ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 58 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
2015/C 065/01 |
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
(2015/C 065/01)
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/2 |
Opinjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja (Seduta Plenarja) tat-18 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea
(Opinjoni 2/13) (1)
([Opinjoni mogħtija skont l-Artikolu 218(11) TFUE - Abbozz ta’ ftehim internazzjonali - Adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali - Kompatibbiltà tal-imsemmi abbozz mat-Trattati UE u FUE])
(2015/C 065/02)
Lingwa tal-proċedura: il-lingwi uffiċjali kollha
Talba mressqa minn
Il-Kummissjoni Ewropea (rapprezentanti: L. Romero Requena, H. Krämer, C. Ladenburger u B. Smulders, aġenti)
Dispożittiv
Il-ftehim dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali la huwa kompatibbli mal-Artikolu 6(2) TUE u lanqas mal-Protokoll (Nru 8) dwar l-Artikolu 6(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea dwar l-adeżjoni tal-Unjoni għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertajiet Fundamentali.
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/2 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Diċembru 2014 – Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-81/13) (1)
(Rikors għal annullament - Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed, f’isem l-Unjoni Ewropea, fi ħdan il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni - Għażla tal-bażi legali - Artikolu 48 TFUE - Artikolu 79(2)(b) TFUE - Artikolu 217 TFUE)
(2015/C 065/03)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: M. Holt, C. Murrell, E. Jenkinson, S. Behzadi-Spencer, aġenti, assistiti minn A. Dashwood, QC)
Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrent: L-Irlanda (rappreżentanti: L. Williams, aġent, assistit minn N. Travers, BL)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan u M. Chavrier, aġenti)
Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Aresu, J. Enegren u S. Pardo Quintillán, aġenti)
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
3) |
L-Irlanda u l-Kummissjoni għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Financiën vs X
(Kawża C-87/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq id-dħul - Persuna taxxabbli mhux residenti - Possibbiltà ta’ tnaqqis ta’ spejjeż marbuta ma’ monument storiku okkupat mill-proprjetarju tiegħu - Possibbiltà ta’ tnaqqis eskluża fir-rigward ta’ monument għas-sempliċi raġuni li l-monument ma huwiex ikklassifikat fl-Istat ta’ impożizzjoni filwaqt li huwa kklassifikat fl-Istat ta’ residenza))
(2015/C 065/04)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Staatssecretaris van Financiën
Konvenut: X
Dispożittiv
L-Artikolu 49 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tirriżerva, billi tinvoka l-protezzjoni tal-patrimonju kulturali u storiku nazzjonali, il-possibbiltà li jintaqqsu l-ispejjeż relatati mal-monumenti kklassifikati għall-proprjetarji ta’ monumenti li jinsabu fit-territorju tiegħu biss, sakemm din il-possibbiltà tkun miftuħa għall-proprjetarji ta’ monumenti li jistgħu jkunu marbuta mal-patrimonju kulturali u storiku ta’ dan l-Istat Membru minkejja l-fatt li jkunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor.
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/4 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Financiën vs Schoenimport “Italmoda” Mariano Previti vof (C-131/13), Turbu.com BV (C-163/13), Turbu.com Mobile Phone’s BV (C-164/13) vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawżi Magħquda C-131/13, C-163/13 u C-164/13) (1)
((Rinviji għal deċiżjoni preliminari - VAT - Sitt Direttiva - Sistema tranżitorja tal-kummerċ bejn l-Istati Membri - Oġġetti mibgħuta jew ittrasportati ġewwa l-Komunità - Frodi mwettqa fl-Istat Membru destinatarju - Teħid inkunsiderazzjoni tal-frodi fl-Istat Membru ta’ spedizzjoni - Rifjut tal-benefiċċju tad-drittijiet għal tnaqqis, għal eżenzjoni jew għal rimbors - Assenza ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali))
(2015/C 065/05)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Financiën (C-131/13), Turbu.com BV (C-163/13), Turbu.com Mobile Phone’s BV (C-164/13)
Konvenuti: Schoenimport “Italmoda” Mariano Previti vof (C-131/13), Staatssecretaris van Financiën (C-163/13 et C-164/13)
Dispożittiv
1) |
Id-domandi preliminari magħmula mill-Hoge Raad der Nederlanden fil-Kawżi C-163/13 u C-164/13 huma inammissibbli. |
2) |
Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, għandha tiġi interpretata fis-sens li huma l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali li għandhom jirrifjutaw lil persuna taxxabbli, fil-kuntest ta’ kunsinna intra-Komunitarja, il-benefiċċju tad-drittijiet għal tnaqqis, għal eżenzjoni jew għal rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud, anki fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali li jipprevedu tali rifjut, jekk jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi, li din il-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf li, permezz tat-tranżazzjoni invokata sabiex fuqha jiġi ġġustifikat id-dritt ikkonċernat, hija kienet qiegħda tipparteċipa fi frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud imwettqa fil-kuntest ta’ katina ta’ kunsinni. |
3) |
Is-Sitt Direttiva 77/388, kif emendata bid-Direttiva 95/7, għandha tiġi interpretata fis-sens li persuna taxxabbli li kienet taf jew kellha tkun taf li, permezz tat-tranżazzjoni invokata sabiex fuqha jiġu ġġustifikati drittijiet għal tnaqqis, għal eżenzjoni jew għal rimbors tat-taxxa fuq il-valur miżjud, hija kienet qiegħda tipparteċipa fi frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud imwettqa fil-kuntest ta’ katina ta’ kunsinni, tista’ tiġi rrifjutata l-benefiċċju ta’ dawn id-drittijiet, minkejja l-fatt li din il-frodi twettqet fi Stat Membru li ma huwiex dak li fih il-benefiċċju tagħhom intalab u li din il-persuna taxxabbli, f’dan l-aħħar Stat Membru osservat il-kundizzjonijiet formali previsti mil-leġiżlazzjoni nazzjonali sabiex wieħed ikun jista’ jibbenefika mill-imsemmija drittijiet. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Staatssecretaris van Economische Zaken, Staatssecretaris van Financiën vs Q
(Kawża C-133/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Leġiżlazzjoni fiskali - Taxxa fuq id-donazzjonijiet - Eżenzjoni fir-rigward ta’ “dominju rurali” - Eżenzjoni eskluża fir-rigward ta’ dominju li jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor))
(2015/C 065/06)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Staatssecretaris van Economische Zaken, Staatssecretaris van Financiën
Konvenuta: Q
Dispożittiv
L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li eżenzjoni minn taxxa fuq id-donazzjonijiet dovuta fir-rigward ta’ ċerti proprjetajiet protetti minħabba li jappartjenu lill-patrimonju kulturali u storiku nazzjonali hija limitata għal dawk il-proprjetajiet li jinsabu fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, sakemm din l-eżenzjoni ma tkunx eskluża fir-rigward tal-proprjetajiet li jistgħu jkunu marbuta mal-patrimonju kulturali u storiku tal-imsemmi Stat Membru minkejja l-fatt li jkunu jinsabu fit-territorju ta’ Stat ieħor.
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/5 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Awla Manja) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’: Sean Ambrose McCarthy, Helena Patricia McCarthy Rodriguez, Natasha Caley McCarthy Rodriguez vs Secretary of State for the Home Department
(Kawża C-202/13) (1)
((Ċittadinanza tal-Unjoni Ewropea - Direttiva 2004/38/KE - Dritt ta’ ċittadini tal-Unjoni u ta’ membri tal-familja tagħhom li jiċċaqilqu u jirrisjedu liberament fit-territorju ta’ Stat Membru - Dritt ta’ dħul - Ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, li għandu permess ta’ residenza maħruġ minn Stat Membru - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta d-dħul fit-territorju nazzjonali għal kisba minn qabel tal-permess ta’ dħul - Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 20) dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-Artikolu 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għar-Renju Unit u għall-Irlanda))
(2015/C 065/07)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (England & Wales), Queen’s Bench Division (Administrative Court)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: The Queen, fuq talba ta’: Sean Ambrose McCarthy, Helena Patricia McCarthy Rodriguez, Natasha Caley McCarthy Rodriguez
Konvenuta Secretary of State for the Home Department
Dispożittiv
Kemm l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, kif ukoll l-Artikolu 1 tal-Protokoll (Nru 20) dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti aspetti tal-Artikolu 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għar-Renju Unit u għall-Irlanda għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma ma jippermettux li Stat Membru jissuġġetta, sabiex isegwi għan ta’ prevenzjoni ġenerali, lill-membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li ma jkollhomx in-nazzjonalità ta’ Stat Membru u li jkunu detenturi ta’ permess ta’ residenza validu, maħruġ bis-saħħa tal-Artikolu 10 tad-Direttiva 2004/38 mill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor, għall-obbligu li jkollhom fil-pussess tagħhom, bis-saħħa tad-dritt nazzjonali, permess ta’ dħul, bħall-permess ta’ familja ŻEE (Żona Ekonomika Ewropea), sabiex jidħlu fit-territorju tiegħu.
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/6 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel – il-Belġju) – LVP NV vs Belgische Staat
(Kawża C-306/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Banana - Sistema ta’ importazzjonijiet - Rati ta’ dazju applikabbli))
(2015/C 065/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: LVP NV
Konvenuta: Belgische Staat
Dispożittiv
Id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim ġenerali dwar it-tariffi u l-kummerċ 1994 li jinsabu fl-Anness 1A tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakexx fil-15 ta’ April 1994 u approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, tat-22 ta’ Diċembru 1994, dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ negozjati multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994), ma humiex ta’ natura li joħolqu drittijiet favur individwi li dawn tal-aħħar jistgħu jinvokaw direttament quddiem qorti nazzjonali sabiex jipprekludu l-applikazzjoni ta’ rata ta’ dazju ta’ EUR 176 għal kull tunnellata stabbilita mill-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1964/2005, tad-29 ta’ Novembru 2005, dwar ir-rati ta’ tariffa għall-banana.
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Retten i Kolding, Civilretten – id-Danimarka) – FOA, li qed jaġixxi għal Karsten Kaltoft vs Kommunernes Landsforening (KL), li qed taġixxi għall-Billund Kommune
(Kawża C-354/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Tkeċċija - Raġuni - Obeżità tal-ħaddiem - Prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l-obeżità - Assenza - Direttiva 2000/78/KE - Ugwaljanza fit-trattament fil-qasam tal-impjieg u tax-xogħol - Projbizzjoni ta’ kull diskriminazzjoni bbażata fuq diżabbiltà - Eżistenza ta’ “diżabbiltà”))
(2015/C 065/09)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Retten i Kolding, Civilretten
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: FOA, li qed jaġixxi Karsten Kaltoft
Konvenuta: Kommunernes Landsforening (KL), li qed taġixxi għall-Billund Kommune
Dispożittiv
1) |
Id-dritt tal-Unjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jirrikonoxxix prinċipju ġenerali ta’ nondiskriminazzjoni minħabba l-obeżità, bħala tali, fir-rigward tal-impjieg u tax-xogħol. |
2) |
Id-Direttiva tal-Kunsill 2000/78/KE, tas-27 ta’ Novembru 2000, li tistabbilixxi qafas ġenerali għall-ugwaljanza fit-trattament fl-impjieg u fix-xogħol, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-istat ta’ obeżità ta’ ħaddiem jikkostitwixxi “diżabbiltà”, fis-sens ta’ din id-direttiva, meta dan l-istat jimplika limitazzjoni, li tirriżulta b’mod partikolari minn defiċjenzi għal perijodu twil ta’ natura fiżika, mentali jew psikika, li flimkien ma’ diversi ostakoli tista’ tkun ta’ xkiel għall-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tal-persuna kkonċernata fil-ħajja professjonali fuq bażi ugwali bħall-ħaddiema l-oħra. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dawn il-kundizzjonijiet humiex issodisfatti fil-kawża prinċipali. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/7 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Justice (Chancery Division) – ir-Renju Unit) – International Stem Cell Corporation vs Comptroller General of Patents, Designs and Trade Marks
(Kawża C-364/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 98/44/KE - Artikolu 6(2)(ċ) - Protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi - Attivazzjoni ta’ ooċiti permezz tal-partenoġenesi - Produzzjoni ta’ ċelloli staminali embrijoniċi umani - Jedd għall-privattiva - Esklużjoni ta’ “użi ta’ l-embrjonijiet [embrijuni umani] għal għanijiet industrijali jew kummerċjali” - Kunċetti ta’ “embriju uman” u ta’ “organiżmu kapaċi li jibda l-proċess ta’ żvilupp ta’ bniedem”))
(2015/C 065/10)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: International Stem Cell Corporation
Konvenut: Comptroller General of Patents, Designs and Trade Marks
Dispożittiv
L-Artikolu 6(2)(ċ) tad-Direttiva 98/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Lulju 1998, dwar il-protezzjoni legali tal-invenzjonijiet bijoteknoloġiċi, għandu jiġi interpretat fis-sens li bajda umana mhux iffertilizzata li tkun ġiet stimulata sabiex tinqasam u tiżviluppa permezz tal-partenoġenesi ma tikkostitwixxix “embriju uman”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jekk, fid-dawl tal-għarfien attwali tax-xjenza, din ma jkollhiex, bħala tali, il-kapaċità intrinsika li tiżviluppa fi bniedem, liema fatt għandu jiġi vverifikat mill-qorti nazzjonali.
