xahar wara t-tweġiba tagħha għall-IF, Lundbeck indirizzatli sottomissjoni oħra li tiddikjara li l-IF kienet xekklet id-drittijiet ta’ difiża u proċess dovuti ta’ Lundbeck. Filwaqt li s-sottomissjoni kienet ittenni bosta mill-argumenti indirizzati diġà hawn fuq, Lundbeck qajmet ukoll żewġ pretensjonijiet ġodda (16). |
43. |
L-ewwel nett, Lundbeck sostniet li l-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha li twettaq il-proċeduri b’mod imparzjali u oġġettiv. Il-Kummissjoni se tinjora l-evidenza li tikkonferma il-fehmiet ta’ Lundbeck u dawk ġeneriċi u tikkunsidra b’valur nominali l-evidenza li jidher li tgħin il-każ tagħha b’mod tanġenzjali. Allegatament, l-IF terġa’ turi b’mod ovvju li l-Kummissjoni naqset milli tevalwa l-provi fil-fajl b’mod preċiż, oġġettiv u mhux imxekkel, li hija naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-korp sħiħ ta’ evidenza rilevanti, inklużi l-osservazzjonijiet Lundbeck, u li hija ma eskludietx evidenza ikkontestata jew insuffiċjenti. |
44. |
Wara reviżjoni bir-reqqa tal-argumenti mingħajr preġudizzju dwar il-mertu tal-punti sostantivi imressqa minn Lundbeck, jidhirli li l-pretensjoni tal-parti mhix fondata. Id-dritt għal amministrazzjoni tajba jinkludi d-dover li teżamina bir-reqqa u b’imparzjalità l-aspetti rilevanti kollha tal-każ individwali (17). Madankollu, meta l-Kummissjoni ma ssegwix l-argumenti miġjuba minn xi parti dan ma jkunx indikazzjoni ta’ preġudizzju. Lanqas ma l-interpretazzjoni persistentement differenti tal-evidenza rilevanti ssarraf fi preġudizzju. Barra minn hekk, l-IF sempliċement tippreżenta fatti ġodda. Ma tiddiskutix l-argumenti jew tevalwa l-evidenza miġjuba mill-partijiet bi tweġiba għad-DO. Dan irid isir fid-deċiżjoni finali motivata bis-sħiħ. Għaldaqstant, jidher li mhuwiex xieraq li wieħed jivvaluta l-oġġettività u l-imparzjalità tal-proċedimenti tal-Kummissjoni fuq din il-bażi. Barra minn hekk, anke li kieku d-DO u d-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni fis-Seduta Verbali ġew ikkunsidrati, xorta waħda ma nqisx l-argument ta’ Lundbeck ġust. |
45. |
It-tieni nett, Lundbeck allegat li l-Artikolu 6(3)(d) tal-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ġie miksur minħabba li IF kienet ibbażata fuq informazzjoni minn parti terza b’mod partikolari, li ma kinitx parti fil-proċedimenti, mingħajr ma’ ingħatat il-possibbiltà li tagħmel mistoqsijiet lil din il-parti terza u l-veraċità tad-dikjarazzjonijiet tagħha. |
46. |
Jiena wkoll inqis dan l-argument bħala bla bażi. Fil-proċedura amministrattiva l-Kummissjoni mhix obbligata li tipprovdi lill-partijiet bl-opportunità għal kontroeżami tad-dikjarazzjonijiet tal-partijiet terzi vis-à-vis il-Kummissjoni. Id-drittijiet tad-difiża tal-partijiet huma rispettati jekk id-dikjarazzjonijiet użati mill-Kummissjoni jkunu rreġistrati fil-fajl, ikunu disponibbli għalihom u wara deċiżjoni finali jkunu jistgħu jiġu sfidati quddiem il-ġudikatura tal-Unjoni Ewropea (18). Dan qatt ma kien il-każ hawnhekk. Lundbeck ngħatat l-aċċess għad-dikjarazzjoni inkwistjoni qabel is-Seduta Verbali u setgħet tikkummenta dwarha. |
47. |
Ta’ min jinnota wkoll li Lundbeck qajmet din il-kwistjoni fi stadju tassew avvanzat tal-proċedimenti. Jekk Lundbeck ħasbet li kienet rilevanti għad-difiża tagħha li tisma’ lill-persuna terza matul il-proċediment amministrattiv hija setgħet issuġġeriet lill-Kummissjoni biex tistieden lill-parti terza għas-Seduta Orali jew li torganizza laqgħa trijangulari kif indikat fl-Aħjar Prattiki (19). Skont l-informazzjoni li għandi disponibbli, Lundbeck ma ssuġġeriet xejn minn dan. |
48. |
Abbażi ta’ dan, jiena nikkonkludi li d-drittijiet tad-difiża ta’ Lundbeck ma nkisrux. |
Alpharma
49. |
Fit-3 ta’ Ġunju 2013, ħames ġimgħat wara t-tweġiba tagħha għall-IF, irċevejt ittra minn Alpharma li qajmet tliet kwistjonijiet ewlenin (20). |
50. |
L-ewwel nett, il-parti argumentat li huwa probabbli li l-Kummissjoni se temenda sostanzjalment fid-deċiżjoni finali tagħha s-sejbiet dwar Alpharma f’mill-inqas tliet lati, jiġifieri, il-kompetizzjoni potenzjali, il-valur trasferit u l-kuntest ġuridiku u ekonomiku. Alpharma saqsiet lill-Kummissjoni biex tagħtiha l-opportunità tikkummenta fuq is-sejbiet riveduti qabel ma tiġi adottata d-deċiżjoni finali. |
51. |
Jiena analizzajt bir-reqqa l-abbozz tad-Deċiżjoni fid-dawl tal-pretensjoni ta’ Alpharma u t-tliet eżempji pprovduti. Ma rnexxilix insib li l-abbozz tad-Deċiżjoni jaltera l-oġġezzjonijiet jew jintroduċi evidenza ġdida li fuqha l-parti ma ngħatatx il-possibilità li tagħmel osservazzjonijiet sew jekk qabel il-komunikazzjoni tad-DO, jew sussegwentement, tal-IF. Għaldaqstant, ir-rifjut tad-DĠ Kompetizzjoni tat-talba ta’ Alpharma ma jiksirx id-dritt tal-parti li tinstema’. |
52. |
It-tieni nett, Alpharma sostniet illi d-DO m’għadiex korretta fir-rigward ta’ ħames sejbiet preliminari dwar Alpharma: il-kuntest ġuridiku u ekonomiku, ir-rabta bejn il-ħlas u r-restrizzjonijiet fuq l-aċċess, l-ammont tal-valur trasferit, il-kompetizzjoni potenzjali u l-iskop tal-ftehim ta’ riżoluzzjoni. Id-DO hija allegatament ibbażata fuq suppożizzjonijiet fattwali fir-rigward ta’ dawn il-ħames sejbiet li sussegwentement kienu inkorretti. Skont Alpharma, dawn in-nuqqasijiet ma ġewx korretti mil-LF. Id-dokument pjuttost jintroduċi fatti ġodda li joħolqu kunflitt ma’ dawk stipulati fid-DO. Minħabba din is-sensiela ta’ fatti u allegazzjonijiet kontradittorji u konfondenti, Alpharma tiddikjara li l-Kummissjoni naqset milli tispjega liema fatti hija temmen li huma korretti, u b’hekk għamlitha diffiċli għal Alpharma li tifhem fuq liema evidenza l-Kummissjoni kien beħsiebha sserraħ u x’allegazzjonijiet qiegħda tagħmel kontriha. F’tali ċirkostanza, hija tallega li huwa impossibbli għal Alpharma li tiddefendi lilha nnifisha sew. Fuq din il-bażi, Alpharma talbitni biex nirrakkomanda lill-Kummissjoni biex toħroġ DSO jew tipprovdi kjarifika li tistabbilixxi b’mod ċar l-oġġezzjonijiet kontriha u l-fatti li jappoġġjaw dawn l-oġġezzjonijiet qabel ma tadotta d-deċiżjoni finali. |
53. |
Jiena eżaminajt mill-ġdid u fil-fond din il-kwistjoni proċedurali, iżda ħallejt barra l-allegazzjonijiet sostantivi miġjuba minn Alpharma. Madankollu, ma nistax nqis li t-talba tagħha hija fundata. |
54. |
Il-parti diġà rċeviet risposta fuq il-kwistjoni dwar liema fatti l-Kummissjoni tqis korretti. Wara li qajmet l-istess kwistjoni mad-DĠ Kompetizzjoni, Alpharma rċeviet risposta li l-Kummissjoni temmen li l-fatti l-ġodda fl-IF huma korretti. Ta’ min jinnota wkoll li f’dan ir-rigward biċċa kbira sew tal-fatti l-ġodda introdotti fl-IF li jikkonċernaw lil Alpharma ġew provduti mill-parti stess wara l-ħruġ tad-DO, minkejja li d-DĠ Kompetizzjoni kien diġà bagħat talba għall-informazzjoni f’Marzu 2011. |
55. |
Barra minn hekk, l-IF riċevuta mill-parti tindika għal kull fatt ġdid għal liema parti tad-DO tirrigwarda u r-rilevanza tiegħu għall-oġġezzjoni. Għaldaqstant, Alpharma tpoġġiet f’pożizzjoni li tikkummenta fuq l-evidenza l-ġdida u s-sinifikanza tagħha għall-oġġezzjonijiet. Kuntrarjament għal dak li jidher li tissuġġerixxi Alpharma, m’hemm l-ebda obbligu fuq il-Kummissjoni li tindika f’nota LF jew DSO liema mill-fatti, inizjalment miġjuba fid-DO, hija temmen li m’għadhomx korretti fid-dawl tal-evidenza sussegwentement misjuba. Il-Kummissjoni lanqas m’għandha l-obbligu li tipprovdi valutazzjoni ġuridika tal-fatti l-ġodda. Kif diġà ġie indikat aktar ‘il fuq, il-Kummissjoni hija biss obbligata li toħroġ l-DSO meta trid tbiddel l-oġġezzjonijiet eżistenti. Għaldaqstant, jien tal-fehma li ma kienx hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ Alpharma. |
56. |
Fl-aħħar nett, it-Termini ta’ Referenza ma jagħtux is-setgħa lill-Uffiċjal tas-Smigħ biex formalment jirrakkomanda lill-Kummissjoni l-kjarifika ta’ ċerti oġġezzjonijiet, jew l-interpretazzjoni tagħha ta’ ċerti fatti li jappoġġjaw tali oġġezzjoni, għall-benefiċċju ta’ parti bħalma jidher li qed tassumi Alpharma. |
57. |
It-tielet nett, anki jekk biss fir-rigward ta’ punt wieħed, Alpharma iddikjarat ukoll li l-IF ma tispjegax sew l-użu li l-Kummissjoni beħsiebha tagħmel tal-fatti ġodda. Ma nistax insib li d-drittijiet tad-difiża ġew miksura u nirreferi għall-analiżi tiegħi ta’ pretensjonijiet simili magħmula minn partijiet oħra għal dan il-proċediment fit-Taqsima IV. 4 msemmi hawn fuq. Fi kwalunkwe każ, it-tweġiba ta’ Alpharma għall-IF tixhed li l-parti setgħet tifhem l-IF. |
58. |
Alpharma fl-aħħar nett semmiet it-tul eċċessiv tal-proċedura amministrattiva. F’din il-kwistjoni, jiena nirreferi għall-analiżi tiegħi ta’ pretensjonijiet simili fit-Taqsima II. 4. hawn fuq. |
V. L-ABBOZZ TAD-DEĊIŻJONI
59. |
Fl-opinjoni tiegħi l-abbozz tad-Deċiżjoni jirrelata biss mal-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom. |
60. |
Kollox ma’ kollox, jiena nikkonkludi li l-parteċipanti kollha kienu kapaċi jeżerċitaw effettivament id-drittijiet proċedurali f’dan il-każ. |
Brussell, is-17 ta’ Ġunju 2013.
