ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 417

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
21 ta' Novembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 417/01

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tistabbilixxi rikonoxximent formali li skada ċertu numru ta’ atti tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-agrikoltura

1

2014/C 417/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7217 — Facebook/WhatsApp) ( 1 )

4

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 417/03

Rata tal-kambju tal-euro

5

2014/C 417/04

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

6

2014/C 417/05

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

7

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2014/C 417/06

Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta’ involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva

8

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 417/07

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità — Revoka tal-obbligi tas-servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi tal-linji tal-ajru ( 1 )

10

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 417/08

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7437 — Blackstone/TPG/Kensington) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

11

2014/C 417/09

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7270 — Český Aeroholding/Travel Service/České aerolinie) ( 1 )

12

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 417/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

13

 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/1


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni li tistabbilixxi rikonoxximent formali li skada ċertu numru ta’ atti tal-liġi tal-Unjoni fil-qasam tal-agrikoltura

2014/C 417/01

Lista tal-atti li għandhom jitneħħew mill-acquis attiv

Ċanga u vitella

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2721/81

(ĠU L 265, 19.9.1981, p. 17)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2247/2003

(ĠU L 333, 20.12.2003, p. 37)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 859/2012

(ĠU L 255, 21.9.2012, p. 21)

Ċereali u ross

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 675/88

(ĠU L 70, 16.3.1988, p. 12)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2692/89

(ĠU L 261, 7.9.1989, p. 8)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 314/2005

(ĠU L 52, 25.2.2005, p. 26)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1116/2007

(ĠU L 253, 28.9.2007, p. 18)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1129/2007

(ĠU L 255, 29.9.2007, p. 27)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1130/2007

(ĠU L 255, 29.9.2007, p. 29)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1131/2007

(ĠU L 255, 29.9.2007, p. 31)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1374/2007

(ĠU L 307, 24.11.2007, p. 3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1555/2007

(ĠU L 337, 21.12.2007, p. 91)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 187/2008

(ĠU L 56, 29.2.2008, p. 22)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 491/2008

(ĠU L 144, 4.4.2008, p. 3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2009

(ĠU L 344, 23.12.2009, p. 3)

Bajd u laħam tat-tjur

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 701/2003

(ĠU L 99, 17.4.2003, p. 32)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1199/2012

(ĠU L 342, 14.12.2012, p. 33)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1202/2012

(ĠU L 342, 14.12.2012, p. 40)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 689/2013

(ĠU L 196, 19.7.2013, p. 13)

Fjuri u pjanti

Ir-Regolament (KEE) Nru 1767/68

(ĠU L 271, 7.11.1968, p. 7)

Frott u ħaxix

Ir-Regolament (KEE) Nru 2123/75

(ĠU L 216, 14.8.1975, p. 5)

Żejt taż-żebbuġa

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 1963/79

(ĠU L 227, 7.9.1979, p. 10)

Ħalib u prodotti tal-ħalib

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2921/90

(ĠU L 279, 11.10.1990, p. 22)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2799/1999

(ĠU L 340, 31.12.1999, p. 3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 619/2008

(ĠU L 168, 28.6.2008, p. 20)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 760/2008

(ĠU L 205, 1.8.2008, p. 22)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1055/2011

(ĠU L 276, 21.10.2011, p. 27)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1061/2011

(ĠU L 276, 21.10.2011, p. 41)

Laħam tal-majjal

Ir-Regolament (KEE) Nru 391/68

(ĠU L 80, 2.4.1968, p. 5)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 462/2003

(ĠU L 70, 14.3.2003, p. 8)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 342/2012

(ĠU L 108, 20.4.2012, p. 24)

Zokkor

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 947/2008

(ĠU L 258, 26.9.2008, p. 60)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 948/2008

(ĠU L 258, 26.9.2008, p. 61)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 951/2008

(ĠU L 258, 26.9.2008, p. 66)

Miżuri ta’ informazzjoni

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2208/2002

(ĠU L 337, 13.12.2002, p. 21)


