ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 26

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 58
26ta' Jannar 2015


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2015/C 026/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2015/C 026/02

Kawżi magħquda C-103/12 u C-165/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Novembru 2014 – Il-Parlament Ewropew (C-103/12), Il-Kummissjoni Ewropea (C-165/12) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Deċiżjoni 2012/19/UE — Bażi legali — Artikolu 43(2) u (3) TFUE — Ftehim bilaterali li jawtorizza l-użu ta’ dak li jifdal mill-volum ammissibbli tal-qbid — Għażla tal-Istat terz ikkonċernat li l-Unjoni tawtorizza l-użu tar-riżorsi bioloġiċi — Żona ekonomika esklużiva — Deċiżjoni politika — Iffissar tal-opportunitajiet ta’ sajd)

2

2015/C 026/03

Kawżi magħquda C-22/13, C-61/13 sa C-63/13 u C-418/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Novembru 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Napoli, Corte costituzionale – l-Italja) – Raffaella Mascolo (C-22/13), Alba Forni (C-61/13), Immacolata Racca (C-62/13) vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca, Fortuna Russo vs Comune di Napoli (C-63/13), Carla Napolitano, Salvatore Perrella, Gaetano Romano, Donatella Cittadino, Gemma Zangari vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca (C-418/13) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Politika soċjali — Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat — Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat — Tagħlim — Settur pubbliku — Supplenti għal pożizzjonijiet vakanti u disponibbli fl-istennija tat-tmiem tal-proċeduri ta’ kompetizzjoni — Klawżola 5(1) — Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat — Kunċett ta’ raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw tali kuntratti — Sanzjonijiet — Projbizzjoni ta’ bidla f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat — Assenza ta’ dritt għall-kumpens għad-danni)

3

2015/C 026/04

Kawża C-66/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Green Network SpA vs Autorità per l’energia elettrica e il gas (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Skema nazzjonali ta’ appoġġ għall-konsum ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu — Obbligu tal-produtturi u importaturi tal-elettriku li jintroduċu fin-netwerk nazzjonali ċertu kwantità ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu jew, fin-nuqqas ta’ dan, li jixtru ċertifikati ħodor mingħand l-awtorità kompetenti — Prova ta’ din l-introduzzjoni li teħtieġ il-preżentazzjoni ta’ ċertifikati li jikkonfermaw l-oriġini ħadra tal-elettriku prodott jew importat — Aċċettazzjoni ta’ ċertifikati maħruġa fi Stat terz suġġetta għall-konklużjoni ta’ ftehim bilaterali bejn dan l-Istat terz u l-Istat Membru kkonċernat jew għal ftehim bejn l-amministratur tan-netwerk nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru u awtorità analoga tal-imsemmi Stat terz — Direttiva 2001/77/KE — Kompetenza esterna tal-Komunità — Kooperazzjoni leali)

4

2015/C 026/05

Kawża C-310/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof – Il-Ġermanja) – Novo Nordisk Pharma GmbH vs S (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 85/374/KEE — Protezzjoni tal-konsumaturi — Responsabbiltà għal prodotti difettużi — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva — Sistemi ta’ responsabbiltà speċjali eżistenti fid-data tan-notifika tad-Direttiva — Ammissibbiltà ta’ sistema nazzjonali ta’ responsabbiltà li tippermetti l-ksib ta’ informazzjoni dwar l-effetti mhux mixtieqa ta’ prodotti mediċinali)

5

2015/C 026/06

Kawża C-356/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-20 ta’ Novembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/676/KEE — Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli — Definizzjoni insuffiċjenti tal-ilma mniġġes jew li jista’ jitniġġes — Immarkar insuffiċjenti taż-żoni vulnerabbli — Programmi ta’ azzjoni — Miżuri lakunarji)

5

2015/C 026/07

Kawża C-404/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’: ClientEarth vs The Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Kwalità tal-arja — Direttiva 2008/50/KE — Valuri limitu għad-diossidu tan-nitroġenu — Obbligu li jintalab posponiment tat-terminu ffissat billi jiġi ppreżentat pjan dwar il-kwalità tal-arja — Sanzjonijiet)

6

2015/C 026/08

Kawża magħquda C-581/13 P u C-582/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Novembru 2014 – Intra-Presse vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Golden Balls Ltd (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Artikolu 8(5) — Trade mark verbali GOLDEN BALLS — Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarju preċedenti BALLON D’OR — Pubbliku rilevanti — Xebh tas-sinjali — Probabbiltà ta’ konfużjoni)

7

2015/C 026/09

Kawża C-666/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – Il-Ġermanja) – Rohm Semiconductor GmbH vs Hauptzollamt Krefeld (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali — Klassifikazzjoni tariffarja — Tariffa Doganali Komuni — Nomenklatura Magħquda — Intestaturi 8541 u 8543 — Moduli għat-trażmissjoni u għar-riċezzjoni ta’ data fuq distanza qasira — Subintestaturi 8543 89 95 u 8543 90 80 — Kunċett ta’ partijiet ta’ magni u ta’ apparati elettriċi)

7

2015/C 026/10

Kawża C-40/14: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Direction générale des douanes et droits indirects, Chef de l'agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières, Direction régionale des douanes et droits indirects de Lyon vs Utopia SARL (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni — Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni — Annimali ppreparati b’mod speċjali sabiex jintużaw fil-laboratorju — Stabbiliment pubbliku jew ta’ utilità pubblika jew privata ċċertifikat — Importatur li għandu lil tali stabbilimenti bħala klijenti — Imballaġġ — Gaġeġ għat-trasport tal-annimali)

8

2015/C 026/11

Kawża C-487/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-4 ta’ Novembru 2014 – SC Total Waste Recycling SRL vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

9

2015/C 026/12

Kawża C-488/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Oradea (Ir-Rumanija) fl-4 ta’ Novembru 2014 – SC Max Boegl România SRL et vs RA Aeroportul Oradea et

10

2015/C 026/13

Kawża C-489/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Family Division (England and Wales) (Ir-Renju Unit) fl-4 ta’ Novembru 2014 – A vs B

10

2015/C 026/14

Kawża C-491/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 3 de Madrid (Spanja) fil-5 ta’ Novembru 2014 – Rossa dels Vents Assessoria S.L. vs U Hostels Albergues Juveniles S.L.

11

2015/C 026/15

Kawża C-495/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale regionale di giustizia amministrativa di Trento (l-Italja) fis-6 ta’ Novembru 2014 – Antonio Tita et vs Ministero della Giustizia et

12

2015/C 026/16

Kawża C-499/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België (il-Belġju) fl-10 ta’ Novembru 2014 – VAD BVBA, Johannes Josephus Maria van Aert vs Belgische Staat

12

2015/C 026/17

Kawża C-502/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-10 ta’ Novembru 2014 – Buzzi Unicem SpA et vs Comitato nazionale per la gestione della Direttiva 2003/87/KE et

13

2015/C 026/18

Kawża C-509/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco, Sala de lo Social (Spanja) fit-13 ta’ Novembru 2014 – Administrador de Infraestructuras Ferroviarias (ADIF) vs Luis Aira Pascual y otros

14

2015/C 026/19

Kawża C-514/14 P: Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 minn Éditions Odile Jacob SAS mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-5 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-471/11, Odile Jacob vs Il-Kummissjoni

14

2015/C 026/20

Kawża C-517/14 P: Appell ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2014 minn Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugniss e.V. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-3 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-112/11 – Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse e.V. vs Il-Kummissjoni Ewropea

15

2015/C 026/21

Kawża C-524/14 P: Appell ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2014 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-461/12 – Hansestadt Lübeck vs Il-Kummissjoni Ewropea

16

2015/C 026/22

Kawża C-527/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (Il-Ġermanja) fil-21 ta’ Novembru 2014 – Ukamaka Mary Jecinta Oruche u Nzubechukwu Emmanuel Oruche vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

19

2015/C 026/23

Kawża C-530/14 P: Appell ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2014 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-11 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-425/11, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

19

2015/C 026/24

Kawża C-535/14 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2014 minn Vadzim Ipatau mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-23 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-646/11, Ipatau vs Il-Kunsill

20

2015/C 026/25

Kawża C-539/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sección Tercera de la Audiencia Provincial de Castellón (Spanja) fis-27 ta’ Novembru 2014 – Juan Carlos Sánchez Morcillo u María del Carmen Abril García vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

21

2015/C 026/26

Kawża C-540/14 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2014 minn DK Recycling und Roheisen GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-630/13, DK Recycling und Roheisen GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

21

2015/C 026/27

Kawża C-551/14 P: Appell ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2014 minn Arctic Paper Mochenwangen GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-634/13, Arctic Paper Mochenwangen GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

22

 

Il-Qorti Ġenerali

2015/C 026/28

Kawża T-57/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Dicembru 2014 – Castelnou Energía vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Elettriku — Kumpens tal-ispejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni — Obbligu ta’ servizz pubbliku li jiġu prodotti ċerti volumi ta’ elettriku minn faħam indiġenu — Mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali — Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern — Rikors għal annullament — Interess individwali — Effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva — Ammissibbiltà — Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali — Diffikultajiet serji — Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali — Sigurtà tal-provvista tal-elettriku — Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/54/KE — Moviment liberu tal-merkanzija — Protezzjoni tal-ambjent — Direttiva 2003/87/KE)

24

2015/C 026/29

Kawża T-661/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (FAEGG — Taqsima Garanzija — FAEG u FAEŻR — Infiq eskluż mill-finanzjament — Prodotti mill-ħalib — Dħul assenjat — Kontrolli prinċipali — Tardività — Korrezzjoni finanzjarja fissa — Bażi legali — Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1605/2002 — Rikorrenza)

25

2015/C 026/30

Kawża T-75/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2014 – Boehringer Ingelheim Pharma vs UASI – Nepentes Pharma (Momarid) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Momarid — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti LONARID — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Pubbliku rilevanti — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009]

25

2015/C 026/31

Kawża T-272/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2014 – Max Mara Fashion Group vs UASI – Mackays Stores (M&Co.) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva M&Co. — Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti MAX&Co. — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAX&Co. — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009]

26

2015/C 026/32

Kawżi magħquda T-494/13 u T-495/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – Sales & Solutions vs UASI – Inceda (WATT u WATT) ([Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade marks Komunitarji figurattiva WATT u verbali WATT — Raġuni assoluta għal rifjut — Natura deskrittiva — Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

27

2015/C 026/33

Kawża T-595/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – BSH vs UASI – LG Electronics (compressor technology) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva compressor technology — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti KOMPRESSOR — Raġuni relattiva għal rifjut — Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/209]

27

2015/C 026/34

Kawża T-289/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – Ledra Advertising vs Il-Kummissjoni u BĊE (Rikors għal annullament u għad-danni — Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru — Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kondizzjonalià ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES — Kompetenza tal-Qorti Ġenerali — Rabta kawżali — Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

28

2015/C 026/35

Kawża T-290/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – CMBG vs Il-Kummissjoni u BĊE (Rikors għal annullament u għad-danni — Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru — Memorandum ta’ Ftehim dwar il-politika ta’ kondizzjonalità ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Rabta kawżali — Rikors parzjalment ammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

29

2015/C 026/36

Kawża T-291/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – Eleftheriou u Papachristofi vs Il-Kummissjoni u l-BĊE (Rikors għal annullament u għad-danni — Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru — Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kondizzjonalià ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Rabta kawżali — Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

29

2015/C 026/37

Kawża T-292/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – Evangelou vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE (Rikos għal annullament u għad-danni — Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru — Memorandum ta’ ftehim dwar il-politika ta’ kundizzjonalità ekonomika speċifika konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Rabta kawżali — Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

30

2015/C 026/38

Kawża T-293/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – Theophilou vs Il-Kummissjoni u l-BĊE (Rikorsi għal annullament u għad-danni — Programm ta’ sostenn għall-istabbilità ta’ Ċipru — Memorandum ta’ Ftehim dwar il-politika tal-kundizzjoni ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Rabta kawżali — Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

31

2015/C 026/39

Kawża T-294/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – Fialtor vs Il-Kummissjoni u BĊE (Rikors għal annullament u għad-danni — Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru — Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kundizzjonalità ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES — Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali — Rabta kawżali — Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt)

31

2015/C 026/40

Kawża T-298/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2014 – LemonAid Beverages vs UASI – Pret a Manger (Europe) (Lemonaid) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ċessjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

32

2015/C 026/41

Kawża T-320/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – DelSolar (Wujiang) vs Il-Kummissjoni [“Dumping — Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkunsinnati miċ-Ċina — Dazju antidumping provviżorju — Ma hemm lok li tingħata deċiżjoni]

33

2015/C 026/42

Kawża T-125/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2014 – Gappol Marzena Porczyńska vs UASI – Gap (ITM) (GAPPol) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Revoka tad-deċiżjoni kkontestata — Tmiem tas-suġġett tat-tilwima — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

33

2015/C 026/43

Kawża T-674/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2014 – SEA vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Obbligu ta’ rkupru ta’ għajnuna mogħtija mill-operatur pubbliku ta’ ajruport favur kumpannija sussidjarja inkarigata minn servizzi ta’ ġestjoni — Stralċ tal-imsemmija kumpannija — Stabbiliment ta’ kumpannija ġdida inkarigata minn servizzi ta’ ġestjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat bl-għan li tiġi eżaminata l-eżistenza ta’ kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpanniji — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali — Inammissibbiltà — Nuqqas ta’ urġenza)

34

2015/C 026/44

Kawża T-688/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2014 – Airport Handling vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Obbligu li tiġi rkuprata għajnuna mogħtija mill-operatur pubbliku ta’ ajruport favur kumpannija sussidjarja inkarigata minn servizzi ta’ ġestjoni — Tqegħid fi stralċ tal-imsemmija kumpannija — Kostituzzjoni ta’ kumpannija ġdida inkarigata minn servizzi ta’ ġestjoni — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat bil-għan li teżamina l-eżistenza ta’ kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpanniji — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali — Inammissibbiltà — Nuqqas ta’ urġenza)

35

2015/C 026/45

Kawża T-703/14 R: Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tas-27 ta’ Ottubru 2014 – Diktyo Amyntikon Viomichanion Net vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Sussidji — Is-Seba Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, tal-iżvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) — Nota ta’ debitu indirizzata lil kokontraenti — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Kawża li ma tagħtix lok għall-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji)

35

2015/C 026/46

Kawża T-750/14: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2014 – Segimerus vs UASI – Ergo Versicherungsgruppe (ELGO)

36

2015/C 026/47

Kawża T-753/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 – Ice Mountain Ibiza vs UASI – Etyam (ocean beach club ibiza)

36

2015/C 026/48

Kawża T-755/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 – Herbert Smith Freehills vs Il-Kummissjoni

37

2015/C 026/49

Kawża T-764/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

38

2015/C 026/50

Kawża T-770/14: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

39

2015/C 026/51

Kawża T-774/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2014 – Ica Foods vs UASI – San Lucio (GROK)

40

2015/C 026/52

Kawża T-777/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2014 – Fon Wireless vs UASI – Henniger (NEOFON – FON ET AL.)