Michael ALBERS
(1) Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29). (“id-Deċiżjoni 2011/695/UE”).
(2) http://ec.europa.eu/competition/sectors/pharmaceuticals/inquiry/
(3) H. Lundbeck A/S u Lundbeck Limited, Xellia Pharmaceuticals ApS u Alpharma LLC (issa msejħa Zoetis Products LLC) (“Alpharma”), A.L. Industrier AS, Arrow Generics Limited u Arrow Group ApS (“Arrow”), Resolution Chemicals Limited, Generics [UK] Limited, Merck KGaA, u Ranbaxy (UK) Limited u Ranbaxy Laboratories Limited (“Ranbaxy”).
(4) Fl-opinjoni tiegħi s-sitwazzjoni f’dan il-każ kienet simili għas-sitwazzjoni deskritta fil-Premessa 15 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE u kienet tiġġustifika deċiżjoni ta’ sospensjoni simili.
(5) Alpharma qajmet dan il-punt għal darb’ oħra miegħi f’ittra sottomessa fit-3 ta’ Ġunju 2013.
(6) Kawża T-228/97 Irish Sugar v Commission [1999] Ġabra II-02969, paragrafu 278.
(7) Il-Kawża T-99/04 AC-Treuhand AG v Commission, [2008] Ġabra II-1501, paragrafu 58.
(8) Il-Kawża T-587/08 Fresh del Monte Produce Inc. v Commission, [2013] li għadha mhux rappurtata, paragrafi 683 u 684.
(9) Il-Kawża C-105/04 P Nederlandse Federatieve Vereniging voor de Groothandel op Elektrotechnisch Gebied v Commission (FEG) [2006] Ġabra I-08725, paragrafi 56 sa 60.
(10) Il-Kawża T-240/07 Heineken Nederland BV and Heineken NV v Commission, [2011] Ġabra II-03355, paragrafi 290 u 291.
(11) Ara l-Kawża T-111/08 MasterCard Inc. and others v Commission [2012] li għadha mhux rappurtata, paragrafu 268.
(12) Ara l-Kawża T-23/99, LR AF 1998 A/S, formerly Løgstør Rør A/S v Commission [2002] Ġabra II-1705, paragrafi 190 u 193; Ara wkoll il-Kawżi Konġunti T-236/01, T-239/01, T-244/01 sa T-246/01, T-251/01 u T-252/01, Tokai Carbon and Others v Commission [2004] Ġabra II-1181, paragrafu 45; u l-Kawża T-340/03 France Télécom SA v Commission [2007] Ġabra II-107, paragrafu 30.
(13) MasterCard Inc. and others v Commission, ikkwotata aktar ‘il fuq, paragrafu 273.
(14) LR AF 1998 A/S, imsemmija hawn fuq, paragrafu 191; Ara wkoll il-Kawża T-353/06 Vermeer Infrastructuur BV v Commission, [2012] li għadha mhux rappurtata, paragrafu 182.
(15) Is-sitwazzjoni hawnhekk, fejn ir-rabta bejn IF u d-DO mhux faċli tiftiehem, fil-fehma tiegħi hija simili għas-sitwazzjoni li kienet ikkonfrontata biha l-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-11/89 Shell v Commission [1992] Ġabra 11-757, paragrafi 56 u 62; Ara wkoll il-Kawżi Konġunti T-191/98 u T-212/98 sa T-214/98, Atlantic Container Line AB and others v Commission, [2003] Ġabra II-03275, paragrafu 162; u l-Kawża T-13/89 ICI v Commission [1992] Ġabra II-1021, paragrafu 35. Għaldaqstant, it-test applikat għal din is-sitwazzjoni tal-aħħar għandu jgħodd ukoll hawnhekk.
(16) Peress li Lundbeck ippreżentat l-ilment dettaljat fi stadju tassew avvanzat tal-proċediment, nista’ biss nittrattah fil-qosor.
(17) Il-Kawża T-31/99 ABB Asea Brown Boveri v Commission [2002] Ġabra II-1881, paragrafu 99.
(18) Il-Kawża T-439/07 Coats Holdings Ltd. v Commission, [2012] li għadha mhux rappurtata, paragrafi 174 u 175.
(19) Ara l-Avviż tal-Kummissjoni dwar l-Aħjar Prattiki għat-tmexxija tal-proċedimenti li jikkonċernaw l-Artikoli 101 u 102 tat-TFUE (ĠU C 308, 20.10.2011, p. 6), il-paragrafi 68 u 69.
(20) Peress li Alpharma rreferietli għadd ta’ kwistjonijiet u ppreżentatli lment komprensiv u dettaljat ħafna fi stadju tassew avvanzat tal-proċediment, nista’ biss nittrattah fil-qosor.
