ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 70A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
27 ta' Frar 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2015/C 070A/01

Regoli Ġenerali li jirregolaw il-Kompetizzjonijiet Miftuħa

1


MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

27.2.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 70/1


REGOLI ĠENERALI LI JIRREGOLAW IL-KOMPETIZZJONIJIET MIFTUĦA

(2015/C 070 A/01)

 

Dawn ir-regoli ġenerali huma parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, u flimkien mal-avviż, jiffurmaw il-qafas obbligatorju tal-proċedura tal-kompetizzjoni.

WERREJ

1.

INTRODUZZJONI 3

1.1.

X’INHI KOMPETIZZJONI MIFTUĦA? 3

1.2.

LIEMA HU L-PROFIL ĠENERALI MFITTEX? 3

1.3.

ELIĠIBBILTÀ 4

2.

STADJI FIL-KOMPETIZZJONI 6

2.1.

APPLIKAZZJONI 6

2.1.1.

Ivverifika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà 7

2.1.2.

Oħloq il-kont tal-EPSO tiegħek 7

2.1.3.

Agħmel it-testijiet kampjun interattivi 7

2.1.4.

Imla l-applikazzjoni onlajn tiegħek 7

2.1.5.

Indika kwalunkwe arranġamenti speċjali meħtieġa biex tagħmel it-testijiet 8

2.1.6.

Ikkonferma u vvalida l-applikazzjoni onlajn tiegħek 8

2.1.7.

Ippreżenta fajl ta’ applikazzjoni komplut 8

2.2.

TESTIJIET TA’ PRESELEZZJONI MULTIPLE-CHOICE IBBAŻATI FUQ IL-KOMPJUTER 9

2.3.

VERIFIKA TAL-ELIĠIBBILTÀ (AMMISSJONI) 9

2.4.

L-GĦAŻLA BBAŻATA FUQ IL-KWALIFIKI - IT-TALENT SCREENER 10

2.5.

ĊENTRU TA’ EVALWAZZJONI 11

2.6.

KONFERMA TAL-ELIĠIBBILTÀ 11

2.7.

KANDIDATI LI JIRNEXXU/LISTA TA’ RIŻERVA 12

3.

INFORMAZZJONI ĠENERALI 12

3.1.

KOMUNIKAZZJONI 12

3.1.1.

EPSO: komunikazzjoni mal-kandidati 12

3.1.2.

Kandidati: komunikazzjoni mal-EPSO 13

3.1.3.

Kandidati: komunikazzjoni mal-bordijiet tal-għażla 13

3.2.

PROTEZZJONI TAD-DEJTA 13

3.3.

AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI 13

3.3.1.

Drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għall-kandidati 13

3.3.2.

Aċċess għad-dokumenti skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 – Trasparenza 15

3.4.

ILMENTI 16

3.4.1.

X’għandek tagħmel jekk xi ħaġa tmur ħażin? 16

3.4.2.

Newtralizzazzjoni 16

3.4.3.

Proċedura ta’ reviżjoni interna 17

3.4.4.

Forom oħra ta' kontestazzjoni 18

3.5.

SKWALIFIKA MILL-KOMPETIZZJONI 19

ANNESS I –

Eżempji ta’ diplomi li, fil-prinċipju, jikkorrespondu għal dawk mitluba mill-avviżi ta’ kompetizzjonijiet 20

ANNESS II –

Linji gwida ġenerali tal-Kulleġġ tal-Kapijiet tal-Amministrazzjoni dwar l-użu tal-lingwi fil-kompetizzjonijiet tal-EPSO 29

1.   INTRODUZZJONI

1.1.   X’INHI KOMPETIZZJONI MIFTUĦA?

L-istituzzjonijiet Ewropej jagħżlu l-uffiċjali futuri (1) tagħhom permezz ta’ kompetizzjonijiet ġenerali, li jinvolvu serje ta’ eżamijiet kompetittivi. Dawn il-kompetizzjonijiet huma miftuħa għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea (2) li jissodisfaw il-kriterji speċifikati. Din il-proċedura toffri lill-kandidati kollha opportunità ġusta li juru l-kapaċitajiet tagħhom u tiggarantixxi għażla bbażata fuq il-mertu, filwaqt li tirrispetta l-prinċipju ta’ trattament ugwali.

Il-kandidati li jgħaddu minn kompetizzjoni jitniżżlu f’lista ta’ riżerva li minnha l-istituzzjonijiet jieħdu kandidati kif u meta jiġu bżonnhom. Għalhekk, l-għan tal-kompetizzjoni mhuwiex li timla post vakanti speċifiku, iżda li tiġi ffurmata riżerva għar-reklutaġġ.

Sabiex jintagħżlu l-aħjar kandidati abbażi tal-kundizzjonijiet definiti fl-avviż tal-kompetizzjoni, jinħatar bord tal-għażla (3). Il-bord iqabbel il-prestazzjoni tal-kandidati sabiex jevalwa l-ħila tagħhom biex jissodisfaw il-funzjonijiet deskritti fl-avviż. Il-funzjoni tiegħu mhijiex biss li jevalwa l-kompetenzi u l-kapaċitajiet tagħhom, iżda wkoll li jidentifika lil dawk li huma l-iktar ikkwalifikati abbażi tal-mertu tagħhom.

Il-kompetizzjonijiet huma organizzati f’ċikli annwali għall-profili ġenerali tal-impjiegi, jew wara talba għal profili speċjalizzati sabiex jintlaħqu l-ħtiġijiet speċifiċi tal-istituzzjonijiet.

1.2.   LIEMA HU L-PROFIL ĠENERALI MFITTEX?

L-istituzzjonijiet ifittxu kandidati b’talenti, motivati u kkwalifikati ħafna fil-qasam tagħhom, u li jistgħu juru li għandhom dawn il-kompetenzi ġenerali li ġejjin:

Analiżi u Soluzzjoni tal-Problemi

Jidentifikaw il-fatti kritiċi fi kwistjonijiet kumplessi u jiżviluppaw soluzzjonijiet kreattivi u prattiċi

Komunikazzjoni

Jikkomunikaw b’mod ċar u preċiż, kemm verbalment kif ukoll bil-miktub

Kwalità u Riżultati

Jieħdu r-responsabbiltà personali u jieħdu inizjattivi sabiex jipprovdu xogħol ta’ kwalità għolja fi proċeduri stabbiliti

Tagħlim u Żvilupp

Jiżviluppaw u jtejbu l-kompetenzi personali tagħhom u l-għarfien tagħhom tal-organizzazzjoni u l-ambjent tagħha

Prijoritizzazzjoni u Organizzazzjoni

Jipprijoritizzaw il-kompiti l-aktar importanti, jaħdmu b’mod flessibbli u jorganizzaw b’mod effiċjenti x-xogħol tagħhom

Reżiljenza

Jibqgħu effettivi f’każ ta’ pressjoni għolja ta’ xogħol, jegħlbu d-diffikultajiet marbutin mal-organizzazzjoni b’mod pożittiv u jadattaw ruħhom għal ambjent tax-xogħol li jinbidel

Ħidma mal-Oħrajn

Jaħdmu b’kooperazzjoni mal-oħrajn f’timijiet u lil hinn mill-fruntieri tal-organizzazzjoni u jirrispettaw id-differenzi bejn il-persuni

Tmexxija (għall-amministraturi biss)

Imexxu, jiżviluppaw u jimmotivaw lin-nies biex jiksbu r-riżultati

1.3.   ELIĠIBBILTÀ

Sabiex ikunu eliġibbli biex jipparteċipaw f’kompetizzjoni, il-kandidati jridu jilħqu ċerti kriterji, li huma stabbiliti fl-avviż tal-kompetizzjoni.

Il-kandidati jridu jikkonfermaw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha ddefiniti fl-avviż tal-kompetizzjoni, u jridu jipprovdu d-dokumenti kollha ta’ appoġġ neċessarji f’fajl komplut tal-applikazzjoni meta mitluba jagħmlu dan (normalment biss fl-istadju taċ-ċentru tal-evalwazzjoni jekk ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-avviż tal-kompetizzjoni, ara l-punt 2.1.7 aktar ’l isfel).

Kundizzjonijiet ġenerali

Il-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà (4) huma komuni għall-kompetizzjonijiet kollha. Huma dawn li ġejjin:

Għandek

(a)

tkun tgawdi mid-drittijiet sħaħ bħala ċittadin ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (5);

(b)

tkun tissodisfa kull obbligu impost mil-liġijiet dwar is-servizz militari;

(c)

tkun tissodisfa r-rekwiżiti ta’ karattru mitlubin għat-twettiq tad-dmirijiet involuti fil-kompetizzjoni.

Sabiex tipprova li għandek iċ-ċittadinanza meħtieġa, għandek tipprovdi kopja tal-passaport, karta tal-identità jew dokument ieħor tiegħek li jispeċifika ċ-ċittadinanza tiegħek, li jrid ikun validu fid-data tal-għeluq għall-applikazzjonijiet onlajn.

B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova biex japprovaw li inti tgawdi d-drittijiet sħaħ tiegħek ta’ ċittadin, jew li wettaqt l-obbligi kollha imposti fuqek mil-liġijiet dwar is-servizz militari. Billi tivvalida l-formola ta’ applikazzjoni onlajn, inti tiddikjara fuq l-unur tiegħek li tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet. Madankollu, prova formali ta’ dan ta’ hawn fuq trid normalment tkun ippreżentata qabel ir-reklutaġġ.

Kundizzjonijiet speċifiċi

Il-kundizzjonijiet speċifiċi dwar il-kwalifiki u l-esperjenza professjonali jistgħu jvarjaw minn kompetizzjoni għal oħra skont il-profil meħtieġ, u huma stabbiliti fl-avviż tal-kompetizzjoni. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tipprovdi lill-bord tal-għażla bl-informazzjoni u bid-dokumenti kollha li jeħtieġ biex jivverifika li inti tissodisfa dawn il-kundizzjonijiet.

(a)

Diplomi  (6) u/jew ċertifikati li juru t-tmiem b’suċċess tal-istudji. Il-bord tal-għażla jqis id-differenzi bejn is-sistemi edukattivi. Eżempji tal-kwalifiki minimi meħtieġa għal kull kategorija jistgħu jinstabu fl-anness għal dawn ir-regoli ġenerali u fuq il-websajt tal-EPSO, madankollu, l-avviż tal-kompetizzjoni jista’ jistabbilixxi rekwiżiti aktar stretti. Ħu nota: jekk studjajt barra l-UE, id-diploma tiegħek għandha tkun rikonoxxuta minn korp uffiċjali ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-UE (pereżempju mill-Ministeru tal-Edukazzjoni).

Fil-każ tad-diplomi postsekondarji, inkludi fl-applikazzjoni onlajn tiegħek l-aktar informazzjoni dettaljata possibbli, b’mod partikolari dwar is-suġġetti li studjajt u t-tul ta’ żmien li studjajthom, sabiex il-bord tal-għażla jkun jista’ jevalwa r-rilevanza tad-diploma tiegħek għad-dmirijiet deskritti fl-avviż tal-kompetizzjoni. Jekk segwejt taħriġ tekniku jew professjonali, jew attendejt kors ta’ aktar taħriġ jew speċjalizzazzjoni, għandek tindika jekk dan kienx kors full-time, kors part-time jew kors ta’ filgħaxija, kif ukoll is-suġġetti ttrattati u t-tul ta’ żmien tal-kors.

(b)

Esperjenza professjonali (jekk meħtieġa). L-esperjenza professjonali tiegħek titqies biss jekk tkun rilevanti għan-natura tal-funzjonijiet deskritti fl-avviż tal-kompetizzjoni. Bħala regola ġenerali, għandha wkoll:

tikkostitwixxi xogħol ġenwin u effettiv,

tkun bi ħlas,

tkun tinvolvi relazzjoni ta’ subordinazzjoni jew il-forniment ta’ servizz.

L-elementi tal-esperjenza professjonali tiegħek li jaqgħu fil-kategoriji li huma mniżżla hawn taħt jittieħdu f’kunsiderazzjoni kif ġej:

Ħidma volontarja: tista’ titqies biss ħidma volontarja bi ħlas. Din trid tkun ta’ intensità komparabbli (f’termini ta’ ħinijiet fil-ġimgħa) u fit-tul bħal impjieg normali.

Apprendistati: L-apprendistati jingħaddu bħala esperjenza professjonali jekk ikunu b’rimunerazzjoni.

Servizz militari obbligatorju: Is-servizz militari obbligatorju jittieħed f’kunsiderazzjoni għal perjodu li ma jistax jaqbeż it-tul ta’ żmien tas-servizz militari obbligatorju skont il-liġi tal-Istat Membru li tiegħu inti ċittadin. Is-servizz militari jista’ jsir qabel jew wara l-kisba tad-diploma li tagħti aċċess għall-kompetizzjoni, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-avviż tal-kompetizzjoni.

Liv tal-maternità/paternità/tal-adozzjoni: Il-liv tal-maternità/paternità/adozzjoni jittieħed f’kunsiderazzjoni jekk ikun inkluż f’kuntratt ta’ xogħol. Jekk l-avveniment (twelid jew adozzjoni) iseħħ waqt li inti tkun qed tfittex xogħol, il-liv ma jittiħidx f’kunsiderazzjoni bħala esperjenza professjonali.

Dottorat: Id-dottorati kollha, anki dawk mhux b’rimunerazzjoni, jitqiesu bħala esperjenza professjonali sa massimu ta’ tliet snin, bil-kundizzjoni li d-dottorat ikun effettivament inkiseb.

Xogħol part-time: Ix-xogħol part-time jiġi kkalkulat pro rata skont in-numru ta’ sigħat maħduma. Pereżempju, jekk inti ħdimt sitt xhur part-time, l-esperjenza tiegħek titqies bħala li hi waħda ta’ tliet xhur.

Ta’ min jinnota li jekk l-avviż tal-kompetizzjoni jirrikjedi esperjenza professjonali fil-qasam tal-kompetizzjoni, kull element tal-esperjenza professjonali tiegħek li jaqa’ fil-kategoriji elenkati hawn fuq jitqies biss jekk huwa rilevanti għal dak il-qasam.