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/8 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Amtsgericht Düsseldorf, Amtsgericht Karlsruhe – Il-Ġermanja) – Sophia Marie Nicole Sanders irrappreżentata minn Marianne Sanders vs David Verhaegen (C-400/13), Barbara Huber vs Manfred Huber (C-408/13)
(Kawżi Magħquda C-400/13 u C-408/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Kooperazzjoni f’materji ċivili - Regolament Nru 4/2009 - Artikolu 3 - Ġurisdizzjoni sabiex jiġi deċiż rikors dwar obbligu ta’ manteniment fir-rigward ta’ persuni ddomiċiljata fi Stat Membru ieħor - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi ċentralizzazzjoni ta’ ġurisdizzjoni)
(2015/C 065/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Düsseldorf, Amtsgericht Karlsruhe
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sophia Marie Nicole Sanders irrappreżentata minn Marianne Sanders (C-400/13), Barbara Huber (C-408/13)
Konvenuti: David Verhaegen (C-400/13), Manfred Huber (C-408/13)
Dispożittiv
L-Artikolu 3(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi ċentralizzazzjoni ta’ ġurisdizzjoni ġudizzjarja f’materji relatati mal-obbligi ta’ manteniment transkonfinali favur qorti tal-Prim’Istanza li għandha ġurisdizzjoni għas-sede tal-qorti tal-appell, ħlief jekk din ir-regola tikkontribwixxi sabiex jintlaħaq l-għan ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u sabiex tipproteġi l-interess tal-kredituri ta’ manteniment filwaqt li tippromwovi l-irkupru effettiv ta’ tali talbiet, li, madankollu, hija kwistjoni li għandha tiġi vverifikata mill-qrati tar-rinviju.
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Parker Hannifin Manufacturing Srl, li kienet Parker ITR Srl, Parker-Hannifin Corp.
(Kawża C-434/13 P) (1)
(Appell - Akkordji - Suq Ewropew tal-manek marittimi - Suċċessjoni ta’ entitajiet legali - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Tnaqqis tal-multa mill-Qorti Ġenerali - Ġurisdizzjoni sħiħa)
(2015/C 065/12)
Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë, V. Bottka u R. Sauer, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Parker Hannifin Manufacturing Srl, li kienet Parker ITR Srl, Parker-Hannifin Corp. (rappreżentanti: F. Amato, F. Marchini Càmia u B. Amory, avukati)
Dispożittiv
1) |
Il-punti 1 sa 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Parker ITR u Parker-Hannifin vs Il-Kummissjoni (T-146/09, EU:T:2013:258) huma annullati. |
2) |
Il-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tiddeċiedi dwar il-fondatezza tar-rikors. |
3) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance d’Orléans – Franza) – CA Consumer Finance vs Ingrid Bakkaus, Charline Bonato, née Savary, Florian Bonato
(Kawża C-449/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Kreditu għall-konsum - Direttiva 2008/48/KE - Obbligu ta’ informazzjoni prekuntrattwali - Obbligu li tiġi vverifikata l-affidabbiltà finanzjarja ta’ min jissellef - Oneru tal-prova - Mezzi ta’ prova))
(2015/C 065/13)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d’instance d’Orléans
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CA Consumer Finance
Konvenuta: Ingrid Bakkaus, Charline Bonato, née Savary, Florian Bonato
Dispożittiv
1) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li:
|
2) |
L-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li, minn naħa, ma jipprekludix li l-evalwazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur issir biss abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn dan tal-aħħar, sakemm din l-informazzjoni tkun suffiċjenti u sakemm sempliċi dikjarazzjonijiet tiegħu jkunu akkumpanjati minn dokumenti ta’ sostenn u, min-naħa l-oħra, min-naħa l-oħra, li ma jorbotx lil min isellef li jivverifika sistematikament l-informazzjoni pprovduta mill-konsumatur. |
3) |
L-Artikolu 5(6) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk ma jipprekludix lil min isellef milli jipprovdi spjegazzjonijiet xierqa lill-konsumatur qabel ma jevalwa s-sitwazzjoni finanzjarja u l-bżonnijiet ta’ dan tal-aħħar, jista’ jkun li l-evalwazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur tkun teħtieġ adattament tal-ispjegazzjonijiet xierqa pprovduti, liema spjegazzjonijiet għandhom jiġu kkomunikati lill-konsumatur fil-ħin, minn qabel il-firma tal-kuntratt ta’ kreditu, mingħajr madankollu ma jiġi redatt dokument speċifiku. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/10 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – Generali-Providencia Biztosító Zrt vs Közbeszerzési Hatóság Közbeszerzési Döntőbizottság
(Kawża C-470/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Kuntratti li ma jilħqux il-limitu previst mid-Direttiva 2004/18/KE - Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE - Applikabbiltà - Interess transkonfinali ċert - Kawżi ta’ esklużjoni mill-proċedura ta’ sejħa għal offerti - Esklużjoni ta’ operatur ekonomiku li jkun wettaq ksur tar-regoli nazzjonali tal-kompetizzjoni kkonstatat permezz ta’ sentenza mogħtija inqas minn ħames snin ilu - Ammissibbiltà - Proporzjonalità))
(2015/C 065/14)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Generali-Providencia Biztosító Zrt
Konvenuti: Közbeszerzési Hatóság Közbeszerzési Döntőbizottság
Dispożittiv
L-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE ma jipprekludux l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-parteċipazzjoni f’proċedura ta’ sejħa għal offerti ta’ operatur ekonomiku li jkun wettaq ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni, ikkonstatat minn deċiżjoni ġudizzjarja li tkun kisbet is-saħħa ta’ res judicata, u li minħabba fih tkun ġiet imposta fuqu multa.
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/11 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundessozialgericht – il-Ġermanja) – Walter Larcher vs Deutsche Rentenversicherung Bayern Süd
(Kawża C-523/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali tal-ħaddiema migranti - Artikolu 45 TFUE - Artikolu 3(1) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Benefiċċji tax-xjuħija - Prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni - Ħaddiem li jibbenefika, fi Stat Membru, minn irtirar kmieni progressiv qabel ma jirtira kompletament - Teħid inkunsiderazzjoni għall-għoti tad-dritt għal pensjoni tax-xjuħija fi Stat Membru ieħor))
(2015/C 065/15)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundessozialgericht
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Walter Larcher
Konvenuta: Deutsche Rentenversicherung Bayern Süd
Dispożittiv
1) |
Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1992/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, jipprekludi dispożizzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li l-għoti ta’ pensjoni tax-xjuħija wara rtirar kmieni progressiv jippresupponi li l-irtirar kmieni progressiv ikun sar esklużivament skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali ta’ dak l-Istat Membru. |
2) |
Il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament stabbilit fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 1992/2006, għandu jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tar-rikonoxximent, fi Stat Membru, ta’ irtirar kmieni progressiv li twettaq skont il-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru ieħor, għandu jsir eżami komparattiv tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-irtirar kmieni progressiv ta’ dawn iż-żewġ Stati Membri sabiex jiġi ddeterminat, każ b’każ, jekk id-differenzi identifikati jistgħux jikkompromettu l-ilħuq tal-għanijiet leġittimi mfittxija mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni ta’ dan l-ewwel Stat Membru. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour constitutionnelle – il-Belġju) – Mohamed M’Bodj vs État belge
(Kawża C-542/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 19(2) - Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Persuna li tista’ tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja - Artikolu 15(b) - Tortura jew trattament jew sanzjonijiet inumani jew degradanti imposti fuq applikant fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu - Artikolu 3 - Regoli iktar favorevoli - Applikant li jbati minn marda serja - Assenza ta’ trattament adatt disponibbli fil-pajjiż ta’ oriġini - Artikolu 28 - Protezzjoni soċjali - Artikolu 29 - Kura tas-saħħa))
(2015/C 065/16)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour constitutionnelle
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Mohamed M’Bodj
Konvenut: État belge
Dispożittiv
L-Artikoli 28 u 29 tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, moqrija flimkien mal-Artikoli 2(e), 3, 15 u 18 tagħha, għandhom jiġu interpretati fis-sens li Stat Membru ma huwiex marbut jipprovdi l-protezzjoni soċjali u l-kura tas-saħħa, previsti f’dawn l-artikoli, lil ċittadin ta’ pajjiż terz li huwa awtorizzat jirrisjedi fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, abbażi ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ residenza, fl-imsemmi Stat Membru, ta’ barrani li jsofri minn marda li timplika riskju serju għall-ħajja tiegħu jew għall-integrità fiżika tiegħu jew għal trattament inuman jew degradanti, meta ma jkun jeżisti ebda trattament adatt fil-pajjiż tal-oriġini ta’ dan il-barrani jew fil-pajjiż terz fejn kien jirrisjedi qabel, sakemm l-imsemmi barrani ma jiċċaħħadx intenzjonalment mill-kura f’dan il-pajjiż.
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/12 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari – l-Italja) – Società Edilizia Turistica Alberghiera Residenziale (SETAR) vs Comune di Quartu S. Elena
(Kawża C-551/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2008/98/KE - Artikolu 15 - Immaniġġar ta’ skart - Possibbiltà għall-produttur ta’ skart li jwettaq it-trattament tiegħu huwa stess - Liġi nazzjonali ta’ traspożizzjoni adottata, iżda li għadha ma daħlitx fis-seħħ - Skadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni - Effett dirett))
(2015/C 065/17)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione Tributaria Provinciale di Cagliari
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Società Edilizia Turistica Alberghiera Residenziale (SETAR)
Konvenuta: Comune di Quartu S. Elena
Dispożittiv
Id-dritt tal-Unjoni u d-Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tittrasponi dispożizzjoni ta’ din id-direttiva, iżda li d-dħul fis-seħħ tagħha huwa suġġett għall-adozzjoni ta’ att intern sussegwenti, jekk dan id-dħul fis-seħħ jiġri wara l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni ffissat mill-imsemmija direttiva.
L-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/98, moqri flimkien mal-Artikoli 4 u 13 tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tipprovdix il-possibbiltà għal produttur ta’ skart jew għal detenur ta’ skart li jwettaq ir-rimi tal-iskart tiegħu huwa stess, b’mod li jiġi eżentat mill-ħlas ta’ taxxa komunali għar-rimi tal-iskart, sakemm din il-leġiżlazzjoni tissodisfa r-rekwiżiti tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/13 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour du travail de Bruxelles – il-Belġju) – Centre public d’action sociale d’Ottignies-Louvain-La-Neuve vs Moussa Abdida
(Kawża C-562/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 19(2) u 47 - Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Persuna li tista’ tibbenefika mill-protezzjoni sussidjarja - Artikolu 15(b) - Tortura jew trattament jew sanzjonijiet inumani jew degradanti imposti fuq applikant fil-pajjiż ta’ oriġini tiegħu - Artikolu 3 - Regoli iktar favorevoli - Applikant li jbati minn marda serja - Assenza ta’ trattament adatt disponibbli fil-pajjiż ta’ oriġini - Direttiva 2008/115/KE - Ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiż terz b’residenza irregolari - Artikolu 13 - Azzjoni ġudizzjarja b’effett sospensiv - Artikolu 14 - Salvagwardji sakemm iseħħ ir-ritorn - Bżonnijiet bażiċi))
(2015/C 065/18)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour du travail de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Centre public d'action sociale d'Ottignies-Louvain-La-Neuve
Konvenut: Moussa Abdida
Dispożittiv
L-Artikoli 5 u 13 tad-Direttiva 2008/115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqrija fid-dawl tal-Artikoli 19(2) u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 14(1)(b) ta’ din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali:
— |
li ma tagħtix effett sospensiv għal rimedju ġudizzjarju kontra deċiżjoni li tordna lil ċittadin ta’ pajjiż terz li jbati minn marda serja jitlaq mit-territorju ta’ Stat Membru, meta l-eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni tista’ tesponi lil dan iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz għal riskju serju ta’ deterjorament gravi u irriversibbli tal-istat ta’ saħħa tiegħu, u |
— |
li ma tipprevedix l-għoti, sa fejn huwa possibbli, ta’ bżonnijiet bażiċi lill-imsemmi ċittadin ta’ pajjiż terz, sabiex jiġi ggrantit li l-kura medika urġenti u t-trattament indispensabbli tal-mard ikunu jistgħu jiġu effettivament ipprovduti, matul il-perijodu li fih dan l-Istat membru jkun marbut jipposponi t-tneħħija tal-istess ċittadin ta’ pajjiż terz wara li jkun ġie ppreżentat appell. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/14 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Azienda Ospedaliero-Universitaria di Careggi-Firenze vs Data Medical Service srl
(Kawża C-568/13) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Direttiva 92/50/KEE - Artikoli 1(c) u 37 - Direttiva 2004/18/KE - L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 1(8) u l-Artikolu 55 - Kunċetti ta’ “fornitur ta’ servizz” u ta’ “operatur ekonomiku” - Sptar universitarju pubbliku - Stabbiliment li għandu personalità ġuridika kif ukoll l-awtonomija ta’ impriża u ta’ organizzazzjoni - Attività prinċipalment mhux għal profitt - Għan istituzzjonali li jiġu offruti servizzi ta’ saħħa - Possibbiltà li jiġu offruti servizzi analogi fis-suq - Ammissjoni għall-parteċipazzjoni fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku)
(2015/C 065/19)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Azienda Ospedaliero-Universitaria di Careggi-Firenze
Konvenuta: Data Medical Service srl
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 1(c) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku, jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-parteċipazzjoni ta’ sptar pubbliku, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi, minħabba l-kwalità tiegħu bħala organiżmu pubbliku ekonomiku, jekk u sa fejn dan l-isptar huwa awtorizzat jopera fis-suq b’mod konformi mal-għanijiet istituzzjonali u legali tiegħu. |
2) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 92/50, u b’mod partikolari l-prinċipji ġenerali tal-kompetizzjoni libera, ta’ non-diskriminazzjoni u ta’ proporzjonalità li jsostnu lil din id-direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ma jipprekludux leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti lil sptar pubbliku li jipparteċipa f’sejħa għal offerti, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, milli jippreżenta offerta li ħadd ma jista’ jikkompeti magħha, minħabba l-finanzjamenti pubbliċi li jibbenefika minnhom. Madankollu, fil-kuntest tal-eżami tan-natura anormalment baxxa ta’ offerta abbażi tal-Artikolu 37 ta’ din id-direttiva, l-awtorità kontraenti tista’ tieħu inkunsiderazzjoni l-eżistenza ta’ finanzjament pubbliku li jibbenefika minnu tali stabbiliment fir-rigward tal-fakultà li tiċħad din l-offerta. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Somalische Vereniging Amsterdam en Omgeving (Somvao) vs Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
(Kawża C-599/13) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni Ewropea - Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 - Artikolu 4 - Baġit ġenerali tal-Unjoni - Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 - Artikolu 53b(2) - Deċiżjoni 2004/904/KE - Fond Ewropew għar-refuġjati għall-perijodu 2005-2010 - Artikolu 25(2) - Bażi legali tal-obbligu ta’ rkupru ta’ sussidju fil-każ ta’ irregolarità))
(2015/C 065/20)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Raad van State
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Somalische Vereniging Amsterdam en Omgeving (Somvao)
Konvenut: Staatssecretaris van Veiligheid en Justitie
Dispożittiv
Il-parti inizjali tal-Artikolu 53b(2) u l-Artikolu 53b(2)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, EURATOM) Nru 1605/25, tal-25 ta’ Ġunju 2002, rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1995/2006, tat-13 ta’ Diċembru 2006, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fin-nuqqas ta’ bażi legali tad-dritt intern, din id-dispożizzjoni tipprovdi bażi legali għal deċiżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li temenda, għad-detriment tal-benefiċjarju, l-ammont ta’ sussidju mogħti mill-Fond Ewropew għar-Refuġjati, fil-kuntest tal-ġestjoni kondiviża bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri, u li tordna l-irkupru ta’ parti minn dan l-ammont mingħandu. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa jekk, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-aġir kemm tal-benefiċjarju tas-sussidju kif ukoll tal-amministrazzjoni nazzjonali, il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, kif mifhuma fid-dritt tal-Unjoni, ġewx osservati fir-rigward tat-talba għal rimbors.
