|
ISSN 1977-0987 |
||
|
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 68A |
|
|
||
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
|
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
|
V Avviżi |
|
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
|
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) |
|
|
2015/C 068A/01 |
|
MT |
|
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)
|
26.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
CA 68/1 |
AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONIJIET ĠENERALI
AMMINISTRATURI (AD 5/AD 7) SPEĊJALIZZATI FIR-RIĊERKA ĠURIDIKA
EPSO/AD/295/15 – Ġuristi b’taħriġ fid-dritt Bulgaru (BG)
EPSO/AD/296/15 – Ġuristi b’taħriġ fid-dritt Ġermaniż (DE)
EPSO/AD/297/15 – Ġuristi b’taħriġ fid-dritt Kroat (HR)
EPSO/AD/298/15 – Ġuristi b’taħriġ fid-dritt Irlandiż (IE)
EPSO/AD/299/15 – Ġuristi b’taħriġ fid-dritt Litwan (LT)
EPSO/AD/300/15 – Ġuristi b’taħriġ fid-dritt Slovakk (SK)
(2015/C 068 A/01)
L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjonijiet ġenerali abbażi ta’ kwalifiki u eżamijiet sabiex jinħolqu listi ta’ riżerva maħsuba biex jimtlew pożizzjonijiet vakanti ta’ uffiċjali fil-livell ta’ “amministraturi” (1) fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari fid-Direttorat għar-Riċerka u d-Dokumentazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-Lussemburgu.
|
Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 60 A tal-1 ta’ Marzu 2014 u fuq il-websajt tal-EPSO. Dawn id-dispożizzjonijiet huma parti integrali mill-avviż ta’ kompetizzjonijiet. |
WERREJ
|
I. |
KUNTEST ĠENERALI |
|
II. |
DESKRIZZJONI TAD-DMIRIJIET |
|
III. |
KUNDIZZJONIJIET TA’ AMMISSJONI |
|
IV. |
AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U SELEZZJONI ABBAŻI TAL-KWALIFIKI |
|
V. |
INTERVISTA MILL-BOGĦOD |
|
VI. |
ĊENTRU TA’ EVALWAZZJONI |
|
VII. |
VERIFIKA TAD-DIKJARAZZJONIJIET TAL-KANDIDATI |
|
VIII. |
LISTI TA’ RIŻERVA |
I. KUNTEST ĠENERALI
|
EPSO/AD/295/15 – BG AD 5 = 2 AD 7 = 2 EPSO/AD/296/15 – DE AD 5 = 3 AD 7 = 3 EPSO/AD/297/15 – HR AD 5 = 2 AD 7 = 2 EPSO/AD/298/15 – IE AD 5 = 2 AD 7 = 2 EPSO/AD/299/15 – LT AD 5 = 2 AD 7 = 2 EPSO/AD/300/15 – SK AD5 = 2 AD7 = 2 |
||||||
|
Dan l-avviż jinkludi sitt kompetizzjonijiet u żewġ gradi għal kull kompetizzjoni. Int tista’ tapplika għal kompetizzjoni waħda u għal grad wieħed biss. Din l-għażla ssir meta timla l-applikazzjoni elettronika u ma tistax tinbidel ladarba tkun ikkonfermajt u vvalidajt l-applikazzjoni tiegħek b’mod elettroniku. Madankollu,
Dan it-trasferiment iseħħ qabel il-verifika tat-tweġibiet tiegħek għall-kriterji ta’ selezzjoni u abbażi tad-dikjarazzjonijiet tiegħek fl-applikazzjoni elettronika. |
||||||
|
Għandek tapplika b’mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO, u b’mod partikolari fil-Manwal tal-Applikazzjoni. Data tal-għeluq (inkluża l-validazzjoni): il-31 ta’ Marzu 2015 f’12.00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell |
II. DESKRIZZJONI TAD-DMIRIJIET
Id-Direttorat għar-Riċerka u d-Dokumentazzjoni, magħmul minn ġuristi tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni, joffri assistenza lill-Qorti tal-Ġustizzja, lit-Tribunal u lit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fl-eżerċitar tad-dmirijiet ġuriżdizzjonali tagħhom u jikkontribwixxi għad-disseminazzjoni tal-każistika fil-qasam tad-dritt tal-Unjoni Ewropea.