7.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/13 |
Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni
tad-19 ta’ Ġunju 2013
Li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE
(Il-Kawża AT.39226 — Lundbeck)
(notifikata bid-dokument numru C(2013) 3803 finali)
(It-test bl-Ingliż biss hu awtentiku)
(2015/C 80/07)
Fid-19 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u tal-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inklużi kull penalità imposta, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom
1. INTRODUZZJONI
(1) |
Din id-deċiżjoni ikkonċernat sitt ftehimiet li kienu qed jitħaddmu fis-snin 2002 u 2003 bejn l-impriża farmaċewtika oriġinatriċi Daniża Lundbeck fuq naħa waħda u kull waħda mill-erba’ impriżi farmaċewtiċi li jipproduċu mediċinali ġeneriċi fuq in-naħa l-oħra. L-impriżi farmaċewtiċi ġeneriċi kkonċernati minn din id-Deċiżjoni kienu: — Merck KGaA (Generics [UK]): żewġ ftehimiet ma’ Lundbeck, wieħed rigward ir-Renju Unit (mill-24 ta’ Jannar 2002 sal-1 ta’ Novembru 2003), wieħed rigward iż-ŻEE li jeskludi lir-Renju Unit (mit-22 ta’ Ottubru 2002 sat-22 ta’ Ottubru 2003), — Arrow: żewġ ftehimiet ma’ Lundbeck, wieħed rigward ir-Renju Unit (mill-24 ta’ Jannar 2002 sal-20 ta’ Ottubru 2003), wieħed rigward id-Danimarka (mit-3 ta’ Ġunju 2002 sal-1 ta’ April 2003), — Alpharma: ftehim wieħed ma’ Lundbeck rigward iż-ŻEE (mit-22 ta’ Frar 2002 sat-30 ta’ Ġunju 2003), kif ukoll — Ranbaxy: ftehim wieħed ma’ Lundbeck rigward iż-ŻEE (mis-16 ta’ Ġunju 2002 sal-31 ta’ Diċembru 2003). Fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni sabet li l-ftehimiet bejn Lundbeck u kull waħda mill-impriżi ġeneriċi kkonċernati kieu jikkostitwixxu erba’ każijiet ta’ ksur. |
(2) |
Il-prodott ikkonċernat bil-ksur kien l-antidepressiv citalopram, kemm jekk fil-forma ta’ ingredjent farmaċewtiku attiv (“active pharmaceutical ingredient” — API) jew fil-forma ta’ prodott mediċinali. |
(3) |
Fil-mument li l-ftehimiet ġew konklużi, il-privattivi ta’ Lundbeck kif ukoll il-protezzjoni tad-dejta dwar il-kompost tas-citalopram kif ukoll iż-żewġ proċessi ta’ produzzjoni kienu skadew. Lundbeck għad għandha numru ta’ privattivi ta’ pproċessar, li jagħtu lil Lundbeck drittijiet ta’ esklussività fuq ċerti metodi ġodda tal-produzzjoni tas-citalopram, iżda mhux kollha, sal-punt li fih jinstab li dawn il-privattivi jkunu validi u miksura. Iżda kull impriża li tuża jew il-proċessi ta’ produzzjoni oriġinali jew kwalunkwe proċess ta’ produzzjoni mhux kopert minn privattivi validi ta’ pproċessar ta’ Lundbeck tista’ fil-prinċipju tidħol liberament fis-swieq taż-ŻEE bis-citalopram ġeneriku, sakemm il-prodott u l-proċess tal-produzzjoni tiegħu jkunu jissodisfaw ir-rekwiżiti regolamentari li jkunu applikabbli fiż-ŻEE f’dak iż-żmien. |
(4) |
Il-ftehimiet ġew konklużi fil-kuntest ta’ mill-anqas tilwima potenzjali (2) dwar il-privattivi bejn Lundbeck u l-impriża ġenerika kkonċernata fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni (intenzjonata) mill-impriża ġenerika tal-API jew tal-prodott mediċinali tas-citalopram fiż-żona ġeografika kkonċernata mill-ftehim. Qabel il-ftehimiet ikkonċernati, Lundbeck kienet normalment tallega li jkun sar ksur ta’ waħda mill-privattivi tal-proċess tagħha, jew ta’ aktar minn waħda, u l-impriża ġenerika kkonċernata normalment kienet tallega li ma kinitx kisret il-privattiva jew li l-privattiva li Lundbeck kienet qed tinvoka kienet tkun invalida. Kull wieħed minn dawn il-ftehimiet ġie konkluż qabel ma ngħatat deċiżjoni tal-qorti bejn il-partijiet ikkonċernati, anke permezz ta’ miżuri temporanji, u kollha ħlief wieħed (il-ftehim ta’ Lundbeck ma’ Alpharma fir-rigward taż-ŻEE) kienu ġew konklużi qabel ma bdiet kwalunkwe litigazzjoni. |
(5) |
Ir-riżoluzzjonijiet dwar it-tilwim dwar privattivi, fil-prinċipju, huma mod leġittimu, aċċettat b’mod ġenerali, ta’ kif jinġieb fi tmiemu t-tilwim dwar privattivi. Dawn jistgħu wkoll jiffrankaw il-ħin u l-isforzi tal-qrati jew tal-korpi amministrattivi kompetenti, bħall-uffiċċji tal-privattivi u jistgħu għalhekk ikunu fl-interess pubbliku. |
(6) |
Dak li huwa importanti mill-perspettiva tal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni huwa li l-ftehimiet kienu kkaratterizzati mill-fatt li jkun fihom trasferiment tal-valur minn Lundbeck lejn kompetitur ġeneriku potenzjali jew reali, ħaġa li tkun marbuta mal-qbil ta’ dan l-aħħar li ma jikkummerċjalizzax is-citalopram ġeneriku fiż-żona ġeografika kkonċernata għat-tul ta’ żmien tal-ftehim. Il-valur li Lundbeck tkun ittrasferiet jinkludi l-kunsiderazzjoni tal-fatturat jew tal-qligħ li l-impriża ġenerika kienet tistenna li jkollha li kieku daħlet fis-suq b’suċċess. Il-ftehimiet inkwistjoni ma rriżolvew l-ebda tilwim dwar il-privattivi; pjuttost ipposponew il-kwistjonijiet imqajma minn dħul potenzjali tal-ġeneriċi fis-suq. Ġie stabbilit ukoll li l-ftehimiet ma kien fihom l-ebda impenn minn Lundbeck biex joqogħdu lura minn proċedimenti ta’ ksur jekk l-impriża ġenerika tkun daħlet fis-suq bis-citalopram ġeneriku wara li jkun skada l-ftehim. Fl-aħħar nett, il-ftehimiet ikkonċernati kisbu riżultati għal Lundbeck li Lundbeck ma kinitx tikseb kieku kellha tinforza l-privattivi tal-proċessi tagħha quddiem il-qrati nazzjonali: Il-ftehimiet inkwistjoni żammew lill-kumpanija ġenerika kkonċernata milli tbigħ citalopram ġeneriku, irrispettivament minn jekk is-citalopram ikunx magħmul bi skur tal-privattivi tal-proċess ta’ Lundbeck jew le. |
2. PROĊEDURA
(7) |
Il-Kummissjoni saret taf għall-ewwel darba bil-ftehimiet inkwistjoni f’Ottubru 2003 permezz ta’ informazzjoni mill-Awtorità tal-Kompetizzjoni Daniża. Bejn Diċembru 2003 u Ottubru 2005, il-Kummissjoni ġabret aktar informazzjoni. F’Ottubru 2005, il-Kummissjoni għamlet spezzjonijiet skont l-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 fil-bini ta’, fost oħrajn, H. Lundbeck A/S. Fl-2006 intbagħtu talbiet għall-informazzjoni lil għadd ta’ partijiet. It-tweġibiet għal dawn it-talbiet għal informazzjoni ġew eżaminati fl-2007. |
(8) |
F’Jannar 2008, il-Kummissjoni ddeċidiet li tniedi inkjesta wiesgħa fis-settur farmaċewtiku skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003. Ir-rapport finali tal-inkjesta settorjali ġie ppubblikat fit-8 ta’ Lulju 2009. |
(9) |
F’Diċembru 2009, il-Kummissjoni wettqet spezzjonijiet oħra. Fis-7 ta’ Jannar 2010, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti formali kontra Lundbeck. Fl-2010 u l-ewwel nofs tal-2011, waqt it-tħejjija ta’ din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni bagħtet numru konsiderevoli ta’ talbiet għal informazzjoni lil Lundbeck, lill-kumpaniji ġeneriċi li magħhom kienu ġew konklużi l-ftehimiet ikkonċernati, il-kumpanniji prinċipali tagħhom u lil partijiet terzi. Fl-24 ta’ Lulju 2012, il-Kummissjoni fetħet proċedimenti kontra l-kumpaniji ġeneriċi li kkonkludew il-ftehimiet ikkonċernati ma’ Lundbeck u ħarġet Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet lil Lundbeck u lil dawk il-kumpaniji ġeneriċi. |
(10) |
Il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjonijiet favorevoli dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni fil-5 ta’ Ġunju 2013 u s-17 ta’ Ġunju 2013. L-Uffiċjal tas-Seduta ppreżenta r-rapport finali tiegħu fis-17 ta’ Ġunju 2013. |
3. SOMMARJU TAL-VALUTAZZJONI LEGALI TAL-KUMMISSJONI
(11) |
Fuq il-bażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni stabbiliet li ftehimiet dwar riżoluzzjonijiet tal-privattivi, bħal kwalunkwe ftehim ieħor, huma soġġetti għal-liġi tal-kompetizzjoni tal-Unjoni. |
(12) |
Anki jekk ir-restrizzjonijiet inklużi fi ftehim ta’ rizoluzzjoni ta’ privattiva jibqgħu fl-ambitu tal-privattiva, dak il-ftehim jista’, taħt ċerti ċirkostanzi, jkollu jiġi kkunsidrat bħala li jmur kontra l-liġi tal-kompetizzjoni. |
(13) |
Sabiex tidentifika jekk kull ftehim kopert mid-deċiżjoni ikollux il-potenzjal li jirrestrinġi l-kompetizzjoni min-natura tiegħu stess, il-Kummissjoni analizzat il-fatti speċifiċi tal-każ relatat ma’ kull ftehim biex tiddetermina jekk:
Il-valutazzjoni tal-Kummissjoni ħadet f’kunsiderazzjoni l-kuntest ekonomiku u ġuridiku li wassal biex jiġi konkluż il-ftehim, il-kontenut u l-objettivi reali tal-ftehim, u l-intenzjonijiet suġġettivi ta’ kull parti, kif jirriżulta mill-fatti tal-każ. |
(14) |
Fil-każ preżenti, ittieħdu f’kunsiderazzjoni wkoll fatturi importanti oħra, jiġifieri: l-fatt li l-valur li Lundbeck ittrasferiet jinkludi l-kunsiderazzjoni tal-fatturat jew il-qligħ li l-impriża ġenerika kienet tistenna li jkollha kieku daħlet b’suċċess fis-suq; il-fatt li Lundbeck ma setgħetxtikseb ir-restrizzjonijiet fuq id-dħul permezz tal-infurzar tal-privattivi tal-proċess tagħhom, peress li l-obbligi tal-impriża ġenerika fil-ftehim imorru lil hinn mid-drittijiet mogħtija lid-detenturi tal-privattivi tal-proċess; kif ukoll il-fatt li l-ftehim ma kien fih l-ebda impenn minn Lundbeck biex joqogħdu lura minn proċedimenti ta’ ksur jekk l-impriża ġenerika tkun daħlet fis-suq b’citalopram ġeneriku wara li jkun skada l-ftehim. |
(15) |
Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-argumenti tal-partijiet dwar l-eżistenza ta’ ġustifikazzjonijiet għall-ftehimiet skont l-Artikolu 101(3) tat-Trattat u sabet li l-kundizzjonijiet ta’ din id-dispożizzjoni ma ġewx issodisfati. L-effiċjenzi allegati għall-partijiet kellhom x’jaqsmu, pereżempju, mal-evitar ta’ kosti tal-litigazzjonijiet u mat-titjib tad-distribuzzjoni tal-prodotti ta’ Lundbeck stess permezz ta’ ftehimiet ta’ distribuzzjoni ma’ tnejn mill-impriżi ġeneriċi. Il-partijiet madankollu ma ssostanzjawx biżżejjed il-gwadanji fl-effiċjenza allegati, b’mod partikolari, biex juru li r-restrizzjonijiet fuq l-impriżi ġeneriċi li kienu imposti mill-ftehim kienu meħtieġa għall-kisba ta’ xi żieda bħal din fl-effiċjenza. Il-partijiet lanqas ma taw prova li kwalunkwe kisbiet fl-effiċjenza bħal dawn jegħlbu l-iżvantaġġi għall-konsumaturi tar-restrizzjonijiet fil-ftehimiet. |
(16) |
Abbażi tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni li s-sitt ftehimiet koperti mid-deċiżjoni kienu jikkostitwixxu restrizzjonijiet intenzjonati għall-kompetizzjoni, li jammontaw għal erba’ każijiet separati ta’ ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE. |
4. DESTINATARJI
(17) |
Il-kumpaniji li ġejjin kienu destinatarji tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni:
|
5. MULTI
(18) |
Il-Kummissjoni imponiet fuq Lundbeck total ta’ multi ta’ EUR 93 766 000 għall-erba’ każijiet ta’ ksur inkwistjoni. Dawn il-multi ġew ikkalkulati skont il-metodoloġija ġenerali tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-multi (3). Fid-dawl tal-fatt li l-erba’ każijiet ta’ ksur ta’ Lundbeck kienu relatati mal-istess prodott, is-citalopram, u fil-biċċa l-kbira fl-istess żoni ġeografiċi u perjodi ta’ żmien, u sabiex jiġi evitat eżitu potenzjalment sproporzjonat li jirriżulta mill-impożizzjoni ta’ diversi multi b’mod parallel, il-Kummissjoni, fl-eżerċizzju tas-setgħa diskrezzjonali tagħha, iddeċidiet li tapplika fattur ta’ korrezzjoni li jkun xieraq biex jintlaħaq livell dissważiv fiċ-ċirkostanzi speċifiċi ta’ dan il-każ. |
(19) |