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-639/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 2006/112/KE - VAT - Rata mnaqqsa - Artikoli initiżi biex jipprovdu protezzjoni min-nirien))
(2015/C 065/21)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Lozano Palacios u M. Owsiany-Hornung, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)
Dispożittiv
1) |
Billi applikat rata mnaqqsa ta’ taxxa fuq il-valur miżud għall-kunsinni ta’ beni intiżi biex jipprovdu protezzjoni min-nirien, elenkati fl-Anness Nru 3 tal-liġi tal-11 ta’ Marzu 2004, dwar it-taxxa fuq il-beni u s-servizzi, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 96 sa 98 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija flimkien mal-Anness III ta’ din id-direttiva. |
2) |
Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/16 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-18 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq
(Kawża C-640/13) (1)
((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Ħlas lura ta’ taxxi mħallsa indebitament taħt id-dritt tal-Unjoni - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Tnaqqis retroattiv tat-terminu ta’ prekrizzjoni tar-rimedji applikabbli - Prinċipju ta’ effettività - Prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi))
(2015/C 065/22)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u W. Roels, aġenti)
Konvenut: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentant: J. Beeko, aġent)
Dispożittiv
1) |
Billi adotta dispożizzjoni leġiżlattiva, bħall-Artikolu 107 tal-liġi tal-finanzi 2007 (Finance Act 2007), li rrestrinġa, b’effett retroattiv u mingħajr preavviż jew dispożizzjonijiet tranżitorji, id-dritt tal-persuni taxxabbli li jirkupraw it-taxxi imposti bi ksur tad-dritt tal-Unjoni, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skont l-Artikolu 4(3) TUE. |
2) |
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/16 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal Administrativo e Fiscal de Viseu – il-Portugall) – Agrocaramulo – Empreendimentos Agro-Pecuários do Caramulo SA vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)
(Kawża C-70/14) (1)
((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KEE) Nru 3846/87 - Agrikoltura - Organizzazzjoni komuni tas-swieq - Ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni - Laħam tat-tjur - “Tiġieġ ta’ riforma” - Nomenklatura tal-prodotti agrikoli għall-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni - Klassifikazzjoni))
(2015/C 065/23)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Administrativo e Fiscal de Viseu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Agrocaramulo – Empreendimentos Agro-Pecuários do Caramulo SA
Konvenut: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)
Dispożittiv
L-Anness I tar-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87, tas-17 ta’ Diċembru 1987, li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifużjoni tal-esportazzjoni, kif emendat, fl-aħħar lok, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2091/2005, tal-15 ta’ Diċembru 2005, għandu jiġi interpretat fis-sens li, tiġieġ imrobbi għall-produzzjoni tal-bajd maqtul matul il-perijodu li matulu jbid, meta l-iskeletru tiegħu jkun kompletament ossifikat, imsejjaħ “tiġieġ ta’ riforma”, ma jaqax taħt il-merkanzija indikata bħala “Oħrajn” li tinsab bil-kodiċi tal-prodott 0207 12 10 9900 u 0207 12 90 9190 indikati f’dak l-Anness.
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/17 |
Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón (Carbunión) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-99/14 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Deċiżjoni 2010/787/UE - Għajnuna intiża sabiex tiffaċilità l-għeluq tal-minjieri tal-faħam li ma humiex kompettitivi - Kundizzjonijiet sabiex din l-għajnuna tkun kkunsidrata kompatibbli mas-suq intern - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja))
(2015/C 065/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón (Carbunión) (rappreżentanti: K. Dasai, solicitor u S. Cisnal de Ugarte, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u P. Mahnič Bruni, aġenti), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, É. Gippini Fournier u C. Urraca Caviedes, aġenti)
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
La Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón (Carbunión) hija kkundannata għall-ispejjeż. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/17 |
Appell ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 minn Compagnie des bateaux mouches SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-21 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża T-553/12 – Compagnie des bateaux mouches SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-368/14 P)
(2015/C 065/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Compagnie des bateaux mouches SA (rappreżentant: E. Piwnica, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Permezz ta’ digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2014, il-Qorti tal-Ġustizzja ċaħdet l-appell u kkundannat lil Compagnie des bateaux mouches SA għall-ispejjeż proprji tagħha.
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Münster (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Novembru 2014 – Klausner Holz Niedersachsen GmbH vs Land Nordrhein-Westfalen
(Kawża C-505/14)
(2015/C 065/26)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Münster
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Klausner Holz Niedersachsen GmbH
Konvenuta: Land Nordrhein-Westfalen
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikoli 107 u 108 TFUE (Artikoli 87 u 88 KE) u l-prinċipju ta’ effettività, jeżiġi li, fil-kuntest ta’ tilwima ċivili dwar l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt tad-dritt ċivili li jalloka għajnuna, ma tittiħidx inkunsiderazzjoni deċiżjoni ġudizzjarja dikjaratorja mogħtija fil-qasam ċivili fl-istess kawża, li jkollha awtorità ta’ res judicata, u li tikkonferma ż-żamma fis-seħħ ta’ dan il-kuntratt tad-dritt ċivili mingħajr ma teżamina r-rilevanza tad-dritt relatat mal-għajnuna, meta d-dritt nazzjonali ma joffri ebda possibbiltà oħra li tiġi prekluża l-eżekuzzjoni tal-kuntratt?
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-13 ta’ Novembru 2014 – P vs M
(Kawża C-507/14)
(2015/C 065/27)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: P
Konvenuta: M
Domanda preliminari
Fil-każ fejn fi Stat Membru tkun tressqet kawża dwar ir-responsabbiltajiet parentali, u fejn tkun teżisti kawża oħra li tkun tressqet preċedentement fi Stat Membru differenti li t-talbiet u l-motivi tagħha jkunu l-istess u li l-proċedura tagħha tkun ġiet sospiża fuq talba tar-rikorrent rispettiv f’dik il-kawża, mingħajr ma ġie nnotifikat il-konvenut, kif ukoll mingħajr ma dan tal-aħħar kellu għarfien jew mingħajr ma għamel intervent kwalunkwe fiha, liema sospensjoni kienet għadha fis-seħħ meta l-konvenut ressaq il-kawża msemmija fl-ewwel lok, fid-dawl tal-Artikolu 16(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003 (1), tas-27 ta’ Novembru 2003, u b’effett tal-applikazzjoni tal-Artikolu 19(2) tal-istess regolament, jista’ jitqies li l-kawża li fiha seħħet is-sospensjoni kienet l-ewwel waħda li tressqet?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243).
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/19 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika ta’ Ċipru
(Kawża C-515/14)
(2015/C 065/28)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Tserepa-Lacombe u D. Martin, bħala aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika ta’ Ċipru
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara li r-Repubblika ta’ Ċipru naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 45 u 48 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u taħt l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea peress li ma ħassritx b’effett retroattiv mill-1 ta’ Mejju 2004, il-kriterju ta’ età li jinsab fl-Artikolu 27 tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet [iktar ’il quddiem, il-“Liġi 97(I)97”] u li jagħmel lil dan l-artikolu inkompatibbli mal-imsemmija dispożizzjonijiet, peress li jipprekludi lil ħaddiema milli jħallu l-Istat tagħhom sabiex jimpjegaw lilhom infushom fi Stat Membru ieħor, istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea jew korpi internazzjonali oħra u peress li jagħti lok għal nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema migranti, inklużi dawk li jaħdmu fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea jew f’korp internazzjonali ieħor, minn naħa, u uffiċjali tal-Istat li eżerċitaw l-attività tagħhom f’Ċipru biss, min-naħa l-oħra. |
— |
tikkundanna lir-Repubblika ta’ Ċipru għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-Kummissjoni Ewropea titlib lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li r-Repubblika ta’ Ċipru naqset milli tissodisfa l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 45 u 48 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u taħt l-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea peress li ma ħassritx b’effett retroattiv mill 1 ta’ Mejju 2004, il-kriterju ta’ età li jinsab fl-Artikolu 27 tal-Liġi 97(I)97 u li jagħmel lil dan l-artikolu inkompatibbli mal-imsemmija dispożizzjonijiet, peress li jipprekludi lil ħaddiema milli jħallu l-Istat tagħhom sabiex jimpjegaw lilhom infushom fi Stat Membru ieħor, istituzzjoni tal-Unjoni Ewropea jew korpi internazzjonali oħra u peress li jagħti lok għal nuqqas ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn ħaddiema migranti, inklużi dawk li jaħdmu fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, u uffiċjali tal-Istat li eżerċitaw l-attività tagħhom f’Ċipru biss. Il-leġiżlazzjoni Ċiprijotta, u b’mod speċifiku l-Artikolu 27 tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet [il-Liġi 97(I)97], tintroduċi differenza fit-trattament bejn uffiċjali tal-amministrazzjoni nazzjonali u uffiċjali li jaħdmu fi Stat Membru ieħor f’korpi internazzjonali jew fl-Unjoni Ewropea, peress li huma biss il-ħaddiema li eżerċitaw attività esklużivament f’Ċipru li jistgħu, fil-każ li ma jibqgħux iservu l-Istat, jinvokaw l-Artikoli 24 u 25 tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet u jżommu d-drittijiet għal pensjoni tagħhom anki jekk ma jissodisfawx il-kriterju tal-età ta’ 45 jew 48 sena. Min-naħa l-oħra, ħaddiema li eżerċitaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu ma għandhomx il-possibbiltà li jinvokaw l-imsemmija artikoli, bil-konsegwenza li jitilfu d-drittijiet tagħhom għal pensjoni.
Barra minn hekk, l-artikolu tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet inkwistjoni jipprekludi l-moviment liberu tal-ħaddiema peress li jċaħħad lill-ħaddiem il-possibbiltà li jinvoka l-perijodi kollha ta’ pensjoni miġbura u ma jiggarantixxix lill-ħaddiem migrant karriera unifikata għal skopijiet ta’ sigurtà soċjali. L-applikazzjoni tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet tfisser li uffiċjal li jirriżenja b’mod volontarju mis-servizz lejn l-Istat ta’ Ċipru sabiex jaħdem fi Stat Membru ieħor f’korpi internazzjonali, u li ma jissodisfax il-kriterju tal-età li wieħed jilħaq il-45 jew it-48 sena skont il-każ, jirċievi biss is-somma f’daqqa u jitlef id-drittijiet għal pensjoni, skont l-Artikolu 27(1)(b) tal-Liġi dwar il-Pensjonijiet, anki jekk ikun ikkompleta l-perijodu minimu ta’ assigurazzjoni ta’ ħames snin.