Id-Direttorat, b’mod partikolari, huwa mistenni jwettaq ħidmiet ta’ analiżi preliminari fir-rigward ta’ kawżi ġodda kif ukoll riċerka, bit-talba tal-Qorti jew tat-Tribunali, b’rabta mal-kawżi li għalihom dawn il-qrati jkunu ġew invokati. Tali riċerki jistgħu jirrigwardaw id-dritt tal-Unjoni Ewropea jew id-dritt ta’ Stat Membru wieħed jew aktar, u eventwalment dak ta’ pajjiżi terzi, li jiġu analizzati permezz ta’ approċċ komparattiv.
Id-Direttorat għandu rwol importanti wkoll fid-disseminazzjoni esterna tal-każistika tal-Qorti u tat-Tribunali, billi jwettaq analiżi sistematika ta’ din il-każistika u billi jfassal għodod maħsuba għar-riċerka. Barra minn hekk, huwa responsabbli minn diversi bażijiet ta’ dejta.
Il-ġuristi tad-Direttorat jikkontribwixxu għall-oqsma kollha ta’ attività msemmija hawn taħt, skont il-grad tagħhom.
Amministraturi tal-Grad AD 5 :
|
— |
ħidmiet ta’ analiżi tal-każistika ta’ tliet qrati, |
|
— |
l-analiżi preliminari ta’ kawżi ġodda, |
|
— |
il-parteċipazzjoni fil-ħidmiet ta’ riċerka, b’mod partikolari f’dak li jirrigwarda d-dritt nazzjonali tagħhom, |
|
— |
il-parteċipazzjoni fil-monitoraġġ ta’ żviluppi ġuridiċi fil-livell nazzjonali u fil-livell tad-dritt tal-Unjoni. |
Amministraturi tal-Grad AD 7 :
|
— |
ħidmiet ta’ koordinazzjoni u ta’ reviżjoni li jinvolvu livell għoli ta’ responsabbiltà f’dak li jirrigwarda
|
|
— |
it-tmexxija ta’ proġetti ġuridiċi u s-segwitu ta’ proġetti kbar tal-informatika li biex dawn jitwettqu jkun meħtieġ għarfien espert ġuridiku ta’ livell għoli, |
|
— |
it-tfassil u/jew l-iżvilupp ta’ għodod ta’ riċerka ġuridika u ta’ disseminazzjoni tal-każistika nazzjonali u tal-Unjoni, analizzata min-naħa tad-Direttorat. |
Ta’ min wieħed jenfasizza mal-ewwel żewġ karatteristiċi tal-ħidma tad-Direttorat:
|
1. |
Minbarra l-għarfien tajjeb tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, l-eżerċitar tad-dmirijiet jirrikjedi, min-naħa l-waħda, għarfien profond, mifrux u aġġornat tad-dritt nazzjonali tiegħu stess, u min-naħa l-oħra, ħila eċċellenti fir-riċerka ġuridika. |
|
2. |
Għall-finijet tas-servizz, il-ġuristi tad-Direttorat għar-Riċerka u d-Dokumentazzjoni jrid ikollhom għarfien tajjeb tal-lingwa Franċiża. |
III. KUNDIZZJONIJIET TA’ AMMISSJONI
Fid-data tal-għeluq stabbilita għar-reġistrazzjoni elettronika , int għandek tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha li ġejjin:
|
|||||||||
|
|||||||||
|
|||||||||
|
2.1 |
Kwalifiki Il-Grad AD 5 Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi ta’ mill-anqas tliet snin, iċċertifikati bid-diploma fil-liġi, indikata hawn isfel. Il-Grad AD 7 Livell ta’ edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji konklużi, ta’ mill-inqas erba’ snin, iċċertifikati bid-diploma fil-liġi, indikata hawn isfel. Id-diploma fil-liġi trid tikkorrispondi mas-sistema ġuridika applikabbli għall-kompetizzjoni magħżula (ara hawn taħt). Sabiex jiddetermina jekk il-kandidat ikunx kiseb livell li jikkorrispondi ma’ studji universitarji konklużi, il-bord ta’ selezzjoni jieħu inkunsiderazzjoni r-regoli li kienu fis-seħħ fiż-żmien li fih tkun inkisbet id-diploma. Diploma fid-dritt Bulgaru: Удостоверява се с българска диплома за завършено висше юридическо образование “магистър по право”. Diploma fid-dritt Ġermaniż: Juristische Ausbildung im deutschen Recht, die mit dem zweiten Juristischen Staatsexamen abgeschlossen wurde. Diploma fid-dritt Kroat: Diploma iz hrvatskog prava stečena na sveučilišnom studiju. Diploma fid-dritt Irlandiż: