ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 420

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
22 ta' Novembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 420/01

Opinjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2014 rigward il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li joriġina mit-tindif u ż-żarmar parzjali kif ukoll mir-riallokazzjoni parzjali lejn faċilità ta’ ħżin temporanja tal-Impjant tal-MOX ta’ Sellafield fir-Renju Unit

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 420/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7406 — Versalis/Lotte Chemical Corporation/Lotte Versalis Elastomers) ( 1 )

3

2014/C 420/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7431 — Mapfre/DL Germany/DL Italy) ( 1 )

3

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2014/C 420/04

Deciżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2014 li taħtar membru supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għal Malta

4

2014/C 420/05

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-18 ta’ Novembru 2014 li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal-Latvja

6

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 420/06

Rata tal-kambju tal-euro

7

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 420/07

Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

8

2014/C 420/08

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

8

2014/C 420/09

Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13; ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17; ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34; ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22; ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12; ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8; ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14; ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30; ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18; ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12; ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3; ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7; ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11; ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22; ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9; ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9; ĠU C 242, 23.8.2013, p. 2; ĠU C 275, 24.9.2013, p. 7; ĠU C 314, 29.10.2013, p. 5; ĠU C 324, 9.11.2013, p. 6; ĠU C 57, 28.2.2014, p. 4; ĠU C 167, 4.6.2014, p. 9; ĠU C 244, 26.7.2014, p. 22; ĠU C 332, 24.9.2014, p. 12)

9

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 420/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7414 — ReAssure/HSBC Life UK) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

18

2014/C 420/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Kaz M.7405 — Yanfeng/JCI Interiors Business) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

19

2014/C 420/12

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7424 — CCMP/INEOS/PQ) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

20

2014/C 420/13

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7415 — Värde/Banco Popular/E-Com) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

21

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kummissjoni Ewropea

22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/1


OPINJONI TAL-KUMMISSJONI

tat-30 ta’ Ottubru 2014

rigward il-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li joriġina mit-tindif u ż-żarmar parzjali kif ukoll mir-riallokazzjoni parzjali lejn faċilità ta’ ħżin temporanja tal-Impjant tal-MOX ta’ Sellafield fir-Renju Unit

(it-test bl-Ingliż biss huwa awtentiku)

2014/C 420/01

Il-valutazzjoni ta’ hawn taħt qed titwettaq skont id-dispożizzjonijiet tat-Trattat tal-Euratom, mingħajr ħsara għal kwalunkwe valutazzjoni oħra li għandha titwettaq skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-obbligi li toħroġ minnu u mil-leġiżlazzjoni sekondarja (1).

Fis-17 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet mingħand il-Gvern tar-Renju Unit, skont l-Artikolu 37 tat-Trattat tal-Euratom, Dejta Ġenerali relatata mal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv li joriġina mill-Impjant tal-MOX ta’ Sellafield.

Abbażi ta’ din id-dejta u t-tagħrif addizzjonali mitlub mill-Kummissjoni fis-17 ta’ Jannar 2014 u pprovdut mill-awtoritajiet tar-Renju Unit fil-25 ta’ Ġunju 2014, u wara konsultazzjoni mal-Grupp ta’ Esperti, il-Kummissjoni fasslet l-opinjoni li ġejja:

1.

Id-distanza mis-sit sal-eqreb fruntiera ta’ Stat Membru ieħor, f’dan il-każ l-Irlanda, hija ta’ 180 km.

2.

Fil-kundizzjonijiet operazzjonali normali, il-ħruġ ta’ effluwenti gassużi u likwidi radjuattivi mhux qed jitqiesu li jistgħu jikkawżaw esponiment sinifikanti għall-popolazzjoni ta’ xi Stat Membru ieħor mil-lat ta’ saħħa.

3.

L-iskart radjuattiv solidu se jinħażen b’mod temporanju fuq is-sit qabel ma jiġi ttrasferit għal faċilitajiet ta’ rimi liċenzjati fir-Renju Unit.

