ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 31

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
30ta' Jannar 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 031/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7333 — Alitalia/Etihad) ( 1 )

1

2015/C 031/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7475 — Edenred/Hermes/Eckstein/UTA) ( 1 )

1

2015/C 031/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7427 — Macquarie/Nippon Yusen Kaisha/NYK Ports) ( 1 )

2


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2015/C 031/04

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-5 ta’ Diċembru 2014 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani fejn jidħol l-għoti ta’ setgħat delegati u ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta ċerti miżuri (CON/2014/84)

3


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 031/05

Rata tal-kambju tal-euro

6


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 031/06

Sejħa għall-proposti — EACEA 04/2015 taħt il-programm Erasmus+ — Oqfsa tal-politika komprensiva għall-kontinwazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali

7

 

Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali

2015/C 031/07

Notifika ta’ għotjiet — Sejħa għall-proposti — ref: GP/RPA/ReferNet-FPA/004/14 — ReferNet — Netwerk Ewropew għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedfop

10

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2015/C 031/08

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7505 — TCG Financial Services II, L.P./Warburg Pincus LLC/DBRS Holdings Limited) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

12


 

Rettifika

2015/C 031/09

Rettifika għas-Sejħa għal proposti — GR/001/15 — Appoġġ għal attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-valur tal-Proprjetà Intellettwali u d-danni tal-falsifikazzjoni u l-piraterija ( ĠU C 13, 16.1.2015 )

13


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7333 — Alitalia/Etihad)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 31/01)

Fl-14 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) flimkien mal-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7333. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7475 — Edenred/Hermes/Eckstein/UTA)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 31/02)

Fit-23 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7475. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7427 — Macquarie/Nippon Yusen Kaisha/NYK Ports)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 31/03)

Fis-26 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32015M7427. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


III Atti preparatorji

Il-Bank Ċentrali Ewropew

30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/3


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-5 ta’ Diċembru 2014

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani fejn jidħol l-għoti ta’ setgħat delegati u ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta ċerti miżuri

(CON/2014/84)

(2015/C 31/04)

Introduzzjoni u bażi legali

Fil-15 ta’ Lulju 2014, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 184/2005 dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ tal-pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani fejn jidħol l-għoti ta’ setgħat delegati u ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni biex tadotta ċerti miżuri (1) (minn hawn “ir-regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, peress li r-regolament propost jittratta l-istatistika dwar il-ġbir tal-bilanċ tal-pagamenti (BOP) li huwa kompitu tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) b’mod konformi mal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 (2). B’mod konformi mal-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Osservazzjonijiet ġenerali

1.1.

L-istatistika Ewropea hija żviluppata, prodotta u mxerrda kemm mill-isħubija tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS) kif ukoll mis-SEBĊ u t-tnejn joperaw taħt oqfsa legali separati li jirriflettu l-istrutturi ta’ governanza rispettivi tagħhom (3).

1.2.

L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98 jalloka lill-BĊE, assistit mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊN), il-kompitu li jiġbor informazzjoni dwar, fost affarijiet oħrajn, l-istatistika tal-BOP u tal-pożizzjoni tal-investiment internazzjonali (IIP), mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew direttament mill-aġenti ekonomiċi. Ir-rekwiżiti inizjali tal-istatistika tar-rappurtar tal-BĊE fil-qasam tal-istatistika tal-BOP u tal-IIP ġew speċifikati mill-Kunsill Governattiv tal-BĊE fil-Linja Gwida BĊE/1998/17 (4) u rriformulati fid-9 ta’ Diċembru 2011 mil-Linja Gwida BĊE/2011/23.

1.3.