Diploma fil-liġi mogħtija minn Università Irlandiża jew kwalifika bħala avukat jew bħala konsulent legali fl-Irlanda. Céim sa dlí ó ollscoil Éireannach nó cáilíocht mar abhcóide nó aturnae a bheith bainte amach agat in Éirinn. Diploma fid-dritt Litwan: Kandidatai turi turėti universitetinį išsilavinimą Lietuvos teisės srityje, patvirtintą teisės bakalauro ar teisės magistro diplomu arba juos atitinkančiu diplomu, suteikiančiu teisininko kvalifikaciją. Diploma fid-dritt Slovakk: Vysokoškolské štúdium v oblasti slovenského práva ukončené diplomom z odboru právo, ktorý umožňuje pokračovať vzdelávanie v doktorandskom študijnom programme. |
||||||||
|
2.2 |
Esperjenza professjonali Il-Kompetizzjoni AD 5: Ma tinħtieġ l-ebda esperjenza professjonali. Il-Kompetizzjoni AD 7: Tinħtieġ esperjenza professjonali ta’ mill-inqas 6 snin li tkun rilevanti għan-natura tad-dmirijiet ikkonċernati. Esperjenza fir-riċerka ġuridika akkwistata matul it-tħejjija għad-dottorat tista’ tiġi kkunsidrata bħala esperjenza professjonali sal-limitu ta’ sentejn, dejjem jekk ikun inkiseb id-dottorat. |
||||||||
|
2.3 |
Għarfien lingwistiku (3) |
||||||||
|
|
Id-Direttorat għar-Riċerka u d-Dokumentazzjoni jrid jiżgura l-kopertura ġeografika tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea sabiex jiggarantixxi assistenza legali lit-tliet qrati permezz ta’ riċerki u ta’ analiżi ġuridiċi fil-qasam tad-drittijiet nazzjonali tal-Istati rispettivi u tad-dritt tal-Unjoni. L-għażla tal-lingwi meħtieġa għall-eżamijiet tirrifletti l-ħtiġijiet tas-servizz u, b’mod aktar speċifiku, il-ħtiġijiet ta’ rappreżentanza ta’ ġuristi li jkunu ġejjin minn sistemi ġuridiċi ta’ ċerti Stati Membri li għadhom mhux rappreżentati fis-servizz minn xi uffiċjal. |
||||||||
|
Lingwa 1 |
Il-lingwa ewlenija (livell minimu meħtieġ: C1) għarfien profond tal-lingwa tal-kompetizzjoni EPSO/AD/295/15: għarfien profond tal-Bulgaru (BG) EPSO/AD/296/15: għarfien profond tal-Ġermaniż (DE) EPSO/AD/297/15: għarfien profond tal-Kroat (HR) EPSO/AD/298/15: għarfien profond tal-Ingliż (EN) jew tal-Irlandiż (GA) EPSO/AD/299/15: għarfien profond tal-Litwan (LT) EPSO/AD/300/15: għarfien profond tas-Slovakk (SK) |
||||||||
|
Lingwa 2 |
It-tieni lingwa (livell minimu meħtieġ: B2) għarfien tajjeb tal-Franċiż Il-Qorti tal-Ġustizzja hija istituzzjoni multilingwa li tiffunzjona skont is-sistema lingwistika definita mir-Regoli ta’ Proċedura tagħha. L-għażla tal-lingwi meħtieġa għall-eżamijiet tirrifletti l-ħtiġijiet tas-servizz. F’dak li jirrigwarda l-lingwa 1, l-eżerċitar tad-dmirijiet jirrikjedi għarfien profond, mifrux u aġġornat tad-dritt nazzjonali tal-Istat tal-kandidat. Dan l-għarfien ovvjament jimplika għarfien profond tal-lingwa jew tal-lingwi tal-Istat Membru inkwistjoni, indikati hawn fuq. F’dak li jirrigwarda l-lingwa 2, li bilfors trid tkun il-Franċiż, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li d-dmirijiet ta’ analiżi u ta’ riċerka, deskritti fit-Taqsima II hawn fuq, jiġu eżerċitati essenzjalment bil-lingwa Franċiża, il-lingwa ta’ ħidma tas-servizz, u li dawn jirrikjedu għarfien tajjeb, kemm orali u miktub kif ukoll attiv u passiv, ta’ din il-lingwa. |
||||||||
IV. AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U SELEZZJONI ABBAŻI TAL-KWALIFIKI
1. Proċedura
Il-verifika tal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kif ukoll s-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki l-ewwel isiru skont id-dikjarazzjonijiet li tkun ipprovdejt fl-applikazzjoni tiegħek.
