ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 439

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
8 ta' Diċembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 439/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 439/02

Kawżi magħquda C-359/11 u C-400/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Alexandra Schulz vs Technische Werke Schussental GmbH und Co.KG u Josef Egbringhoff vs Stadtwerke Ahaus GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttivi 2003/54/KE u 2003/55/KE — Protezzjoni tal-konsumaturi — Suq intern tal-elettriku u tal-gass naturali — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiddetermina l-kontenut tal-kuntratti magħmula mal-konsumaturi li jirriżultaw mill-obbligu ġenerali ta’ provvista — Tibdila unilaterali mill-bejjiegħ tal-prezz tas-servizz — Informazzjoni, fi żmien xieraq qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din it-tibdila, tar-raġunijiet, tal-kundizzjonijiet u tal-portata ta’ din)

2

2014/C 439/03

Kawża C-326/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Rita van Caster, Patrick van Caster vs Finanzamt Essen-Süd (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Moviment liberu tal-kapital — Artikolu 63 TFUE — Tassazzjoni tad-dħul li jirriżulta minn fondi ta’ investiment — Obbligu ta’ komunikazzjoni u ta’ pubblikazzjoni ta’ ċerta informazzjoni minn fond ta’ investiment — Tassazzjoni b’rata fissa tad-dħul li jirriżulta minn fondi ta’ investiment li ma jikkonformawx ruħhom mal-obbligi ta’ komunikazzjoni u ta’ pubblikazzjoni)

3

2014/C 439/04

Kawża C-104/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts – il-Latvja) – AS Olainfarm vs Latvijas Republikas Veselības ministrija, Zāļu valsts aģentūra (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Politika industrijali — Direttiva 2001/83/KE — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Artikolu 6 — Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq — Artikolu 8(3)(i) — Obbligu li, mal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, jiġu annessi r-riżultati tat-testijiet farmaċewtiċi, prekliniċi u kliniċi — Derogi li jirrigwardaw it-testijiet prekliniċi u kliniċi — Artikolu 10 — Prodotti mediċinali ġeneriċi — Kunċett ta’ prodott mediċinali ta’ referenza — Dritt suġġettiv tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali ta’ referenza li jikkontesta l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ ġeneriku ta’ dan l-ewwel prodott mediċinali — Artikolu 10a — Prodott mediċinali li l-użu mediku tas-sustanzi attivi tiegħu ilu stabbilit sew fl-Unjoni Ewropea għal mill-inqas għaxar snin — Possibbiltà li jintuża prodott mediċinali li l-awtorizzazzjoni tiegħu ngħatat fid-dawl tad-deroga prevista fl-Artikolu 10a bħala prodott mediċinali ta’ referenza sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ medikament ġeneriku)

3

2014/C 439/05

Kawża C-222/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Teleklagenævnet – id-Danimarka) – TDC A/S vs Erhvervsstyrelsen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2022/22/KE — Artikolu 32 — Servizzi addizzjonali obbligatorji — Mekkaniżmu ta’ kumpens tal-ispejjeż marbuta mal-provvista ta’ dawn is-servizzi — Kunċett ta’ qorti jew tribunal fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

4

2014/C 439/06

Kawża C-252/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttivi 2002/73/KE u 2006/54/KE — Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa — Impjieg u xogħol — Aċċess għall-impjiegi — Ritorn mil-leave tal-maternità — Rekwiżiti proċedurali tar-rikors promotur — Espożizzjoni koerenti tal-ilmenti — Formulazzjoni mhux ekwivoka tat-talbiet)

5

2014/C 439/07

Kawża C-268/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 22014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu – ir-Rumanija) – Elena Petru vs Casa Judeţeană de Asigurări de Sănătate Sibiu, Casa Naţională de Asigurări de Sănătate (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) — Assigurazzjoni għall-mard — Kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor — Rifjut ta’ awtorizzazzjoni minn qabel — Nuqqas ta’ mediċini u ta’ riżorsi mediċi bażiċi)

5

2014/C 439/08

Kawża C-299/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof – il-Belġju) – Isabelle Gielen vs Ministerraad (Tassazzjoni — Direttiva 2008/7/KE — Artikoli 5(2) u 6 — Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital — Taxxa fuq il-konverżjoni ta’ titoli ta’ possessjoni f’titoli nominattivi jew f’titoli żmaterjalizzati)

6

2014/C 439/09

Kawża C-302/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts – il-Litwanja) – AS flyLAL-Lithuanian Airlines, fi stralċ vs VAS Starptautiskā lidosta Riga, AS Air Baltic Corporation (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 44/2001 — Artikolu 31 — Talba għal rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenza li tordna miżuri provviżorji jew kawtelatorji — Artikolu 1(1) — Kamp ta’ applikazzjoni — Materji ċivili u kummerċjali — Kunċett — Talba ta’ kumpens għad-dannu li rriżulta minn allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea — Tnaqqis fuq it-tariffi tal-ajruport — Artikolu 22(2) — Ġurisdizzjoni esklużiva — Kunċett — Tilwima fil-qasam tal-kumpanniji u tal-persuni ġuridiċi — Deċiżjoni li jiġi konċess it-tnaqqis — Artikolu 34(1) — Motivi għar-rifjut ta’ rikonoxximent — Ordni pubbliku tal-Istat fejn issir it-talba)

7

2014/C 439/10

Kawża C-305/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Haeger & Schmidt GmbH vs Mutuelles du Mans assurances Iard SA (MMA Iard), Jacques Lorio, Dominique Miquel, bħala stralċatarju ta’ Safram intercontinental SARL, Ace Insurance SA NV, Va Tech JST SA, Axa Corporate Solutions SA (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali — Artikolu 4(1), (2), (4) u (5) — Liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla tal-partijiet — Kuntratt ta’ kummissjoni ta’ trasport — Kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija)

8

2014/C 439/11

Kawżi Magħquda C-344/13 u C-367/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Roma – l-Italja) – Cristiano Blanco (C-344/13), Pier Paolo Fabretti (C-367/13) vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Roma – Ufficio Controlli (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà li jiġu provduti servizzi — Restrizzjonijiet — Leġiżlazzjoni fiskali — Dħul provenjenti minn flus mirbuħa mil-logħob tal-ażżard — Differenza fit-tassazzjoni bejn flus mirbuħa f’pajjiżi barranin u dawk provenjenti minn stabbilimenti nazzjonali)

8

2014/C 439/12

Kawża C-428/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma dei Monopoli di Stato (AAMS) vs Yesmoke Tobacco SpA (Dispożizzjonijiet fiskali — Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Direttivi 95/59/KE u 2011/64/UE — Struttura u rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk immanifatturat — Determinazzjoni ta’ dazju tas-sisa — Prinċipju li jistabbilixxi rata tad-dazju tas-sisa għas-sigaretti kollha — Possibbiltà għall-Istati Membri li jistabbilixxu ammont minimu ta’ dazju tas-sisa — Sigaretti li jaqgħu fl-inqas kategorija ta’ prezz għolja — Leġiżlazzjoni nazzjonali — Kategorija speċifika ta’ sigaretti — Iffissar tad-dazju tas-sisa għal 115 %)

9

2014/C 439/13

Kawża C-429/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2014 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Fond ta’ Koeżjoni — Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja — Irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kuntratti pubbliċi — Adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea — Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu stabbilit — Konsegwenzi)

10

2014/C 439/14

Kawża C-437/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Unitrading Ltd vs Staatssecretaris van Financiën (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Kodiċi doganali tal-Komunità — Irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni — Oriġini tal-merkanzija — Mezzi ta’ prova — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 47 — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Awtonomija tal-ġudizzju tal-Istati Membri)

10

2014/C 439/15

Kawża C-492/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Varna – il-Bulgarija) – Traum EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tassazzjoni — VAT — Direttiva 2006/112/KE — Artikolu 138(1) — Eżenzjonijiet għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji — Xerrej mhux irreġistrat għall-finijiet tal-VAT — Obbligu tal-bejjiegħ li jistabbilixxi l-awtentiċità tal-firma tax-xerrej jew tar-rappreżentant tiegħu — Prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi — Effett dirett)

11

2014/C 439/16

Kawża C-522/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Ferrol – Spanja) – Ministerio de Defensa, Navantia SA vs Concello de Ferrol (Talba għal deċiżjoni preliminari — Kompetizzjoni — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Taxxa fuq il-proprjetà fuq il-proprjetajiet immobbli — Eżenzjoni fiskali)

12

2014/C 439/17

Kawża C-541/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Douane Advies Bureau Rietveld vs Hauptzollamt Hannover (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Unjoni doganali u tariffa doganali komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Intestatura 3822 — Kunċett ta’ reaġenti dijanjostiċi jew ta’ laboratorju — Indikaturi ta’ espożizzjoni għal temperatura ta’ rispons predeterminata)

12

2014/C 439/18

Kawża C-565/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hovrätten för västra Sverige – l-Isvezja) – proċeduri kriminali kontra Ove Ahlström, Lennart Kjellberg, Fiskeri Ab Ganthi, Fiskeri Ab Nordic (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Relazzjonijiet barranin — Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk — Esklużjoni ta’ kull possibbiltà għall-bastimenti tal-Komunità li jeżerċitaw attivitajiet relatati mas-sajd fiż-żoni tas-sajd Marokkini abbażi ta’ liċenzja maħruġa mill-awtoritajiet Marokkini mingħajr l-intervent tal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea)

13

2014/C 439/19

Kawża C-620/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2014 – British Telecommunications plc vs Il-Kummissjoni Ewropea, BT Pension Scheme Trustees Ltd (Appell — Għajnuna mill-Istat — Eżenzjoni ta’ fond għal pensjoni tal-irtirar mill-obbligu li titħallas, għal ċerti persuni impjegati, kontribuzzjoni għal fond ta’ protezzjoni tal-pensjonijiet tal-irtirar — Natura selettiva tal-miżura)

13

2014/C 439/20

Kawża C-641/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Fond ta’ koeżjoni — Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja — Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Direttiva 93/37/KEE — Kriterji ta’ għoti — Esperjenza ta’ xogħlijiet preċedenti — Kriterji ta’ selezzjoni kwantitattivi)

14

2014/C 439/21

Kawża C-376/14 PPU: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – C vs M (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili — Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri — Regolament (KE) Nru 2201/2003 — Żamma illegali — Residenza abitwali tal-minuri)

14

2014/C 439/22

Kawża C-369/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Lulju 2014 – Sommer Antriebs- und Funktechnik GmbH vs Rademacher Geräte-Elektronik GmbH & Co. KG

15

2014/C 439/23

Kawża C-382/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Juergen Schneider, Erika Schneider vs Condor Flugdienst GmbH

16

2014/C 439/24

Kawża C-409/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-28 ta’ Awwissu 2014 – Schenker Nemzetközi Szállítmányozási és Logisztikai Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

16

2014/C 439/25

Kawża C-419/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Settembru 2014 – WebMindLicences Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Adó- és Vám Főigazgatóság

17

2014/C 439/26

Kawża C-423/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-15 ta’ Settembru 2014 – Fazenda Pública vs Beiragás – Companhia de Gás das Beiras, SA

20

2014/C 439/27

Kawża C-424/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szekszárdi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-15 ta’ Settembru 2014 – Jácint Gábor Balogh vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

21

2014/C 439/28

Kawża C-443/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Settembru 2014 – Kreis Warendorf vs Ibrahim Alo

21

2014/C 439/29

Kawża C-444/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fil-25 ta’ Settembru 2014 – Amira Osso vs Region Hannover

22

2014/C 439/30

Kawża C-445/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fil-25 ta’ Settembru 2014 – Seusen Sume vs Landkreis Stade

23

2014/C 439/31

Kawża C-456/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha (Spanja) fit-2 ta’ Ottubru 2014 – Manuel Orrego Arias vs Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real

23

2014/C 439/32

Kawża C-457/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Cagliari (l-Italja) fit-2 ta’ Ottubru 2014 – proċeduri kriminali kontra Claudia Concu, Isabella Melis

24

2014/C 439/33

Kawża C-463/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Аdministrativen sad – Varna (il-Bulgarija) fit-8 ta’ Ottubru 2014 – Asparuhovo Lake Investment Company OOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

24

2014/C 439/34

Kawża C-468/14: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

25

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 439/35

Kawża T-29/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2014 – Technische Universität Dresden vs Il-Kummissjoni Klawżola ta’ arbitraġġ — Programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika — Kuntratt ta’ finanzjament ta’ rikors — Rikors għal annullament — Nota ta’ debitu — Natura kuntrattwali tal-kawża — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Inammissibbiltà — Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors — Spejjeż eliġibbli

26

2014/C 439/36

Kawża T-543/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2014 – Grau Ferrer vs UASI – Rubio Ferrer (Bugui va) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Bugui va — Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti Bugui u trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti BUGUI — Raġuni relattiva għal rifjut — Ċaħda tal-oppożizzjoni — Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Eżistenza tat-trade mark preċedenti — Assenza ta’ teħid inkunisiderazzjoni ta’ provi ppreżentati insostenn tal-oppożizzjoni quddiem il-Bord tal-Appell — Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 — Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009 — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Forma li hija differenti imma biss fir-rigward ta’ ċerti elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv]

27

2014/C 439/37

Kawża T-706/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2014 – Holistic Innovation Institute vs REA (Miżuri provviżorji — Proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku — Deċiżjoni ta’ rifjut ta’ parteċipazzjoni f’ċerti proġetti — Talba għal sospenzjoni tal-eżekuzzjoni — Interpretazzjoni żbaljata tar-rekwiżiti proċedurali — Inammissibbiltà)

27

2014/C 439/38

Kawża T-350/14: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2014 – Arvanitis et vs Il-Parlament Ewropew et

28

2014/C 439/39

Kawża T-413/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2014 – Grigoriadis et vs Il-Parlament

29

2014/C 439/40

Kawża T-646/14: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2014 – Micula et vs Il-Kummissjoni