Għandu jingħad ukoll li l-Liġi 31(I)/2012 li tipprovdi biss għall-possibbiltà ta’ trasferiment ta’ drittijiet għal pensjoni lejn u mill-iskema ta’ pensjoni tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ma tinkludix dispożizzjoni dwar id-drittijiet għal pensjoni ta’ uffiċjali tal-Istat li jħallu s-servizz tal-Istat ta’ Ċipru sabiex jaħdmu mal-Unjoni Ewropea iżda li fl-aħħar mill-aħħar jagħżlu li ma jittrasferixxux id-drittijiet għal pensjoni tagħhom skont l-Artikolu 11 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej. Dawn l-uffiċjali jitilfu d-drittijiet tagħhom għal pensjoni jekk jirriżenjaw b’mod volontarju mis-servizz lejn l-Istat ta’ Ċipru u ma jissodisfawx il-kriterju tal-età.
Barra minn hekk, il-Liġi dwar il-Benefiċċji ta’ Pensjoni tal-Uffiċjali tal-Istat fis-Settur Pubbliku Usa’ inkluż fl-Awtoritajiet Lokali (Dispożizzjonijiet ta’ Applikazzjoni Ġenerali) tal-2011 [iktar ’il quddiem il-“Liġi 113(I)/2011”] tapplika biss għall-uffiċjali tal-Istat li huma impjegati ġodda maħtura f’pożizzjoni għall-ewwel darba fl-1 ta’ Ottubru 2011 jew wara, data li fiha daħlet fis-seħħ il-Liġi, bir-riżultat li d-diskriminazzjoni fl-età tkompli tapplika fir-rigward ta’ dawk li huma rregolati mill-Liġi dwar il-Pensjonijiet [Liġi 97(I)97].
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Novembru 2014 – Sparkasse Allgäu vs Finanzamt Kempten
(Kawża C-522/14)
(2015/C 065/29)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesfinanzhof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sparkasse Allgäu
Konvenut: Finanzamt Kempten
Domanda preliminari
Il-libertà ta’ stabbiliment (Artikolu 49 TFUE, li kien l-Artikolu 43 KE) tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi, fil-każ tal-mewt ta’ resident, li l-obbligu ta’ istituzzjoni ta’ kreditu bis-sede tagħha fit-territorju nazzjonali li tikkomunika lill-Finanzamt (Uffiċċju tat-Taxxi) responsabbli mit-taxxa tas-suċċessjoni fit-territorju nazzjonali jirrigwarda wkoll l-attiv tad-de cujus li jinsab iddepożitat jew ġestit f’fergħa li ma hijiex indipendenti mill-imsemmija istituzzjoni ta’ kreditu li tinsab fi Stat Membru ieħor, meta f’dan l-Istat Membru tal-aħħar ma hemmx obbligu ta’ komunikazzjoni paragunabbli u meta l-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma hemmhekk suġġetti għal sigriet bankarju protett b’sanzjonijiet kriminali?
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/20 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Novembru 2014 – YARA Brunsbüttel GmbH vs Hauptzollamt Itzehoe
(Kawża C-529/14)
(2015/C 065/30)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: YARA Brunsbüttel GmbH
Konvenut: Hauptzollamt Itzehoe
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/96/KE (1) jipprekludi eżenzjoni mit-taxxa nazzjonali għal prodotti tal-enerġija użati għat-trattament termali tal-arja tal-egżost jew din id-direttiva ma tapplikax għal tali prodotti tal-enerġija skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(4)(b) tad-Direttiva 2003/96/KE peress li l-użu għat-trattament termali tal-arja tal-egżost huwa skop differenti minn dak tal-karburanti tal-karozzi jew tal-karburanti li jsaħħnu u dan għalhekk jikkostitwixxi użu doppju ta’ prodotti tal-enerġija fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni? |
2) |
Eżenzjoni mit-taxxa, fejn xierqa, tista’ tingħata għal prodotti tal-enerġija użati għat-trattament termali tal-arja tal-egżost biss kemm-il darba, fil-proċess tat-trattament termali tal-arja tal-egżost, dawn il-prodotti jidħlu wkoll, bħala materjal mhux ipproċessat, bażiku jew awżiljarju, fil-kompożizzjoni ta’ prodott li jirriżulta minn dan it-trattament? |
3) |
Eżenzjoni mit-taxxa hija prekluża għal prodotti tal-enerġija użati għat-trattament termali tal-arja tal-egżost fil-każ li l-enerġija termali li toħroġ mit-trattament tal-arja tal-egżost tiġi wkoll parzjalment użata għal skopijiet ta’ tisħin u/jew ta’ tnixxif? Tali eżenzjoni hija wkoll prekluża, fejn xieraq, fil-każ li tkun meħtieġa inqas enerġija għat-tisħin u/jew għat-tnixxif mill-enerġija disponibbli fl-arja tal-egżost u li toħroġ mit-trattament termali tagħha? |
(1) Direttiva tal-Kunsill 2003/96/KE, tas-27 ta’ Ottubru 2003, li tirriforma l-istruttura tal-Komunità dwar tassazzjoni fuq prodotti ta’ enerġija u elettriku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 405).
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-24 ta’ Novembru 2014 – Toorank Productions vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-532/14)
(2015/C 065/31)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Toorank Productions BV
Konvenuta: Staatssecretaris van Financiën
Domandi preliminari
L-intestatura tan-NM 2206 għandha tiġi interpretata fis-sens li jeħtieġ li tiġi kklassifikata taħtha xarba b’livell ta’ alkoħol ta’ 13,4 % li hija prodotta permezz ta’ taħlita ta’ xarba (bażika) alkoħolika ppurifikata msemmija “Ferm Fruit” – miksuba permezz tal-fermentazzjoni ta’ konċentrat tat-tuffiegħ – ta’ zokkor, ta’ togħmiet, ta’ koloranti, ta’ aġenti tal-palat, ta’ aġenti li jgħaqqdu, ta’ aġenti li jikkonservaw u ta’ alkoħol ddistillat, fejn dan tal-aħħar ma jirrappreżentax, f’termini ta’ volum u ta’ perċentwal, iktar minn 49 % tal-alkoħol preżenti fix-xarba, filwaqt li 51 % minn din tal-aħħar huwa alkoħol provenjenti mill-fermentazzjoni? F’każ ta’ risposta negattiva għal din id-domanda, is-subintestatura NM 2208 70 għandha tiġi interpretata fis-sens li tali xarba għandha tiġi kklassifikata taħtha bħala likur?
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/21 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-24 ta’ Novembru 2014 – Toorank Productions vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-533/14)
(2015/C 065/32)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Toorank Productions BV
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domandi preliminari
1) |
L-intestatura NM 2206 għandha tiġi interpretata fis-sens li għandha tiġi kklassifikata fiha x-xarba bl-isem “Ferm Fruit”, li tinkiseb permezz tal-fermentazzjoni ta’ konċentrat tat-tuffiegħ, li sservi wkoll bħala xarba ta’ bażi fil-manifattura ta’ xi xarbiet oħra, li għandha qawwa alkoħolika bil-volum ta’ 16 % u għandha – bl-effett ta’ purifikazzjoni (b’mod partikolari permezz ta’ ultrafiltrazzjoni) – kulur, riħa u togħma newtrali, u li magħha ma jiġix miżjud alkoħol iddistillat? F’każ ta’ risposta fin-negattiv għal din id-domanda, l-intestatura NM 2208 għandha tiġi interpretata fis-sens li tali xarba għandha tiġi kklassifikata fiha? |
2) |
L-intestatura NM 2206 għandha tiġi interpretata fis-sens li għandha tiġi kklassifikata fiha xarba li għandha qawwa alkoħolika bil-volum ta’ 14 % li tiġi mmanifatturata billi x-xarba (ta’ bażi) msemmija fid-domanda 1 titħallat biz-zokkor, b’sustanza aromatika, b’sustanza koloranti, ħwawar, b’aġenti li jorbtu u bi priżervanti, u li ma fihiex alkoħol iddistillat? F’każ ta’ risposta fin-negattiv għal din id-domanda, l-intestatura NM 2208 għandha tiġi interpretata fis-sens li tali xarba għandha tiġi kklassifikata fiha? |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/22 |
Appell ippreżentat fl-1 ta’ Diċembru 2014 minn Holcim (Romania) SA mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fit-18 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-317/12, Holcim (Romania) SA vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-556/14 P)
(2015/C 065/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Holcim (Romania) SA (rappreżentant: L. Arnauts, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla), tat-18 ta’ Settembru 2014, fil-Każ T-317/12, Holcim (Romania) SA vs Il-Kummissjoni Ewropea; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-317/12 u għall-ispejjeż tal-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja; |
— |
tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali |
sussidjarjament, tilqa’ t-talbiet tar-rikorrenti kif mitluba quddiem il-Qorti Ġenerali:
— |
tikkonstata li, fir-rigward tad-dannu sostnut mir-rikorrenti wara s-serq ta’ miljun kwota, l-Unjoni Ewropea għandha tirrispondi għall-aġir tal-Kummissjoni Ewropea skont l-Artikoli 256, 268 u 340 TFUE; |
— |
tordna lill-Unjoni Ewropea tħallasha l-valur tal-kwoti misruqa li jkunu għadhom ma ġewx irkuprati sad-data tas-sentenza definittiva, u dan għall-prezz tas-suq fis-seħħ fid-data tas-serq, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 8 % fis-sena mis-16 ta’ Novembru 2010; |
— |
konsegwentement, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 1 b’mod provviżorju; |
— |
tordna lill-partijiet jiftiehmu fuq l-ammont tad-dannu u/jew tordna lir-rikorrenti tipprova l-portata definittiva tad-dannu tagħha, fit-tliet xhur wara s-sentenza interlokutorja; |
— |
tiddikjara s-sentenza eżekuttiva. |
u, fi kwalunkwe każ:
— |
tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż; |
— |
tiddikjara s-sentenza eżekuttiva. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Fir-Regolament 2216/2004, tal-21 ta’ Diċembru 2004“għal sistema standardizzata u sikura ta’ reġistri skond id-Direttiva 2003/87/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni 280/2004/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill” (3), il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet sistema standardizzata ta’ reġistri nazzjonali (Skema tal-Unjoni Ewropea għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet – EU-ETS) sabiex titraċċja u tiżgura l-ħruġ, l-akkwist, it-trasferiment u l-kanċellament ta’ Kwoti tal-Unjoni Ewropea (EUA) (kwoti sabiex ikun hemm ċertu ammont ta’ emissjoni ta’ gassijiet serra fi ħdan il-qafas tal-ftehimiet internazzjonali dwar it-tnaqqis tagħhom). Ir-reġistri nazzjonali huma konnessi u mmonitorjati minn amministratur ċentrali fil-Kummissjoni Ewropea, imsejjaħ ir-Reġistru Komunitarju Indipendenti tat-Tranżazzjonijiet (CITL).
Diversi reġistri nazzjonali tal-EU-ETS ġew attakkati minn kriminali ċibernetiċi. Fis-16 ta’ Novembru 2010, il-kontijiet EU-ETS ta’ Holcim (Romania) ġew aċċessati b’mod illegali. Permezz ta’ sensiela ta’ operazzjonijiet imwettqa minn persuni mhux awtorizzati, 1 6 00 000 EUA ġew ittrasferiti f’żewġ kontijiet barranin, li minnhom 6 00 000 biss ġew irkuprati bis-saħħa ta’ intervent tar-Reġistru Nazzjonali tar-Rumanija (NEPA). Dan jirrappreżenta telf ta’ madwar EUR 1 5 0 00 000 peress li, minħabba l-pożizzjoni tal-Kummissjoni Ewropea, ma kienx possibbli għal Holcim (Romania) li tirkupra l-kwoti misruqa rimanenti.
Il-Kummissjoni Ewropea b’mod konsistenti rrifjutat (i) li timblokka l-kwoti misruqa, minkejja li kull waħda minnhom għandha numru individwali u tista’ tiġi ttraċċata fi kwalunkwe ħin fl-EU-ETS u (ii) li tiżvela f’liema kontijiet u/jew reġistri nazzjonali dawn jinsabu, bl-għan li tippermetti lil Holcim tagħti bidu għal proċedimenti legali fl-Istat Membru/Stati Membri kkonċernat(i). Il-Kummissjoni Ewropea ordnat ukoll li r-reġistri nazzjonali jieħdu l-istess pożizzjoni, abbażi ta’ dmir ta’ kunfidenzjalità tagħhom.