|
(a) |
Ir-risposti tiegħek għall-mistoqsijiet dwar il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi jkunu pproċessati sabiex jiġi ddeterminat jekk inti tagħmilx parti mil-lista tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni (ara t-Taqsima III). |
|
(b) |
Imbagħad, il-bord jagħżel mill-kandidati eliġibbli għall-kompetizzjoni, abbażi tal-kwalifiki tagħhom, sabiex jidentifika liema huma l-kandidati li għandhom l-aktar profil rilevanti (speċjalment diplomi u esperjenza professjonali) għad-dmirijiet u l-kriterji ta’ selezzjoni deskritti f’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni. Din is-selezzjoni ssir biss abbażi tad-dikjarazzjonijiet li tkun ipprovdejt fit-taqsima “Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet” (“Talent Screener”) u ssir f’żewġ stadji:
|
Imbagħad, il-bord ta’ selezzjoni jistabbilixxi klassifika tal-kandidati skont dawn il-marki globali. L-għadd ta’ kandidati (4) mistiedna għall-intervista mill-bogħod jikkorrispondi, skont il-kompetizzjoni u skont il-grad, għal bejn wieħed u ieħor 8,5 darbiet u għal massimu 9 darbiet, l-għadd ta’ kandidati magħżula (ara t-Taqsima I, il-punt 1). Dan in-numru jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/).
2. Kriterji ta’ selezzjoni
Fil-qafas tas-selezzjoni abbażi tal-kwalifiki, il-bord ta’ selezzjoni jikkunsidra l-elementi li ġejjin:
|
1. |
Ir-riżultati miksuba meta tingħata/jingħataw id-diploma/diplomi meħtieġa għall-aċċess għall-kompetizzjoni. |
|
2. |
Il-kwalifiki u d-diplomi postuniversitarji fl-oqsma tad-dritt komparattiv, tad-dritt internazzjonali jew tad-dritt tal-Unjoni Ewropea. |
|
3. |
Il-kwalifiki u d-diplomi postuniversitarji fid-dritt, f’oqsma differenti minn dawk imsemmija fil-punt 2 hawn fuq. |
|
4. |
L-esperjenza professjonali rilevanti għan-natura tad-dmirijiet, b’mod partikolari fil-qasam tar-riċerka ġuridika fid-dritt nazzjonali, fid-dritt komparattiv jew f’dak tal-Unjoni, inkluża l-esperjenza akkwistata fl-eżerċitar ta’ professjoni ġuridika, bħal dik ta’ avukat jew maġistrat, li timplika attività ta’ riċerka. |
|
5. |
Il-pubblikazzjonijiet fil-qasam ġuridiku. |
Għall-valutazzjoni tal-punti 2 u 3, jiġu kkunsidrati d-durata tal-istudji li normalment tintalab biex jingħataw il-kwalifiki jew id-diplomi inkwistjoni, kif ukoll ir-riżultati miksuba. Kull kwalifika jew diploma tista’ tissemma’ darba waħda biss.