Huwa importanti li fil-formola ta’ applikazzjoni tiegħek tispeċifika n-natura tad-dmirijiet li wettaqt fl-akbar dettall possibbli sabiex il-bord tal-għażla jkun jista’ jivvaluta r-relevanza tal-esperjenza tiegħek għad-dmirijiet li għalihom inti qed tapplika. Il-perjodi kollha ta’ attività professjonali kkonċernati għandhom ikunu koperti mid-dokumenti ta’ prova li ġejjin:

referenzi minn impjegaturi fil-passat kif ukoll mill-impjegatur attwali li juru li għandek l-esperjenza professjonali meħtieġa għad-dħul għall-kompetizzjoni; ir-referenzi għandhom isemmu n-natura u l-livell tad-dmirijiet imwettqa, id-data tal-bidu u tat-tmiem tagħhom,

jekk ma tistax tehmeż referenzi, għandek tipprovdi fotokopji tal-kuntratt(i) tax-xogħol flimkien mal-ewwel u l-aħħar irċevuta tal-paga, u dawn iridu jkunu akkumpanjati wkoll minn deskrizzjoni dettaljata tad-dmirijiet imwettqa,

fil-każ ta’ xogħol mingħajr paga fissa (impjieg għal rasek jew professjoni), jistgħu jiġu aċċettati bħala provi xi fatturi jew formoli ta’ ordnijiet li jiddeskrivu x-xogħol imwettaq jew kwalunkwe dokumenti uffiċjali ta’ prova oħra rilevanti,

fil-każ tal-kompetizzjonijiet għall-interpreti tal-konferenzi, fejn l-esperjenza professjonali hija meħtieġa, jiġu kkunsidrati biss id-dokumenti li jippruvaw li l-esperjenza tirrigwarda speċifikament l-interpretazzjoni ta’ konferenzi u li jindikaw b’mod ċar in-numru ta’ ġranet kif ukoll il-lingwi tal-interpretazzjoni.

Għarfien tal-lingwi

Skont il-kompetizzjoni, tkun mitlub li turi l-għarfien tiegħek tal-lingwi uffiċjali tal-UE (7). Bħala regola ġenerali, tkun teħtieġ għarfien sħiħ (livell C1 tas-CEFR (8)) ta’ lingwa uffiċjali waħda tal-UE u għarfien sodisfaċenti (livell B2 tas-CEFR) ta’ lingwa oħra iżda, madankollu, l-avviż tal-kompetizzjoni jista’ jimponi rekwiżiti aktar stretti (dan huwa l-każ, b’mod partikolari, għall-profili tal-lingwisti). Sakemm ma jkunx iddikjarat mod ieħor fl-avviż tal-kompetizzjoni, l-għażla tat-tieni lingwa normalment tkun limitata għall-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż (9).

Meta jorganizza kompetizzjonijiet miftuħa, l-EPSO japplika l-“Linji Gwida dwar l-użu tal-lingwi fil-kompetizzjonijiet tal-EPSO” (10) adottati mill-Kulleġġ tal-Kapijiet tal-Amministrazzjoni fil-15 ta’ Mejju 2013.

Għal ħafna żmien ilha l-prassi li jintużaw l-aktar l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż għall-komunikazzjoni interna fl-istituzzjonijiet tal-UE u dawn huma wkoll il-lingwi użati l-aktar ta’ spiss fil-komunikazzjoni mad-dinja esterna u meta jiġu ttrattati każijiet.

L-għażliet tat-tieni lingwa għall-kompetizzjonijiet ġew definiti fl-interess tas-servizz, li jitlob li rekluti ġodda jkunu jistgħu jiffunzjonaw minnufih u jkunu kapaċi jikkomunikaw b’mod effettiv fix-xogħol ta’ kuljum tagħhom. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet ikun affettwat ħażin ħafna.

Biex jiġi żgurat trattament ugwali tal-kandidati kollha, kulħadd – inklużi dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda minn dawn it-tlieta – huwa meħtieġ li jagħmel it-test fit-tieni lingwa tiegħu, magħżula minn fost dawn it-tliet lingwi. Il-valutazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi b’dan il-mod tippermetti lill-Istituzzjonijiet jevalwaw il-ħila tal-kandidati sabiex ikunu jistgħu jaħdmu minnufih f’ambjent simili għal dak li se jsibu fl-impjieg. Xejn minn dan ma jaffettwa l-possibiltà ta’ taħriġ fil-lingwi aktar tard sabiex il-membri tal-persunal ikunu jistgħu jaħdmu fit-tielet lingwa, kif mitlub mill-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

B’mod ġenerali, ma huma meħtieġa l-ebda dokumenti ta’ prova sabiex tipprova l-għarfien tiegħek tal-lingwi, minbarra għal ċerti kompetizzjonijiet għal lingwisti. F’dawk il-każijiet, l-avviż tal-kompetizzjoni jiddikjara li trid tipprovdi evidenza tal-għarfien tiegħek tal-lingwi meħtieġa fil-forma ta’ diploma jew nota bil-miktub li tispjega kif ksibt l-għarfien ta’ dawn il-lingwi.

2.   STADJI FIL-KOMPETIZZJONI

2.1   APPLIKAZZJONI

1.

Ivverifika bir-reqqa li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-kompetizzjoni.

2.

Oħloq il-kont EPSO tiegħek jekk għadek ma għamiltx dan.

3.

Agħmel it-testijiet kampjun interattivi.

4.

Imla l-applikazzjoni onlajn tiegħek.

5.

Indika kull arranġament speċjali meħtieġ biex tagħmel it-testijiet

6.

Ivvalida u ssottometti l-applikazzjoni tiegħek b’mod elettroniku sal-iskadenza indikata.

7.

Ippreżenta l-fajl tal-applikazzjoni komplut.

2.1.1.   Ivverifika li tissodisfa l-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà

Qabel tapplika, ivverifika bir-reqqa li:

inti tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tal-eliġibbiltà, kemm dawk ġenerali kif ukoll dawk speċifiċi; dan ifisser li għandek taqra l-avviż tal-kompetizzjoni u dawn ir-regoli ġenerali bir-reqqa u taċċetta l-kundizzjonijiet stabbiliti fihom,

għamilt l-għażla korretta tal-qasam u l-profil; għal xi kompetizzjonijiet ippubblikati fl-istess ħin, inti tista’ tapplika biss għal qasam jew profil wieħed, u dan ikun indikat b’mod ċar fl-avviż tal-kompetizzjoni.

L-informazzjoni fir-rigward tal-eliġibbiltà tiegħek mogħtija fl-applikazzjoni onlajn tiġi vverifikata, abbażi tad-dokumenti ġustifikattivi fil-fajl tiegħek komplut qabel ma tiġi stabbilita l-lista ta’ riżerva (ara l-punt 2.1.7 u t-Taqsima 2.6 hawn taħt).

2.1.2.   Oħloq il-kont tal-EPSO tiegħek

Il-kont EPSO jservi bħala interface elettroniku bejnek u l-EPSO. Huwa fih li tirċievi l-komunikazzjonijiet mill-EPSO u fejn tista’ ssegwi l-applikazzjonijiet tiegħek. Huwa wkoll hawn li tiġi maħżuna d-dejta personali tiegħek, u fejn tista’ titlob li din tiġi aġġornata (11).

Jekk għad ma għandekx kont, tista’ toħloq wieħed billi ssegwi l-istruzzjonijiet fil-websajt tal-EPSO (12). Biex tagħmel dan, għandu jkollok indirizz tal-posta elettronika validu u attiv.

Tista’ toħloq kont tal-EPSO wieħed biss, li jibqa’ validu għall-applikazzjonijiet kollha futuri. Tista’ tiġi skwalifikat fi kwalunkwe fażi tal-proċedura jekk l-EPSO jiskopri li inti ħloqt aktar minn kont wieħed (ara wkoll it-Taqsima 3.5 aktar ’l isfel).

2.1.3.   Agħmel it-testijiet kampjun interattivi.

Skont il-kompetizzjoni li tapplika għaliha, tista’ tintalab li tagħmel xi testijiet interattivi obbligatorji pprovduti bħala eżempji. Dawn it-testijiet għandhom jagħtuk idea tal-livell meħtieġ għat-testijiet ta’ preselezzjoni għal din il-kompetizzjoni.

2.1.4.   Imla l-applikazzjoni onlajn tiegħek

Għandek tapplika permezz tal-websajt tal-EPSO, filwaqt li ssegwi l-istruzzjonijiet fil-manwal elettroniku tal-applikazzjoni (13).

Jekk jogħġbok innota li l-proċedura tal-applikazzjoni nnifisha tista’ tieħu ċertu ammont ta’ ħin minħabba l-ammont ta’ informazzjoni li trid iddaħħal. Hija r-responsabbiltà tiegħek li tara li timla u tivvalida l-applikazzjoni tiegħek qabel l-iskadenza mogħtija fl-avviż tal-applikazzjoni.

Skont il-kompetizzjoni, inti tintalab tinkludi l-informazzjoni rilevanti (14) dwar:

id-diplomi/il-kwalifiki tiegħek,

l-esperjenza professjonali tiegħek (jekk din tkun meħtieġa),

il-motivazzjoni tiegħek biex tapplika,

l-għarfien tiegħek tal-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Fil-każ ta’ kompetizzjonijiet ta’ speċjalisti jista’ jkun ukoll li jkollok tirrispondi serje ta’ mistoqsijiet dwar l-esperjenza u l-kwalifiki rigward il-qasam tal-kompetizzjoni (ara t-Taqsima 2.4 “Għażla fuq il-bażi tal-kwalifiki – it-talent screener”).

Il-partijiet kollha tal-formola ta’ applikazzjoni onlajn, inkluż it-“talent screener”, iridu jimtlew bl-Ingliż, bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż, sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor fl-avviż tal-kompetizzjoni. In-nuqqas li tosserva dan l-obbligu jista’ jwassal għall-esklużjoni tiegħek mill-kompetizzjoni.

2.1.5.   Indika kwalunkwe arranġamenti speċjali meħtieġa biex tagħmel it-testijiet

Jekk għandek diżabilità jew kundizzjoni li tista’ titlob arranġamenti speċjali sabiex isiru t-testijiet, imla l-informazzjoni rilevanti fuq il-formola ta’ applikazzjoni onlajn.

Inti meħtieġ li tibgħat jew ċertifikat mediku jew ċertifikat maħruġ minn entità rikonoxxuta li jipprova d-diżabilità tiegħek mill-aktar fis possibbli wara li tivvalida l-applikazzjoni onlajn tiegħek, b’wieħed minn dawn il-modi:

jew bil-posta elettronika lil: EPSO-accessibility@ec.europa.eu

jew bil-faks f’dan in-numru: +32 22998081

jew bil-posta fl-indirizz li ġej: European Personnel Selection Office (EPSO), C-25, 1049 Brussels, Belgium

Immarka din il-korrispondenza b’mod ċar bil-kliem “EPSO accessibility,” fejn tikkwota ismek, in-numru tal-kompetizzjonin-numru tal-applikazzjoni tiegħek.

Id-dokumenti ta’ prova tiegħek jiġu eżaminati fuq bażi ta’ każ b’każ u fejn ikun ġustifikat, fid-dawl kemm tal-evidenza ppreżentata kif ukoll tal-prinċipju tat-trattament ugwali tal-kandidati, jistgħu jiġu offruti arranġamenti speċjali mill-EPSO fil-limiti ta’ dak li jiġi meqjus bħala raġonevoli.

Jekk diżabilità jew kundizzjoni tiżviluppa wara l-iskadenza għall-applikazzjonijiet onlajn, trid tinforma lill-EPSO malajr kemm jista’ jkun dwar l-arranġamenti li tqis li huma meħtieġa u tibgħat id-dokumenti ta’ prova rilevanti permezz tal-posta elettronika, fax jew bil-posta lill-EPSO bl-użu tad-dettalji indikati aktar ’il fuq.

2.1.6.   Ikkonferma u vvalida l-applikazzjoni onlajn tiegħek

Wara li timla l-formola tal-applikazzjoni onlajn tiegħek, trid tissottemettiha billi tikklikkja fuq il-buttuna “validate application” sabiex din tiġi kkunsidrata u pproċessata mill-EPSO.

Meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek, inti tkun qed tiddikjara fuq l-unur tiegħek li tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi ta’ eliġibbiltà speċifikati fl-avviż tal-kompetizzjoni.

Ta’ min jinnota li l-EPSO ma jistax jaċċetta applikazzjonijiet minn kandidati li jonqsu li jivvalidaw l-applikazzjoni tagħhom qabel l-iskadenza.

Meta tivvalida l-applikazzjoni ma tkun tista’ tagħmel l-ebda bidliet oħra; id-dejta pprovduta tiġi pproċessata immedjatament mill-EPSO bl-għan li jorganizza l-kompetizzjoni.

Il-kundizzjonijiet kollha tal-eliġibbiltà, kemm ġenerali kif ukoll speċifiċi, jridu jkunu ssodisfati fid-data/i stabbilita/i fl-avviż tal-kompetizzjoni.

2.1.7.   Ippreżenta fajl ta’ applikazzjoni komplut.

Fajl tal-applikazzjoni komplut huwa fajl li jinkludi kopja tal-applikazzjoni tiegħek kif ukoll id-dokumenti ta’ prova kollha meħtieġa.

Jekk mhuwiex speċifikat fl-avviż tal-kompetizzjoni li l-fajl għandu jintbagħat simultanjament mal-applikazzjoni onlajn, il-kandidati mistiedna għall-fażi tal-evalwazzjoni biss jiġu mitluba jġibu magħhom il-fajl tal-applikazzjoni komplut tagħhom fil-jum taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.

Meta nitolbuk tipprovdi l-fajl komplut tal-applikazzjoni tiegħek, l-ittra tagħna tindika liema tip ta’ dokumenti ta’ prova trid tehmeż (pereżempju fotokopji mhux iċċertifikati jew oriġinali tad-dokumenti meħtieġa).

L-EPSO ma jirritornax dokumenti u, f’konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta, wara l-iskadenza tal-perjodu taż-żamma applikabbli, il-fajls jiġu meqruda.