41

2015/C 026/53

Kawża T-778/14: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2014 – Ugly vs UASI – Group Lottuss (COYOTE UGLY)

41

2015/C 026/54

Kawża T-781/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2014 – TVR Automotive vs UASI – Cardoni (TVR ENGINEERING)

42

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2015/C 026/55

Kawża F-4/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2014 – Cwik vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport ta’ evalwazzjoni — Proċedura ta’ evalwazzjoni 1995/1997 — Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza — Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni — Assenza ta’ referiment lill-Kumitat konġunt tal-evalwazzjonijiet — Dewmien li bih twettqet ir-redazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni — Rikors għad-danni)

43

2015/C 026/56

Kawża F-109/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2014 – DG vs ENISA (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Rexissjoni ta’ kuntratt — Assenza ta’ motivazzjoni — Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura ta’ evalwazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni)

43

2015/C 026/57

Kawża F-110/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2014 – Migliore vs Il-Kummissjoni (Promozzjoni — Proċedura ta’ ċertifikazzjoni — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2013 — Esklużjoni tar-rikorrent mil-lista definittiva tal-uffiċjali li jkunu ġew awtorizzati sabiex jieħdu sehem fil-programm tat-taħriġ — Artikolu 45a tar-Regolamenti tal-Persunal)

44

2015/C 026/58

Kawża F-142/11 DEP: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2014 – Erik Simpson vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Proċedura — Intaxxar tal-ispejjeż)

45

2015/C 026/59

Kawża F-106/14: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

45

2015/C 026/60

Kawża F-108/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

46

2015/C 026/61

Kawża F-110/14: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

46

2015/C 026/62

Kawża F-112/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2014 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

47

2015/C 026/63

Kawża F-116/14: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

47

2015/C 026/64

Kawża F-118/14: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

48


MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2015/C 026/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 16, 19.1.2015

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 7, 12.1.2015

ĠU C 462, 22.12.2014

ĠU C 448, 15.12.2014

ĠU C 439, 8.12.2014

ĠU C 431, 1.12.2014

ĠU C 421, 24.11.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-26 ta’ Novembru 2014 – Il-Parlament Ewropew (C-103/12), Il-Kummissjoni Ewropea (C-165/12) vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-103/12 u C-165/12) (1)

((Rikors għal annullament - Deċiżjoni 2012/19/UE - Bażi legali - Artikolu 43(2) u (3) TFUE - Ftehim bilaterali li jawtorizza l-użu ta’ dak li jifdal mill-volum ammissibbli tal-qbid - Għażla tal-Istat terz ikkonċernat li l-Unjoni tawtorizza l-użu tar-riżorsi bioloġiċi - Żona ekonomika esklużiva - Deċiżjoni politika - Iffissar tal-opportunitajiet ta’ sajd))

(2015/C 026/02)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L.G. Knudsen, I. Liukkonen u I. Díez Parra, aġenti) (C-103/12), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet u E. Paasivirta, aġenti) (C-165/12)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Westerhof Löfflerová u A. de Gregorio Merino, aġenti)

Partijiet intervenjenti insostenn tal-parti konvenuta: Ir-Repubblika Ċeka (rappreżentanti: M. Smolek, E. Ruffer u D. Hadroušek, aġenti), ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: N. Díaz Abad, aġent), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: G. de Bergues, D. Colas u N. Rouam, aġenti), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Szpunar, aġenti)

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/19/UE, tas-16 ta’ Diċembru 2011, dwar l-approvazzjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tad-Dikjarazzjoni dwar l-għoti ta’ opportunitajiet tas-sajd fl-ilmijiet tal-Unjoni Ewropea lil bastimenti tas-sajd li jtajru l-bandiera tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezwela fiż-żona ekonomika esklużiva ’l barra mill-kosta tal-Gujana Franċiża, hija annullata.

2)

L-effetti tad-Deċiżjoni 2012/19/UE għandhom jinżammu sakemm tidħol fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li jibda’ jiddekorri mid-data li fiha tingħata din is-sentenza, deċiżjoni ġdida bbażata fuq il-bażi legali xierqa, jiġifieri l-Artikolu 43(2) TFUE, flimkien mal-Artikolu 218(6)(a)(v) TFUE.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

4)

Ir-Repubblika Ċeka, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża u r-Repubblika tal-Polonja għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 157, 02.06.2012.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tas-26 ta’ Novembru 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale di Napoli, Corte costituzionale – l-Italja) – Raffaella Mascolo (C-22/13), Alba Forni (C-61/13), Immacolata Racca (C-62/13) vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca, Fortuna Russo vs Comune di Napoli (C-63/13), Carla Napolitano, Salvatore Perrella, Gaetano Romano, Donatella Cittadino, Gemma Zangari vs Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca (C-418/13)

(Kawżi magħquda C-22/13, C-61/13 sa C-63/13 u C-418/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Ftehim qafas bejn CES, UNICE u CEEP fuq ix-xogħol għal żmien determinat - Kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat - Tagħlim - Settur pubbliku - Supplenti għal pożizzjonijiet vakanti u disponibbli fl-istennija tat-tmiem tal-proċeduri ta’ kompetizzjoni - Klawżola 5(1) - Miżuri intiżi sabiex jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti għal żmien determinat - Kunċett ta’ ‘raġunijiet oġġettivi’ li jiġġustifikaw tali kuntratti - Sanzjonijiet - Projbizzjoni ta’ bidla f’relazzjoni ta’ xogħol għal żmien determinat - Assenza ta’ dritt għall-kumpens għad-danni))

(2015/C 026/03)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Napoli, Corte costituzionale

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Raffaella Mascolo (C-22/13), Alba Forni (C-61/13), Immacolata Racca (C-62/13), Fortuna Russo (C-63/13), Carla Napolitano, Salvatore Perrella, Gaetano Romano, Donatella Cittadino, Gemma Zangari (C-418/13)

Konvenuti: Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca (C-22/13, C-61/13, C-62/13), Comune di Napoli (C-63/13), Ministero dell’Istruzione, dell’Università e della Ricerca (C-418/13)

fil-preżenza ta’: Federazione Gilda-Unams, Federazione Lavoratori della Conoscenza (FLC CGIL), Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL), C-22/13, C-61/13 sa C-62/13

Dispożittiv

Il-Klawżola 5(1) tal-ftehim qafas dwar ix-xogħol għal żmien determinat, konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tawtorizza, fl-istennija tat-tmiem tal-proċeduri ta’ kompetizzjoni għar-reklutaġġ ta’ għalliema permanenti ta’ skejjel amministrati mill-Istat, it-tiġdid ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat sabiex jimtlew pożizzjonijiet vakanti u disponibbli ta’ għalliema kif ukoll ta’ persunal amministrattiv, tekniku u awżiljarju, mingħajr ma tindika termini preċiżi għat-tmiem ta’ dawn il-kompetizzjonijiet u billi teskludi kull possibbiltà, għal dawn l-għalliema u għall-imsemmi persunal, li jiksbu kumpens għad-dannu eventwalment imġarrab minħabba tali tiġdid. Fil-fatt, jidher li din il-leġiżlazzjoni, bla ħsara għall-verifiki li għandhom jitwettqu mill-qrati tar-rinviju, minn naħa, ma tippermettix li jiġu identifikati kriterji oġġettivi u trasparenti sabiex jiġi vverifikat jekk it-tiġdid tal-imsemmija kuntratti jissodisfax effettivament bżonn veru, jekk huwiex ta’ natura li jilħaq l-għan imfittex u jekk huwiex neċessarju għal dan l-iskop, u, min-naħa l-oħra, ma tinkludi ebda miżura intiża li tipprevjeni jew li tissanzjona l-użu abbużiv ta’ kuntratti suċċessivi ta’ xogħol għal żmien determinat.


(1)  ĠU C 86, 23.03.2013

ĠU C 141, 18.05.2013

ĠU C 313, 26.10.2013


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tas-26 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Green Network SpA vs Autorità per l’energia elettrica e il gas

(Kawża C-66/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Skema nazzjonali ta’ appoġġ għall-konsum ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu - Obbligu tal-produtturi u importaturi tal-elettriku li jintroduċu fin-netwerk nazzjonali ċertu kwantità ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu jew, fin-nuqqas ta’ dan, li jixtru ‘ċertifikati ħodor’ mingħand l-awtorità kompetenti - Prova ta’ din l-introduzzjoni li teħtieġ il-preżentazzjoni ta’ ċertifikati li jikkonfermaw l-oriġini ħadra tal-elettriku prodott jew importat - Aċċettazzjoni ta’ ċertifikati maħruġa fi Stat terz suġġetta għall-konklużjoni ta’ ftehim bilaterali bejn dan l-Istat terz u l-Istat Membru kkonċernat jew għal ftehim bejn l-amministratur tan-netwerk nazzjonali ta’ dan l-Istat Membru u awtorità analoga tal-imsemmi Stat terz - Direttiva 2001/77/KE - Kompetenza esterna tal-Komunità - Kooperazzjoni leali))

(2015/C 026/04)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Green Network SpA

Konvenuta: Autorità per l'energia elettrica e il gas

fil-preżenza ta’: Gestore dei Servizi Energetici SpA – GSE

Dispożittiv

1)

It-Trattat KE għandu jiġi interpretat fis-sens li, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/77/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Settembru 2001, fuq il-promozzjoni ta’ elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinovabbli fis-suq intern tal-elettriku, il-Komunità Ewropea għandha kompetenza esterna esklużiva li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-għoti ta’ eżenzjoni mill-obbligu li jinxtraw ċertifikati ħodor dovut għall-introduzzjoni, fis-suq nazzjonali tal-konsum, ta’ elettriku importat minn Stat terz, permezz tal-konklużjoni minn qabel, bejn l-Istat Membru u l-Istat terz ikkonċernat, ta’ ftehim li permezz tiegħu l-elettriku hekk importat huwa ggarantit bħala elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu, skont modalitajiet identiċi għal dawk li jipprevedi l-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva.

2)

Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi li, wara li dispożizzjoni nazzjonali bħal dik imsemmija fil-punt 1 tad-dispożittiv tas-sentenza preżenti tkun ġiet miċħuda minn qorti nazzjonali minħabba n-nuqqas ta’ konformità ta’ din id-dispożizzjoni ma’ dan id-dritt, l-imsemmija qorti tapplika, permezz ta’ sostituzzjoni, dispożizzjoni nazzjonali preċedenti, sostanzjalment analoga għall-imsemmija dispożizzjoni, li tipprevedi l-għoti ta’ eżenzjoni mill-obbligu li jinxtraw ċertifikati ħodor dovut għall-introduzzjoni, fis-suq nazzjonali tal-konsum, ta’ elettriku importat minn Stat terz, permezz tal-konklużjoni minn qabel, bejn l-amministratur tan-netwerk nazzjonali u awtorità lokali analoga ta’ dan l-Istat terz ikkonċernat, ta’ ftehim li jiddetermina l-modalitajiet ta’ verifika neċessarji sabiex jiġi ċċertifikat li l-elettriku hekk importat huwa elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija li jiġġeddu.


(1)  ĠU C 147, 25.05.2013.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Bundesgerichtshof – Il-Ġermanja) – Novo Nordisk Pharma GmbH vs S

(Kawża C-310/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 85/374/KEE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Responsabbiltà għal prodotti difettużi - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae tad-Direttiva - Sistemi ta’ responsabbiltà speċjali eżistenti fid-data tan-notifika tad-Direttiva - Ammissibbiltà ta’ sistema nazzjonali ta’ responsabbiltà li tippermetti l-ksib ta’ informazzjoni dwar l-effetti mhux mixtieqa ta’ prodotti mediċinali))

(2015/C 026/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Novo Nordisk Pharma GmbH

Konvenuta: S

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 85/374/KEE, tal-25 ta’ Lulju 1985, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar responsabbiltà għall-prodotti difettużi, kif emendata bid-Direttiva 1999/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta’ Mejju 1999, għandha tiġi intepretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħala dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tistabbilixxi sistema ta’ responsabbiltà speċjali fis-sens tal-Artikolu 13 ta’ din id-direttiva, li tipprevedi, wara l-emenda ta’ din il-leġiżlazzjoni magħmula wara d-data tan-notifika tal-imsemmija direttiva lill-Istat Membru kkonċernat, li l-konsumatur għandu d-dritt jitlob mill-fabbrikant tal-prodott mediċinali informazzjoni dwar l-effetti mhux mixtieqa ta’ dan il-prodott.


(1)  ĠU C 260, 7.9.2013.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tal-20 ta’ Novembru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-356/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/676/KEE - Protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli - Definizzjoni insuffiċjenti tal-ilma mniġġes jew li jista’ jitniġġes - Immarkar insuffiċjenti taż-żoni vulnerabbli - Programmi ta’ azzjoni - Miżuri lakunarji))

(2015/C 026/06)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u K. Herrmann, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentant: B. Majczyna, aġent)

Dispożittiv

1)

Billi ddefinixxiet b’mod insuffiċjenti l-ilma li jista’ jitniġġeż min-nitrati li joriġinaw mill-agrikoltura, u billi mmarkat b’mod insuffiċjenti ż-żoni vulnerabbli u billi adottat programmi ta’ azzjoni, kif previsti mill-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/676/KEE, tat-12 ta’ Diċembru 1991, dwar il-protezzjoni tal-ilma kontra t-tniġġis ikkawżat min-nitrati minn sorsi agrikoli, li jinkludu miżuri inkompatibbli ma’ din id-direttiva, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli tosserva l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3 tad-Direttiva 91/676/KEE, moqri flimkien mal-Anness I ta’ din, u l-Artikolu 5 ta’ din id-direttiva, moqri flimkien mal-punt 2 tal-Anness II(A) kif ukoll mal-punt 1.1 tal-Anness III ta’ din l-aħħar direttiva.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Ir-Repubblika tal-Polonja hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-19 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court of the United Kingdom – ir-Renju Unit) – The Queen, fuq talba ta’: ClientEarth vs The Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs

(Kawża C-404/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Kwalità tal-arja - Direttiva 2008/50/KE - Valuri limitu għad-diossidu tan-nitroġenu - Obbligu li jintalab posponiment tat-terminu ffissat billi jiġi ppreżentat pjan dwar il-kwalità tal-arja - Sanzjonijiet))

(2015/C 026/07)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court of the United Kingdom

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Queen, fuq talba ta’: ClientEarth

Konvenut: The Secretary of State for the Environment, Food and Rural Affairs

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Mejju 2008, dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa, għandu jiġi interpretat fis-sens li, sabiex ikun jista’ jipposponi, għal massimu ta’ ħames snin, it-terminu ffissat minn din id-direttiva għall-osservanza tal-valuri limitu tad-diossidu tan-nitroġenu indikati fl-Anness XI tagħha, Stat Membru huwa obbligat iressaq talba għal tali posponiment u jistabbilixxi pjan dwar il-kwalità tal-arja, meta jkun jidher b’mod oġġettiv, fid-dawl tad-data eżistenti, u minkejja l-applikazzjoni minn dan l-Istat ta’ miżuri adegwati ta’ tnaqqis tat-tniġġis, li dawn il-valuri ma jistgħux jiġu osservati f’żona jew f’agglomerazzjoni partikolari fit-terminu indikat. Id-Direttiva 2008/50 ma tinkludi ebda eċċezzjoni għall-obbligu li jirriżulta mill-imsemmi Artikolu 22(1).

2)

Fil-każ li jkun jidher li l-valuri limitu tad-diossidu tan-nitroġenu ffissati fl-Anness XI tad-Direttiva 2008/50 ma jistgħux jiġu osservati, f’żona jew f’agglomerazzjoni partikolari ta’ Stat Membru, wara d-data tal-1 ta’ Jannar 2010 indikata f’dan l-anness, mingħajr ma dan tal-aħħar ikun talab il-posponiment ta’ din l-iskadenza skont l-Artikolu 22(1) tad-Direttiva 2008/50, it-tħejjija ta’ pjan dwar il-kwalità tal-ajru li jkun konformi mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(1) ta’ din id-direttiva ma tistax tippermetti, fiha nfisha, li jiġi kkunsidrat li dan l-Istat madankollu ssodisfa l-obbligi imposti fuqu taħt l-Artikolu 13 tal-imsemmija direttiva.