29

2014/C 439/41

Kawża T-671/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Bayerische Motoren Werke vs Il-Kummissjoni

30

2014/C 439/42

Kawża T-672/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – August Wolff u Remedia vs Il-Kummissjoni

31

2014/C 439/43

Kawża T-680/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Lupin vs Il-Kummissjoni

33

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

(2014/C 439/01)

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 431, 1.12.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 421, 24.11.2014

ĠU C 409, 17.11.2014

ĠU C 395, 10.11.2014

ĠU C 388, 3.11.2014

ĠU C 380, 27.10.2014

ĠU C 372, 20.10.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Alexandra Schulz vs Technische Werke Schussental GmbH und Co.KG u Josef Egbringhoff vs Stadtwerke Ahaus GmbH

(Kawżi magħquda C-359/11 u C-400/11) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttivi 2003/54/KE u 2003/55/KE - Protezzjoni tal-konsumaturi - Suq intern tal-elettriku u tal-gass naturali - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tiddetermina l-kontenut tal-kuntratti magħmula mal-konsumaturi li jirriżultaw mill-obbligu ġenerali ta’ provvista - Tibdila unilaterali mill-bejjiegħ tal-prezz tas-servizz - Informazzjoni, fi żmien xieraq qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din it-tibdila, tar-raġunijiet, tal-kundizzjonijiet u tal-portata ta’ din))

(2014/C 439/02)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Alexandra Schulz u Josef Egbringhoff

Konvenuti: Technische Werke Schussental GmbH und Co.KG u Stadtwerke Ahaus GmbH

Dispożittiv

L-Artikolu 3(5) tad-Direttiva 2003/54/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li tħassar id-Direttiva 96/92/KE, moqri flimkien mal-Anness A ta’ din, u l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2003/55/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Ġunju 2003, rigward regoli komuni għas-suq intern fil-gass naturali u li tħassar id-Direttiva 98/30/KE, moqri flimkien mal-Anness A ta’ din, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tiddetermina l-kontenut tal-kuntratti tal-provvista tal-elettriku u tal-gass magħmula mal-konsumaturi li jirriżultaw mill-obbligu ġenerali ta’ provvista u li jipprovdu l-possibbiltà ta’ bidla fit-tariffa ta’ din il-provvista, iżda li ma jiggarantixxux li l-konsumaturi jkunu informati fi żmien xieraq qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din it-tibdila, tar-raġunijiet, tal-kundizzjonijiet u tal-portata ta’ din.


(1)  ĠU C 311, 22.10.2011.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla Awla) tad-9 ta’ Diċembru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Düsseldorf – il-Ġermanja) – Rita van Caster, Patrick van Caster vs Finanzamt Essen-Süd

(Kawża C-326/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 63 TFUE - Tassazzjoni tad-dħul li jirriżulta minn fondi ta’ investiment - Obbligu ta’ komunikazzjoni u ta’ pubblikazzjoni ta’ ċerta informazzjoni minn fond ta’ investiment - Tassazzjoni b’rata fissa tad-dħul li jirriżulta minn fondi ta’ investiment li ma jikkonformawx ruħhom mal-obbligi ta’ komunikazzjoni u ta’ pubblikazzjoni))

(2014/C 439/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rita van Caster, Patrick van Caster

Konvenut: Finanzamt Essen-Süd

Dispożittiv

L-Artikolu 63 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li n-nuqqas ta’ osservanza minn fond ta’ investiment mhux residenti tal-obbligi ta’ komunikazzjoni u ta’ pubblikazzjoni ta’ ċerta informazzjoni prevista minn din il-leġiżlazzjoni, applikabbli mingħajr distinzjoni għall-fondi residenti u mhux residenti, tagħti lok għal tassazzjoni b’rata fissa tad-dħul li l-persuna taxxabbli tirċievi mill-imsemmi fond ta’ investiment, sa fejn l-imsemmija leġiżlazzjoni ma tippermettix lil din il-persuna taxxabbli tipprovdi elementi jew informazzjoni li jistabbilixxu l-ammont effettiv ta’ dan id-dħul.


(1)  ĠU C 303, 6.10.2012


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts – il-Latvja) – AS “Olainfarm” vs Latvijas Republikas Veselības ministrija, Zāļu valsts aģentūra

(Kawża C-104/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Politika industrijali - Direttiva 2001/83/KE - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Artikolu 6 - Awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq - Artikolu 8(3)(i) - Obbligu li, mal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni, jiġu annessi r-riżultati tat-testijiet farmaċewtiċi, prekliniċi u kliniċi - Derogi li jirrigwardaw it-testijiet prekliniċi u kliniċi - Artikolu 10 - Prodotti mediċinali ġeneriċi - Kunċett ta’ “prodott mediċinali ta’ referenza” - Dritt suġġettiv tad-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali ta’ referenza li jikkontesta l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ ġeneriku ta’ dan l-ewwel prodott mediċinali - Artikolu 10a - Prodott mediċinali li l-użu mediku tas-sustanzi attivi tiegħu ilu stabbilit sew fl-Unjoni Ewropea għal mill-inqas għaxar snin - Possibbiltà li jintuża prodott mediċinali li l-awtorizzazzjoni tiegħu ngħatat fid-dawl tad-deroga prevista fl-Artikolu 10a bħala prodott mediċinali ta’ referenza sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ medikament ġeneriku))

(2014/C 439/04)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AS “Olainfarm”

Konvenuti: Latvijas Republikas Veselības ministrija, Zāļu valsts aģentūra

fil-preżenza ta’: Grindeks AS

Dispożittiv

1)

Il-kunċett ta’ “prodott mediċinali ta’ referenza” fis-sens tal-Artikolu 10(2)(a) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1394/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri prodott mediċinali li l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tiegħu ngħatat abbażi tal-Artikolu 10a ta’ din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 10 tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1394/2007, moqri flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta’ prodott mediċinali użat bħala prodott mediċinali ta’ referenza fil-kuntest ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal prodott mediċinali ġeneriku ta’ manifattur ieħor, imressqa abbażi tal-Artikolu 10 ta’ din id-direttiva, għandu dritt għal azzjoni legali kontra d-deċiżjoni tal-awtorità kompetenti li tagħti awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għal dan il-prodott mediċinali tal-aħħar, sakemm din l-azzjoni tirrigwarda l-ksib tal-protezzjoni ġudizzjarja ta’ prerogattiva mogħtija lil dan id-detentur minn dan l-Artikolu 10. Tali dritt għal azzjoni legali jeżisti, b’mod partikolari, jekk l-imsemmi detentur jitlob li l-prodott mediċinali tiegħu ma jintużax bil-għan li tinkiseb awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq b’applikazzjoni tal-imsemmi Artikolu 10 għal prodott mediċinali li fil-konfront tiegħu l-prodott mediċinali tiegħu ma jistax jitqies li huwa prodott mediċinali ta’ referenza fis-sens tal-paragrafu 2(a) tal-istess Artikolu 10.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Teleklagenævnet – id-Danimarka) – TDC A/S vs Erhvervsstyrelsen

(Kawża C-222/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2022/22/KE - Artikolu 32 - Servizzi addizzjonali obbligatorji - Mekkaniżmu ta’ kumpens tal-ispejjeż marbuta mal-provvista ta’ dawn is-servizzi - Kunċett ta’ “qorti jew tribunal” fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

(2014/C 439/05)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Teleklagenævnet

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: TDC A/S

Konvenut: Erhvervsstyrelsen

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex il-ġurisdizzjoni biex tirrispondi d-domandi magħmula mit-Teleklagenævnet (id-Danimarka), fid-deċiżjoni tagħha tat-22 ta’ April 2013.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi

(Kawża C-252/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttivi 2002/73/KE u 2006/54/KE - Ugwaljanza fit-trattament bejn irġiel u nisa - Impjieg u xogħol - Aċċess għall-impjiegi - Ritorn mil-leave tal-maternità - Rekwiżiti proċedurali tar-rikors promotur - Espożizzjoni koerenti tal-ilmenti - Formulazzjoni mhux ekwivoka tat-talbiet))

(2014/C 439/06)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiz

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Martin u M. van Beek, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti M. Bulterman u J. Langer, aġenti)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 22014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu – ir-Rumanija) – Elena Petru vs Casa Judeţeană de Asigurări de Sănătate Sibiu, Casa Naţională de Asigurări de Sănătate

(Kawża C-268/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) - Assigurazzjoni għall-mard - Kura fl-isptar mogħtija fi Stat Membru ieħor - Rifjut ta’ awtorizzazzjoni minn qabel - Nuqqas ta’ mediċini u ta’ riżorsi mediċi bażiċi))

(2014/C 439/07)

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elena Petru

Konvenuta: Casa Judeţeană de Asigurări de Sănătate Sibiu, Casa Naţională de Asigurări de Sănătate

Dispożittiv

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità, fil-verżjoni emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 592/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Ġunju 2008, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtorizzazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 22(1)(ċ)(i) tal-istess regolament ma tistax tiġi rrifjutata meta jkun minħabba nuqqas ta’ mediċini u ta’ riżorsi mediċi bażiċi li l-kura fl-isptar inkwistjoni ma tistax tingħata fi żmien xieraq fl-Istat Membru ta’ residenza tal-persuna assigurata. Din l-impossibbiltà għandha tiġi evalwata b’referenza għall-istabbilimenti ta’ sptar kollha f’dan l-Istat Membru li jistgħu jipprovdu l-imsemmija kura u b’referenza għall-perijodu li fih din tal-aħħar tista’ tinkiseb fi żmien xieraq.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof – il-Belġju) – Isabelle Gielen vs Ministerraad

(Kawża C-299/13) (1)

((Tassazzjoni - Direttiva 2008/7/KE - Artikoli 5(2) u 6 - Taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital - Taxxa fuq il-konverżjoni ta’ titoli ta’ possessjoni f’titoli nominattivi jew f’titoli żmaterjalizzati))

(2014/C 439/08)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Isabelle Gielen

Konvenuta: Ministerraad

Dispożittiv

L-Artikolu 5 tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE, tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi l-ġbir ta’ taxxa fuq il-konverżjoni ta’ titoli ta’ possessjoni f’titoli nominattivi jew f’titoli żmaterjalizzati, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. Tali taxxa ma tistax tiġi ġġustifikata abbażi tal-Artikolu 6 tal-imsemmija direttiva.


(1)  ĠU C 226, 03.08.2013


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Augstākās tiesas Senāts – il-Litwanja) – AS flyLAL-Lithuanian Airlines, fi stralċ vs VAS Starptautiskā lidosta Riga, AS Air Baltic Corporation

(Kawża C-302/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Artikolu 31 - Talba għal rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenza li tordna miżuri provviżorji jew kawtelatorji - Artikolu 1(1) - Kamp ta’ applikazzjoni - Materji ċivili u kummerċjali - Kunċett - Talba ta’ kumpens għad-dannu li rriżulta minn allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni Ewropea - Tnaqqis fuq it-tariffi tal-ajruport - Artikolu 22(2) - Ġurisdizzjoni esklużiva - Kunċett - Tilwima fil-qasam tal-kumpanniji u tal-persuni ġuridiċi - Deċiżjoni li jiġi konċess it-tnaqqis - Artikolu 34(1) - Motivi għar-rifjut ta’ rikonoxximent - Ordni pubbliku tal-Istat fejn issir it-talba))

(2014/C 439/09)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Augstākās tiesas Senāts

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: AS flyLAL-Lithuanian Airlines, fi stralċ

Konvenuti: VAS Starptautiskā lidosta Riga, AS Air Baltic Corporation

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, intiża għall-ksib tal-kumpens għad-dannu li rriżulta minn allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni taqa’ taħt il-kunċett ta’ “materji ċivili u kummerċjali”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u tidħol, konsegwentement, fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-regolament.

2)

L-Artikolu 22(2) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li azzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, intiża għall-ksib tal-kumpens għad-dannu li rriżulta minn allegat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni, ma tikkostitwixxix proċedura li għandha bħala suġġett il-validità tad-deċiżjonijiet ta’ korpi ta’ kumpanniji fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

3)

L-Artikolu 34(1) tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li la l-modalitajiet ta’ determinazzjoni tal-ammont tas-somom li għalihom jirreferu l-miżuri provviżorji u kawtelatorji ddikjarati b’sentenza li qed jintalbu r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tagħha, meta tkun tista’ tiġi segwita l-linja ta’ raġunament li wasslet għad-determinazzjoni tal-ammont tal-imsemmija somom, u anki meta rimedji ġudizzjarji kienu disponibbli u ġew eżerċitati sabiex jiġu kkontestati tali modalitajiet ta’ kalkolu, u lanqas is-sempliċi invokazzjoni ta’ konsegwenzi ekonomiċi serji ma jikkostitwixxu motivi li jistabbilixxu ksur tal-ordni pubbliku tal-Istat Membru fejn issir it-talba li jippermettu li jiġu rrifjutati r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni, f’dan l-Istat Membru, ta’ tali sentenza mogħtija fi Stat Membru ieħor.


(1)  ĠU C 226, 3.8.2013


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation – Franza) – Haeger & Schmidt GmbH vs Mutuelles du Mans assurances Iard SA (MMA Iard), Jacques Lorio, Dominique Miquel, bħala stralċatarju ta’ Safram intercontinental SARL, Ace Insurance SA NV, Va Tech JST SA, Axa Corporate Solutions SA

(Kawża C-305/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali - Artikolu 4(1), (2), (4) u (5) - Liġi applikabbli fin-nuqqas ta’ għażla tal-partijiet - Kuntratt ta’ kummissjoni ta’ trasport - Kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija))

(2014/C 439/10)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Haeger & Schmidt GmbH

Konvenuti: Mutuelles du Mans assurances Iard SA (MMA Iard), Jacques Lorio, Dominique Miquel, bħala stralċatarju ta’ Safram intercontinental SARL, Ace Insurance SA NV, Va Tech JST SA, Axa Corporate Solutions SA

Dispożittiv

1)

L-aħħar sentenza tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali, miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980, għandha tiġi interpretata fis-sens li din id-dispożizzjoni tapplika għal kuntratt ta’ kummissjoni ta’ trasport biss meta l-għan prinċipali tal-kuntratt ikun jikkonsisti fit-trasport effettiv tal-merkanzija kkonċernata, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.

