ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 72

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
28 ta' Frar 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 072/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2015 dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv mill-Faċilità tas-Sors ta’ Spallazzjoni Ewropew (Aċċelleratur Lineari), li jinsab f’Lund, fl-Iżvezja

1

2015/C 072/02

Opinjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Frar 2015 dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew emendat li jirrigwarda l-istatistika dwar il-portafolji ta’ titoli

3


 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 072/03

Bidu ta’ proċeduri (Il-Każ M.7408 — Cargill/ADM Chocolate Business) ( 1 )

5


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 072/04

Rata tal-kambju tal-euro

6

2015/C 072/05

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominant mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ottubru 2014 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari marbut mal-Każ AT.39924 — Derivattivi ta’ Rati tal-Imgħax fuq il-Frank Żvizzeru (CHF LIBOR) — Relatur: in-Netherlands

7

2015/C 072/06

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Derivattivi tar-Rata tal-Imgħax fuq il-Frank Żvizzeru (CHF LIBOR) (AT.39924)

8

2015/C 072/07

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2014 (Il-Każ AT.39924 — Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax tal-Frank Svizzeru) (CHF LIBOR) (notifikat bid-dokument C(2014) 7605)

9

2015/C 072/08

Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ottubru 2014 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari marbut mal-Każ AT.39924 — Derivattivi ta’ Rati tal-Imgħax fuq il-Frank Żvizzeru (Ksur tal-Firxa bejn l-Offerta u t-Talba) — Relatur: in-Netherlands

12

2015/C 072/09

Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta — Derivati tar-Rata tal-Imgħax fuq il-Frank Żvizzeru (Ksur tal-Firxa bejn l-Offerta u t-Talba) (AT.39924)

13

2015/C 072/10

Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Ottubru 2014 (Każ AT.39924 — Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax tal-Frank Svizzeru) (Ksur tal-Firxa bejn l-Offerta u t-Talba) (notifikat bid-dokument C(2014) 7602)

14

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2015/C 072/11

Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

17


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 072/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7302 — Styrolution / Braskem / JV) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

25

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 072/13

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

26


 

Rettifika

2015/C 072/14

Rettifika għas-Sejħa għall-Proposti — Linji Gwida — EACEA 03/2015 — Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE: Assistenza Teknika għall-organizzazzjonijiet mittenti — Il-Bini ta’ Kapaċitajiet għal għajnuna umanitarja tal-organizzazzjonijiet ospitanti ( ĠU C 17, 20.1.2015 )

31


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

28.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Frar 2015

dwar il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv mill-Faċilità tas-Sors ta’ Spallazzjoni Ewropew (Aċċelleratur Lineari), li jinsab f’Lund, fl-Iżvezja

(it-test bl-Iżvediż biss huwa awtentiku)

(2015/C 72/01)

Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom, mingħajr ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni oħra li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li joħorġu minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja (1).

Fil-25 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern Żvediż, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat Euratom, Dejta Ġenerali relatata mal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li jirriżulta mill-Faċilità tas-Sors ta’ Spallazzjoni Ewropew (Aċċelleratur Lineari).

Abbażi ta’ din id-dejta u t-tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fit-18 ta’ Ottubru 2013 u fit-22 ta’ Settembru 2014 u pprovdut mill-awtoritajiet Żvediżi fit-2 ta’ Settembru 2014 u fit-22 ta’ Ottubru 2014, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet din l-opinjoni:

1.

Id-distanza mis-sit sal-eqreb fruntiera ta’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ id-Danimarka, hija ta’ madwar 30 km.

2.

Fil-kundizzjonijiet operazzjonali normali, ir-rimi ta’ effluwenti likwidi u gassużi radjuattivi mhux qed jitqies li jista’ jikkawża esponiment sinifikanti għall-popolazzjoni ta’ xi Stat Membru ieħor mil-lat ta’ saħħa.

3.

L-iskart radjuattiv solidu sekondarju jinħażen temporanjament fis-sit qabel ma jiġi trasportat lejn faċilitajiet awtorizzati ta’ trattament jew ta’ rimi li jinsabu fl-Iżveżja.

4.

F’każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jirriżultaw minn xi aċċidenti tat-tip u tad-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li x’aktarx jilħqu lill-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor ma jkunux sinifikanti mil-lat ta’ saħħa.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hi tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv fi kwalunkwe għamla li jirriżulta mill-Faċilità tas-Sors ta’ Spallazzjoni Ewropew, li jinsab f’Lund, fl-Iżvezja, kemm waqt it-tħaddim normali kif ukoll fil-każ ta’ aċċident tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, x’aktarx li ma tirriżultax f’kontaminazzjoni radjuattiva, li tkun sinifikanti mil-lat ta’ saħħa, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Miguel ARIAS CAÑETE

Membru tal-Kummissjoni


(1)  Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali għandhom jiġu vvalutati aktar. B’mod indikattiv, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, kif ukoll id-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.


28.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/3


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tas-26 ta’ Frar 2015

dwar l-abbozz tar-Regolament tal-Bank Ċentrali Ewropew emendat li jirrigwarda l-istatistika dwar il-portafolji ta’ titoli

(2015/C 72/02)

Introduzzjoni

Fil-15 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet talba mingħand il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) biex tagħti opinjoni dwar abbozz ta’ Regolament emendat li jirrigwarda l-istatistika dwar il-portafolji ta’ titoli.

Il-Kummissjoni tilqa’ din it-talba u tagħraf li b’dan, il-BĊE qed jaġixxi b’konformità mal-obbligu tiegħu li jikkonsulta mal-Kummissjoni dwar abbozzi ta’ Regolamenti tal-BĊE kull meta jkollhom rabta mar-rekwiżiti statistiċi tal-Kummissjoni kif jistabbilixxi l-Artikolu 5(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), ħalli tkun żgurata l-koerenza meħtieġa għall-produzzjoni ta’ statistika li tissodisfa r-rekwiżiti tal-informazzjoni rispettivi tal-BĊE u tal-Kummissjoni. Koperazzjoni tajba bejn il-BĊE u l-Kummissjoni hi ta’ ġid għaż-żewġ istituzzjonijiet u anki għall-utenti u r-rispondenti għax tippermetti produzzjoni aktar effiċjenti tal-istatistika Ewropea.

Il-Kummissjoni tagħraf l-importanza li jkun hemm biżżejjed dejta u statistika għas-sorveljanza prudenzjali tal-istituzzjonijiet finanzjarji, biex isir monitoraġġ tad-daqs u l-movimenti tal-portafolji ta’ titoli, domestiċi u transkonfinali, kif ukoll tat-tip ta’ strumenti li jintużaw. Barra minn hekk, il-Kummissjoni taqbel mal-valutazzjoni stabbilita fil-premessa 3 tal-abbozz tar-Regolament, li d-dinamiċi tal-propagazzjoni tar-riskju ma setgħux jiġu vvalutati sew waqt il-kriżi finanzjarja, fost affarijiet oħra minħabba n-nuqqas ta’ dejta granulari dwar l-iskoperturi għar-riskju bilaterali u l-kanali ta’ kontaġju.

Għaldaqstant il-Kummissjoni taqbel kompletament mal-prinċipju li għandha tiġi żviluppata bażi tad-dejta fuq kull titolu individwali, fejn tinġabar informazzjoni dwar “mingħand min għal għand min”, minħabba r-rwol tagħha li tappoġġa s-sorveljanza tal-istituzzjonijiet finanzjarji u tas-swieq. Barra minn hekk, din id-dejta, li tipprovdi livell għoli ta’ akkuratezza, tista’ sservi bosta għanijiet statistiċi oħrajn, anki minħabba li hija integrata u marbuta ma’ settijiet oħra ta’ informazzjoni statistika u d-definizzjonijiet komuni tagħhom. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni bi pjaċir tosserva li l-abbozz tar-Regolament emendat tal-BĊE li jirrigwarda l-istatistika dwar il-portafolji ta’ titoli jqis is-sistema kontabilistika Ewropea l-ġdida (ESA 2010), stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 549/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2013 dwar is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali fl-Unjoni Ewropea (2).

Kummenti dwar il-proposta leġiżlattiva u proposti ta’ tibdiliet fiha

L-abbozz tar-Regolament emendat tal-BĊE dwar l-istatistika dwar il-portafolji ta’ titoli għandu l-għan li jintroduċi r-rappurtar dirett mill-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni. Il-Kummissjoni tilqa’ ż-żieda li dan se jwassal għaliha, peress li l-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni jkollhom ħafna portafolji ta’ titoli.

Il-Kummissjoni taf li hemm bżonn, fejn possibbli, jiġi limitat id-dover li l-unitajiet istituzzjonali jirrappurtaw l-istatistika. Skont din il-leġiżlazzjoni proposta, il-BĊE qies il-fatt li d-dejta se tinġabar mingħand il-korporazzjonijiet tal-assigurazzjoni fil-qafas tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazjoni (Solvibbiltà II) (3).

L-isfond granulari emerġenti tas-settur finanzjarju wkoll se jkun rilevanti għar-regolazzjoni finanzjarji fi stadji differenti, pereżempju fil-kuntest tal-Valutazzjonijiet tal-Impatt marbutin mal-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni, kif ukoll fil-kuntest ta’ evalwazzjonijiet ex-post tal-leġiżlazzjoni eżistenti kkwotata fl-abbozz tar-Regolament. F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni qed iżżomm il-possibblità li ladarba jkunu daħlu fis-seħħ l-obbligi ta’ rappurtar, hi tkun tista’ twettaq valutazzjoni dwar jekk l-istatistika tkunx addattata għall-iskopijiet tagħha anki għall-iskop importanti li tintuża għat-tfassil u l-evalwazzjoni tar-regolamentazzjoni finanzjarja attwali u fil-ġejjieni.

Bħala rimarka ġenerali, il-kwotazzjonijiet fil-bidu tal-Preambolu (“Wara li kkunsidra”) għandhom jiġu konformi mal-prattika miftehma interistituzzjonalment, u b’hekk ikunu limitati għall-bażi legali (jiġifieri d-dispożizzjoni(jiet) li fil-prattika jikkonferixxu l-kompetenza fuq l-istituzzjoni li tadotta l-att ippjanat) u, fejn ikun rilevanti, għar-referenzi għall-proposta, għall-proċedura, u għall-opinjonijiet. Rigward il-bażi legali, wara referenza ġenerali għat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandha ssir referenza biss għall-Artikoli 5(1) u 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 2533/98. La l-Artikolu 5 tal-Istatut tal-SEBĊ u tal-BĊE, u lanqas ir-Regolament (UE) Nru 549/2013, id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) jew ir-Regolamenti tal-BĊE ikkwotati ma jistgħu jitqiesu bħala bażijiet legali għall-abbozz tar-Regolament tal-BĊE emendat. Jekk titqies li tkun utli referenza għal dawn id-dispożizzjonijiet u għall-istrumenti oħrajn biex ikunu jinftiehmu sew it-termini normattivi tal-abbozz tar-Regolament tal-BĊE emendat, din tista’ ssir fil-premessi.