3)

Meta Stat Membru ma jkunx osserva r-rekwiżiti li jirriżultaw mit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2008/50, filwaqt li ma jkunx talab il-posponiment tat-terminu taħt il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 22 ta’ din id-direttiva, hija l-qorti nazzjonali kompetenti, li tiġi eventwalment adita, li għandha tieħu kwalunkwe miżura neċessarja, bħal ordni, fil-konfront tal-awtorità nazzjonali, bil-għan li din l-awtorità tistabbilixxi l-pjan li teżiġi l-imsemmija direttiva taħt il-kundizzjonijiet previsti minnha.


(1)  ĠU C 274, 21.09.2013.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Novembru 2014 – Intra-Presse vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Golden Balls Ltd

(Kawża magħquda C-581/13 P u C-582/13 P) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Artikolu 8(5) - Trade mark verbali GOLDEN BALLS - Oppożizzjoni mill-proprjetarju tat-trade mark verbali Komunitarju preċedenti BALLON D’OR - Pubbliku rilevanti - Xebh tas-sinjali - Probabbiltà ta’ konfużjoni))

(2015/C 026/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Intra-Presse (rappreżentanti: P. Péters, avukat, T. de Haan, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent), Golden Balls Ltd (rappreżentant: M. Edenborough QC)

Dispożittiv

1)

Is-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea Golden Balls vs UASI – Intra-Presse (GOLDEN BALLS) (T-448/11, EU:T:2013:456) u Golden Balls vs UASI – Intra-Presse (GOLDEN BALLS) (T-437/11, EU:T:2013:441) huma annulati safejn dawn ċaħdu iż-żewġ talbiet għal annullament ippreżentati minn Intra-Presse SAS.

2)

Il-kumplament tal-appelli huwa miċħud.

3)

Il-punt 2 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tat-22 ta’ Ġunju 2011 (Każ R 1432/2010-1), u l-punt 2 tad-dispożittiv tad-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tas-26 ta’ Mejju 2011 (Każ R 1310/2010-1), huma annullati.

4)

Intra-Presse SAS, l-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u Golden Balls Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż proprji tagħhom marbuta kemm mal-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll mal-proċedura tal-appell.


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – Il-Ġermanja) – Rohm Semiconductor GmbH vs Hauptzollamt Krefeld

(Kawża C-666/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali - Klassifikazzjoni tariffarja - Tariffa Doganali Komuni - Nomenklatura Magħquda - Intestaturi 8541 u 8543 - Moduli għat-trażmissjoni u għar-riċezzjoni ta’ data fuq distanza qasira - Subintestaturi 8543 89 95 u 8543 90 80 - Kunċett ta’ partijiet ta’ magni u ta’ apparati elettriċi))

(2015/C 026/09)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Rohm Semiconductor GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Krefeld

Dispożittiv

1)

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, tal-1 ta’ Awwissu 2002, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-moduli jikkostitwixxu, kull wieħed minnhom, mill-interkonnessjoni ta’ LED, ta’ fotodajowd u ta’ diversi mezzi semikondutturi oħra u li jistgħu jintużaw sabiex jitrażmettu/jirċievu permezz tal-infraħomor meta minnhom jgħaddi l-elettriku li ġej mill-apparati li jinkorporawhom li jaqgħu taħt l-intestatura 8543 ta’ din in-nomenklatura.

2)

In-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1832/2002, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-moduli, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, inkorporati f’apparati għall-operazzjoni mekkanika jew elettrika li ma humiex neċessarji ma jikkostitwixxux partijiet fis-sens tas-subintestatura 8543 90 80 ta’ din in-nomenklatura, iżda jaqgħu taħt is-subintestatura 8543 89 95 tan-nomenklatura dwar magni oħra jew apparati elettriċi oħra, b’funzjonijiet individwali, mhux speċifikati jew inklużi band’oħra fil-Kapitolu 85 ta’ din l-istess nomenklatura.


(1)  ĠU C 85, 22.03.2014.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tal-20 ta’ Novembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Direction générale des douanes et droits indirects, Chef de l'agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières, Direction régionale des douanes et droits indirects de Lyon vs Utopia SARL

(Kawża C-40/14) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali u Tariffa Doganali Komuni - Eżenzjoni mid-dazji fuq l-importazzjoni - Annimali ppreparati b’mod speċjali sabiex jintużaw fil-laboratorju - Stabbiliment pubbliku jew ta’ utilità pubblika jew privata ċċertifikat - Importatur li għandu lil tali stabbilimenti bħala klijenti - Imballaġġ - Gaġeġ għat-trasport tal-annimali))

(2015/C 026/10)

Lingwa tal-kawża: Il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Direction générale des douanes et droits indirects, Chef de l'agence de poursuites de la Direction nationale du renseignement et des enquêtes douanières, Direction régionale des douanes et droits indirects de Lyon

Konvenuta: Utopia SARL

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 60 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 918/83, tat-28 ta’ Marzu 1983, li jwaqqaf sistema Komunitarja ta’ eżenzjoniiet minn dazju doganali, kif emendat bl-att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li, jekk l-annimali speċjalment ippreparati sabiex jintużaw fil-laboratorju li importatur idaħħal fit-territorju tal-Unjoni jkunu maħsuba għal stabbiliment pubbliku jew ta’ utilità pubblika jew privata ċċertifikat, li jkollu bħala l-attività prinċipali tiegħu t-tagħlim jew ir-riċerka xjentifika, dan l-importatur, minkejja li ma jkunx huwa stess tali stabbiliment, jista’ jibbenefika mill-eżenzjoni mid-dazju fuq l-importazzjoni prevista f’dan l-artikolu għal dan it-tip ta’ prodott.

2)

Ir-Regola Ġenerali 5(b) tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1789/2003, tal-11 ta’ Settembru 2003 għandha tiġi interpretata fis-sens li gaġeġ użati għat-trasport ta’ annimali ħajjin maħsuba għar-riċerka fil-laboratorju ma jaqgħux taħt il-kategorija tal-imballaġġi li għandhom jiġu kklassifikati mal-prodotti li jkunu fihom.


(1)  ĠU C 102, 07.04.2014.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fl-4 ta’ Novembru 2014 – SC Total Waste Recycling SRL vs Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

(Kawża C-487/14)

(2015/C 026/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Total Waste Recycling SRL

Konvenuta: Országos Környezetvédelmi és Természetvédelmi Főfelügyelőség

Domandi preliminari

1)

Il-vjeġġi ta’ skart li jitwettqu “b’mod li mhuwiex speċifikat materjalment fid-dokumenti ta’ notifika”, fis-sens tal-Artikolu 2(35)(b) tar-Regolament Nru 1013/2006 (1), għandu jinftiehem fis-sens li huwa mezz ta’ trasport (bit-triq, bil-ferrovija, bl-ajru bil-baħar jew kanali interni) kif imsemmi fil-Anness IA jew IB tal-imsemmi regolament?

2)

Jekk isir bdil essenzjali fid-dettalji u/jew fil-kundizzjonijiet tal-vjeġġ kunsentit, skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1013/2006, in-nuqqas ta’ notifika b’dan il-bdil lill-awtoritajiet kompetenti għandu l-konsegwenza li l-vjeġġ ta’ skart jista’ jiġi kkunsidrat li jkun sar “b’mod li mhuwiex speċifikat materjalment fid-dokumenti ta’ notifika”, fis-sens tal-Artikolu 2(35)(b) tar-Regolament, u, għaldaqstant, bħala illeċitu?

3)

Ikun hemm bdil essenzjali fid-dettalji u/jew fil-kundizzjonijiet tal-vjeġġ kunsentit skont it-termini tal-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1013/2006, meta tgħabbija ta’ skart tidħol fil-pajjiż ta’ transitu indikat minn punt ta’ passaġġ konfinali differenti minn dak li jkun imsemmi fil-kunsens u fuq id-dokument ta’ notifika?

4)

Jekk jiġi kkunsidrat li jkun hemm vjeġġ illegali ta’ skart meta tgħabija ta’ skart tidħol fil-pajjiż ta’ transitu indikat minn punt ta’ passaġġ konfinali differenti minn dak li jkun imsemmi fil-kunsens u fuq id-dokument ta’ notifika, multa imposta għal din ir-raġuni, li l-ammont tagħha jikkorrispondi għal dak tal-multa li tiġi imposta fuq il-persuni li ma josservawx l-obbligu li jiksbu kunsens u li jinnotifikaw minn qabel, hija proporzjonata?


(1)  Regolament (KE) Nru 1013/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-14 ta' Ġunju 2006, dwar vjeġġi ta’ skart (ĠU L 190, p. 1).


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Curtea de Apel Oradea (Ir-Rumanija) fl-4 ta’ Novembru 2014 – SC Max Boegl România SRL et vs RA Aeroportul Oradea et

(Kawża C-488/14)

(2015/C 026/12)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Curtea de Apel Oradea

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: SC Max Boegl România SRL, SC UTI Grup SA, Astaldi SpA, SC Construcții Napoca SA

Konvenuti: RA Aeroportul Oradea, SC Porr Construct SRL, Teerag-Asdag Aktiengesellschaft, SC Col-Air Trading SRL, AZVI SA, Trameco SA, Iamsat Muntenia SA

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1(1), (2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet] (1), u tal-Artikolu 1(1), (2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist [għall-għoti ta’ kuntratti] ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (2), kif emendati bid-Direttiva 2007/66/KE (3), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni li tissuġġetta l-aċċess għall-proċeduri ta’ reviżjoni kontra d-deċiżjonijiet tal-awtorità kontraenti għall-obbligu li tiġi ddepożitata minn qabel “garanzija ta’ kondotta tajba”, bħal dik irregolata bl-Artikoli 2711 u bl-Artikolu 2712 tad-Digriet b’urġenza tal-Gvern Nru 34/2006?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315.

(3)  Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (ĠU L 335, p. 31).


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice, Family Division (England and Wales) (Ir-Renju Unit) fl-4 ta’ Novembru 2014 – A vs B

(Kawża C-489/14)

(2015/C 026/13)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Justice, Family Division (England and Wales)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenut: B

Domandi preliminari

1.

Għall-finijiet tal-Artikolu 19(1) u (3) (1), xi tfisser “stabbilita”, f’ċirkustanzi fejn:-

a)

ir-rikorrent, fil-proċeduri quddiem il-qorti tal-ewwel istanza (iktar ’il quddiem il-“proċeduri fl-ewwel istanza”), ma jieħu virtwalment ebda passi fil-proċeduri fl-ewwel istanza lil hinn mill-ewwel seduta tal-qorti, u b’mod partikolari ma jippreżentax ċitazzjoni (Assignation) fit-terminu għall-iskadenza tar-rikors (Requête), bir-riżultat li l-proċeduri fl-ewwel istanza jiskadu mingħajr deċiżjoni permezz tal-mogħdija taż-żmien u skont il-liġi (Franċiża) lokali tal-proċeduri fl-ewwel istanza, jiġifieri 30 xahar wara l-ewwel seduta ta’ informazzjoni;

b)

il-proċeduri fl-ewwel istanza jiskadu kif intqal iktar ’il fuq ftit wara (3 iġranet) li jitressqu fl-Ingilterra l-proċeduri quddiem il-qorti tat-tieni istanza (iktar ’il quddiem il-“proċeduri fit-tieni istanza”), bir-riżultat li ma jkun hemm ebda sentenza fi Franza u lanqas il-perikolu ta’ sentenzi irrikonċiljabbli bejn il-proċeduri fl-ewwel istanza u l-proċeduri fit-tieni istanza; u

c)

minħabba ż-żona orarja tar-Renju Unit, ir-rikorrent fil-proċeduri fl-ewwel istanza jkun, wara l-iskadenza tal-proċeduri fl-ewwel istanza, għadu f’pożizzjoni li jibda proċeduri ta’ divorzju fi Franza qabel ma r-rikorrent ikun jista’ jibda proċeduri ta’ divorzju fl-Ingilterra?

2.

B’mod partikolari, “stabbilita” timplika li r-rikorrent fil-proċeduri fl-ewwel istanza għandu jieħu passi biex ikompli l-proċeduri fl-ewwel istanza bid-diliġenza u bl-ispeditezza dovuta għar-riżoluzzjoni tat-tilwima (kemm jekk permezz tal-qorti jew bi ftehim bonarju), jew ir-rikorrent fil-proċeduri fl-ewwel istanza, ladarba jkun assigura l-ġurisdizzjoni skont l-Artikoli 3 u 19(1), huwa liberu li ma jieħu ebda passi sostantivi lejn ir-riżoluzzjoni tal-proċeduri fl-ewwel istanza kif intqal iktar ’il fuq, u huwa għalhekk liberu li sempliċiment jiżgura l-waqfien tal-proċeduri fit-tieni istanza u nuqqas ta’ progress fit-tilwima b’mod ġenerali?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243)


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Mercantil no 3 de Madrid (Spanja) fil-5 ta’ Novembru 2014 – Rossa dels Vents Assessoria S.L. vs U Hostels Albergues Juveniles S.L.

(Kawża C-491/14)

(2015/C 026/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Mercantil no 3 Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rossa dels Vents Assessoria S.L.

Konvenuta: U Hostels Albergues Juveniles S.L.

Domanda preliminari

L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt esklużiv tal-proprjetarju ta’ trade mark li jimpedixxi lil terzi persuni milli jużaw fl-eżerċizzju tal-kummerċ sinjali identiċi jew li jixxiebhu għat-trade mark tiegħu jestendi għal terza persuna proprjetarja ta’ trade mark posterjuri, mingħajr ma jkun neċessarju li l-invalidità ta’ din tal-aħħar tkun iddikkjarata minn qabel?


(1)  ĠU L 299, p. 25


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale regionale di giustizia amministrativa di Trento (l-Italja) fis-6 ta’ Novembru 2014 – Antonio Tita et vs Ministero della Giustizia et

(Kawża C-495/14)

(2015/C 026/15)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale regionale di giustizia amministrativa di Trento

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Antonio Tita, Alessandra Carlin, Piero Constantini

Konvenuti: Ministero della Giustizia, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri, Segretario Generale del Tribunale Regionale di Giustizia Amministrativa di Trento (TRGA)

Domanda preliminari

Il-prinċipji stabbiliti mid-Direttivi 2007/66/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, u tal-Kunsill Nru 89/665/KEE (2) u Nru 92/13/KEE (3), fir-rigward tat-titjib fl-effikaċja ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali Taljana, bħal dik dwar il-kontribuzzjoni unifikata stabbilita mill-Artikoli 9, 13(6-bis) u (6-bis.1), u 14(3-ter) tad-decreto del presidente della Repubblica Nru 115, tat-30 ta’ Mejju 2002, (kif progressivament emendat mill-interventi leġiżlattivi sussegwenti), u mill-Artikolu 1(27) tal-Liġi Nru 228, tal-24 ta’ Diċembru 2012, li jistabbilixxu kontribuzzjonijiet unifikati għolja għall-aċċess għall-qrati amministrattivi kompetenti fil-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi?