2)

L-Artikolu 4(4) tal-imsemmija konvenzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li l-liġi applikabbli għal kuntratt ta’ trasport ta’ merkanzija għandu, jekk ma jkunx jista’ jiġi stabbilit b’applikazzjoni tat-tieni sentenza ta’ din id-dispożizzjoni, jiġi ddeterminat skont ir-regola ġenerali prevista fil-paragrafu (1) ta’ dan l-artikolu, jiġifieri li l-liġi li tirregola dan il-kuntratt hija dik tal-pajjiż li miegħu dan għandu l-eqreb rabta.

3)

L-Artikolu 4(2) tal-istess konvenzjoni għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-ipoteżi fejn jiġi sostnut li kuntratt għandu rabta eqreb ma’ pajjiż li ma huwiex dak li l-liġi tiegħu hija msemmija mill-preżunzjoni li tinsab fl-imsemmi paragrafu, il-qorti nazzjonali għandha tqabbel ir-rabtiet eżistenti bejn dan il-kuntratt u, minn naħa, il-pajjiż li l-liġi tiegħu tissemma mill-preżunzjoni u, min-naħa l-oħra, il-pajjiż l-ieħor ikkonċernat. Għal dan l-għan, il-qorti għandha tieħu inkunsiderazzjoni ċ-ċirkustanzi kollha, inkluża l-eżistenza ta’ kuntratti oħra marbuta mal-kuntratt inkwistjoni.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione tributaria provinciale di Roma – l-Italja) – Cristiano Blanco (C-344/13), Pier Paolo Fabretti (C-367/13) vs Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Roma – Ufficio Controlli

(Kawżi Magħquda C-344/13 u C-367/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà li jiġu provduti servizzi - Restrizzjonijiet - Leġiżlazzjoni fiskali - Dħul provenjenti minn flus mirbuħa mil-logħob tal-ażżard - Differenza fit-tassazzjoni bejn flus mirbuħa f’pajjiżi barranin u dawk provenjenti minn stabbilimenti nazzjonali))

(2014/C 439/11)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione tributaria provinciale di Roma

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cristiano Blanco (C-344/13), Pier Paolo Fabretti (C-367/13)

Konvenuta: Agenzia delle Entrate – Direzione Provinciale I di Roma – Ufficio Controlli

Dispożittiv

L-Artikoli 52 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tissuġġetta għat-taxxa fuq id-dħul il-flus mirbuħa minn logħob tal-ażżard fi stabbilimenti tal-logħob li jinsabu fi Stati Membri oħra, u li teżenta mill-imsemmija taxxi, dħul simili meta huwa provenjenti minn stabbilimenti li jinsabu fit-territorju nazzjonali tiegħu.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma dei Monopoli di Stato (AAMS) vs Yesmoke Tobacco SpA

(Kawża C-428/13) (1)

((Dispożizzjonijiet fiskali - Armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttivi 95/59/KE u 2011/64/UE - Struttura u rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk immanifatturat - Determinazzjoni ta’ dazju tas-sisa - Prinċipju li jistabbilixxi rata tad-dazju tas-sisa għas-sigaretti kollha - Possibbiltà għall-Istati Membri li jistabbilixxu ammont minimu ta’ dazju tas-sisa - Sigaretti li jaqgħu fl-inqas kategorija ta’ prezz għolja - Leġiżlazzjoni nazzjonali - Kategorija speċifika ta’ sigaretti - Iffissar tad-dazju tas-sisa għal 115 %))

(2014/C 439/12)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministero dell’Economia e delle Finanze, Amministrazione Autonoma dei Monopoli di Stato (AAMS)

Konvenuta: Yesmoke Tobacco SpA

Dispożittiv

L-Artikoli 7(2) u 8(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE, tal-21 ta’ Ġunju 2011, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li, minflok ma tistabbilixxi dazju tas-sisa minimu identiku għas-sigaretti kollha, tistabbilixxi dazju tas-sisa minimu li japplika biss għas-sigaretti bi prezz tal-bejgħ bl-imnut iktar baxx minn dak tas-sigaretti fil-kategorija ta’ prezz li għaliha hemm l-ikbar domanda.


(1)  ĠU C 313, 26.10.2013.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2014 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-429/13 P) (1)

((Appell - Fond ta’ Koeżjoni - Tnaqqis ta’ għajnuna finanzjarja - Irregolaritajiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-kuntratti pubbliċi - Adozzjoni tad-deċiżjoni mill-Kummissjoni Ewropea - Nuqqas ta’ osservanza tat-terminu stabbilit - Konsegwenzi))

(2014/C 439/13)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Conte u A. Tokár, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés, avukat)

Dispożittiv

1)

Is-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (T-384/10, EU:T:2013:277) hija annullata.

2)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 4147, tat-30 ta’ Ġunju 2010, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja tal-Fond ta’ Koeżjoni għal dawn il-(gruppi ta’) proġetti li ġejjin: “Il-provvista tal-ilma għaċ-ċentri residenzjali li jinsabu fil-Baċir Idrografiku tax-Xmara Guadiana: Reġjun ta’ Andévalo” (2000.ES.16.C.PE.133), “Tindif u purifikazzjoni tal-Baċir ta’ Guadalquivir: Guadaira, Aljarafe u EE NN PP tal-Guadalquivir” (2000.ES.16.C.PE.066), “Il-provvista ta’ ilma lil sistemi supramuniċipali tal-provinċji ta’ Granada u ta’ Málaga” (2002.ES.16.C.PE.061), hija annullata.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż tar-Renju ta’ Spanja u għall-ispejjeż tagħha, kemm fil-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll fil-kuntest ta’ dan l-appell.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-23 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Unitrading Ltd vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-437/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kodiċi doganali tal-Komunità - Irkupru tad-dazji fuq l-importazzjoni - Oriġini tal-merkanzija - Mezzi ta’ prova - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 47 - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Awtonomija tal-ġudizzju tal-Istati Membri))

(2014/C 439/14)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Unitrading Ltd

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa ma jipprekludix li l-prova tal-oriġini tal-merkanzija importata, prodotta mill-awtoritajiet doganali abbażi tad-dritt proċedurali nazzjonali, tkun ibbażata fuq ir-riżultati ta’ analiżi mwettqa minn terz, li dwarhom dan it-terz jirrifjuta li jipprovdi informazzjoni addizzjonali sew lill-awtoritajiet doganali jew lil min jagħmel id-dikjarazzjoni doganali, b’tali mod li tiġi ostakolata jew li jkun impossibbli li tiġi vverifikata jew miċħuda l-eżattezza tal-konklużjonijiet użati, sakemm il-prinċipji ta’ effettività u ta’ ekwivalenza jiġu osservati. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk dan huwiex il-każ fil-kawża prinċipali.

2)

F’każ bħal dak fil-kawża prinċipali, u jekk wieħed jippresupponi li l-awtoritajiet doganali ma jkunux jistgħu jagħtu informazzjoni addizzjonali dwar l-analiżi kkonċernati, il-kwistjoni ta’ jekk l-awtoritajiet doganali għandhomx jilqgħu talba tal-parti kkonċernata sabiex jitwettqu, bi spejjeż tagħha, analiżi fil-pajjiż iddikjarat bħala l-pajjiż ta’ oriġini, kif ukoll il-kwistjoni ta’ jekk huwiex ta’ rilevanza li xi partijiet tal-kampjuni tal-merkanzija nżammew matul ċertu żmien, li l-parti kkonċernata setgħet tagħmel użu minnhom għall-finijiet ta’ verifiki minn laboratorju ieħor u, fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv, jekk l-awtoritajiet doganali għandhomx jinformaw lill-persuna kkonċernata bl-eżistenza ta’ subkampjuni ta’ merkanzija miżmuma u bil-fatt li hija tista’ titlob li jingħatawlha għall-finijiet tal-imsemmija verifiki, għandhom jiġu evalwati abbażi tad-dritt proċedurali nazzjonali.


(1)  ĠU C 325, 09.11.2013.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Varna – il-Bulgarija) – Traum EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-492/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tassazzjoni - VAT - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 138(1) - Eżenzjonijiet għal tranżazzjonijiet intra-Komunitarji - Xerrej mhux irreġistrat għall-finijiet tal-VAT - Obbligu tal-bejjiegħ li jistabbilixxi l-awtentiċità tal-firma tax-xerrej jew tar-rappreżentant tiegħu - Prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ ċertezza legali u ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi - Effett dirett))

(2014/C 439/15)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Traum EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 138(1) u t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 139(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/88/UE, tas-7 ta’ Diċembru 2010, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-awtorità tat-taxxa ta’ Stat Membru tirrifjuta l-benefiċċju tad-dritt għall-eżenzjoni mill-VAT fir-rigward ta’ kunsinna intra-Komunitarja għar-raġuni li x-xerrej ma kienx irreġistrat fi Stat Membru ieħor għall-finijiet tal-VAT u li l-fornitur ma weriex la l-awtentiċità tal-firma li tinsab fuq id-dokumenti ppreżentati insostenn tad-dikjarazzjoni tiegħu ta’ kunsinna allegatament eżenti u lanqas is-setgħa ta’ rappreżentanza tal-persuna li ffirma dawn id-dokumenti f’isem ix-xerrej, filwaqt li l-provi li jiġġustifikaw id-dritt għal eżenzjoni ppreżentati mill-fornitur insostenn tad-dikjarazzjoni tiegħu kienu konformi mal-lista ta’ dokumenti li għandhom jiġu ppreżentati lill-imsemmija awtorità, stabbilita mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, u li dawn kienu ġew inizjalment aċċettati minnha bħala provi ġustifikattivi, liema fatti għandhom jiġu vverifikati mill-qorti tar-rinviju.

2)

L-Artikolu 138(1) tad-Direttiva 2006/112, kif emendata bid-Direttiva 2010/88, għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu effett dirett, b’tali mod li jista’ jiġi invokat mill-persuni taxxabbli quddiem il-qrati nazzjonali kontra l-Istat sabiex tinkiseb eżenzjoni mill-VAT fir-rigward ta’ kunsinna intra-Komunitarja.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Ferrol – Spanja) – Ministerio de Defensa, Navantia SA vs Concello de Ferrol

(Kawża C-522/13) (1)

((Talba għal deċiżjoni preliminari - Kompetizzjoni - Għajnuna mill-Istat - Artikolu 107(1) TFUE - Kunċett ta’ “għajnuna mill-Istat” - Taxxa fuq il-proprjetà fuq il-proprjetajiet immobbli - Eżenzjoni fiskali))

(2014/C 439/16)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado Contencioso-Administrativo no 1 de Ferrol

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ministerio de Defensa, Navantia SA

Konvenuti Concello de Ferrol

Dispożittiv

L-Artikolu 107(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li tista’ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, ipprojbita taħt din id-dispożizzjoni, l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-proprjetà ta’ qatgħa art proprjetà tal-Istat u disponibbli lil impriża li din tal-aħħar hija proprjetarja tal-kapital kollu tagħha u li tipproduċi, minn din il-qatgħa art, oġġetti u servizzi li jistgħu jkunu kkummerċjati bejn l-Istati Membri fis-swieq miftuħa għall-kompetizzjoni. Madankollu, hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika jekk, fid-dawl tal-elementi rilevanti kollha tal-kawża li biha hija adita, evalwati fid-dawl tal-gwida interpretattiva pprovduta mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, tali eżenzjoni tat-taxxa għandhiex tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ din l-istess dispożizzjoni.


(1)  ĠU C 367, 14.12.2013.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/12


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Douane Advies Bureau Rietveld vs Hauptzollamt Hannover

(Kawża C-541/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Unjoni doganali u tariffa doganali komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Intestatura 3822 - Kunċett ta’ “reaġenti dijanjostiċi jew ta’ laboratorju” - Indikaturi ta’ espożizzjoni għal temperatura ta’ rispons predeterminata))

(2014/C 439/17)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Douane Advies Bureau Rietveld

Konvenuta: Hauptzollamt Hannover

Dispożittiv

L-intestatura 3822 tan-Nomenklatura Magħquda li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, dwar ir-reaġenti dijanjostiċi jew ta’ laboratorju’ għandha tiġi interpretata fis-sens li indikaturi tat-temperatura, bħall-prodotti kkummerċjalizzati taħt l-ismijiet ta’ “WarmMark” u ta’ “ColdMark”, li, permezz ta’ tibdil tal-kulur li jirriżulta mill-varjazzjoni tal-volum tal-likwidi ta’ ġo fihom, jindikaw, b’mod irriversibbli, jekk intlaħqitx temperatura ta’ rispons, ma jaqgħux taħt din l-intestatura.