Konklużjoni

Il-Kummissjoni tappoġġa l-abbozz tar-Regolament tal-BĊE emendat, billi dan għandu jipprovdi sett aktar komplet ta’ dejta dwar il-portafolji ta’ titoli, li huwa ta’ importanza kbira għall-partijiet ikkonċernati, fosthom il-Kummissjoni stess.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Frar 2015.

Għall-Kummissjoni

Marianne THYSSEN

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  ĠU L 174, 26.6.2013, p. 1.

(3)  ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

(4)  ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349.

(5)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/5


Bidu ta’ proċeduri

(Il-Każ M.7408 — Cargill/ADM Chocolate Business)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 72/03)

Fit-23 ta’ Frar 2015, il-Kummissjoni iddeċidiet li tibda proċeduri fil-każ ta’ hawn fuq wara li sabet li l-konċentrazzjoni nnotifika tqajjem dubji serji dwar il-kompatibilità tagħha mas-suq komuni. Il-bidu tal-proċeduri jiftaħ it-tieni fażi ta’ investigazzjoni fir-rigward tal-konċentrazzjoni nnotifikata, u jsir mingħajr preġudizzju għad-deċiżjoni finali dwar il-każ. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1)

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu lill-Kummissjoni l-osservazzjonijiet li jistgħu jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Sabiex l-osservazzjonijiet jiġu kkunsidrati bis-sħiħ fil-proċedura, dawn għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux iktar tard minn 15-il jum wara d-data tal-pubblikazzjoni. L-osservazzjonijiet jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-fax (+32 22964301) jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza Numru M.7408 — Cargill/ADM Chocolate Business, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

28.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-27 ta’ Frar 2015

(2015/C 72/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1240

JPY

Yen Ġappuniż

134,05

DKK

Krona Daniża

7,4660

GBP

Lira Sterlina

0,72780

SEK

Krona Żvediża

9,3693

CHF

Frank Żvizzeru

1,0636

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,5740

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,438

HUF

Forint Ungeriż

303,03

PLN

Zloty Pollakk

4,1524

RON

Leu Rumen

4,4413

TRY

Lira Turka

2,8300

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4358

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3995

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7167

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,4849

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5289

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 236,16

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,0684

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0485

HRK

Kuna Kroata

7,6885

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 555,96

MYR

Ringgit Malażjan

4,0576

PHP

Peso Filippin

49,486

RUB

Rouble Russu

69,2000

THB

Baht Tajlandiż

36,336

BRL

Real Brażiljan

3,2579

MXN

Peso Messikan

16,8723

INR

Rupi Indjan

69,4822


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


28.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/7


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominant mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ottubru 2014 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari marbut mal-Każ AT.39924 — Derivattivi ta’ Rati tal-Imgħax fuq il-Frank Żvizzeru

(CHF LIBOR)

Relatur: in-Netherlands

(2015/C 72/05)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehimiet u/jew prattiki miftiehma bejn l-impriżi rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-prodott u l-ambitu ġeografiku tal-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma miġbura fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi konċernati miż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet ipparteċipaw f’dak/dawk il-ksur kif deskritt fiż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehimiet u/jew prattiki miftiehma għaż-żewġ ksur deskritt f’żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 taż-ŻEE.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma deskritti fiż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet kienu kapaċi jaffettwaw b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward id-durata għall-ksur deskritti fiż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji taż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandhom jiġu imposti multi fuq id-destinatarji taż-żewġ abbozzi tad-deċiżjonijiet.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida 2006 dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 għaż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi għaż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-istabbiliment tad-durata għall-għan tal-kalkolu tal-multi għaż-żewġ deċiżjonijiet.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza 2006 għaż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza 2008 għaż-żewġ deċiżjonijiet.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multi għaż-żewġ deċiżjonijiet.

15.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


28.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/8


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Derivattivi tar-Rata tal-Imgħax fuq il-Frank Żvizzeru

(CHF LIBOR)

(AT.39924)

(2015/C 72/06)

Fl-24 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) kontra The Royal Bank of Scotland Group plc, The Royal Bank of Scotland plc (“RBS”), JPMorgan Chase & CO u JPMorgan Chase Bank National Association (“JPMorgan”) (flimkien “il-Partijiet”).

Wara diskussjonijiet u sottomissjonijiet dwar riżolviment skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (3), il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”), fit-23 ta’ Settembru 2014, li tiddikjara li l-RBS u JPMorgan ipparteċipaw bejn is-6 ta’ Marzu 2008 u t-13 ta’ Lulju 2009 fi ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

Il-ksur jirrigwarda s-suq għal Derivati tar-Rata tal-Imgħax fuq il-Frank Żvizzeru (“DRIFS”). Skont id-DO l-Partijiet involvew irwieħhom fi prattiċi antikompetittivi li kienu jikkostitwixxu sensiela interrelatata ta’ okkorrenzi magħquda bl-għan komuni tar-restrizzjoni u/jew it-tagħwiġ tal-kompetizzjoni fis-settur tad-DRIFS. Għal dan l-għan, il-Partijiet iddiskutew is-sottomissjonijiet CHF LIBOR bil-fehma li dan jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-pożizzjoni tan-negozjar fid-DRIFS ta’ mill-inqas wieħed min-negozjanti involuti fil-komunikazzjonijiet. Dawn id-diskussjonijiet kultant ġew akkumpanjati minn skambju ta’ informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet kummerċjali attwali u futuri u l-prezzijiet ippjanati.

It-tweġibiet rispettivi tal-Partijiet għad-DO kkonfermaw li d-DO indirizzata lilhom kienet tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom għar-riżolviment.

Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jien eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni indirizzat lill-Partijiet jirrigwardax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-Partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, u jien wasalt għal konklużjoni pożittiva.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, u waqt li nieħu inkonsiderazzjoni li l-Partijiet ma bagħtuli l-ebda talba jew ilment (4), inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet kollha f’dan il-każ ġew irrispettati.

Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2014.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu minn 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).

(4)  Skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet għall-proċedimenti f’każijiet ta’ kartell li jieħdu sehem f’diskussjonijiet ta’ riżolviment skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura ta’ riżolviment sabiex ikun żgurat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom. Ara wkoll il-paragrafu 18 tal-Avviż tal-Kummissjoni 2008/C 167/01 dwar kif jitmexxew il-proċedimenti ta’ riżolviment f’konsiderazzjoni tal-adozzjoni ta’ Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 għall-każijiet ta’ kartell (ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1).


28.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/9


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-21 ta’ Ottubru 2014

(Il-Każ AT.39924 — Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax tal-Frank Svizzeru)

(CHF LIBOR)

(notifikat bid-dokument C(2014) 7605)

(It-test bl-Ingliż biss hu awtentiku)

(2015/C 72/07)

Fil-21 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-“Trattat”) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim li joħloq iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”). Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluż kull penali impost, filwaqt li tqis l-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni tikkonċerna ksur uniku u kontinwu. Id-destinatarji tad-Deċiżjoni pparteċipaw fi ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE. L-iskop tal-ksur kien ir-restrizzjoni u/jew tgħawwiġ fil-kompetizzjoni fir-rigward ta’ Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax tal-Frank Svizzeru (minn hawn’ il quddiem imsejħa “DRIFS”), irreferenzjati għal-LIBOR tal-frank Svizzeru (“CHF Libor”).

(2)

Matul il-perjodu tal-ksur, CHF LIBOR kienet ir-rata ta’ imgħax ta’ referenza għal bosta strumenti finanzjarji denominati fi franki Svizzeri. CHF Libor kienet stabbilita mill-British Bankers Association (BBA) (2). Ir-rata ġiet stabbilita ta’ kuljum għal maturitajiet differenti ta’ self abbażi ta’ sottomissjonijiet minn banek li kienu membri tal-bord ta’ CHF Libor. Dawn il-banek intalbu jissottomettu kull jum ta’ negozju, qabel ċertu żmien, stimi tar-rati tal-imgħax li bihom jemmnu li setgħu jissellfu fondi mhux garantiti f’suq ta’ daqs raġonevoli fuq is-suq monetarju interbankarju ta’ Londra, b’maturitajiet differenti. L-aġent tal-kalkoli tal-BBA Thomson Reuters ikkalkula mbagħad, abbażi tal-medja ta’ dawn is-sottomissjonijiet, filwaqt li eskluda t-tlett l-ogħla sottomissjonijiet u t-tlieta l-iktar baxxi, ir-rata ta’ kuljum ta’ CHF Libor għal kull maturità. Ir-rati li jirriżultaw kienu immedjatament ippubblikati u disponibbli għall-pubbliku kull jum tan-negozju. Fiż-żmien tal-ksur kien hemm tnax-il bank fuq il-bord ta’ CHF Libor, inklużi żewġ parteċipanti f’dan il-ksur.

(3)

Ir-rati CHF Libor huma, inter alia, riflessi fl-ipprezzar ta’ DRIFS, li huma prodotti finanzjarji li jintużaw minn korporazzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji, hedge funds, u impriżi globali oħrajn biex jamministraw ir-riskju ta’ skopertura tar-rata tal-imgħax tagħhom (hedging, kemm għal dawk li jissellfu kif ukoll għall-investituri), biex jiġġeneraw tariffi bħala intermedjarju jew għal skopijiet ta’ spekulazzjoni (3).

(4)

L-iktar DRIFS komuni huma: (i) ftehim dwar rati bil-quddiem, (ii) skambju tar-rati tal-imgħax, (iii) opzjonijiet tar-rati tal-imgħax u (iv) futuri tar-rati tal-imgħax. DRIFS huma negozjati madwar iż-ŻEE u jistgħu jiġu nnegozjati barra l-borża (OTC) jew, fil-każ ta’ futuri tar-rati tal-imgħax, innegozjati fil-borża.

(5)

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lid-destinatarji li ġejjin (minn hawn ‘il quddiem “id-destinatarji”):

The Royal Bank of Scotland Group plc u The Royal Bank of Scotland plc (minn hawn ‘il quddiem “RBS”); kif ukoll

JPMorgan Chase & Co. u JPMorgan Chase Bank, National Association (minn hawn’ il quddiem “JPMorgan”).