Jekk titqiegħed fil-lista ta’ riżerva u tiġi offrut pożizzjoni, ikollok tipproduċi l-oriġinali tad-dokumenti kollha għaċ-ċertifikazzjoni qabel tkun tista’ tiġi rreklutat.

Referenzi għal websajts, paġni tal-web ipprintjati, jew referenzi għal applikazzjonijiet jew dokumenti preċedenti ma jikkostitwixxux dokumenti ta’ prova validi.

Meta tkun mitlub tippreżenta l-applikazzjoni sħiħa tiegħek, għandek:

(1)

Tipprintja l-formola tal-applikazzjoni onlajn ivvalidata tiegħek mill-kont tal-EPSO tiegħek.

(2)

Tinnumera u tehmeż id-dokumenti ta’ prova kollha meħtieġa u tinkludi indiċi nnumerat tagħhom (15).

2.2.   TESTIJIET TA’ PRESELEZZJONI MULTIPLE CHOICE IBBAŻATI FUQ IL-KOMPJUTER

Għall-biċċa l-kbira tal-kompetizzjonijiet, l-EPSO jorganizza testijiet multiple-choice ta’ preselezzjoni bbażati fuq il-kompjuter. Il-bord tal-għażla jiddetermina l-livell ta’ diffikultà ta’ dawn it-testijiet u japprova s-suġġett tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO. It-testijiet jiġu mmarkati bil-kompjuter.

F’ċerti kompetizzjonijiet (b’mod partikolari dawk għal profili speċjalizzati, li jinkludu għażla bbażata fuq il-kwalifiki) testijiet ta’ preselezzjoni fuq il-kompjuter jiġu organizzati biss jekk in-numru ta’ kandidati li applikaw għall-kompetizzjoni jkun ogħla minn ċertu limitu. Dan il-limitu jkun determinat mid-Direttur tal-EPSO, fil-kwalità tiegħu bħala awtorità tal-ħatra, wara l-iskadenza għar-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet, u jkun ippubblikat fuq il-websajt tal-EPSO. F’kompetizzjonijiet li jinkludu diversi oqsma, dan il-limitu jista’ jvarja minn qasam għall-ieħor.

Skont il-kompetizzjoni li tkun applikajt għaliha, it-testijiet ta’ preselezzjoni jistgħu jinkludu dawn l-elementi li ġejjin:

test tar-raġunament verbali: sabiex jivvaluta l-abbiltà tiegħek li taħseb b’mod loġiku u tifhem l-informazzjoni verbali,

test tar-raġunament numeriku: sabiex jivvaluta l-abbiltà tiegħek li taħseb b’mod loġiku u tifhem l-informazzjoni numerika,

eżami tar-raġunament astratt: sabiex jivvaluta l-abbiltà tiegħek li taħseb b’mod loġiku u tifhem ir-relazzjonijiet bejn il-kunċetti li ma jinvolvu l-ebda elementi lingwistiċi, spazjali jew numeriċi,

test ta’ valutazzjoni sitwazzjonali: sabiex jivvaluta l-komportament tipiku tiegħek f’kuntest tax-xogħol:

test(ijiet) tal-ħiliet lingwistiċi,

test(ijiet) ta’ kompetenzi professjonali speċifiċi.

Sabiex tagħmel it-testijiet ta’ preselezzjoni bbażati fuq il-kompjuter, trid tibbukkja appuntament għat-test. Tirċievi struzzjonijiet dwar kif tibbukkja t-testijiet tiegħek permezz tal-kont tal-EPSO tiegħek, inkluża l-indikazzjoni tal-perjodu ta’ żmien li fih inti tista’ tibbukkja, u tutorial dwar il-proċess ta’ kif tibbukkja.

Normalment, tiġi offrut diversi dati possibbli u lista ta’ ċentri differenti li fihom inti tista’ tagħmel it-testijiet. Innota li l-perjodu li fih inti tista’ tibbukkja u tagħmel it-testijiet tiegħek huwa limitat. Jekk tonqos milli tibbukkja appuntament għat-test fil-perjodu indikat, tiġi awtomatikament skwalifikat mill-kompetizzjoni.

2.3.   VERIFIKA TAL-ELIĠIBBILTÀ (AMMISSJONI)

L-EPSO jivverifika jekk l-applikazzjoni tiegħek hijiex ammissibbli, jiġifieri jekk ġietx ippreżentata qabel l-iskadenza u skont il-kundizzjonijiet definiti fl-avviż tal-kompetizzjoni.

Jekk l-applikazzjoni tiegħek tkun ammissibbli, l-informazzjoni mogħtija fl-applikazzjoni onlajn tiegħek tiġi ċċekkjata għall-konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tal-eliġibbiltà (16), kif speċifikat fl-avviż tal-kompetizzjoni. Din l-informazzjoni tiġi vverifikata fi stadju aktar tard mad-dokumenti ta’ prova ipprovduti (sakemm l-avviż tal-kompetizzjoni ma jipprevedix kontrolli tad-dokumenti fi stadju aktar bikri, ara l-punt 2.1.7). Jekk jogħġbok innota, madankollu, li l-Bord tal-Għażla għandu d-dritt li jitolbok informazzjoni jew dokumenti addizzjonali f’kull stadju tal-proċedura (17) – b’hekk, anki qabel l-istadju fejn l-avviż tal-kompetizzjoni jipprevedi verifika tad-dokumenti ta’ prova.

Jiġu kkunsidrati biss l-applikazzjonijiet li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-avviż tal-kompetizzjoni.

Jekk il-kompetizzjoni tinkludi testijiet ta’ preselezzjoni multiple choice fuq il-kompjuter (ara t-Taqsima 2.2 hawn fuq), il-verifika ta’ eliġibbiltà sseħħ wara li jsiru dawk it-testijiet. Ir-rispett tal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi huwa kkontrollat f’ordni dixxendenti tal-punti miksuba fit-testijiet ta’ preselezzjoni, sakemm in-numru ta’ kandidati li

kisbu kemm il-minimu meħtieġ kif ukoll l-aħjar marki fit-testijiet,

kif ukoll

li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ eliġibbilità

jilħaq l-għadd li jistgħu jiġu mistiedna għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. (Dan in-numru huwa jew definit direttament fl-avviż ta’ kompetizzjoni, jew – f’każijiet fejn l-eżamijiet ta’ preselezzjoni huma organizzati biss jekk l-għadd ta’ talbiet jaqbeż ċertu limitu – jikkorrispondi mal-limitu li jiskatta l-organizzazzjoni ta’ dawk it-testijiet, iddefinit mid-direttur tal-EPSO skont it-taqsima 2.2.)

F’każ li, diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni. L-applikazzjonijiet elettroniċi tal-kandidati li jiġu kklassifikati taħt dan il-limitu ma jiġux eżaminati.

In-numru finali ta’ kandidati mistiedna għall-fażi li jmiss jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-EPSO.

2.4.   L-GĦAŻLA BBAŻATA FUQ IL-KWALIFIKI – IT-TALENT SCREENER

Għall-biċċa l-kbira tal-profili speċjalisti, il-kandidati jridu jgħaddu minn fażi msejħa “għażla bbażata fuq il-kwalifiki”. F’din il-fażi, il-bord tal-għażla jevalwa l-applikazzjonijiet tal-kandidati u jagħżel dawk li l-kwalifiki tagħhom (b’mod partikolari d-diplomi u l-esperjenza professjonali) l-aktar joqorbu lejn id-dmirijiet u l-kriterji tal-għażla stabbiliti fl-avviż tal-kompetizzjoni.

Jekk int kandidat f’kompetizzjoni ta’ dan it-tip, trid twieġeb serje ta’ mistoqsijiet fit-taqsima “talent screener” tal-formola ta’ applikazzjoni onlajn. Il-mistoqsijiet huma bbażati fuq il-kriterji tal-għażla mogħtija fl-avviż tal-kompetizzjoni u t-tweġibiet tiegħek huma evalwati mill-bord tal-għażla. Il-kandidati kollha f’kompetizzjoni jwieġbu l-istess sett ta’ mistoqsijiet. B’dan il-mod, il-bord tal-għażla jiġi ppreżentat bit-tweġibiet tal-kandidati kollha fl-istess qafas strutturat u dan jgħin lill-bord sabiex iwettaq evalwazzjoni oġġettiva bir-reqqa tal-merti komparattivi tal-kandidati kollha.

L-“għażla abbażi tal-kwalifiki” ssir wara li titlesta l-verifika tal-eliġibbiltà fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet onlajn. Il-bord tal-għażla jivvaluta biss il-kwalifiki ta’ dawk il-kandidati li nstabu li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-eliġibbiltà.

L-għażla ssir biss fuq il-bażi tat-tweġibiet għal mistoqsijiet speċifiċi fit-tab “talent screener” tal-formola tal-applikazzjoni onlajn.

Il-bord tal-għażla l-ewwel jiddeċiedi dwar il-piżijiet li jagħti (minn 1 sa 3) għal kull mistoqsija tat-talent screener, skont l-importanza marbuta mal-kriterju. Imbagħad, il-bord tal-għażla jeżamina l-kontenut tat-tweġibiet tal-kandidati għall-mistoqsijiet u jagħti minn 0 sa 4 punti għal kull tweġiba. Dawn il-punti mbagħad jiġu mmultiplikati skont il-piż li jingħata lil kull mistoqsija u jingħaddu.

Dawk il-kandidati li jkunu kisbu l-aħjar marki jgħaddu għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni (l-avviż tal-kompetizzjoni jispeċifika n-numru ta’ kandidati li jistgħu jkunu ammessi; fejn diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn jiġu mistiedna kollha).

In-numru finali ta’ kandidati li jgħaddu għall-fażi li jmiss jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-EPSO.

2.5.   ĊENTRU TA’ EVALWAZZJONI

Il-kandidati li jirnexxu fit-testijiet ta’ preselezzjoni multiple choice ibbażati fuq il-kompjuter u/jew fl-għażla abbażi tal-kwalifiki, u li l-formoli ta’ applikazzjoni onlajn tagħhom juru li huma jissodisfaw il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi ta’ eliġibbiltà kollha tal-kompetizzjoni tagħhom, jiġu mistiedna għal ċentru ta’ evalwazzjoni.

Iċ-ċentru ta’ evalwazzjoni normalment isir fi Brussell jew il-Lussemburgu, u jista’ jsir matul jum wieħed jew aktar. Ċerti eżerċizzji, minkejja li huma parti mill-mudell taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, jistgħu jkunu organizzati fuq kompjuter fi bliet oħra. F’dan il-każ, il-proċedura għall-arranġamenti prattiċi (ir-riżervazzjoni ta’ data u ta’ ċentru) jkunu simili għall-proċedura msemmija fit-Taqsima 2.2.

Fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, jiġu vvalutati l-kompetenzi ġenerali tal-kandidati (ara t-Taqsima 1.2) u l-kompetenzi speċifiċi tagħhom (relatati mad-dmirijiet ikkonċernati).

Il-kontenut taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni huwa vvalidat mill-bord tal-għażla tal-kompetizzjoni. Skont il-kompetizzjoni, dawn it-testijiet jistgħu jinkludu dawn li ġejjin:

studju ta’ każ partikolari: eżami bil-miktub abbażi ta’ xenarju rilevanti, li fih tiffaċċja diversi problemi li tintalab issolvihom jew li inti għandek tirreaġixxi għalihom, billi tibbaża biss fuq il-materjal ipprovdut;

preżentazzjoni orali: eżami individwali ta’ analiżi u ta’ preżentazzjoni li fih tiġi mitlub tħejji proposta dwar problema immaġinarja marbuta ma’ sitwazzjoni professjonali. Wara analiżi tad-dokumentazzjoni li tingħatalek, inti tippreżenta l-ideat tiegħek lil grupp żgħir ta’ nies,

intervista/i bbażata/i fuq il-kompetenzi: eżerċizzju individwali mmirat biex jiġbor, b’mod strutturat, informazzjoni rilevanti dwar il-kompetenzi ġenerali tiegħek (u/jew kompetenzi speċifiċi fil-qasam ta’ kompetizzjonijiet speċjalizzati) fuq il-bażi tal-esperjenza tiegħek fil-passat,

eżerċizzju fi grupp: wara li tassorbi ċertu ammont ta’ informazzjoni waħdek, inti titqiegħed fi grupp ma’ numru ta’ parteċipanti oħra biex tiddiskuti magħhom ir-riżultati tiegħek u taslu għal deċiżjoni kollettiva,

e-tray: test ibbażat fuq il-kompjuter li fih inti tintalab twieġeb serje ta’ mistoqsijiet bl-użu tad-dokumentazzjoni pprovduta f’inbox tal-posta elettronika,

eżamijiet prattiċi fil-lingwa,

eżerċizzji oħra dwar kompetenzi speċifiċi,

testijiet verbali, numeriċi, tar-raġunament astratt u tal-valutazzjoni sitwazzjonali (jekk dawn it-testijiet ma jkunux saru qabel fil-kompetizzjoni fl-istadju tat-testijiet ta’ preselezzjoni).

It-testijiet użati f’kull kompetizzjoni individwali huma indikati fl-avviż tal-kompetizzjoni. Spjegazzjoni dettaljata ta’ dawn it-testijiet se tingħata wkoll fil-“Manwal taċ-“Ċentru ta’ Evalwazzjoni” li l-kandidati jirċievu meta jiġu mistiedna biex jipparteċipaw f’dan l-istadju tal-kompetizzjoni.

2.6.   KONFERMA TAL-ELIĠIBBILTÀ

Għal dawk il-kandidati li jkunu kisbu l-minimu meħtieġ fit-testijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, il-bord tal-għażla jwettaq verifika tad-dokumenti ta’ prova (ħlief f’każijiet fejn, skont l-avviż tal-kompetizzjoni, il-verifika tad-dokumenti ta’ prova ssir fi stadju aktar bikri tal-kompetizzjoni).

Din il-verifika ssir b’ordni dixxendenti ta’ mertu, ibbażata fuq il-punteġġ totali tal-kandidati, u dan ikompli sakemm in-numru ta’ kandidati li effettivament ikunu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-eliġibbiltà jilħaq l-għadd li jistgħu jiddaħħlu fil-lista ta’ riżerva.