(1)  ĠU C 9, 11.01.2014.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hovrätten för västra Sverige – l-Isvezja) – proċeduri kriminali kontra Ove Ahlström, Lennart Kjellberg, Fiskeri Ab Ganthi, Fiskeri Ab Nordic

(Kawża C-565/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Relazzjonijiet barranin - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk - Esklużjoni ta’ kull possibbiltà għall-bastimenti tal-Komunità li jeżerċitaw attivitajiet relatati mas-sajd fiż-żoni tas-sajd Marokkini abbażi ta’ liċenzja maħruġa mill-awtoritajiet Marokkini mingħajr l-intervent tal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea))

(2014/C 439/18)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Hovrätten för västra Sverige

Partijiet fil-kawża prinċipali

Ove Ahlström, Lennart Kjellberg, Fiskeri Ab Ganthi, Fiskeri Ab Nordic

Dispożittiv

Il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni fis-settur tas-sajd bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tal-Marokk, approvat f’isem il-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 764/2006, tat-22 ta’ Mejju 2006, b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jeskludi kwalunkwe possibbiltà għall-bastimenti tal-Komunità li jeżerċitaw attivitajiet relatati mas-sajd fiż-żoni tas-sajd Marokkini abbażi ta’ liċenzja maħruġa mill-awtoritajiet Marokkini mingħajr l-intervent tal-awtoritajiet kompetenti tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 15, 18.01.2014.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-22 ta’ Ottubru 2014 – British Telecommunications plc vs Il-Kummissjoni Ewropea, BT Pension Scheme Trustees Ltd

(Kawża C-620/13 P) (1)

((Appell - Għajnuna mill-Istat - Eżenzjoni ta’ fond għal pensjoni tal-irtirar mill-obbligu li titħallas, għal ċerti persuni impjegati, kontribuzzjoni għal fond ta’ protezzjoni tal-pensjonijiet tal-irtirar - Natura selettiva tal-miżura))

(2014/C 439/19)

Lingwa tal-proċedura: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: British Telecommunications plc (rappreżentanti: J. Holmes, Barrister, H. Legge QC)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u N. Khan, aġenti), BT Pension Scheme Trustees Ltd (rappreżentanti: J. Derenne u A. Müller-Rappard, avukati, inkarigati minn M. Farley, solicitor)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

British Telecommunications plc u BT Pension Scheme Trustees Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 61, 1.03.2014.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 – Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-641/13 P) (1)

((Appell - Fond ta’ koeżjoni - Tnaqqis tal-għajnuna finanzjarja - Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Direttiva 93/37/KEE - Kriterji ta’ għoti - Esperjenza ta’ xogħlijiet preċedenti - Kriterji ta’ selezzjoni kwantitattivi))

(2014/C 439/20)

Lingwa tal-proċedura: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Pardo Quintillán u A. Steiblytė, aġenti)

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 31, 01.02.2014.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ottubru 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – C vs M

(Kawża C-376/14 PPU) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proċedura b’urġenza għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Ġurisdizzjoni, rikonoxximent u eżekuzzjoni tas-sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri - Regolament (KE) Nru 2201/2003 - Żamma illegali - Residenza abitwali tal-minuri))

(2014/C 439/21)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C

Konvenuta: M

Dispożittiv

1)

L-Artikoli 2(11) u 11 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta’ responsabbiltà tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’ċirkustanzi fejn it-tneħħija tal-minuri seħħet skont deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli provviżorjament li sussegwentement ġiet irrevokata b’deċiżjoni ġudizzjarja li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fid-dar tal-ġenitur li joqgħod fl-Istat Membru ta’ oriġini, il-qorti tal-Istat Membru li lejh tneħħiet il-minuri, adita b’talba għar-ritorn tal-minuri, għandha tivverifika, billi twettaq evalwazzjoni taċ-ċirkustanzi speċifiċi għall-każ inkwistjoni, jekk il-minuri kinitx għadha residenti abitwalment fl-Istat Membru ta’ oriġini immedjatament qabel l-allegata żamma illegali. Fil-kuntest ta’ din l-evalwazzjoni, għandu jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li d-deċiżjoni ġudizzjarja li awtorizzat it-tneħħija setgħet tiġi eżegwita provviżorjament u li ġiet appellata.

2)

Ir-Regolament Nru 2201/2003 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’ċirkustanzi fejn it-tneħħija tal-minuri seħħet skont deċiżjoni ġudizzjarja eżegwibbli provviżorjament li sussegwentement ġiet irrevokata b’deċiżjoni ġudizzjarja li stabbilixxiet ir-residenza tal-minuri fid-dar tal-ġenitur li joqgħod fl-Istat Membru ta’ oriġini, in-nuqqas ta’ ritorn tal-minuri f’dan l-Istat Membru wara din it-tieni deċiżjoni huwa illegali u l-Artikolu 11 ta’ dan ir-regolament ikun applikabbli jekk jiġi kkunsidrat li l-minuri kien għad kellha r-residenza abitwali tagħha fl-imsemmi Stat Membru immedjatament qabel din iż-żamma. Jekk, għall-kuntrarju, jiġi kkunsidrat li, dak iż-żmien, il-minuri ma kienx għad kellha r-residenza abitwali tagħha fl-Istat Membru ta’ oriġini, id-deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-ritorn ibbażata fuq din id-dispożizzjoni tittieħed mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli stabbiliti fil-Kapitolu III tal-istess regolament dwar ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi mogħtija fi Stat Membru.


(1)  ĠU C 351, 06.10.2014.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landgericht Köln (il-Ġermanja) fil-31 ta’ Lulju 2014 – Sommer Antriebs- und Funktechnik GmbH vs Rademacher Geräte-Elektronik GmbH & Co. KG

(Kawża C-369/14)

(2014/C 439/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sommer Antriebs- und Funktechnik GmbH

Konvenuta: Rademacher Geräte-Elektronik GmbH & Co. KG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 2(1), l-Artikolu 3(a), kif ukoll l-Annessi IA u IB tad-Direttiva 2002/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Jannar 2003, dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (1) u/jew l-Artikolu 2(1)(a), l-Artikolu 3(1)(a) u l-Annessi I u II tad-Direttiva 2012/19/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Lulju 2012, dwar skart ta’ tagħmir elettriku u elettroniku (2), għandhom jiġu interpretati fis-sens li apparat għal bibien (ta’ garaxx) li għandhom vultaġġ tal-elettriku ta’ madwar 220 sa 240 V, u li huwa intiż li jkun inkorporat fl-istruttura tal-bini flimkien mal-bieb (tal-garaxx), jaqa’ taħt il-kunċett ta’ tagħmir elettriku u elettroniku, b’mod partikolari l-kunċett ta’ għodda elettriċi u elettroniċi?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda (1):

Il-punt 6 tal-Anness IA u l-punt 6 tal-Anness IB tad-Direttiva 2002/96/KE u/jew l-Artikolu 3(1)(b), il-punt 6 tal-Anness I Nru 6 u l-punt 6 tal-Anness II tad-Direttiva 2012/19/UE għandhom jiġu interpretati fis-sens li apparat (għal bibien ta’ garaxx) bħal dak deskritt fid-domanda (1) għandu jitqies li huwa komponent ta’ għodda industrijali fuq skala kbira fis-sens ta’ dawn id-dispożizzjonijiet?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domanda (1) u ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda (2):

L-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2002/96/KE u/jew l-Artikolu 2(3)(b) tad-Direttiva 2012/19/UE għandhom jiġu interpretati fis-sens li apparat (għal bibien ta’ garaxx) bħal dak deskritt fid-domanda (1) għandu jitqies li huwa parti minn tip ieħor ta’ tagħmir li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva rilevanti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 359.

(2)  ĠU L 197, p. 38


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Awwissu 2014 – Juergen Schneider, Erika Schneider vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-382/14)

(2014/C 439/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Rüsselsheim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Juergen Schneider, Erika Schneider

Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

Domandi preliminari

1)

Iċ-ċirkustanzi straordinarji msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (1) għandhom ikunu direttament relatati mat-titjira rriżervata?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: liema huwa, għaċ-ċirkustanzi straordinarji, in-numru rilevanti ta’ vjaġġi preċedenti li l-ajruplan użat għat-titjira prevista għandu jkun wettaq? Jeżisti limitu fiż-żmien għat-teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li jaffettwaw il-vjaġġi preċedenti? Jekk dan ikun il-każ, kif għandu jiġi kkalkolat?

3)

Fil-każ li ċirkustanzi straordinarji li jkunu seħħew waqt vjaġġi preċedenti jkunu wkoll rilevanti għal titjira sussegwenti: il-miżuri raġonevoli li għandu jieħu t-trasportatur tal-ajru effettiv skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament għandhom ikunu intiżi biss għall-prevenzjoni taċ-ċirkustanzi straordinarji jew inkella għall-prevenzjoni ta’ dewmien twil ukoll?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malta, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mid-Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-28 ta’ Awwissu 2014 – Schenker Nemzetközi Szállítmányozási és Logisztikai Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

(Kawża C-409/14)

(2014/C 439/24)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Schenker Nemzetközi Szállítmányozási és Logisztikai Kft.

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

Domandi preliminari

1)

Id-deskrizzjoni tal-prodotti koperti mid-denominazzjoni “Tabakk ċar imqadded bl-arja” taħt is-subintestatura tariffarja tan-NM 2401 10 35, fil-Kapitolu 24 (Tabakk u sostituti manifatturati ta’ tabakk) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (1), għandha tiġi interpretata bħala li tinkludi biss it-tabakk ċar imqadded bl-arja biz-zokk mhux maqtugħ li

jikkonsisti f’weraq sħaħ tal-pjanta tat-tabakk

ma jkun la mqatta u lanqas ippressat jew kumpatt,

ma jammetti l-ebda bdil (pereżempju, iz-zokk maqtugħ, it-tqattiegħ ta’ weraq jew l-ikkumpattjar tagħhom) minbarra “manifattura” li tikkonsisti fit-tnixxif b’mod naturali tat-tabakk imqadded bl-arja taħt is-subintestatura tariffarja tan-NM 2401 10 35 biz-zokk mhux maqtugħ u

ma jistax iiġi mpejjep?

2)

Il-kunċett ta’ “proċedura jew arranġament doganali sospensiv” fl-Artikolu 4(6) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jkopri wkoll merkanzija (prodott suġġett għad-dazju tas-sisa) fi tranżitu estern, f’maħżen temporanju jew f’maħżen doganali, li tkun akkampanjata b’dokumenti li fuqhom l-intestatura tariffarja kienet indikata ħażin (jiġifieri n-NM 2403 10 9000 minflok n-NM 2401 10 35), filwaqt li l-kapitolu tan-Nomenklatura Magħquda li taħtu taqa’ l-merkanzija (jiġifieri l-Kapitolu 24 – Tabakk) jissemma b’mod korrett, bħad-data kollha l-oħra (numru tal-kontejner, kwantità, piż nett), u li s-siġilli huma intatti?

(Fi kliem ieħor, l-issuġġettar ta’ merkanzija għall-proċedura jew għall-arranġament doganali sospensiv tista’ tiġi kkontestata meta l-kapitolu tat-tariffa doganali komuni li taħtu taqa’ l-merkanzija huwa msemmi b’mod korrett fid-dokumentazzjoni li takkumpanjaha, filwaqt li s-subintestatura speċifika hija indikata ħażin?)

3)

Il-kunċetti ta’ “importazzjoni” fl-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (2), u ta’ “importazzjoni ta’ prodotti soġġetti għad-dazju tas-sisa” fl-Artikolu 4(8) tal-istess direttiva, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jkun hemm importazzjoni fil-każ ukoll fejn is-subintestatura tariffarja tal-merkanzija reali mqiegħda fi tranżitu estern u dik indikata fid-dokumentazzjoni li takkumpanja l-imsemmija merkanzija jkunu diverġenti, filwaqt li, apparti minn din id-diverġenza, kemm l-indikazzjoni tal-kapitolu li taħtu hija taqa’ (jiġifieri l-Kapitolu 24 – Tabakk) kif ukoll il-kwantità u l-piż nett tal-merkanzija reali jikkorrispondu għad-data indikata fid-dokumentazzjoni li takkumpanjaha?

4)

Il-fatti tal-kawża prinċipali jikkostitwixxu irregolarità fis-sens tal-Artikolu 38 tad-Direttiva 2008/118/KE, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa, meta l-merkanzija ssegwi l-proċedura jew l-arranġament doganali sospensiv b’indikazzjoni ineżatta, fid-dokumentazzjoni ta’ akkumpanjament, tas-subintestatura tan-NM tagħha skont l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 861/2010, tal-5 ta’ Ottubru 2010, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni tad-Dwana (ĠU L 284, p. 1).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 2008/118/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar l-arranġamenti ġenerali għad-dazju tas-sisa u li jħassar id-Direttiva 92/12/KEE (ĠU 2009, L 9, p. 12).


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fit-8 ta’ Settembru 2014 – WebMindLicences Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Adó- és Vám Főigazgatóság

(Kawża C-419/14)

(2014/C 439/25)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: WebMindLicences Kft.

Konvenuti: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Kiemelt Adó- és Vám Főigazgatóság

Domandi preliminari

1)

Fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(1)(ċ), tal-Artikolu 24(1) u tal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (iktar ’il quddiem id-“Direttiva tal-VAT”), sabiex tiġi stabbilita, għall-finijiet tal-VAT, il-persuna bħala fornitur ta’ servizzi, huwa rilevanti għall-interpretazzjoni, matul l-eżami [tan-natura] purament artifiċjali, ta’ tranżazzjoni li ma tirriflettix ir-realtà ekonomika u kummerċjali, li kienet seħħet bl-għan biss li jinkiseb vantaġġ fiskali, li, fil-kawża prinċipali, il-persuna li tmexxi l-kumpannija li tagħti l-liċenzja u li hija 100 % azzjonista tagħha tkun il-persuna fiżika li tkun ħolqot l-għerf tas-sengħa [know how] li barra minn hekk ġie ttrasferit permezz tal-kuntratt ta’ liċenzja inkwistjoni?

2)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, huwa rilevanti, fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(1)(ċ), tal-Artikolu 24(1) u tal-Artikolu 43 tad-Direttiva tal-VAT, u tal-konstatazzjoni ta’ prattika abbużiva, li din il-persuna fiżika jkollha jew jista’ jkollha influwenza informali fuq il-mod kif il-kumpannija li tingħatalha l-liċenzja tisfrutta l-liċenzja hekk trażmessa, kif ukoll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali tagħha? F’dan il-kuntest, jista’ jkun rilevanti għall-interpretazzjoni li l-persuna li toħloq l-għerf tas-sengħa tipparteċipa jew tista’ tipparteċipa direttament jew indirettament, meta barra minn hekk ikollha attività ta’ konsultazzjoni u tagħti pariri fuq l-iżvilupp jew l-isfruttament tal-għerf tas-sengħa, fid-deċiżjonijiet kummerċjali li huma relatati mal-fornitura tas-servizz li huwa bbażat fuq l-għerf tas-sengħa inkwistjoni?