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Il-Proċedura

(6)

Il-każ infetaħ abbażi ta’ applikazzjoni għall-immunità minn RBS fid-9 ta’ Awwissu 2011. Fil-[…], JPMorgan applikat għal tnaqqis tal-multi taħt l-Avviż ta’ Klemenza.

(7)

Fit-24 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 kontra d-destinatarji tad-Deċiżjoni bl-għan li jidħlu f’diskussjonijiet dwar ir-riżolviment magħhom. Il-laqgħat tar-riżolviment mal-partijiet seħħew u l-partijiet sussegwentement issottomettew lill-Kummissjoni t-talba formali tagħhom biex tinstab soluzzjoni, skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (4), għall-iskop biss li jintlaħaq ftehim mal-Kummissjoni f’dan il-proċediment, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċedimenti oħra (is-“sottomissjonijiet ta’ riżolviment”).

(8)

Fit-23 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet u ż-żewġ partijiet ikkonfermaw li kienet tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom u li għalhekk huma baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura tar-riżolviment. Il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiki Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fis-17 ta’ Ottubru 2014 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fil-21 ta’ Ottubru 2014.

2.2.   Destinatarji u Durata

(9)

L-erba’ destinatarji tad-Deċiżjoni pparteċipaw f’kartell, bi ksur għalhekk tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Fethim ŻEE, matul il-perjodu mis-6 ta’ Marzu 2008 sat-13 ta’ Lulju 2009:

2.3.   Sommarju tal-Ksur

(10)

Il-partijiet għall-ksur involvew irwieħhom fl-imġiba antikompetittiva li ġejja: fil-perjodu mis-6 ta’ Marzu 2008 sat-13 ta’ Lulju 2009, kummerċjant tal-JPMorgan iddiskuta f’ċerti okkażjonijiet ma’ kummerċjant tal-RBS partikolarment is-sottomissjonijiet li kienu ġejjin ta’ CHF LIBOR tal-RBS ta’ tliet xhur u sitt xhur bil-fehma li dan jista’ jkun ta’ benefiċċju għall-pożizzjoni ta’ negozjar tad-DRIFS ta’ għallinqas wieħed mill-kummerċjanti involuti fil-komunikazzjonijiet. Għal dan l-għan, il-kummerċjant tal-RBS avviċina, jew indika r-rieda li javviċina, lis-sottomettent tas-CHF LIBOR fl-RBS sabiex jitolbu sottomissjoni lill-BBA favur ċerta direzzjoni jew f’xi okkażjonijiet f’livell speċifiku. Dawn id-diskussjonijiet ta’ kummerċjant tal-RBS u kummerċjant tal-JPMorgan kultant ġew akkumpanjati minn skambju ta’ informazzjoni dwar il-pożizzjonijiet kummerċjali attwali u futuri u l-prezzijiet ippjanati.

(11)

L-ambitu ġeografiku tal-ksur kien ikopri t-territorju kollu taż-ŻEE.

2.4.   Rimedji

(12)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi (5). Id-deċiżjoni timponi multi fuq iż-żewġ entitajiet ta’ JPMorgan elenkati fil-punt (5) hawn fuq.

2.4.1.   L-ammont bażiku tal-Multa

(13)

L-ammont bażiku tal-multa li għandha tiġi imposta fuq l-impriżi kkonċernati għandu jiġu stabbilit b’referenza għall-valur tal-bejgħ, il-fatt li l-ksur huwa min-natura tiegħu fost ir-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni l-iktar ta’ ħsara, it-tul ta’ żmien u l-ambitu ġeografiku tal-kartell, il-fatt li l-attivitajiet kollużivi kienu relatati mal-punti referenzjarji finanzjarji u ammont addizzjonali sabiex l-impriżi jiġu dissważi milli jidħlu fi prattiki illegali ta’ dan it-tip.

(14)

Il-Kummissjoni normalment tieћu l-bejgħ li jsir mill-impriżi matul l-aħħar sena finanzjarja sħiħa tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur (6). Madankollu tista’ tingħata deroga minn din il-prattika, jekk perjodu ta’ referenza ieħor ikun aktar xieraq fid-dawl tal-karatteristiċi tal-każ (7).

(15)

Fir-rigward ta’ dan il-ksur, il-Kummissjoni kkalkulat il-valur tal-bejgħ annwali għal JPMorgan u RBS abbażi tal-flussi ta’ flus li kull bank irċieva, mill-portafoll rispettiv tiegħu ta’ DRIFS referenzjati għas-CHF LIBOR u li saru ma’ kontropartijiet li jinsabu fiż-ŻEE, matul ix-xhur li jikkorrispondu mal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur, li jiġu sussegwentement annwalizzati. Dawn il-valuri tal-bejgħ ġew skontati b’fattur uniformi biex jittieħed kont tal-partikolaritajiet tal-industrija tad-DRIFS, bħall-innettjar inerenti f’din l-industrija, li jfisser li l-banek kemm ibigħu kif ukoll jixtru derivattivi sabiex il-ħlasijiet ikunu nnettjati kontra pagamenti li ħerġin.

2.4.2.   Aġġustament tal-ammont bażiku: ċirkustanzi aggravanti u mitiganti

(16)

Il-Kummissjoni ma applikat l-ebda ċirkostanza aggravanti jew mitiganti.

2.4.3.   L-applikazzjoni tal-10 % limitu fuq il-fatturat

(17)

L-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jistipula li l-multa imposta fuq kull impriża għal kull ksur m’għandhiex tkun iktar minn 10 % tal-fatturat totali tagħha fis-sena kummerċjali preċedenti għad-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(18)

F’dan il-każ, l-ebda mill-multi ma taqbeż l-10 % tad-dħul mill-bejgħ totali tal-impriża fuq is-sena kummerċjali preċedenti għad-data ta’ din id-Deċiżjoni.

2.4.4.   Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006

(19)

Il-Kummissjoni kkonċediet immunità sħiħa mill-multi lill-RBS. Il-Kummissjoni tat ukoll tnaqqis ta’ 40 % tal-multa lil JPMorgan għall-kooperazzjoni tagħha fl-investigazzjonijiet.

2.4.5.   Applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment

(20)

B’riżultat tal-applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multi imposti fuq il-partijiet kollha tnaqqas b’10 % u dan it-tnaqqis ġie miżjud ma’ kwalunkwe gwadann ta’ klemenza.

3.   KONKLUŻJONI

(21)

Il-multi li ġejjin kienu imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

L-impriża

Multi (f’EUR)

RBS

0

JPMorgan

61 676 000


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  Wara l-Eżami Wheatley tal-2012, il-Gvern tar-Renju Unit irrakkomanda sett ġdid ta’ istituzzjonijiet li jamministraw u jissorveljaw lil Libor.

(3)  Il-maturitajiet differenti ta’ CHF LIBOR huma riflessi fil-prezzijiet ta’ DRIFS. Il-maturità rispettiva ta’ CHF LIBOR li qed terġa’ taġġusta f’data speċifika tista’ taffettwa l-fluss ta’ flus li bank jirċievi mingħand il-kontroparti għal DRIFS, jew il-fluss ta’ flus li bank jeħtieġ li jħallas lill-kontroparti ta’ DRIFS.

(4)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat tal-KE, ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18.

(5)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.

(6)  Il-punt 13 fil-Linji Gwida dwar il-multi.

(7)  Kawża T-76/06, Plasticos Españoles (ASPLA) vs il-Kummissjoni, li għadha ma ġietx ippubblikata, paragrafi 111-113.


28.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/12


Opinjoni tal-Kumitat Konsultattiv dwar ftehimiet restrittivi u pożizzjoni dominanti mogħtija fil-laqgħa tiegħu tas-17 ta’ Ottubru 2014 dwar abbozz ta’ deċiżjoni preliminari marbut mal-Każ AT.39924 — Derivattivi ta’ Rati tal-Imgħax fuq il-Frank Żvizzeru

(Ksur tal-Firxa bejn l-Offerta u t-Talba)

Relatur: in-Netherlands

(2015/C 72/08)

1.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-imġiba antikompetittiva koperta mill-abbozz ta’ deċiżjoni tikkostitwixxi ftehimiet u/jew prattiki miftiehma bejn l-impriżi rilevanti skont it-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE.

2.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-prodott u l-ambitu ġeografiku tal-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma miġbura fl-abbozz ta’ deċiżjoni.

3.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-impriżi konċernati miż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet ipparteċipaw f’dak/dawk il-ksur kif deskritt fiż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

4.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-għan tal-ftehimiet u/jew prattiki miftiehma għaż-żewġ ksur deskritt f’żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet kien li jirrestrinġu l-kompetizzjoni fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 101 tat-TFUE u l-Artikolu 53 taż-ŻEE.

5.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li l-ftehimiet u/jew il-prattiki miftiehma deskritti fiż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet kienu kapaċi jaffettwaw b’mod apprezzabbli l-kummerċ bejn l-Istati Membri tal-UE.

6.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-valutazzjoni tal-Kummissjoni rigward id-durata għall-ksur deskritti fiż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

7.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni fir-rigward tad-destinatarji taż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

8.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni li għandhom jiġu imposti multi fuq id-destinatarji taż-żewġ abbozzi tad-deċiżjonijiet.

9.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni Ewropea dwar l-applikazzjoni tal-Linji Gwida 2006 dwar il-metodu ta’ kif jiġu stabbiliti multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003 għaż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

10.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammonti bażiċi tal-multi għaż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

11.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-istabbiliment tad-durata għall-għan tal-kalkolu tal-multi għaż-żewġ deċiżjonijiet.

12.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza 2006 għaż-żewġ abbozzi ta’ deċiżjonijiet.

13.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar it-tnaqqis tal-multi abbażi tal-Avviż ta’ Klemenza 2008 għaż-żewġ deċiżjonijiet.

14.

Il-Kumitat Konsultattiv jaqbel mal-Kummissjoni dwar l-ammont finali tal-multi għaż-żewġ deċiżjonijiet.

15.

Il-Kumitat Konsultattiv jirrakkomanda l-pubblikazzjoni tal-opinjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.