4.

L-iskart solidu jew l-fdalijiet ta’ materjal li mhux radjuattivi, f’konformità mal-livelli ta’ approvazzjoni, se jiġu rilaxxati mill-kontroll regolatorju għar-rimi bħala skart konvenzjonali, għall-użu mill-ġdid jew għar-riċiklaġġ. Dan se jsir skont il-kriterji stipulati fl-Istandards Bażiċi tas-Sikurezza (id-Direttiva 96/29/Euratom).

5.

F’każ ta’ rilaxxi mhux ippjanati ta’ effluwenti radjuattivi, li jistgħu jirriżultaw minn xi inċidenti tat-tip u tad-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, id-dożi li x’aktarx jilħqu lill-popolazzjoni fi Stat Membru ieħor mhux se jkunu sinifikanti mil-lat ta’ saħħa.

Bħala konklużjoni, il-Kummissjoni hija tal-opinjoni li l-implimentazzjoni tal-pjan għar-rimi tal-iskart radjuattiv, fi kwalunkwe forma, li joriġina mit-tindif u ż-żarmar parzjali kif ukoll mir-riallokazzjoni parzjali lejn faċilità ta’ ħżin temporanja tal-Impjant tal-MOX ta’ Sellafield li jinsab fir-Renju Unit, kemm waqt it-tħaddim normali u kemm fil-każ ta’ inċidenti tat-tip u d-daqs ikkunsidrati fid-Dejta Ġenerali, x’aktarx li ma jirriżultax f’kontaminazzjoni radjuattiva, li tkun sinifikanti mil-lat ta’ saħħa, tal-ilma, tal-ħamrija jew tal-ispazju tal-ajru ta’ Stat Membru ieħor.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Ottubru 2014.

Għall-Kummissjoni

Günther OETTINGER

Viċi President tal-Kummissjoni


(1)  Pereżempju, skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-aspetti ambjentali għandhom jiġu vvalutati aktar. B’mod indikattiv, il-Kummissjoni tixtieq tiġbed l-attenzjoni għad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2011/92/UE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, id-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent, kif ukoll id-Direttiva 92/43/KEE dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa u d-Direttiva 2000/60/KE li tistabbilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7406 — Versalis/Lotte Chemical Corporation/Lotte Versalis Elastomers)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 420/02

Fit-13 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7406. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7431 — Mapfre/DL Germany/DL Italy)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 420/03

Fit-18 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7431. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/4


DECIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Novembru 2014

li taħtar membru supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għal Malta

2014/C 420/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi tal-kandidati sottomessi lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema,

Billi:

(1)

Fid-Deċiżjonijiet tiegħu tat-2 ta’ Diċembru 2013 (2) u tat-8 ta’ Lulju 2014 (3), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-30 ta’ Novembru 2016, bl-eċċezzjoni ta’ ċerti membri.

(2)

L-organizzazzjoni ta’ min iħaddem BUSINESSEUROPE ippreżentat nomina għal kandidat li jrid jimtela,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dan li ġej huwa b’dan maħtur membru supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-30 ta’ Novembru 2016:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membru

Supplenti

Malta

 

Is-Sur Joe FARRUGIA

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta’ Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 358, 7.12.2013, p. 5.

(3)  ĠU L 209, 16.7.2014, p. 54.


22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/6


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-18 ta’ Novembru 2014

li taħtar membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal-Latvja

2014/C 420/05

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati sottomessi lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem,

Wara li kkunsidra l-listi tal-membri u tal-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjonijiet tiegħu tat-2 ta’ Diċembru 2013 (2) u tat-12 ta’ Ġunju 2014 (3), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fis-7 ta’ Novembru 2016.

(2)

L-organizzazzjoni ta’ min iħaddem BUSINESSEUROPE ssottomettiet in-nomini għal żewġ postijiet vakanti li għandhom jimtlew.