It-talba għal-kumpens kontra l-Unjoni Ewropea, skont l-Artikolu 21 tal-Protokoll dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, u l-Artikoli 256 268 u 340 TFUE, li ġiet miċħuda mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tat-18 ta’ Settembru 2014, hija bbażata fuq il-motivi li ġejjin:
|
L-ewwel motiv ibbażat fuq ir-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea għad-deċiżjonijiet illegali adottati mill-Kummissjoni Ewropea, li jikkonsistu:
|
|
It-tieni motiv ibbażat fuq ir-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea għall-implementazzjoni illegali, mill-Kummissjoni Ewropea, tal-Artikoli 19 u 20 tad-Direttiva 2003/87 u tar-Regolament 2216/2004, dwar is-sigurtà, il-kunfidenzjalità u l-funzjonament tal-EU-ETS. |
|
It-tielet motiv ibbażat fuq ir-responsabbiltà tal-Unjoni Ewropea għal atti illegali li jaffettwaw kategorija partikolari ta’ operaturi ekonomiċi b’mod sproporzjonat meta mqabbel ma’ oħrajn (dannu anormali) u li jeċċedu l-limiti tar-riskji ekonomiċi inerenti fl-operat fis-settur ikkonċernat (dannu speċjali), mingħajr ma l-miżura leġiżlattiva li wasslet għad-dannu allegat kienet iġġustifikata minn interess ekonomiku ġenerali. |
(1) Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631)
(2) Id-Deċiżjoni Nru 280/2004/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li tikkonċerna l-mekkaniżmu għall-moniteraġġ l-emissjonijiet ta’ gass serra tal-Komunità u biex jiġi implimentat il-Protokoll ta’ Kyoto (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 57)
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/24 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fil-5 ta’ Diċembru 2014 – Caner Genc vs Udlændingenævnet
(Kawża C-561/14)
(2015/C 065/34)
Lingwa tal-kawża: id-Daniż
Qorti tar-rinviju
Østre Landsret
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Caner Genc
Konvenut: Udlændingenævnet
Domandi preliminari
1) |
Ir-regola ta’ Standstill inkluża fl-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni, adottata mill-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni u mehmuża mal-Ftehim li jwaqqaf Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija, iffirmat fit-12 ta’ Settembru 1963 mir-Repubblika tat-Turkija, minn naħa, u mill-Istati Membri tal-KEE u mill-Komunità, min-naħa l-oħra, u/jew ir-regola ta’ Standstill li tinsab fl-Artikolu 41(1) tal-protokoll addizzjonali, iffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 fi Brussell kif ikkonfermat bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72 (1), tad-19 ta’ Diċembru 1972 għandhom jiġu interpetati fis-sens li kundizzjonijiet ġodda li jirrestrinġu l-aċċess għar-riunifikazzjoni tal-familja fir-rigward tal-membri tal-familja li ma jkunux ekonomikament attivi, b’mod partikolari l-ulied minuri ta’ ċittadini Torok li jkunu ekonomikament attivi u li jkunu jirrisjedu u jkollhom permess ta’ residenza fi Stat Membru, jaqgħu taħt l-obbligu ta’ Standstill fid-dawl:
|
2. |
Fir-risposta għad-domanda 1, il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab tindika jekk eventwali dritt derivat għar-riunifikazzjoni tal-familja fir-rigward tal-membri tal-familja ta’ ċittadini Torok ekonomikament attivi li jkollhom permess ta’ residenza u jkunu jirrisjedu fi Stat Membru jiswiex għall-membri tal-familja ta’ ħaddiema Torok fis-sens tal-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni 1/80 jekk dan japplikax biss għall-membri tal-familja ta’ ħaddiema Torok li jaħdmu għal rashom fis-sens tal-Artikolu 41(1) tal-protokoll addizzjonali? |
3. |
F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 1 u għad-domanda 2, il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab tindika jekk ir-regola ta’ Standstill inkluża fl-Artikolu 13(1) tad-Deċiżjoni 1/80 għandhiex tiġi interpretata fis-sens li restrizzjonijiet ġodda li jkunu “iġġustifikat[i] minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, […] intiż[i] sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq l-għan leġittimu mixtieq u [li ma jmorrux] lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex dan jintlaħaq” (lil hinn minn dak indikat fl-Artikolu 14 tad-Deċiżjoni 1/80) huma leġittimi? |
4. |
F’każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 3, il-Qorti tal-Ġustizzja qiegħda tintalab b’mod partikolari tindika:
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta’ Diċembru 1972, li jikkonkludi l-protokoll addizzjonali u l-protokoll finanzjarju ffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 u mehmuż mal-Ftehim li jwaqqaf Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Europea u t-Turkija u li jikkonċerna l-miżuri li għandhom jittieħdu għall-implimentazzjoni tagħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 41).
(2) Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/25 |
Appell ippreżentat fil-11 ta’ Diċembru 2014 minn Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-2 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża T-340/07 RENV: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-575/14 P)
(2015/C 065/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (rappreżentanti: M. Sfyri, I. Ampazis, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali li tinsab taħt appell. |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni tikkumpensa d-dannu mġarrab mill-appellanti b’riżultat tan-nuqqas tal-Kummissjoni li tikkonforma ruħha mal-obbligi kuntrattwali fil-kuntest tal-kuntratt EDC-53007 EEBO/27873 dwar il-proġett intitolat “e-Content Exposure and Business Opportunities”. B’mod iktar partikolari, tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ammont ta’ EUR 1 72 588,62, li jirrappreżenta l-ispejjeż kollha mġarrba mill-appellanti fir-rigward tax-xogħol kollu mwettaq mill-appellanti qabel ir-rexissjoni tal-kuntratt tas-16 ta’ Mejju 2003 u kkunsinnat mill-appellanti skont l-obbligi kuntrattwali tagħha. Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li l-appellanti kellha twaqqaf kull xogħol mis-16 ta’ Mejju 2003, tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas mill-inqas l-ammont ta’ EUR 1 27 076,48, li jirrappreżenta l-ispejjeż kollha mġarrba jew imħallsa mill-appellanti legalment u strettament skont it-termini tal-kuntratt tagħha, sa dik id-data. |
— |
Tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż kollha, inklużi l-ispejjeż sostnuti waqt il-proċedura inizjali, anki fl-ipoteżi ta’ ċaħda ta’ dan l-appell, kif ukoll l-ispejjeż sostnuti fil-kuntest ta’ dan l-appell, fil-każ li jintlaqa’. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tibbaża l-appell tagħha fuq il-fatt li l-Qorti Ġenerali żnaturat it-tifsira ċara tal-provi quddiemha, billi interpretat b’mod żbaljat l-Anness II “Kundizzjonijiet Ġenerali” tal-kuntratt EDC-53007 EEBO/27873, billi mminat il-valur probatorju tad-dikjarazzjoni tan-nefqa sottomessa u, konsegwentement, billi evalwat b’mod żbaljat li d-dokumenti prodotti mill-appellanti ma kinux xierqa u suffiċjenti sabiex jipprovaw li l-ispejjeż imsemmija fihom attwalment ġew imġarrba għall-implementazzjoni tal-proġett.
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/26 |
Appell ippreżentata fit-18 ta’ Diċmebru 2014 minn Dimosia Epikhirisi Ilektrismou AE (DEI) mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tat- 8 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ T-542/11 Alouminion vs Il-Kummissjoni
(Case C-590/14 P)
(2015/C 065/36)
Lingwa tal-Kawża: il-Grieg
Parties
Appellanti: Dimosia Epikhirisi Ilektrismou AE (DEI) (irrappreżentata minn: E. Bourtzalas, E. Salaka, K. Sinodinos, K. Tagaras u A. Ikonomou, avukati)
Appellata: Alouminion AE
Talbiet
— |
tikkonstata l-ammissibblità tal-appell; |
— |
tannulla s-sentenza appellata; |
— |
tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha, jiġifieri, kemm dawk tal-ewwel istanza kif ukoll dawn tal-appell. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:
1. |
Żball ta’ liġi fl-interpretazzjoni tal-Artikolu 108(3) TFUE kif ukoll tla-Artikolu 1(ċ) u (b) tar-Regolament Nru 659/99, sa fejn ġie deċiż li l-estensjoni ta’ għajnuna ma tikkostitwixxix ipso facto għajnuna ġdida, peress li l-attribuzzjoni ta’ din il-klassifikazzjoni tirrikjedi tibdil sostanzjali tal-għajnuna. |
2. |
Żball ta’ liġi, żball manifest ta’ evalwazzjoni u distorzjoni tal-fatti bid-dikjarazzjoni li l-applikazzjoni tat-tariffa preferenzjali matul il-perijodu kkontestat tikkostitwixxi estensjoni ta’ għajnuna eżistenti. |
3. |
Żball manifest ta’ liġi u ta’ fatt u żball manifest fil-kunsiderazzjoni li l-bażi legali u kuntrattwali tal-għajnuna baqgħet inoltrata. |
4. |
Ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni peress li s-sentenza appellata ma tiċċarax jekk il-kundizzjonijiet ta’ klassifikazzjoni tal-għajnuna bħala ġdida għandhomx jiġu ssodisfatti kumulattivament u jekk il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna bħala ġdida tippreżumix intervent leġizlattiv. |
5. |
Ksur tal-obbligu tal-Qorti Ġenerali li tagħti deċiżjoni fuq l-allegazzjoniet rilevanti ippreżentati quddiemha u ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/27 |
Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-8 ta’ Diċembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-453/12) (1)
(2015/C 065/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.
Il-Qorti Ġenerali
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/28 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2015 – Abdulrahim vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni
(Kawża T-127/09 RENV) (1)
((“Rinviju wara annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban - Regolament (KE) Nru 881/2002 - Iffriżar ta’ fondi u ta’ riżorsi ekonomiċi ta’ persuna inkluża f’lista stabbilita minn korp ta’ Nazzjonijiet Uniti - Inklużjoni tal-isem ta’ din il-persuna fil-lista inkluża fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 - Rikors għal annullament - Ammissibbiltà - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Skadenza - Żball skużabbli - Drittijiet fundamentali - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt għar-rispett tal-proprjetà - Dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja”))
(2015/C 065/38)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Abdulbasit Abdulrahim (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: P. Moser, QC, E. Grieves, barrister, H. Miller u R. Graham, solicitors)
Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Finnegan u G. Étienne, aġenti), u l-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Paasivirta u G. Valero Jordana, aġenti)
Suġġett
Inizjalment, minn naħa, talba għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 467/2001 li jipprojbixxi l-esportazzjoni ta’ ċerti merkanzija u servizzi lejn l-Afganistan, waqt li jsaħħaħ il-projbizzjoni ta’ titjiriet u jestendi l-friża fuq fondi u riżorsi finanzjarji oħra rigward it-Taliban tal-Afganistan (ĠU L 139, p. 9), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2008, tat-22 ta’ Diċembru 2008, li jemenda għall-103 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 (ĠU L 345, p. 60), jew ta’ dan l-aħħar imsemmi regolament, sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament ikkawżat minn dawn l-atti.
Dispożittiv
1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002, tas-27 ta’ Mejju 2002, li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati ma’ Usama bin Laden, in-network ta’ Al-Qaida u t-Taliban, huwa annullat, sa fejn dan jikkonċerna lil A. Abdulbasit Abdulrahim. |
2) |
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea huma kkundannati li jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż esposti minn A. Abdulrahim għar-rikors għal annullament, kif ukoll l-ammonti mħallsa mill-Qorti Ġenerali bħala għajnuna legali. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2015 – Veloss International u Attimedia vs Il-Parlament
(Kawża T-667/11) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni lejn il-Grieg fil-Parlament - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2015/C 065/39)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Veloss International SA (Brussell, il-Belġju); u Attimedia SA (Brussell) (rappreżentant: N. Korogiannakis, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: P. López-Carceller, L. Darie u P. Biström, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament li tagħżel, fit-tieni post, l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EL/2011/UE li tirrigwarda l-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni lejn il-Grieg (ĠU 2011/S 56-090374), ikkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tat-18 ta’ Ottubru 2011, kif ukoll kull deċiżjoni konnessa adottata mill-Parlament u, min-naħa l-oħra, talba ta’ kumpens għad-dannu allegatament imġarrab.
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta’ Ottubru 2011 li tagħżel, fit-tieni pożizzjoni, l-offerta sottomessa minn Veloss International SA u Attimedia SA fil-kuntest tal-proċedura ta’ sejħa għal offerti EL/2011/UE li tirrigwarda l-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni lejn il-Grieg hija annullata |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Il-Parlament huwa kkundannat għall-ispejjeż. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/29 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2015 – Franza vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-1/12) (1)
((Għajnuna mill-Istat - Għajnuna għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni ta’ impriżi f’diffikultà - Għajnuna għar-ristrutturazzjoni prevista mill-awtoritajiet Franċiżi favur SeaFrance SA - Żieda fil-kapital azzjonarju u self mogħti minn SNCF lil SeaFrance - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Kriterju ta’ investitur privat - Linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u għar-ristrutturazzjoni tal-impriżi f’diffikultà”))
(2015/C 065/40)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika ta’ Franza (rappreżentanti: inizjalment E. Belliard, G. de Bergues u J. Gstalter, sussegwentement G. de Bergues, D. Colas u J. Bousin, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, B. Stromsky u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/397/UE, tal-24 ta’ Ottubru 2011, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA 32600 (2011/C) – Franza – Għajnuna għar-ristrutturar ta’ SeaFrance SA mill-SNCF (ĠU 2012, L 195, p. 1).