28.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/13


Rapport Finali tal-Uffiċjal tas-Seduta (1)

Derivati tar-Rata tal-Imgħax fuq il-Frank Żvizzeru

(Ksur tal-Firxa bejn l-Offerta u t-Talba)

(AT.39924)

(2015/C 72/09)

Fl-24 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (2) kontra The Royal Bank of Scotland Group plc, The Royal Bank of Scotland plc (“RBS”), JPMorgan Chase & CO u JPMorgan Chase Bank, National Association, Credit Suisse Group AG, Credit Suisse International u Credit Suisse Securities (Europe) Limited (flimkien “il-Partijiet”).

Wara diskussjonijiet u sottomissjonijiet dwar riżolviment skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (3), il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet (“DO”), fit-23 ta’ Settembru 2014, li tiddikjara li l-Partijiet ipparteċipaw bejn is-7 ta’ Mejju u l-25 ta’ Settembru 2007 fi ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE.

Il-ksur huwa marbut ma’ ċerti Derivati tar-Rati tal-Imgħax tal-Frank Żvizzeru b’perjodu qasir (ST) u barra l-borża (OTC), ta’ maturità sa 24 xahar (“ST OTC DRIFS”) Il-Partijiet qablu li jikkwotaw lil partijiet terzi, firxiet usa’ u fissi fuq ST OTC DRIFS rilevanti, filwaqt li tinżamm firxa idjaq għal kummerċ bejniethom. L-għan ta’ dawn il-kuntatti kien sabiex, l-ewwelnett, inaqqas l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet proprji tal-Partijiet u tinżamm il-likwidità bejniethom filwaqt li jfittxu li jimponu firxiet usa’ fuq partijiet terzi u għalhekk iżidu l-profitti tagħhom. It-tieni nett, il-Partijiet kellhom l-għan li jimpedixxu l-abbiltà ta’ parteċipanti oħra fis-suq li jikkompetu fuq l-istess termini bħalhom.

It-tweġibiet rispettivi tal-Partijiet għad-DO kkonfermaw li d-DO indirizzata lilhom kienet tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom għar-riżolviment.

Skont l-Artikolu 16 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, jien eżaminajt jekk l-abbozz tad-deċiżjoni indirizzat lill-Partijiet jirrigwardax biss l-oġġezzjonijiet li fir-rigward tagħhom il-Partijiet ingħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom, u jien wasalt għal konklużjoni pożittiva.

Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, u waqt li nieħu inkonsiderazzjoni li l-Partijiet ma bagħtuli l-ebda talba jew ilment (4), inqis li l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet proċedurali tal-partijiet kollha f’dan il-każ ġew irrispettati.

Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2014.

Wouter WILS


(1)  Skont l-Artikoli 16 u 17 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-uffiċjal tas-seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (ĠU L 275, 20.10.2011, p. 29).

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas-16 ta’ Diċembru 2002 fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1).

(3)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu minn 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).

(4)  Skont l-Artikolu 15(2) tad-Deċiżjoni 2011/695/UE, il-partijiet għall-proċedimenti f’każijiet ta’ kartell li jieħdu sehem f’diskussjonijiet ta’ riżolviment skont l-Artikolu 10a tar-Regolament (KE) Nru 773/2004, jistgħu jirrikorru għall-uffiċjal tas-seduta fi kwalunkwe stadju tal-proċedura ta’ riżolviment sabiex ikun żgurat il-ħarsien effettiv tad-drittijiet proċedurali tagħhom. Ara wkoll il-paragrafu 18 tal-Avviż tal-Kummissjoni 2008/C 167/01 dwar kif jitmexxew il-proċedimenti ta’ riżolviment f’konsiderazzjoni tal-adozzjoni ta’ Deċiżjonijiet skont l-Artikolu 7 u l-Artikolu 23 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 għall-każijiet ta’ kartell (ĠU C 167, 2.7.2008, p. 1).


28.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/14


Sommarju tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

tal-21 ta’ Ottubru 2014

(Każ AT.39924 — Derivattivi tar-Rati tal-Imgħax tal-Frank Svizzeru)

(Ksur tal-Firxa bejn l-Offerta u t-Talba)

(notifikat bid-dokument C(2014) 7602)

(It-test bl-Ingliż biss hu awtentiku)

(2015/C 72/10)

Fil-21 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni adottat deċiżjoni li tirrigwarda proċediment skont l-Artikolu 101 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (it-“Trattat”) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim li ħoloq iż-Żona Ekonomika Ewropea (il-“Ftehim ŻEE”). Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 30 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003  (1) , il-Kummissjoni qiegħda hawnhekk tippubblika l-ismijiet tal-partijiet u l-kontenut prinċipali tad-deċiżjoni, inkluż kull penali impost, fid-dawl tal-interess leġittimu tal-impriżi fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom.

1.   INTRODUZZJONI

(1)

Id-Deċiżjoni tikkonċerna ksur uniku u kontinwu. Id-destinatarji tad-Deċiżjoni pparteċipaw fi ksur tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim taż-ŻEE fis-settur ta’ ċerti derivati tar-rati tal-imgħax tal-frank Svizzeru b’perjodu qasir (ST) u barra l-borża (OTC), ta’ maturità sa 24 xahar (“ST OTC CHF Derivati tar-Rati tal-Imgħax” jew “ST OTC DRI” fil-qasir).

(2)

ST OTC DRI huma prodotti finanzjarji li jiġu użati minn korporazzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji, fondi spekulattivi, u oħrajn li jamministraw impriżi globali tagħhom ta’ skopertura għar-riskju tar-rata tal-imgħax (hedging, kemm għal dawk li jissellfu u tal-investituri) u li jiġġeneraw tariffi bħala intermedjarji jew għal skopijiet ta’ spekulazzjoni. Skont il-Bank għal Reżoluzzjonijiet Internazzjonali statistiċi ta’ derivati OTC, derivati tar-rati tal-imgħax, li jinkludu ST OTC DRI, jikkostitwixxu l-akbar grupp mill-prodotti kollha ta’ derivati OTC. F’Ġunju 2013, derivati tar-rati tal-imgħax denominati CHF pendenti kellhom valur tas-suq gross ta’ 113 biljun USD (2).

(3)

It-tipi speċifiċi ta’ ST OTC DRI li jikkonċernaw il-ksur huma limitati għal: (i) ftehim dwar rati bil-quddiem (3) (irreferenzjati għall-frank Svizzeru LIBOR) u (ii) skambji (4), li jinkludu skambji fl-indiċi mil-lum għal għada (irreferenzjati għall-frank Svizzeru TOIS (5)) u skambji fir-rati tal-imgħax (irreferenzjati għall-frank Svizzeru LIBOR).

(4)

Id-Deċiżjoni hija indirizzata lil dawn li ġejjin (minn hawn 'il quddiem “id-destinatarji”):

Ir-Royal Bank of Scotland Group plc u r-Royal Bank of Scotland plc (minn hawn 'il quddiem “RBS”);

UBS AG (minn hawn 'il quddiem “UBS”);

JPMorgan Chase & Co. u JPMorgan Chase Bank, Assoċjazzjoni Nazzjonali (minn hawn’ il quddiem “JPMorgan”) u

Credit Suisse Group AG, Credit Suisse International u Credit Suisse Securities (Europe) Limited (minn hawn 'il quddiem “Credit Suisse”).

2.   DESKRIZZJONI TAL-KAŻ

2.1.   Il-Proċedura

(5)

Il-każ infetaħ fuq il-bażi ta’ applikazzjoni għall-immunità mill-RBS fid-9 ta’ Awwissu 2011. Fil-[…], UBS applikat għal tnaqqis ta’ multi taħt l-Avviż ta’ Klemenza u fil-[…], JPMorgan applikat għal tnaqqis tal-multi taħt l-Avviż ta’ Klemenza.

(6)

Fl-24 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni bdiet proċedimenti skont l-Artikolu 11(6) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 kontra d-destinatarji tad-Deċiżjoni bl-għan li jidħlu f’diskussjonijiet dwar ir-riżolviment magħhom. Il-laqgħat ta’ riżolviment mal-partijiet seħħu u l-partijiet sussegwentement ssottomew lill-Kummissjoni t-talbiet formali tagħhom biex tinstab soluzzjoni, skont l-Artikolu 10a(2) tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (6), għall-iskop biss li jintlaħaq riżolviment mal-Kummissjoni f’dan il-proċediment, u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe proċedimenti oħra (“sottomissjonijiet ta’ riżolviment”).

(7)

Fit-23 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni adottat Dikjarazzjoni ta’ Oġġezzjonijiet u l-partijiet kollha kkonfermaw li kienet tirrifletti l-kontenut tas-sottomissjonijiet tagħhom għar-riżolviment u li huma baqgħu impenjati li jsegwu l-proċedura tar-riżolviment. Il-Kumitat Konsultattiv dwar Prattiċi Restrittivi u Pożizzjonijiet Dominanti ħareġ opinjoni favorevoli fis-17 ta’ Ottubru 2014 u l-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni fil-21 ta’ Ottubru 2014.

2.2.   Destinatarji u Durata

(8)

It-tmien destinatarji tad-Deċiżjoni pparteċipaw f’kartell, bi ksur hekk tal-Artikolu 101 tat-Trattat u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE fil-perjodu mis-7 ta’ Mejju 2007 sal-25 ta’ Settembru 2007.

2.3.   Sommarju tal-Ksur

(9)

Il-partijiet għall-ksur - RBS, UBS, JPMorgan u Credit Suisse - involvew irwieħhom fl-imġiba antikompetittiva li ġejja: negozjanti f’RBS, UBS, JPMorgan u Credit Suisse qablu li jikkwotaw firxiet usa’ u fissi bejn offerti u talbiet fuq ST OTC DRI rilevanti għal kummerċ ma’ partijiet terzi (inklużi sensara reċiproċi), filwaqt li żammew firxiet idjaq bejn offerti u talbiet għall-kummerċ bejniethom. It-terminu firxa bejn offerti u talbiet jirreferi għad-differenza bejn il-prezz tal-offerta u tat-talba ikkwotat f’kuntratt partikolari. Il-prezz tal-offerta huwa l-prezz li bih in-negozjant ikun lest li jixtri kuntratt partikolari, u l-prezz tat-talba huwa l-prezz li bih in-negozjant ikun lest li jbigħ kuntratt partikolari. L-għan ta’ dawn il-kuntatti kien sabiex inaqqsu l-ispejjeż tat-tranżazzjonijiet proprji tal-banek u tinżamm il-likwidità bejniethom filwaqt li jfittxu li jimponu firxiet usa’ fuq partijiet terzi u għalhekk iżidu l-profitti tal-banek. Għan assoċjat ta’ din l-imġiba kollużiva kien li tixxekkel il-kapaċità ta’ atturi oħra fis-suq li jikkompetu fuq l-istess termini bħall-erba’ atturi prinċipali.