21.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7217 — Facebook/WhatsApp)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 417/02

Fit-3 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7217. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

21.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/5


Rata tal-kambju tal-euro (1)

L-20 ta’ Novembru 2014

2014/C 417/03

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2539

JPY

Yen Ġappuniż

148,25

DKK

Krona Daniża

7,4437

GBP

Lira Sterlina

0,79890

SEK

Krona Żvediża

9,2790

CHF

Frank Żvizzeru

1,2014

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,4920

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,657

HUF

Forint Ungeriż

304,62

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,2140

RON

Leu Rumen

4,4426

TRY

Lira Turka

2,7954

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4565

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4200

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,7247

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5964

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6327

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 396,94

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

13,7811

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,6824

HRK

Kuna Kroata

7,6755

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 234,24

MYR

Ringgit Malażjan

4,2218

PHP

Peso Filippin

56,510

RUB

Rouble Russu

58,2030

THB

Baht Tajlandiż

41,147

BRL

Real Brażiljan

3,2002

MXN

Peso Messikan

17,0584

INR

Rupi Indjan

77,6540


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


21.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/6


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2014/C 417/04

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Ġermanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Ġermanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Niedersachsen mis-sensiela “Lander”

Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-Knisja ta’ San Mikiel f’Hildesheim, fis-Sassonja t’Isfel, li ilha fil-lista tal-Wirt Kulturali Dinji tal-Unesco mill-1985. Fin-naħa ta’ fuq is-sena tal-ħruġ “2014” u fuq ix-xellug il-marka taz-zekka (A, D, F, G, J). Fin-naħa t’isfel l-iskrizzjoni “NIEDERSACHSEN” u taħtha l-indikazzjoni tal-pajjiż tal-ħruġ “D”. Fin-naħa tal-lemin ta’ fuq, l-inizjali tal-inċiżur OE (Ott Erich).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 30 miljun

Data tal-ħruġ : Jannar 2014


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


21.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/7


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

2014/C 417/05

Image

Il-wiċċ nazzjonali tal-munita kommemorattiva l-ġdida ta’ EUR 2 maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Ġermanja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinni tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Ġermanja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : 25 sena tal-Unità Ġermaniża

Deskrizzjoni tad-disinn : In-nies fuq quddiem, li jirrapreżentaw bidu ġdid u l-progress lejn futur aħjar, jinsabu bilwieqfa quddiem il-Bieb ta’ Brandenburg, simbolu tal-unità Ġermaniża. Id-dikjarazzjoni Wir sind ein Volk (“aħna poplu wieħed”) — espressjoni kollettiva ta’ rieda taċ-ċittadini Ġermaniżi — tirrappreżenta t-triq ‘il quddiem lejn l-unifikazzjoni mill-ġdid tal-Ġermanja. Il-parti ta’ ġewwa fiha wkoll il-marka taz-zekka tal-marka taz-zekka rispettiva (“A”, “D”, “F”, “G” jew “J”) kif ukoll il-kodiċi tal-pajjiż tal-pajjiż tal-ħruġ “D” u l-marka tal-inċiżur (l-inizjali “BW” — Bernd Wendhut).

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Numru ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 30 miljun

Data tal-ħruġ : It-30 ta’ Jannar 2015


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

21.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/8


Sommarju eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta’ involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-Ingliż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż fuq il-websajt tal-KEPD www.edps.europa.eu)

2014/C 417/06

1.   Introduzzjoni

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fid-9 ta’ April 2014, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta’ involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva (“il-Proposta”) (1). L-għada, il-Kummissjoni bagħtet il-Proposta lill-KEPD għal konsulatazzjoni.

2.

Nilqgħu l-fatt li konna kkonsultati dwar din il-Proposta qabel l-adozzjoni tagħha u li ngħatajna l-possibbiltà li nipprovdu kummenti informali lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni qieset diversi minn dawn il-kummenti. Bħala riżultat, is-salvagwardji ta’ protezzjoni tad-dejta fid-Direttiva proposta ssaħħew. Nilqgħu wkoll ir-referenza fil-preambolu għall-konsultazzjoni tal-KEPD.