Il-Kummissjoni imponiet ammont totali ta’ multi ta’ EUR 52 239 000 fuq erba’ kumpaniji ġeneriċi (jew fuq is-suċċessuri legali tagħhom) inkwistjoni. Minħabba li dawn l-impriżi kienu qablu li ma jbigħux citalopram ġeneriku fiż-żona ġeografika kkonċernata permezz ta’ kull ftehim u għaldaqstant ma kellhomx bejgħ fiż-żona ġeografika kkonċernata, jew kellhom bejgħ limitat ħafna, il-Kummissjoni applikat il-punt 37 tal-Linji Gwida dwar il-multi. B’mod partikolari, il-Kummissjoni ikkunsidrat il-valur trasferit lil kull impriża ġenerika fil-ftehim/iet għall-ammonti bażiċi tal-multa ta’ dik l-impriża ġenerika partikolari. |
(20) |
Il-fatt li l-investigazzjonijiet tal-Kummissjoni ħadu fit-tul ittieħed f’kunsiderazzjoni fl-ammonti tal-multi. Il-partijiet kollha rċevew tnaqqis minħabba dan l-aspett. |
(21) |
Il-multi speċifiċi imposti għall-erba’ każijiet speċifiċi ta’ ksur kienu kif ġej:
|
(22) |
Il-Kummissjoni ordnat lill-impriżi kkonċernati biex ma jirrepetu l-ebda att jew imġiba li jkollhom l-istess għan jew effett, jew simili. |
(2) It-terminu “tilwima dwar privattiva” kif użat fid-deċiżjoni jirreferi għal nuqqas ta’ qbil bejn żewġ partijiet jew aktar fuq privattiva u jinkludi l-kunċett ta’ litigazzjoni dwar il-privattivi bħala stadju wieħed possibbli ta’ tali tilwim.
(3) Il-Linji Gwida dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti l-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2).
7.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/17 |
TNEĦĦIJA TA’ PROPOSTI TAL-KUMMISSJONI
(2015/C 80/08)
Lista ta’ proposti mneħħija
Dokument |
Proċedura interistituzzjonali |
Titolu |
Agrikoltura u Żvilupp Rurali |
||
COM(2010) 537 |
2010/0266/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) |
COM(2010) 539 |
2010/0267/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għall-bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għall-bdiewa |
COM(2010) 745 |
2010/0365/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (UE) Nru …/ta’ … li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1290/2005 dwar il-finanzjament tal-Politika Agrikola Komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 165/94 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 78/2008 |
COM(2010) 738 |
2010/0354/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni |
COM(2010) 759 |
2010/0364/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi |
COM(2010) 761 |
2010/0366/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 485/2008 dwar l-iskrutinju mill-Istati Membri fuq transazzjonijiet li jiffurmaw parti mis-sistema ta’ finanzjament tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija |
COM(2010) 799 |
2010/0385/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Regolament dwar l-OKS unika) |
COM(2011) 193 |
2011/0075/NLE |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jiddetermina miżuri dwar l-iffissar ta’ ċerti għajnuniet, rifużjonijiet u prezzijiet relatati mal-organizzazzjoni komuni unika tas-swieq agrikoli |
COM(2011) 663 |
2011/0290/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 3/2008 dwar azzjonijiet ta’ informazzjoni u promozzjoni għall-prodotti agrikoli fis-suq intern u fil-pajjiżi terzi. |
COM(2013) 159 |
2013/0087/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffissar ta’ rata ta’ aġġustament għal pagamenti diretti stipulati fir-Regolament (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tas-sena kalendarja 2013 |
COM(2013) 521 |
2013/0247/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) |
COM(2014) 175 |
2014/0097/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iffissar ta’ rata ta’ aġġustament għall-pagamenti diretti stipulati fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 għas-sena kalendarja tal-2014 |
Baġit u Riżorsi Umani |
||
COM(2004) 509 |
2004/0172/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar assistenza amministrattiva reċiproka għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra l-frodi u attivitajiet illegali oħra |
COM(2010) 71 |
2010/0047/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej |
COM(2010) 72 |
2010/0048/APP |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2007-2013 |
COM(2012) 754 |
2012/0350/NLE |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jaġġusta b’effett mill-1 ta’ Lulju 2012 ir-remunerazzjoni u l-pensjoni tal-uffiċjali u ta’ impjegati oħra tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-koeffiċjenti korrettivi li japplikaw għalihom |
COM(2011) 518 |
2011/0225/NLE |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema Komunitarja għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi ta’ materjali radjuattivi |
L-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Tassazzjoni u Dwana |
||
COM(1998) 30 |
1998/0025/CNS |
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar it-trattament fiskali ta’ vetturi bil-mutur privati ttrasferiti definittivament fi Stat Membru ieħor fil-kuntest ta’ trasferiment ta’ residenza jew użati temporanjament fi Stat Membru ieħor minbarra dak fejn ikunu rreġistrati |
COM(2002) 456 |
2002/0246/CNS |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 77/270/Euratom li tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex toħroġ self tal-Euratom għall-iskop li jkun ta’ kontribut għall-iffinanzjar ta’ power station nukleari |
COM(2002) 457 |
2002/0246 (NLE) |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni 77/271/Euratom dwar l-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni 77/270/Euratom li tagħti s-setgħa lill-Kummissjoni biex toħroġ self tal-Euratom għall-iskop li jkun ta’ kontribut għall-iffinanzjar ta’ power station nukleari |
COM(2005) 261 |
2005/0130/CNS |
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill dwar it-taxxi relatati mal-karozzi tal-passiġġieri |
COM(2006) 486 |
2006/0165/CNS |
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 92/84/KEE dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku |
COM(2010) 32 |
2010/0018/NLE |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kumitat Konġunt stabbilit skont il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar u r-Repubblika tat-Turkija dwar il-kummerċ fil-prodotti koperti bit-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar, fir-rigward tal-emenda tal-Anness II tal-Protokoll 1 ta’ dak il-Ftehim, skont id-dħul fis-seħħ tas-Sistema Armonizzata 2007 |
COM(2010) 34 |
2010/0019/NLE |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni dwar l-emenda tal-Anness II tal-Protokoll 3 tad-Deċiżjoni Nru 1/98 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tal-KE-Turkija tal-25 ta’ Frar 1998 rigward ir-reġim kummerċjali għal prodotti agrikoli, dwar il-lista ta’ xogħol jew tal-ipproċessar li meħtieġ isir fuq materjali li mhumiex ta’ oriġini sabiex il-prodott manifatturat jista’ jikseb status ta’ oriġini, skont id-dħul fis-seħħ tas-Sistema Armonizzata 2007 |
COM(2010) 778 |
2010/0378/NLE |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni maħluq permezz tal-Ftehim ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni tal-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom fuq naħa, u r-Repubblika Kroata, fuq in-naħa l-oħra, dwar l-emendi għall-Protokoll 4 ta’ dak il-Ftehim, dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti ta’ oriġini” u metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva |
COM(2011) 169 |
2011/0092/CNS |
Proposta għal Direttiva tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/96/KE li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku |
Impjiegi, Affarijiet Soċjali, Ħiliet u Mobilità tax-Xogħol |
||
COM(2014) 239 |
2014/0131/NLE |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-103 sessjoni tal-Konferenza Internazzjonali dwar ix-Xogħol fir-rigward ta’ Rakkomandazzjoni li tissupplimenta l-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat Nru 29, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol |
L-Ambjent, l-Affarijiet Marittimi u s-Sajd |
||
COM(2009) 189 |
2009/0057/COD |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan multiannwali għall-istokk tal-Punent ta’ Sawrell tal-Atlantiku u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk |
COM(2009) 399 |
2009/0112/COD |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi pjan fit-tul għall-istokk tal-inċova fil-Bajja ta’ Biscay u s-sajd li jisfrutta dak l-istokk |
COM(2010) 572 |
2010/0290/NLE |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Federali tal-Mikronesja |
COM(2012) 155 |
2012/0077/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 tat-18 ta’ Settembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet |
COM(2012) 471 |
2012/0232/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti miżuri tekniċi u ta’ kontroll fi Skagerrak u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 850/98 u r-Regolament (KE) Nru 1342/2008 |
COM(2012) 591 |
2012/0285/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 għall-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd permezz ta’ miżuri tekniċi fil-Baħar Baltiku, fil-Belts u fis-Sound |
COM(2013) 300 |
2013/0153/NLE |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi l-pożizzjoni li għandha tittieħed fil-HELCOM u fl-OMI dwar id-deżinjazzjoni tal-Baħar Baltiku bħala Zona ta’ Kontroll tal-Emissjonijiet tal-Ossidu tan-Nitroġenu (NECA) |
COM(2014) 397 |
2014/0201/COD |
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2008/98/KE dwar l-iskart, 94/62/KE dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ, 1999/31/KE dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma, 2000/53/KE dwar vetturi li m’għadhomx jintużaw, 2006/66/KE dwar batteriji u akkumulaturi u skart ta’ batteriji u ta’ akkumulaturi, u 2012/19/UE dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku |
Il-Politika Ewropea tal-Viċinat u n-Negozjati għat-Tkabbir |
||
COM(2008) 308 |
2008/0095/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta’ Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija |
COM(2012) 92 |
2012/0041/NLE |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tiġi adottata f’isem l-Unjoni Ewropea fil-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni UE-Turkija |
COM(2012) 133 |
2012/0063/NLE |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed mill-Unjoni Ewropea fil-Kumitat Konġunt taż-ŻEE dwar l-emenda tal-Protokoll 4 (Regoli ta’ oriġini) għall-Ftehim taż-ŻEE |
COM(2012) 329 |
2012/0159/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1085/2006 li jistabbilixxi Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni (IPA) |
L-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà |
||
COM(2005) 281 |
2005/0121/CNS |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar ta’ Protokoll għall-Qafas ta’ Ftehim għall-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri, bħala parti, u r-Repubblika tal-Korea, bħala l-parti l-oħra, biex tiġi meħuda inkonsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, u r-Repubblika tas-Slovakkja mal-Unjoni Ewropea |
COM(2013) 289 |
2013/0155/NLE |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra |
COM(2013) 653 |
|
Rakkomandazzjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra |
Is-saħħa u s-sikurezza tal-ikel |
||
COM(2007) 90 |
2007/0037/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament Nru 11 rigward l-abolizzjoni tad-diskriminazzjoni fir-rati u l-kondizzjonijiet tat-trasport, fl-implimentazzjoni tal-Artikolu 79(3) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iġjene tal-oġġetti tal-ikel |
COM(2013) 262 |
2013/0137/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-produzzjoni u d-disponibbiltà fis-suq ta’ materjal riproduttiv tal-pjanti (il-liġi tal-materjal riproduttiv tal-pjanti) |
Is-Suq Intern, l-Industrija, l-Intraprenditorija u l-SMEs |
||
COM(2010) 371 |
2010/0199/COD |
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur |
COM(2012) 84 |
2012/0035/COD |
Proposta għal Direttiva dwar it-trasparenza ta’ miżuri li jirregolaw il-prezzijiet ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u l-inklużjoni tagħhom fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ sistemi pubbliċi tal-assigurazzjoni tas-saħħa |
COM(2012) 241 |
2012/0124/NLE |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri jinnegozjaw dawk il-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza esklużiva tal-Unjoni fil-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Trattat dwar il-Kummerċ fl-Armi (New York, 2-27 ta’ Lulju 2012) |
COM(2014) 85 |
2014/0043/NLE |
Proposta għal Rakkomandazzjoni tal-Kunsill dwar il-Prinċipji tal-Kwalità tat-Turiżmu Ewropew |
Kooperazzjoni Internazzjonali u Żvilupp |
||
COM(2008) 244 |
2008/0270/NLE |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda l-proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-konklużjoni, mill-Komunità Ewropea, tal-ftehim Internazzjonali dwar il-Kafè tal-2007 |
Ir-relazzjonijiet interistituzzjonali |
||
COM(2013) 451 |
2013/0218/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta’ atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
COM(2013) 452 |
2013/0220/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta’ atti legali fil-qasam tal-Ġustizzja li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
COM(2013) 751 |
2013/0365/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta’ atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju għall-Artikolu 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea |
Ġustizzja, Konsumaturi u Ugwaljanza bejn il-Ġeneri |
||
COM(2010) 82 |
2010/0050/COD |
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali |
COM(2012) 35 |
2012/0022/APP |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-Istatut tal-Fondazzjoni Ewropea |
Migrazzjoni, Affarijiet Interni u Ċittadinanza |
||
COM(2009) 102 |
2009/0033/CNS |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ mekkaniżmu ta’ evalwazzjoni biex jivverifika l-applikazzjoni tal-acquis ta’ Schengen |
Riċerka, Xjenza u Innovazzjoni |
||
COM(2011) 931 |
2011/0460/NLE |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adozzjoni ta’ Programm Supplimentari ta’ Riċerka għall-proġett ITER (2014-2018) |
Kummerċ |
||
COM(2011) 380 |
2011/0167/NLE |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Kummerċjali dwar il-Ġlieda kontra l-Falsifikazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, l-Awstralja, il-Kanada, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, l-Istati Uniti tal-Messiku, ir-Renju tal-Marokk, New Zealand, ir-Repubblika ta’ Singapor, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Istati Uniti tal-Amerika |
Trasport |
||
COM(2000) 802 |
2000/0326/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ fond għall-kumpens għall-ħsara mit-tniġġis miż-żejt fl-ilmijiet Ewropej u miżuri relatati |
COM(2005) 353 |
2005/0141/APP |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u s-Serbja u Montenegro dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru |
COM(2008) 700 |
|
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-iffirmar tal-Protokoll Emendatorju għall-Konvenzjoni fir-rigward tas-Sistema ta’ Navigazzjoni fid-Danubju tat-18 ta’ Awwissu 1948 (Il-Konvenzjoni ta’ Belgrad) |
COM(2009) 217 |
2009/0063/COD |
Il-proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-imposti tas-sigurtà tal-avjazzjoni |
COM(2009) 229 |
2009/0066/APP |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill u tar-rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fil-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti, il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti, l-Islanda, bħala t-tielet parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti; u dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Anċillari bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala l-ewwel parti, l-Islanda, bħala t-tieni parti, u r-Renju tan-Norveġja, bħala t-tielet parti, dwar l-applikazzjoni tal-Ftehim dwar it-Trasport bl-Ajru bejn l-Istati Uniti tal-Amerika, bħala l-ewwel parti; il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, bħala t-tieni parti; l-Islanda, bħala t-tielet parti; u r-Renju tan-Norveġja, bħala r-raba’ parti |
COM(2010) 653 |
2010/0320/NLE |
Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-twettiq mir-Repubblika tal-Kroazja tal-kundizzjonijiet għall-kompletar tal-ewwel perjodu tranżizzjonali skont il-Ftehim Multilaterali bejn il-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ir-Repubblika tal-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika tal-Kroazja, dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, ir-Repubblika tal-Islanda, ir-Repubblika tal-Montenegro, ir-Renju tan-Norveġja, ir-Rumanija, ir-Repubblika tas-Serbja, u l-Missjoni Temporanja ta’ Amministrazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti fil-Kosovo dwar l-istabbiliment tal-Ispazju Komuni Ewropew għall-Avjazzjoni |
COM(2011) 824 |
2011/0397/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ groundhandling fl-ajruporti tal-Unjoni u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE |
Kodifikazzjonijiet |
||
COM(2008) 761 |
2008/0225/COD |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viżi fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa |
COM(2009) 446 |
2009/0123/COD |
Proposta għal Direttiva …/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] dwar proċeduri uniformi għal verifiki fuq it-trasport ta’ merkanzija perikoluża bit-triq (verżjoni kkodifikata) |
COM(2009) 535 |
2009/0151/COD |
Proposta għal Regolament (KE) Nru …/… tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ […] dwar l-istatistika tal-iskart (Verżjoni kkodifikata) |
COM(2009) 634 |
2009/0176/COD |
Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli komuni għall-allokazzjoni ta’ slotts f’ajruporti tal-Komunità (Verżjoni kkodifikata) |
COM(2010) 179 |
2010/0095/COD |
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi proċedura dwar l-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tar-regolamenti tekniċi u r-regoli dwar is-servizzi tas-Soċjetà tal-Informatika (Kodifikazzjoni) |
COM(2010) 184 |
2010/0098/CNS |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill (Euratom) li jistabbilixxi livelli massimi permissibbli ta’ kontaminazzjoni radjoattiva ta’ ikel u għalf wara inċident nukleari jew f’kull każ ieħor ta’ emerġenza radjoloġika (Riformulazzjoni) |
COM(2010) 507 |
2010/0260/COD |
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar l-unitajiet ta’ kejl (Kodifikazzjoni) |
COM(2010) 691 |
2010/0338/NLE |
Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar denominazzjonijiet u speċifikazzjonijiet tekniċi tal-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (Kodifikazzjoni) |
COM(2012) 8 |
2012/0007/COD |
Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-imballaġġ u l-ittikkettjar ta’ preparazzjonjijiet perikolużi (Riformulazzjoni) |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
7.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/24 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7545 — Blackstone/Koala/Acenden/AMS)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 80/09)
1. |
Fis-26 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha The Blackstone Group L.P. (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Koala HoldCo, LLC (affiljata ma’ TPG Global, LLC u TPG Special Situations Partners, LLC (kollettivament riferuti bħala “TPG”, l-Istati Uniti tal-Amerika)) jakkwistaw il-kontroll konġunt ta’ Acenden Ltd (“Acenden”, ir-Renju Unit) u AMS Decisions Advisers LLP (“AMS”, ir-Renju Unit) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Blackstone: ġestjoni globali alternattiva tal-assi u l-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza finanzjarja; — TPG: ditta privata ta’ investiment globali. Il-fondi ta’ investiment privat ta’ TPG jinvestu f’varjetà ta’ kumpaniji permezz ta’ akkwisti u ristrutturar korporattiv; — Acenden: fornitur ta’ servizzi ta’ amministrazzjoni u ta’ ġestjoni ta’ self b’ipoteka għas-selliefa ta’ ipoteki fir-Renju Unit u l-Irlanda; — AMS: fornitur ta’ servizzi ta’ ġestjoni ta’ self b’ipoteka għas-selliefa ta’ ipoteki fir-Renju Unit. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7545 — Blackstone/Koala/Acenden/AMS, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
7.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/25 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7529 — Mohawk / International Flooring Systems)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 80/10)
1. |
Fit-2 ta' Marzu 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' proposta ta' konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li biha l-impriża Mohawk Industries, Inc. (“Mohawk”, l-Istati Uniti tal-Amerika) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-impriża International Flooring Systems S.A. (“IFS”, il-Lussemburgu) permezz ta’ xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal Mohawk Industries: Mohawk, bi kwartieri fl-Istati Uniti tal-Amerika, hija produttur u fornitur globali ta’ pannelli b’bażi tal-injam, materjal ta’ insulazzjoni u firxa wiesgħa ta’ prodotti għall-art, inklużi twapet, rugs, injam iebes, fuljetti, madum taċ-ċeramika u kisi tal-art tal-vinil u l-ġebel. Fiż-ŻEE, Mohawk hija attiva prinċipalment permezz tas-sussidjarja tagħha li hija totalment proprjetà ta' Unilin, — għal IFS: IFS, ibbażata fil-Lussemburgu, hija grupp ta’ kumpaniji attivi fil-produzzjoni u l-provvista ta’ art laminata u kisi tal-art tal-vinil, pannelli b’bażi tal-injam, b’mod partikolari MDF materja prima u miksija. |
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7529 — Mohawk / International Flooring Systems, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
7.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/26 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7553 — PAI / Lion Adventure)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2015/C 80/11)
1. |
Fit-2 ta’ Marzu 2015 il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża PAI Partners SAS (“PAI”, Franza) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll tal-impriża Lion Adventure Coöperatief U.A. (“Lion Adventure”, il-Pajjiżi l-Baxxi) permezz ta' xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7553 — PAI / Lion Adventure, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.