3)

Fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali – fid-dawl tat-tieni domanda – sabiex tiġi stabbilita, għall-finijiet tal-VAT, il-persuna bħala fornitur ta’ servizzi, huwa rilevanti, minbarra l-eżami tat-tranżazzjoni kuntrattwali bħala bażi, li jkun hemm għarfien dwar jekk il-persuna li toħloq l-għerf tas-sengħa, inkwantu persuna fiżika, teżerċita influwenza, jew saħansitra influwenza dominanti jew kontroll fuq il-modalitajiet tal-fornitura tas-servizz li huwa bbażat fuq l-għerf tas-sengħa inkwistjoni?

4)

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tielet domanda, liema huma, fid-determinazzjoni tal-livell ta’ influwenza jew ta’ kontroll, l-elementi jew kriterji li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex jiġi stabbilit li [l-persuna li toħloq l-għerf tas-sengħa] teżerċita influwenza determinanti fuq il-fornitura tas-servizz u li l-kontenut ekonomiku reali tat-tranżazzjoni bħala bażi ġie implementat f’isem il-kumpannija li tagħti l-liċenzja?

5)

Fis-sitwazzjoni fil-kawża prinċipali, matul l-eżami tal-kisba ta’ vantaġġ fiskali, huwa rilevanti, għall-finijiet tal-evalwazzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-persuni u operaturi ekonomiċi kkonċernati mit-tranżazzjoni, li l-persuni taxxabbli li huma partijiet fit-tranżazzjoni li jiġi allegat li għandha għan ta’ evażjoni fiskali jkunu persuni ġuridiċi, filwaqt li l-amministrazzjoni fiskali nazzjonali timponi fuq persuna fiżika t-teħid ta’ deċiżjonijiet strateġiċi u operattivi relatati mal-isfruttament [tal-għerf tas-sengħa] u, jekk huwa l-każ, huwa importanti li jkun hemm għarfien dwar liema huwa l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-persuna fiżika inkwistjoni ħadet dawn id-deċiżjonijiet? F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża preżenti, jekk jirriżulta li l-pożizzjoni kuntrattwali tal-partijiet ma hijiex determinanti, huwa rilevanti għall-interpretazzjoni li l-ġestjoni tat-tranżazzjonijiet finanzjarji, tal-persunal u tal-mezzi tekniċi neċessarji għall-fornitura tas-servizz hawnhekk inkwistjoni, ibbażat fuq l-internet, tiġi żgurata minn subappaltaturi?

6)

Jekk jista’ jiġi kkonstatat li l-klawżoli tal-kuntratt ta’ liċenzja ma jirriflettux kontenut ekonomiku reali, il-kwalifikazzjoni mill-ġdid tal-klawżoli kuntrattwali u l-istabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni hekk kif kienet fl-assenza tat-tranżazzjoni li tikkostitwixxi prattika abbużiva jimplikaw li l-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru tista’ għalhekk tiddetermina b’mod differenti l-Istat Membru tal-post tal-fornitura ta’ servizzi u, għaldaqstant, il-post tal-obbligu fiskali, inkluż fil-każ fejn il-persuna li tingħatalha l-liċenzja tkun barra minn hekk issodisfat l-obbligu fiskali tagħha fl-Istat Membru li fih għandha s-sede tagħha, skont il-kundizzjonijiet previsti mil-leġiżlazzjoni ta’ dan l-Istat?

7)

L-Artikoli 49 u 56 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jmur kontra d-dispożizzjonijiet tagħhom, u li jista’ jiġi kkwalifikat bħala abbuż tal-libertà ta’ stabbiliment u tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi, il-fatt li titfassal konfigurazzjoni kuntrattwali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha impriża suġġetta għat-taxxa stabbilita fi Stat Membru tagħti b’kera lil impriża suġġetta għat-taxxa stabbilita fi Stat Membru ieħor, permezz ta’ kuntratt ta’ liċenzja, l-għerf tas-sengħa u d-dritt ta’ sfuttament relatati mal-fornitura ta’ servizz interattiv għall-kontenut ikklassifikat bħala għal adulti li huwa bbażat fuq teknoloġija tal-komunikazzjoni bbażata fuq l-internet, fis-sitwazzjoni fejn l-impożizzjoni fir-rigward tal-VAT tas-servizz hekk ittrasferit hija iktar vantaġġuża fl-Istat li fih il-persuna li tingħatalha l-liċenzja għandha s-sede tagħha?

8)

F’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża preżenti, x’importanza għandha tingħata lill-kunsiderazzjonijiet ta’ natura kummerċjali li, minbarra l-perspettiva li jinkiseb vantaġġ fiskali, iggwidaw l-impriża li tagħti l-liċenzja u, f’tali kuntest b’mod partikolari, huwa rilevanti għall-interpretazzjoni li l-persuna li tmexxi u li hija 100 % azzjonista tal-kumpannija li tagħti l-liċenzja tkun il-persuna fiżika li inizjalment ħolqot l-għerf tas-sengħa?

9)

Matul l-eżami tal-aġir abbużiv, tista’ tingħata importanza u, jekk huwa l-każ, kemm għandha tingħata, għal ċirkustanzi simili għal dawk li ġew eżaminati fil-kawża prinċipali, bħal dawk marbuta mal-aspetti tekniċi u mal-infrastruttura neċessarji għall-istabbiliment u għall-funzjonament tas-servizz li huwa s-suġġett tat-tranżazzjoni inkwistjoni, kif ukoll għall-kompetenza u għall-persunal tal-persuna li tagħti l-liċenzja sabiex jiġi fornit is-servizz inkwistjoni?

10)

Fuq il-bażi tal-fatti tal-kawża prinċipali, l-Artikolu 2(1)(ċ), l-Artikolu 24(1), l-Artikolu 43 u l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT, fid-dawl tal-Artikolu 4(3) TUE, u tal-Artikolu 325 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-obbligu tal-Istati Membri dwar il-ġbir effettiv u eżatt tal-VAT kollha u li jiġi evitat it-telf finanzjarju għall-Istat marbut mal-frodi u mal-evazjoni fiskali transkonfinali, l-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, sabiex tkun tista’, fil-każ ta’ tranżazzjoni li tirrigwarda fornitura ta’ servizzi, tistabbilixxi liema hija l-persuna bħala fornitur ta’ servizzi, għandha d-dritt, matul il-proċedura ta’ produzzjoni ta’ provi li sseħħ matul il-proċedura fiskali (amministrattiva), li tilqa’, meta ssir ir-riċerka tal-fatti, data, informazzjoni u mezzi ta’ prova miksuba – permezz tas-servizz ta’ investigazzjoni tal-amministrazzjoni fiskali fil-kuntest tal-proċeduri kriminali – mingħajr mal-persuna taxxabbli tkun taf, pereżempju bir-reġistrazzjonijiet ta’ interċettazzjonijiet, kif ukoll li tisfruttahom u li minnhom tasal għal konsegwenzi legali, u li l-qorti amministrattiva li tistħarreġ id-deċiżjoni amministrattiva mogħtija mill-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru fir-rigward tagħha għandha d-dritt li tevalwahom fil-kuntest tal-provi, permezz tal-istess okkażjoni li hija tistħarreġ il-legalità tal-provi?

11)

Fuq il-bażi tal-fatti tal-kawża prinċipali, l-Artikolu 2(1)(ċ), l-Artikolu 24(1), l-Artikolu 43 u l-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT, fid-dawl tal-Artikolu 4(3) TUE, u tal-Artikolu 325 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li, sabiex tiġi żgurata l-effettività tal-obbligu tal-Istat Membru dwar il-ġbir effettiv u eżatt tal-VAT kollha, jiġifieri li tiġi żgurata l-implementazzjoni tal-obbligu tal-Istat Membru li jiggarantixxi l-osservanza tal-obbligi imposti fuq il-persuni taxxabbli, li l-marġni ta’ manuvra mogħti lill-Istati Membri f’dak li jikkonċerna l-mod kif jintużaw il-mezzi għad-dispożizzjoni tal-amministrazzjoni fiskali nazzjonali jinkludi d-dritt tagħha li tuża mezzi ta’ prova inizjalment miksuba b’għan kriminali fid-dawl tal-ġlieda tagħha kontra l-aġir ta’ evażjoni fiskali, inkluż meta d-dritt nazzjonali, waħdu, ma jippermettix li data tiġi riċevuta klandestinament fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva fid-dawl tal-ġlieda kontra l-aġir ta’ evażjoni fiskali, jew li jissuġġetta d-data riċevuta klandestinament effettwata fil-kuntest tal-proċeduri kriminali għal garanziji li ma humiex previsti fil-proċedura fiskali amministrattiva, iżda li, barra minn hekk, l-amministrazzjoni fiskali tista’, skont id-dritt nazzjonali, tibbaża ruħha fuq il-prinċipju ta’ libertà tal-prova fil-kuntest tal-proċeduri tagħha?

12)

L-Artikolu 8(2) tal-KEDB jeskludi, fid-dawl tal-Artikolu 52(2) tal-Karta, li jiġi rrikonoxxut lill-amministrazzjoni fiskali ta’ Stat Membru l-kompetenza evokata fid-domandi 10 u 11 iktar ’il fuq, jew jista’ jkun il-każ, fiċ-ċirkustanzi tal-kawża preżenti, li jiġi kkunsidrat li l-użu fil-kuntest tal-proċedura fiskali, għall-finijiet tal-ġlieda kontra l-evażjoni fiskali, tar-riżultati tad-data riċevuta klandestinament, huwa ġġustifikat, għall-finijiet tal-ġbir effettiv tat-taxxa, minħabba l-“benesseri ekonomiku tal-pajjiż”?

13)

Sa fejn jirriżulta mir-risposta mogħtija fid-domandi 10 sa 12 li l-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru, fil-kuntest tal-proċedura amministrattiva, tista’ tuża tali mezzi ta’ prova, l-amministrazzjoni fiskali nazzjonali għandha, sabex tiggarantixxi l-effettività tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, obbligu assolut – abbażi tal-Artikoli 7, 8, 41 u 48, u fid-dawl tal-Artikolu 51(1) tal-Karta – li tisma’ l-persuna taxxabbli matul il-proċedura amministrattiva, li tiżguralha l-aċċess għar-riżultati miksuba permezz tal-metodi klandestini ta’ data riċevuta, kif ukoll li jiġi osservat l-għan li għalih hija suġġetta l-kisba ta’ data li tinsab f’dawn il-mezzi ta’ prova, jew għandu jiġi kkunsidrat, f’dan ir-rigward, ġustament, li l-għan kriminali esklużiv tal-metodi klandestini ta’ data riċevuta mall-ewwel jeskludi l-użu ta’ tali mezzi ta’ prova?

14)

Fil-każ ta’ mezzi ta’ prova miksuba u użati bi ksur tal-Artikoli 7, 8, 41 u 48 tal-Karta – fid-dawl tal-Artikolu 47 tal-Karta – għandu jiġi kkunsidrat li kienet issodisfat id-dritt għal rimedju effettiv leġiżlazzjoni nazzjonali li skont din azzjoni ġudizzjarja li tikkontesta l-legalità, fir-rigward tal-proċedura, ta’ deċiżjonijiet mogħtija f’kawżi fiskali, ma tistax tiġi aċċettata u twassal għall-annullament tad-deċiżjoni ħlief meta huwa konkretament possibbli, fir-rigward taċ-ċirkustanzi tal-każ, li d-deċiżoni kkontestata kienet tkun differenti mingħajr id-difett proċedurali, u li dan id-difett proċedurali minbarra dan jaffettwa pożizzjoni legali materjali tar-rikorrenti, jew id-difetti proċedurali hekk imwettqa għandhom ikunu jistgħu jwasslu għall-annullament f’kuntest iktar wiesgħa, indipendentement mill-effett tal-irregolarità proċedurali, li tmur kontra l-Karta, fuq ir-riżultat tal-proċedura?

15)

L-effettività tal-Artikolu 47 tal-Karta jippreżupponi li, f’sitwazzjoni proċedurali bħal dik inkwistjoni hawnhekk, il-qorti amministrattiva li twettaq l-istħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru tista’ tistħarreġ il-legalità tal-kisba ta’ mezzi ta’ prova riċevuti klandestinament, għal għanijiet kriminali, fil-kuntest tal-proċeduri kriminali, b’mod partikolari meta l-persuna taxxabbli parallelament implikata fi proċeduri kriminali ma setgħetx ikollha għarfien ta’ dawn id-dokumenti, u lanqas li tikkontesta l-legalità quddiem il-qorti?

16)

Fir-rigward ukoll tad-domanda 6, ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 904/2010 (2) dwar il-kooperazzjoni amministrattiva u l-ġlieda kontra l-frodi fil-qasam tat-taxxa fuq il-valur miżjud – fir-rigward b’mod partikolari tal-premessa 7 tiegħu, li tipprovdi li, sabiex jiġbru t-taxxa dovuta, l-Istati Membri għandhom jikkooperaw biex jgħinu biex jiżguraw li l-VAT tiġi stabbilita b’mod korrett u għaldaqstant għandhom mhux biss iwettqu monitoraġġ tal-applikazzjoni korretta tat-taxxa dovuta fit-territorju tagħhom stess, iżda għandhom ukoll jipprovdu assistenza lil Stati Membri oħra għall-iżgurar tal-applikazzjoni korretta tat-taxxa relatata mal-attività mwettqa fit-territorju tagħhom stess iżda dovuta fi Stat Membru ieħor [–,] fis-sens li, quddiem fatti bħal dawk f’dan il-każ, l-amministrazzjoni fiskali li ssir taf bl-eżistenza ta’ dejn fiskali għandha l-obbligu li tindirizza t-talba tagħha lill-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru li fih il-persuna taxxabbli li hija suġġetta għal kontroll fiskali tkun diġà ssodisfat l-obbligu tagħha li tħallas it-taxxa?