L-istatistika tal-BOP u tal-IIP huma settijiet ta’ dejta kruċjali biex jappoġġjaw lis-SEBĊ fil-ħidmiet tagħha biex tiddefinixxi u timplimenta l-politika monetarja unika, twettaq potenzjalment operazzjonijiet ta’ kambju barrani u żżomm u tamministra r-riservi uffiċjali. Huma jappoġġjaw ukoll il-valutazzjoni tal-vulnerabilitajiet esterni u l-interkonnettività għal finijiet ta’ stabbiltà finanzjarja, it-tabella operattiva tar-riskji tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) (5) kif ukoll it- tabella ta’ valutazzjoni tal-proċedura ta’ żbilanċi makroekonomiċi (6). L-istatistika tal-BOP u tal-IIP hija parti mill-“Istandard Speċjali ta’ Tixrid tad-Dejta” u l-“Istandard Plus Speċjali ta’ Tixrid tad-Dejta” tal-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) (7) u li huma meħtieġa għall-“konsultazzjonijiet tal-Artikolu IV” tal-FMI taż-żona tal-euro u l-Istati Membri. Il-BĊE u l-BĊN jippubblikaw statistika tal-BOP u tal-IIP fuq bażi ta’ kull xahar u trimestrali.

1.4.

Fit-12 ta’ Jannar 2005, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 (8) dwar l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani. Il-Kumitat tal-Bilanċ tal-Pagamenti (minn hawn ‘il quddiem il-“Kumitat BOP”) stabbilit permezz tal-istess Regolament (9), li fuqu l-Istati Membri huma rrappreżentati prinċipalment mill-BĊN, jiżgura allinjament qawwi tar-rekwiżiti ta’ rappurtar, metodoloġija u proċessi tal-assigurazzjoni tal-kwalità relatati mal-istatistika tal-BOP u tal-IIP.

1.5.

Il-BĊN, bħala membri tas-SEBĊ, jippruduċu statistika Ewropea skont l-Artikoli 3 u 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, kif implimentata b’mod ulterjuri fir-Regolament (KE) Nru 2533/98, u ma jipparteċipawx fil-produzzjoni tal-istatistika Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009 (10). Għalhekk, wara ftehim bejn il-BĊN u l-Kummissjoni (Eurostat), dejta prodotta mill-BĊN tista’ tintuża direttament jew indirettament mill-Kummissjoni (Eurostat) għall-produzzjoni tal-istatistika Ewropea.

1.6.

Billi r-Regolament (KE) Nru 2533/98 alloka l-ġbir ta’ informazzjoni dwar l-istatistika tal-BOP u tal-IIP lill-BĊE, bl-assistenza tal-BĊN, u sabiex jimminimizza l-piż tar-rappurtar u biex jiggarantixxi l-koerenza neċessarja biex jipproduċi l-istatistika Ewropea, il-Kummissjoni hija mistiedna tagħmel użu xieraq mill-istatistika tal-BOP u tal-IIP pprovduta mis-SEBĊ.

2.   Osservazzjonijiet speċifiċi

2.1.   Implimentazzjoni ta’ sistema ġdida dwar l-adozzjoni ta’ atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni fil-qasam tal-istatistika tal-BOP u tal-IIP

2.1.1.

Ir-regolament propost jimplimenta sistema ġdida għall-adozzjoni ta’ atti ddelegati u ta’ implimentazzjoni, skont l-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat, fil-qasam tal-istatistika tal-BOP u tal-IIP. L-Artikolu 1(1) tar-regolament propost jimmira li jagħti setgħa lill-Kummissjoni biex tadotta atti ddelegati li jemendaw ir-rekwiżiti tad-dejta għall-BOP u l-IIP, inkluża r-reviżjoni, l-estensjoni u l-eliminazzjoni ta’ flussi tad-dejta, u skadenzi ta’ sottomissjoni. Bl-istess mod, l-Artikolu 1(2) jipproponi li l-Kummissjoni tingħata setgħat implimentattivi biex tadotta l-istandards ta’ kwalità u l-kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti ta’ kwalità għall-istatistika tal-BOP u tal-IIP.

2.1.2.