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Ir-Repubblika Franċiża hija kkundannata għall-ispejjeż. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/30 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2015 – Ziegler vs Il-Kummissjoni
(Kawżi magħquda T-539/12 u T-150/03) (1)
((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kompetizzjoni - Suq tas-servizzi ta’ ċaqliq internazzjonali fil-Belġju - Ċaqliq tal-uffiċjali u ta’ membri tal-persunal oħra tal-Unjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 101 TFUE - Kwotazzjonijiet ta’ konvenjenza - Portata tar-responsabbiltà ta’ istituzzjoni - Awtorità ta’ res judicata - Dmir ta’ diliġenza - Rabta kawżali”))
(2015/C 065/41)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Ziegler SA (Brussell, il-Belġju); u Ziegler Relocation SA (Brussell) (rappreżentanti: J.-F. Bellis, M. Favart u A. Bailleux, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u A. Bouquet, aġenti)
Suġġett
Talba għal kumpens, minn naħa, ta’ allegat dannu li jirriżulta mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 926 finali, tal-11 ta’ Marzu 2008, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38543 – Servizzi ta’ ċaqliq internazzjonali), u, min-naħa l-oħra, ta’ allegat dannu li jirriżulta mit-tkomplija tal-prattika tal-“kwotazzjonijiet ta’ konvenzjenza” wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni C (2008) 926, bejn il-11 ta’ Marzu 2008 u l-1 ta’ Jannar 2014.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikorsi huma miċħuda. |
2) |
Ziegler SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-Kawża T-539/12. |
3) |
Ziegler Relocation SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni fil-Kawża T-150/13. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2015 – Trentea vs FRA
(Kawża T-107/13 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Deċiżjoni ta’ ċaħda tal-kandidatura u ta’ ħatra ta’ kandidat ieħor - Aggravju li tqajjem għall-ewwel darba fis-seduta - Żnaturament tal-provi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kontestazzjoni tal-kundanna għall-ispejjeż”))
(2015/C 065/42)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Cornelia Trentea (Barcelone, Spanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (rappreżentanti: M. Kjærum, aġent, assistit B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appell ippreżentat mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2012, Trentea vs FRA (F-112/10, ĠabraFP, EU:F:2012:179), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1) |
L-appell huwa miċħud. |
2) |
C. Trentea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) fil-kuntest ta’ din l-istanza. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/31 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Jannar 2015 – dm-drogerie markt vs UASI – V-Contact Kereskedelmi és Szolgáltató (CAMEA)
(Kawża T-195/13) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CAMEA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti BALEA - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/200”])
(2015/C 065/43)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrenti: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: B. Beinert, O. Bludovsky u T. Strack, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: J. Németh, P. Geroulakos u V. Melgar, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: V-Contact Kereskedelmi és Szolgáltató Kft (Szada, l-Ungerija) (rappreżentant: A. Krajnyák, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Jannar 2013 (Każ R 452/2012-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn dm-drogerie markt GmbH & Co. KG u V-Contact Kereskedelmi és Szolgáltató Kft.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
dm-drogerie markt GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2015 – MEM vs UASI (MONACO)
(Kawża T-197/13) (1)
(“Trade mark Komunitarja - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea - Trade mark verbali MONACO - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 151(1) u Artikolu 154(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 7(1)(b) u (c) u Artikolu 7(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Rifjut parzjali ta’ protezzjoni”)
(2015/C 065/44)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Marques de l’État de Monaco (MEM) (Monako, Monako) (rappreżentant: S. Arnaud, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Jannar 2013 (Każ R 113/2012-4), dwar ir-reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea tat-trade mark verbali MONACO.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Marques de l’État de Monaco (MEM) hija kkundannata għall-ispejjeż. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/32 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2015 – Gossio vs Il-Kunsill
(Kawża T-406/13) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi speċifiċi meħuda kontra ċerti persuni u entitajiet fir-rigward tas-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Iffriżar ta’ fondi - Użu ħażin ta’ poter - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Drittijiet fundamentali”))
(2015/C 065/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Marcel Gossio (Abidjan, il-Côte d’Ivoire) (rappreżentant: S. Zokou, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u G. Étienne, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament, minn naħa, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 560/2005, tat-12 ta’ April 2005, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju (ĠU L 159M, p. 347), tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK, tad-29 ta’ Ottubru 2010, li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 285, p. 28) u tad-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill 2012/144/PESK, tat-8 ta’ Marzu 2012, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656 (ĠU L 71, p. 50), sa fejn dawn jikkonċernaw lir-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2013 li jinżammu l-miżuri restrittivi li kien suġġett għalihom ir-rikorrent.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2014/271/PESK, tat-12 ta’ Mejju 2014, li timplimenta d-Deċiżjoni 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d'Ivoire, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 479/2014, tat-12 ta’ Mejju 2014, li timplimenta r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Kosta tal-Avorju, huma annullati sa fejn jikkonċernaw lil Marcel Gossio. |
2) |
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija. |
3) |
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/33 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2015 – Melt Water vs UASI (MELT WATER Original)
(Kawża T-69/14) (1)
([“Trade mark Komunitajra - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva MELT WATER Original - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”]))
(2015/C 065/46)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Partijiet
Rikorrenti: Research and Production Company “Melt Water” UAB (Klaipėda, il-Litwanja) (rappreżentant: V. Viešūnaitė, avukat)
Konvenuta: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Novembru 2013 (Każ R 494/2013-5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv MELT WATER Original bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Research and Production Company “Melt Water” UAB hija kkundannata għall-ispejjeż. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/34 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Jannar 2015 – Melt Water vs UASI (Forma ta’ flixkun ċilindriku u trasparenti)
(Kawża T-70/14) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ flixkun ċilindriku u trasparenti - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
(2015/C 065/47)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Partijiet
Rikorrenti: Research and Production Company “Melt Water” UAB (Klaipėda, il-Litwanja) (rappreżentant: V. Viešūnaitė, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Novembru 2013 (Każ R 481/2013-5), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal tridimensjonali magħmul mill-forma ta’ flixkun ċilindriku trasparenti bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
2) |
Research and Production Company “Melt Water” UAB hija kkundannata għall-ispejjeż. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/34 |
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Diċembru 2014 – Al Assad vs Il-Kunsill
(Kawża T-407/13) (1)
([“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra s-Sirja - Iffriżar ta’ fondi - Iskrizzjoni ta’ individwu fil-lista ta’ persuni kkonċernati - Rabtiet personali ma’ membri tar-reġim - Drittijiet tad-difiża - Smigħ xieraq - Obbligu ta’ motivazzjoni - Oneru tal-prova - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Proporzjonalità - Dritt għall-proprjetà - Dritt għall-ħajja privata - Awtorità ta’ res judicata - Inammissibbiltà - Inammissibbiltà manifesta - Rikors infondat fid-dritt”])
(2015/C 065/48)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Bouchra Al Assad (Damasku, is-Sirja) (rappreżentanti: G. Karouni u C. Dumont, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Étienne u M. Joséphidès, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali, l-ewwel nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 111, p. 1, rettifika ĠU 2013, L 127, p. 27), it-tieni nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja (ĠU L 147, p. 14), it-tielet nett, tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1332/2013, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 335, p. 3), ir-raba nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/760/PESK, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 (ĠU L 335, p. 50), il-ħames nett, tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 578/2014, tat-28 ta’ Mejju 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja (ĠU L 160, p. 11), u, is-sitt nett, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 (ĠU L 160, p. 37), sa fejn l-isem tar-rikorrenti nżamm fil-listi ta’ persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi.
Dispożittiv
1) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli, sa fejn huwa intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/255/PESK, tal-31 ta’ Mejju 2013, dwar miżuri restrittivi kontra s-Sirja. |
2) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli sa fejn huwa intiż għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1332/2013, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/760/PESK, tat-13 ta’ Diċembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255 u tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/309/PESK, tat-28 ta’ Mejju 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2013/255. |
3) |
Ir-rikors huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment manifestament infondat fid-dritt sa fejn huwa intiż għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 363/2013, tat-22 ta’ April 2013, li jimplimenta r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri ristrettivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja, u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 578/2014, tat-28 ta’ Mejju 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 36/2012 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fis-Sirja. |
4) |
Bouchra Al Assad hija kkundannata għall-ispejjeż. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/35 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Novembru 2014 – ANKO vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-768/14)
(2015/C 065/49)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporeiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tikkonstata li s-somma ta’ EUR 3 77 733,93 imħallsa mill-Kummissjoni lir-rikorrenti għall-proġett POCEMON tikkorrispondi għal spejjeż eliġibbli u li, konsegwentement, din tal-aħħar ma hijiex marbuta li tirrimborsaha bħala rċevuta indebitament u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors preżenti jikkonċerna r-responsabbiltà, attribwita lill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, abbażi tal-kuntratt Nru 216088, relattiv għall-implementazzjoni tal-proġett “Point Of CarE MONitoring and Diagnostics for Autoimmune Diseases” (POCEMON). Iktar preċiżament, ir-rikorrenti ssostni li, għalkemm hija eżegwixxiet l-obbligi kuntrattwali tagħha, il-Kummissjoni talbet ir-rimbors tas-somom imħallsa lil ANKO, peress li dawn jikkorrispondu għal spejjeż mhux eliġibbli u dan, bi ksur tal-kuntratt imsemmi, tal-prinċipju ta’ bona fede, tal-projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
Għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq argumenti totalment infondati, li, f’kull każ, ma humiex stabbiliti, sabiex tiċħad prattikament it-totalità tal-ispejjeż ta’ ANKO għaliex dawn allegatament ma humiex eliġibbli u biex titlob ir-rimbors tas-somma mħallsa lil ANKO għall-proġett POCEMON. It-tieni nett, din issostni li, billi ċaħdet 98,68 % tal-kontribuzzjoni dovuta għar-raġuni li din allegatament ma tikkorrispondix ma’ spejjeż eliġibbli li r-rikorrenti kellha tbati għall-bżonnijiet tal-proġett, il-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt u ta’ proporzjonalità.
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/36 |
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2014 – ANKO vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-771/14)
(2015/C 065/50)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporeiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tikkonstata li s-somma ta’ EUR 2 96 149,77 imħallsa mill-Kummissjoni lir-rikorrenti għall-proġett DOC@HAND tikkorrispondi għal spejjeż eliġibbli u li, konsegwentement, din tal-aħħar ma hijiex marbuta li tirrimborsaha bħala rċevuta indebitament u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors preżenti jikkonċerna r-responsabbiltà, attribwita lill-Kummissjoni abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, abbażi tal-kuntratt Nru 508015, relattiv għall-implementazzjoni tal-proġett DOC@HAND. Iktar preċiżament, ir-rikorrenti ssostni li, għalkemm hija eżegwixxiet l-obbligi kuntrattwali tagħha, il-Kummissjoni talbet ir-rimbors tas-somom imħallsa lil ANKO, peress li dawn jikkorrispondu għal spejjeż mhux eliġibbli u dan, bi ksur tal-kuntratt imsemmi, tal-prinċipju ta’ bona fede, tal-projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.
Għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, li l-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq argumenti totalment infondati, li, f’kull każ, ma humiex stabbiliti, sabiex tiċħad prattikament it-totalità tal-ispejjeż ta’ ANKO għaliex dawn allegatament ma humiex eliġibbli u biex titlob ir-rimbors tas-somma mħallsa lil ANKO għall-proġett DOC@HAND. It-tieni nett, din issostni li, billi ċaħdet 99,59 % tal-kontribuzzjoni dovuta għar-raġuni li din allegatament ma tikkorrispondix ma’ spejjeż eliġibbli li r-rikorrenti kellha tbati għall-bżonnijiet tal-proġett, il-Kummissjoni kisret il-prinċipji ta’ projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt u ta’ proporzjonalità.