1.2.   Kuntest, objettiv u kamp ta’ applikazzjoni tal-Proposta

3.

Fl-2012, il-Pjan ta’ Azzjoni tal-Kummissjoni: Il-liġi Ewropea dwar il-kumpaniji u l-governanza korporattiva — qafas legali modern għal azzjonisti aktar involuti u kumpaniji sostenibbli (2) pprovda l-pjan direzzjonali tal-Kummissjoni f’dan il-qasam, abbażi tal-objettivi tat-tisħiħ tat-trasparenza u l-involviment tal-azzjonisti.

4.

Fl-ittra tiegħu tas-27 ta’ Marzu 2013 lill-Kummissjoni (3) l-KEPD kkummenta dwar il-punti rilevanti fil-Pjan ta’ Azzjoni. B’mod partikolari, ipprovdejna gwida preliminari fir-rigward tal-protezzjoni tad-dejta u t-tħassib għall-privatezza fir-rigward tal-“identifikazzjoni tal-azzjonisti” u s-“sorveljanza tal-azzjonisti tal-politika dwar ir-remunerazzjoni”.

5.

L-objettiv globali tal-Proposta attwali, fil-parti rilevanti, huwa li tiġi emendata d-Direttiva 2007/36/KE (“Direttiva dwar id-Drittijiet tal-azzjonisti”) (4), li introduċiet standards minimi li jassiguraw li l-azzjonisti jkollhom aċċess f’waqtu għall-informazzjoni rilevanti qabel il-laqgħa ġenerali u mezzi sempliċi biex jivvutaw mill-bogħod u tistabbilixxi wkoll għadd ta’ rekwiżiti komuni oħra rigward id-drittijiet tal-azzjonisti.

3.   Konklużjonijiet

34.

Nilqgħu l-konsultazzjoni tal-KEPD dwar din il-Proposta u l-fatt li l-Kummissjoni qieset diversi mill-kummenti tagħna. Bħala riżultat, is-salvagwardji ta’ protezzjoni tad-dejta fid-Direttiva proposta ssaħħew.

35.

F’din l-Opinjoni, nirrakkomandaw it-titjib ulterjuri li ġej:

Għandha tiżdied dispożizzjoni ġenerali u sostantiva li tirreferi għal-leġiżlazzjoni applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta, inkluż il-“liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE”,

Barra minn hekk, il-Proposta għandha tispeċifika l-finijiet tal-ipproċessar u għandha tipprevedi b’mod ċar li la l-informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti, u lanqas id-dejta dwar ir-remunerazzjoni ta’ diretturi individwali, ma għandhom jintużaw għal xi fini inkompatibbli,

Barra minn hekk, il-Proposta għandha teħtieġ ukoll li l-kumpaniji jiżguraw li jiddaħħlu fis-seħħ miżuri tekniċi u organizzattivi biex jillimitaw l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni dwar l-individwi (bħall-azzjonisti jew diretturi individwali) wara ċertu perjodu ta’ żmien,

Fl-aħħar nett, il-Proposta għandha teħtieġ li f’każ li l-iżvelar tad-dettalji ta’ pakkett ta’ remunerazzjoni ta’ direttur individwali jirrivela dejta dwar is-saħħa jew kategoriji speċjali oħra ta’ dejta protetta skont l-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE, allura l-informazzjoni għandha tingħata sura ġdida sabiex tiġi eskluża kwalunkwe referenza għal tali informazzjoni “aktar sensittiva”.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Ottubru 2014.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2014) 213 finali.

(2)  COM(2012) 740 finali.