(1)  Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (ĠU L 335, p. 31).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246).

(3)  Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi ta’ l-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU L 76, p. 14).


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Cassatie van België (il-Belġju) fl-10 ta’ Novembru 2014 – VAD BVBA, Johannes Josephus Maria van Aert vs Belgische Staat

(Kawża C-499/14)

(2015/C 026/16)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van Cassatie van België

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VAD BVBA, Johannes Josephus Maria van Aert

Konvenut: Belgische Staat

Domandi preliminari

Merkanzija ppreżentata għall-bejgħ bl-imnut f’settijiet li hija ppreżentata f’ippakkjar separat fid-dwana għaliex dan huwa ġġustifikat, iżda li huwa ċar li hija tifforma ħaġa waħda u li hija intiża sabiex tiġi ppreżentata fil-kummerċ bl-imnut bħala ħaġa waħda, għandha tiġi kkunsidrata bħala merkanzija ppreżentata għall-bejgħ bl-imnut f’settijiet, kif indikat fir-Regola 3(b) tar-Regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-nomenklatura magħquda, kif stabbilit fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1), tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1214/2007 (2), tal-20 ta’ Settembru 2007, anki fil-każ fejn din il-merkanzija hija ppakkjata flimkien wara d-dikjarazzjoni sabiex tiġi ppreżentata għall-bejgħ bl-imnut?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 2, p. 382.

(2)  ĠU L 286, p. 1.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-10 ta’ Novembru 2014 – Buzzi Unicem SpA et vs Comitato nazionale per la gestione della Direttiva 2003/87/KE et

(Kawża C-502/14)

(2015/C 026/17)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Buzzi Unicem SpA, Colacem SpA, Cogne Acciai Speciali SpA, Olon SpA, Laterlite SpA

Konvenuti: Comitato nazionale per la gestione della Direttiva 2003/87/CE, Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare, Ministero dello Sviluppo economico

Domandi preliminari

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, hija invalida sa fejn la ħadet inkunsiderazzjoni, fil-kalkolu tal-kwoti li għandhom jingħataw mingħajr ħlas, il-parti mill-emissjonijiet marbuta mal-kombustjoni ta’ gassijiet ta’ residwu – jew gassijiet tal-proċess tal-produzzjoni tal-azzar – u lanqas dawk marbuta mas-sħana prodotta mill-koġenerazzjoni, u b’hekk kisret l-Artikolu 290 TFUE u l-Artikolu 10 a(1), (4) u (5) tad-Direttiva 2003/87/KE (1), billi eċċediet il-limiti tad-delega kkonferita mid-direttiva u marret kontra l-għanijiet ta’ din tal-aħħar (inkoraġġiment tat-teknoloġiji enerġetiċi iktar effiċjenti u osservanza tar-rekwiżiti tal-iżvilupp ekonomiku u tal-impjieg)?

2)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, hija invalida, fid-dawl tal-prinċipji Komunitarji tal-effett utli u ta’ proporzjonalità, imsemmija fl-Artikolu 5 TUE, peress li hija kisret b’mod indebitu l-aspettattivi leġittimi tal-kumpanniji rikorrenti li jinżammu l-kwoti allokati b’mod provviżorju u li huma spettanti lilhom abbażi tad-dispożizzjonijiet tad-direttiva, biex b’hekk wasslet sabiex tinċaħad l-utilità ekonomika marbuta mal-imsemmija kwoti?

3)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, hija invalida sa fejn din ma ħaditx inkunsiderazzjoni, fil-kalkolu tal-kwoti li għandhom jingħataw mingħajr ħlas, l-emissjonijiet tal-istallazzjonijiet li daħlu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-direttiva mill-2013, sa fejn dawn huma inklużi fis-sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet tad-Direttiva 2009/29/KE?

4)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, hija invalida sa fejn tiddetermina l-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali, minħabba ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, sa fejn din hija nieqsa minn motivazzjoni adattata?

5)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea 2013/448/UE, tal-5 ta’ Settembru 2013, hija invalida sa fejn tiddetermina l-fattur ta’ korrezzjoni transsettorjali, minħabba ksur tar-regoli proċedurali previsti fl-Artikoli 10a(1) u (23)(3) tad-Direttiva 2003/87/KE?


(1)  Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631)


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco, Sala de lo Social (Spanja) fit-13 ta’ Novembru 2014 – Administrador de Infraestructuras Ferroviarias (ADIF) vs Luis Aira Pascual y otros

(Kawża C-509/14)

(2015/C 026/18)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Autónoma del País Vasco

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Administrador de Infraestructuras Ferroviarias (ADIF)

Konvenuti: Luis Aira Pascual, Algeposa Terminales Ferroviarios S.L. u FOGASA.

Domanda preliminari

L-Artikolu 1(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE (1), tat-12 ta’ Marzu 2001, moqri flimkien mal-Artikolu 4(1) tal-istess direttiva, jipprekludi li l-leġiżlazzjoni Spanjola intiża li timlementaha tiġi interpretata fis-sens li impriża tas-settur pubbliku, proprjetarja ta’ servizz inerenti għall-attività tagħha stess li jeħtieġ l-użu ta’ mezzi materjali essenzjali, hija eżentata milli tieħu l-persunal tal-imprenditur kontraenti li ngħata l-kuntratt għal dan is-servizz bil-kundizzjoni li juża l-mezzi materjali li huma proprjetà tagħha, meta hija tiddeċiedi li ma testendix il-kuntratt u li tipprovdi s-servizz hija direttament permezz tal-persunal tagħha u mingħajr ma tieħu l-persunal li l-kuntrattur kien jimpjega, b’tali mod li s-servizz ikompli jiġi pprovdut bl-istess mod, iżda minn ħaddiema oħra impjegati ma persuna li timpjega differenti?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5. Vol. 4, p. 98)


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/14


Appell ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 minn Éditions Odile Jacob SAS mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-5 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-471/11, Odile Jacob vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-514/14 P)

(2015/C 026/19)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Éditions Odile Jacob SAS (rappreżentanti: J.-F. Bellis, O. Fréget u L. Eskenazi, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Lagardère SCA, Wendel.

Talbiet

tiddikjara dan l-appell ammissibbli u fondat;

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-471/11, Editions Odile Jacob SAS vs Il-Kummissjoni Ewropea, u tiddeċiedi fuq it-tilwima li hija s-suġġett tagħha;

tilqa’ t-talbiet ippreżentati mir-rikorrenti fl-ewwel istanza u, għalhekk, tannulla d-Deċiżjoni NruoSG-Greffe(2011) D/C(2011)3503 tat-13 ta’ Mejju 2011, adottata fil-Kawża COMP/M.2978 Lagardère/Natexis/VUP wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2010 fil-Kawża T-452/04, Editions Odile Jacob vs Il-Kummissjoni Ewropea, u permezz tagħha l-Kummissjoni approvat għal darb’oħra Wendel bħala x-xerrej tal-attivi ttrasferiti skont impenji marbutin mad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ Jannar 2004 li tawtorizza l-operazzjoni ta’ konċentrazzjoni Lagardère/Natexis/VUP;

tikkundanna l-Kummissjoni Ewropea u l-partijiet intervenjenti għall-ħlas tal-ispejjeż taż-żewġ istanzi, inkluż dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji u mal-proċeduri għal rettifika.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet aggravji.

Fl-ewwel lok, l-appellanti ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi naqset milli tikkonstata li l-Kummmissjoni kisret l-Artikolu 266 TFUE u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Id-difett li jaffettwa l-legalità tal-ewwel deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni vvizzja wkoll b’illegalità d-deċiżjoni kkontestata peress li din tal-aħħar ma kinitx se tirrimedja għall-effetti tan-nuqqas ta’ indipendenza tal-mandatarju matul it-totalità tal-missjoni tiegħu. Konsegwentement, l-adozzjoni mill-Kummissjoni tad-deċiżjoni kkontestata tikkostitwixxi, skont l-appellanti, ksur tar-regoli li jirregolaw id-dritt għal smigħ xieraq u tiċħad l-effettività tal-istħarriġ ġudizzjarju ta’ atti tagħha.

Fit-tieni lok, l-appellanti tqis li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi qieset li d-deċiżjoni ta’ awtorizzazzjoni kundizzjonali setgħet tikkostitwixxi bażi legali għal deċiżjoni ġdida ta’ awtorizzazzjoni.

Fl-aħħar nett, l-appellanti tilmenta li l-Qorti Ġenerali injorat il-kriterji legali għal evalwazzjoni tal-indipendenza taċ-ċessjonarju ta’ attivi ttrasferiti fir-rigward taċ-ċedenti u wettqet żbalji ta’ liġi u żnaturament tal-fatti marbutin ma’ din l-evalwazzjoni.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/15


Appell ippreżentat fit-18 ta’ Novembru 2014 minn Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugniss e.V. mid-digriet mogħti mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-3 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-112/11 – Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse e.V. vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-517/14 P)

(2015/C 026/20)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Schutzgemeinschaft Milch und Milcherzeugnisse e.V. (rappreżentanti: M. Loschelder, V. Schoene, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummisjoni Ewropea, Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, Nederlandse Zuivelorganisatie

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-digriet appellat u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1121/2010, tat-2 ta’ Diċembru 2010, li jdaħħal denominazzjoni fir-reġistru tad-denominazzjonijiet protetti tal-oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi protetti [Edam Holland (IĠP)] (1);

sussidjarjament, tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali,

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-appellanti fil-proċedura tal-ewwel istanza u fl-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: Il-Qorti Ġenerali hija tal-fehma li l-appellanti ma għandha ebda interess ġuridiku minħabba li r-regolament ikkontestat jikkjarifika li l-“Edam” fih imsemmija huwa isem ġeneriku. Il-formulazzjoni inkwistjoni użata fir-Regolament hija, madankollu, tawtoloġika biss. L-annullament tar-regolament ta’ reġistrazzjoni, kuntrarjament għall-fehma tal-Qorti Ġenerali, jagħti vantaġġ lill-membri tal-appellanti u jiġġusitifka l-interess ġuridiku tagħhom. Għal din ir-raġuni, ir-rikors huwa ammissibbli. Għall-istess raġuni, huwa wkoll fondat. Il-kjarifika mitluba ġiet awtorizzata mill-parti Olandiża li ressqet it-talba. Il-Kummissjoni aġixxiet b’mod żbaljat meta ma wettqitx il-kjarifika.

It-tieni aggravju: L-appellanti argumentat li l-membri tagħha kienu tradizzjonalment ibiegħu l-ħalib fil-Pajjiżi l-Baxxi, li seta’ jiġi pproċessat f’Gouda jew f’Edam u li probabbilment kien jiġi pproċessat f’Gouda jew f’Edam. Minn dan, il-Qorti Ġenerali ma ddeduċiet l-ebda interess ġuridiku. Dan l-argument huwa fattwalment inkorrett. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-fatti, għaliex is-sottomissjonijiet kienu korretti. Barra minn hekk, skont il-Qorti Ġenerali, l-oppożizzjoni u r-rikors tal-appellanti ma kinux ippreżentati għall-“produtturi tal-ħalib”. Għalhekk, kien hemm ukoll żnaturament tal-fatti, minħabba li l-oppożizzjoni saret f’isem il-membri tal-appellanti, sa fejn dawn jipproċessaw il-ħalib (il-ħalib mibjugħ fil-Pajjiżi l-Baxxi huwa ħalib ipproċessat) u jbiegħu l-ħalib jew il-ġobon.

It-tielet aggravju: Il-Qorti Ġenerali hija tal-fehma li ċ-ċaħda tal-oppożizzjoni hija bbażata fuq il-fatt li l-appellanti ma kellhiex interess ġuridiku. Dan minħabba li l-oppożizzjoni ma kellhiex issir mill-appellanti iżda mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja. Dan ma jikkorrispondix għas-sitwazzjoni ġuridika applikabbli fir-rigward tar-Regolament bażiku Nru 510/2006 (2), u kuntrarjament għal dak li tikkunsidra l-Qorti Ġenerali, din il-kwistjoni għadha ma ġietx deċiża minn din il-qorti fir-rigward tar-Regolament bażiku. Bejn ir-Regolament bażiku Nru 510/2006 u dak preċedenti għalih, ir-Regolament (KEE) Nru 2081/92 (3), hemm differenzi li l-Qorti Ġenerali ma evalwatx u li fi kwalunkwe każ ikollhom il-konsegwenza li l-partijiet li jopponu, bħall-appellanti f’din il-kawża, jasserixxu d-drittijiet tagħhom stess ta’ oppożizzjoni.

Ir-raba’ aggravju: Il-Qorti Ġenerali tiċħad l-argument tal-appellanti li s-siġill-IĠP blu tal-UE jagħti vantaġġ kompetittiv lill-produtturi Olandiżi fuq il-membri tal-appellanti. Dan huwa żbaljat. Jeżisti vantaġġ kompetittiv, u dan jiġġustifika l-interess ġuridiku tal-membri tal-appellanti li jaraw li jiġi annullat ir-regolament ta’ reġistrazzjoni.


(1)  ĠU L 317, p. 14.

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, tal-20 ta’ Marzu 2006, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU 2008, L 335M, p. 213).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, tal-14 ta’ Lulju 1992, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 4).


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/16


Appell ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2014 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fid-9 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-461/12 – Hansestadt Lübeck vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-524/14 P)

(2015/C 026/21)

Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche, R. Sauer, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: Hansestadt Lübeck, li kienet Flughafen Lübeck GmbH

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata;

tiddikjara r-rikors fl-ewwel istanza inammissibbli;

sussidjarjament: tiddikjara li r-rikors fl-ewwel istanza ma għadx għandu skop;

sussidjarjament: tiddikjara infondata l-parti mir-raba’ motiv ibbażata fuq ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE fir-rigward tal-kriterju ta’ selettività, u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali fir-rigward tal-parti l-oħra tar-raba’ motiv u fir-rigward tal-ewwel sat-tielet u tal-ħames motivi;

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż tal-proċedura fl-ewwel istanza u tal-proċedura fl-appell jew, sussidjarjament fil-każ li l-kawża tintbagħat lura quddiem il-Qorti Ġenerali, tirriżerva d-deċiżjoni dwar l-ispejjeż fir-rigward tal-ewwel istanza u tal-appell għas-sentenza finali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-ewwel aggravju: assenza ta’ interess individwali

Fil-fehma tal-Qorti Ġenerali, il-Hansestadt Lübeck hija kkonċernata b’mod individwali mid-deċiżjoni kontenzjuża minħabba li hija s-suċċessur legali tal-impriża pubblika li sal-1 ta’ Jannar 2013 kienet topera l-ajruport ta’ Lübeck, u dan peress li din l-impriża pubblika kienet tat għajnuna mill-Istat bis-saħħa ta’ poteri mogħtija esklużivament lilha. Din il-konklużjoni hija bbażata fuq is-sitwazzjoni fattwali segwenti: l-impriża pubblika tipproponi r-regolament li jistabbilixxi l-imposti lil awtorità regolatorja tal-Istat Federali, li għandha s-setgħa li tapprovah jew le (punti 29 sa 34 tas-sentenza appellata).