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/36 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2014 – Ir-Rumanija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-784/14)
(2015/C 065/51)
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Rumanija (rappreżentanti: R. Radu, R. Haţieganu u A. Buzoianu, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tinsab fl-ittra BUDG/B3/MV D(2014) 3079038 tad-19 ta’ Settembru 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni tordna lir-Rumanija li tagħmel għad-dispożizjzoni tal-baġit tal-Unjoni Ewropea s-somma ta’ EUR 14 883,79 gross, li tikkorrispondi mat-telf ta’ riżorsi proprji tradizzjonali; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq in-nuqqas’ ta’ kompetenza tal-Kummissjoni Ewropea sabiex tadotta d-deċiżjoni kkontestata
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-motivazzjoni insuffiċjenti u mhux xierqa tad-deċiżjoni kkontestata
|
3. |
It-tielet motiv, fil-każ fejn il-Qorti Ġenerali tikkunsidra li l-Kummissjoni aġixxiet fil-limiti tal-kompetenzi mogħtija lilha mit-Trattati, ibbażat fuq ksur mill-Kummissjoni tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tad-drittijiet tad-difiża tar-Rumanija
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u tal-aspettattivi leġittimi
|
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/38 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Novembru 2014 – MPF Holdings vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-788/14)
(2015/C 065/52)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: MPF Holdings (St Helier, Jersey) (rappreżentanti: J. Piccinin u E. Whiteford, Barristers, u E. Gibson-Bolton, Solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u |
— |
tordna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Permezz tar-rikors tagħha r-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 5083 finali, tat-23 ta’ Lulju 2014, fil-każ SA.35980 (2014/N-2) – Ir-Renju Unit, Electricity Market Reform – Capacity Market.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka fuq motiv wieħed li permezz tiegħu tallega li l-Kummissjoni ċaħdet b’mod illegali lil MPF mid-dritt tagħha li tipparteċipa fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali billi naqset milli tiftaħ investigazzjoni formali skont l-Artikolu 108(2) TFEU u l-Artikolu 4(4) tar-Regolament Proċedurali, minkejja li l-kapaċità tas-suq tagħti lok għal dubji fir-rigward tal-kompatibbiltà tagħha mas-suq interna. Ir-rikorrenti ssostni li:
— |
d-disponibbiltà diskriminatorja ta’ kuntratti għal żmien twil ma tistax tiġi ġġustifikata b’riferiment għall-għan leġittimu li jinkiseb l-ammont neċessarju tal-kapaċità tal-ġenerazzjoni; |
— |
il-Kummissjoni naqset milli tinvestiga b’mod adegwat il-probabbli effetti tad-disponibbiltà diskriminatorja ta’ kuntratti għal żmien twil dwar l-effiċjenza tal-kapaċità tas-suq u dwar il-proprjetarji ta’ installazzjonijiet eżistenti; |
— |
il-Kummissjoni naqset milli tinvestiga b’mod adegwat l-allegata ġustifikazzjoni tal-Gvern tar-Renju Unit għal kuntratti għal żmien twil diskriminatorji, speċifikament li produtturi indipendenti li jeħtieġu l-finanzjament ta’ proġett jeħtieġu kuntratti għal żmien twil; |
— |
il-Kummissjoni naqset milli tiġġustifika jew milli tinvestiga b’mod adegwat il-probabbli effetti tad-distinzjoni diskriminatorja bejn min jakkwista l-prezz u min jagħmel il-prezz. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/38 |
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Diċembru 2014 – AATC Trading vs UASI – El Corte Inglés (ALAΪA PARIS)
(Kawża T-794/14)
(2015/C 065/53)
Lingwa tar-rikors: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: AATC Trading AG (Steinhausen, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. Lê Dai, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkonċernata: trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-element verbali “ALAΪA PARIS” Nru 3 4 85 166
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-11 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 1411/2013-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 57(2) tar-Regolament Nru 207/2009 |
— |
Ksur tar-regola 22 tar-Regolament Nru 2868/95. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/39 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2014 – Ogrodnik vs UASI – Aviário Tropical (Tropical)
(Kawża T-804/14)
(2015/C 065/54)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent Tadeusz Ogrodnik (Chorzów, il-Polonja) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aviário Tropical, SA (Loures, il-Portugal)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrent
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-abjad u bl-iswed li tinkludi l-element verbali “Tropical” – Trade mark Komunitarja Nru 3 4 35 773
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 1948/2013-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra fil-proċedimenti, jekk tintervjeni, għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) ikkunsidrat flimkien mal-Artikolu 53(1)(a) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009; |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/40 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Diċembru 2014 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-810/14)
(2015/C 065/55)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, J. Arsénio de Oliveira u S. Nunes de Almeida, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tiddikjara l-invalidità tan-notifika ta’ ħlas mibgħuta mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea permezz tal-ittra 2014D/14507, tas-6 ta’ Ottubru 2014, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-approprjazzjoni tas-setgħat tal-isfera ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea mill-Kummissjoni, li tagħti lok għal nuqqas ta’ kompetenza. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattati jew ta’ kwalunkwe regola ġuridika marbuta mal-applikazzjoni tagħhom, peress li n-notifika hija bbażata fuq tqassim artifiċjali tal-effetti tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja mogħtija fil-Kawża C-292/11. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tar-res judicata, ġaladarba n-notifika hija vvizzjata bi ksur tat-Trattati jew ta’ kwalunkwe regola ġuridika relatata mal-applikazzjoni tagħhom. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ osservanza tal-prinċipji ta’ ċertezza legali, ta’ stabbiltà tar-relazzjonijiet ġuridiċi u ta’ aspettattivi leġittimi, irrikonoxxuti mid-dritt tal-Unjoni Ewropea. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ projbizzjoni ta’ sanzjoni doppja, li jipprekludi l-kisba, permezz ta’ att ġuridiku individwali ġdid, dak li ma nkisibx preċedentement permezz ta’ deċiżjonijiet ġudizzjarji ta’ annullament. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq il-ksur tat-tqassim tas-setgħat bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, li jikkostitwixxi nuqqas ta’ kompetenza, ġaladarba l-Kummissjoni ppruvat tirrestrinġi l-possibbiltà tal-Istati Membri li jiddeterminaw terminu raġjonevoli ta’ vacatio legis. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/40 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Diċembru 2014 – Liu vs UASI – DSN Marketing (Basktijiet għal kompjuters li jistgħu jinġarru)
(Kawża T-813/14)
(2015/C 065/56)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Min Liu (Guangzhou, iċ-Ċina) (rappreżentanti: R. Bailly u S. Zhang, lawyers)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DSN Marketing Ltd (Crawley, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: ir-rikorrent
Disinn ikkontestat ikkonċernat: disinn Komunitarju Nru 002044180-0001
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tas-7/10/2014 fil-Każ R 1864/2013-3
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikoli 7(1) u (2) Regolament Nru 6/2002/Regolament Nru 2245/2002. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/41 |
Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2014 – Closet Clothing vs UASI – (Closed Holding (CLOSET)
(Kawża T-815/14)
(2015/C 065/57)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Closet Clothing Co. Ltd (Barnet, ir-Renju Unit) (rappreżentant: M. Elmslie, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Closed Holding AG (Hamburg, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “CLOSET” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 0 8 02 891
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ottubru/2014 fil-Każ R 423/2014-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/42 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2014 – BSCA vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-818/14)
(2015/C 065/58)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Brussels South Charleroi Airport (BSCA) (Charleroi, il-Belġju) (rappreżentant: P. Frühling, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla l-Artikolu 3 tad-deċiżjoni kkontestata sa fejn il-Kummissjoni ddeċidiet li l-miżuri implementati illegalment mill-Belġju, bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, favur BSCA abbażi tal-ftehim ta’ sub-konċessjoni tal-15 ta’ April 2002 bejn SOWAER u BSCA u tal-emenda Nru 3 tad-29 ta’ Marzu 2002 għall-ftehim bejn ir-région wallonne u BSCA, kif ukoll abbażi tad-deċiżjoni ta’ investiment tar-région wallonne tat-3 ta’ April 2003, jikkostitwixxu, mill-4 ta’ April 2014, għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(1) tat-Trattat imsemmi; |
— |
konsegwentement, tannulla l-Artikoli 4, 5 u 6 tad-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha tal-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Bir-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6849 finali, tal-1 ta’ Ottubru 2014, dwar il-miżuri implementati mill-Belġju favur Brussels South Charleroi Airport (BSCA) u Ryanair [għajnuna mill-Istat SA.14093 (C76/2002)], li biha l-Kummissjoni kkunsidrat li l-miżuri implementati abbażi (i) tal-ftehim ta’ sub-konċessjoni ta’ dominju pubbliku, tal-15 ta’ April 2002, konkluż bejn is-Société wallonne des aéroports (iktar ’il quddiem is-“SOWAER”) u BSCA, (ii) tal-emenda Nru 3, tad-29 ta’ Marzu 2002, għall-ftehim bejn ir-région wallonne u BSCA, kif ukoll (iii) tad-deċiżjoni ta’ investiment tar-région wallonne, tat-3 ta’ April 2003, li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern. Konsegwentement, il-Kummissjoni talbet l-irkupru tagħhom.
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fl-iffissar tad-data tad-deċiżjoni ta’ għoti tal-finanzjamenti mir-région wallonne lil BSCA. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-preskrizzjoni tal-azzjoni tal-Kummissjoni, sa fejn il-proċedura ta’ eżami tal-miżuri inkwistjoni inbdiet iktar minn għaxar snin wara d-deċiżjoni ta’ għoti ta’ dawn il-miżuri. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ fatt, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni kif ukoll fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li l-Kummissjoni kkwalifikat ekonomiċi l-investimenti u t-tiswijiet kbar relattivi għas-sistema ILS (Instrument Landing System; sistema ta’ inżul bl-istrumenti) u għad-dwal tar-runway. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball ta’ fatt u żball manifest ta’ evalwazzjoni, kif ukoll fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, peress li l-Kummissjoni qieset li l-perċentwali tal-infiq għall-investimenti ta’ natura mhux ekonomika mwettqa għat-terminal il-ġdid tal-ajruport kienet ta’ 7 % biss. |
5. |
Il-ħames u s-sitt motivi bbażati fuq żbalji ta’ liġi u ta’ fatt, kif ukoll fuq żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni mwettqa mill-Kummissjoni fid-determinazzjoni tal-valuri attwarjali netti tal-miżuri inkwistjoni. |
6. |
Is-seba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u fuq żball ta’ liġi mwettqa mill-Kummissjoni fid-determinazzjoni tal-kontribuzzjonijiet addizzjonali li għandhom jitħallsu mill-1 ta’ Jannar 2016, liema ħaġa għandha l-konsegwenza li tirrendi impossibbli kull kalkolu tal-ammont tal-kontribuzzjoni msemmija. |
7. |
It-tmien motiv ibbażat fuq żbalji ta’ liġi u ta’ fatt, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni kif ukoll fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, imwettqa mill-Kummissjoni fl-eżami tas-suq inkwistjoni u tal-allegati distorsjonijiet fil-kompetizzjoni bejn l-ajruport ta’ Charleroi u l-ajruport ta’ Bruxelles National. |
8. |
Id-disa’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/43 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2014 – Delta Group agroalimentare vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-820/14)
(2015/C 065/59)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Delta Group agroalimentare Srl (Porto Viro, l-Italja) (rappreżentant: V. Migliorini, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikkjara nulli u mingħajr effett u fi kwalunkwe każ tannulla l-ittra SM/FUN S/2622874 tat-28 ta’ Lulju 2014 (mibgħuta minn Jerry Plewa, Direttur Ġenerali tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali tal-Kummissjoni Ewropea, lil Felice Assenza, Direttur Ġenerali tal-politika internazzjonali u tal-Unjoni Ewropea fil-Ministeru tal-politika agrikola u forestali tal-Italia), li r-rikorrenti saret taf biha wara aċċess għad-dokumenti fid-19 ta’ Novembru 2014, sa fejn hija tiċħad it-talba tal-Italja fir-rigward tal-miżuri ta’ appoġġ minn 6 sa 9 mitluba skont l-Artikolu 220 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u, b’mod partikolari, dawk dwar il-biċċeriji fejn l-annimali jinqatlu skont il-miżuri sanitarji kontra t-tixrid tal-influwenza avjarja u dawk dwar id-danni kummerċjali relatati, kif ukoll ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1071/2014, tal-10 ta’ Ottubru 2014, dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja, ippubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-11 ta’ Ottubru 2014, sa fejn jeskludi l-biċċeriji fejn l-annimali jinqatlu skont il-miżuri sanitarji kontra t-tixrid tal-influwenza avjarja u d-danni kummerċjali relatati mill-miżuri ta’ appoġġ adottati skont l-Artikolu 220 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 40(2) TFUE u b’mod partikolari tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni, flimkien ma żball manifest ta’ evalwazzjoni u użu ħażin ta’ poter
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 220 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-ksur tal-forom proċedurali sostanzjali u b’mod partikolari tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011
|
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/44 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2014 – Pollo Delta di Scabin Giancarlo e C. vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-821/14)
(2015/C 065/60)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Pollo Delta di Scabin Giancarlo e C. Snc (Porto Viro, l-Italja) (rappreżentant: V. Migliorini, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tiddikkjara nulli u mingħajr effett u fi kwalunkwe każ tannulla l-ittra SM/FUN S/2622874 tat-28 ta’ Lulju 2014 (mibgħuta minn Jerry Plewa, Direttur Ġenerali tal-agrikoltura u l-iżvilupp rurali tal-Kummissjoni Ewropea lil, Felice Assenza, Direttur Ġenerali tal-politika internazzjonali u tal-Unjoni Ewropea fil-Ministeru tal-politika agrikola u forestali tal-Italia), li r-rikorrenti saret taf biha wara aċċess għad-dokumenti fid-19 ta’ Novembru 2014, sa fejn hija miċħuda t-talba tal-Italja fir-rigward tal-miżuri ta’ appoġġ minn 6 sa 9 mitluba skont l-Artikolu 220 tar-Regolament (UE) u, b’mod partikolari, dawk dwar il-biċċeriji fejn l-annimali jkunu nqatlu skont il-miżuri sanitraji kontra t-tixrid tal-influwenza avjarja u dawk dwar id-danni kummerċjali relatati, kif ukoll ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE), tal-10 ta’ Ottubru 2014, dwar miżuri eċċezzjonali ta’ appoġġ għas-setturi tal-bajd u tal-laħam tat-tjur fl-Italja, ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fil-11 ta’ Ottubru 2014, sa fejn huma esklużi mill-miżuri ta’ appoġġ adottati skont l-Artikolu 220 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 il-biċċeriji fejn l-annimali jkunu nqatlu skont il-miżuri sanitraji kontra t-tixrid tal-influwenza avjarja u d-danni kummerċjali relatati; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Il-motivi u argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-820/14 Delta Group agroalimentare vs Il-Kummissjoni.