V. INTERVISTA MILL-BOGĦOD
|
Jekk inti tkun wieħed mill-kandidati li
tiġi mistieden biex tieħu sehem f’intervista strutturata mill-bogħod bil-lingwa 2 tiegħek (FR). Din l-intervista strutturata mill-bogħod (il-parti 1) tiġi kkombinata mal-intervista strutturata li ssir fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni (il-parti 2). Dawn iż-żewġ intervisti jiffurmaw l-eżami (d) li għandu l-għan li jevalwa l-kompetenzi speċifiċi tiegħek fil-qasam ġuridiku f’dak li jirrigwarda d-dmirijiet deskritti, u abbażi tal-kriterji ta’ selezzjoni indikati f’dan l-Avviż ta’ Kompetizzjoni. Il-livell ta’ komunikazzjoni orali tiegħek bil-Franċiż jiġi evalwat ukoll matul din l-intervista mill-bogħod. Sabiex tieħu sehem f’intervista mill-bogħod, trid bilfors tirriżerva data fiż-żmien stipulat, li jiġi indikat lilek permezz tal-profil tal-EPSO tiegħek. |
||||||
|
Kompetenzi speċifiċi (l-eżami d – il-parti 1) d – il-parti 1) intervista fil-qasam: minn 0 sa 20 punt il-minimu meħtieġ: 10 punti L-intervista fil-qasam (l-eżami (d) – il-parti (1)) hija eliminatorja u l-punti miksuba jingħaddu mal-punti tat-testijiet l-oħra taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, sabiex tkun tista’ tingħata marka finali. (d) – il-parti (1) komunikazzjoni orali bil-Franċiż: minn 0 sa 10 punti il-minimu meħtieġ: 7 punti Il-komunikazzjoni orali bil-Franċiż hija eliminatorja iżda l-punti miksuba ma jingħaddux mal-punti tat-testijiet l-oħra taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, sabiex tkun tista’ tingħata marka finali. Jekk il-kandidat ma jkunx kiseb il-minimu meħtieġ għall-komunikazzjoni orali bil-Franċiż, il-kompetenzi speċifiċi tiegħu ma jiġux evalwati. |
Imbagħad, il-bord ta’ selezzjoni jistabbilixxi klassifika tal-kandidati skont il-marki li jingħataw waqt l-intervista fil-qasam. L-għadd ta’ kandidati (5) mistiedna għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni (6) jikkorrispondi, skont il-kompetizzjoni u skont il-grad, għal mhux iktar minn tliet darbiet l-għadd ta’ kandidati magħżula (ara t-Taqsima I, il-punt 1). Dan in-numru jiġi ppubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/).
VI. ĊENTRU TA’ EVALWAZZJONI
|
Jekk tkun fost dawk il-kandidati li jkunu kisbu waħda mill-aħjar marki fl- intervista fil-qasam int tiġi mistieden biex tieħu sehem fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni li normalment isir il-Lussemburgu u li jkun mifrux fuq jumejn (7). Jekk tkun fost il-kandidati ammessi għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, trid iġġib miegħek il-fajl tal-applikazzjoni tiegħek komplut, li jkun jinkludi d-dokumenti ta’ sostenn tad-diplomi u tal-esperjenzi professjonali tiegħek, meta tiġi għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni (8). Kundizzjonijiet: Ara l-punt 2.1.7 tar-regoli ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet miftuħa. |
||||||||||||||||||||||||
|
Inti tkun soġġett għal tliet tipi ta’ evalwazzjoni li l-kontenut tagħhom huwa vvalidat mill-bord ta’ selezzjoni:
Tajjeb li tkun taf li l-livell ta’ komunikazzjoni miktuba tiegħek bil-Franċiż jiġi evalwat tul l-eżerċizzju e) kollu. |
||||||||||||||||||||||||
|
Il-lingwa 1 għat-testijiet (a), (b) u (c) Il-lingwa 2 (FR) għat-testijiet (d), (e), (f) u (g) |
Kull kompetenza ġenerali tiġi eżaminata kif ġej:
|
|
Studju ta’ każ |
Eżerċizzju fi grupp |
Intervista strutturata |
|
Analiżi u soluzzjoni tal-problemi |
x |
x |
|
|
Komunikazzjoni |
x |
|
x |
|
Kwalità u riżultati |
x |
|
x |
|
Tagħlim u żvilupp |
|
x |
x |
|
Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni |
x |
x |
|
|
Reżiljenza |
|
x |
x |
|
Ħidma f’tim |
|
x |
x |
|
Ħiliet fit-tmexxija |
|
x |
x |
|
Ħiliet ta’ raġunament