Il-Kummissjoni tqis li, filwaqt li l-Qorti Ġenerali kkonstatat b’mod korrett il-fatti tal-kawża, hija wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li l-impriża pubblika li kienet topera l-ajruport ta’ Lübeck sal-1 ta’ Jannar 2013 kienet awtorità li setgħet tagħti għajnuna bis-saħħa ta’ poteri mogħtija esklużivament lilha. Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-evalwazzjoni ta’ jekk jeżistix interess individwali għal entità pubblika jew privata li teżegwixxi skema ta’ għajnuna (bħalma hija f’dan il-każ l-impriża pubblika li operat l-ajruport ta’ Lübeck sal-1 ta’ Jannar 2013), il-punt deċiżiv huwa jekk it-tmexxija u l-politika ta’ tali entità jkunux iddeterminati minnha stess jew mill-Istat (1). Il-fatti kkonstatati mill-Qorti Ġenerali jindikaw li huwa l-Istat li għandu din is-setgħa, u dan għal żewġ raġunijiet. Ir-regolament li jistabbilixxi l-imposti kien jeħtieġ l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-awtorità regolatorja tal-Istat Federali. Min-naħa tagħha, l-awtorità regolatorja hija marbuta bid-dispożizzjonijiet federali dwar l-imposti tal-ajruport. Għaldaqstant, is-sempliċi fatt li r-regolament li jistabbilixxi l-imposti għandu jiġi propost mill-operatur tal-ajruport ma jfissirx li dan l-operatur jista’ jiddetermina huwa stess t-tmexxija tiegħu u l-għanijiet li għandhom jintlaħqu permezz tar-regolament li jistabbilixxi l-imposti.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi u interpretat il-kunċett ta’ “interess individwali” b’mod estensiv wisq meta ddikjarat li s-setgħa li jitwettaq pass preparatorju għall-għoti ta’ għajnuna (f’dan il-każ li r-regolament li jistabbilixxi l-imposti jiġi propost lill-awtorità regolatorja) tammonta għall-eżerċizzju ta’ setgħa proprja li tingħata għajnuna.

It-tieni aggravju: assenza ta’ interess ġuridiku

Fil-fehma tal-Qorti Ġenerali, il-Hansestadt Lübeck, minħabba li hija s-suċċessur legali tal-impriża pubblika li sal-1 ta’ Jannar 2013 kienet topera l-ajruport ta’ Lübeck, għad għandha interess ġuridiku anki wara l-bejgħ tal-ajruport ta’ Lübeck lil investitur privat. Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li ma kienx meħtieġ li jiġi ddeterminat jekk l-obbligu li tiġi sospiża l-implementazzjoni tal-għajnuna ntemmx fl-1 ta’ Jannar 2013 minħabba li, peress li ma kinux baqgħu involuti riżorsi pubbliċi, ir-regolament li jistabbilixxi l-imposti ma kienx baqa’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. Il-Qorti Ġenerali tqis li, anki li kieku dan kien il-każ, ir-rikorrenti fl-ewwel istanza kien għad għandha interess ġuridiku peress li l-proċedura ta’ investigazzjoni formali kienet għadha ma ntemmietx u peress li, għalhekk, id-deċiżjoni kontenzjuża kienet għadha tipproduċi effetti legali.

L-ewwel argument tal-Qorti Ġenerali huwa żbaljat minħabba li, anki fl-assenza ta’ deċiżjoni finali li tagħlaq il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, id-deċiżjoni kontenzjuża tista’ titlef l-uniku effett legali tagħha, jiġifieri l-obbligu li tiġi sospiża l-implementazzjoni tal-miżura ta’ għajnuna matul l-investigazzjoni, fil-każ li din il-miżura ma tibqax fis-seħħ għal raġunijiet li ma jkunux marbuta mal-proċedura ta’ investigazzjoni formali fiha nfisha (f’dan il-każ minħabba l-privatizzazzjoni tal-ajruport).

It-tieni argument tal-Qorti Ġenerali ma huwiex konformi mal-ġurisprudenza li tirrikjedi interess kweżit u reali. Fil-kawża ineżami, ir-riskju ta’ sospensjoni tal-miżura ma mmaterjalizzax qabel l-1 ta’ Jannar 2013 peress li l-ajruport ġiet pprivatizzat. Il-Hansestadt Lübeck ma kinitx kisbet l-interess li tkompli bil-kawża tagħha wara l-privatizzazzjoni tal-ajruport.

Għaldaqstant, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta kkunsidrat li r-rikorrenti fl-ewwel istanza kellha interess reali.

It-tielet aggravju: interpretazzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ selettività fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE

Fil-fehma tal-Qorti Ġenerali, sabiex ikun jista’ jiġi analizzat jekk ir-regolament li jistabbilixxi l-imposti ta’ impriża pubblika huwiex selettiv, huwa meħtieġ li jiġi analizzat jekk dan ir-regolament japplikax mingħajr diskriminazzjoni għall-utenti u għall-utenti potenzjali kollha tal-prodotti jew tas-servizzi offruti minn din l-impriża pubblika (punt 53 tas-sentenza appellata).

Din il-fehma hija manifestament kuntrarja għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja li tistabbilixxi li meta l-miżuri inkwistjoni japplikaw biss għal attività partikolari jew għal impriżi partikolari li jeżerċitaw din l-attività, tali miżuri ma jkunux miżuri ġenerali ta’ politika fiskali jew ekonomika iżda jkunu miżuri selettivi (2). Għaldaqstant, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li t-tariffi preferenzjali offruti minn impriżi pubbliċi fir-rigward ta’ prodotti u servizzi jkunu selettivi anki jekk ikunu jistgħu jibbenefikaw minnhom l-utenti jew l-utenti potenzjali kollha (3). Fil-konklużjonijiet tiegħu ppreżentati fil-kawża Deutsche Lufthansa, l-Avukat Ġenerali Mengozzi applika din il-ġurisprudenza għal sitwazzjoni li tikkorrispondi preċiżament għal dik ineżami, jiġifieri f’sitwazzjoni fejn kien involut regolament li jistabbilixxi l-imposti ta’ ajruport u li jipprevedi tnaqqis għal utenti kbar partikolari, u kkonferma n-natura selettiva tal-miżura korrispondenti (4).

Ir-raba’ aggravju: nuqqas ta’ motivazzjoni u motivazzjoni kontradittorja

Il-motivazzjoni mogħtija mill-Qorti Ġenerali hija żbaljata. Fl-ewwel lok, ma twettqitx parti essenzjali tal-analiżi tan-natura selettiva, jiġifieri d-determinazzjoni tal-għan segwit mir-regolament li jistabbilixxi l-imposti. Fil-fatt, fir-rigward ta’ din is-sistema, għandu jiġi vverifikat liema impriżi jkunu jinsabu f’sitwazzjoni legali u fattwali paragunabbli. Fit-tieni lok, il-motivazzjoni tal-Qorti Ġenerali hija kontradittorja sa fejn l-ewwel tapplika l-ġurisprudenza dwar in-natura selettiva tal-miżuri fiskali (punti 51 u 53 tas-sentenza appellata) u sussegwentement tiddikjara li din il-ġurisprudenza ma hijiex rilevanti (punt 57 tas-sentenza appellata).

Il-ħames aggravju: applikazzjoni żbaljata ta’ kriterju restrittiv tal-istħarriġ ġudizzjarju għal deċiżjoni li tinfetaħ proċedura

Għalkemm il-Qorti Ġenerali tidentifika l-kriterju legali korrett, fil-motivazzjoni tagħha hija tinjora l-fatt li l-kawża ineżami kienet tikkonċerna deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, li hija suġġetta biss għal stħarriġ ġudizzjarju limitat, b’mod partikolari fir-rigward tal-motivazzjoni (5). Fis-sentenza appellata ma tingħata ebda spjegazzjoni għalfejn l-assenza tan-natura selettiva tar-regolament li jistabbilixxi l-imposti kienet tant manifesta li l-Kummissjoni kellha tastjeni milli tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali.


(1)  Sentenza DEFI vs Il-Kummissjoni, 282/85, Ġabra 1986, 2649, punt 18.

(2)  Sentenzi L-Italja vs Il-Kummissjoni, C-66/02, Ġabra 2004, I-10901, punt 99, u Unicredito, C-148/04, Ġabra 2005, I-11137, punt 45.

(3)  Ara b’mod partikolari s-sentenza GEMO, C-126/01, Ġabra 2003, I-13769, punti 35-39.

(4)  Konklużjonijiet Deutsche Lufthansa, C-284/12, Ġabra 2013, I-00000, punti 47-55.

(5)  Ara, fl-iktar kawża reċenti, id-digriet Stahlwerk Bous vs Il-Kummissjoni, T-172/14 R, Ġabra 2014, II-00000, punti 39 sa 78 u l-ġurisprudenza hemmhekk iċċitata.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgericht Berlin (Il-Ġermanja) fil-21 ta’ Novembru 2014 – Ukamaka Mary Jecinta Oruche u Nzubechukwu Emmanuel Oruche vs Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

(Kawża C-527/14)

(2015/C 026/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgericht Berlin

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ukamaka Mary Jecinta Oruche, Nzubechukwu Emmanuel Oruche

Konvenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja

Partijiet oħra: Oberbürgermeister der Stadt Potsdam, Emeka Emmanuel Mary Oruche

Domanda preliminari

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta l-ewwel dħul fit-territorju ta’ membru tal-familja ta’ sponsor għall-kundizzjoni li, qabel id-dħul, il-membru tal-familja jipproduċi prova li huwa jista’ jikkomunika faċilment bil-Ġermaniż?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/19


Appell ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2014 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fil-11 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-425/11, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-530/14 P)

(2015/C 026/23)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouchagiar u P.J. Loewenthal)

Parti oħra fil-proċedura: Ir-Repubblika Ellenika

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Settembru 2014, innotifikata lill-Kummissjoni fit-12 ta’ Settembru 2014, fil-Kawża T-425/11, Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (ECLI: EU: T: 2014: 768);

tirrinvijja l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali bil-għan li din tiddeċiedi mill-ġdid;

tirriżerva l-ispejjeż tal-kawża odjerna għall-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa bbażat fuq aggravju wieħed: il-Qorti Ġenerali interpretat u applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 107(1) TFUE billi ddikjarat li l-miżura kkontestata ma tipprokurax vantaġġ lill-każinòs pubblici. Dan l-uniku aggravju tal-Kummissjoni huwa kompost minn tliet partijiet.

Fl-ewwel lok, fil-punti 52 sa 58 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi ddikjarat li l-każinòs pubbliċi ma kinux jiksbu vantaġġi mill-ħlas ta’ imposta żgħira għal kull klijent li jidħol abbażi tal-miżura kkontestata, peress li l-ammonti mħallsa kienu jikkorrispondu għal 80 % tal-prezzijiet tal-biljett tad-dħul imposti u riċevuti mill-każinòs pubbliċi u privati.

Fit-tieni lok, fil-punti 59 sa 68 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi ddikjarat li ma huwiex suffiċjenti li l-Kummissjoni tivvaluta l-vantaġġ mogħti mill-miżura kkontestata bħala diskriminazzjoni fiskali diretta de jure, iżda li l-Kummissjoni kellha tibbaża l-eżistenza tal-vantaġġ fuq analiżi ekonomika tal-konsegwenza tal-miżura kkontestata.

Fit-tielet lok, fil-punti 74 sa 80 tas-sentenza appellata, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 107(1) TFUE billi ddikjarat, minn naħa, li l-prattika tad-dħul b’xejn ma tistax isaħħaħ il-vantaġġ tal-miżura kkontesta, safejn tali miżura ma kinitx tikkonferixxi vantaġġ u, min-naħa l-oħra, li sabiex jintlaqa’ tali argument il-Kummissjoni kienet obbligata turi li, fil-prattika, in-numru ta’ dħulijiet b’xejn mogħtija ma kienx eċċessivament għoli inkonnessjoni mal-għan tal-leġiżlazzjoni Griega li kkonsentieit tali prassi, bil-ksur konsegwenti tal-kundizzjoni imposta mill-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/20


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Novembru 2014 minn Vadzim Ipatau mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (L-Ewwel Awla) fit-23 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-646/11, Ipatau vs Il-Kunsill

(Kawża C-535/14 P)

(2015/C 026/24)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Vadzim Ipatau (rappreżentant: M. Michalauskas, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellant

tannull s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2014 (Każ T-646/11),

tiddeċiedi definittivament it-tilwima jew tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali biex tagħti deċiżjoni,

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż, inkluż għall-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellant jinvoka erba’ aggravji insostenn tal-appell tiegħu.

Fl-ewwel lok, l-appellant iqis li l-Qorti Ġenerali wettqet ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva billi ċaħdet kull effett sospensiv għall-preżentata ta’ talba għal għajnuna legali fuq it-terminu previst għall-preżentata ta’ rikors għal annullament kontra l-att ikkontestat.

Fit-tieni lok, l-appellant jilmenta li l-Qorti Ġenerali wettqet ksur tad-drittijiet tad-difiża. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li l-Kunsill ma kienx marbut li jikkomunika lill-appellant il-provi li jinkriminaw u lanqas li jagħtih l-opportunità li jinstema’ qabel l-adozzjoni tad-Deċiżjoni 2012/642/PESK (1) u tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 1017/2012 (2).

Fit-tielet lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-motivi stabbiliti fl-atti kkontestati kellhom natura suffiċjenti.

Fir-raba’ lok, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qieset li l-atti kkontestati ma kinux sproporzjonati.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (ĠU L 285, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1017/2012, tas-6 ta’ Novembru 2012, li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Bjelorussja (ĠU L 307, p. 7).


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sección Tercera de la Audiencia Provincial de Castellón (Spanja) fis-27 ta’ Novembru 2014 – Juan Carlos Sánchez Morcillo u María del Carmen Abril García vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

(Kawża C-539/14)

(2015/C 026/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Castellón

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Juan Carlos Sánchez Morcillo u María del Carmen Abril García

Konvenut: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

Domanda preliminari

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1), moqri flimkien mal-Artikoli 47, 34(3) u 7 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni proċedurali bħall-Artikolu 695(4) tal-Liġi tal-Proċedura Ċivili Spanjola (Ley de Enjuiciamiento Civil) li, fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw rikors kontra d-deċiżjoni dwar l-oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ beni ipotekati jew mogħtija b’rahan, tippermetti li jiġi ppreżentat appell biss mid-digriet li jiddeċiedi t-tmiem tal-proċedura, in-nuqqas ta’ applikazzjoni ta’ klawżola inġusta jew li tiġi miċħuda l-oppożizzjoni bbażata fuq in-natura inġusta ta’ klawżola, li għandu bħala konsegwenza immedjata li l-bejjiegħ jew fornitur li jfittex l-infurzar ikollu iktar mezzi għal appell mill-konsumatur suġġett għall-infurzar?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15,Vol. 2, p. 288).

(2)  ĠU C 326, p. 391


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/21


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2014 minn DK Recycling und Roheisen GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-630/13, DK Recycling und Roheisen GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-540/14 P)

(2015/C 026/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: DK Recycling und Roheisen GmbH (rappreżentanti: S. Altenschmidt u P.-A. Schütter, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

1.