Ir-rekwiżiti tad-dejta, l-iskadenzi ta’ sottomissjoni u l-istandards tal-assigurazzjoni tal-kwalità huma elementi essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 184/2005 u għandhom impatt dirett fuq il-piż tar-rappurtar fuq il-kompilaturi tad-dejta u l-aġenti ta’ rappurtar. Peress li s-SEBĊ ġiet allokata l-kompitu, mill-Kunsill, tal-ġbir tal-istatistika tal-BOP u tal-IIP mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali jew direttament mingħand aġenti ekonomiċi mill-1998, għandha tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib bejn is-SEBĊ u s-SSE fid-definizzjoni, l-emendar jew l-aġġornament ta’ dik l-istatistika. Inkella, l-istatistika Ewropea tal-BOP u tal-IIP prodotta mis-SSE u s-SEBĊ tista’ tkun diverġenti mingħajr bżonn jew tkun inkonsistenti.

2.1.3.

Ir-rekwiżiti tar-rapportar tal-istatistika tal-BOP diverġenti jew inkonsistenti mhux biss iżidu l-piż tar-rappurtar għal konvenuti bħal intrapriżi żgħar u medji, iżda jistgħu wkoll jirriżultaw fi statistika differenti tal-BOP skont l-iskop tad-dejta użata. Tali differenzi ma jkunux konformi mal-prinċipju tar-rilevanza tad-dejta, il-kosteffikaċja u l-minimizzazzjoni tal-piż ta’ rappurtar stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 u r-Regolament (KE) Nru 2533/98.

2.1.4.

Għalhekk, il-BĊE ma jappoġġjax il-proposta fl-Artikolu 1(1) tar-regolament propost li jiddelega setgħat lill-Kummissjoni biex temenda r-rekwiżiti tad-dejta għall-BOP u l-IIP, inklużi dawk relatati mal-iskadenzi ta’ sottomissjoni, reviżjonijiet, estensjonijiet u l-eliminazzjonijiet ta’ flussi tad-dejta. L-Artikoli 1(1) u 1(3) tar-regolament propost għandhom jiġu mħassra skont dan.

2.2.   Ir-rwol tal-Kumitat dwar Statistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti

2.2.1.

Ir-regolament propost jabolixxi l-Kumitat tal-BOP u jittrasferixxi l-poteri kollha tal-komitoloġija lill-Kumitat tas-Sistema Ewropea tal-Istatistika, li fuqu mhumiex rappreżentati membri tas-SEBĊ (11). Barra minn hekk, il-BĊN, bħala membri tas-SEBĊ, jipproduċu statistika Ewropea skont l-Artikoli 3 u 5 tal-Istatut tas-SEBĊ, kif implimentata b’mod ulterjuri fir-Regolament (KE) Nru 2533/98, u ma jipparteċipawx fil-produzzjoni tal-istatistika Ewropea skont ir-Regolament (KE) Nru 223/2009.

2.2.2.

Sabiex tiġi żgurata kooperazzjoni mill-qrib kontinwa f’dan il-qasam, il-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Pagamenti (CMFB) (12) għandu jkun fiċ-ċentru tal-kooperazzjoni reċiproka dwar BOP u statistika relatata (eż. kummerċ internazzjonali f’oġġetti, kummerċ internazzjonali f’servizzi, investiment dirett barrani, statistika ta’ affiljati barranin) u jeħtieġ li jiġi kkonsultat dwar proposti għal atti legali ġodda, inkluża l-emenda ta’ atti legali, dwar BOP u statistika relatata.

2.2.3.