(10)

L-ambitu ġeografiku tal-ksur kien ikopri t-territorju kollu taż-ŻEE.

2.4.   Rimedji

(11)

Id-Deċiżjoni tapplika l-Linji Gwida tal-2006 dwar il-Multi (7). Bl-eċċezzjoni tal-RBS, id-Deċiżjoni timponi multi fuq l-entitajiet kollha elenkati taħt il-punt (4) hawn fuq.

2.4.1.   L-ammont bażiku tal-Multa

(12)

L-ammont bażiku tal-multa li għandha tiġi imposta fuq l-impriżi kkonċernati għandu jiġu stabbilit b’referenza għall-valur tal-bejgħ, il-fatt li l-ksur huwa min-natura tiegħu fost ir-restrizzjonijiet tal-kompetizzjoni l-iktar ta’ ħsara, it-tul ta’ żmien u l-ambitu ġeografiku tal-kartell, u ammont addizzjonali sabiex impriżi jiġu dissważi milli jidħlu fi prattiki illegali ta’ dan it-tip.

(13)

Il-Kummissjoni normalment tieћu l-bejgħ li jsir mill-impriżi matul l-aħħar sena finanzjarja sħiħa tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur (8). Madankollu tista’ tingħata deroga minn din il-prattika, jekk perjodu ta’ referenza ieħor ikun aktar xieraq fid-dawl tal-karatteristiċi tal-każ (9).

(14)

Fir-rigward ta’ dan il-ksur, il-Kummissjoni kkalkulat il-valur tal-bejgħ annwali għal RBS, UBS, JPMorgan u Credit Suisse abbażi tal-ammont nozzjonali innegozjati ta’ kuntratti ST OTC DRI irreferenzjati għall-frank Svizzeru LIBOR jew għall-frank Svizzeru TOIS u li saru ma’ kontropartijiet li jinsabu fiż-ŻEE, matul ix-xhur li jikkorrispondu mal-parteċipazzjoni tagħhom fil-ksur, li jiġu sussegwentement annwalizzati. B’rikonoxximent tal-karatteristiċi partikolari fis-settur ST OTC DRI u tan-natura tal-ksur, il-Kummissjoni naqqset dawn l-ammonti nozzjonali billi applikat fattur uniformi li jirrappreżenta l-firxa bejn it-talba u l-offerta.

2.4.2.   Aġġustament għal-ammont bażiku: ċirkustanzi aggravanti u mitiganti

(15)

Il-Kummissjoni ma applikat l-ebda ċirkostanza aggravanti jew mitiganti.

2.4.3.   L-applikazzjoni tal-10 % limitu fuq il-fatturat

(16)

L-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 jistipula li l-multa imposta fuq kull impriża għal kull ksur m’għandhiex tkun iktar minn 10 % tal-fatturat totali tagħha fuq is-sena preċedenti għad-data tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

(17)

F’dan il-każ, l-ebda mill-multi ma taqbeż l-10 % tad-dħul mill-bejgħ totali tal-impriża fuq is-sena preċedenti għad-data ta’ din id-Deċiżjoni.

2.4.4.   Applikazzjoni tal-Avviż ta’ Klemenza tal-2006

(18)

Il-Kummissjoni kkonċediet immunità sħiħa mill-multi lill-RBS. Il-Kummissjoni tat ukoll tnaqqis ta’ 30 % tal-multa lil UBS u tnaqqis ta’ 25 % tal-multa lil JPMorgan għall-kooperazzjoni tagħhom fl-investigazzjoni.

2.4.5.   Applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment

(19)

B’riżultat tal-applikazzjoni tan-Notifika ta’ Riżolviment, l-ammont tal-multi imposti fuq l-RBS, UBS, JPMorgan u Credit Suisse tnaqqas b’10 % u dan it-tnaqqis ġie miżjud ma’ kwalunkwe gwadann ta’ klemenza.

3.   KONKLUŻJONI

(20)

Il-multi li ġejjin kienu imposti skont l-Artikolu 23(2) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003.

L-impriża

Multi (f’EUR)

RBS

0

UBS

12 650 000

JPMorgan

10 534 000

Credit Suisse

9 171 000


(1)  ĠU L 1, 4.1.2003, p. 1.

(2)  il-Bank għal Reżoluzzjonijiet Internazzjonali (bl-Ingliż); http://www.bis.org/statistics/dt21a21b.pdf

(3)  Ftehim dwar rati bil-quddiem huwa ftehim bejn żewġ kontropartijiet biex tiġi fissa r-rata tal-imgħax illum għal ċertu perjodu ta’ żmien fil-ġejjieni u pagabbli fuq ammont nozzjonali speċifikat.

(4)  Skambju huwa ftehim li fih żewġ kontropartijiet jaqblu li jiskambjaw (jew ipartu), f’intervalli speċifiċi u għal żmien fiss, flussi ta’ pagamenti tar-rata tal-imgħax futuri.

(5)  TOIS huwa r-rata ta’ self mhux garantit għada/li jmiss tal-frank Svizzeru. Dan jintuża bħala rata ta’ referenza għal skambji fl-indiċi mil-lum għal għada tad-denominat frank Svizzeru.

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas-7 ta’ April 2004 dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 u 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU L 123, 27.4.2004, p. 18).

(7)  ĠU C 210, 1.9.2006, p. 2.

(8)  Il-punt 13 fil-Linji Gwida dwar il-multi.

(9)  Kawża T-76/06, Plasticos Españoles (ASPLA) vs il-Kummissjoni, li għadha ma ġietx ippubblikata, paragrafi 111-113.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

28.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/17


Aġġornament tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (1)

(2015/C 72/11)

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta' postijiet ta' qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (2) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, jeżisti aġġornament regolari li huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IL-GREĊJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 420, 22.11.2014

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

Εναέρια σύνορα  (3)

Ajruporti (Fruntieri ta’ l-ajru)

1.

Αθήνα

Αthina

2.

Ηράκλειο

Heraklion

3.

Θεσσαλονίκη

Thessaloniki

4.

Ρόδος

Rodos (Rodi)

5.

Κέρκυρα

Kerkira (Korfù)

6.

Αντιμάχεια Κω

Antimachia (Kos)

7.

Χανιά

Chania

8.

Πυθαγόρειο Σάμου

Pithagorio, Samos

9.

Μυτιλήνη

Mitilini

10.

Ιωάννινα

Ioannina

11.

Άραξος

Araxos

12.

Σητεία

Sitia

13.

Χίος

Chios

14.

Αργοστόλι

Argostoli

15.

Καλαμάτα

Kalamata

16.

Καβάλα

Kavala

17.

Άκτιο Βόνιτσας

Aktio Vonitsas

18.

Μήλος

Milos

19.

Ζάκυνθος

Zakinthos

20.

Θήρα

Thira

21.

Σκιάθος

Skiathos

22.

Κάρπαθος

Karpathos

23.

Μύκονος

Mikonos

24.

Αλεξανδρούπολη

Alexandroupoli

25.

Ελευσίνα

Elefsina

26.

Ανδραβίδα

Andravida

27.

Ατσική Λήμνου

Atsiki - Limnos

28.

Νέα Αγχίαλος

Νea Aghialos

29.

Καστοριά

Kastoria


Θαλάσσια σύνορα

Portijiet (Fruntieri tal-baħar)

1.

Γύθειο

Githio

2.

Σύρος

Siros

3.

Ηγουμενίτσα

Igoymenitsa

4.

Στυλίδα

Stilida

5.

Άγιος Νικόλαος

Agios Nikolaos

6.

Ρέθυμνο

Rethimno

7.

Λευκάδα

Lefkada

8.

Σάμος

Samos

9.

Βόλος

Volos

10.

Κως

Kos

11.

Δάφνη Αγίου Όρους

Dafni, Agiou Oros

12.

Ίβηρα Αγίου Όρους

Ivira, Agiou Oros

13.

Γερακινή

Gerakini

14.

Γλυφάδα

Glifada

15.

Πρέβεζα

Preveza

16.

Πάτρα

Patra

17.

Κέρκυρα

Kerkira

18.

Σητεία

Sitia

19.

Χίος

Chios

20.

Αργοστόλι

Argostoli

21.

Θεσσαλονίκη

Thessaloniki

22.

Κόρινθος

Korinthos

23.

Καλαμάτα

Kalamata

24.

Κάλυμνος

Kalymnos (4)

25.

Καβάλα

Kavala

26.

Ιθάκη

Ithaki

27.

Πύλος

Pilos

28.

Πυθαγόρειο Σάμου

Pithagorio - Samos

29.

Λαύριο

Lavrio

30.

Ηράκλειο

Heraklio

31.

Σάμη Κεφαλληνίας

Sami, Kefalonia

32.

Πειραιάς

Pireas

33.

Μήλος

Milos

34.

Κατάκολο

Katakolo

35.

Σούδα Χανίων

Souda - Chania

36.

Ιτέα

Itea

37.

Ελευσίνα

Elefsina

38.

Μύκονος

Mikonos

39.

Ναύπλιο

Nafplio

40.

Χαλκίδα

Chalkida

41.

Ρόδος

Rodos

42.

Ζάκυνθος

Zakinthos

43.

Θήρα

Thira

44.

Καλοί Λιμένες Ηρακλείου

Kali - Limenes - Herakliou

45.

Μύρινα Λήμνου

Myrina - Limnos

46.

Παξοί

Paxi

47.

Σκιάθος

Skiathos

48.

Αλεξανδρούπολη

Alexandroupoli

49.

Αίγιο

Aighio

50.

Πάτμος

Patmos

51.

Σύμη

Simi

52.

Μυτιλήνη

Mitilini

53.

Χανιά

Chania

54.

Αστακός

Astakos

55.

Πέτρα, Λέσβου

Petra, Lesbos (5)


Χερσαία σύνορα

Fruntieri ta’ l-art

Με την Αλβανία

ma’ l-Albanija

1.

Κακαβιά

1.

Kakavia

2.

Κρυσταλλοπηγή

2.

Kristalopigi

3.

Σαγιάδα

3.

Sagiada

4.

Μερτζάνη

4.

Mertzani

Με την πρώην Γιουγκοσλαβική Δημοκρατία της Μακεδονίας

ma’ Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja

1.

Νίκη

1.

Niki

2.

Ειδομένη (σιδηροδρομικό)

2.

Idomeni (Linja tal-ferrovija)

3.

Εύζωνοι

3.

Evzoni

4.

Δοϊράνη

4.