(3)  Disponibbli fuq il-websajt tal-KEPD: https://secure.edps.europa.eu/EDPSWEB/webdav/site/mySite/shared/Documents/Consultation/Comments/2013/13-03-27_Letter_Company_Law_EN.pdf

(4)  Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Lulju 2007.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

21.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/10


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Revoka tal-obbligi tas-servizz pubbliku imposti fuq is-servizzi tal-linji tal-ajru

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 417/07

Stat Membru

L-Italja

Rotot konċernati

Crotone–Milan Linate u bil-kontra

Crotone–Ruma Fiumicino u bil-kontra

Data oriġinali tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

fit-30 ta’ Ġunju 2014

Data tar-revoka

fit-22 ta’ Ottubru 2014

Imnejn jistgħu jinkisbu t-test u kull informazzjoni jew dokumentazzjoni rilevanti oħra marbuta mal-obbligi tas-servizz pubbliku

Test ta’ referenza

ĠU C 56, 27.2.2014, p. 4.

Għal aktar informazzjoni tista’ tikkuntattja lil:

Il-Ministeru tal-Infrastruttura u t-Trasport

Id-Direttorat Ġenerali għall-Ajruporti u għat-Trasport bl-Ajru

Viale dell’Arte, 16

00144 Roma (RM)

ITALIA

Tel. +39 0659084908/4041/4350

Faks: +39 0659083280

E-Mail: segreteria_dgata@mit.gov.it

Internet: http://www.mit.gov.it


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

21.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7437 — Blackstone/TPG/Kensington)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 417/08

1.

Fil-11 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Blackstone Group L.P. (“Blackstone”, l-Istati Uniti tal-Amerika) u Koala HoldCo, LLC affiljati ma’ TPG Global, LLC u TPG Special Situations Partners, LLC (“TPG”, L-Istati Uniti tal-Amerika) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Kensington Group plc u ta’ ċerti assi ta’ Investec Bank plc (“Kensington”, ir-Renju Unit), permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Blackstone: ġestjoni globali alternattiva tal-assi u l-għoti ta’ servizzi ta’ konsulenza finanzjarja,

—   TPG: ditta privata ta’ investiment globali,

—   Kensington: sellief ta’ ipoteki residenzjali bbażati fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-posta elettronika lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7437 — Blackstone/TPG/Kensington, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


21.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7270 — Český Aeroholding/Travel Service/České aerolinie)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 417/09

1.

Fl-14 ta’ Novembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u b’segwitu għal riferenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Travel Service, a.s. (“Travel Service”) u Český Aeroholding, a.s. (“CAH”) jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ České aerolinie a.s. (“CSA”) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   għal Travel Service: Travel Service hija linja tal-ajru Ċeka li tipprovdi trasport ta’ passiġġieri bl-ajru bi skeda u trasport bl-ajru ta’ merkanzija bl-isem kummerċjali ta’ “Smart Wings”,

—   għal CAH: Český Aeroholding hija kumpanija holding statali li għandha ishma f’kumpaniji magħżula impenjati fit-trasport tal-ajru u fis-servizzi relatati fuq l-art,

—   għal CSA: České aerolinie hija l-kumpanija tal-ajru nazzjonali Ċeka bin-negozju prinċipali tagħha fit-trasport tal-passiġġieri bl-ajru bi skeda u t-trasport tal-merkanzija bl-ajru.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta’ referenza M.7270 — Český Aeroholding/Travel Service/České aerolinie, fl-indirizz li ġej:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

21.11.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 417/13


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi ta’ kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

2014/C 417/10

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt li ssir oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“TRADITIONAL AYRSHIRE DUNLOP”

Nru tal-KE: UK-PGI-0005-0889-30.8.2011

IĠP( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Traditional Ayrshire Dunlop”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Ir-Renju Unit.

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3: Ġobon

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem mogħti fil-punt 1

Traditional Ayrshire Dunlop huwa ġobon iebes magħmul minn ħalib sħiħ, nej jew pasturizzat, mir-razza ta’ baqar Ayrshire. Għandu kulur isfar ċar naturali. Meta jinqata’ għandu wiċċ lixx u bla toqob li jinħass umdu meta tmissu. Għandu għamla ta’ ċilindru u għandu qoxra iebsa rqiqa minn lewn id-deheb, imżewqa bi ftit irqajja’.