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/45 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2014 – Eveready Battery Company vs UASI – Hussain et (POWER EDGE)
(Kawża T-824/14)
(2015/C 065/61)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Eveready Battery Company, Inc. (St. Louis, l-Istati Uniti) (rappreżentant: N. Hebeis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Partijiet oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Imran Hussain et (Leeds, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-elementi verbali “Power Edge” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 108 705
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ottubru 2014, fil-Każ R 38/2014-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/45 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Diċembru 2014 – IREPA vs Il-Kummissjoni u Il-Qorti tal-Awdituri
(Kawża T-825/14)
(2015/C 065/62)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Istituto di ricerche economiche per la pesca e l’acquacoltura – IREPA Onlus (Salerno, l-Italja) (rappreżentant: F. Tedeschini, avukat)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Qorti tal-Awdituri tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla n-Nota ta’ debitu Nru 3241411395, tat-30 ta’ Settembru 2014, tal-Kummissjoni Ewropea, li permezz tagħha l-IREPA intalab iħallas l-ammont ta’ EUR 4 58 347,35 fuq il-kont bankarju kurrenti tal-Kummissjoni Ewropea sas-7 ta’ Novembru 2014; |
— |
tannulla n-Nota tal-Kummissjoni Ewropea Ref. Ares (2013) 2644562 tat-12 ta’ Lulju 2013, kif ukoll ir-rapport mehmuż magħha tal-Qorti tal-Awdituri Ewropea tas-27 ta’ Frar 2013, li jinkludi ittra ta’ informazzjoni minn qabel li tippreċedi ordni ta’ rkupru fir-rigward tal-Programm ta’ Ġbir ta’ Data Taljan għall-2010; |
— |
tannulla n-Nota tal-Kummissjoni Ewropea Ref. Ares (2014), tas-6 ta’ Awissu 2014, li tinkludi t-tieni ittra ta’ informazzjoni minn qabel li tippreċedi ordni ta’ rkupru fir-rigward tal-Programm ta’ Ġbir ta’ Data Taljan għall-2010. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors qed jiġi ppreżentat kontra l-kontestazzjonijiet tal-Kummissjoni, anki fuq il-bażi tad-deduzzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri, fir-rigward tal-legalità tal-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent għall-persunal u għall-assistenza esterna fir-rigward tal-Programm Nazzjonali ta’ Ġbir ta’ Data dwar is-Sajd (sena 2010), li tawlok għat-talba għal ħlas lura kemm tal-kwota Komunitarja kif ukoll ta’ dik nazzjonali.
Insostenn tar-rikors tiegħu r-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv, dwar il-kontestazzjoni fir-rigwar tal-“Ispejjeż tal-persunal”, huwa bbażat fuq ksur u applikazzjoni żbaljata tal-Anness 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1078/08, tat-3 ta’ Novembru 2008, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 861/2006 rigward in-nefqa mġarrba mill-Istati Membri għall-ġbir u l-ġestjoni tad-dejta bażika dwar is-sajd, u tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi]; kif ukoll fuq ksur u applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.
|
2. |
It-tieni motiv, dwar l-“ispejjeż ta’ assistenza esterna”, huwa bbażat fuq ksur u applikazzjoni żbaljata tar-Regolament (KE) Nru 1078/08, tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/18/KE, u tal-Artikolu 14 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 199/2008, tal-25 ta’ Frar 2008, dwar l-istabbiliment ta’ qafas Komunitarju għall-ġbir, il-ġestjoni u l-użu ta’ data fis-settur tas-sajd u appoġġ għall-parir xjentifiku fir-rigward tal-Politika Komuni dwar is-Sajd; kif ukoll fuq ksur u applikazzjoni żbaljata tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi.
|
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/47 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2014 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-826/14)
(2015/C 065/63)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: M. Sampol Pucurull, Abogado del Estado)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata, |
— |
sussidjarjament, tannulla l-Artikolu 4 tad-deċiżjoni kkontestata, u |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Dan ir-rikors huwa ppreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta’ Ottubru 2014 [SA 35550 (2013/C) (ex 2013(NN)], dwar l-iskema ta’ amortizzazzjoni tat-taxxa tal-avvjament finanzjarju għal akkwiżizzjonijiet ta’ ishma barranin.
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 108(2) TFUE, moqri flimkien mal-Artikolu 13 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339) u tal-Artikolu 296 TFUE, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata hija att formalment mingħajr motivazzjoni u ma tinkludix evalwazzjoni tal-miżura fid-dawl tas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2014 (Kawżi T-219/10 u T-399/11). |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, peress li l-iskema inkwistjoni hija miżura ta’ natura ġenerali u mhux selettiva. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-ineżistenza ta’ għajnuna ġdida u l-ksur sussegwenti tal-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 659/1999. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ aspettattivi leġittimi, moqrija flimkien mal-Artikolu 14 tar-Regolament Nru 659/1999 u fir-rigward tad-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni stess f’żewġ deċiżjonijiet preċedenti. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/47 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2014 – Antrax It vs UASI – Vasco Group (Radjaturi tat-tisħin)
(Kawża T-828/14)
(2015/C 065/64)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Antrax It Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentant: L. Gazzola, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vasco Group BVBA (Dilsen, il-Belġju)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: ir-rikorrenti
Disinn ikkontestat ikkonċernat: disinn Komunitarju għall-prodotti “Radjaturi tat-tisħin” – Disinn Komunitarju Nru 593959-0001
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Ottubru 2014, fil-Każ R 1272/2013-3
Talbiet
— |
tiddeċiedi li tgħaqqad il-kawżi mar-rikors ippreżentat mir-rikorenti preżenti kontra d-Deċiżjoni R 1273/2013-3 UASI, peress li hija assolutament identika għal dik li qiegħda tiġi kkontestata; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-UASI sa fejn tiddikjara invalidu d-disinn Komunitarju Nru 593959-0001 peress li ma għandux l-istess natura individwali u, konsegwentement, tiddikjara l-validità ta’ dan id-disinn mingħajr ma tirrinvija, għat-tielet darba, il-kwistjoni lill-Uffiċċju; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn ikkundannat lil Antrax IT s.r.l. għall-ħlas tal-ispejjeż; |
— |
tikkundanna lill-UASI u lil Vasco Group BVBA, in solidum bejniethom, iħallsu lil Antrax IT s.r.l. l-ispejjeż kollha tal-kawża, u kwalunkwe ammonti oħra dovuti skont il-liġi; |
— |
tikkundanna lil Vasco Group BVBA tħallas lil Antrax IT s.r.l. l-ispejjeż kollha tal-kawża, u kwalunkwe ammonti oħra dovuti skont il-liġi, sostnuti minnha fil-proċedimenti quddiem l-UASI; |
— |
tikkonstata l-kunflitt bejn l-Artikolu 1 quinquies tar-Regolament Nru 216/96 u l-Artikolu 41 tal-Karta ta’ Nice. |
Motivi invokati
— |
ksur tal-Artikolu 41(1) tal-Karta ta’ Nice-Strasbourg; |
— |
ksur tal-Artikoli 6, 61, 62 u 63 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/48 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2014 – Antrax It vs UASI – Vasco Group (Radjaturi tat-tisħin)
(Kawża T-829/14)
(2015/C 065/65)
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Antrax It Srl (Resana, l-Italja) (rappreżentant: L. Gazzola, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Vasco Group BVBA (Dilsen, il-Belġju)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tad-disinn ikkontestat: ir-rikorrenti
Disinn ikkontestat ikkonċernat: disinn Komunitarju għall-prodotti “mudelli ta’ radjaturi tat-tisħin” – Disinn Komunitarju Nru 593959-002
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI tal-10 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 1273/2013-3
Talbiet
— |
tiddedeċiedi li tgħaqqad il-kawżi mar-rikors ippreżentat mir-rikorenti preżenti kontra d-Deċiżjoni R 1272/2013-3 UASI, peress li hija assolutament identika għal dik li qegħda tiġi kkontestata; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-UASI sa fejn tiddikjara invalidu d-disinn Komunitarju Nru 593959-0002 peress li ma għandux l-istess natura individwali u, konsegwentement, tiddikjara l-validità ta’ dan id-disinn mingħajr ma tirrinvija, għat-tielet darba, il-kwistjoni lill-Uffiċċju; |
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-UASI sa fejn ikkundannat lil Antrax IT s.r.l. għall-ħlas tal-ispejjeż; |
— |
tikkundanna lill-UASI u lil Vasco Group BVBA, in solidum bejniethom, iħallsu lil Antrax IT s.r.l. l-ispejjeż kollha tal-kawża u kwalunkwe ammonti oħra dovuti skont il-liġi; |
— |
tikkundanna lil Vasco Group BVBA tħallas lil Antrax IT s.r.l. l-ispejjeż kollha u kwalunkwe ammonti oħra dovuti skont il-liġi, sostnuti minnha fil-proċedimenti quddiem l-UASI; |
— |
tiddikjara li hemm kuntrast bejn l-Artikolu 1d tar-Regolament 216/96 u l-Artikolu 41 tal-Karta ta’ Nice. |
Motivi invokati
— |
Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-828/14. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/49 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 – Alnapharm vs UASI – Novertis (Alrexil)
(Kawża T-839/14)
(2015/C 065/66)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alnapharm (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Heldt, lawyer)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Novertis AG (Basel, l-Isvizzera)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Applikant: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “Alrexil” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 0 3 06 249
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 1723/2013-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat lura l-każ quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/50 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Diċembru 2014 – International Gaming Projects/UASI – British Sky Broadcasting Group (Sky BONUS)
(Kawża T-840/14)
(2015/C 065/67)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: International Gaming Projects Ltd (Valletta, Malta) (rappreżentant: M.Garayalde Niño, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l- l-element verbali “Sky BONUS” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 734 549
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-23 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 2040/2013-4
Talbiet
— |
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata u tirreġistra t-trade mark Komunitarja bl-applikazzjoni “Sky BONUS”; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 8(4) u 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/50 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 – Airpressure Bodyforming vs UASI (Slim legs by airpressure bodyforming)
(Kawża T-842/14)
(2015/C 065/68)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Airpressure Bodyforming GmbH (Berchtesgaden, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Merz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark inkwistjoni: it-trade mark verbali Komunitarja “Slim legs by airpressure bodyforming” – Applikazzjoni Nru 12 533 709
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 1570/2014-5
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/51 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 – GRE vs UASI (Mark1)
(Kawża T-844/14)
(2015/C 065/69)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: GRE Grand River Enterprises Deutschland GmbH (Kloster Lehnin, il-Ġermanja) (rappreżentanti: I. Memmler u S. Schulz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark inkwistjoni: it-trade mark verbali Komunitarja “Mark1” – Applikazzjoni Nru 12 052 461
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 648/2014-1
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motiv invokat
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/52 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Diċembru 2014 – Spokey vs UASI – Leder Jaeger (SPOKEY)
(Kawża T-846/14)
(2015/C 065/70)
Lingwa tar-rikors: il-Pollak
Partijiet
Rikorrenti: Spokey sp. z o.o. (Katowice, il-Polonja) (rappreżentant: B. Matusiewicz-Kulig, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Leder Jaeger GmbH (Siegen, il-Ġermanja)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: ir-rikorrenti
Trade mark ikkontestata kkonċernata: it-trade mark figurattiva Komunitarja li tinkludi l-element verbali “SPOKEY” – Trade mark Komunitarja Nru 6 777 312
Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Ottubru 2014 fil-Kawża Nru R 525/2014-4
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
fi kwalunkwe każ, temenda d-deċiżjoni kkontestata, sa fejn tirreferi għall-oġġetti speċifikati li jaqgħu fil-klassi 18; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikoli 8(1)(b), 75 u 76 tar-Regolament Nru 207/2009. |
— |
Ksur tar-Regola 50 tar-Regolament tal-Kummissjoni Nru 2868/95. |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/52 |
Rikors ippreżentat fil-Qorti Ġenerali fit-2 ta’ Jannar 2015 – Ipatau vs Il-Kunsill
(Kawża T-2/15)
(2015/C 065/71)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Vadzim Ipatau (Minsk, il-Bjelorussja) (rappreżentant: M. Michalauskas, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/750/PESK, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja, sa fejn din tikkonċerna r-rikorrent; |
— |
tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1159/2014, tat-30 ta’ Ottubru 2014, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja, sa fejn dan jikkonċerna r-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew li jixxiebhu lil dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-693/13, Mikhalchanka vs Il-Kunsill (1).
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/53 |
Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2015 – K-Swiss vs UASI (Strixxi paralleli fuq żarbun)
(Kawża T-3/15)
(2015/C 065/72)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: K-Swiss, Inc. (California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Niebel, u M. Hecht, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark ikkontestata kkonċernata: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark li tindika l-Unjoni Ewropea għal trade mark figurattiva (Rappreżentazzjoni ta’ ħames strixxi paralleli fuq il-ġenb ta’ żarbun tal-isports) – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali Nru 932 758
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tat-Tieni tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 1093/2014-2
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 76 tar-Regolament Nru 207/2009; |
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/53 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta Jannar 2015 – Beiersdorf vs UASI (Q10)
(Kawża T-4/15)
(2015/C 065/73)
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Beiersdorf AG (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Renck u J. Fuhrmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI
Trade mark inkwistjoni: trade mark Komunitarja figurattiva bl-element verbali “Q10” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 480 837
Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Ottubru 2014 fil-Każ R 2050/2013-1
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż tal-proċeduri, inklużi dawk tar-rikorrenti. |
Motivi invokati
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
ksur tal-Artikolu 32(2) tar-Regolament Nru 207/2009. |
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
23.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 65/55 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Diċembru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-140/14)
(2015/C 065/74)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima
L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrifjuta milli tibni mill-ġdid il-karriera tar-rikorrent billi jiġi kklassifikat mill-ġdid, mill-1 ta’ Marzu 2005, fi grupp ta’ funzjonijiet superjuri, u t-talba għal kumpens għad-danni materjali u morali allegatament imġarrba.
Talbiet tar-rikorrent
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità awtorizzata biex tikkonkludi l-kuntratti tar-reklutaġġ (AHCC) datata 17 ta’ Settembru 2014, mibgħuta permezz ta’ nota tat-18 ta’ Settembru 2014 u rċevuta mir-rikorrent fid-19 ta’ Settembru 2014; |
— |
tordna il-kumpens għad-dannu mġarrab mir-rikorrent ivvalutat ex aequo et bono għal EUR 30 000; |
— |
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha. |