ATTI OĦRAJN
Il-Kummissjoni Ewropea
7.3.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 80/27 |
Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2) punt (b) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel
(2015/C 80/12)
Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni, skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
APPLIKAZZJONI GĦAR-REĠISTRAZZJONI TA’ STG
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 509/2006
dwar prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (2)
“TRADITIONAL BRAMLEY APPLE PIE FILLING”
Nru tal-KE: UK-TSG-007-0057-5.11.2008
1. Isem u indirizz tal-grupp applikanti
Isem: |
UK Apples & Pears Ltd |
||||||
Indirizz: |
|
||||||
Tel. |
+44 1732529781 |
||||||
Faks |
+44 1732529781 |
||||||
posta elettronika: |
info@englishapplesandpears.co.uk |
UK Apples & Pears Ltd hija organizzazzjoni li hija proprjetà tal-produtturi, li ġiet stabbilita fl-1987. Bħalissa tirrappreżenta 73 % tal-produtturi kummerċjali tat-tuffieħ u tal-lanġas fir-Renju Unit u pparteċipat b’mod attiv fil-programmi ffinanzjati mill-UE għall-promozzjoni ta’ konsum akbar ta’ tuffieħ frisk u pproċessat fis-suq tal-oġġetti friski, u fl-industriji tal-manifattura, tal-forniment tal-ikel u tas-servizzi alimentari.
2. Stat Membru jew Pajjiż Terz
Ir-Renju Unit
3. Speċifikazzjoni tal-Prodott
3.1. Isem għar-reġistrazzjoni (l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2007 tat-18 ta’ Ottubru 2007 li jistipula regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 509/2006 dwar prodotti agrikoli u prodotti ta' l-ikel bħala speċjalitajiet tradizzjonali garantiti (3) )
“Traditional Bramley Apple Pie Filling”
3.2. Indika jekk l-isem
☐ |
huwiex speċifiku minnu nnifsu |
☒ |
jesprimix in-natura speċifika tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel |
L-isem jindika l-kompożizzjoni tradizzjonali tal-prodott: tuffieħ Bramley biss, miżjud bl-ilma u z-zokkor u forsi b’xi ftit meraq tal-lumi u bi ftit lamtu tal-qamħirrum biex jgħaqqad it-taħlita.
Il-varjetà tat-tuffieħ Bramley, li tintuża għal għan kulinarju waħdieni, għandha taħlita unika ta’ livelli baxxi ta’ materjal niexef, livelli għoljin ta’ aċidu maliku u livelli baxx ta’ zokkor, filwaqt li n-nuqqas ta’ kull addittiv jagħti t-togħma qawwija tradizzjonali lit-Traditional Bramley Apple Pie Filling.
3.3. Jekk ir-riżervazzjoni tal-isem hijiex skont l-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 509/2006
☒ |
Reġistrazzjoni b’riżervazzjoni tal-isem |
☐ |
Reġistrazzjoni mingħajr riżervazzjoni tal-isem |
3.4. Tip ta’ prodott
Grupp 1.6: Frott, ħxejjex u ċereali, friski jew ipproċessati
3.5. Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-prodott tal-ikel li għalih japplika l-isem taħt il-punt 3.1. (l-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) 1216/2007)
It-Traditional Bramley Apple Pie Filling hija taħlita omoġenja ta’ biċċiet ta’ tuffieħ Bramley, zokkor u ilma. It-tuffieħ użat għat-Traditional Bramley Apple Pie Filling għandu jkun ta’ daqs ta’ bejn 65 mm u 115 mm, u għandu jkun tuffieħ sħiħ misjur u li jrid ikun ħieles minn tbajja’, grif u kontużjonijiet severi fil-qoxra. It-tuffieħ Bramley għandu jitqatta’ għall-inqas daqs meħtieġ ta’ 15 mm, iżda l-forom tal-biċċiet tat-tuffieħ jistgħu jvarjaw. It-taħlita tal-ingredjenti jrid ikollha biċċiet definiti tal-frott b’konsistenza tajba. Il-biċċiet tat-tuffieħ ivarjaw fil-kulur u jinsabu f’diversi sfumaturi ta’ aħdar li huwa tipiku tal-varjetajiet Bramley’s Seedling.
Iż-żieda ta’ puré tat-tuffieħ Bramley u ta’ lamtu tal-qamħirrum mhijiex obbligatorja u, meta tintuża, din għandu jkun fiha minimu ta’ 97 % tuffieħ Bramley filwaqt li l-% li jifdal għandu jikkonsisti minn ilma miżjud matul il-proċess tat-tisjir. Il-puré jiġi pproċessat billi jittieħdu l-qoxra, il-qalba u l-laħma tat-tuffieħ Bramley, u billi l-prodott jiġi espost għas-sħana u l-fwar. Il-puré imbagħad jiġi mgħarbel sabiex jiġi eliminat kwalunkwe materjal fibruż u għandu jkun likwidu magħqud ta’ kulur aħdar/kannella ċar tipiku tat-tuffieħ Bramley.
Jista’ jiġi miżjud ukoll ammont ta’ meraq tal-lumi.
Il-prodott aħħari fih it-togħma qawwija karatteristika tat-tuffieħ Bramley. It-Traditional Bramley Apple Pie Filling jitqassam lill-bejjiegħa bl-ingrossa, lill-fornituri tas-servizzi tal-ikel, lill-fran tal-ħobż, lill-manifatturi u lill-bejjiegħa tal-ikel bl-imnut f’kontenituri differenti.
L-ingredjenti tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling huma:
|
Biċċiet tat-tuffieħ Bramley — ta’ daqs minimu ta’ 15 mm |
|
Zokkor |
|
Ilma |
|
Puré tat-tuffieħ Bramley — mhux obbligatorju |
|
Lamtu tal-qamħirrun — mhux obbligatorju |
|
Meraq tal-lumi — mhux obbligatorju |
Il-kwantitajiet tal-ingredjenti użati jvarjaw skont il-manufattur, iżda madankollu għandhom jiġu rrispettati dawn il-karatteristiki tekniċi li ġejjin:
|
Biċċiet tat-tuffieħ Bramley — minimu ta’ 40 % |
|
Zokkor — massimu ta’ 20 % |
|
Kontenut ta’ ilma — L-attività massima tal-ilma għandha tkun ta’ 0,97 aw. |
|
pH — inqas minn 4 |
|
solidi — minimu 2o Bx — |
|
Viskożità — ir-rata tal-fluss massima ta’ 8 meta tintuża t-ttazza Ford tal-viskożità. |
3.6. Deskrizzjoni tal-metodu tal-produzzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-prodott tal-ikel li għalih japplika l-isem indikat fil-punt (3.1) (l-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007)
It-tuffieħ Bramley huwa miksub bħala l-materja prima tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling. It-tuffieħ jitkabbar b’konformità mal-protokoll li ġej:
Rekords kompleti tat-tkabbir, il-ħsad u l-ħażna ta’ frott jinżammu għal kull konsenja mwassla fl-impjant tal-fabbrikazzjoni. Wara l-ispezzjoni inizjali biex jiġi żgurat li l-konsenja hija tajba għat-Traditional Bramley Apple Pie Filling, it-tuffieħ jgħaddi minn proċess fejn jinżamm f’wiċċ l-ilma. Wara jiġi klassifikat permezz tal-magni u jiġi spezzjonat b’mod manwali fuq il-linja qabel il-proċess tal-manifattura.