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin għandhom jiġu maħtura membru u membru supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fis-7 ta’ Novembru 2016:

III.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membru

Membru supplenti

Il-Latvja

Is-Sur Aleksandrs GRIGORJEVS

Is-Sur Andris POMMERS

Artikolu 2

F’data iktar tard il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx nominati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-18 ta' Novembru 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

S. GOZI


(1)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2013 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 360, 10.12.2013, p. 8).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2014 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal-Litwanja u Malta (ĠU C 182, 14.6.2014, p. 14); Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2014 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal Franza (ĠU C 186, 18.6.2014, p. 5).


Il-Kummissjoni Ewropea

22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-21 ta’ Novembru 2014

2014/C 420/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2422

JPY

Yen Ġappuniż

146,46

DKK

Krona Daniża

7,4413

GBP

Lira Sterlina

0,79210

SEK

Krona Żvediża

9,2295

CHF

Frank Żvizzeru

1,2024

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,4020

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,660

HUF

Forint Ungeriż

304,56

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,2047

RON

Leu Rumen

4,4446

TRY

Lira Turka

2,7595

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4257

CAD

Dollaru Kanadiż

1,3987

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,6348

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5681

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6113

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 380,64

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,5636

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6113

HRK

Kuna Kroata

7,6723

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 003,90

MYR

Ringgit Malażjan

4,1463

PHP

Peso Filippin

55,792

RUB

Rouble Russu

56,5081

THB

Baht Tajlandiż

40,663

BRL

Real Brażiljan

3,1657

MXN

Peso Messikan

16,9107

INR

Rupi Indjan

76,5880


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/8


Informazzjoni mogħtija mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2014/C 420/07

B’konformità mal-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq skont kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Id-data u l-ħin tal-għeluq

6.11.2014

Tul ta’ żmien

6.11.2014–31.12.2014

Stat Membru

Spanja

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

BSF/56712-

Speċi

Ċinturin iswed (Aphanopus carbo)

Żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

73/DSS


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/8


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

2014/C 420/08

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

10.11.2014

Tul ta’ żmien

10.11.2014–31.12.2014

Stat Membru

Ir-Renju Unit

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

SRX/2AC4-C

Speċi

Rebekkini u raj (Rajiformes)

Żona

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

75/TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/9


Aġġornament tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU C 316, 28.12.2007, p. 1; ĠU C 134, 31.5.2008, p. 16; ĠU C 177, 12.7.2008, p. 9; ĠU C 200, 6.8.2008, p. 10; ĠU C 331, 31.12.2008, p. 13; ĠU C 3, 8.1.2009, p. 10; ĠU C 37, 14.2.2009, p. 10; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 20; ĠU C 99, 30.4.2009, p. 7; ĠU C 229, 23.9.2009, p. 28; ĠU C 263, 5.11.2009, p. 22; ĠU C 298, 8.12.2009, p. 17; ĠU C 74, 24.3.2010, p. 13; ĠU C 326, 3.12.2010, p. 17; ĠU C 355, 29.12.2010, p. 34; ĠU C 22, 22.1.2011, p. 22; ĠU C 37, 5.2.2011, p. 12; ĠU C 149, 20.5.2011, p. 8; ĠU C 190, 30.6.2011, p. 17; ĠU C 203, 9.7.2011, p. 14; ĠU C 210, 16.7.2011, p. 30; ĠU C 271, 14.9.2011, p. 18; ĠU C 356, 6.12.2011, p. 12; ĠU C 111, 18.4.2012, p. 3; ĠU C 183, 23.6.2012, p. 7; ĠU C 313, 17.10.2012, p. 11; ĠU C 394, 20.12.2012, p. 22; ĠU C 51, 22.2.2013, p. 9; ĠU C 167, 13.6.2013, p. 9; ĠU C 242, 23.8.2013, p. 2; ĠU C 275, 24.9.2013, p. 7; ĠU C 314, 29.10.2013, p. 5; ĠU C 324, 9.11.2013, p. 6; ĠU C 57, 28.2.2014, p. 4; ĠU C 167, 4.6.2014, p. 9; ĠU C 244, 26.7.2014, p. 22; ĠU C 332, 24.9.2014, p. 12)

2014/C 420/09

Il-pubblikazzjoni tal-lista ta’ postijiet ta’ qsim il-fruntiera msemmija fl-Artikolu 2(8) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) hija bbażata fuq l-informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 34 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.

Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, jeżisti aġġornament regolari li huwa disponibbli fuq is-sit elettroniku tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

L-AWSTRIJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 313, 17.10.2012

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

Ajruporti u ajrudromi

AJRUPORTI

1.

Graz – Thalerhof

2.

Innsbruck – Kranebitten

3.

Klagenfurt – Wörthersee

4.

Linz – Hörsching

5.

Salzburg – Maxglan

6.

Wien – Schwechat

AJRUDROMI

1.

Dobersberg

2.

Eferding

3.

Feldkirch Heliport

4.

Feldkirchen – Ossiacher See

5.

Ferlach-Glainach

6.

Freistadt

7.

Friesach-Hirt

8.

Fürstenfeld

9.

Gmunden

10.

Goldeck Talstation

11.

Hofkirchen

12.

Hohenems-Dornbirn

13.

Glock Ferlach Heliport

14.

Kapfenberg

15.

Kirchdorf-Micheldorf

16.

Krems-Langenlois

17.

Kufstein-Langkampfen

18.

Lanzen-Turnau

19.

Leoben-Timmersdorf

20.

Lienz-Nikolsdorf

21.

Mariazell

22.

Mayerhofen

23.

Niederöblarn

24.

Nötsch im Gailtal

25.

Pinkafeld

26.

Pöchlarn-Wörth

27.

Punitz-Güssing

28.

Reutte-Höfen

29.

Ried-Kirchheim

30.

St. Andrä im Lavanttal

31.

St. Donat–Mairist

32.

St. Georgen am Ybbsfeld

33.

St. Johann/Tirol

34.

Scharnstein

35.

Schärding-Suben

36.

Schruns Heliport “Sanatorium Dr. Schenk”

37.

Seitenstetten

38.

Spitzerberg

39.

Stockerau

40.

Trieben

41.

Villach LKH Heliport

42.

Völtendorf

43.

Vöslau

44.

Weiz-Unterfladnitz

45.

Wels

46.

Wiener Neustadt/Ost

47.

Wolfsberg

48.

Zell am See

49.

Zwatzhof Heliport

50.

Langenlebarn – limitat għal titjiriet militari

51.

Zeltweg – limitat għal titjiriet militari

L-ESTONJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 271, 14.9.2011

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

Il-punti ta’ qsim tal-fruntiera miftuħin għat-traffiku internazzjonali fil-portijiet marittimi u l-kanali tal-ilma transkonfinali

FRUNTIERI FUQ L-ART

L-isem tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera

Il-post fejn titwettaq il-verifika fuq il-fruntiera

Koidula

L-awtostrada Karisilla-Petseri

Luhamaa

L-awtostrada Riia-Pihkva

Narva – 1

L-awtostrada Tallin-Narva

Il-linja tal-ferrovija Koidula

L-istazzjon ferrovjarju Koidula

Il-linja tal-ferrovija Narva

L-istazzjon ferrovjarju Narva

Narva – 2 (1)

Narva

Saatse (1)