Fl-istadji bikrin tiegħu l-ġobon Traditional Ayrshire Dunlop għandu togħma ħafifa ta’ ġewż u konsistenza lixxa u bla toqob. Hu u jimmatura, jiżviluppaw togħmiet sottili ta’ ġewż u kremużi, u l-konsistenza ssir lixxa u kemxejn tiġġebbed. Aktar ma jkun qasir il-perjodu ta’ maturazzjoni, aktar ikun ħelu l-ġobon – it-togħmiet qawwijin jiżviluppaw hekk kif il-ġobon jimmatura.

Il-perjodu minimu tal-maturazzjoni tal-ġobon huwa 6 xhur. Il-perjodu ta’ maturazzjoni jista’ jkun ta’ 6 xhur għall-ġobon mhux matur u 18-il xahar għall-ġobon l-aktar matur, iżda l-aktar maturazzjoni popolari hija dik bejn 10 xhur u 12-il xahar.

Il-ġobon huwa kklassifikat bħala:

ħelu (6-10 xhur),

matur (10-12-il xahar),

matur ħafna (12-18-il xahar).

Il-ġobon aktar matur ikollu konsistenza aktar xotta billi maż-żmien jitlef xi ftit l-umdità.

Il-medja tal-kontenut tal-umdità tal-ġobon tvarja minn 39 % - 44 %. Il-kontenut ta’ xaħam tal-butir tal-ħalib jista’ jvarja minn 3,9 % sa 4,4 %. Il-qtar ċkejken tax-xaħam tal-ħalib tal-baqra Ayrshire jagħmilha aktar faċli li jkun hemm l-umdità fil-baqta.

Tradizzjonalment il-ġobon jiġi prodott fi tliet daqsijiet: wieħed b’dijametru ta’ 3,5 pulzieri, oħxon 3 pulzieri u jiżen 350 g; wieħed b’dijametru ta’ 4,5 pulzieri, oħxon 7 pulzieri u jiżen madwar 3 kg; jew dak b’dijametru ta’ 13-15-il pulzier, oħxon 9 pulzieri u jiżen madwar 20 kg. Madankollu, jistgħu jiġu prodotti daqsijiet oħrajn biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tal-klijenti.

Karatteristiċi tal-ġobon:

—   Konsistenza: Konsistenza relattivament soda,

—   Kulur: Isfar ċar naturali,

—   Aroma: nadifa, bla tbajja’ jew irwejjaħ,

—   Togħma: kemxejn ta’ ġewż; mal-maturazzjoni jiżviluppaw togħmiet ta’ ġewż kremużi,

—   Dehra: abjad lewn il-ħalib bi ftit toqob żgħar,

—   Konsistenza: lixxa u bla toqob, kemxejn tiġġebbed fil-ġobon mhux matur. Konsistenza lixxa mal-maturazzjoni.

Proprjetajiet fiżiċi u kimiċi

—   pH: 5,2 – 5,4,

—   Materja niexfa: 31,3 %,

—   Xaħam ikkalkulat fuq il-materja xotta: 52,1 %,

—   Klorur tas-sodju: 1,6 – 1,8 %,

—   Limiti mikrobijoloġiċi:

enterobacteriacae

10-100,

e.coli

< 10,

ħmira

100-1 000,

moffa

100-1 000,

staph. Aureus

20-100,

list. monocy.

Assenti,

salmonella

Assenti.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Ħalib sħiħ nej jew pasturizzat mir-razza ta’ baqar Ayrshire.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Il-baqar jitħallew jirgħu fuq l-art matul ix-xhur tas-sajf (normalment minn Mejju sa Settembru) b’għalf supplimentari fi żmien tal-ħlib, meta jkun meħtieġ. Meta fix-xitwa jinżammu ġewwa, il-baqar għandhom jintemgħu taħlita ta’ ħaxix ippreservat (ħuxlief jew furrajna) flimkien ma’ kull għalf kompost tal-baqar li jkun meħtieġ.