Għalhekk, għandu jiddaħħal kliem xieraq fl-Artikoli 1(2) u 1(4) tar-regolament propost li jobbliga lill-Kummissjoni titlob l-opinjoni tas-CMFB qabel ma tipproponi emendi għall-elementi essenzjali tar-Regolament (KE) Nru 184/2005. B’mod partikolari, dan għandu japplika għal emendi relatati ma’: (a) ir-rekwiżiti tad-dejta, inkluż skadenzi għas-sottomissjoni kif ukoll reviżjonijiet, estensjonijiet u eliminazzjonijiet ta’ flussi tad-dejta; (B) aġġornament tad-definizzjonijiet stipulati fl-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 184/2005; u (c) l-istandards tal-kwalità komuni kif ukoll il-kontenut u l-perjodiċità tar-rapporti ta’ kwalità.

2.3.   Konsultazzjoni tal-BĊE

L-atti ta’ implimentazzjoni atti tal-Kummissjoni jikkwalifikaw bħala atti proposti tal-Unjoni skont it-tifsira tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(4) u l-Artikolu 282(5) tat-Trattat (13). Għalhekk, il-BĊE għandu jiġi kkonsultat, separatament mis-CMFB, dwar kwalunkwe abbozz ta’ atti ta’ implimentazzjoni li jaqgħu fl-oqsma ta’ kompetenza tiegħu. Dan il-proċess ta’ konsultazzjoni se jippermetti lill-BĊE jikkontribwixxi bil-benefiċċju sħiħ tal-esperjenza twila tiegħu u l-kompetenza fl-istatistika tal-BOP.

Magħmul fi Frankfurt am Main, il-5 ta’ Diċembru 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM(2014) 379 final.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8); ara wkoll ir-Rakkomandazzjoni BĊE/2003/8 tat-2 ta’ Mejju 2003 dwar ir-rekwiżiti tar-rappurtar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-bilanċ tal-pagamenti u l-istatistika tal-pożizzjoni tal-investiment internazzjonali, u l-mudell tar-riservi internazzjonali (ĠU C 126, 28.5.2003, p. 7) u l-Linja Gwida BĊE/2011/23 tad-9 ta’ Diċembru 2011 dwar ir-rekwiżiti tar-rappurtar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-istatistika esterna (ĠU L 65, 3.3.2012, p. 1).

(3)  Ara l-Artikolu 338(1) tat-Trattat, l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) u l-premessa 8 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-istatistika Ewropea u li jħassar ir-Regolament (KE, Euratom) Nru 1101/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trażmissjoni ta’ data suġġetta għall-kunfidenzjalità statistika lill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 322/97 dwar l-Istatistika Komunitarja, u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 89/382/KEE, Euratom li tistabbilixxi Kumitat dwar il-Programmi tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewrope (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164).

(4)  Linja Gwida BĊE/1998/17 tal-1 ta’ Diċembru 1998 dwar ir-rekwiżiti tar-rappurtar tal-istatistika tal-Bank Ċentrali Ewropew fil-qasam tal-bilanċ tal-pagamenti u l-istatistika tal-pożizzjoni ta’ investiment internazzjonali (ĠU L 115, 4.5.1999, p. 47).

(5)  Indirizzat f’att legali separat.

(6)  Ara l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25).

(7)  Ara d-Dokumenti ta’ Politika tal-FMI, “Revisions to the Special Data Dissemination Standard and Establishment of the Special Data Dissemination Standard Plus—Proposed Decisions”, l-4 ta’ Ottubru 2012, u “Modifications to the Special Data Dissemination Standard Plus”, id-19 ta’ Marzu 2014, disponibbli fuq is-sit web tal-FMI fuq www.imf.org

(8)  Ir-Regolament (KE) Nru 184/2005 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Jannar 2005 dwa l-istatistika tal-Komunità fuq il-bilanċ ta’ pagamenti, kummerċ internazzjonali f’servizzi u investiment dirett barrani (ĠU L 35, 8.2.2005, p. 23).

(9)  Ara l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 184/2005.

(10)  Ara l-premessa 9 tiegħu.

(11)  Ara l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 223/2009.