Id-daqs tat-tuffieħ li jintuża fil-produzzjoni tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling ivarja bejn minimu ta’ 65 mm u massimu ta’ 115 mm. Minħabba l-forma unika tal-Bramley, għandhom jintużaw sistemi speċjalizzati u adegwati għall-kategorizzazzjoni skont id-daqsijiet u għall-proċeduri tal-immaniġġar, u dan sabiex jiġi żgurat li l-materja prima tiġi ppreparata bir-reqqa.
It-tuffieħ ma jridx ikun mħassar, irid ikun nadif, ħieles minn tbajja’ severi tal-qoxra, sħiħ u misjur, u ħieles minn qtugħ u daqqiet ta’ fond ta’ >0,5 mm, u ma għandux ikollhom simtomi ta’ żerriegħa morra, taħsir jew skorċa disfigurattiva. Minħabba n-natura ratba tal-frott, il-linji fejn il-frott iżomm f’wiċċ l-ilma u dawk mekkaniċi għandhom jiġu adattati biex inaqqsu l-impatt ta’ enerġija baxxa matul il-proċeduri tat-tħejjija u tal-ipproċessar.
It-togħma tal-Bramley Seedling Apple hija qawwija u qarsa. Il-kulur huwa tipiku tal-Bramley Seedling Apple; dan ivarja minn aħdar skur ħafna għal sfumatura iktar ċara ta’ kulur aħdar li jkopri l-qoxra kollha tat-tuffieħa. Il-konsistenza tat-tuffieħa għandha tkun soda u tqarmeċ u b’mod ġenerali għandha taqa’ fil-kategoriji ta’ frott li jqarmeċ, u li hu mmeraq u sod.
Tqaxxir u tħaffir tal-qalba permezz tal-makkinarju: Il-forma tat-tuffieħ Bramley hija irregolari u huwa meħtieġ tagħmir speċjalizzat għall-kategorizzazzjoni skont id-daqs, għat-tqaxxir, għat-tħaffir tal-qalba u għall-immaniġġar sabiex jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet eżiġenti tal-manifattura kummerċjali tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling, li tinvolvi wkoll tirqim bl-idejn.
Il-Preparazzjoni: It-tuffieħ Bramley imqatta’ f’kubi għandu karatteristiki uniċi tal-ossidazzjoni u jeħtieġ it-tekniki speċjalizzati mniżżla hawn taħt:
It-tuffieħ Bramley jitqatta’ fid-daqsijiet meħtieġa. Il-biċċiet huma ġeneralment ta’ daqs irregolari, u jvarjaw minn “kubu” mqatta’ ta’ 15 mm għal “strixxi” twal ta’ 70 mm, filwaqt li s-sezzjoni transversali m’għandiex tkun ta’ tul ta’ inqas minn 15 mm. L-irregolarità tal-biċċiet hija parti mill-karattru tradizzjonali tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling u hija riżultat tad-daqs u l-forma tat-tuffieħ innifsu, il-metodu tat-tqattigħ u l-preferenza tal-klijent jew tal-konsumatur.
Dawn il-biċċiet tat-tuffieħ Bramley jistgħu imbagħad jiġu mgħaddsa f’likwidu antiossidant, li jħares il-laħam tat-tuffieħ milli jsir kannella. L-użu tal-meraq tal-lumi, l-aċidu ċitriku jew l-aċidu askorbiku bħala likwidu antiossidant mhijiex obbligatorja, u hija fażi speċifika tal-ipproċessar. Dan la huwa ingredjent u lanqas addittiv u għalhekk ma għandu l-ebda impatt fuq il-kompożizzjoni tal-prodott finali.
It-tuffieħ imbagħad jiġi ttrasferit direttament lejn iż-żona fejn jimtlew it-torti tat-tuffieħ jew lejn sezzjoni ta’ ħżin imkessaħ, u wara jiġi pproċessat fi Traditional Bramley Apple Pie Filling, sħun jew bħala parti minn taħlita kiesħa.
Mal-biċċiet tat-tuffieħ tiġi miżjuda taħlita ta’ ilma u zokkor sakemm din tiġi mifruxa b’mod indaqs. F’dak il-punt, jekk mixtieq, jistgħu jiġu miżjuda l-lamtu tal-qamħirrum u/jew puré tat-tuffieħ Bramley u/jew meraq tal-lumi. Il-puré tat-tuffieħ għandu jiġi pproċessat esklussivament minn tuffieħ Bramley u għandu jkun ħieles minn kwalunkwe aġent ta’ preservazzjoni.
3.7. Karattru speċifiku tal-prodott agrikolu jew prodott tal-ikel (l-Artikolu 3(3) tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007)
It-Traditional Bramley Apple Pie Filling huwa taħlita omoġenja ta’ biċċiet tat-tuffieħ Bramley friski, zokkor u ilma, bl-għażla ta’ żieda ta’ puré tat-tuffieħ Bramley, lamtu tal-qamħirrum u meraq tal-lumi.
Il-karatteristiki uniċi tat-togħma tat-tuffieħ Bramley u n-nuqqas ta’ kwalunkwe addittiv huma responsabbli għat-togħma qarsa tat-tuffieħ Traditional Bramley Apple Pie Filling. It-togħmiet tat-tuffieħ huma kkaratterizzati mill-bilanċ bejn iz-zokkor u l-aċidu maliku. Ħafna mill-varjetajiet l-oħra ta’ tuffieħ għandhom livelli aktar baxxi ta’ aċidu u kontenut ogħla ta’ zokkor, li jagħtuhom togħma ħelwa li tagħmilhom tajbin għall-ikel — iżda din it-togħma tintilef meta t-tuffieħ jiġi msajjar. Madankollu t-tuffieħ Bramley għandu kontenut ogħla ta’ aċidu maliku u livelli ta’ zokkor aktar baxxi, li jagħtu togħma aktar qawwija u qarsa li ma tintilifx waqt it-tisjir.
Il-konsistenza soda tat-tuffieħ Bramley hija kwalità essenzjali li tikkontribwixxi lejn il-ksib ta’ taħlita b’konsistenza umda li “ddub fil-ħalq” meta t-tuffieħ jissajjar. It-tuffieħ użat għad-deżerta jista’ jipproduċi konsistenza elastika u mhux sodisfaċenti minħabba li jkun fih sa 20 % aktar materjal xott minn tuffieħ Bramley.
Il-Good Housekeeping Institute tar-Renju Unit wettaq riċerka li tikkonferma s-superjorità tat-tuffieħ Bramley fuq il-varjetajiet tat-tuffieħ użati għad-deżerta meta dan jissajjar bħala parti minn riċetti popolari. It-tuffieħ Bramley ġie ttestjat kontra t-tuffieħ Granny Smith, Braeburn u Golden Delicious. It-tuffieħ kollu ġie trattat b’mod identiku bl-użu ta’ riċetti meħuda mill-ktieb tar-riċetti Good Housekeeping, inkluż it-torta tat-tuffieħ tradizzjonali, u ġie ttestjat għat-togħma, il-konsistenza u l-kwalità ġenerali tiegħu meta jissajjar. Ir-riċerka wriet li t-tuffieħ Bramley għandu prestazzjoni aqwa minn dik ta’ kwalunkwe varjetà ta’ tuffieħ użata għad-deżerta f’torti tat-tuffieħ tradizzjonali Brittaniċi.
It-tabella ta’ hawn taħt turi l-punteġġi medji (minn 9) irreġistrati mill-bord ta’ dewwieqa konsumaturi tal-Good Housekeeping Institute, li kien magħmul minn 12-il adult, kemm irġiel kif ukoll nisa, tal-gruppi tal-etajiet kollha, inkluż membri tat-tim tat-tisjir:
|
Golden Delicious |
Braeburn |
Bramley |
Granny Smith |
Dehra |
5,2 |
5,8 |
6,9 |
6,2 |
Togħma |
6,0 |
5,2 |
7,0 |
5,0 |
Konsistenza |
5,5 |
4,9 |
6,5 |
5,5 |
Kwalità Ġenerali |
5,2 |
5,4 |
6,7 |
5,0 |
Lista tal-karatteristiki uniċi tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling:
— |
Magħmul biss bl-użu tal-ingredjenti “tradizzjonali”, jiġifieri tuffieħ Bramley, ilma u zokkor, puré tat-tuffieħ Bramley — magħmul esklussivament minn tuffieħ Bramley, minn lamtu tal-qamħirrum u meraq tal-lumi jekk mixtieq. Ma ġie użat l-ebda addittiv, |
— |
Togħma unika minħabba l-proporzjon għoli ta’ aċidu maliku meta mqabbel maz-zokkor fit-tuffieħ Bramley, |
— |
Tuffieħ ta’ daqs ta’ bejn 65 mm u 115 mm. |
3.8. Karattru tradizzjonali tal-prodott agrikolu jew tal-prodott tal-ikel (l-Artikolu 3(4) tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007)
Bramley’s Seedling (nebbieta li tikber fin-natura f’rispons għat-temperatura moderata tal-klima ta’ gżira) ġiet skoperta bejn wieħed u ieħor fl-1809, mis-Sinjorina Mary Anne Brailsford. Din ġiet imħawla fi ġnien ġewwa Southwell, Nottinghamshire.
Il-frott tas-siġra tat-tuffieħ Bramley imlaqqma ġew esibiti għall-ewwel darba quddiem il-Kumitat tal-Frott tar-Royal Horticultural Society fis-6 ta’ Diċembru 1876. Dawn ġew imfaħħra ħafna.
Matul l-Era Vittorjana kien sar sforz biex jiġu żviluppati varjetajiet ta’ tuffieħ b’għan kulinarju wieħed għall-aqwa riċetta tat-torta tat-tuffieħ. Fin-National Apple Congress tal-1883 it-tuffieħ Bramley ġie mfaħħar bħala l-varjetà l-aktar adattata għat-torti tat-tuffieħ. B’hekk inħolqot din it-tradizzjoni popolari.