Il-fajls tal-kandidati li jiġu kklassifikati taħt dan il-limitu ma jiġux eżaminati. Jekk matul din il-verifika jirriżulta li d-dikjarazzjonijiet li tkun għamilt fl-applikazzjoni elettronika tiegħek ma jkunux ippruvati bid-dokumenti ta’ prova rilevanti, tiġi eskluż mill-kompetizzjoni.

Għall-evalwazzjoni tal-kwalifiki, id-dokumenti ta’ prova se jkunu kkunsidrati biss biex jikkonfermaw l-informazzjoni diġà mogħtija fis-sezzjoni “evalwazzjoni tal-kapaċitajiet” (“talent screener”).

2.7.   KANDIDATI LI JIRNEXXU/LISTA TA’ RIŻERVA

Il-bord tal-għażla jfassal “lista ta’ riżerva” li jkun fiha l-ismijiet ta’ dawk il-kandidati li jkunu marru l-aħjar u li jkunu kisbu l-ogħla marki, u li d-dokumenti ta’ prova tagħhom jikkonfermaw li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-eliġibbiltà, kif speċifikat fl-avviż tal-kompetizzjoni. In-numru ta’ postijiet fuq il-lista ta’ riżerva huwa definit fl-avviż tal-kompetizzjoni. Fejn diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli, dawn jiġu inklużi kollha fil-lista ta’ riżerva.

Il-lista mbagħad tintbagħat lill-istituzzjonijiet tal-UE li huma responsabbli għar-reklutaġġ tal-kandidati li jirnexxu mil-lista. Li tiġi inkluż f’lista ta’ riżerva ma jfissirx li għandek xi dritt jew garanzija ta’ reklutaġġ.

Il-lista ta’ riżerva, kif ukoll id-data tal-iskadenza tagħha jiġu ppubblikati (18) f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fil-websajt tal-EPSO. F’ċerti każi, il-validità ta’ din il-lista tista’ tiġi estiża. Id-deċiżjoni dwar l-estensjoni ta’ lista tiġi ppubblikata biss fuq il-websajt tal-EPSO.

Il-kandidati li jkunu għamlu t-testijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni (19) jingħataw dokument magħruf bħala “passaport tal-kompetenza”, li jipprovdi informazzjoni kemm kwantitattiva kif ukoll kwalitattiva dwar kif ikunu marru fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.

Il-passaporti ta’ kompetenza tal-kandidati li jirnexxu jitpoġġew ukoll għad-dispożizzjoni tal-Istituzzjonijiet tal-UE, li jistgħu jużawhom matul il-proċedura tar-reklutaġġ u għall-finijiet tal-iżvilupp tal-karriera. Jekk tkun fost il-kandidati li jirnexxu, l-EPSO jipprovdilek ukoll materjal ta’ informazzjoni addizzjonali utli.

3.   INFORMAZZJONI ĠENERALI

3.1.   KOMUNIKAZZJONI

3.1.1.   EPSO: Komunikazzjoni mal-kandidati

Ir-riżultati u l-konvokazzjonijiet tiegħek kollha jiġu kkomunikati lilek biss permezz tal-kont EPSO tiegħek bl-Ingliż, bil-Franċiż, jew bil-Ġermaniż.

Inti meħtieġ li tikkonsulta l-kont tal-EPSO tiegħek f’intervalli regolari – mill-anqas darbtejn fil-ġimgħa – sabiex iżżomm kont tal-progress tal-kompetizzjoni u tiċċekkja l-informazzjoni rilevanti għall-applikazzjoni tiegħek.

Jekk ma tkunx tista’ tagħmel dan minħabba problema teknika li hija dovuta għall-EPSO, għandek tinnotifika lill-EPSO immedjatament.

permezz tal-formola ta’ kuntatt onlajn (20),

jew

bit-telefown fuq + 32 22993131 (21).

Tista’ tikkonsulta informazzjoni ġenerali dwar l-istadji suċċessivi tal-kompetizzjonijiet fuq il-paġna rilevanti tal-kompetizzjoni fuq il-websajt tal-EPSO (www.eu-careers.info).

3.1.2.   Kandidati: komunikazzjoni mal-EPSO

Qabel ma tikkuntattja lill-EPSO l-ewwel iċċekkja li tkun qrajt bir-reqqa l-informazzjoni kollha fl-avviż tal-kompetizzjoni, f’dawn ir-regoli ġenerali, u fil-websajt tal-EPSO inklużi l-“Mistoqsijiet Frekwenti” (22).

Id-dettalji ta’ kuntatt jinstabu fuq il-websajt (23). Fil-korrispondenza kollha dwar applikazzjoni, il-kandidati jridu jikkwotaw isimhom kif mogħti fl-applikazzjoni tagħhom, in-numru tal-kompetizzjoni u n-numru tal-applikazzjoni tagħhom.

L-EPSO jagħti attenzjoni kbira sabiex japplika l-prinċipji tal-kodiċi ta’ mġiba amministrattiva tajba (24). Madankollu, skont dawn l-istess prinċipji, l-EPSO jirriżerva d-dritt li jwaqqaf kull korrispondenza jekk dik li tasallu mingħand il-kandidati tkun repetittiva, abbużiva, u/jew irrilevanti.

3.1.3.   Kandidati: komunikazzjoni mal-bordijiet tal-għażla

Sabiex tiġi garantita l-indipendenza tal-bord tal-għażla, huwa strettament ipprojbit għal kwalunkwe persuna barra mill-bord li tipprova tagħmel kuntatt ma’ wieħed mill-membri tiegħu. L-unika eċċezzjoni hija li l-kandidati jistgħu jindirizzaw bil-miktub lill-president tal-bord tal-għażla permezz tal-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal sabiex jesprimu l-fehma tagħhom jew biex jaffermaw id-drittijiet tagħhom. Kull korrispondenza għall-attenzjoni ta’ bord tal-għażla trid tiġi indirizzata esklussivament lill-EPSO, li mbagħad jgħaddiha lill-bord. L-interventi kollha diretti jew indiretti tal-kandidati li jsiru mingħajr ma jiġu segwiti l-proċeduri hawn fuq imsemmija huma pprojbiti u jistgħu jwasslu għall-esklużjoni mill-kompetizzjoni.

3.2.   PROTEZZJONI TAD-DEJTA

Bħala l-korp responsabbli mill-organizzazzjoni tal-kompetizzonijiet, l-EPSO jiżgura li d-dejta personali tal-kandidati tiġi pproċessata kif mitlub mir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (25) dwar il-protezzjoni tad-dejta personali . Dan japplika b’mod partikolari għall-garanzija tal-kunfidenzjalità u s-sigurtà ta’ din id-dejta.

Aktar informazzjoni dwar din il-kwistjoni tista’ tinstab fit-taqsima tal-protezzjoni tad-dejta tal-websajt tal-EPSO (dikjarazzjoni tal-privatezza) (26).

Id-dejta miġbura fil-qafas ta’ testijiet tista’ tintuża, f’forma anonima, għall-finijiet ta’ riċerka xjentifika.

3.3.   AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI

3.3.1.   Drittijiet speċifiċi ta’ aċċess għall-kandidati

Bħala kandidat involut f’kompetizzjoni miftuħa, għandek drittijiet ta’ aċċess speċifiċi, li jirriżultaw mill-istatus tiegħek ta’ kandidat, għal ċerti dokumenti u informazzjoni tal-kompetizzjoni li jirrigwardaw lilek direttament u individwalment, skont it-termini u l-kundizzjonijiet stabbiliti f’din it-Taqsima.

Dawn id-drittijiet ta’ aċċess speċifiċi huma mogħtija fid-dawl tal-obbligu li jiġu ddikjarati raġunijiet, b’kunsiderazzjoni xierqa għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal li skonthom il-proċedimenti tal-bordijiet tal-għażla għandhom ikunu sigrieti.

Skont l-Artikolu 25(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, kull deċiżjoni li tirrigwarda individwu speċifiku u li taffettwah negattivament trid tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom tkun ibbażata. L-għan tal-obbligu li jiġu ddikjarati raġunijiet huwa li tingħata l-informazzjoni meħtieġa lill-persuna kkonċernata sabiex jiġi aċċertat jekk id-deċiżjoni kkonċernata hix korretta jew le, u sabiex tkun possibbli evalwazzjoni ġudizzjarja.

Fil-każ ta’ deċiżjonijiet meħuda minn bord tal-għażla f’kompetizzjoni, l-obbligu li jiġu ddikjarati raġunijiet irid jiġi rrikonċiljat man-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tal-għażla skont l-Artikolu 6 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal. Din is-segretezza ġiet introdotta sabiex tissalvagwardja l-indipendenza tal-bordijiet tal-għażla u l-oġġettività tal-proċedimenti tagħhom, billi tħarishom minn kull interferenza u pressjoni esterna. Is-segretezza tal-proċedimenti tal-bord għalhekk tipprekludi kemm id-divulgazzjoni tal-attitudnijiet adottati minn membri individwali tal-bordijiet tal-għażla kif ukoll id-divulgazzjoni ta’ kull fattur li jirrigwarda l-valutazzjonijiet individwali jew komparattivi tal-kandidati.

Id-dritt għall-informazzjoni definit f’din it-Taqsima huwa speċifiku għall-kandidati f’kompetizzjoni miftuħa u ma għandux jiġi mfixkel mad-dritt ta’ aċċess kif definit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (27) (ir-Regolament tat-Trasparenza: ara t-Taqsima 3.3.2 hawn taħt). Innota li fir-rigward tal-informazzjoni li tirrigwarda l-parteċipazzjoni personali tiegħek f’kompetizzjoni miftuħa, ma tistax tikseb aktar drittijiet mir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 minn dawk li l-ġurisprudenza rrikonoxxiet bħala li jappartjenu għad-dritt speċifiku ta’ aċċess tal-kandidati deskritt aktar ’il fuq.

3.3.1.1.   Komunikazzjoni individwali awtomatika

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, bħala kandidat, inti tirċievi awtomatikament l-informazzjoni li ġejja:

Stadju tal-kompetizzjoni

Komunikazzjoni

Testijiet multiple-choice ibbażati fuq il-kompjuter

Ir-riżultati tiegħek.

Tabella li turi, għal kull mistoqsija tat-test, it-tweġiba/iet li għażilt u t-tweġiba/iet korretta/i. Din ma turix il-kliem tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet, iżda biss in-numri/ittri ta’ referenza tagħhom.

Innota li l-komunikazzjoni tal-kliem tal-mistoqsijiet u t-tweġibiet tat-testijiet multiple choice ibbażati fuq il-kompjuter hija b’dan espliċitament eskluża. Il-ġurisprudenza kkonfermat li għat-testijiet fil-forma tal-mistoqsijiet multiple-choice, l-obbligu li jiġu ddikjarati raġunijiet huwa rrispettat billi tiġi kkomunikata lill-kandidati l-informazzjoni speċifikata aktar ’il fuq.

Ammissjoni

Ir-riżultati tiegħek (ammess/mhux ammess).

Jekk ma tiġix ammess, il-kriterji tal-eliġibbiltà li ma kinux issodisfati jiġu wkoll indikati.

Għażla skont il-kwalifiki

(talent screener)

Ir-riżultati tiegħek.

Tirċievi wkoll it-tabella li turi l-piż għal kull mistoqsija tat-“talent screener”, u l-punti mogħtija mill-bord tal-għażla għal kull tweġiba.

It-testijiet preliminari

Ir-riżultati tiegħek.

Iċ-Ċentru ta’ Evalwazzjoni

Ir-riżultati tiegħek.

Il-passaport tal-kompetenza tiegħek li juri l-marki globali tiegħek għal kull kompetenza evalwata, u l-kummenti tal-bord tal-għażla.

Innota li l-kandidati li jonqsu milli jtemmu wieħed jew aktar mit-testijiet, jew li jiġu esklużi mill-kompetizzjoni minħabba nuqqas ta’ konformità mar-regoli proċedurali ma jirċevux passaport tal-kompetenza.

3.3.1.2.   Id-divulgazzjoni pubblika awtomatika

Għal xi tipi ta’ testijiet, ladarba jkunu kompletati, l-EPSO jippubblika fuq il-websajt tiegħu t-testi sors/il-kompiti. L-għan ta’ din id-divulgazzjoni huwa li tiżdied it-trasparenza tal-kompetizzjonijiet, f’każijiet fejn dan jista’ jinkiseb mingħajr ma jikkomprometti l-imparzjalità u l-oġġettività tagħhom.

Il-pubblikazzjoni sseħħ wara li t-testijiet ikunu ġew imwettqa u r-riżultati finali tagħhom ikunu ġew stabbiliti u kkomunikati lill-kandidati.

Din tikkonċerna esklussivament lil dawk it-tipi speċifiċi ta’ testijiet fejn it-testi sors/il-kompiti mhumiex intiżi biex jintużaw mill-ġdid f’kompetizzjonijiet futuri. Huma dawn li ġejjin:

testijiet ta’ traduzzjoni fil-kompetizzjonijiet tat-tradutturi,

testijiet ta’ traduzzjoni fil-kompetizzjonijiet tal-ġuristi-lingwisti,

“sommarju fil-lingwa tal-kompetizzjoni” f’kompetizzjonijiet tal-ġuristi-lingwisti.

3.3.1.3.   Informazzjoni wara talba

Il-kandidati jistgħu jitolbu kopja mhux ikkoreġuta tat-tweġibiet tagħhom f’dawk it-testijiet bil-miktub fejn il-kontenut tat-test mhuwiex maħsub biex jerġa’ jintuża f’kompetizzjonijiet futuri (jiġifieri, it-tipi ta’ testijiet elenkati fil-punt 3.3.1.2 hawn fuq).

Talbiet bħal dawn għandhom jitressqu esklussivament permezz tal-formola ta’ kuntatt onlajn fuq il-websajt tal-EPSO.

Min-naħa l-oħra, l-aċċess għal kopji mhux ikkoreġuti ma jistax jingħata f’dawk il-każijiet fejn il-kontenut tat-test huwa maħsub biex jintuża mill-ġdid fil-futur, u fejn id-divulgazzjoni ta’ dawn il-kopji jikkomprometti l-iżvilupp ta’ testijiet futuri u l-ġustizzja u l-oġġettività ta’ kompetizzjonijiet futuri. Dan jikkonċerna, b’mod partikolari, l-istudju tal-każ, li għalih l-aċċess għal kopji mhux ikkoreġuti huwa b’dan eskluż b’mod espliċitu.