17)

Jekk ingħatat risposta affermattiva għad-domanda 16: jekk qorti tikkonstata, wara l-kontestazzjoni tagħhom, li deċiżjonijiet mogħtija mill-amministrazzjoni fiskali tal-Istat Membru huma illegali fir-rigward tal-proċedura minħabba l-ommissjoni ta’ informazzjoni riċevuta u ta’ talba indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti ta’ Stat Membru ieħor [,] liema konsegwenza l-qorti li twettaq l-istħarriġ tad-deċiżjoniiet mogħtija mill-amministrazzjoni tal-Istat Membru għandha tapplika, fid-dawl ukoll tad-domanda 14?


(1)  ĠU L 347, p. 1.

(2)  ĠU L 268, p. 1.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal Administrativo (il-Portugall) fil-15 ta’ Settembru 2014 – Fazenda Pública vs Beiragás – Companhia de Gás das Beiras, SA

(Kawża C-423/14)

(2014/C 439/26)

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Supremo Tribunal Administrativo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Fazenda Pública

Konvenuta: Beiragás – Companhia de Gás das Beiras, SA

Domandi preliminari

1)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 78(a) tad-Direttiva 2006/112/KE (1), jipprekludu li t-TOS [Taxa de ocupação do subsolo (Taxxa tal-okkupazzjoni ta’ taħt l-art)] imħallsa mid-distributur tal-gass tiġi ttrasferita fuq il-konsumatur finali, hekk kif inhi u b’mod separat mill-prezz li dan tal-aħħar iħallas għall-gass ikkonsmat, jiġifieri, mingħajr ma tiġi inkluża f’dan il-prezz?

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għal din l-ewwel domanda, tirriżulta l-ħtieġa li ssir id-domanda li ġejja:

2)

Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 73 sa 79 tad-Direttiva 2006/112/KE, jipprekludu li t-TOS imħallsa mid-distributur tal-gass ma tiġix ikkunsidrata fil-bażi ta’ taxxa [tal-VAT], meta tiġi ttrasferita lill-konsumatur finali hekk kif inhi u b’mod separat mill-prezz li dan tal-aħħar iħallas għall-gass ikkonsmat?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Szekszárdi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-15 ta’ Settembru 2014 – Jácint Gábor Balogh vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

(Kawża C-424/14)

(2014/C 439/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Szekszárdi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Jácint Gábor Balogh

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Dél-dunántúli Regionális Adó Főigazgatósága

Domandi preliminari

1)

Il-prassi nazzjonali Ungeriża li timponi fuq persuna privata li ma tixtieqx twettaq attività suġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud – u li ma taqbiżx il-limitu massimu għall-eżenzjoni – li tiddikjara din l-attività hija kompatibbli mal-obbligu ta’ dikjarazzjoni previst fl-Artikoli 213(1) u 214(1) tad-Direttiva tal-VAT (1)?

2)

L-awtorità fiskali tista’, waqt kontroll a posteriori, tissanzjona n-nuqqas ta’ dikjarazzjoni minkejja li l-limitu massimu għall-eżenzjoni ma nqabiżx?

3)

L-awtorità fiskali tista’, waqt kontroll a posteriori, iċċaħħad lil persuna privata mis-setgħa deċiżjonali tagħha u, billi twarrab il-prinċipju ta’ proċedura ġusta, teskludi l-possibbiltà għal persuna taxxabbli li tagħżel l-eżenzjoni?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, ĠU L 347, p. 1.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (il-Ġermanja) fil-25 ta’ Settembru 2014 – Kreis Warendorf vs Ibrahim Alo

(Kawża C-443/14)

(2014/C 439/28)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Kreis Warendorf

Konvenut: Ibrahim Alo

Parti oħra fil-kawża: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

Domandi preliminari

1)

L-obbligu li tiġi stabbilita residenza fi ħdan żona ġeografika limitata (muniċipalità, distrett, reġjun) tal-Istat Membru jirrestrinġi l-libertà ta’ moviment fis-sens tal-Artikolu 33 tad-Direttiva 2011/95/UE (1), jekk, ħlief għal dan l-obbligu, il-persuna barranija tkun tista’ tiċċaqlaq u tgħix liberament fit-territorju tal-Istat Membru?

2)

L-obbligu li tiġi stabbilita residenza fir-rigward ta’ persuni bi status ta’ protezzjoni sussidjarja huwa kompatibbli mal-Artikolu 33 u/jew mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE, jekk dan ikun ibbażat fuq l-għan li tinkiseb distribuzzjoni ġusta tal-piżijiet tal-assistenza pubblika soċjali bejn l-aġenziji differenti kompetenti f’dan il-qasam fit-territorju nazzjonali?

3)

L-obbligu li tiġi stabbilita residenza fir-rigward ta’ persuni bi status ta’ protezzjoni sussidjarja huwa kompatibbli mal-Artikolu 33 u/jew mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE, jekk dan ikun ibbażat fuq raġunijiet ta’ politika ta’ migrazzjoni jew ta’ integrazzjoni sabiex jipprevjenu li ċerti muniċipalitajiet jew distretti jiġu żvantaġġati soċjalment bil-wasla frekwenti ta’ barranin? Raġunijiet astratti ta’ politika ta’ migrazzjoni jew ta’ integrazzjoni huma biżżejjed jew dawn ir-raġunijiet għandhom jiġu ddikjarati b’mod konkret?


(1)  Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, p. 9).


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/22


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fil-25 ta’ Settembru 2014 – Amira Osso vs Region Hannover

(Kawża C-444/14)

(2014/C 439/29)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti fl-appell għal reviżjoni: Amira Osso

Konvenut fl-appell għal reviżjoni: Region Hannover

Intervenjent: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

Domandi preliminari

1)

Għandu jitqies li l-obbligu li jistabbilixxi r-residenza tiegħu f’territorju limitat fiż-żona (komun, distrett, reġjun) tal-Istat Membru jikkostitwixxi restrizzjoni tal-libertà ta’ moviment fis-sens tal-Artikolu 33 tad-Direttiva 2011/95/UE (1), jekk, minbarra dan, il-barrani jkollu l-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju nazzjonali tal-Istat Membru?

2)

L-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ residenza fuq persuni li għandhom l-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja hija kompatibbli mal-Artikolu 33 u/jew mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE, jekk tkun ġustifikata bl-intenzjoni li jsir tqassim adattat tal-ispejjeż tal-għajnuna soċjali pubblika bejn id-diversi istituzzjonijiet kompetenti fil-qasam fit-territorju nazzjonali?

3)

L-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ residenza fuq persuni li għandhom l-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja hija kompatibbli mal-Artikolu 33 u/jew mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE, jekk tkun ġustifikata b’motivi li jaqgħu taħt il-politika dwar il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, intiżi pereżempju biex jipprekludi l-iżvilupp ta’ punti fokali ta’ tensjonijiet soċjali minħabba l-installazzjoni konċentrata ta’ ċittadini barranin f’ċerti komuni jew distretti? F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed jekk ikun hemm motivi astratti, li jaqgħu taħt il-politika dwar il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, jew dawn il-motivi għandhom jiġu kkonstatati b’mod konkret?


(1)  Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, p. 9).


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesverwaltungsgericht (Il-Ġermanja) fil-25 ta’ Settembru 2014 – Seusen Sume vs Landkreis Stade

(Kawża C-445/14)

(2014/C 439/30)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesverwaltungsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti fl-appell għal reviżjoni: Seusen Sume

Konvenuta fl-appell għal reviżjoni: Landkreis Stade

Intervenjent: Vertreter des Bundesinteresses beim Bundesverwaltungsgericht

Domandi preliminari

1)

Għandu jitqies li l-obbligu li jistabbilixxi r-residenza tiegħu f’territorju limitat fiż-żona (komun, distrett, reġjun) tal-Istat Membru jikkostitwixxi restrizzjoni tal-libertà ta’ moviment fis-sens tal-Artikolu 33 tad-Direttiva 2011/95/UE (1), jekk, minbarra dan, il-barrani jkollu l-libertà ta’ moviment u ta’ residenza fit-territorju nazzjonali tal-Istat Membru?

2)

L-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ residenza fuq persuni li għandhom l-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja hija kompatibbli mal-Artikolu 33 u/jew mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE, jekk tkun ġustifikata bl-intenzjoni li jsir tqassim adattat tal-ispejjeż tal-għajnuna soċjali pubblika bejn id-diversi istituzzjonijiet kompetenti fil-qasam fit-territorju nazzjonali?

3)

L-impożizzjoni ta’ obbligu ta’ residenza fuq persuni li għandhom l-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja hija kompatibbli mal-Artikolu 33 u/jew mal-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE, jekk tkun ġustifikata b’motivi li jaqgħu taħt il-politika dwar il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, intiżi pereżempju biex jipprekludi l-iżvilupp ta’ punti fokali ta’ tensjonijiet soċjali minħabba l-installazzjoni konċentrata ta’ ċittadini barranin f’ċerti komuni jew distretti? F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed jekk ikun hemm motivi astratti, li jaqgħu taħt il-politika dwar il-migrazzjoni u l-integrazzjoni, jew dawn il-motivi għandhom jiġu kkonstatati b’mod konkret?


(1)  Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Diċembru 2011, dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU L 337, p. 9).


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha (Spanja) fit-2 ta’ Ottubru 2014 – Manuel Orrego Arias vs Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real

(Kawża C-456/14)

(2014/C 439/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Superior de Justicia de Castilla La Mancha

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Manuel Orrego Arias

Konvenuta: Subdelegación del Gobierno en Ciudad Real

Domanda preliminari

Interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 3(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2001/40/KE (1), tat-28 ta’ Mejju 2001, u b’mod partikolari d-domanda segwenti:

L-espressjoni “offiża [ksur] kkastigata b’piena li tinvolvi iċ-ċaħda tal-libertà ta’ mill-inqas sena” li tinsab f’din id-dispożizzjoni, għandha tiġi interpretata fis-sens li tirreferi għall-piena li hija teorikament prevista għar-reat ikkonċernat jew, għall-kuntrarju, għandha tiġi interpretata fis-sens li tirreferi għall-piena ta’ priġunerija imposta fil-prattika fuq il-persuna kkundannata u, għaldaqstant, fis-sens li l-Istati Membri l-oħra jkunu marbuta jew le jirrikonoxxu d-deċiżjoni meħuda minn Stat Membru ta’ tneħħija ta’ ċittadin ta’ Stat terz ikkundannat għal piena ta’ priġunerija ta’ tmien xhur?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2001/40/KE, tat-28 ta’ Mejju 2001, dwar ir-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet dwar l-espulsjoni ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi

(ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 107).


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale ordinario di Cagliari (l-Italja) fit-2 ta’ Ottubru 2014 – proċeduri kriminali kontra Claudia Concu, Isabella Melis

(Kawża C-457/14)

(2014/C 439/32)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale ordinario di Cagliari

Partijiet fil-kawża prinċipali

Claudia Concu, Isabella Mel

Domandi preliminari

1)

L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE, kif ukoll il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tas-16 ta’ Frar 2012, Costa u Cifone (C-72/10 u C-77/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li konċessjonijiet ta’ tul inqas minn dawk li nħarġu preċedentement ikunu s-suġġett ta’ sejħa għal offerti, filwaqt li din tal-aħħar tiġi organizzata bil-għan li tirrimedja għall-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċertu numru ta’ operaturi mis-sejħiet għal offerti?

2)

L-Artikoli 49 et seq u 56 et seq TFUE, kif ukoll il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza tas-16 ta’ Frar 2012, Costa u Cifone (C-72/10 u C-77/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-rekwiżit ta’ organizzazzjoni mill-ġdid tas-sistema permezz ta’ allinjament fiż-żmien tal-iskadenzi tal-konċessjonijiet jikkostitwixxi ġustifikazzjoni kawżali adegwata għal tul imnaqqas ta’ konċessjonijiet li huma s-suġġett ta’ sejħa għal offerti fir-rigward tat-tul tal-konċessjonijiet mogħtija fl-imgħoddi?


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Аdministrativen sad – Varna (il-Bulgarija) fit-8 ta’ Ottubru 2014 – Asparuhovo Lake Investment Company OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

(Kawża C-463/14)

(2014/C 439/33)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Аdministrativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Asparuhovo Lake Investment Company OOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno Upravlenie na Natsionalnata Agentsia za Prihodite

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 24(1) u tal-Artikolu 25(b) tad-Direttiva 2006/112 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-kunċett ta’ “provvista ta’ servizzi” jkopri wkoll kuntratti ta’ abbonamenti għat-twettiq ta’ servizzi ta’ konsulenza, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fil-kuntest tagħhom il-fornitur, li jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu membri tal-persunal ikkwalifikat sabiex jipprovdu s-servizzi, ikun qiegħed lilu nnifsu għad-dispożizzjoni tal-abbonat matul it-tul tal-kuntratt u jkun intrabat li jastjeni milli jikkonkludi kuntratti dwar suġġetti analogi ma’ kompetituri tal-abbonat?

2)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 64(1) u tal-Artikolu 63 tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-avveniment li jagħti lok għall-impożizzjoni tat-taxxa fil-każ tal-provvista ta’ servizzi ta’ konsulenza fuq il-bażi ta’ abbonament iseħħ hekk kif jintemm il-perijodu li fir-rigward tiegħu jkun miftiehem il-ħlas, irrispettivament minn jekk u minn kemm il-darba l-abbonat ibbenefika mis-servizz li fir-rigward tiegħu l-konsulent ikun qiegħed ruħu għad-dispożizzjoni tal-abbonat?