L-awtostrada Saatse-Petseri

FRUNTIERI MARITTIMI

L-isem tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera

Il-post fejn titwettaq il-verifika fuq il-fruntiera

Dirhami

Il-port ta’ Dirhami

Heltermaa

Il-port ta’ Heltermaa

Kuivastu

Il-port ta’ Kuivastu

Kunda

Il-port ta’ Kunda

Lehtma

Il-port ta’ Lehtma

Loksa

Il-port ta’ Loksa

Miiduranna

Il-port ta’ Miiduranna

Muuga

Il-port ta’ Muuda

Mõntu

Mõntu

Narva-Jõesuu

Il-port ta’ Narva-Jõesuu

Paldiski – 1

Il-port ta’ Paldiski – Norte

Paldiski – 2

Il-port ta’ Paldiski – Sur

Praaga

Praaga

Pärnu – 2

Il-port ta’ Pärnu

Rohuküla

Il-port ta’ Rohuküla

Roomassaare

Il-port ta’ Roomassaare

Saaremaa sadama

Il-port ta’ Saaremaa

Sillamäe sadama

Il-port ta’ Sillamäe

Tallin – 2

Il-port ta’ Meeruse

Tallin – 3

Il-port ta’ Bekkeri

Tallin – 4

Il-port ta’ Vene-Balti

Tallin – 5

Il-port ta’ Paljassaare

Tallin – 6

Il-port ta’ Lahesuu

Tallin – 8

Il-port ta’ Peetri

Tallin – 10

Il-port ta’ Patarei

Tallin – 11

Il-port ta’ Vana

Tallin – 12

Il-port ta’ Pirita

Veere

Il-port ta’ Veere

Vergi

Il-port ta’ Veere

Virtsu

Il-port ta’ Virtsu

FRUNTIERA TAL-AJRU

Isem tal-punt ta’ qsim tal-fruntiera

Il-post fejn titwettaq il-verifika fuq il-fruntiera

Kuressaare – 2

L-ajruport ta’ Kuressaare

Kärdla

L-ajruport ta’ Kärdla

Pärnu – 1

L-ajruport ta’ Pärnu

Tallin – 1

L-ajruport ta’ Tallin

Tallin – 13

It-terminal tal-ħelikopter ta’ Linnahall

Tartu – 1

L-ajruport ta’ Tartu

Ämari

L-ajruport ta’ Ämari

SPANJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 332, 24.9.2014

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

Fruntieri tal-Ajru

1.

Albacete

2.

Alicante

3.

Almería

4.

Asturias

5.

Badajoz

6.

Barcelona

7.

Bilbao

8.

Burgos

9.

Castellón

10.

Ciudad Real

11.

Fuerteventura

12.

Gerona

13.

Gran Canaria

14.

Granada

15.

Huesca-Pirineos

16.

Ibiza

17.

Jerez de la Frontera

18.

La Coruña

19.

La Palma

20.

Lanzarote

21.

León

22.

Lleida-Alguaire

23.

Madrid-Barajas

24.

Málaga

25.

Matacán (Salamanca)

26.

Menorca

27.

Murcia

28.

Palma de Mallorca

29.

Pamplona

30.

Reus

31.

San Sebastián

32.

Santander

33.

Santiago

34.

Sevilla

35.

Tenerife North

36.

Tenerife South

37.

Teruel

38.

Valencia

39.

Valladolid

40.

Vigo

41.

Vitoria

42.

Zaragoza

Fruntieri tal-Baħar

1.

Algeciras (Cádiz)

2.

Alicante

3.

Almería

4.

Arrecife (Lanzarote)

5.

Avilés (Asturias)

6.

Barċellona

7.

Bilbao

8.

Cádiz

9.

Cartagena (Murcia)

10.

Castellón

11.

Ceuta

12.

Ferrol (La Coruña)

13.

Gijón

14.

Huelva

15.

Ibiza

16.

La Coruña

17.

La Línea de la Concepción

18.

La Luz (Las Palmas)

19.

Mahón

20.

Málaga

21.

Melilla

22.

Motril (Granada)

23.

Palma de Mallorca

24.

Puerto del Rosario (Fuerteventura)

25.

Puerto de Santa Cruz de La Palma (La Palma)

26.