(12)  Ara l-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009. Is-CMFB ġie stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/856/KE tat-13 ta’ Novembru 2006 li tistabbilixxi Kumitat dwar l-istatistika monetarja, finanzjarja u tal-bilanċ tal-pagamenti (ĠU L 332, 30.11.2006, p. 21).

(13)  L-ewwel inċiż tal-Artikolu 127(4) tat-Trattat jipprovdi li l-BĊE għandu jiġi kkonsultat rigward “dwar kull att propost mill-Unjoni fl-oqsma tal-kompetanza tiegħu”. L-Artikolu 282(5) tat-Trattat jipprovdi li: “Fl-oqsma tal-kompetenzi tiegħu, il-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi kkonsultat fuq l-atti kollha proposti tal-Unjoni”.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Id-29 ta’ Jannar 2015

(2015/C 31/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,1315

JPY

Yen Ġappuniż

133,43

DKK

Krona Daniża

7,4440

GBP

Lira Sterlina

0,74775

SEK

Krona Żvediża

9,3245

CHF

Frank Żvizzeru

1,0372

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,8230

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,792

HUF

Forint Ungeriż

312,00

PLN

Zloty Pollakk

4,2324

RON

Leu Rumen

4,4405

TRY

Lira Turka

2,7267

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4535

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4179

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

8,7722

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5552

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,5305

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 240,27

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,1531

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,0672

HRK

Kuna Kroata

7,6975

IDR

Rupiah Indoneżjan

14 278,77

MYR

Ringgit Malażjan

4,1089

PHP

Peso Filippin

49,862

RUB

Rouble Russu

78,2726

THB

Baht Tajlandiż

37,055

BRL

Real Brażiljan

2,9421

MXN

Peso Messikan

16,7722

INR

Rupi Indjan

70,0403


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/7


SEJĦA GĦALL-PROPOSTI — EACEA 04/2015

taħt il-programm Erasmus+

“Oqfsa tal-politika komprensiva għall-kontinwazzjoni tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali”

(2015/C 31/06)

1.   Objettivi u Deskrizzjoni

L-objettiv ta’ din is-Sejħa huwa li jappoġġja l-iżvilupp tal-politiki pubbliċi li jfittxu li jikkoordinaw il-forniment ta’ edukazzjoni u taħriġ vokazzjonali kontinwi (CVET) ta’ kwalità għolja, rilevanti u aċċessibbli, u biex jiżgura żieda sinifikanti fit-teħid ta’ aktar opportunitajiet ta’ taħriġ, bħala parti mill-istrateġiji tal-ħiliet komprensivi nazzjonali, reġjonali jew lokali.

Is-Sejħa għandha tinkoraġġixxi kooperazzjoni bejn l-Awtoritajiet Nazzjonali u l-partijiet interessati kollha involuti fis-CVET, inkluż l-iżvilupp tal-ħiliet tal-impjegati u l-orjentazzjoni mill-ġdid tal-ħaddiema (bħat-taħriġ provdut mis-servizz pubbliku tal-impjiegi).

Is-Sejħa attwali tindirizza lill-Awtoritajiet Nazzjonali responsabbli għall-politiki CVET f’kull pajjiż tal-programm Erasmus+, jew organizzazzjoni maħtura minnhom.

L-involviment dirett tal-Awtoritajiet Nazzjonali kompetenti (ministeru jew ekwivalenti) jiżgura li l-proġetti jistgħu jikkontribwixxu b’mod effettiv għal għarfien aħjar tal-forniment tat-taħriġ tas-CVET u l-politiki fis-seħħ. Il-proġetti għandhom juru kif l-awtoritajiet pubbliċi kompetenti jużaw ir-rwol tagħhom tat-tmexxija fid-definizzjoni tal-prijoritajiet strateġiċi tal-politiki tal-ħiliet nazzjonali, reġjonali jew lokali u tal-politiki tas-CVET relatati biex joħolqu l-bażi għal riforma sistemika. Kull proġett għandu jibni fuq il-prattiki f’wieħed jew aktar mill-pajjiżi tal-programm Erasmus+, biex b’hekk jibbenefika mit-trasferiment tal-għarfien u tal-esperjenza. L-involviment attiv tal-partijiet interessati nazzjonali, reġjonali jew lokali bħal sħab soċjali (organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema), fornituri tal-ETV, kumpaniji individwali u organizzazzjonijiet intermedjarji se jkun element importanti tal-kwalità tal-proposta.