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtija fis-26 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-630/13, sa fejn il-kumplament tar-rikors huwa miċħud fil-punt 2 tad-dispożittiv;

2.

tilqa’, fl-intier tagħhom, it-talbiet ippreżentati fir-rikors tal-ewwel istanza billi tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/EU (1), tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2013) 5666), sa fejn jiċħad l-inklużjoni tal-installazzjonijiet elenkati fl-Anness IA, bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ installazzjoni DE000000000001320 u DE-new-14220-0045, fil-lista ta’ installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE, ippreżentati lill-Kummissjoni mill-Ġermanja, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, kif ukoll il-kwantitajiet annwali provviżorji korrispondenti ta’ kwoti ta’ emissjonijiet li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas lil dawn l-installazzjonijiet;

3.

sussidjarjament, tannulla s-sentenza msemmija fil-punt 1 u tibgħat lura l-kawża lill-Qorti Ġenerali;

4.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li hemm ksur tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tat-tielet alternattiva tat-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Billi kisret id-drittijiet fundamentali u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat bħala kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni r-rifjut tal-Kummissjoni li talloka mingħajr ħlas kwoti ta’ emissjonijiet abbażi ta’ klawżola ta’ diffikultajiet eċċessivi ta’ Stat Membru. Is-sentenza appellata tikser id-drittijiet li l-appellanti għandha bis-saħħa tal-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

L-appellanti ssostni, fir-rigward tal-aggravju invokat, li, fid-Deċiżjoni 2011/278/UE, il-Kummissjoni ma ppreveditx, fid-dispożizzjonijiet dwar l-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet, prekawzjoni intiża għal protezzjoni individwali suffiċjenti tad-drittijiet fundamentali. Skont id-Deċiżjoni 2011/278/UE, l-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet issir abbażi ta’ parametri ta’ kalkolu standard. Madankollu, id-deċiżjoni ma tipprevedix dispożizzjonijiet li jippermettu li jiġu allokati mingħajr ħlas kwoti supplimentari ta’ emissjonijiet fil-każijiet fejn, b’applikazzjoni tal-parametri ta’ kalkolu standard, l-allokazzjoni timplika piż eċċezzjonali jew diffikultajiet eċċessivi każ b’każ.

Iċ-ċaħda tar-rikors tikser id-drittijiet fundamentali tal-Karta u l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-Qorti Ġenerali limitat ruħha li tieħu inkunsiderazzjoni l-effett oneruż klassiku tas-sistema ta’ skambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet u tas-sistema ta’ allokazzjoni skont id-Deċiżjoni 2011/278/UE. Kuntrarjament għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali injorat kompletament il-protezzjoni individwali neċessarja tad-drittijiet fundamentali tal-appellanti.


(1)  ĠU L 240, p. 27.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/22


Appell ippreżentat fit-2 ta’ Diċembru 2014 minn Arctic Paper Mochenwangen GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) fis-26 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-634/13, Arctic Paper Mochenwangen GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-551/14 P)

(2015/C 026/27)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Arctic Paper Mochenwangen GmbH (rappreżentant: S. Kobes, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

1.

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali mogħtijia fis-26 ta’ Settembru 2014 fil-Kawża T-634/13, sa fejn ir-rikors huwa miċħud;

2.

tilqa’ t-talbiet ippreżentati fir-rikors tal-ewwel istanza billi tannulla l-Artikolu 1(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/448/UE (1), tal-5 ta’ Settembru 2013, dwar miżuri ta’ implimentazzjoni nazzjonali għall-allokazzjoni tranżizzjonali mingħajr ħlas ta’ kwoti tal-emissjonijiet ta’ gassijiet serra skont l-Artikolu 11(3) tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2013) 5666), sa fejn jiċħad l-inklużjoni tal-installazzjoni elenkata fl-Anness IA, bil-kodiċi ta’ identifikazzjoni ta’ installazzjoni DE000000000000563, fil-lista ta’ installazzjonijiet koperti mid-Direttiva 2003/87/KE (2), ippreżentati lill-Kummissjoni mill-Ġermanja, skont l-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2003/87/KE, kif ukoll il-kwantitajiet annwali provviżorji korrispondenti ta’ kwoti ta’ emissjonijiet li għandhom jiġu allokati mingħajr ħlas lil dawn l-installazzjonijiet;

3.

sussidjarjament, tannulla s-sentenza msemmija fil-punt 1 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali;

4.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti ssostni li hemm ksur tad-dritt tal-Unjoni fis-sens tat-tielet alternattiva tat-tieni sentenza tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja. Billi kisret id-drittijiet fundamentali u l-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-Qorti Ġenerali kkunsidrat bħala kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni r-rifut tal-Kummissjoni li talloka mingħajr ħlas kwoti ta’ emissjonijiet abbażi ta’ klawżola ta’ diffikultajiet eċċessivi ta’ Stat Membru. Is-sentenza appellata tikser id-drittijiet li l-appellanti għandha skont l-Artikoli 16 u 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali.

L-appellanti ssostni, fir-rigward tal-aggravju invokat, li, fid-Deċiżjoni 2011/278/UE (3), il-Kummissjoni ma ppreveditx, fid-dipożizzjonijiet dwar l-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet, prekawzjoni intiża għal protezzjoni individwali suffiċjenti tad-drittijiet fundamentali. Skont id-Deċiżjoni 2011/278/UE, l-allokazzjoni mingħajr ħlas ta’ kwoti ta’ emissjonijiet issir abbażi ta’ parametri ta’ kalkolu standard. Madankollu, id-deċiżjoni ma tipprevedix dispożizzjonijiet li jippermettu li jiġu allokati mingħajr ħlas kwoti supplimentari ta’ emissjonijiet fil-każijiet fejn, b’applikazzjoni tal-parametri ta’ kalkolu standard, l-allokazzjoni timplika piż eċċezzjonali jew diffikultajiet eċċessivi każ b’każ.

Iċ-ċaħda tar-rikors tikser id-drittijiet fundamentali tal-Karta u l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Il-Qorti Ġenerali limitat ruħha sabiex tieħu inkunsiderazzjoni l-effett oneruż klassiku tas-sistema ta’ skambju ta’ drittijiet ta’ emissjonijiet u tas-sistema ta’ allokazzjoni skont id-Deċiżjoni 2011/278/UE. Kuntrarjament għall-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti Ġenerali injorat kompletament il-protezzjoni individwali neċessarja tad-drittijiet fundamentali tal-appellanti.


(1)  ĠU L 240, p. 27.

(2)  Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ottubru 2003, li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva 96/61/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 631).

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1).


Il-Qorti Ġenerali

26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/24


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Dicembru 2014 – Castelnou Energía vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-57/11) (1)

((Għajnuna mill-Istat - Elettriku - Kumpens tal-ispejjeż addizzjonali ta’ produzzjoni - Obbligu ta’ servizz pubbliku li jiġu prodotti ċerti volumi ta’ elettriku minn faħam indiġenu - Mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna kompatibbli mas-suq intern - Rikors għal annullament - Interess individwali - Effett sostanzjali fuq il-pożizzjoni kompetittiva - Ammissibbiltà - Assenza ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali - Diffikultajiet serji - Servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali - Sigurtà tal-provvista tal-elettriku - Artikolu 11(4) tad-Direttiva 2003/54/KE - Moviment liberu tal-merkanzija - Protezzjoni tal-ambjent - Direttiva 2003/87/KE))

(2015/C 026/28)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Castelnou Energía, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment E. Garayar Gutiérrez, sussegwentement C. Fernández Vicién, A. Pereda Miquel u C. del Pozo de la Cuadra, sussegwentement C. Fernández Vicién, L. Pérez de Ayala Becerril u D. Antón Vega u fl-aħħar C. Fernández Vicién, L. Pérez de Ayala Becerril u C. Vila Gisbert, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u C. Urraca Caviedes, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Greenpeace-España (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment N. Ersbøll, S. Rating u A. Criscuolo, sussegwentement N. Ersbøll u S. Rating, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment J. Rodríguez Cárcamo, sussegwentement M. Muñoz Pérez u N. Díaz Abad, sussegwentement N. Díaz Abad u S. Centeno Huerta u fl-aħħar A. Rubio González u M. Sampol Pucurull, abogados del Estado); Hidroeléctrica del Cantábrico, SA (Oviedo, Spanja) (rappreżentanti: J. Álvarez de Toledo Saavedra u J. Portomeñe López, avukati); E.ON Generación, SL (Santander, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment E. Sebastián de Erice Malo de Molina u S. Rodríguez Bajón, sussegwentement S. Rodríguez Bajón, avukati); Comunidad Autónoma de Castilla y León (rappreżentanti: inizjalment K. Desai, solicitor, S. Cisnal de Ugarte u M. Peristeraki, avukati, sussegwentement S. Cisnal de Ugarte); u Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón (Carbunión) (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment K. Desai, solicitor, S. Cisnal de Ugarte u M. Peristeraki, avukati, sussegwentement S. Cisnal de Ugarte u A. Baumann, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4499, tad-29 ta’ Settembru 2010, dwar l-Għajnuna mill-Istat Nru 178/2010 nnotifikata mir-Renju ta’ Spanja taħt forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku assoċjat ma’ mekkaniżmu ta’ dispaċċ preferenzjali favur impjanti ta’ produzzjoni tal-enerġija elettrika li jużaw faħam indiġenu.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Castelnou Energía, SL għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja, Greenpeace España, Hidroeléctrica del Cantábrico, SA, E.ON Generación, SL, il-Comunidad Autónoma de Castilla y León u l-Federación Nacional de Empresarios de Minas de Carbón (Carbunión) għandhom ibatu, kull wieħed minnhom, l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 80, 12.3.2011.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-661/11) (1)

((“FAEGG - Taqsima ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Prodotti mill-ħalib - Dħul assenjat - Kontrolli prinċipali - Tardività - Korrezzjoni finanzjarja fissa - Bażi legali - Artikolu 53 tar-Regolament (KE) Nru 1605/2002 - Rikorrenza”))

(2015/C 026/29)

Lingwa tal-kawża: It-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn G. Aiello u P. Grasso, avvocati dello Stato)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Rossi u D. Nardi, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/689/KE, tal-14 ta’ Ottubru 2011, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt it-Taqsima ta’ Garanzija tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 270, p. 33), sa fejn din timponi fuq Ir-Repubblika Taljana korrezzjoni finanzjarja fissa fl-ammont ta’ EUR 7 0 9 12  382, fuq il-bażi ta’ irregolaritajiet ta’ kontrolli li jirrigwardaw il-kwoti ta’ ħalib, ikkonstatati fir-reġjuni Taljani ta’ Abruzzo, Lazio, Marche, Puglia, Sardegna, Calabria, Fruili Venezia Giulia u Valle d’Aosta, matul is-snin 2004/2005, 2005/2006 u 2006/2007.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Taljana għandha tbati l-ispejjeż tagħha u dawk sotnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 49, 18.2.2012.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/25


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ Diċembru 2014 – Boehringer Ingelheim Pharma vs UASI – Nepentes Pharma (Momarid)

(Kawża T-75/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali Momarid - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti LONARID - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Pubbliku rilevanti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

(2015/C 026/30)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG (Ingelheim, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment V. von Bomhard u D. Slopek, sussegwentement V. von Bomhard, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nepentes Pharma sp. z o.o. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentanti: C. Bercial Arias, K. Dimidjian-Lecompte u C. Casalonga, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2292/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Boehringer Ingelheim Pharma GmbH & Co. KG u Nepentes S.A.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-28 ta’ Novembru 2012 (Każ R 2292/2011-4) hija annullata sa fejn tikkonċerna l-“prodotti kimiċi għal użu farmaċewtiku”.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 101, 06.04.2013


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Diċembru 2014 – Max Mara Fashion Group vs UASI – Mackays Stores (M&Co.)

(Kawża T-272/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva M&Co. - Trade marks Komunitarji u nazzjonali figurattivi preċedenti MAX&Co. - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti MAX&Co. - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])

(2015/C 026/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Max Mara Fashion Group Srl (Torino, l-Italja) (rappreżentant: F. Terrano, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Mackays Stores Ltd (Renfrew, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Gould, K. Passmore, solicitors, J. Baldwin, barrister, u M. Howe, QC)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tas-7 ta’ Marzu 2013 (Każ R 1199/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Max Mara Fashion Group Srl u Mackays Stores Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Max Mara Fashion Group Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – Sales & Solutions vs UASI – Inceda (WATT u WATT)

(Kawżi magħquda T-494/13 u T-495/13) (1)

(([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade marks Komunitarji figurattiva WATT u verbali WATT - Raġuni assoluta għal rifjut - Natura deskrittiva - Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

(2015/C 026/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Sales & Solutions GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Gründig-Schnelle, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Inceda Holding GmbH (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J. Wald u D. Thrun, avukati)

Suġġett

Fil-Kawża T-494/13, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-15 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1192/2012-4), u, fil-Kawża T-495/13, rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-15 ta’ Lulju 2013 (Każ R 1193/2012-4), relatati ma’ proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Inceda Holding GmbH u Sales & Solutions GmbH

Dispożittiv

1)

Ir-rikorsi huma miċħuda.

2)

Sales & Solutions GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u ta’ Inceda Holding GmbH fil-Kawżi magħquda T-494/13 u T-495/13.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Diċembru 2014 – BSH vs UASI – LG Electronics (compressor technology)

(Kawża T-595/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva compressor technology - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti KOMPRESSOR - Raġuni relattiva għal rifjut - Rifjut parzjali għal reġistrazzjoni - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/209”])

(2015/C 026/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Bosch u Siemens Hausgeräte GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Fischer u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: LG Electronics, Inc. (Séoul, il-Korea t’Isfel)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Settembru 2013 (Każ R 1176/2012-1), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn LG Electronics, Inc. u BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 39, 8.2.2014.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – Ledra Advertising vs Il-Kummissjoni u BĊE

(Kawża T-289/13) (1)

((Rikors għal annullament u għad-danni - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kondizzjonalià ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES - Kompetenza tal-Qorti Ġenerali - Rabta kawżali - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt))

(2015/C 026/34)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ledra Advertising Ltd (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: C. Paschalides, solicitor, u A. Paschalides, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders u J.-P. Keppenne, aġenti); u Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-memorandum ta’ qbil Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kondizzjonalità ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), fis-26 ta’ April 2013, u, fit-tieni lok, talba għal kumpens għad-dannu allegatament sostnut mir-rikorrenti minħabba l-inklużjoni tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ qbil f’dan tal-aħħar u ksur tal-obbligu ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ledra Advertising Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)


(1)  ĠU C 226, 03.08.2013


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – CMBG vs Il-Kummissjoni u BĊE

(Kawża T-290/13) (1)

((“Rikors għal annullament u għad-danni - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Memorandum ta’ Ftehim dwar il-politika ta’ kondizzjonalità ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Rabta kawżali - Rikors parzjalment ammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))

(2015/C 026/35)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: CMBG Ltd (Tortola, British Virgin Islands, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: C. Paschalides, solicitor, u A. Paschalides, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders u J.-P. Keppenne, aġenti); u Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ Ftehim dwar il-Kondizzjoni Ekonomika Speċifika, konkluż fis-26 ta’ April 2013 bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), u, fit-tieni lok, talba għal kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba l-inklużjoni tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ Ftehim f’dan tal-aħħar u minħabba ksur tal-obbligu ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

CMBG Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha u għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 226, 03.08.2013.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/29


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – Eleftheriou u Papachristofi vs Il-Kummissjoni u l-BĊE

(Kawża T-291/13) (1)

((“Rikors għal annullament u għad-danni - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kondizzjonalià ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Rabta kawżali - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))

(2015/C 026/36)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Andreas Eleftheriou (Dherynia, Ċipru); Eleni Eleftheriou (Dherynia); u Lilia Papachristofi (Dherynia) (rappreżentanti: C. Paschalides, solicitor, u A. Paschalides, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders u J.-P. Keppenne, aġenti); u Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ Ftehim dwar il-Kondizzjoni Ekonomika Speċifika konkluż fis-26 ta’ April 2013 bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES), u, fit-tieni lok, talba għal kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrenti minħabba l-inklużjoni tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ Ftehim f’dan tal-aħħar u minħabba ksur tal-obbligu ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