Sagunto (Provincia de Valencia)

27.

San Sebastian

28.

Santa Cruz de Tenerife

29.

Santander

30.

Sevilla

31.

Tarifa

32.

Tarragona

33.

Valencia

34.

Vigo

Fruntieri tal-art

1.

Ceuta

2.

Melilla

3.

La Seo de Urgel

4.

La Línea de la Concepción (2)

IL-GREĊJA

Emenda fl-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 275, 24.9.2013

LISTA TA’ PUNTI TA’ QSIM BEJN IL-FRUNTIERI

Εναέρια σύνορα  (3)

Ajruporti (Fruntieri tal-Ajru)

1.

Αθήνα

Αthina

2.

Ηράκλειο

Heraklion

3.

Θεσσαλονίκη

Thessaloniki

4.

Ρόδος

Rodos (Rodi)

5.

Κέρκυρα

Kerkira (Korfù)

6.

Αντιμάχεια Κω

Antimachia (Kos)

7.

Χανιά

Chania

8.

Πυθαγόρειο Σάμου

Pithagorio, Samos

9.

Μυτιλήνη

Mitilini

10.

Ιωάννινα

Ioannina

11.

Άραξος

Araxos

12.

Σητεία

Sitia

13.

Χίος

Chios

14.

Αργοστόλι

Argostoli

15.

Καλαμάτα

Kalamata

16.

Καβάλα

Kavala

17.

Άκτιο Βόνιτσας

Aktio Vonitsas

18.

Μήλος

Milos

19.

Ζάκυνθος

Zakinthos

20.

Θήρα

Thira

21.

Σκιάθος

Skiathos

22.

Κάρπαθος

Karpathos

23.

Μύκονος

Mikonos

24.

Αλεξανδρούπολη

Alexandroupoli

25.

Ελευσίνα

Elefsina

26.

Ανδραβίδα

Andravida

27.

Ατσική Λήμνου

Atsiki - Limnos

28.

Νέα Αγχίαλος

Νea Aghialos

29.

Καστοριά

Kastoria


Θαλάσσια σύνορα

Portijiet (Fruntieri tal-Baħar)

1.

Γύθειο

Githio

2.

Σύρος

Siros

3.

Ηγουμενίτσα

Igoymenitsa

4.

Στυλίδα

Stilida

5.

Άγιος Νικόλαος

Agios Nikolaos

6.

Ρέθυμνο

Rethimno

7.

Λευκάδα

Lefkada

8.

Σάμος

Samos

9.

Βόλος

Volos

10.

Κως

Kos

11.

Δάφνη Αγίου Όρους

Dafni, Agiou Oros

12.

Ίβηρα Αγίου Όρους

Ivira, Agiou Oros

13.

Γερακινή

Gerakini

14.

Γλυφάδα

Glifada

15.

Πρέβεζα

Preveza

16.

Πάτρα

Patra

17.

Κέρκυρα

Kerkira

18.

Σητεία

Sitia

19.

Χίος

Chios

20.

Αργοστόλι

Argostoli

21.

Θεσσαλονίκη

Thessaloniki

22.

Κόρινθος

Korinthos

23.

Καλαμάτα

Kalamata

24.

Κάλυμνος

Kalymnos (4)

25.

Καβάλα

Kavala

26.

Ιθάκη

Ithaki

27.

Πύλος

Pilos

28.

Πυθαγόρειο Σάμου

Pithagorio - Samos

29.

Λαύριο

Lavrio

30.

Ηράκλειο

Heraklio

31.

Σάμη Κεφαλληνίας

Sami, Kefalonia

32.

Πειραιάς

Pireas

33.

Μήλος

Milos

34.

Κατάκολο

Katakolo

35.

Σούδα Χανίων

Souda - Chania

36.

Ιτέα

Itea

37.

Ελευσίνα

Elefsina

38.

Μύκονος

Mikonos

39.

Ναύπλιο

Nafplio

40.