F’Ottubru 1887, Bramley Seedlings irċieviet Ċertifikat tal-Ewwel Klassi mill-Kumitat tar-Royal Jubilee Exhibition of Apples, li saret f’Manchester.
Il-Bramley’s Seedling hija tuffieħa unika b’għan kulinarju wieħed (normalment ma tittiekilx nejja peress li l-biċċa l-kbira tan-nies isibuha wisq aċiduża). Din tipproduċi kemm togħma partikolari kif ukoll konsistenza individwali, u huma dawn il-kwalitajiet li rawmu t-tradizzjoni tat-torta tat-tuffieħ.
Il-Brittaniċi ma għoġbithomx l-idea Amerikana li t-tuffieħ jinżamm u jittiekel b’furketta, jew li, kif jagħmlu t-torta tat-tuffieħ il-Franċiżi, jitqiegħed saff flieli tat-tuffieħ fuq il-wiċċ. Dan minħabba li ż-żewġ metodi jeħtieġu li t-tuffieħ iżomm il-forma tiegħu meta jissajjar, u għaldaqstant huwa inqas aċiduż minn “tuffieħ għat-tisjir” proprja. Jekk humiex il-preferenzi jew it-tuffieħ li għandhom jiġu l-ewwel huwa dibatibbli, iżda l-“Bramley’s Seedlings”, li għandhom l-ogħla livelli ta’ aċidità minn fost kull “tuffieħ għat-tisjir” ieħor, għaddew mit-testijiet Ingliżi bl-unuri. L-aċidità qawwija u t-togħma qarsa u ta’ frott li jirriżultaw minn dan żguraw ukoll l-użu kontinwu tagħhom.
It-tradizzjoni bikrija li l-biċċiet imfella ta’ Bramley jiġu midluka bil-meraq tal-lumi (jew b’xi meraq aċiduż ieħor) sabiex ma jsirux kannella ma nbidlitx u hija l-istess bħal fir-riċetta tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling użata llum b’mod kummerċjali.
Għadd ta’ kokijiet ewlenin tar-Renju Unit taw it-testimonjanzi tagħhom direttament lill-UK Apples & Pears, biex jiddikjaraw li r-riċetta tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling ma nbidlitx minn mindu kienet ġiet popolarizzata wara n-National Apple Congress tal-1883:
“Jiena ħdimt fl-industrija tal-ikel għal ħamsin sena u sa fejn naf jien il-mili tradizzjonali tat-torta tat-tuffieħ Ingliża mhi xejn għajr tuffieħ Bramley u zokkor, forsi bi ftit meraq tal-lumi u lamtu tal-qamħirrum biex jgħaqqad.” — Prue Leith, OBE
“It-tuffieħ tat-tip Bramley iċċelebra l-biċentenarju fl-2009, u ilu jintuża għall-mili tat-torta tat-tuffieħ minn meta beda jiġi kkultivat b’mod kummerċjali f’nofs is-seklu 19. F’dak iż-żmien kollu, ir-riċetta għall-mili tat-torta tat-tuffieħ Bramley baqgħet l-istess. Ir-riċetta kienet tikkonsisti biss minn tuffieħ Bramley, zokkor, lamtu bħal-lamtu tal-qamħirrum, preservattiv bħall-meraq tal-lumi, u ilma”. — Phil Vickery
“Sa fejn naf jien ir-riċetta tal-mili tat-torta tradizzjonali tat-tuffieħ Bramley ma nbidlitx; Tuffieħ Bramley, zokkor, lamtu tal-qamħirrum, preservattiv bħal meraq tal-lumi, u ilma. It-tuffieħ Bramley huwa ġustament rikonoxxut bħala l-aħjar tuffieħ għat-tisjir. Il-kwalitajiet uniċi ta’ dan it-tuffieħ, li huwa indiġenu għall-Brittanja, bħal livelli ogħla ta’ aċidu u livelli aktar baxxi ta’ zokkor, jipproduċu togħma qawwija ta’ tuffieħ anki meta dan jissajjar, u konsistenza eċċellenti wara t-tisjir.” — Antony Worrall Thompson, MOBG
Xi mili tat-torti tat-tuffieħ inkluż mili tat-torti tat-tuffieħ Bramley oħrajn jista’ jkun fihom taħlita ta’ varjetajiet ta’ tuffieħ, u dawn ma humiex parti mid-definizzjoni tagħna tat-“Traditional Bramley Apple Pie Filling”, li hija magħmula bl-użu esklussiv ta’ tuffieħ Bramley. Bl-istess mod, l-użu ta’ preservattivi artifiċjali ma jsibx post fid-definizzjoni tagħna tal-Bramley Apple Pie Filling “tradizzjonali”.
3.9. Ir-rekwiżiti u l-proċeduri minimi sabiex wieħed jeżamina l-karattru speċifiku (l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1216/2007)
Dawn huma mniżżla hawn taħt u jirreferu b’mod speċifiku għall-manifattura kummerċjali tat-Traditional Bramley Apple Pie Filling:
Bramley’s Seedling Apple. L-ebda varjetà oħra tat-tuffieħ ma hija permissibbli.
Mal-konsenja lill-proċessur, il-frott ma jridx ikun imħassar, u għandu jkun nadif, sħiħ u matur. It-tuffieħ għandu jkun ħieles minn tbajja’ severi tal-qoxra u ħieles minn qtugħ u daqqiet ta’ fond ta’ >0,5 mm.
Il-kulur għandu jkun aħdar u tipiku tal-varjetà tat-tuffieħ Bramley, li jvarja minn aħdar skur ħafna għal sfumatura aktar ħafifa tal-aħdar li jkopri l-qoxra kollha tat-tuffieħa; mhux isfar/aħdar, isfar.
Ħsarat speċifiċi li għandhom jiġu minimizzati huma: daqqiet severi (ta’ fond ta’ >0,5 mm); frotta tan-nofs; taħsir tal-qalba; żerriegħa morra; frott li jitlef l-għamla tiegħu; degradazzjoni kkawżata minn temperaturi baxxi; ħsara eċċessiva tal-qoxra; skurar tal-qalba; tuffieħ imħassar. Il-Lepidosaphes ulmi ma għandiex tkun preżenti fuq il-parti l-kbira tal-qoxra.
Firxa ta’ qisien għall-frott hija aċċettabbli, u din tvarja minn bejn 65 mm u 115 mm.
Il-konsistenza tat-tuffieħa għandha tkun tajba, soda u tqarmeċ.
Minħabba n-natura ratba tal-frotta, il-kundizzjonijiet tal-ipproċessar għandhom ikunu ta’ tip li jnaqqsu l-impatt mekkaniku matul it-tħejjija u l-ipproċessar.
Il-forma tat-tuffieħ Bramley hija irregolari u huwa meħtieġ tagħmir speċjalizzat għall-kategorizzazzjoni skont id-daqs, għat-tqaxxir, għat-tħaffir tal-qalba u għall-immaniġġar sabiex jiġu ssodisfati l-ispeċifikazzjonijiet.
Ladarba jitqaxxar u titħaffirlu l-qalba, it-tuffieħ għandu jiġi spezzjonat u mqatta’ bl-idejn.
It-tuffieħ jista’ jiġi mgħaddas f’likwidu antiossidant, u jiġi mfarfar qabel jitħalla joqtor sabiex jitneħħa l-likwidu żejjed.
It-tuffieħ għandu jiġi maħżun f’kondizzjonijiet imkessħa < 5 °C qabel l-użu.
Minbarra l-ingredjenti li ġew imsemmija, it-Traditional Bramley Apple Filling għandu jkun fih biss l-ilma u z-zokkor, bl-għażla tal-puré tat-tuffieħ Bramley u l-lamtu tal-qamħirrum. Varjazzjonijiet fir-riċetta huma permessi, iżda l-ingredjenti ma jistgħux jiġu mibdula.
Il-proċess tat-taħlit u tal-ippompjar irid ikun b’tali li jipproduċi taħlita omoġenja b’definizzjoni tajba tal-frott.
Kull lott tal-mili tat-torta li għandu jiġi ttestjat għall-pH, għat-total tas-solidi solubbli, viskożità, kulur, u togħma sabiex jiġu verifikati l-paramteri ta’ speċifikazzjoni huma ssodisfati. Il-livelli jistgħu jvarjaw bejn il-manifatturi, fejn jiddependu fuq l-ispeċifikazzjoni tal-klijent aħħari. Il-prodotti għandhom ikunu ttikkettati biex tkun żgurata traċċabbiltà sħiħa u miżmuma f’ħażna/distribuzzjoni mkessħa.
4. Awtoritajiet jew entitajiet li jivverifikaw il-konformità mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
4.1. Isem u indirizz
Isem: |
The National Britannia Group |
|||
Indirizz: |
|
|||
Tel. |
+44 2920852852 |
|||
Faks |
+44 2920867738 |
|||
Indirizz tal-posta elettronika: |
client_support@natbrit.com |
Isem: |
LawLabs Limited |
|||||
Indirizz: |
|
|||||
Tel. |
+44 1212514000 |
|||||
Faks |
+44 1212514040 |
|||||
Indirizz tal-posta elettronika: |
market.lawlabs@bodycote.com |
Dawn iż-żewġ Korpi ta’ Spezzjoni huma akkreditati skont EN45011. Auditing to the requirements of the BRC Global Standards — Food (l-aħħar Ħarġa 4, Jannar 2005)
http://www.brc.org.uk/standards/default.asp
☒ Pubbliċi |
☐ Privati |
4.2. Kompiti speċifiċi tal-awtorità jew tal-korp
Il-Korp ta’ Spezzjoni huwa responsabbli għall-verifikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni kollha.
(1) ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.
(2) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 1. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.
(3) ĠU L 275, 19.10.2007, p. 3.