2.   Applikanti Eliġibbli

Is-sejħa attwali hija miftuħa għall-Awtoritajiet Nazzjonali responsabbli għas-CVET, f’kull pajjiż tal-programm Erasmus+.

Applikazzjonijiet għall-għotjiet għandhom jiġu sottomessi tal-anqas minn żewġ entitajiet minn tal-anqas żewġ pajjiżi differenti tal-programm Erasmus+.

L-applikant eliġibbli (il-koordinatur) għandu jkun Awtorità Nazzjonali jew organizzazzjoni maħtura mill-Awtorità Nazzjonali li tkun responsabbli għall-ETV, inkluż is-CVET, u tkun tinsab f’pajjiż tal-programm.

Sħab eliġibbli jistgħu jkunu ministeri u partijiet interessati oħra, bħal sħab soċjali, negozji, kmamar tal-kummerċ, fornituri tal-ETV pubbliċi jew privati, ċentri tar-riċerka, eċċ.

Meta l-applikant (il-koordinatur) huwa organizzazzjoni maħtura minn Awtorità Nazzjonali, l-Awtorità Nazzjonali li taħtru għandha tkun inkluża fl-applikazzjoni jew bħala koapplikant (sieħeb sħiħ), jew bħala sieħeb assoċjat li jipparteċipa fl-implimentazzjoni fuq bażi mingħajr ħlas.

Persuni fiżiċi mhumiex eliġibbli.

Pajjiżi eliġibbli huma:

it-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea,

il-pajjiżi tal-EFTA/taż-ŻEE: l-Islanda, il-Liechtenstein, in-Norveġja,

pajjiżi kandidati tal-UE: dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja u t-Turkija,

pajjiżi potenzjalment kandidati tal-UE: l-Albanija, il-Bożnija-Ħerzegovina, il-Montenegro u s-Serbja.

3.   Attivitajiet eliġibbli

L-għotjiet jappoġġjaw l-isforzi tal-Awtoritajiet Nazzjonali biex jippjanaw għal jew jimplimentaw intervent ta’ politika fis-CVET bl-għan li jiżguraw il-koerenza u r-rilevanza tal-provvista u jżidu b’mod sinifikanti l-parteċipazzjoni tal-adulti fit-tagħlim. L-attivitajiet għandhom jinvolvu l-partijiet interessati nazzjonali, reġjonali jew lokali, kif ukoll jibbenefikaw mill-pariri u l-kompetenza ta’ sħabhom minn wieħed jew aktar mill-pajjiżi tal-programm Erasmus+ li għandhom sfidi simili jew għandhom politiki u forniment effettiv tas-CVET.

It-tipi ta’ attivitajiet li ġejjin huma eliġibbli taħt din is-Sejħa għall-proposti:

studji ta’ fattibilità, reviżjonijiet ta’ regolamenti nazzjonali/reġjonali/lokali dwar is-CVET, analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji,

pjanijiet ta’ azzjoni dettaljati għall-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ qafas ta’ politika koerenti għas-CVET,

l-organizzazzjoni ta’ fora tan-negozji nazzjonali/reġjonali/lokali biex jimmobilizzaw lil min iħaddem biex jinvesti fis-CVET,

l-organizzazzjoni u/jew il-parteċipazzjoni f’konferenzi, seminars u gruppi ta’ ħidma,

kampanji ta’ sensibilizzazzjoni, azzjonijiet ta’ valorizzazzjoni u disseminazzjoni; attivitajiet li jappoġġjaw is-sostenibbiltà tal-proġett,

skambji ta’ prattiki tajbin u/jew innovattivi bejn pajjiżi permezz ta’ pereżempju żjarat ta’ studju mmirati,

attivitajiet ta’ riċerka,

ħidma preparatorja għad-disinn ta’ interventi effettivi fis-CVET permezz tal-użu tal-FSE jew fondi rilevanti oħra,

komunitajiet ta’ prattika.