It-testijiet (a), (b) u (c) mhumiex eliminatorji iżda l-punti miksuba jingħaddu mal-punti tat-testijiet l-oħra taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni. Kompetenzi speċifiċi ((d) – il-parti (2) u (e)) (d) – il-parti (2) minn 0 sa 40 punt il-minimu meħtieġ: 20 punt Il-punti miksuba fl-eżami (d) – il-parti (1) jingħaddu ma’ dawk tal-parti (2) sabiex tkun tista’ tingħata l-marka totali għall-eżami (d): minn 0 sa 60 punt il-minimu meħtieġ: 30 punt għall-partijiet 1 u 2 f’daqqa
Il-komunikazzjoni orali bil-Franċiż hija eliminatorja iżda l-punti miksuba ma jingħaddux mal-punti tat-testijiet l-oħra taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, sabiex tkun tista’ tingħata marka finali. Kompetenzi ġenerali ((e),(f) u (g)) minn 0 sa 80 punt għall-kompetenzi ġenerali kollha (10 punti għal kull kompetenza) il-minimu meħtieġ: 3 punti għal kull kompetenza u 40 punt għat-8 kompetenzi ġenerali kollha f’daqqa |
VII. VERIFIKA TAD-DIKJARAZZJONIJIET TAL-KANDIDATI
Meta joħorġu r-riżultati tat-testijiet taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni, id-dikjarazzjonijiet li jsiru mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika jiġu vverifikati mill-EPSO għall-konformità tagħhom mal-kundizzjonijiet ġenerali u mill-bord ta’ selezzjoni għall-konformità tagħhom mal-kundizzjonijiet speċifiċi abbażi tad-dokumenti ta’ sostenn ipprovduti mill-kandidati.
L-applikazzjonijiet tal-kandidati li jkunu kisbu l-minimu meħtieġ u l-aħjar marki fit-testijiet kollha taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jiġu vverifikati f’ordni dixxendenti ta’ mertu. Dawn il-kandidati jridu jkunu kisbu wkoll il-minimu meħtieġ fl-evalwazzjonijiet tal-komunikazzjoni orali u miktuba bil-Franċiż. Din il-verifika tibqa’ ssir sakemm jintlaħaq l-għadd ta’ kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta’ riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha ta’ ammissjoni. Id-dokumenti ta’ sostenn tal-kandidati li jikklassifikaw taħt dan il-limitu ma jiġux eżaminati.
Għall-evalwazzjoni tal-kwalifiki, id-dokumenti ta’ sostenn jiġu kkunsidrati biss biex jikkonfermaw ir-risposti diġà mogħtija fit-taqsima “Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet”. Jekk matul din il-verifika jinstab li dawn id-dikjarazzjonijiet mhumiex ikkonfermati mid-dokumenti ta’ sostenn rilevanti, il-kandidati kkonċernati jiġu esklużi mill-kompetizzjoni.
VIII. LISTI TA’ RIŻERVA
|
Il-bord ta’ selezzjoni jniżżel ismek fil-lista ta’ riżerva:
|
||||||
|
Il-listi ta’ riżerva jiġu stabbiliti skont il-kompetizzjoni u skont il-grad u f’ordni alfabetika. |
(1) F’dan l-avviż, kull referenza għall-persuna tas-sess maskil hija wkoll għall-persuna tas-sess femminil.
(2) Inti tintalab tagħti dan il-kunsens waqt ir-reġistrazzjoni elettronika.
(3) Ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (QKERL) (http://europass.cedefop.europa.eu/mt/resources/european-language-levels-cefr)
(4) Fil-każ li, diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli, dawn il-kandidati jkunu mistiedna kollha għall-intervista mill-bogħod.
(5) Fil-każ li, diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli, dawn il-kandidati jkunu mistiedna kollha għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.
(6) Il-kandidati li ma jkunux mistiedna għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jirċievu r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom kif ukoll il-piż attribwit għal kull mistoqsija mill-bord ta’ selezzjoni.
(7) Minħabba raġunijiet ta’ organizzazzjoni, it-testijiet marbuta mar-raġunament jistgħu jsiru f’ċentri fl-Istati Membri, indipendentement mit-testijiet l-oħra taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.
(8) Id-data tal-konvokazzjoni għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni tiġi kkomunikata lilek fi żmien xieraq permezz tal-profil tiegħek tal-EPSO.
(9) Dawn il-kompetenzi huma mfissra fid-detall fil-punt 1.2 tad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.
(10) F’każ li diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post disponibbli, dawn il-kandidati jitniżżlu kollha fil-lista ta’ riżerva.