Χαλκίδα

Chalkida

41.

Ρόδος

Rodos

42.

Ζάκυνθος

Zakinthos

43.

Θήρα

Thira

44.

Καλοί Λιμένες Ηρακλείου

Kali - Limenes - Herakliou

45.

Μύρινα Λήμνου

Myrina - Limnos

46.

Παξοί

Paxi

47.

Σκιάθος

Skiathos

48.

Αλεξανδρούπολη

Alexandroupoli

49.

Αίγιο

Aighio

50.

Πάτμος

Patmos

51.

Σύμη

Simi

52.

Μυτιλήνη

Mitilini

53.

Χανιά

Chania

54.

Αστακός

Astakos


Χερσαία σύνορα

Fruntieri tal-Art

με την Αλβανία

Ma’ l-Albanija

1.

Κακαβιά

1.

Kakavia

2.

Κρυσταλλοπηγή

2.

Kristalopigi

3.

Σαγιάδα

3.

Sagiada

4.

Μερτζάνη

4.

Mertzani

με την πρώην Γιουγκοσλαβική Δημοκρατία της Μακεδονίας

Mal-FYROM

1.

Νίκη

1.

Niki

2.

Ειδομένη (σιδηροδρομικό)

2.

Idomeni (linja tal-ferrovija)

3.

Εύζωνοι

3.

Evzoni

4.

Δοϊράνη

4.

Doirani

με τη Βουλγαρία

Mal-Bulgarija

1.

Προμαχώνας

1.

Promachonas

2.

Προμαχώνας (σιδηροδρομικό)

2.

Promachonas (linja tal-ferrovija)

3.

Δίκαια (σιδηροδρομικό)

3.

Dikea, Evros (linja tal-ferrovija)

4.

Ορμένιο

4.

Ormenio, Evros

5.

Εξοχή

5.

Εxohi

6.

Άγιος Κωνσταντίνος (Ξάνθη)

6.

Agios Konstantinos (Xanthi)

7.

Κυπρίνος (Έβρου)

7.

Kyprinos (Evros)

8.

Νυμφαία

8.

Nymfaia

με την Τουρκία

Mat-Turkija

1.

Καστανιές Έβρου

1.

Kastanies

2.

Πύθιο (σιδηροδρομικό)

2.

Pithio (linja tal-ferrovija)

3.

Κήποι Έβρου

3.

Kipi


(1)  Il-punt ta’ qsim tal-fruntiera aċċessabbli biss għal ċittadini tar-Repubblika tal-Estonja u l-Federazzjoni Russa.

(2)  Il-punt ta’ kontroll tad-dwana u l-pulizija f’“La Línea de la Concepción” ma jikkorrispondix mad-disinn tal-fruntiera kif rikonoxxut minn Spanja fit-Trattat ta’ Utrecht.

(3)  Nota: Dawn joperaw esklussivament matul il-perjodu tas-sajf.

(4)  Nota: temporanjament mit-23 ta’ Awwissu sal-31 ta’ Ottubru 2013.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/18


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7414 — ReAssure/HSBC Life UK)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 420/10

1.

Fit-13 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża ReAssure Ltd, sussidjarja indiretta ta' Swiss Re Ltd (“Swiss Re”, l-Isvizzera), takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tan-negozju tal-pensjonijiet fir-Renju Unit ta' HSBC Life (UK) Limited (“Target”, ir-Renju Unit), permezz ta’ xiri ta’ assi.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Swiss Re hija fornitur ewlieni bl-ingrossa tar-riassigurazzjoni, tal-assigurazzjoni u ta' forom oħra ta’ trasferiment tar-riskju bbażati fuq l-assigurazzjoni għal prodotti kemm tal-ħajja kif ukoll mhux tal-ħajja,

Target tinkludi diversi skemi ta’ pensjoni personali fir-Renju Unit, xi skemi tal-pensjoni eżekuttivi u ta’ poloz ta' akkwiżizzjoni individwali flimkien ma’ ktieb ta’ annwità assoċjat u u ċerti assi oħra, obbligazzjonijiet u impjegati meħtieġa għal sottoskrizzjoni tal-portafoll, ġestjoni u amministrazzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7414 — ReAssure/HSBC Life UK, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Kaz M.7405 — Yanfeng/JCI Interiors Business)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 420/11

1.