It-tul tal-proġetti huwa 12-il xahar jew 24 xahar. Applikazzjonijiet għal proġetti skedati li jiddekorru għal perjodu iqsar jew itwal minn dak speċifikat f’din is-Sejħa għall-proposti mhux se jiġu aċċettati.

4.   Kriterji għall-għoti

Applikazzjonijiet eliġibbli jiġu vvalutati fuq il-bażi tal-kriterji li ġejjin:

1.

Rilevanza tal-proġett (massimu ta’ 40 punt — limitu minimu ta’ 20 punt)

2.

Kwalità tad-disinn tal-proġett u tal-implimentazzjoni (massimu ta’ 20 punt — limitu minimu ta’ 10 punti)

3.

Kwalità tal-konsorzju tal-proġett u tal-arranġamenti ta’ kooperazzjoni (massimu ta’ 20 punt — limitu minimu ta’ 10 punti)

4.

Impatt u disseminazzjoni (massimu ta’ 20 punt — limitu minimu ta’ 10 punti)

Il-limitu minimu biex jitressqu l-proposti quddiem il-kumitat tal-evalwazzjoni għandu jkun ta’ 60 punt (minn total ta’ 100 punt).

5.   Baġit

Il-baġit totali allokat għall-kofinanzjament tal-proġetti huwa stmat għal massimu ta’ EUR 4 200 000.

Kull għotja se tammonta għal bejn massimu ta’ EUR 150 000 għal proġett ta’ sena u massimu ta’ EUR 300 000 għal proġett ta’ sentejn. L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (l-“Aġenzija”) mistennija li tiffinanzja madwar 15-il proposta.

L-għotja tal-UE hija limitata għal rata massima ta’ kofinanzjament ta’ 75 % tal-ispejjeż eliġibbli.

L-Aġenzija tirriżerva d-dritt li ma tqassamx il-fondi kollha disponibbli.

6.   L-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet

L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi mhux iktar tard mit-30 ta’ April 2015 12.00 nofsinhar (ħin ta’ Brussell).

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

għandhom jiġu sottomessi esklussivament bl-użu tal-formola tal-applikazzjoni online uffiċjali korretta,

għandhom jiġu mfassla fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-UE.

Jekk jogħġbok innota li applikazzjonijiet sottomessi online bl-użu tal-formola elettronika biss se jiġu kkunsidrati.

In-nuqqas ta’ konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti jwassal sabiex l-applikazzjoni tiġi miċħuda.

7.   Dettalji sħaħ

Dawn il-linji gwida flimkien mal-formola tal-applikazzjoni jinsabu fl-indirizz tal-Internet li ġej:

http://eacea.ec.europa.eu/erasmus-plus_en

L-applikazzjonijiet għandhom jikkonformaw mat-termini kollha tal-linji gwida.


Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Professjonali

30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/10


Notifika ta’ għotjiet

Sejħa għall-proposti — ref: GP/RPA/ReferNet-FPA/004/14

ReferNet — Netwerk Ewropew għall-Edukazzjoni u t-Taħriġ Vokazzjonali (VET) tas-Cedfop

(2015/C 31/07)

1.   Awtorità kontraenti

Cedefop

Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali

Attn: Is-Sur G. PARASKEVAIDIS

123 Europe Street

PO Box 22427

551 02 Thessaloniki

IL-GREĊJA

Punt ta’ kuntatt: Is-Sinjura Clotilde ASSUMEL-LURDIN

Tel. +30 2310490287

Faks +30 2310490028

Email: c4t-services@cedefop.europa.eu

Pubblikazzjoni preċedenti: ĠU C 234, 19.7.2014, p. 10.