A. Eleftheriou, E. Eleftheriou u L. Papachristofi huma kkundannati għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 226, 03.08.2013.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/30


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – Evangelou vs Il-Kummissjoni u Il-BĊE

(Kawża T-292/13) (1)

((“Rikos għal annullament u għad-danni - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Memorandum ta’ ftehim dwar il-politika ta’ kundizzjonalità ekonomika speċifika konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Rabta kawżali - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))

(2015/C 026/37)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Christos Evangelou (Derynia, Ċipru); u Yvonne Evangelou (Derynia) (rappreżentanti: C. Paschalides, solicitor, u A. Paschalides, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders u J.-P. Keppenne, aġenti); u Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ ftehim dwar il-politika ta’ kundizzjonalità ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) fis-26 ta’ April 2013, u, fit-tieni lok, talba għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrenti minħabba l-inklużjoni tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ ftehim f’dan tal-aħħar u minħabba ksur tal-obbligu ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Christos Evangelou u Yvonne Evangelou huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 226, 03.08.2013.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – Theophilou vs Il-Kummissjoni u l-BĊE

(Kawża T-293/13) (1)

((“Rikorsi għal annullament u għad-danni - Programm ta’ sostenn għall-istabbilità ta’ Ċipru - Memorandum ta’ Ftehim dwar il-politika tal-kundizzjoni ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Rabta kawżali - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))

(2015/C 026/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Christos Theophilou (Nikosija, Ċipru); u Eleni Theophilou (Nikosija, Ċipru) (rappreżentanti: C. Paschalides, solicitor, u A. Paschalides, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders u J.-P. Keppenne, aġenti); u l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assisti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

Fl-ewwel lok, talba għall-annullament tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ Ftehim dwar il-politika tal-kundizzjoni ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà (MES) tas-26 ta’ April 2013, u, fit-tieni lok, talba għall-kumpens għad-dannu allegatament subit mir-rikorrenti minħabba l-inklużjoni tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ Ftehim f’dan tal-aħħar u l-ksur tal-obbligu ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Christos Theophilou u Eleni Theophilou huma kkundannati jbatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 226, 3.08.2013.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/31


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – Fialtor vs Il-Kummissjoni u BĊE

(Kawża T-294/13) (1)

((“Rikors għal annullament u għad-danni - Programm ta’ sostenn għall-istabbiltà ta’ Ċipru - Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kundizzjonalità ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-MES - Ġurisdizzjoni tal-Qorti Ġenerali - Rabta kawżali - Rikors parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt”))

(2015/C 026/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fialtor Ltd (Belize City, il-Beliże) (rappreżentanti: C. Paschalides, solicitor, u A. Paschalides, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders u J.-P. Keppenne, aġenti); u Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: A. Sáinz de Vicuña Barroso, N. Lenihan u F. Athanasiou, aġenti, assistiti minn W. Bussian, W. Devroe u D. Arts, avukati)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għall-annullament tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-Memorandum ta’ qbil dwar il-politika ta’ kundizzjonalità ekonomika speċifika, konkluż bejn ir-Repubblika ta’ Ċipru u l-mekkaniżmu ewropew ta’ stabbiltà (MES) fis-26 ta’ April 2013, u, it-tieni nett, talba għall-kumpens għad-dannu mġarrab mir-rikorrenti minħabba l-inklużjoni tal-punti 1.23 sa 1.27 tal-memorandum ta’ qbil f’dan tal-aħħar u ksur tal-obbligu ta’ sorveljanza tal-Kummissjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Fialtor Ltd hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE).


(1)  ĠU C 226, 03.08.2013.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/32


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Novembru 2014 – LemonAid Beverages vs UASI – Pret a Manger (Europe) (Lemonaid)

(Kawża T-298/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ċessjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 026/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: LemonAid Beverages GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Lüken u J. Natzel, avukati, u P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Pret a Manger (Europe) Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rapprezentanti: A. Tsoutsanis, avukat, u S. Croxon, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Marzu 2013 (Każ R 276/2012-2), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Pret a Manger (Europe) Ltd u LemonAid Beverages GmbH.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati li jbatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull waħda, in-nofs ta’ dawk sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 215, 27.07.2013.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Novembru 2014 – DelSolar (Wujiang) vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-320/13) (1)

([““Dumping - Importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkunsinnati miċ-Ċina - Dazju antidumping provviżorju - Ma hemm lok li tingħata deċiżjoni”])

(2015/C 026/41)

Lingwa tal-kawża: L-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DelSolar (Wujiang) Ltd (Il-Belt ta’ Wujiang, Iċ-Ċina) (rappreżentanti: inizjalment L. Catrain González, avukat, E. Wright u H. Zhu, barristers, sussegwentement L. Catrain González u E. Wright)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u T. Maxian Rusche, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nruo513/2013, tal-4 ta’ Ġunju 2013, li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi bis-silikon kristallin u l-komponenti ewlenin (jiġifieri ċ-ċelloli u l-wejfers) li joriġinaw jew li jiġu kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 182/2013 li jagħmel dawn l-importazzjonijiet li joriġinaw fi jew li huma kkonsenjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L 152, p. 5), sa fejn japplika għar-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ma hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 215, 27.7.2013.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/33


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Ottubru 2014 – Gappol Marzena Porczyńska vs UASI – Gap (ITM) (GAPPol)

(Kawża T-125/14) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Revoka tad-deċiżjoni kkontestata - Tmiem tas-suġġett tat-tilwima - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

(2015/C 026/42)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: PP Gappol Marzena Porczyńska (Łódź, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Gap (ITM), Inc. (San Francisco, California, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Siciarek, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-2 ta’ Diċembru 2013 (Każ R 686/2013-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Gap (ITM), Inc. u PP Gappol Marzena Porczyńska.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hem lok li tingħata deċiżjoni.

2)

L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u dawk sostnuti minn PP Gappol Marzena Porczyńska u minn Gap (ITM), Inc.


(1)  ĠU C 142, 12.05.2014.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/34


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Novembru 2014 – SEA vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-674/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Obbligu ta’ rkupru ta’ għajnuna mogħtija mill-operatur pubbliku ta’ ajruport favur kumpannija sussidjarja inkarigata minn servizzi ta’ ġestjoni - Stralċ tal-imsemmija kumpannija - Stabbiliment ta’ kumpannija ġdida inkarigata minn servizzi ta’ ġestjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħti bidu għall-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat bl-għan li tiġi eżaminata l-eżistenza ta’ kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpanniji - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2015/C 026/43)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società per azioni esercizi aeroportuali (SEA) (Segrate, l-Italja) (rappreżentanti: F. Gatti, J. F. Bellis, F. Di Gianni u A. Scalini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë u G. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 4537 finali, ta-9 ta’ Lulju 2014, sabiex tinfetaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, skont l-Artikolu 108(2) TFUE, dwar l-istabbiliment tal-kumpannija Airport Handling [SA.21420 (2014/NN) – L-Italja – Stabbiliment ta’ Airport Handling].

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/35


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Novembru 2014 – Airport Handling vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-688/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Obbligu li tiġi rkuprata għajnuna mogħtija mill-operatur pubbliku ta’ ajruport favur kumpannija sussidjarja inkarigata minn servizzi ta’ ġestjoni - Tqegħid fi stralċ tal-imsemmija kumpannija - Kostituzzjoni ta’ kumpannija ġdida inkarigata minn servizzi ta’ ġestjoni - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fil-qasam tal-għajnuna mill-Istat bil-għan li teżamina l-eżistenza ta’ kontinwità ekonomika bejn iż-żewġ kumpanniji - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Inammissibbiltà manifesta tar-rikors prinċipali - Inammissibbiltà - Nuqqas ta’ urġenza”))

(2015/C 026/44)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Airport Handling SpA (Somma Lombardo, l-Italja) (rappreżentanti: R. Cafari Panico u F. Scarpellini, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Noë u G. Conte, aġenti)

Suġġett

Talba għal miżuri provviżorji intiża, essenzjalment, għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2014) 4537 finali, tad-9 ta’ Lulju 2014, li tiftaħ il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, taħt l-Artikolu 108(2) TFUE, fir-rigward tal-kostituzzjoni tal-kumpannija Airport Handling [SA.21420 (2014/NN) – l-Italja – Kostituzzjoni ta’ Airport Handling].

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

Id-digriet tad-29 ta’ Settembru 2014 mogħti fil-Kawża T-688/14 R huwa rtirat.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/35


Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tas-27 ta’ Ottubru 2014 – Diktyo Amyntikon Viomichanion Net vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-703/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Sussidji - Is-Seba Programm Qafas għall-azzjonijiet ta’ riċerka, tal-iżvilupp teknoloġiku u ta’ demostrazzjoni (2007-2013) - Nota ta’ debitu indirizzata lil kokontraenti - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Kawża li ma tagħtix lok għall-adozzjoni ta’ miżuri provviżorji”))

(2015/C 026/45)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Diktyo Amyntikon Viomichanion Net AEVE (Kaisariani, il-Greċja) (rappreżentant: K. Damis, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni ta’ nota ta’ debitu indirizzata lir-rikorrenti fil-kuntest ta’ ftehim ta’ sussidju u ta’ kull att ieħor konness.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/36


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Novembru 2014 – Segimerus vs UASI – Ergo Versicherungsgruppe (ELGO)

(Kawża T-750/14)

(2015/C 026/46)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Segimerus Ltd (Preston, ir-Renju Unit) (rappreżentant: F. Henkel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ergo Versicherungsgruppe AG (Düsseldorf, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “ELGO” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 10 292 498

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Awwissu 2014 fil-Każ R 473/2014-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u tibgħat il-każ lura quddiemha;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tibgħat il-każ lura quddiem il-Bord tal-Appell; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/36


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 – Ice Mountain Ibiza vs UASI – Etyam (ocean beach club ibiza)

(Kawża T-753/14)

(2015/C 026/47)

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ice Mountain Ibiza, SL (San Antonio, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Gracia Albero u F. Miazzetto, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Etyam, SL (Islas Baleares, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikanti: ir-rikorrenti

Trade mark ikkontestata: it-trade mark Komunitarja figurattiva li tinkludi l-kliem “ocean beach club ibiza” – Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 1 0 6 10  491

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni parzjali

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tal-31 ta’ Lulju 2014 fil-Każ R 2293/2013-1

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, inklużi dawk li jirriżultaw minn proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u quddiem l-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI li wasslu għal dan ir-rikors.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/37


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 – Herbert Smith Freehills vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-755/14)

(2015/C 026/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Herbert Smith Freehills LLP (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Wytinck, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea GESTDEM 2014/2070, tal-24 ta’ Settembru 2014, u

tordna lill-Kummissjoni Ewropea tbati l-ispejjeż tar-rikorrenti f’dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Bir-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni GESTDEM 2014/2070, tal-24 ta’ Settembru 2014, li biha l-Kummissjoni rrifjutat it-talba tar-rikorrenti għal aċċess skont ir-Regolament Nru 1049/2001 (1) għal ċerti dokumenti relatati mal-adozzjoni tad-Direttiva 2014/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ April 2014, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri rigward il-manifattura, il-preżentazzjoni u l-bejgħ tat-tabakk u prodotti relatati u li tħassar id-Direttiva 2001/37/KE (2).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, peress li ebda wieħed mid-dokumenti mhux żvelati identifikati mill-Kummissjoni ma jidħol fil-kuntest tal-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-proċeduri ġudizzjarji.

2.

It-tieni motiv, li jallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 peress li ċerti dokumenti mhux żvelati identifikati mill-Kummissjoni ma jidħlux fil-kuntest tal-eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-pariri legali.

3.

It-tielet motiv, li jallega li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 peress li hemm interess pubbliku prevalenti fl-iżvelar tad-dokumenti identifikati b’riżultat tat-talba għall-aċċess għad-dokumenti tar-rikorrenti .


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  ĠU L 127, p. 1.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/38


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Novembru 2014 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-764/14)

(2015/C 026/49)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Sfyri u I. Ampazis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni Nru Ares(2014) 2903214, tal-5 ta’ Settembru 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-offerta tar-rikorrenti fil-kuntest tas-sejħa għal offerti limitata Nru EuropeAid/135040/C/SER/MULTI;

tordna l-istabbiliment mill-ġdid tal-affarijiet fl-istat inizjali tagħhom u

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż kollha sostnuti mir-rikorrenti

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi segwenti:

Skont ir-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata għandha tiġi annullata b’konformità mal-Artikolu 263 TFUE għar-raġunijiet li ġejjin:

 

L-ewwel nett, l-esperjenza tal-parteċipanti ġiet eżaminata waqt il-fażi tal-proċedura ta’ għoti, meta din l-esperjenza kienet diġà ġiet eżaminata fil-fażi ta’ preselezzjoni.

 

It-tieni nett, il-Kummissjoni kisret l-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni peress li pprovdiet raġunijiet insuffiċjenti għal dak li jirrigwarda n-nota miksuba għall-offerta teknika tar-rikorrenti u ma kkomunikatx kompletament il-kompożizzjoni tal-konsorzju magħżul jew elementi importanti tal-offerta finanzjarja.

 

It-tielet nett, il-Kummissjoni għamlet sensiela ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni tal-offerta teknika tar-rikorrenti, fejn hija wkoll kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-parteċipanti.

 

Ir-raba’ nett, il-Kummissjoni kisret ir-Regolament Finanzjarju u l-prinċipju ta’ trasparenza li dan jipprovdi.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/39


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Novembru 2014 – L-Italja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-770/14)

(2015/C 026/50)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: P. Gentili, avvocato dello Stato, u G. Palmieri, aġent)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla n-nota tal-11 ta’ Settembru 2014 Ref Ares (2014) 2975571 li permezz tagħha l-Kummissjoni Ewropea kkomunikat lir-Repubblika Taljana d-diżimpenn awtomatiku fil-31 ta’ Diċembru 2013 ta’ riżorsi relatati mal-obbligi taħt l-ERDF imsemmija fil-Programm ta’ Kooperazzjoni Transkofinali Italja-Malta 2007-2013; u, filwaqt li tiddeċiedi fil-mertu, tiddikkjara l-ammissibbiltà tal-ispejjeż u tat-talbiet għall-ħlas li huma s-suġġett tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni fis-sens tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li fid-deċiżjoni kkontestata, billi qalet fi ftit kliem li l-iżball fit-titolu tad-deċiżjoni ta’ emenda tal-31 ta’ Diċembru 2012 ma kellu l-ebda effett fuq il-kontenut tad-deċiżjoni stess u fuq l-implementazzjoni tal-programm, il-Kummissjoni naqset milli tikkunsidra r-relevanza tal-fatt li d-deċiżjonijiet ta’ nfiq meħuda mir-Regione kellhom jiġu kkontrollati minn qabel mill-Qorti tal-Awdituri, li bejn il-mument meta ġiet imħabbra l-emenda u l-implementazzjoni tagħha laħqu għaddew erba’ xhur mingħajr ma ngħataw raġunijiet, li dan seta’ jdaħħal id-dubju li l-emenda li kellha ssir kienet ikbar minn dik li kienet tħabbret bħala sempliċi emenda għat-titolu tad-deċiżjoni tal-31 ta’ Diċembru 2012, u li l-Qorti tal-Awdituri kkonfermat li l-operat tar-Regione, li naqset milli tadotta l-impenni qabel ma tkun taf uffiċjalment l-emenda (fit-28 ta’ Marzu 2013), kien korrett, u b’hekk tat x’wieħed jifhem li l-operat oppost kien ikun skorret.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipju tas-sħubija fl-amministrazzjoni tal-fondi strutturali u tal-prinċipji ta’ kooperazzjoni bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej, u tal-prinċipju tar-rispett tal-identità kostituzzjonali tal-Istati Membri.