Doirani

Με τη Βουλγαρία

mal-Bulgarija

1.

Προμαχώνας

1.

Promachonas

2.

Προμαχώνας (σιδηροδρομικό)

2.

Promachonas (Linja Tal-Ferrovija)

3.

Δίκαια (σιδηροδρομικό)

3.

Dikea, Evros (Linja Tal-Ferrovija)

4.

Ορμένιο

4.

Ormenio, Evros

5.

Εξοχή

5.

Εxohi

6.

Άγιος Κωνσταντίνος Ξάνθης

6.

Agios Konstantinos (Xanthi)

7.

Κυπρίνος Έβρου

7.

Kyprinos (Evros)

8.

Νυμφαία

8.

Nymfaia

Με την Τουρκία

mat-Turkija

1.

Καστανιές Έβρου

1.

Kastanies

2.

Πύθιο (σιδηροδρομικό)

2.

Pithio (Linja tal-ferrovija)

3.

Κήποι Έβρου

3.

Kipi

IL-FINLANDJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 51, 22.2.2013

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

Fruntieri terrestri (Il-Finlandja-Ir-Russja)

(1)

Haapovaara*

(2)

Imatra*

(3)

Imatra (linja ferrovjarja*)

(4)

Inari*

(5)

Karttimo*

(6)

Kurvinen*

(7)

Kuusamo

(8)

Leminaho*

(9)

Niirala

(10)

Nuijamaa

(11)

Parikkala*

(12)

Raja-Jooseppi

(13)

Salla

(14)

Vaalimaa

(15)

Vainikkala (linja ferrovjarja)

(16)

Vartius

Spjegazzjoni:

Il-punti tal-qsim tal-fruntiera huma bbażati fuq il-Ftehim bejn il-Gvern tar-Repubblika tal-Finlandja u l-Gvern tal-Federazzjoni Russa dwar il-punti tal-qsim tal-fruntiera reċiproċi (Ħelsinki, 11 ta’ Marzu 1994). Dawk immarkati b’asterisk (*) jiġu użati biss b'mod limitat u miftuħa biss għaċ-ċittadini tal-Finlandja u tar-Russja skont il-ftehim bilaterali. Dawn jinżammu miftuħa għat-traffiku skont il-bżonn. It-traffiku jikkonsisiti kważi b'mod esklussiv minn ġarr tal-injam. Ħafna drabi, il-maġġoranza tal-punti tal-qsim ikunu magħluqa. Il-punti tal-qsim tal-fruntiera kkonċernati huma s-suġġett tan-negozjati mill-awtoritajiet Finlandiżi u dawk Russi.

Ajruporti

(1)

Enontekiö

(2)

Helsinki-Hernesaari (exclusively for helicopter traffic)

(3)

Helsinki-Malmi

(4)

Helsinki-Vantaa

(5)

Ivalo

(6)

Joensuu

(7)

Jyväskylä

(8)

Kajaani

(9)

Kemi-Tornio

(10)

Kittilä

(11)

Kokkola - Pietarsaari

(12)

Kuopio

(13)

Kuusamo

(14)

Lappeenranta

(15)

Maarianhamina

(16)

Mikkeli

(17)

Oulu

(18)

Pori

(19)

Rovaniemi

(20)

Savonlinna

(21)

Seinäjoki

(22)

Tampere-Pirkkala

(23)

Turku

(24)

Vaasa

(25)

Varkaus

Fruntieri marittimi

Punti ta’ qsim fil-port għal bastimenti kummerċjali u tas-sajd

(1)

Eckerö

(2)

Eurajoki

(3)

Färjsundet

(4)

Förby

(5)

Hamina

(6)

Hanko (ukoll għal inġenji tal-baħar tad-divertiment)

(7)

Haukipudas

(8)

Helsinki

(9)

Inkoo

(10)

Kalajoki

(11)

Kaskinen

(12)

Kemi

(13)

Kemiö

(14)

Kirkkonummi

(15)

Kokkola

(16)

Kotka

(17)

Kristiinankaupunki

(18)

Lappeenranta

(19)

Loviisa

(20)

Långnäs

(21)

Maarianhamina (ukoll għal inġenji tal-baħar tad-divertiment)

(22)

Merikarvia

(23)

Naantali

(24)

Nuijamaa (ukoll għal inġenji tal-baħar tad-divertiment)

(25)

Oulu

(26)

Parainen

(27)

Pernaja

(28)

Pietarsaari

(29)

Pohja

(30)

Pori

(31)

Porvoo

(32)

Raahe

(33)

Rauma

(34)

Salo

(35)

Sipoo

(36)

Taalintehdas

(37)

Tammisaari

(38)

Tornio

(39)

Turku

(40)

Uusikaupunki

(41)

Vaasa

Stazzjonijiet tal-gwardji tal-kosta li jservu wkoll ta’ punti ta' qsim tal-fruntiera għal inġenji tal-baħar tad-divertiment:

(1)

Åland

(2)

Haapasaari

(3)

Hanko

(4)

Nuijamaan satama

(5)

Santio

(6)

Suomenlinna

Stazzjonijiet tal-gwardji tal-kosta li jservu wkoll ta’ punti ta' qsim tal-fruntiera għal idroplani:

(1)

Åland

(2)

Hanko

(3)

Kotka

(4)

Porkkala

(5)

Suomenlinna

Lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti

 

ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1

 

ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16

 

ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9

 

ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10

 

ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13

 

ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10

 

ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10

 

ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20

 

ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7

 

ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28

 

ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22

 

ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17

 

ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13

 

ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17

 

ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34

 

ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22

 

ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12

 

ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8

 

ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17

 

ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14

 

ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30

 

ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18

 

ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12

 

ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3

 

ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7

 

ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11

 

ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22

 

ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9

 

ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9

 

ĠU C 242, 23.8.2013, p. 2

 

ĠU C 275, 24.9.2013, p. 7

 

ĠU C 314, 29.10.2013, p. 5

 

ĠU C 324, 9.11.2013, p. 6

 

ĠU C 57, 28.2.2014, p. 4

 

ĠU C 167, 4.6.2014, p. 9

 

ĠU C 244, 26.7.2014, p. 22

 

ĠU C 332, 24.9.2014, p. 12

 

ĠU C 420, 22.11.2014, p. 9.


(1)  Ara l-lista ta' pubblikazzjonijiet preċedenti fi tmiem dan l-aġġornament.

(2)  ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.

(3)  

Nota: Dawn joperaw esklussivament matul il-perjodu tas-sajf.

(4)  

Nota: temporanjament mit-23 ta' Awwissu sal-31 ta' Ottubru 2013.

(5)  

Nota: temporanjament mill-1 t'AprilNovembru 30, 2015.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

28.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/25


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7302 — Styrolution / Braskem / JV)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 72/12)

1.

Fit-23 ta' Frar 2015, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Styrolution Group GmbH (“Styrolution”, il-Germanja) u Braskem S.A. (“Braskem”, il-Brażil) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi joint venture (“JV”), permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Styrolution: il-manifattura u l-bejgħ ta’ firxa ta’ reżini termoplastiċi bbażati fuq l-istyrene għall-użu f’applikazzjonijiet differenti;

—   għal Braskem: il-manifattura u l-bejgħ ta’ reżini termoplastiċi (bħal tal-polyethylene, polypropylene u l-klorur tal-polivinil) kif ukoll materjali kimiċi prima bażika;

—   għall-JV: il-bejgħ ta’ ċerti reżini termoplastiċi fil-Brażil u pajjiżi oħra tal-Amerka t’Isfel, fost oħrajn fuq il-bażi ta’ produzzjoni tagħha stess fil-Brażil.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7302 — Styrolution / Braskem / JV, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

28.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/26


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2015/C 72/13)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oppożizzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

PLATE DE FLORENVILLE

Nru tal-KE: BE-PGI-0005-01151 – 6.9.2013

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Plate de Florenville”

2.   Stat Membru jew pajjiż terz

Il-Belġju

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6. Frott, ħaxix u ċereali, friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem f’(1)

Il-“Plate de Florenville” hija tip ta’ patata (Solanum tuberosum L.) tal-varjetà Franċiża “Rosa”. Din il-varjetà mwaħħra sa semi-mwaħħra għandha perjodu inattiv twil ħafna, u l-kultivazzjoni tagħha teħtieġ 120 jum fil-ħamrija bħala medju.

It-tuberi tal-“Plate de Florenville” għandhom il-karatteristiċi tal-varjetà u fiżiċi li ġejjin:

—   il-kulur tal-ġilda: jagħti fir-roża;

—   il-kulur tal-laħam: isfar;

—   forma: tawwalija, regolari, kemxejn ċatta (b’forma li hija eħxen f’tarf mit-tarf l-ieħor, forma ta’ kilwa);

—   perċentwal ta’ materja niexfa: < 20 %;

—   daqs: bejn il-25 mm u 45 mm.

Il-“Plate de Florenville” tappartjeni għal-grupp ta’ patata tat-tisjir li għandhom laħam sod. Il-karatteristiċi kulinarji tagħha (ibbażati fuq kriterji ta’ eżaminar tal-varjetà tal-patata aċċettati internazzjonalment bil-ħsieb li tiddaħħal fil-katalgu Belġjan) huma kif ġej:

—   il-konsistenza tal-laħam: massimu ta’ 4 (fuq skala ta’ 0 sa 10: 0 = sod; 3 = relattivament sod; 6 = relattivament artab; 9 = artab);

—   il-karatteristiċi meta tissajjar: massimu ta’ 3 (fuq skala ta’ 0 sa 10: 0 = tibqa’ sħiħa; 3 = titfarrak ftit; 6 = titfarrak ħafna; 9 = iddub kompletament);

—   l-umdità: minimu ta’ 3 sa massimu ta’ 6 (fuq skala ta’ 0 sa 10: 0 = umduża; 3 = relattivament umduża; 6 = relattivament niexfa; 9 = niexfa);

—   l-oskurament wara t-tisjir: indiċi ta’ massimu ta’ 30 (indiċi < 20 = tajjeb (oskurament ħafif); 20 ≤ indiċi < 30 = medju; 30 ≤ indiċi < 35 = ftit; 35 ≤ indiċi < 45 = ħażin; ≥ 45 = ħażin ħafna).

Konsegwentement, skont il-kategorizzazzjoni aċċettata internazzjonalment użata għad-dħul tal-varjetajiet tal-patata fil-katalgu Belġjan, il-“Plate de Florenville” hija kklassifikata fil-grupp A (A - AB - BA), il-grupp ta’ patata ideali għall-użu fl-insalati, it-tisjir bil-fwar jew it-tisjir bil-qoxra b’kollox.