Bħala regola ġenerali, innota li t-talbiet kollha għall-informazzjoni jiġu evalwati fid-dawl tal-obbligu msemmi hawn fuq li jiġu ddikjarati r-raġunijiet u li titqies in-natura kunfidenzjali tal-proċedimenti tal-bord tal-għażla skont ir-Regolamenti tal-Persunal (l-Anness III, l-Artikolu 6), u f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta personali.

Innota li l-karti tat-tweġibiet ikkoreġuti u d-dettalji tal-immarkar, b’mod partikolari, huma koperti mis-segretezza tal-proċedimenti tal-bord tal-għażla u ma jiġux divulgati.  (28)

Ħafna informazzjoni dwar il-proċeduri tal-għażla li jorganizza l-EPSO tinsab fuq il-websajt tiegħu. Jekk ma tkunx tista’ ssib l-informazzjoni li teħtieġ fuq il-websajt, ippreżenta t-talba għall-informazzjoni tiegħek permezz tal-formola ta’ kuntatt fuq il-websajt tal-EPSO u indika bil-mod l-aktar preċiż possibbli l-informazzjoni li tixtieq tikseb u jekk hux qed titlob din l-informazzjoni fid-dawl tal-istatus tiegħek ta’ kandidat fil-kompetizzjoni miftuħa.

3.3.2.   Aċċess għad-dokumenti skont ir-regolament (KE) Nru 1049/2001 – Trasparenza

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jistipula li kull ċittadin tal-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika residenti jew li għandha l-uffiċċju reġistrat fi Stat Membru, għandha dritt ta’ aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, suġġett għall-prinċipji, kundizzjonijiet u limiti stipulati f’dan ir-Regolament. Madankollu, skont il-ġurisprudenza, id-dritt tal-aċċess għad-dokumenti kif stabbilit fir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 jista’ jkun limitat jew miċħud fejn ikun hemm regoli speċjali li jirregolaw kwistjonijiet speċifiċi, skont il-prinċipju li regola speċjali tirbaħ fuq ir-regola ġenerali (lex specialis derogat legi generali).

Fil-każ tal-kompetizzjonijiet miftuħa, l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (ir-regola ġenerali) hija eskluża bis-saħħa tal-Artikolu 6 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal, li jikkostitwixxi regola speċjali (29).

Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, ftit li xejn huwa probabbli li tikseb dokument partikolari fid-dawl ta’ dan ir-regolament li jkun ġie rrifjutat lilek bħala kandidat fi proċedura ta’ għażla.

Minbarra dan, ir-Regolament japplika biss għal talbiet għal aċċess għal dokumenti eżistenti, jiġifieri “kull kontenut, ikun liema jkun il-medju tiegħu (miktub fuq karta jew reġistrat f’forma elettronika jew bħala reġistrazzjoni, ta’ ħoss, viżiv jew awdjoviż) dwar kwistjoni dwar il-politiki, l-attivitajiet u d-deċiżjonijiet li jaqgħu fl-isfera ta’ responsabbiltà tal-istituzzjoni” (30). L-Istituzzjonijiet ma jistgħux jiġu obbligati li jikkompilaw dokumenti ġodda wara talba.

3.4.   ILMENTI

Il-proċeduri tal-kompetizzjonijiet huma organizzati professjonalment mill-EPSO, uffiċċju interistituzzjonali ddedikat b’esperjenza twila f’dan il-qasam. Nagħmlu l-aħjar tagħna biex niggarantixxu proċeduri ġusti u oġġettivi u kundizzjonijiet tal-ittestjar xierqa għall-kandidati kollha. Madankollu, minkejja l-aħjar sforzi tagħna, jista’ jkun hemm każijiet fejn iseħħu problemi tekniċi jew żbalji umani.

3.4.1.   X’għandek tagħmel jekk xi ħaġa tmur ħażin?

Jekk, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura tal-kompetizzjoni, tiltaqa’ ma’ problema teknika jew organizzattiva serja li jkun probabbli li jkollha impatt fuq il-parteċipazzjoni tiegħek fil-kompetizzjoni, informa lill-EPSO immedjatament, sabiex inkunu nistgħu ninvestigaw il-kwistjoni u nieħdu miżuri korrettivi.

Għandek tagħmel dan f’wieħed mil-modi li ġejjin:

għal problemi li jseħħu barra miċ-ċentri tat-testijiet (bħal dawk li jirrigwardaw il-proċess ta’ applikazzjoni jew tal-ibbukkjar), ibgħat lill-EPSO messaġġ permezz tal-formola ta’ kuntatt (31) fuq il-websajt tagħna b’deskrizzjoni qasira tal-problema li tkun iltqajt magħha;

jekk il-problema sseħħ f’ċentru tat-testijiet, informa lill-inviġilaturi u itlobhom jirreġistraw l-ilment tiegħek bil-miktub, u ibgħat lill-EPSO (31) messaġġ permezz tal-formola ta’ kuntatt fuq il-websajt tagħna b’deskrizzjoni qasira tal-problema li ltqajt magħha.

Dejjem ikkwota n-numru tal-kompetizzjoni u n-numru tal-applikazzjoni tiegħek fil-messaġġ tiegħek.

Ħu nota:

jekk tixtieq tagħmel ilment dwar żball fil-kontenut tat-testijiet multiple choice ibbażati fuq il-kompjuter, jekk jogħġbok irreferi għall-proċedura ta’ newtralizzazzjoni deskritta fit-Taqsima 3.4.2 hawn taħt;

jekk tixtieq tikkontesta deċiżjoni meħuda mill-EPSO jew mill-Bord tal-Għażla, jekk jogħġbok irreferi għall-proċedura tar-reviżjoni interna deskritta fit-Taqsima 3.4.3 hawn taħt.

3.4.2.   Newtralizzazzjoni

X’inhi n-newtralizzazzjoni?

Il-bażi tad-dejta tal-mistoqsijiet użati għal testijiet multiple choice fuq il-kompjuter hija suġġetta għal kontroll ta’ kwalità fil-fond permanenti, inklużi kontrolli mwettqa mill-bordijiet tal-għażla. Minkejja dan li ntqal hawn fuq, jista’ jiġri li ċerti mistoqsijiet ikun fihom żbalji materjali.

In-newtralizzazzjoni hija miżura korrettiva, approvata mill-Qorti tal-Ġustizzja (32), li l-għan tagħha hu li tiġi assigurata l-oġġettività tal-valutazzjonijiet u l-ugwaljanza fit-trattament tal-kandidati f’każ li t-testijiet f’kompetizzjonijiet jkollhom xi irregolaritajiet fil-forma ta’ mistoqsijiet żbaljati.

Meta jiġi skopert żball wara li jkunu saru t-testijiet, il-bord tal-għażla tal-kompetizzjoni jista’ jiddeċiedi li jannulla l-mistoqsija żbaljata u li jqassam il-punti li jkunu inizjalment se jingħataw għal din il-mistoqsija fost il-mistoqsijiet l-oħra tat-test. Din is-sistema tfisser li l-kalkolu l-ġdid tal-punti wara n-newtralizzazzjoni ta’ mistoqsija jaffettwa biss lill-kandidati li lilhom tkun tqiegħdet il-mistoqsija speċifika. L-immarkar tat-testijiet jibqa’ kif imsemmi fl-avviż tal-kompetizzjoni.

Huwa importanti li jiġi enfasizzat li s-sistema tan-newtralizzazzjoni tfasslet b’mod li jkun żgurat li l-ebda kandidat ma jkun penalizzat inġustament. Biex dan ikun jista’ jiġi garantit issir simulazzjoni fejn jitqabblu r-riżultati qabel u wara n-newtralizzazzjoni. L-EPSO u l-bordijiet tal-għażla japplikaw politika ta’ inklużjoni aktar milli ta’ esklużjoni, u jistabbilixxu l-livell minimu li fih kandidat jitqies li jkun għadda mit-testijiet wara n-newtralizzazzjoni biex jittieħed kont tas-sitwazzjoni ta’ dawk il-kandidati li jkunu ntlaqtu ħażin min-newtralizzazzjoni.

Bl-istess mod, ta’ min ifakkar ukoll li skont il-ġurisprudenza rilevanti, id-differenza fiż-żmien li l-kandidati ddedikaw biex iwieġbu l-mistoqsijiet li jiġu nnewtralizzati ma jikkostitwixxix trattament mhux ugwali bejn il-kandidati (33).

Talbiet

Jekk inti tqis li xi mistoqsija, jew mistoqsijiet, li sarulek waqt it-testijiet multiple choice ibbażati fuq il-kompjuter kien fihom xi żball li kien ta’ natura tali li minħabba fih il-mistoqsija ma setgħetx titwieġeb jew inkella kien tali li jkollu impatt negattiv fuq il-ħila tal-kandidat li jwieġeb b’mod korrett, inti tista’ titlob li l-mistoqsija tiġi rieżaminata mill-Bord tal-Għażla bil-proċess tan-newtralizzazzjoni.

It-talbiet għal newtralizzazzjoni ta’ mistoqsijiet speċifiċi tas-CBT jridu jsiru fi żmien għaxart ijiem kalendarji mid-data tat-testijiet tiegħek ibbażati fuq il-kompjuter,

jew direttament lill-inviġilatur fiċ-ċentru tal-eżamijiet wara li tkun għamilt it-testijiet tiegħek,

jew permezz tal-formola ta’ kuntatt (34) li tinsab fuq il-websajt tal-EPSO.

Ikkwota dejjem fil-messaġġ tiegħek in-numru tal-kompetizzjoni, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek, u l-frażi “proċeduri ta’ lment”.

Fit-talba tiegħek, inti trid tipprovdi l-informazzjoni neċessarja biex tkun tista’ tiġi identifikata l-mistoqsija, jew identifikati l-mistoqsijiet li inti tqis li kien fihom żbalji (pereż. billi ssemmi dwar xiex kienet il-mistoqsija), kif ukoll tispjega, safejn ikun possibbli, x’kien eżattament l-iżball allegat.

It-talbiet għan-newtralizzazzjoni li jaslu wara l-iskandenza, jew li ma jkunux ċari biżżejjed biex tkun tista’ ssir identifikazzjoni tal-mistoqsija jew mistoqsijiet ikkontestati, jew li ma jispjegawx in-natura tal-iżball allegat, ma jiġux ikkunsidrati.

3.4.3.   Proċedura ta’ reviżjoni interna

Tista’ titlob reviżjoni ta’ kwalunkwe deċiżjoni tal-bord tal-għażla jew tal-EPSO li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus legali tiegħek fil-kompetizzjoni (jiġifieri li tistabbilixxi r-riżultati tiegħek u/jew tiddetermina jekk tistax tipproċedi għall-istadju li jmiss tal-kompetizzjoni jew tiġix eskluż minnu).

Talbiet għal reviżjoni jistgħu jkunu bbażati fuq waħda jew aktar mir-raġunijiet li ġejjin:

irregolarità materjali fil-proċess tal-kompetizzjoni (35),

nuqqas ta’ konformità, mill-bord tal-għażla jew l-EPSO, mar-regoli li jirregolaw il-proċedura tal-kompetizzjoni kif stabbilita mir-Regolamenti tal-Persunal, l-avviż tal-kompetizzjoni, dawn ir-regoli ġenerali, u l-ġurisprudenza.

Innota li ma tistax tikkontesta l-validità tal-evalwazzjoni tal-bord tal-għażla dwar il-kwalità tal-ħidma tiegħek fit-test. Din l-evalwazzjoni hija l-espressjoni ta’ ġudizzju ta’ valur u taqa’ fid-deskrizzjoni wiesgħa li jgawdi l-bord tal-għażla. Għalhekk mhix soġġetta għal reviżjoni amministrattiva jew ġuridika  (36).

Il-kompetizzjoni għall-postijiet fl-Istituzzjonijiet tal-UE hija waħda qawwija, u l-kandidati li jirnexxu huma biss ftit. Minħabba l-istess natura tal-proċedura tal-kompetizzjoni, l-evalwazzjoni komparattiva li din tinvolvi, u n-numru limitat tal-postijiet fuq il-lista ta’ riżerva, huwa inevitabbli li l-maġġoranza tal-kandidati f’kull kompetizzjoni ma jirnexxux, anki jekk ikunu ġeneralment kompetenti. Dan huwa aspett normali tal-kompetizzjoni, pjuttost milli indikazzjoni li xi ħaġa marret ħażin.

Proċedura

Ippreżenta t-talba tiegħek fi żmien għaxart ijiem mid-data meta d-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta tittella’ fil-kont tal-EPSO tiegħek:

jew permezz tal-formola ta’ kuntatt (37) fuq il-websajt tal-EPSO,

jew bil-posta lill-European Personnel Selection Office (EPSO), C-25 1049 Brussels, Belgium.

Ikkwota dejjem fil-messaġġ tiegħek, in-numru tal-kompetizzjoni, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek, u l-frażi “Request for review”.

Għandek tindika b’mod ċar id-deċiżjoni li inti tixtieq tikkontesta, u għandek tiddikjara r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata t-talba tiegħek.

Il-proċedura tar-reviżjoni interna hija mmexxija mit-tim legali tal-EPSO.

Meta nirċievu t-talba tiegħek, nibagħtulek irċevuta fi żmien 15-il jum tax-xogħol.

It-talba tiegħek imbagħad tiġi analizzata u mressqa għall-kunsiderazzjoni tal-istess entità li adottat id-deċiżjoni kkontestata (jew il-bord tal-għażla jew l-EPSO) (38). Il-bord tal-għażla jew l-EPSO mbagħad jieħdu deċiżjoni dwar it-talba tiegħek. Wara li tittieħed deċiżjoni, titħejja tweġiba motivata li tindirizza l-argumenti tiegħek mit-tim legali.

Aħna neżaminaw it-talba tiegħek bir-reqqa, b’mod ġust u oġġettiv. Il-proċedura tista’ tieħu bosta ġimgħat. Nibagħtulek deċiżjoni motivata malajr kemm jista’ jkun, permezz tal-kont tal-EPSO tiegħek.