3)

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 62(2) tad-Direttiva 2006/112 għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-fornitur fil-kuntest ta’ kuntratt għall-provvista ta’ servizz fuq il-bażi ta’ abbonament huwa obbligat jiffattura l-VAT fuq din il-provvista hekk kif jintemm il-perijodu li fir-rigward tiegħu tkun ġiet miftiehma remunerazzjoni għall-abbonament jew fis-sens li dan l-obbligu jirriżulta biss fil-każ li, matul il-perijodu fiskali rilevanti, l-abbonat ikun effettivament ibbenefika minn dawn is-servizzi ta’ konsulenza?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/25


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ottubru 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tad-Danimarka

(Kawża C-468/14)

(2014/C 439/34)

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Clausen. u C. Cattabriga, aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tad-Danimarka

Talbiet

tikkonstata li, billi żamm fis-seħħ sitwazzjoni legali fejn il-bejgħ ta’ tabakk għall-użu orali (snus) huwa awtorizzat, bi ksur tal-Artikolu 8, moqri flimkien mal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri li jirrelataw mal-manifattura, preżentazzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti tat-tabakk (1), ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt din id-direttiva.

tikkundanna lir-Renju tad-Danimarka għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-Renju tad-Danimarka naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2001/37/KE billi pprekluda biss il-bejgħ ta’ tabakk għall-użu orali (snus) f’boroż żgħar, iżda mhux il-bejgħ ta’ tabakk għall-użu orali sfuż fid-Danimarka. Ir-Renju tad-Danimarka ma kkontestax il-fatt li l-leġiżlazzjoni tiegħu ma hijiex konformi mad-dritt tal-Unjoni fir-rigward tal-projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni ta’ tabakk għall-użu orali. Abbozz ta’ liġi dwar projbizzjoni kompleta tal-bejgħ ta’ tabakk għall-użu orali fid-Danimarka kien madankollu miċħud mill-Folketing (Il-Parlament Daniż).

Ir-Renju tad-Danimarka ma ħax impenji oħra sabiex irendi l-leġiżlazzjoni Daniża konformi mad-dritt tal-Unjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tikkonstata li r-Renju tad-Danimarka jissokta bin-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 8, moqri flimkien mal-Artikolu 2(4) tad-Direttiva 2001/37.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 147


Il-Qorti Ġenerali

8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/26


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2014 – Technische Universität Dresden vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-29/11) (1)

(“Klawżola ta’ arbitraġġ - Programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika - Kuntratt ta’ finanzjament ta’ rikors - Rikors għal annullament - Nota ta’ debitu - Natura kuntrattwali tal-kawża - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Inammissibbiltà - Klassifikazzjoni mill-ġdid tar-rikors - Spejjeż eliġibbli”)

(2014/C 439/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Technische Universität Dresden (Dresden, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Brüggen, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Bogensberger u D. Calciu, sussegwentement W. Bogensberger u F. Moro, aġenti, assistiti minn R. Van der Hout u A. Köhler, avukati)

Suġġett

Annullament tan-nota ta’ debitu Nru 3241011712, maħruġa mill-Kummissjoni fl-4 ta’ Novembru 2010 għall-irkupru ta’ somma ta’ EUR 55  377,62 mħallsa ta’ parti mill-ħlasijiet bil-quddiem mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ għajnuna finanzjarja Komunitarja favur il-proġett imwettaq skont il-Programm ta’ Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008).

Dispożittiv

1)

L-ispejjeż tal-persunal għal H. li jammontaw għal EUR 56,76, l-ispejjeż ta’ trasferiment li jammontaw għal EUR 1  354,08 u l-ispejjeż ta’ provvisti ta’ servizz li jammontaw għal EUR 351,82 sostnuti minn Technische Universität Dresden fil-kuntest tal-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, bir-Referenza 2003114 (SI2.377438), dwar il-finanzjament tal-proġett “Collection of European Data on Lifestyle Health Determinants – Coordinating Party (LiS)” imwettaq skont il-programm ta’ azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika (2003-2008) huma eliġibbli, b’tali mod li d-dejn tal-Kummissjoni Ewropea relatat għal dawn l-ammonti u inkluż fin-nota ta’ debitu Nru 3241011712, tal-4 ta’ Novembru 2010, huwa infondat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Technische Universität Dresden hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 80, 12.3.2011.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/27


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2014 – Grau Ferrer vs UASI – Rubio Ferrer (Bugui va)

(Kawża T-543/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Bugui va - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti Bugui u trade mark figurattiva Komunitarja preċedenti BUGUI - Raġuni relattiva għal rifjut - Ċaħda tal-oppożizzjoni - Artikolu 76(2) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Eżistenza tat-trade mark preċedenti - Assenza ta’ teħid inkunisiderazzjoni ta’ provi ppreżentati insostenn tal-oppożizzjoni quddiem il-Bord tal-Appell - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009 - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Forma li hija differenti imma biss fir-rigward ta’ ċerti elementi li ma jbiddlux il-karattru distintiv”])

(2014/C 439/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Xavier Grau Ferrer (Caldes de Montbui, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: S. Palmero Cabezas u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Juan Cándido Rubio Ferrer (Xeraco, Spanja) u Alberto Rubio Ferrer (Xeraco) (rappreżentant: A. Cañizares Doménech, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ottubru 2012 (Każijiet magħquda R 274/2011-4 u R 520/2011-4), dwar prpoċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn, minn naħa, Xavier Grau Ferrer u, min-naħa l-oħra, Juan Cándido Rubio Ferrer u Alberto Rubio Ferrer.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armoninzzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-11 ta’ Ottubru 2012 (Każijiet magħquda R 274/2011-4 u R 520/2011-4), hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti minn Xavier Grau Ferrer.

3)

Juan Cándido Rubio Ferrer u Alberto Rubio Ferrer għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 55, 23.02.2013.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/27


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Ottubru 2014 – Holistic Innovation Institute vs REA

(Kawża T-706/14 R)

((Miżuri provviżorji - Proġetti ffinanzjati mill-Unjoni Ewropea fil-qasam tar-riċerka u tal-iżvilupp teknoloġiku - Deċiżjoni ta’ rifjut ta’ parteċipazzjoni f’ċerti proġetti - Talba għal sospenzjoni tal-eżekuzzjoni - Interpretazzjoni żbaljata tar-rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà))

(2014/C 439/37)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Holistic Innovation Institute, SLU (Pozuelo de Alarcón, Spanja) (rappreżentant: R. Muñiz García, avukat)

Konvenut: Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA) (rappreżentant: G. Gascard, aġent)

Suġġett

Talba għal estensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ARES (2014) 2461172 tal-Aġenzija eżekuttiva għar-riċerka (REA), tal-24 ta’ Lulju 2014, li teskludi lir-rikorrenti mill-parteċipazzjoni fil-proġetti ZONeSEC u Inachus.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/28


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2014 – Arvanitis et vs Il-Parlament Ewropew et

(Kawża T-350/14)

(2014/C 439/38)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Athanasios Arvanitis (Rodos, il-Greċja) u 47 rikorrent oħra (rappreżentant: Ch. Papadimitriou, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, Eurogroup

Talbiet

tiddikjara li l-konvenuti naqsu milli jadottaw il-miżuri leġiżlattivi neċessarji għall-finijiet tal-implementazzjoni sħiħa tal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari tad-Direttiva dwar ix-xogħol għal żmien determinat, fid-dawl tat-tkeċċija tagħhom minn dik li kienet Olympiaki Aeroporia, liema tkeċċija kienet imposta permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea implementata fl-ordinament ġuridiku Grieg permezz tal-Liġi Nru 3717/2008;

tagħti lir-rikorrenti, kif ukoll lill-impjegati mkeċċija kollha ta’ dik li kienet Olympiaki Aeroporia, permezz ta’ att tad-dritt tal-Unjoni – direttiva, regolament jew att leġiżlattiv ieħor tal-Unjoni – li jkollu effett dirett, il-possibbiltà li jitolbu l-kumpens li għalih kienu jkunu intitolati bħala impjegati permanenti fir-rigward tat-tkeċċija jew tal-waqfien mix-xogħol obbligatorji tagħhom minn ma’ Olympiaki Aeroporia, u

tistabbilixxi kumpens għad-danni fl-ammont ta’ EUR 3 00  000 permezz ta’ att tad-dritt tal-Unjoni – direttiva, regolament jew att leġiżlattiv ieħor tal-Unjoni – li jkollu effett dirett, favur kull wieħed mir-rikorrenti fir-rigward tal-inkwiet, tat-tħassib, tal-ksur gravi tad-drittijiet fundmanetali u tal-waqfien prematur tal-ħajja tax-xogħol.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv: il-Liġi Nru 3717/2008, li permezz tagħha kienu previsti l-għeluq ta’ Olympiaki Aeroporia u t-tkeċċija tal-impjegati temporanji kollha, tikkostitwixxi fil-verità att tal-Unjoni u kienet essenzjalment imposta mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni, b’mod partikolari mill-BĊE u mill-Kummissjoni Ewropea, u l-miżuri leġiżlattivi kollha adottati mill-Gvern Elleniku ġew adottati fuq l-indikazzjonijiet mogħtija mill-Eurogroup, mill-ECOFIN, mill-BĊE u mill-Kummissjoni Ewropea, u b’mod partikolari b’riżultat tad-deċiżjoni ta’ dawn tal-aħħar.

2.

It-tieni motiv: il-fatt li l-impjegati temporanji mkeċċija, li kienu impjegati ma’ dik li kienet Olympiaki Aeroporia, ma ġewx ikkunsidrati bl-istess mod bħall-impjegati l-oħra li kienu impjegati mill-istess Olympiaki Aeroporia fuq bażi permanenti, u l-fatt li l-impjegati temporanji mkeċċija ma kinux espliċitament ikkumpensati meta ntemm l-impjieg tagħhom, ikkawżawlhom dannu dirett, personali u gravvi u ċaħduhom mit-tgawdija tad-drittijiet fundamentali tagħhom.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/29


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Mejju 2014 – Grigoriadis et vs Il-Parlament

(Kawża T-413/14)

(2014/C 439/39)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Grigoris Grigoriadis (Ateni, il-Greċja), Faidra Grigoriadou (Ateni), Ioannis Tsolias (Thessaloniki, il-Greċja), Dimitrios Alexopoulos (Thessaloniki), Nikolaos Papageorgiou (Ateni) u Ioannis Marinopoulos (Ateni) (rappreżentant: Ch. Papadimitriou, avukat)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Bank Ċentrali Ewropew, L-Ewrogrupp

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata li l-konvenuti naqsu milli jadottaw il-miżuri leġiżlattivi neċessarji sabiex jeżentaw b’mod espliċitu mill-parteċipazzjoni obbligatorja (fid-dejn pubbliku) prevista bil-PSI għad-detenturi rregolati mid-dritt Grieg ta’ bonds Griegi l-bonds akkwistati mir-rikorrenti;

tagħti lir-rikorrenti, permezz ta’ miżura, direttiva, regolament jew kull att ieħor tad-dritt Komunitarju applikabbli direttament, l-abbiltà li jirkupraw il-valur sħiħ tal-bonds inklużi fil-programm PSI mingħajr ma jkunu talbuh u mingħajr ma jkunu taw il-kunsens għalih; u

tagħti, permezz ta’ miżura, direttiva, regolament jew kull att ieħor tad-dritt Komunitarju applikabbli direttament, kumpens ta’ EUR 5 00  000 lil kull waħda mir-rikorrenti għall-inkonvenjent, id-danni u l-ksur gravi tad-drittijiet fudnamentali sostnuti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-ħames motivi li ġejjin:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-atti leġiżlattivi u dawk li ma humiex, li wasslu lill-Greċja għall-parteċipazzjoni obbligatorja fil-PSI tad-detenturi rregolati mid-dritt Grieg ta’ bonds Griegi huma atti purament tal-Unjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-miżuri adottati mill-Gvern Grieg sabiex jiffaċċja d-dejn Grieg huma sostanzjalment dawk imposti mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari mill-BĊE u mill-Kummissjoni Ewropea.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li l-konvenuti naqsu milli jadottaw il-miżuri leġiżlattivi neċessarji sabiex il-bonds Griegi tar-rikorrenti jiġu eżentati b’mod espliċitu permezz tal-atti tal-Kunsill tal-Ministri Grieg li fihom ġew iddefiniti t-termini ta’ applikazzjoni tal-PSI fil-Greċja.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li n-nuqqas ta’ eżenzjoni espliċita tal-parteċipazzjoni fil-PSI kkawża lir-rikorrenti dannu personali serju u dirett u ċaħħadhom milli jgawdu mid-drittijiet fundamentali tagħhom.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq li l-miżuri leġiżlattivi kollha tal-Gvern Grieg ġew adottati fuq indikazzjoni jew, b’mod iktar korrett, fuq deċiżjoni tal-Ewrogrupp, tal-ECOFIN, tal-BĊE u tal-Kummissjoni Ewropea.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/29


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ Settembru 2014 – Micula et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-646/14)

(2014/C 439/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ioan Micula (Oradea, ir-Rumanija); S.C. European Food SA (Drăgăneşti –ir-Rumanija); S.C. Starmill Srl (Drăgăneşti); S.C. Multipack Srl (Drăgăneşti); Viorel Micula (Oradea) (rappreżentanti: K. Hobér, J. Ragnwaldh, T. Pettersson, E. Gaillard u Y. Banifatemi, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni C(2014) 3192 finali, tas-26 ta’ Mejju 2014, li ngħatat fil-każ dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.38517 (2014/NN) – Micula vs Romania (Deċiżjoni ta’ arbitraġġ tal-ICSID), li tordna li r-Rumanija tissospendi kull azzjoni li tista’ twassal għall-eżekuzzjoni jew għall-implementazzjoni tad-deċiżjoni tal-11 ta’ Diċembru 2013 mogħtija minn tribunal ta’ arbitraġġ stabbilit taħt iċ-Ċentru Internazzjonali għas-Soluzzjoni tat-Tilwim dwar l-Investiment fil-każ Ioan Micula, Viorel Micula et vs Ir-Rumanija (ICSID Każ ARB/05/20), peress li l-Kummissjoni tqis li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat illegali, sakemm il-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni finali dwar il-kompatibbiltà ta’ din l-għajnuna mill-Istat mas-suq intern.