Mill-lat organolettiku, il-“Plate de Florenville” hija kkaraterizzata minn togħma fina, delikata u qawwija u b’sodezza pjaċevoli fil-ħalq. Ma għandiex mid-dqiq u għaldaqstant għandha konsistenza milwiema.

Il-“Plate de Florenville” tista’ tkun ikkummerċjalizzata bħala patata friska jew għall-konsum mill-bniedem. Il-perjodu inattiv twil ħafna tagħha jfisser li tista’ tiġi maħżuna għal żmien twil faċilment, mingħajr ir-riskju ta’ ġerminazzjoni bikri u mhux ikkontrollat.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Passi speċifiċi fil-produzzjoni li jridu jsiru f’żona ġeografika ddefinita

Apparti mill-produzzjoni tal-pjanti tal-patata, l-aspetti kollha tal-produzzjoni (mit-tħawwil tat-tuberi sal-ħżin tal-ħsad) għandhom isiru fiż-żona ddefinita.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-taħkik, l-ippakkjar, eċċ.

Il-proċessi tal-preparazzjoni u l-ippakkjar jistgħu jsiru fit-territorju kollu tal-Unjoni Ewropea.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikkettar imwaħħal mal-ippakkjar tal-“Plate de Florenville” għandu jkollu - barra mill-marki meħtieġa mil-liġi - l-isem reġistrat, il-logo tal-indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) tal-UE (fl-istess kamp viżiv tal-isem), referenza għall-korp ta’ ċertifikazzjoni indipendenti għall-produttur imsemmi, kif ukoll numru tal-lott u r-referenza tal-produttur jekk hu mhuwiex dak li jipprepara/jippakkja.

Meta mibjugħa f’waħdiet direttament lill-konsumatur, il-“Plate de Florenville” hija identifikata b’mod ċar mit-tikkettar obbligatorju ta’ hawn fuq.

Il-kelma “primeur” (“bikri”) tista’ tiżdied mal-isem “Plate de Florenville” jekk il-patata għandha l-karatteristiċi ta’ patata bikrija (maħsuda qabel ma tkun saret, bil-ġilda titneħħa faċilment bit-taħkik) u tinbiegħ friska qabel il-15 ta’ Settembru.

Il-kelma “grenailles” (“żgħar”) tista’ tiżdied mal-isem “Plate de Florenville” jekk it-tuberi huma iżgħar minn 25 mm.

It-tikkettar u l-mezzi ta’ identifikazzjoni kollha huma soġġetti għall-approvazzjoni minn korp ta’ ċertifikazzjoni indipendenti għall-produttur ikkonċernat.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Iż-żona ta’ produzzjoni tal-“Plate de Florenville” hija magħmula mill-muniċipalitajiet li ġejjin:

Chiny (il-muniċipalitajiet ta’ Izel u Jamoigne qabel ma ġew amalgamati);

Etalle (Buzenol, Chantemelle, Etalle, Sainte-Marie, Vance);

Florenville (Chassepierre, Florenville, Fontenoille, Muno, Villers-devant-Orval);

Meix-devant-Virton (Gérouville, Meix-devant-Virton, Robelmont, Sommethone, Villers-la-Loue);

Saint-Léger (Châtillon, Saint-Léger);

Tintigny (Bellefontaine, Saint-Vincent, Tintigny);

Virton (Ethe, Virton).

F’dik iż-żona, il-“Plate de Florenville” hija mkabbra f’tipi favorevoli ta’ ħamrija, prinċiparjament tat-tip:

bir-ramel jew ramel bit-tajn bi skular naturali eċċessiv jew ftit eċċessiv;

tajn imrammel bi skular naturali.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Iż-żona ġeografika marbuta mal-isem “Plate de Florenville” tikkorrespondi maż-żona li tinstab fin-Nofsinhar tal-Belġju bl-isem ta’ “Lorraine belge” jew - mil-lat ġeoloġiku u agrikolu - “Région jurassique”. Huwa l-uniku reġjun fil-Belġju datat mill-era sekondarja. B’mod aktar speċifiku, iż-żona tal-produzzjoni tal-“Plate de Florenville” tinstab f’parti minn dak ir-reġjun Ġurassiku bl-isem ta’ Gaume (isem storiku u ġeografiku).

Il-kontorni speċifiċi tal-“cuestas”, bi djul li jħarsu li tħares lejn in-Nofsinhar, huma fost il-karatteristiċi speċifiċi ta’ Gaume. Barra minn hekk, imħares mill-irjieħ kiesħa u mix-xita mit-Tramuntana bis-saħħa ta’ tal-għoljiet tal-Ardenni, li qegħdin aktar fl-għoli, Gaume huwa r-reġjun li jimmarka t-tranżizzjoni bejn il-klima marittima moderata fit-Tramuntana tal-pajjiż u klima kontinentali. Din id-differenza hija manifestata minn firxa aktar wiesgħa ta’ temperaturi, numru akbar ta’ ġranet sajfin, aktar sigħat ta’ xemx, anqas preċipitazzjoni u rjieħ anqas qawwija.

Il-kompożizzjoni tas-saff ta’ taħt tal-ħamrija (ġibsija) hija fattur favorevoli addizzjonali peress li żżomm is-sħana sew. Iż-żewġ saffi pedoloġiċi li jkopru ż-żona ta’ madwar Florenville jikkorrespondu ma’ ħamrija bil-tajn, kemxejn imrammla li huma ventilati u skulati sew u jisħnu malajr, kontra tal-ħamrijiet taflija, tqal fejn ma tantx jiskula ilma taż-żoni tal-madwar. Maż-żmien, il-kultivaturi nnutaw li l-“Plate de Florenville” tal-aqwa kwalità kienet dik imkabbra f’ħamrijiet ta’ dan it-tip (ramel bit-tajn u tajn imrammel). Għaldaqstant huma għażlu l-ħbula tal-art b’dawn il-ħamrijiet u użawhom biex ikabbru l-“Plate de Florenville”. Din tirrifletti l-akkwist ta’ għarfien speċifiku u uniku marbut mat-tkabbir ta’ din il-varjetà ta’ patata.

Il-ferroviji wisq probabbli kellhom irwol importanti meta stabbilixxew ir-reputazzjoni ta’ din il-patata. Fl-1880 dik li qabel kienet il-muniċipalità ta’ Florenville akkwistat stazzjon tal-ferroviji fuq il-linja 165 li għaqqdet Virton ma’ Bertrix. Fuq skala akbar, dik il-linja tgħaqqad - u għadha tgħaqqad - Arlon, Namur u Brussell (il-punt ċentrali tan-netwerk ferrovjarju fil-Belġju). Id-deskrizzjoni “de Florenville” x’aktarx ġejja mit-tikketta mwaħħla mal-vaguni li jħallu l-istazzjon ta’ Florenville, fejn il-produzzjoni kienet tittieħed miż-żoni tal-madwar permezz tat-toroq. Għaldaqstant il-patata ħadet l-isem tal-istazzjon minn fejn kienet tiġi ttrasportata.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-karatteristiċi prinċiplai tal-“Plate de Florenville”, apparti mill-kulur u l-forma tagħha, huma li żżomm tajjeb ħafna waqt it-tisjir u li għandha togħma fina u delikata.

Il-patata tibqa’ sħiħa, ma ddubx u żżomm il-forma tagħha sew, anke wara li tissajjar għal ħin twil. Din il-kwalità tagħmilha possibbli li l-patata tiġi kklassifikata fil-grupp kulinarju A (ara l-punt 3.2). Għaldaqstant hija ideali għall-insalati, kif ukoll għat-tisjir bil-fwar jew bil-qoxra b’kollox.

It-togħma tagħha hija qawwija, delikata u fina ħafna. Xi kultant ikun hemm it-togħma ta’ ġellewż. It-togħma qawwija tagħha hija marbuta sew mat-tuberi żgħar tagħha. Il-komposti aromatiċi tagħha huma aktar ikkonċentrati milli fit-tuberi l-kbar.

Dawn iż-żewġ karatteristiċi tagħha jirriżultaw mil-livell baxx ta’ materja niexfa (< 20 %) speċifika għall-“Plate de Florenville”.

L-isem “Plate de Florenville” ilu jeżisti mill-inqas seklu, kif turi r-referenza li ġejja:

fl-1901 il-“Monographie agricole de la région jurassique (Gaume)” iddefinixxiet il-“Plate de Florenville” bħala varjetà lokali;

fl-1909 il-“Journal de la société agricole de la province du Lussemburgu” innota li l-“Plate de Florenville” kienet mibjugħa fi Florenville;

fl-1930 l-“Encyclopédie agricole belge” stqarret li l-“Plate de Florenville”“titkabbar f’Gaume” u “hemm domanda kbira għaliha fis-suq ta’ Liège”;

fl-2006 il-“Plate de Florenville” jew “Corne de Florenville” kienet is-suġġett ta’ entrata fid-“Dictionnaire des belgicismes” ta’ Georges Lebouc u fl-2010, fid-“Dictionnaire des belgicismes” ta’ Michel Francard.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO) jew il-kwalità, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi speċifiċi ħra tal-prodott (għal IĠP)

Kwalità

Il-kundizzjonijiet klimatiċi u pedoloġiċi f’Gaume, kif ukoll it-tipi ta’ ħamrija msemmija f’punt 5.1, huma partikolarment favorevoli għat-tkabbir tal-“Plate de Florenville”. Il-“Plate de Florenville” teħtieġ ħamrija li hija skulata sew (sabiex tevita s-taħniq tal-għeruq) u li tisħon malajr sabiex tikber sew. Barra minn hekk, il-klima deskritta hawn fuq tiżgura provvista tajba tal-ilma u tnaqqas ir-riskju ta’ ġlata li għaliha l-patata hi sensittiva. Din il-provvista tal-ilma adegwata tagħmilha possibbli li tinkiseb il-patata “Plate de Florenville” b’materja niexfa taħt l-20 %. Klima aktar niexfa tiffavorixxi patata li għandha mid-dqiq u, għall-kuntrarju, klima aktar kiesħa u umda żżomm milli jkun hemm żvilupp tajjeb ta’ tuberi. Barra minn hekk, peress li hija varjetà li tikber bil-mod, il-“Plate de Florenville” għandha tinżara’ malajr kemm jista’ jkun. Għaldaqstant il-fatt li l-ħamrijiet li titkabbar fihom jisħnu malajr huwa vantaġġ kbir. Madankollu, ta’ min wieħed jinnota li f’dawn il-ħamrijiet li jiskulaw, ir-rendiment previst mill-“Plate de Florenville” huwa taħt ir-rendiment nominali tal-varjetà “Rosa” (li huwa 90 % ta’ dak previst mill-varjetà ta’ referenza “Bintje”): skont il-kundizzjonijiet tat-temp, ir-rendiment ivarja bejn 12 u 25 tunnellata għal kull ettaru, ir-rendiment massimu awtorizzat sabiex jikkwalifika għall-isem “Plate de Florenville”. Dan ir-rendiment baxx hu essenzjali għall-kwalità tat-togħma tal-“Plate de Florenville”. Aktar ma t-tuberi jkunu żgħar, il-konċentrazzjoni tal-molekuli aromatiċi tkun akbar u l-patata tkun itjeb.