Jekk it-talba tiegħek għal reviżjoni tirċievi risposta pożittiva, tiġi integrat mill-ġdid fil-kompetizzjoni fl-istadju fejn tkun ġejt eskluż, irrispettivament minn kemm tkun avvanzat il-kompetizzjoni sadittant, sabiex id-drittijiet tiegħek jiġu ssalvagwardjati.

3.4.4.   Forom oħra ta’ kontestazzjoni

3.4.4.1.   Ilmenti amministrattivi

Bħala kandidat f’kompetizzjoni, għandek id-dritt li tindirizza lill-awtorità tal-ħatra (jiġifieri lid-Direttur tal-EPSO) b’ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90, il-paragrafu 2 tar-Regolamenti tal-Persunal.

L-ilment irid ikun dirett kontra att li jaffettwak ħażin (jiġifieri deċiżjoni – jew in-nuqqas ta’ deċiżjoni fejn ikun hemm obbligu li tittieħed deċiżjoni imposta mir-Regolamenti tal-Persunal – li hija ta’ preġudizzju għalik). Sabiex titqies bħala att li jaffettwak ħażin, il-miżura kkonċernata trid tkun tali li direttament u immedjatament taffettwa l-istatus tiegħek bħala kandidat.

Nixtiequ niġbdulek l-attenzjoni għall-fatt li d-deċiżjonijiet ta’ bord tal-għażla ma jistgħux jiġu annullati jew mibdula mid-Direttur tal-EPSO wara li jiġi ppreżentat ilment amministrattiv. Għalhekk ma hemm l-ebda raġuni għalfejn wieħed għandu jippreżenta lment kontra deċiżjoni tal-bord tal-għażla  (39).

L-ilmenti amministrattivi għandhom jiġu ppreżentati fi żmien tliet xhur mid-data tan-notifika tad-deċiżjoni li tixtieq tikkontesta (jew, fl-assenza ta’ deċiżjoni, mill-jum li fih kellha tittieħed deċiżjoni),

jew permezz tal-formola ta’ kuntatt (40) fuq il-websajt tal-EPSO,

jew bil-posta lill-European Personnel Selection Office (EPSO), C-25 1049 Brussels, Belgium.

Ikkwota dejjem fil-messaġġ tiegħek, in-numru tal-kompetizzjoni, in-numru tal-applikazzjoni tiegħek, u l-frażi “complaint procedures”.

3.4.4.2.   Appelli ġudizzjarji

Bħala kandidat f’kompetizzjoni, għandek id-dritt tippreżenta appell ġudizzjarju lit-Tribunal tas-Servizz Ċivili tal-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 270 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 91 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Innota li appelli kontra deċiżjonijiet meħuda mill-EPSO minflok milli mill-bord tal-għażla ma jkunux ammissibbli quddiem it-Tribunal tas-Servizz Ċivili tal-Unjoni Ewropea jekk qabel ma jkunx sar ilment amministrattiv skont l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal skont il-proċedura deskritta aktar ’il fuq fit-Taqsima 3.4.4.1. B’mod partikolari, dan huwa l-każ bid-deċiżjonijiet li jirrigwardaw il-kriterji ġenerali tal-eliġibbiltà, li huma meħuda mill-EPSO u mhux mill-bord tal-għażla.

Għad-dettalji dwar kif għandek tippreżenta appell, ara l-websajt tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (41).

3.4.4.3.   Ilmenti lill-Ombudsman Ewropew

Bħaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni Ewropea u r-residenti tal-Istati Membri, inti tista’ tagħmel ilment quddiem l-Ombudsman Ewropew (42).

Innota li, skont l-Artikolu 2(4) tal-kundizzjonijiet ġenerali li jirregolaw it-twettiq tad-dmirijiet tal-Ombudsman, kull ilment li jitressaq quddiemu għandu jkun ippreċedut mill-approċċi amministrattivi adegwati lill-istituzzjonijiet u l-korpi kkonċernati.

Ilmenti ppreżentati lill-Ombudsman ma għandhomx effett ta’ sospensjoni tal-limitu ta’ żmien stabbilit mill-Artikoli 90(2) u 91 tar-Regolamenti tal-Persunal għall-preżentazzjoni ta’ lmenti jew ta’ appelli quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

3.5.   SKWALIFIKA MILL-KOMPETIZZJONI

Inti tista’ tiġi eskluż mill-kompetizzjoni kkonċernata jekk, fi kwalunkwe stadju tal-proċedura, l-EPSO jsib li:

ħloqt iktar minn kont tal-EPSO wieħed,

applikajt għal profili li huma inkompatibbli,

għamilt xi dikjarazzjonijiet foloz, jew id-dikjarazzjonijiet li għamilt mhumiex sostnuti mid-dokumentazzjoni xierqa,

inqast milli tibbukkja t-testijiet ibbażati fuq il-kompjuter (testijiet multiple-choice, eċċ.),

qarraqt waqt it-testijiet,

ippruvajt tikkuntattja membru tal-bord tal-għażla b’mod mhux awtorizzat,

bgħatt l-applikazzjoni tiegħek b’lingwa oħra li mhix l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż,

kontra l-istruzzjonijiet riċevuti qabel it-test bil-miktub jew prattiku tiegħek, iffirmajt jew ktibt marka distintiva bil-miktub fuq il-kopji tiegħek.

Kull min japplika biex jiġi reklutat mill-istituzzjonjiet irid juri ruħu tal-ogħla integrità possibbli.Il-frodi jew it-tentattivi ta’ frodi jistgħu jesponuk għal penalitajiet u jistgħu jippreġudikaw l-eliġibbiltà tiegħek għal kompetizzjonijiet futuri.


(1)  Kull referenza, fil-qafas ta’ proċeduri ta’ selezzjoni organizzati mill-EPSO, għal persuna ta’ sess maskil għandha tkun ikkunsidrata wkoll li tikkostitwixxi referenza għal persuna ta’ sess femminil.

(2)  Soġġett għal kwalunkwe eċċezzjoni mogħtija skont l-Artikolu 28(a) tar-Regolamenti tal-Persunal, u tal-miżuri speċifiċi adottati għar-reklutaġġ taċ-ċittadini ta’ pajjiżi li jissieħbu fl-Unjoni.

(3)  L-ismijiet tal-membri tal-bord tal-għażla huma ppubblikati fuq il-websajt tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/).

(4)  L-avviżi tal-kompetizzjonijiet ma jistipulawx limitu ta’ età, iżda nixtiequ niġbdulek l-attenzjoni dwar l-età ta’ rtirar stabbilita mir-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (ir-“Regolamenti tal-Persunal”), li jinsabu fuq il-websajt tal-EPSO.

(5)  Soġġett għal kull eċċezzjoni mogħtija skont l-Artikolu 28(a) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali, u kull miżura speċifika adottata għar-reklutaġġ taċ-ċittadini ta’ pajjiżi li jissieħbu fl-Unjoni. Jekk eċċezzjonijiet jew miżuri speċifiċi japplikaw f’kompetizzjoni partikolari, dawn huma indikati fl-avviż tal-kompetizzjoni.

(6)  Irreferi għall-Anness I (eżempji ta’ kwalifiki).

(7)  http://ec.europa.eu/languages/policy/linguistic-diversity/official-languages-eu_en.htm

(8)  Il-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (http://europass.cedefop.europa.eu/europass/home/hornav/Downloads/CEF/LanguageSelfAssessmentGrid.csp)

(9)  Wara s-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla Manja) fil-Kawża C-566/10 P, l-Italja v il-Kummissjoni, l-istituzzjonijiet tal-UE jridu jiddikjaraw ir-raġunijiet għalfejn jillimitaw l-għażla tat-tieni lingwa għal numru żgħir ta’ lingwi uffiċjali tal-UE.

(10)  Irreferi għall-Anness II għat-test tal-Linji Gwida Ġenerali.

(11)  F’konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta;

https://europa.eu/epso/application/passport/index.cfm?action=pdplegal&sb=1&comp_id=

(12)  www.eu-careers.eu

(13)  http://europa.eu/epso/doc/epso_brochure_en.pdf

(14)  Irreferi għall-anness għal aktar informazzjoni dwar l-eliġibbltà u d-dokumenti ta’ prova.

(15)  Ara l-Anness għal aktar informazzjoni ġenerali dwar id-dokumenti ta’ prova.

(16)  Il-konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali tal-eliġibbiltà tkun ivverifikata mill-EPSO, filwaqt li l-konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi tal-eliġibbiltà tkun ivverifikata mill-bord tal-għażla tal-kompetizzjoni.

(17)  Fuq il-bażi tal-Artikolu 2 tal-Anness III tar-Regolamenti tal-Persunal.

(18)  Kandidati li jkunu temmew il-kompetizzjoni b’suċċess jistgħu jitolbu espliċitament li isimhom ma jiġix ippubblikat. Din it-talba għandha tasal għand l-EPSO sa mhux iktar tard minn ġimagħtejn wara d-data li fiha jkunu ttellgħu l-marki fil-profil tal-EPSO tiegħek.

(19)  Minbarra dawk li jonqsu li jtemmu wieħed jew aktar mit-testijiet, jew li jiġu esklużi mill-kompetizzjoni minħabba nuqqas ta’ konformità mar-regoli proċedurali (ara t-Taqsima 3.5 aktar ’l isfel).

(20)  https://europa.eu/epso/application/passport/webform.cfm?usertype=2&lang=en&langsub=ok

(21)  Sabiex nagħtuk l-aħjar servizz, aħna ninkoraġġixxu bil-qawwi li inti tibgħat il-mistoqsijiet tiegħek permezz tal-formoli web fuq il-websajt tagħna. Inti tista’ tuża n-numru tat-telefon f’każijiet ta’ urġenza, madankollu tajjeb li tinnota li din il-linja hija aċċessibbli biss għal perjodu limitat f’kull jum tax-xogħol.

(22)  Taħt it-titlu “Ikkuntattjana” fil-websajt tal-EPSO www.eu-careers.eu

(23)  https://europa.eu/epso/application/passport/webform.cfm?usertype=2&lang=en&langsub=ok

(24)  Ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 267 tal-20 ta’ Ottubru 2000, p. 63.

(25)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).

(26)  https://europa.eu/epso/application/passport/index.cfm?action=pdplegal&sb=1&comp_id=

(27)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43)

(28)  Il-Kawża C-254/95, il-ParlamentInnamorati, sentenza tal-4 ta’ Lulju 1996, ippubblikata fir-Rapporti tal-Qorti Ewropea – Kawżi tal-Persunal 1996 I-03423 (il-paragrafu 29 tas-sentenza); il-Kawża F-127/11, De Mendozail-Kummissjoni, sentenza tat-12 ta’ Frar 2014, għadha mhix ippubblikata (il-paragrafu 99 tas-sentenza).

(29)  T-371/03, Le Vociil-Kunsill, sentenza tal-14 ta’ Lulju 2005, ippubblikata fil-Kawżi tal-Persunal tar-Rapport tal-Qorti Ewropea 2005 FP-I-A-00209 FP-II-00957, il-paragrafi 121-124 b’referenzi ulterjuri.

(30)  Ara l-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

(31)  https://europa.eu/epso/application/passport/webform.cfm?usertype=2&lang=en&langsub=ok

(32)  Il-Kawża T-49/03 Schumann v il-Kummissjoni, sentenza tal-21 ta’ Ottubru 2004, ippubblikata fir-Rapporti tal-Qorti Ewropea – Kawżi tal-Persunal 2004 II p. 1371 (il-paragrafi 53-55 tas-sentenza); Il-Kawża F-2/07 Matos Martins v il-Kummissjoni, sentenza tal-15 ta’ April 2010 (il-paragrafu 191 tas-sentenza).

(33)  Il-Kawżi Konġunti T-167/99 u T-174/99 Giulietti u Oħrajn v il-Kummissjoni, sentenza tat-2 ta’ Mejju 2001, ippubblikata fir-Rapporti tal-Qorti Ewropea – Kawżi tal-Persunal 2001 II p. 441) ara l-punt 59); Il-Kawża F-2/07 Matos Martins v il-Kummissjoni, sentenza tal-15 ta’ April 2010, (il-paragrafu 183 tas-sentenza).

(34)  https://europa.eu/epso/application/passport/webform.cfm?usertype=2&lang=en&langsub=ok

(35)  Dan ma japplikax għal żbalji fil-mistoqsijiet fit-testijiet tal-preselezzjoni, li huma eżaminati skont il-proċedura tan-newtralizzazzjoni msemmija fil-punt 3.4.2.

(36)  Il-Kawża F-127/07, Coto MorenoIl-Kummissjoni, sentenza tal-11 ta’ Settembru 2008, ippubblikata fir-Rapporti tal-Qorti Ewropea – Kawżi tal-Persunal 2008 FP-I-A-1-00295; FP-II-A-1-01563 (il-paragrafu 33 tas-sentenza)

(37)  https://europa.eu/epso/application/passport/webform.cfm?usertype=2&lang=en&langsub=ok

(38)  Dan huwa dovut għall-qsim tal-kompetenzi impost mir-Regolamenti tal-Persunal.

(39)  Il-Kawża 34/80 Authiéil-Kummissjoni, sentenza tas-26 ta’ Frar 1981, ippubblikata fir-Rapporti tal-Qorti Ewropea 1981 p. 665 (il-paragrafu 7 tas-sentenza); Il-Kawżi Konġunti 4/78, 19/78 u 28/78 Salerno u oħrajn v il-Kummissjoni, sentenza tat-30 ta’ Novembru 1978, ippubblikata fir-Rapporti tal-Qorti Ewropea 1978 p. 2403.