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv, li jallega nuqqas ta’ kompetenza.

Il-liġi tal-UE ma tapplikax għal dan il-każ u l-Kummissjoni ma għandhiex kompetenza biex tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament Nru 659/1999. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tonqos milli tirrikonoxxi li r-Rumanija hija marbuta taħt il-liġi internazzjonali li teżegwixxi minnufih id-deċiżjoni ta’ arbitraġġ tal-ICSID u li l-obbligi taħt il-liġi internazzjonali tar-Rumanija jieħdu preċedenza fuq il-liġi tal-UE. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tikser l-Artikolu 351(1) TFUE u l-Artikolu 4(3) TUE, li jirrikonoxxu u jipproteġu l-obbligi tar-Rumanija taħt il-Konvenzjoni ICSID u taħt it-Trattat Bilaterali dwar l-Investiment bejn l-Isvezja u r-Rumanija.

2.

It-tieni motiv, li jallega żball manifest ta’ liġi u ta’ evalwazzjoni.

Il-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi billi kkategorizzat b’mod żbaljat l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ tal-ICSID bħala miżura ta’ għajnuna mill-Istat ġdida u kisret l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti. Id-deċiżjoni kollha tal-Kummissjoni hija bbażata fuq il-preżunzjoni skorretta li l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ arbitraġġ tal-ICSID tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat taħt il-liġi tal-UE. Id-deċiżjoni ta’ arbitraġġ tal-ICSID la tagħti vantaġġ ekonomiku lir-rikorrenti, la tikkostitwixxi miżura selettiva, la miżura volontarja attribwibbli lir-Rumanija, u lanqas ma toħloq distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni.


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/30


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Bayerische Motoren Werke vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-671/14)

(2014/C 439/41)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bayerische Motoren Werke AG (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Rosenthal, G. Drauz u M. Schütte, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tad-9 ta’ Lulju 2014 fil-Każ SA.32009 (2001/C) skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE sa fejn din tiddikjara inkompatibbli mas-suq intern is-somma ta’ EUR 2 8 2 57  273, li tikkorrispondi għal parti mill-għajnuna ta’ EUR 4 5 2 57  273 mitluba li teċċedi EUR 17-il miljun;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta tad-9 ta’ Lulju 2014 fil-Każ SA.32009 (2001/C) skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE sa fejn din tiddikjara inkompatibbli mas-suq intern is-somma ta’ EUR 22.5 miljun eżentata mill-obbligu ta’ notifika skont l-Artikolu 6(2) tar-Regolament (KE) Nru 800/2008 (1);

tikkundanna lill-konvenuta tbati l-ispejjeż tal-kawża skont l-Artikolu 87 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-motivi li ġejjin:

1.

L-ewwel motiv: ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE

Ir-rikorrenti ssostni li l-konvenuta kisret l-Artikolu 108(3) TFUE sa fejn din ma ssodisfatx l-obbligu tagħha ta’ eżami b’attenzjoni u imparzjali, u sa fejn din iddikjarat b’mod manifestament żbaljat li l-komunikazzjoni dwar il-kriterji ta’ evalwazzjoni fid-dettall tal-għajnuna reġjonali favur proġetti kbar tal-investiment kienet kompletament applikabbli.

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li, kieku l-konvenuta evalwat korrettament il-pożizzjoni tar-rikorrenti fis-suq, hija ma kinitx tkun tista’ tgħaddi għal evalwazzjoni fid-dettall. Billi għamlet eżami fid-dettall mingħajr ma ddeterminat minn qabel il-pożizzjoni tar-rikorrenti fis-suq u billi applikat fil-konfront tar-rikorrenti trattament diskriminatorju fuq il-bażi tiegħu, il-konvenuta manifestament wettqet żball ta’ evalwazzjoni.

2.

It-tieni motiv: ksur tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE

Ir-rikorrenti ssostni wkoll li billi llimitat, b’mod manifestament żbaljat, l-effett ta’ inċentiv u l-ħtieġa tal-għajnuna għad-differenza fl-ispejjeż bejn Munich u Leipzig, li hija preċedentement evalwat fl-ammont ta’ EUR 17-il miljun, il-konvenuta kisret l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE.

F’dan ir-rigward ir-rikorrenti tispjega li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta ffokat biss fuq din id-differenza fl-ispejjeż fl-evalwazzjoni fid-dettall tagħha u b’mod definittiv, dan l-iffokar u l-awtomazzjonijiet li hija induċiet ma ppermettulhiex li teżerċita b’mod korrett is-setgħa diskrezzjonali tagħha, partikolarment meta eżaminat il-ħtieġa u l-effetti tal-għajnuna.

3.

Motiv sussidjarju: ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE u tar-Regolament Nru 800/2008

Sussidjarjament, ir-rikorrenti ssostni li billi pprekludiet lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, b’mod manifestament żbaljat, milli tagħti lir-rikorrenti għajnuna fuq il-bażi tal-iskema ta’ għajnuna approvata indikata fl-Investitionszulagengesetz (Liġi dwar l-Għajnuna għall-Investimenti) f’ammont li jaqa’ taħt il-limitu ta’ EUR 22,5 miljun li miegħu huwa marbut l-obbligu ta’ notifika, il-konvenuta kisret l-Artikolu 108(3) TFUE kif ukoll ir-Regolament Nru 800/2008.

Ir-rikorrenti tqis li billi llimitat b’dan il-mod l-ammont tal-għajnuna għal-limitu li miegħu huwa marbut l-obbligu ta’ notifika, il-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni, eċċess tas-setgħat tagħha u diskriminazzjoni illeċita fil-konfront tar-rikorrenti b’paragun mal-benefiċjarji ta’ għajnuna li rċevew l-ammont ta’ EUR 22,5 miljun bl-eżenzjoni mill-obbligu ta’ notifika.


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 800/2008, tas-6 ta’ Awwissu 2008, li jiddikjara ċerti kategoriji ta’ għajnuna bħala kompatibbli mas-suq komuni (Regolament għal Eżenzjoni Ġenerali Sħiħa) skont l-Artikoli 87 u 88 tat-Trattat (ĠU L 214, p. 3).


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/31


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – August Wolff u Remedia vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-672/14)

(2014/C 439/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. August Wolff GmbH & Co. KG Arzneimittel (Bielefeld, il-Ġermanja); Remedia d.o.o. (Żagreb, il-Kroazja) (rappreżentanti: P. Klappich, C. Schmidt u P. Arbeiter, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni C(2014) 6030 li, fil-qafas tal-Artikolu 31 tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tikkonċerna l-awtorizzazzjonijiet għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti mediċinali topiċi għall-użu mill-bniedem li fihom konċentrazzjoni għolja ta’ estradjol, sa fejn din id-deċiżjoni tobbliga lill-Istati Membri josservaw l-obbligi previsti f’din id-deċiżjoni fir-rigward tal-prodotti mediċinali topiċi li, f’termini ta’ piż, fihom 0,01 % ta’ estradjol, kemm jekk inklużi fl-Anness I tagħha kif ukoll jekk le, bl-eċċezzjoni tar-restrizzjoni li permezz tagħha l-prodotti mediċinali topiċi li, f’termini ta’ piż, fihom 0,01 % ta’ estradjol, jistgħu jibqgħu jiġu applikati biss b’mod intravaġinali.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 31 et seq tad-Direttiva 2001/83/KE (1)

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq proċedura mibdija u mmexxija b’mod illegali mill-aspett formali. Barra minn hekk, ir-rikorrenti jindikaw b’mod partikolari li, għall-kuntrarju ta’ dak li tipprevedi l-ewwel sentenza tal-Artikolu 31(1) tad-Direttiva 2001/83, il-proċedura ma nbdietx qabel iżda wara li ngħatat deċiżjoni dwar it-talba għal awtorizzazzjoni mill-ġdid fir-rigward tal-prodott mediċinali u lanqas ma kien hemm każ ta’ interess speċifiku għall-Unjoni. Fir-rigward tal-ewwel rikorrenti, il-fatt li nbdiet il-proċedura jikkostitwixxi wkoll ksur tad-dispożizzjonijiet applikabbli għall-awtorizzazzjoni mill-ġdid ta’ prodotti mediċinali fil-Ġermanja.

Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-kumitat xjentifiku kompetenti sabiex jevalwa r-riskji ma kienx involut fil-proċedura u li, barra minn hekk, membru parzjali tal-Kumitat Xjentifiku għall-Prodotti Mediċinali, li quddiemu nbdiet il-proċedura, ġie maħtur bħala relatur.

Barra minn hekk, l-ewwel rikorrenti ssostni li hija ma nstemgħetx b’mod regolari dwar aspett essenzjali fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżami mill-ġdid tal-opinjoni.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 116 u tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 126 tad-Direttiva 2001/83

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuq evalwazzjoni ineżatta tal-bilanċ bejn il-benefiċċju u r-riskju tal-prodott mediċinali. Il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni b’mod partikolari l-fatt li, matul perijodu ta’ preżenza fis-suq ta’ iktar minn 45 sena, l-ewwel rikorrenti qatt ma waslitilha informazzjoni dwar riskji gravi mill-użu tal-prodott medicinali li fih, f’termini ta’ piż, 0,01 % ta’ estradjol.

Barra minn hekk, skont ir-rikorrenti, għalkemm il-piż tal-allegazzjoni u tal-prova tal-eżistenza ta’ riskji ġodda mill-użu ta’ prodott medicinali jaqa’ fuq il-Kummissjoni, din ma ppreżentatx data jew informazzjoni xjentifiċi ġodda li minnhom jirriżulta li jeżisti tali riskju.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jindikaw li t-twissijiet li jinsabu fl-informazzjoni dwar il-prodott mediċinali previsti fid-deċiżjoni kkontestata u r-restrizzjonijiet l-oħra għall-awtorizzazzjoni għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott mediċinali kif ukoll ir-rekwiżiti li fuqhom hija bbażata din l-awtorizzazzjoni huma sproporzjonati u jiksru l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament. B’mod partikolari, hija sproporzjonata l-limitazzjoni fir-rigward tat-tul tal-użu flimkien mal-esklużjoni ta’ użu repetut tal-prodott medicinali li ġiet introdotta bħala emenda tal-informazzjoni dwar il-prodott mediċinali. Minflok il-limitazzjoni tat-tul tal-użu flimkien mal-esklużjoni ta’ użu repetut tal-prodott mediċinali seta’ jiġi kkummissjonat studju tal-allegat tħassib ta’ natura sanitarja, bħala metodu inqas restrittiv.


(1)  Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69).


8.12.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 439/33


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Settembru 2014 – Lupin vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-680/14)

(2014/C 439/43)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lupin Ltd (Maharashtra, l-Indja) (rappreżentanti: M. Pullen, R. Fawcett-Feuillette, M. Boles, Solicitors, V. Wakefield, Barrister, u M. Hoskins QC)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara d-Deċiżjoni nulla sa fejn tikkonstata li Lupin kiser l-Artikolu 101 TFUE; u/jew

tħassar jew tnaqqas il-multa imposta fuq Lupin; u

tordna lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż sostnuti minn Lupin f’dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz ta’ din il-kawża tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2014) 4955 final, tad-9 ta’ Lulju 2014, fil-Każ AT.39612 – Perindopril (Servier).

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi sa fejn ikkonstatat li r-rikorrenti kienet wettqet ksur tal-Artikolu 101 TFUE minħabba l-għan. Ir-rikorrenti ssostni li:

il-konstatazzjoni tal-Kummissjoni hija illegali peress li tapplika test ġuridiku kompletament innovattiv u żbaljat. B’mod partikolari, dan it-test huwa bbażat fuq il-ħlas ta’ “inċentiv sinjifikattiv”, li skont ir-rikorrenti ma huwiex rifless fil-ġurisprudenza eżistenti u huwa legalment żbaljat;

l-approċċ tal-Kummissjoni jonqos milli jirrikonoxxi u jagħti effett mhux biss lill-għanijiet tad-dritt tal-kompetizzjoni, iżda wkoll lill dawk tad-dritt tal-privattivi u tal-proċedura ċivili moderna. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni messha evalwat il-kwistjoni ta’ restrizzjoni minħabba l-għan b’riferiment għad-duttrina tar-restrizzjonijiet anċillari u/jew b’riferiment għall-prinċipji rrikonoxxuti fis-sentenza Wouters. In-nuqqas tagħha li tagħmel dan ikkostitwixxa żball ta’ liġi.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni wettqet żball ta’ liġi sa fejn ikkonstatat li r-rikorrenti kienet wettqet ksur tal-Artikolu 101 TFUE minħabba l-effett. Ir-rikorrenti tqis li l-approċċ tal-Kummissjoni sabiex tiddetermina jekk ftehim ta’ tranżazzjoni dwar privattiva kienx jikkostitwixxi ksur minħabba l-effett kien ivvizzjat mill-istess difetti bħall-approċċ tagħha dwar ksur minħabba l-għan.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni żbaljat meta imponiet multa fuq ir-rikorrenti jew, sussidjarjament, li l-multa imposta kienet għolja wisq u għandha titnaqqas. Ir-rikorrenti ssostni li:

l-allegat aġir ħażin tagħha huwa ta’ natura innovattiva u ma jimmerita ebda multa jew, sussidjarjament, jimmerita biss multa simbolika;

il-multa ma tirriflettix il-gravità u t-tul relattivi tal-allegat ksur tar-rikorrenti u hija inġusta;

il-Kummissjoni naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-valur leġittimu tal-proprjetà intellettwali ttrasferita mir-rikorrenti lil Servier;

il-Kummissjoni kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament meta mqabbel mal-multa imposta fuq Krka.