Għaldaqstant il-kombinazzjoni ta’ fatturi pedoloġiċi u klimatiċi u l-għarfien tal-kultivaturi jippermettu lill-varjetà “Rosa” toffri l-kwalitajiet kollha tagħha.

Reputazzjoni

Ir-referenzi għall-pjanti żgħar tal-patata msejħa “Plates” bdew jidhru fis-sorsi storiċi Belġjani min-nofs is-seklu 19 ’il quddiem. Fl-1860 Edouard de Croeser de Berges ħejja reġistru ta’ 128 varjetà tal-patata fil-Belġju, li ddeskriva il-“Plate” bħala patata ta’ kwalità tajba, pjuttost produttiva u ħielsa mill-mard. Din il-varjetà tinstab ukoll fl-“Almanach agricole belge” tal-1899.

Il-“Plate de Florenville” għandha reputazzjoni lokali, nazzjonali u internazzjonali. Dan jidher, b’mod partikolari, fil-“Fête de la Pomme de Terre” (festival tal-patata) li jsir fi Florenville, festival li jsir fi tmiem il-ġimgħa f’Ottubru sa mill-1994. Dan l-avveniment hu kopert mill-istampa reġjonali (“L’Avenir du Lussemburgu” fl-2011, 2012 u 2013, pereżempju), imma anke barra l-Belġju (referenzi fil-gazzetta Franċiża “L’Union-L’Ardennais” fl-2013). Il-“Plate de Florenville” isir riferiment għaliha wkoll fl-istampa nazzjonali (“Le Soir”, “La Libre Belgique” u l-gazzetta Olandiża “De Standaard”), kif ukoll fl-istampa internazzjonali (“Le Figaro” [Franza], pereżempju).

Tidher ukoll f’diversi gwidi turistiċi ta’ Gaume, inklużi:

“Tourisme en Beau Canton de Gaume” ippubblikat fl-2002 mill-Uffiċju Turistiku ta’ Chiny, Florenville u Herbeumont;

“La Transgaumaise”, gwida tal-mixi miktuba minn André Pierlot u ppubblikata fl-2009.

Fit-tisjir, il-“Plate de Florenville” hi użata f’diversi riċetti tal-Provinċja tal-Lussemburgu fejn is-sodezza tagħha hija kwalità essenzjali.

“touffaye” huwa stuffat imsajjar bil-fwar (“al touffaye”) (Chantal Van Gelderen 1999);

“roustiquettes gaumaises”, riċetta proposta minn Noël Anselot fl-1980;

“Floriflette”, proposta mill-“Confrérie des Sossons d’Orvaulx”.

Barra minn hekk, dan ifisser li l-kwalitajiet kulinarji tagħha jinkluduha fuq il-menus ta’ diversi ristoranti, li jippreżentawha bħala platt fin u tipiku, pereżempju:

“Gratinée de Florenville” fil-“Ferme des Sanglochons” (Verlaine-Neufchâteau fil-Provinċja tal-Lussemburgu);

“Moelleux de plates de Florenville au crabe, aux crevettes grises et au Royal Belgian caviar, beurre blanc d’huîtres à la ciboulette” fir-restorant gastronomiku “Comme Chez Soi” (Brussell).

Apprezzata ħafna mill-konsumaturi, il-“Plate de Florenville” hija rikonoxxuta bħala patata bi produttività baxxa ta’ kwalità għolja ħafna. Il-prezz tagħha huwa xhieda ta’ dan. Diversi sorsi datati mill-ewwel nofs tas-seklu 20 jikkonfermaw il-fatt li din il-patata tiswa’ aktar minn oħrajn. Illum il-ġurnata xorta tiswa aktar fil-ħwienet (€1,99/kg) minn kwalunkwe varjetà tal-patata bil-laħam sod, bħal pereżempju ix-“Charlotte” (€1,20/kg).

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-Ispeċifikazzjoni

[L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3)]

http://agriculture.wallonie.be/apps/spip_wolwin/IMG/pdf/Dossier-Plate-Florenville-IGP.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.


Rettifika

28.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 72/31


Rettifika għas-Sejħa għall-Proposti

Linji Gwida — EACEA 03/2015

Inizjattiva Voluntiera tal-Għajnuna tal-UE:

Assistenza Teknika għall-organizzazzjonijiet mittenti

Il-Bini ta’ Kapaċitajiet għal għajnuna umanitarja tal-organizzazzjonijiet ospitanti

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 17 tal-20 ta' Jannar 2015 )

(2015/C 72/14)

F'paġna 12,

minflok:

“6.1.2   Sħab u sħubija eliġibbli

L-organizzazzjonijiet sħab għandhom ikunu:

nongovernattivi u mingħajr skop ta’ qligħ; jew

korpi rregolati bil-liġi pubblika ta’ karattru ċivili; jew

il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar Aħmar.”

aqra:

“6.1.2   Sħab u sħubija eliġibbli

Għal Assistenza Teknika, l-organizzazzjonijiet sħab għandhom jappartjenu għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin:

organizzazzjonijiet nongovernattivi u mingħajr skop ta’ qligħ iffurmati skont il-liġi ta’ Stat Membru u li l-kwartieri ġenerali tagħhom jinsabu fi ħdan l-Unjoni; jew

korpi rregolati bil-liġi pubblika ta’ karattru ċivili; jew

il-Federazzjoni Internazzjonali tas-Soċjetajiet Nazzjonali tas-Salib l-Aħmar u tan-Nofs Qamar Aħmar.

Għall-Bini ta’ Kapaċitajiet, l-organizzazzjonijiet sħab għandhom jappartjenu għal kwalunkwe waħda mill-kategoriji li ġejjin:

organizzazzjonijiet nongovernattivi u mingħajr skop ta’ qligħ li joperaw jew li huma stabbiliti f’pajjiż terz skont il-liġijiet fis-seħħ f’dak il-pajjiż; jew

korpi rregolati bil-liġi pubblika ta’ karattru ċivili; jew

aġenziji u organizzazzjonijiet internazzjonali.”

F'paġna 13,

minflok:

“(b)

Il-korpi stabbiliti fil-pajjiżi li ġejjin jistgħu jkunu sħab fi proġetti ta’ Bini ta’ kapaċitajiet

l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, ir-Renju Unit;

pajjiżi terzi li fihom tingħata l-għajnuna umanitarja (2). Il-lista tal-pajjiżi terzi hija disponibbli fuq: https://eacea.ec.europa.eu/eu-aid-volunteers/funding/

Il-proġetti ta’ Bini ta’ kapaċitajiet għandhom jinvolvu l-organizzazzjonijiet applikanti u dawk sħab minn tal-inqas sitt pajjiżi differenti li minnhom:

tal-inqas tliet sħab ikunu minn pajjiżi terzi;

is-sħab kollha mill-pajjiżi parteċipanti fil-programm irid ikun ilhom attivi fil-qasam tal-għajnuna umanitarja għal tal-inqas 5 snin;

tal-inqas żewġt isħab minn pajjiżi terzi jridu jkunu attivi fil-qasam tal-għajnuna umanitarja;

tal-inqas sieħeb wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fil-programm irid ikun ilu attiv fil-qasam tal-ġestjoni tal-volontarjat għal tal-inqas 5 snin.”

aqra:

“(b)

Il-korpi stabbiliti fil-pajjiżi li ġejjin jistgħu jkunu sħab fi proġetti ta’ Bini ta’ kapaċitajiet

l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija, il-Kroazja, Ċipru, ir-Repubblika Ċeka, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Ungerija, l-Irlanda, l-Italja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, l-Isvezja, ir-Renju Unit;

pajjiżi terzi li fihom tingħata l-għajnuna umanitarja (1).

Il-proġetti ta’ Bini ta’ kapaċitajiet għandhom jinvolvu l-organizzazzjonijiet applikanti u dawk sħab minn tal-inqas sitt pajjiżi differenti li minnhom:

is-sħubiji li jinvolvu sħab minn tal-inqas tliet pajjiżi parteċipanti fil-programm, inkluż il-pajjiż applikanti, u mill-inqas tliet pajjiżi terzi;

is-sħab kollha mill-pajjiżi parteċipanti fil-programm irid ikun ilhom attivi fil-qasam tal-għajnuna umanitarja għal tal-inqas 5 snin;

tal-inqas żewġt isħab minn pajjiżi terzi jridu jkunu attivi fil-qasam tal-għajnuna umanitarja;

tal-inqas sieħeb wieħed mill-pajjiżi parteċipanti fil-programm irid ikun ilu attiv fil-qasam tal-ġestjoni tal-volontarjat għal tal-inqas 5 snin.


(1)  Għajnuna umanitarja hija definita skont l-Artikolu 3(d) tar-Regolament (UE) Nru 375/2014, jiġifieri attivitajiet u operazzjonijiet f’pajjiżi terzi maħsuba biex jipprovdu assistenza ta’ emerġenza bbażata fuq il-ħtiġijiet immirata lejn il-protezzjoni tal-ħajjiet, il-prevenzjoni u t-taffija tat-tbatija umana, u l-protezzjoni tad-dinjità umana meta ffaċċjati minn kriżijiet maħluqa mill-bniedem jew diżastri naturali. Din tinkludi operazzjonijiet ta’ assistenza, sokkors u protezzjoni fi kriżijiet umanitarji jew il-konsegwenzi diretti tagħhom, miżuri ta’ appoġġ biex jiġi żgurat l-aċċess għal nies fil-bżonn u sabiex jiġi ffaċilitat il-fluss ħieles tal-assistenza, kif ukoll azzjonijiet immirati lejn it-tisħiħ tat-tħejjija għad-diżastri u t-tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri, u li jikkontribwixxu għat-tisħiħ tar-reżiljenza u l-kapaċità li wieħed ilaħħaq mal-kriżijiet u jirkupra minnhom.”