2.   Għotja

Isem il-benefiċjarju

Indirizz

Numru tal-ftehim qafas ta’ sħubija

Tul ta’ żmien tal-ftehim qafas ta’ sħubija

Data tal-iffirmar tal-ftehim qafas ta’ sħubija

Numru tal-ftehim tal-Għotja Speċifika

Tul ta’ żmien tal-ftehim tal-Għotja Speċifika

Data tal-iffirmar tal-ftehim tal-Għotja Speċifika

Ammont tal-għotja (EUR)

Centrul Naţional de Dezvoltare a Învăţământului Profesional şi Tehnic – CNDIPT

str. Spiru Haret nr. 10-12, Sector 1

010176 Bucharest

ROMANIA

No 2014-FPA1/GP/RPA/ReferNet-FPA/004/14

12 xahar

l-20 ta’ Novembru 2014

Nru 2014-0172

12-il xahar

it-28 ta’ Novembru 2014

29 750,00

Il-proċedura tal-għoti ġiet iddikjarata li ma rnexxietx għal-Greċja’ (ebda sieħeb ma ġie aċċettat).


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/12


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7505 — TCG Financial Services II, L.P./Warburg Pincus LLC/DBRS Holdings Limited)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2015/C 31/08)

1.

Fil-21 ta’ Jannar 2015, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha TPG Holdings II, L.P. (“TCGFS II”, l-Istati Uniti tal-Amerika), li tappartjeni lill-Carlyle Group L.P. (“Carlyle”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet ik-kontroll konġunt ta' DBRS Holdings Limited (“DBRS”, il-Kanada) permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Carlyle hija attiva fil-ġestjoni ta' assi alternattivi globali. Hija timmaniġġa fondi li jinvestu globalment f'erba' dixxiplini ta' investiment: (i) l-ekwità privata korporattiva (ii) il-proprjetà immobbli, l-infrastruttura u l-enerġija; (iii) il-kreditu strutturat, mezzanine, distressed u hedge funds, u dejn tas-suq tan-nofs u (iv) programm ta' fondi ta' ekwità privata u attivitajiet ta' ko-investiment u attivitajiet sekondarji relatati,

Warburg Pincus hija investitur ta’ ekwità privata attiva globalment f’varjetà ta’ setturi, inkluż tal-konsumatur, tal-industrija u s-servizzi, l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, il-kura tas-saħħa, u t-teknoloġija, il-midja u t-telekomunikazzjoni,

DBRS hija fornitur globali ta’ opinjonijiet ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu f’firxa wiesgħa ta’ istituzzjonijiet finanzjarji, entitajiet korporattivi, korpi governattivi u diversi gruppi ta’ prodotti finanzjarji strutturati fl-Amerika ta’ Fuq, fl-Ewropa, l-Awstralasja u l-Amerika t’Isfel.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f'dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7505 — TCG Financial Services II, L.P./Warburg Pincus LLC/DBRS Holdings Limited, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Rettifika

30.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 31/13


Rettifika għas-Sejħa għal proposti — GR/001/15 — Appoġġ għal attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni dwar il-valur tal-Proprjetà Intellettwali u d-danni tal-falsifikazzjoni u l-piraterija

( Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 13 tas-16 ta’ Jannar 2015 )

(2015/C 31/09)

Fil-Werrej, paġna 2 tal-qoxra, u f’paġna 3, l-intestatura tat-titolu:

minflok:

“PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

IL-KUMMISSJONI EWROPEA”;

aqra:

“PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-UFFIĊĊJU GĦALL-ARMONIZZAZZJONI FIS-SUQ INTERN”.