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li l-Kummissjoni naqset milli tikkoopera mal-Istat Membru sabiex dan ikun jista’ jimplementa l-programm operattiv bl-iktar mod effettiv, mingħajr ma jaqa’ fi skwalifikazzjonijiet; u li naqset milli tikkunsidra l-obbligi proċedurali ta’ kontrolli interni, b’mod partikolari tal-Qorti tal-Awdituri, li l-Istat inkwistjoni kellu jkun suġġett għalihom.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 96(ċ) tar-Regolament (KE) Nru 1083/2006 tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999

Ir-rikorrenti ssostni f’dan ir-rigward li s-sitwazzjoni li nħolqot f’dan il-każ kienet tikkostitwixxi fil-fatt każ ta’ forza maġġuri li kienet timpedixxi t-tressiq tat-talba għall-ħlas relatata mal-proġetti relatati mad-deċiżjoni ta’ emendar. Huwa b’hekk li l-iżball inizjali mwettaq mill-Kummissjoni meta nnotifikat tali deċiżjoni, il-wegħda immedjatament wara għal korrezzjoni ta’ malajr limitata għat-titolu, is-silenzju li minflok żammet għal erba’ xhur, li jħalli lil wieħed jaħseb li hemm żbalji oħrjan, iktar sostanzjali li għandhom jiġu korretti, ipprekludew b’mod assolut lill-amministrazzjoni nazzjonali milli ssegwi l-proċedura ta’ amministrazzjoni tal-proġetti sat-talba għal ħlas.

4.

Fl-aħħar nett, bħala r-raba’ motiv, ir-rikorrenti ssostni l-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/40


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Novembru 2014 – Ica Foods vs UASI – San Lucio (GROK)

(Kawża T-774/14)

(2015/C 026/51)

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Ica Foods SpA (Pomezia, l-Italja) (rappreżentant: A. Nespega, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: San Lucio Srl (San Gervasio Bresciano, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark verbali “GROK” – Trade mark Komunitarja Nru 4 439 956

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 1815/2013-2

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata dwar il-proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità Nru 6374C kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja GROK Nru 4439956, minħabba ksur tal-Artikoli 62 u 63 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u/jew minħabba ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 40/94 u/jew minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni, għar-raġunijiet fuq imsemmija;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż ta’ din il-kawża

Motivi invokati

Ksur tal-Artikoli 62 u 63 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja peresss li l-UASI ma nnotifikax lir-rikorrenti bit-terminu għall-preżentata tas-sottomissjonijiet għar-rikors li jirriżulta fi ksur tal-kontradittorju;

Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 40/94 u nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tax-xebh bejn il-prodotti derivati mill-ħalib ta’ San Lucio u l-prodotti koperti mir-reġistrazzjonijiet tat-trade marks ta’ ICA;

Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 40/94 u nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tax-xebh bejn it-trade mark GROK ta’ San Lucio u t-trade mark CRIK CROK ta’ ICA;

Ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 40/94 u nuqqas ta’ motivazzjoni fir-rigward tar-reputazzjoni tat-trade mark CRIK CROK ta’ ICA.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/41


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2014 – Fon Wireless vs UASI – Henniger (NEOFON – FON ET AL.)

(Kawża T-777/14)

(2015/C 026/52)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fon Wireless Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: J. Devaureix u L. Montoya Terán, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Andreas Henniger (Starnberg, il-Ġermanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali ‘Neofon’–applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 674 893

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-15 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 2519/2013-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata u konsegwentement, tieħu l-passi meċessarji sabiex tiżgura l-effettività tad-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament Nru 207/2009.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/41


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2014 – Ugly vs UASI – Group Lottuss (COYOTE UGLY)

(Kawża T-778/14)

(2015/C 026/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ugly, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. St Quintin, Barrister, K. Gilbert u C. Mackey, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Group Lottuss Corp., SL (Barcelona, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Proprjetarju tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata kkonċernata: trade mark Komunitarja verbali “COYOTE UGLY” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 226 198

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-16 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 1369/2013-5

Talbiet

tannulla d-deċiżjonijiet tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni u tal-Bord tal-Appell u tirrinvija l-oppożizzjoni quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għal kunsiderazzjoni mill-ġdid;

tordna lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell tbati l-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1), (2) u (4) tar-Regolament Nru 207/2009;


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/42


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Novembru 2014 – TVR Automotive vs UASI – Cardoni (TVR ENGINEERING)

(Kawża T-781/14)

(2015/C 026/54)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: TVR Automotive Ltd (Whiteley, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. von Mühlendahl u H. Hartwig, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fabio Cardoni (Milan, l-Italja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-UASI

Applikant tat-trade mark ikkontestata: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark ikkontestata: applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 11 132602

Proċedimenti quddiem l-UASI: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Settembru 2014 fil-Każ R 2532/2013-4

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-UASI u lil F. Cardoni, f’każ li huwa jintervjeni f’dawn il-proċeduri, għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/43


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Diċembru 2014 – Cwik vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-4/13) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport ta’ evalwazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni 1995/1997 - Eżekuzzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza - Talba għall-annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni - Assenza ta’ referiment lill-Kumitat konġunt tal-evalwazzjonijiet - Dewmien li bih twettqet ir-redazzjoni tar-rapport ta’ evalwazzjoni - Rikors għad-danni))

(2015/C 026/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Michael Cwik (Tervuren, il-Belġju) (rappreżentant: N. Lhoëst, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni dwar ir-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għall-perijodu mill-1995 sal-1997 u talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea tat-12 ta’ Marzu 2012 li tirrigwarda redazzjoni definittiva tar-rapport il-ġdid ta’ evalwazzjoni ta’ M. Cwik għall-proċedura ta’ evalwazzjoni 1995/1997 hija annullata.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tħallas M. Cwik is-somma ta’ EUR 15  000 bħala kumpens għad-dannu morali subit.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż esposti minn M. Cwik.


(1)  ĠU C 108, 13.04.2013, p. 38.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/43


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-3 ta’ Diċembru 2014 – DG vs ENISA

(Kawża F-109/13) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Rexissjoni ta’ kuntratt - Assenza ta’ motivazzjoni - Nuqqas ta’ osservanza tal-proċedura ta’ evalwazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni))

(2015/C 026/56)

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: DG (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni (rappreżentanti: inizjalment P. Empadinhas, aġent, C. Meidanis, avukat, sussegwentement P. Empadinhas u S. Purser, aġenti, C. Meidanis, avukat)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li titkeċċa r-rikorrenti, li tiġi ordnata r-reintentegrazzjoni tagħha u l-ħlas tal-benefiċċji finanzjarji li hija kellha tirċievi sa minn tmiem il-kuntratt tagħha, bit-tnaqqis ta’ eventwali dħul li rċeviet matul l-istess perijodu, miżjud bl-interessi kkalkolati bir-rata fissa mill-BĊE miżjuda bi 3 punti, u t-talba għal kumpens għad-dannu morali allegatament subit.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

DG għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni.


(1)  ĠU C 15, 18/01/2014, p. 21.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/44


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2014 – Migliore vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-110/13) (1)

((Promozzjoni - Proċedura ta’ ċertifikazzjoni - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2013 - Esklużjoni tar-rikorrent mil-lista definittiva tal-uffiċjali li jkunu ġew awtorizzati sabiex jieħdu sehem fil-programm tat-taħriġ - Artikolu 45a tar-Regolamenti tal-Persunal))

(2015/C 026/57)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nunzio Migliore (Sterrebeek, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues, A. Tymen u A. Blot, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li teskludi lir-rikorrent mil-lista tal-kandidati awtorizzati jipparteċipaw fil-programm ta’ taħriġ “Ċertifikazzjoni” fl-2013.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

N. Migliore għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014, p. 41.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/45


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Diċembru 2014 – Erik Simpson vs Il-Kunsill

(Kawża F-142/11 DEP) (1)

((Servizz pubbliku - Proċedura - Intaxxar tal-ispejjeż))

(2015/C 026/58)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Erik Simpson (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. F. Jensen, aġenti)

Suġġett tal-kawża

Servizz pubbliku – Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD9 wara li temm b’eżitu pożittiv il-kompetizzjoni EPSO/AD/113/07 “Kapijiet ta’ unità (AD9) tal-lingwi Ċek, Estonjan, Ungeriż, Litwan, Latvjan, Malti, Pollakk, Slovakk u Sloven fil-qasam tat-traduzzjoni” u talba għad-danni.

Dispożittiv

L-ammont totali tal-ispejjeż li għandhom jiġu rrimborsati mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea lil E. Simpson bħala spejjeż li jistgħu jiġu rkuprati fil-Kawża F-142/11 huwwa ffissat fis-somma ta’ EUR 8  600, flimkien mat-taxxa fuq il-valur miżjud eventwalment dovuta fuq din is-somma.


(1)  ĠU C 65, 03.03.2012, p. 26.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/45


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-106/14)

(2015/C 026/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tattribbwixxi lir-rikorrent, mill-1 ta’ Jannar 2014, 2,5 jum biss ta’ leave addizzjoni bħala “leave għad-dar” minflok ma ngħata leave għal raġuni ta’ distanza ta’ 5 ijiem li kellu dritt għalih, abbażi tal-Artikolu 7 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal, kif emendat bir-Regolament Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirriżulta mill-paġna “Drittijiet” tas-sit SYSPER u kkonfermata permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru R/396/14 tat-2 ta’ Lulju 2014 ta’ ċaħda ta’ lment, u li tattribwixxi lir-rikorrent, sa mill-1 ta’ Jannar 2014, 2,5 jum ta’ leave supplimentari bħala “leave għad-dar”, minflok 5 ijiem bħala leave għal raġuni ta’ distanza li kien jibbenefika minnu qabel, abbażi tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 7 tal-Anness V tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/46


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-108/14)

(2015/C 026/60)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjoni ta’ akkreditazzjoni tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti fir-rigward tat-trasferiment ta’ dawn id-drittijiet fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni, skont id-DĠI l-ġodda dwar l-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet

jiddikjara li l-Artikolu 9 tad-Dispożizzjonijiet Ġenerali ta’ Implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa illegali;

jannulla d-deċiżjoni tas-16 ta’ Jannar 2014 li takkredita d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz, fil-kuntest tat-trasferiment ta’ dawn id-drittijiet fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-Dispożizzjonijiet Ġenerali ta’ Implementazzjoni tal-Artikoli 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

tikkundanna lil Il-Kummissjoni għall-ispejjeż.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/46


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-110/14)

(2015/C 026/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li d-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent jiġu akkreditati fl-iskema ta’ pensjoni tal-Unjoni skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda relatati mal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrent

jiddikjara li l-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII huwa illegali u, għaldaqstant, mhux applikabbli,

jannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2013 li d-drittijiet għall-pensjoni miksuba mir-rikorrent qabel id-dħul tiegħu fis-servizz jiġu akkreditati, fil-kuntest tat-trasferiment ta’ dawn tal-aħħar fl-iskema ta’ pensjoni tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011,

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/47


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Ottubru 2014 – ZZ et vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-112/14)

(2015/C 026/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ et (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

L-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ħatra li jikklassifikaw lir-rikorrenti, skont ir-regoli l-ġodda ta’ karriera u promozzjoni applikabbli wara r-riforma tar-Regolamenti tal-Persunal tal-1 ta’ Jannar 2014, fl-impjieg tat-tip “amministratur prinċipali fi tranżizzjoni” u li jċaħduhom, skonthom, milli jkunu eliġibbli għall-promozzjoni lejn il-grad AD 14, u sussegwentement il-konstatazzjoni tal-illegalità tal-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjonijiet li jikklassifikaw lir-rikorrenti fl-impjieg tat-tip “amministratur prinċipali fi tranżizzjoni”;

jiddikjara li l-Artikolu 30(3) tal-Anness XIII tar-Regolamenti tal-Persunal huwa illegali;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/47


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-116/14)

(2015/C 026/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: L.Y. Levi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni tad-Direttur eżekuttiv tal-Awtorità Ewroprea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet li tirtira deċiżjoni preċedenti li taħtar lir-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju fil-grad AD8 u talba għad-danni fir-rigward tad-dannu materjali u morali allegatament imġarrab.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tad-Direttur eżekuttiv tal-Awtorità Ewroprea tal-Assigurazzjoni u tal-Pensjonijiet (iktar ’il quddiem l-“Awtorità”) tal-24 ta’ Frar 2014 li tirtira deċiżjoni preċedenti tas-7 ta’ Novembru 2013 li taħtar b’mod provviżorju u b’effett mis-16 ta’ Settembru 2013 lir-rikorrenti bħala membru tal-persunal temporanju fil-grad AD8 wara l-proċedura ta’ reklutaġġ miftuħa permezz tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti 1327TAAD08;

jannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Lulju 2014 li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti fil-25 ta’ Marzu 2014;

jikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu materjali li jikkonsisti fid-differenza ta’ remunerazzjoni bejn ir-remunerazzjoni li rċeviet ir-rikorrenti fil-grad AD6 mis-16 ta’ Settembru 2013 u r-remunerazzjoni marbuta mal-grad AD8, miżjuda bl-interessi moratorji kkalkolati skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’2 punti;

sussidjarjament, jikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu materjali li jikkonsisti fid-differenza ta’ remunerazzjoni bejn ir-remunerazzjoni tal-grad AD6 u r-remunerazzjoni tal-grad AD8 bejn is-16 ta’ Settembru 2013 u l-24 ta’ Frar 2014, miżjuda bl-interessi moratorji kkalkolati skont ir-rata tal-Bank Ċentrali Ewropew miżjuda b’2 punti;

jikkundanna lill-konvenuta tikkumpensa d-dannu morali stmat ex aequo et bono bħala EUR 20  000;

jikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.


26.1.2015   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 26/48


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ottubru 2014 – ZZ vs Il-Kunsill

(Kawża F-118/14)

(2015/C 026/64)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: C. Garcia-Hirschfeld)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni ta’ uffiċjali fi gradi AD 9 sa AD 14 li jokkupaw pożizzjonijiet identifikati bħala li jinkludu responsabbiltajiet speċifiċi fl-impjieg tip “kap ta’ diviżjoni jew ekwivalenti” jew “konsulent jew ekwivalenti” qabel il-31 ta’ Diċembru 2015 u ma jqiegħdux ir-rikorrent fost l-uffiċjali li jibbenefikaw minn din il-klassifikazzjoni.

Talbiet tar-rikorrent

Jannulla d-Deċiżjoni tal-AIPN Nru 6/14 tat-3 ta’ Jannar 2014 u d-deċiżjoni sussegwenti li taffettwa 34 uffiċjali tal-Kunsill fl-impjiet tip “Kap ta’ diviżjoni jew ekwivalenti”;

Jannulla, kif ikun meħtieġ, id-deċiżjoni tat-23 ta’ Lulju 2014 li tiċħad l-ilment;

Tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.