(40)  https://europa.eu/epso/application/passport/webform.cfm?usertype=2&lang=en&langsub=ok

(41)  http://curia.europa.eu/jcms/jcms/T5_5230/

(42)  http://www.ombudsman.europa.eu/start.faces


ANNESS I

Eżempji ta’ diplomi li, fil-prinċipju, jikkorrespondu għal dawk mitluba mill-avviżi ta’ kompetizzjonijiet

PAJJIŻ

minn AST-SC1 sa AST-SC6

minn AST1 sa AST7

minn AST3 sa AST11

minn AD5 sa AD16

Edukazzjoni sekondarja (1) (li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post sekondarja)

Edukazzjoni post sekondarja (kors post sekondarju iżda mhux Universitarju jew kors Universitarju qasir ta’ perjodu legali ta’ mill-inqas sentejn)

Edukazzjoni ta’ livell Universitarju (mill-anqas 3 snin (2))

Edukazzjoni ta’ livell Universitarju (4 snin jew aktar)

Belgique — België — Belgien

Certificat de l’enseignement secondaire supérieur (CESS)/Diploma secundair onderwijs

Diplôme d’aptitude à accéder à l’enseignement supérieur (DAES)/

Getuigschrift van hoger secundair onderwijs

Diplôme d’enseignement professionnel

Getuigschrift van het beroepssecundair onderwijs

Candidature — Kandidaat/

Graduat — Gegradueerde

Bachelor/Professioneel gerichte Bachelor

Bachelor académique (180 crédits)

Academisch gerichte Bachelor (180 ECTS)

Licence/Licentiaat

Master

Diplôme d’études approfondies (DEA)

Diplôme d’études spécialisées (DES)

Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS)

Gediplomeerde in de Voortgezette Studies (GVS)

Gediplomeerde in de Gespecialiseerde Studies (GGS)

Gediplomeerde in de Aanvullende Studies (GAS)

Agrégation/Aggregaat

Ingénieur industriel/Industrieel ingenieur

Doctorat/Doctoraal diploma

България

Диплома за завършено средно образование

Специалист по …

 

Диплома за висше образование

Бакалавър

Магистър

Česká republika

Vysvědčení o maturitní zkoušce

Vysvědčení o absolutoriu (Absolutorium) + diplomovaný specialista (DiS.)

Diplom o ukončení

bakalářského studia (Bakalář)

Diplom o ukončení vysokoškolského studia

Magistr

Doktor

Danmark

Bevis for:

Studentereksamen

Højere Forberedelseseksamen (HF)

Højere Handelseksamen (HHX)

Højere Afgangseksamen (HA)

Bac pro: Bevis for Højere Teknisk Eksamen (HTX)

Videregående uddannelser

= Bevis for = Eksamensbevis som (erhversakademiuddannelse AK)

Bachelorgrad (B.A eller B.Sc)

Professionsbachelorgrad

Diplomingeniør

Kandidatgrad/Candidatus

Master/Magistergrad (Mag.Art)

Licenciatgrad

Ph.D.-grad

Deutschland

Abitur/Zeugnis der allgemeinen Hochschulreife

Fachabitur/Zeugnis der Fachhochschulreife

 

Fachhochschulabschluss

Bachelor

Hochschulabschluss/ Fachhochschulabschluss/ Master

Magister Artium/Magistra Artium

Staatsexamen/Diplom

Erstes Juristisches Staatsexamen

Doktorgrad

Eesti

Gümnaasiumi lõputunnistus + riigieksamitunnistus

Lõputunnistus kutsekeskhariduse omandamise kohta

Tunnistus keskhariduse baasil kutsekeskhariduse omandamise kohta

Bakalaureusekraad (min 120 ainepunkti)

Bakalaureusekraad (< 160 ainepunkti)

Rakenduskõrghariduse diplom

Bakalaureusekraad (160 ainepunkti)

Magistrikraad

Arstikraad

Hambaarstikraad

Loomaarstikraad

Filosoofiadoktor

Doktorikraad (120–160 ainepunkti)

Éire/Ireland

Ardteistiméireacht Grád D3 i 5 ábhar

Leaving Certificate Grade D3 in 5 subjects

Gairmchlár na hArdteistiméireachta (GCAT)

Leaving Certificate Vocational Programme (LCVP)

Teastas Náisiúnta

National Certificate

Céim bhaitsiléara

Ordinary bachelor degree

Dioplóma Náisiúnta (ND, Dip.)

National Diploma (ND, Dip.)

Dámhachtain Ardteastas Ardoideachais (120 ECTS)

Higher Certificate (120 ECTS)

Céim onórach bhaitsiléara (3 bliana/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Honours bachelor degree (3 years/180 ECTS) (BA, B.Sc, B.Eng)

Céim onórach bhaitsiléara (4 bliana/240 ECTS)

Honours bachelor degree (4 years/240 ECTS) Céim ollscoile

University degree

Céim mháistir (60-120 ECTS)

Master’s degree (60-120 ECTS)

Céim dochtúra

Doctorate

Ελλάδα

Απολυτήριο Γενικού Λυκείου Απολυτήριο Κλασικού Λυκείου

Απολυτήριο Τεχνικού -

Επαγγελματικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Πολυκλαδικού Λυκείου

Απολυτήριο Ενιαίου Λυκείου Απολυτήριο Τεχνολογικού

Επαγγελματικού Εκπαιδευτηρίου

Δίπλωμα Επαγγελματικής Κατάρτισης (I.Ε.Κ.)

 

Πτυχίο (ΑΕI πανεπιστημίου,

πολυτεχνείου, ΤΕI)

Μεταπτυχιακό Δίπλωμα Ειδίκευσης

(2ος κύκλος)

Διδακτορικό Δίπλωμα (3ος κύκλος)

España

Bachillerato + Curso de Orientación Universitaria (COU)

Bachillerato

BUP

Diploma de Técnico especialista

FP grado superior (Técnico superior)

Diplomado/ Ingeniero técnico

Licenciatura

Máster

Ingeniero

Título de Doctor

France

Baccalauréat

Diplôme d’accès aux études universitaires (DAEU)

Brevet de technicien

Diplôme d’études universitaires générales (DEUG)

Brevet de technicien supérieur (BTS)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Diplôme d’études universitaires scientifiques et techniques (DEUST)

Licence

Maîtrise

Maîtrise des sciences et techniques (MST), maîtrise des sciences de gestion (MSG), diplôme d’études supérieures techniques (DEST), diplôme de recherche technologique (DRT), diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS), diplôme

d’études approfondies (DEA)

Master 1, master 2 professionnel

Master 2 recherche

Diplôme des grandes écoles

Diplôme d’ingénieur

Doctorat

Italia

Diploma di maturità (vecchio ordinamento)

Perito ragioniere

Diploma di superamento dell’esame di Stato conclusivo dei corsi di studio di istruzione secondaria superiore

Diploma universitario (DU)

Certificato di specializzazione tecnica superiore/

Attestato di competenza (4 semestri)

Diploma di laurea — L (breve)

Diploma di laurea (DL)

Laurea specialistica (LS)

Master di I livello

Dottorato di ricerca (DR)

Κύπρος

Απολυτήριο

Δίπλωμα = Programmes offered by Public/Private Schools of Higher Εducation (for the latter accreditation is compulsory)

Higher Diploma

 

Πανεπιστημιακό Πτυχίο/Bachelor

Master

Doctorat

Latvija

Atestāts par vispārējo vidējo izglītību

Diploms par profesionālo vidējo izglītību

Diploms par pirmā līmeņa profesionālo augstāko izglītību

Bakalaura diploms (min. 120 kredīti)

Bakalaura diploms (160 kredīti)

Profesionālā bakalaura diploms

Maģistra diploms

Profesionālā maģistra diploms

Doktora grāds

Lietuva

Brandos atestatas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštesniojo mokslo diplomas

Profesinio bakalauro diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Aukštojo mokslo diplomas

Bakalauro diplomas

Magistro diplomas

Daktaro diplomas

Meno licenciato diplomas

Luxembourg

Diplôme de fin d’études secondaires et techniques

BTS

Brevet de maîtrise

Brevet de technicien supérieur

Diplôme de premier cycle universitaire (DPCU)

Diplôme universitaire de technologie (DUT)

Bachelor

Diplôme d’ingénieur technicien

Master

Diplôme d’ingénieur industriel

Diplôme d’études supérieures spécialisées (DESS) en droit européen

Magyarország

Gimnáziumi érettségi bizonyítvány

Szakközépiskolai érettségi — Képesítő

bizonyítvány

Felsőfokú szakképesítést igazoló bizonyítvány (Higher Vocational Program)

Főiskolai oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 180 credits)

Egyetemi oklevél

Alapfokozat (Bachelor degree 240 credits)

Mesterfokozat (Master degree)

(Osztatlan mesterképzés)

Doktori fokozat

Malta

Advanced Matriculation or GCE Advanced level in 3 subjects (2 of them grade C or higher)

Matriculation certificate (2 subjects at Advanced level and 4 at Intermediate level including Systems of Knowledge with overall grade A-C) + Passes in the Secondary Education Certificate examination at Grade 5

2 A Levels (passes A-C) + a number of subjects at Ordinary level, or equivalent

MCAST diplomas/certificates

Higher National Diploma

Bachelor’s degree

Bachelor’s degree

Master of Arts

Doctorate

Nederland

Diploma VWO

Diploma staatsexamen (2 diploma’s)

Diploma staatsexamen voorbereidend wetenschappelijk onderwijs

(Diploma staatsexamen VWO)

Diploma staatsexamen hoger algemeen voortgezet onderwijs (Diploma staatsexamen HAVO)

Kandidaatsexamen

Associate degree (AD)

Bachelor (WO)

HBO bachelor degree

Baccalaureus of «Ingenieur»

HBO/WO Master’s degree

Doctoraal examen/Doctoraat

Österreich

Matura/Reifeprüfung

Reife- und Diplomprüfung

Berufsreifeprüfung

Kollegdiplom/ Akademiediplom

Fachhochschuldiplom/Bakkalaureus/Bakkalaurea

Universitätsdiplom/ Fachhochschuldiplom/

Magister/Magistra

Master

Diplomprüfung, Diplom-Ingenieur

Magisterprüfungszeugnis

Rigorosenzeugnis

Doktortitel

Polska

Świadectwo dojrzałości

Świadectwo ukończenia liceum ogólnokształcącego

Dyplom ukończenia kolegium nauczycielskiego

Świadectwo ukończenia szkoły policealnej

Licencjat/Inżynier

Magister/Magister inżynier

Dyplom doktora

Portugal

Diploma de Ensino Secundário/

Certificado de Habilitações do Ensino Secundário

 

Bacharel Licenciado

Licenciado

Mestre

Doutorado

Republika Hrvatska

Svjedodžba o državnoj maturi

Svjedodžba o završnom ispitu

Stručni pristupnik/pristupnica

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Baccalaureus/Baccalaurea (sveučilišni prvostupnik/prvostupnica)

Stručni specijalist

Magistar struke

Magistar inženjer/magistrica inženjerka (mag. ing.)

Doktor struke

Doktor umjetnosti

România

Diplomă de bacalaureat

Diplomă de absolvire

(colegiu universitar)

învățământ preuniversitar

Diplomă de licență

Diplomă de licență

Diplomă de inginer

Diplomă de urbanist

Diplomă de master

Certificat de atestare (studii academice

postuniversitare)

Diplomă de doctor

Slovenija

Maturitetno spričevalo

(spričevalo o poklicni maturi)

(spričevalo o zaključnem izpitu)

Diploma višje strokovne šole

Diploma o pridobljeni visoki strokovni izobrazbi

Univerzitetna diploma/magisterij/specializacija/doktorat

Slovensko

vysvedčenie o maturitnej skúške

absolventský diplom

diplom o ukončení bakalárskeho štúdia (bakalár)

diplom o ukončení vysokoškolského štúdia

bakalár (Bc.)

magister

magister/inžinier

ArtD

Suomi/Finland

Ylioppilastutkinto tai peruskoulu + kolmen vuoden ammatillinen koulutus – Studentexamen eller grundskola + treårig yrkesinriktad utbildning

(Betyg över avlagd yrkesexamen på andra stadiet)

Todistus yhdistelmäopinnoista

(Betyg över kombinationsstudier)

Ammatillinen opistoasteen tutkinto – Yrkesexamen på institutnivå

Kandidaatin tutkinto – Kandidatexamen/ Ammattikorkeakoulututkinto –

Yrkeshögskoleexamen (min. 120 opintoviikkoa – studieveckor)

Maisterin tutkinto – Magisterexamen/

Ammattikorkeakoulututkinto –

Yrkeshögskoleexamen (min. 160 opintoviikkoa – studieveckor)

Tohtorin tutkinto (Doktorsexamen) joko 4 vuotta tai 2 vuotta lisensiaatin tutkinnon jälkeen – antingen 4 år eller 2 år efter licentiatexamen

Lisensiaatti/Licentiat

Sverige

Slutbetyg från gymnasieskolan

(3-årig gymnasial utbildning)

Högskoleexamen (80 poäng)

Högskoleexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Yrkeshögskoleexamen/Kvalificerad yrkeshögskoleexamen, 1–3 år

Kandidatexamen (akademisk examen omfattande minst 120 poäng, varav 60 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 10 poäng)

Meriter på grundnivå:

Kandidatexamen, 3 år, 180 högskolepoäng (Bachelor)

Magisterexamen (akademisk examen omfattande minst 160 poäng, varav 80 poäng fördjupade studier i ett ämne + uppsats motsvarande 20 poäng eller två uppsatser motsvarande 10 poäng vardera)

Licentiatexamen

Doktorsexamen

Meriter på avancerad nivå:

Magisterexamen, 1 år, 60 högskolepoäng

Masterexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Meriter på forskarnivå:

Licentiatexamen, 2 år, 120 högskolepoäng

Doktorsexamen, 4 år, 240 högskolepoäng

United Kingdom

General Certificate of Education Advanced level — 2 passes or equivalent (grades A to E)

BTEC National Diploma

General National Vocational Qualification (GNVQ), advanced level

Advanced Vocational Certificate of Éducation, A level (VCE A level)

Higher National Diploma/Certificate (BTEC)/SCOTVEC

Diploma of Higher Education (DipHE)

National Vocational Qualifications (NVQ)

Scottish Vocational Qualifications (SVQ) level 4

(Honours) Bachelor degree

NB: Master’s degree in Scotland

Honours Bachelor degree

Master’s degree (MA, MB, MEng, MPhil, MSc)

Doctorate


(1)  L-aċċess għall-grupp tal-funzjoni AST huwa soġġett għall-kundizzjoni addizzjonali li tkun inkisbet esperjenza professjonali adattata ta’ mill-inqas 3 snin.