Fl-14 ta’ Novvembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Yanfeng Automotive Trim Systems Co., Ltd, (“Yanfeng”, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina), ikkontrollata indirettament minn Shanghai Automotive Industry Corporation (Group) (“SAIC Group”, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll uniku tan-negozju tal-intern tal-karozzi ta' Johnson Controls, Inc. (“JCI Interiors Business”, il-Ġermanja), permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Yanfeng: huwa manifattur speċjalizzat ta’ prodotti tal-karozzi stabbiliti fiċ-Ċina, attiv fil-produzzjoni ta’ prodotti ta’ barra u ta’ ġewwa tal-karozzi, kif ukoll il-postijiet bilqiegħda, l-elettronika u s-sistemi ta’ sigurtà,

—   għal SAIC Group: kumpanija holding tal-karozzi li l-operazzjonijiet ikkontrollati tagħha jkopru l-katina tal-valur tal-industrija tal-karozzi kollha kemm hi inkluż l-iżvilupp, il-manifattura, il-bejgħ u l-loġistika ta’ vetturi (karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali) u komponenti (magni, kaxex tal-gerijiet, powertrains, ix-xażi, komponenti ta’ ġewwa u ta’ barra u komponenti elettroniċi). Barra minn hekk, SAIC Group joffri servizzi kummerċjali u finanzjarji relatati,

—   għal JCI Interiors Business: hija attiva fil-manifattura u l-provvista ta’ panewijiet tal-bibien, panewijiet għall-istrumenti u consoles tal-art lill-manifatturi ewlenin tal-karozzi.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301) jew permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7405 — Yanfeng/JCI Interiors Business, f'dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/20


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7424 — CCMP/INEOS/PQ)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 420/12

1.

Fl-14 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-fondi kkontrollati minn CCMP Capital, LLC (“CCMP”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u INEOS Group Limited (“INEOS”, l-Isvizzera) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ PQ Holdings Inc. (“PQ”, l-Istati Uniti tal-Amerika), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal CCMP: kumpanija ta’ ekwità privata globali,

—   għal INEOS: manifattur globali ta’ petrokimiċi, kimiki speċjalizzati u prodotti miż-żejt,

—   għal PQ: manifattur ta’ speċjalitajiet kimiċi inorganiċi, katalizzaturi, materjali tal-ħġieġ inġenjati u assorbenti.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7424 — CCMP/INEOS/PQ, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


22.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 420/21


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7415 — Värde/Banco Popular/E-Com)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 420/13

1.

Fl-14 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Värde Partners, Inc. (“Värde”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Banco Popular Español, S.A. (“Banco Popular”, Spanja) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Bancopopular-E, S.A (“E-Com”, Spanja), permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Värde: kumpanija ta’ investiment globali, li tiffoka fuq kreditu u strateġiji mmexxija mill-avvenimenti b’bażi ta’ investituri globali inklużi fondazzjonijiet u dotazzjonijiet, pjanijiet ta’ pensjoni, kumpaniji tal-assigurazzjoni u investituri istituzzjonali oħrajn,

—   Banco Popular: kumpanija Spanjola kkwotata fil-Borża li tispeċjalizza f’operazzjonijiet bankarji għall-konsumatur u dawk kummercjali,

—   E-Com: fornitur ta’ servizzi relatati mal-ħruġ ta’ kards ta’ ħlas u l-attivitajiet bankarji bl-imnut fi Spanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7415 — Värde/Banco Popular/E-Com, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.