(2)  L-aċċess għall-gradi 7 sa 16 huwa soġġett għall-kundizzjoni addizzjonali li tkun inkisbet esperjenza professjonali adattata ta’ mill-inqas sena u nofs.


ANNESS II

Linji gwida ġenerali tal-Kulleġġ tal-Kapijiet tal-Amministrazzjoni dwar l-użu tal-lingwi fil-kompetizzjonijiet tal-EPSO

Huwa kkonfermat li, bħala regola ġenerali, l-użu tal-lingwi fil-kompetizzjonijiet tal-EPSO jkun kif ġej:

L-elementi stabbli fis-sit tal-Internet tal-EPSO jkunu fil-lingwi uffiċjali kollha.

L-avviżi tal-kompetizzjonijiet, inklużi l-kompetizzjonijiet għal-lingwisti u l-kompetizzjonijiet relatati mat-tkabbir, kif ukoll ir-regoli ġenerali li jirregolaw il-kompetizzjonijiet miftuħa jiġu ppubblikati fil-lingwi uffiċjali kollha.

It-testijiet li ġejjin ikunu fil-lingwi uffiċjali kollha:

Testijiet tal-preselezzjoni (raġunament verbali u numeriku).

Testijiet tal-komprensjoni tal-lingwa għall-kompetizzjonijiet tat-tradutturi.

Testijiet preliminari tat-traduzzjoni għall-kompetizzjonijiet tal-ġuristi-lingwisti.

Testijiet intermedji tal-interpretazzjoni (fuq il-kompjuter) għall-kompetizzjonijiet tal-interpreti.

Testijiet tal-kompetenza (traduzzjoni jew interpretazzjoni) għall-kompetizzjonijiet tal-lingwisti.

Għandu jiġi nnutat li għalkemm l-EPSO jista’ jorganizza dawn it-tipi ta’ testijiet fil-lingwi uffiċjali kollha, dan ma jfissirx li dawn isiru sistematikament fl-24 lingwa fil-kompetizzjonijiet kollha. It-testijiet tal-preselezzjoni huma organizzati fid-dawl tal-ewwel lingwi ddikjarati tal-applikanti, u t-testijiet tal-lingwi jiddependu fuq il-kombinazzjonijiet tal-lingwi tal-kompetizzjonijiet ikkonċernati.

Iċ-ċentri ta’ evalwazzjoni jsiru biss fit-tieni lingwa tal-kandidat, magħżula minn fost l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż.

Bl-istess mod, is-sejħiet għall-espressjonijiet ta’ interess għall-proċeduri tal-għażla għall-persunal kuntrattwali organizzati mill-Uffiċċju jiġu ppubblikati fil-lingwi uffiċjali kollha.

Bosta fatturi jiġġustifikaw il-limitazzjoni tal-għażla tat-tieni lingwa.

L-ewwel nett, l-interessi tas-servizz jitolbu li r-rekluti l-ġodda jkunu jistgħu jkunu immedjatament operattivi u kapaċi jwettqu d-dmirijiet li għalihom ikunu ġew irreklutati fil-qasam jew ir-rwol kopert mill-kompetizzjoni.

L-Ingliż, il-Franċiż, u l-Ġermaniż huma l-lingwi l-aktar użati fl-istituzzjonijiet. Tradizzjonalment, dawn huma l-lingwi użati fil-laqgħat tal-membri tal-istituzzjonijiet. Huma wkoll il-lingwi l-aktar użati ta’ sikwit għall-komunikazzjoni kemm interna kif ukoll esterna. Dan huwa ppruvat mill-istatistika dwar il-lingwi sors tat-testi tradotti mis-servizzi tat-traduzzjoni tal-istituzzjonijiet.

Fid-dawl tal-ħtiġijiet lingwistiċi reali tal-istituzzjonijiet għall-finijiet tal-komunikazzjoni interna u esterna, kriterju tal-għażla skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal għandu jkun l-għarfien sodisfaċenti ta’ waħda minn dawn it-tliet lingwi, li għandu jiġi ttestjat permezz ta’ simulazzjoni ta’ sitwazzjoni realistika tax-xogħol. L-għarfien tat-tielet lingwa kif stipulat fl-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal ma jistax ikun sostitut għall-għarfien ta’ waħda mit-tliet lingwi fiż-żmien tar-reklutaġġ.

It-tieni, il-limitazzjoni tal-lingwi għall-istadji sussegwenti tal-kompetizzjonijiet hija ġġustifikata min-natura tat-testi involuti. F’konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolamenti tal-Persunal, l-awtoritajiet tal-ħatra tal-istituzzjonijiet iddeċidew li jimmodifikaw il-proċeduri tal-għażla billi introduċew mill-2010 ’l quddiem metodi ta’ evalwazzjoni bbażati fuq il-kompetenzi sabiex ikunu jistgħu jipprevedu aħjar jekk il-kandidati humiex kapaċi jwettqu d-dmirijiet tagħhom.

Korp sostanzjali ta’ riċerka xjentifika wera li ċ-ċentri ta’ evalwazzjoni, li jissimulaw sitwazzjonijiet reali tax-xogħol huma l-aħjar mezz kif wieħed jipprevedi l-prestazzjoni fil-ħajja reali. Bħala l-aktar mezz ta’ evalwazzjoni effettiv, huma użati madwar id-dinja. Fid-dawl tat-tul tal-karrieri u l-grad ta’ mobilità fl-istituzzjonijiet, dan it-tip ta’ evalwazzjoni huwa kruċjali. Bl-għajnuna ta’ qafas tal-kompetenza ddefinit mill-awtoritajiet tal-ħatra, jintgħażlu numru ta’ eżerċizzji addattati sabiex jiġu evalwati l-kompetenzi mfittxija. Sabiex jiġi żgurat li l-kandidati jkunu jistgħu jiġu evalwati b’mod ġust u jkunu jistgħu jikkomunikaw direttament mal-evalwaturi u l-kandidati l-oħra li jkunu qed jieħdu sehem fl-eżerċizzju, l-applikazzjoni ta’ dan il-metodu titlob, b’mod partikolari, li ċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jsir f’lingwa komuni jew, f’ċerti ċirkostanzi, fil-lingwa waħda ewlenija tal-kompetizzjoni. Fl-ewwel każ, il-lingwa komuni trid tintgħażel minn fost il-lingwi li huwa l-aktar probabbli li l-kandidati jkunu jafu. Fid-dawl ta’ din il-premessa, għandu jsir minn kollox biex tiġi evitata d-diskriminazzjoni bejn il-kandidati; għalhekk kulħadd għandu jiġi ttestjat fit-tieni lingwa tiegħu. Iżda billi dik il-lingwa trid tkun ukoll lingwa komuni, l-għażla tat-tieni lingwa bilfors tkun limitata. Billi l-użu tradizzjonali msemmi hawn fuq għadu l-prattika interna kurrenti, dik l-għażla trid tkun bejn l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż. Iċ-ċentri ta’ evalwazzjoni ma jinvolvux l-evalwazzjoni tal-għarfien tal-lingwa min-naħa tal-kandidati; għarfien sodisfaċenti ta’ waħda mit-tlieta bħala t-tieni lingwa huwa biżżejjed biex ikunu jistgħu jsiru t-testijiet (dan jikkonforma mar-rekwiżiti minimi stabbiliti permezz tal-Artikolu 28 tar-Regolamenti tal-Persunal). Dan il-livell tal-għarfien tal-lingwa ma huwa bl-ebda mod sproporzjonat fid-dawl tal-ħtiġijiet reali tas-servizz kif deskritti aktar ’il fuq.

L-użu tal-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż bħala t-tieni lingwa magħżula fl-istadji sussegwenti tal-kompetizzjonijiet ma jinvolvi l-ebda diskriminazzjoni abbażi tal-lingwa materna. Mhuwiex restrizzjoni fuq l-użu tal-lingwa materna. L-obbligu fuq il-kandidati li jagħżlu t-tieni lingwa (l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż) li hija differenti mill-ewwel lingwa tagħhom (normalment il-lingwa materna jew ekwivalenti għaliha) jiżgura li dawn ikunu jistgħu jiġu kkomparati fuq bażi ugwali. Għandu jiġi wkoll innutat li l-pussess ta’ għarfien suffiċjenti tat-tieni lingwa jiddependi essenzjalment fuq sforz personali mill-kandidati.

Dan ir-rekwiżit huwa, fi kwalunkwe każ, proporzjonali fid-dawl tal-ħtiġijiet reali tas-servizz. Li jiġu limitati l-għażliet tat-tieni lingwa jirrifletti l-lingwi li n-nies fl-Ewropa jafu bħalissa. L-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż mhux biss huma l-lingwi ta’ bosta Stati Membri tal-Unjoni Ewropea, iżda huma wkoll il-lingwi barranin l-aktar magħrufa. Huma l-lingwi l-aktar studjati bħala lingwi barranin u l-lingwi li n-nies jemmnu li huma l-aktar utli biex wieħed jitgħallimhom. Il-ħtiġijiet reali tas-servizz għalhekk jidhru li huma riflessjoni raġonevoli tal-ħiliet lingwistiċi li l-kandidati jistgħu jkunu mistennija li jkollhom, partikolarment billi l-għarfien tal-lingwa fis-sens strett tiegħu (żbalji tal-grammatika, l-ortografija jew il-vokabolarju) mhumiex evalwati fit-testijiet tal-kompetenza. Li wieħed jillimita l-għażla tat-tieni lingwa għall-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż għalhekk ma jippreżentax ostaklu sproporzjonat għal persuni li jixtiequ jagħmlu l-kompetizzjonijiet. Tabilħaqq, skont l-informazzjoni disponibbli, dan jikkorrispondi mill-qrib ma’ dak li n-nies huma mdorrijin bih u jistennew.

L-istatistika relevanti tappoġġa l-konklużjoni li l-limitazzjoni tal-għażliet tat-tieni lingwa għal ċerti stadji tal-kompetizzjoni hija proporzjonata u mhux diskriminatorja. Pereżempju, l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġermaniż kienu l-aktar għażliet frekwenti meta l-kandidati ngħataw il-possibilità li jagħżlu t-tieni lingwa tagħhom minn fost il-11-il lingwa uffiċjali fil-kompetizzjonijiet ewlenin tal-ġeneralisti tal-EU–25 għall-amministraturi u l-assistenti fl-2005. L-istatistika għall-kompetizzjonijiet wara r-riforma tal-2010 ma turi l-ebda preġudizzju favur iċ-ċittadini tal-pajjiżi fejn l-Ingliż, il-Franċiż jew il-Ġeramniż huma lingwi uffiċjali. U l-istatistika għas-sensiela ta’ kompetizzjonijiet AD 2010 turi li numri sostanzjali ta’ kandidati għadhom jagħżlu waħda mit-tlieta bħala t-tieni lingwa tagħhom.

Għall-istess raġunijiet, jidher raġonevoli li l-kandidati jintalbu jagħżlu waħda minn dawn it-tliet lingwi sabiex jikkomunikaw mal-EPSO u jimlew it-talent screener.

Għaldaqstant, biex jinkiseb bilanċ bejn l-interessi tas-servizz u l-abbiltajiet tal-kandidati, ċerti testijiet għandhom isiru f’numru limitat ta’ lingwi tal-Unjoni Ewropea, kemm sabiex jiġi żgurat li l-kandidati li jirnexxu jkollhom għarfien adegwat ta’ kombinazzjoni ta’ lingwi li tippermettilhom li jwettqu d-dmirijiet tagħhom b’mod effettiv kif ukoll sabiex ikunu jistgħu jiġu applikati metodi tal-għażla bbażati fuq l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni. Billi l-avviżi u l-gwidi għall-kompetizzjonijiet huma ppubblikati fl-24 lingwa tal-Unjoni u billi l-kandidati jistgħu jagħmlu l-ewwel fażi tal-kompetizzjonijiet, li hija importanti, fi kwalunkwe waħda mill-24 lingwa li jagħżlu bħala l-lingwa materna tagħhom, jidher li qed jinstab bilanċ ġust bejn l-interessi tas-servizz u l-prinċipju tal-multilingwiżmu u n-non-diskriminazzjoni skont il-lingwa.

Għażla ta’ każ b’każ għandha għalhekk issir skont l-arranġamenti lingwistiċi adottati mill-Bord tat-Tmexxija tal-EPSO u l-ħtieġa speċifika tal-istituzzjonijiet li jkunu jistgħu jirreklutaw kandidati li jkunu operattivi immedjatament. Għalhekk, hemm żewġ każijiet ġenerali possibbli:

L-ewwel nett, profili ġenerali jew speċifiċi fejn il-fattur ewlieni fl-għażla, minbarra l-kompetenzi ġenerali, huwa li wieħed ikun espert jew ikollu l-esperjenza f’qasam jew impjieg partikolari. Hawnhekk, ir-rekwiżit essenzjali huwa li wieħed ikun jista’ jaħdem u jikkomunika f’kuntest multilingwi fejn il-ħtieġa li wieħed ikollu għarfien tal-lingwi l-aktar użati fl-istituzzjonijiet jiġġustifika li l-għażla tal-lingwi tal-Unjoni Ewropea fil-proċedura tal-għażla tiġi limitata.

It-tieni, profili fejn l-għarfien ta’ lingwa waħda jew aktar ikun ta’ importanza partikolari, pereżempju lingwisti jew profili oħra fejn il-proċeduri tal-għażla jiġu organizzati skont il-lingwa. Hawn, minbarra evalwazzjoni tal-kompetenzi ġenerali kif indikat aktar ’il fuq fl-ewwel xenarju, testijiet oħra ta’ kompetenzi speċifiċi għandhom jiġu organizzati fil-lingwa/i kkonċernata/i/

Ukoll meta jittieħed dan l-approċċ, kwalunkwe deċiżjoni li tillimita n-numru ta’ lingwi fil-kompetizzjonijiet għandha tippermetti l-kunsiderazzjoni tal-kwistjoni fil-każ ta’ kull kompetizzjoni individwali sabiex jiġu riflessi l-ħtiġijiet speċifiċi tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-profil(i) kkonċernat(i).