3.5.   Passi speċifiċi tal-produzzjoni li jridu jsiru fiż-żona ġeografika identifikata

L-istadji kollha tal-preparazzjoni u l-produzzjoni ta’ Traditional Ayrshire Dunlop iridu jseħħu fiż-żona inkluż:

Il-paturizzazzjoni tal-ħalib (jekk jintuża l-ħalib pastruizzat għall-produzzjoni tal-ġobon),

It-tisħin u t-tkessiħ tal-ħalib,

Il-preparazzjoni u t-tħawwid tal-ingredjenti,

Iż-żieda tal-melħ,

Il-maturazzjoni tal-ġobon.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik u l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-ġobon isir f’żona madwar il-villaġġ parrokkjali tradizzjonali Dunlop. Il-konfini taż-żona ġeografika huma:

Il-konfini fil-Punent — Minn Neilston l-A736 sa Lugton, imbagħad il-B777 sa Beith. Minn Beith it-triq A737 sa Dalry

Il-konfini fin-Nofsinhar — Minn Dalry il-B707 sal-konnessjoni mal-A736, lejn in-nofsinhar fuq l-A736 għal taqsima qasira mbagħad lejn il-Lvant fuq l-B778 sa Stewarton

Il-Konfini fil-Lvant — Il-B769 minn Stewarton sal-konnessjoni ma’ Glanderston Road lejn it-Tramuntana

Il-konfini fit-Tramuntana — lejn il-Punent tul Glanderston Road sal-konnessjoni ma’ Springhill Road. Lejn in-Nofsinhar għal taqsima qasira tul Springfield Road sal-konnessjoni ma’ Kirkton Road, imbagħad lejn il-Punent tul Kirkton Road sa Kingston Road f’Neilston. Lejn it-Tramuntana tul Kingston Road sa Main Street imbagħad lejn in-Nofsinhar tul Main Street sal-konnessjoni ma’ Holehouse Brae. Tul Holehouse Brae sa fejn tiltaqa’ mal-A736.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Ir-riċetta għall-produzzjoni tal-ġobon Dunlop hija attribwita lil Barbara Gilmour, mara lokali li ġiet eżiljata lejn l-Irlanda għal raġunijiet reliġjużi madwar l-1660, fejn tgħallmet l-arti tal-produzzjoni tal-ġobon mill-ħalib sħiħ. Hi rritornat lejn Dunlop wara l-“Glorious Revolution” tal-1688 u żżewġet lil John Dunlop, bidwi lokali. Huwa maħsub li permezz tat-tlaqqigħ tal-metodi tal-produzzjoni tal-ġobon Irlandiżi u Skoċċiżi bdiet tagħmel il-ġobon tagħha stess u bdiet tgħallem it-tekniki lil bdiewa lokali oħra. Il-ġobon magħmul bir-riċetta u t-tekniki ta’ Barbara Gilmour u bil-ħalib minn baqar tar-razza Ayrshire prodott fiż-żona ġeografika malajr kiseb il-popolarità u sar magħruf bl-isem ta’ Dunlop.

Il-ġobon Traditional Ayrshire Dunlop isir bl-użu tal-ħalib sħiħ tal-baqar tar-razza Ayrshire flimkien mar-riċetta tradizzjonali, it-tekniki u l-ħiliet artiġjanali li għaddew minn ġenerazzjoni għall-oħra minn żmien Barbara Gilmour. Tradizzjonalment, iż-żona ġeografika kienet tintuża għat-trobbija ta’ bhejjem tal-ħalib għal ħafna sekli minħabba l-kombinazzjoni ta’ klima umda u moderata, u raba’ tafli sew u grass li jipproduċi ħaxix aħdar rikk, kotran, u veġetazzjoni naturali b’silla li tipprovdi mergħat favorevoli għall-ifrat tar-razza Ayrshire. Barra minn hekk, il-klima mxarrba tar-reġjun tipprovdi atmosfera umda li permezz tagħha l-ġobon jimmatura filwaqt li jżomm l-umdità li tikkontriwixxi għall-wiċċ lixx, kemxejn jiġġebbed u t-togħma kremuża ta’ ġewż tal-ġobon.

In-natura ġeografika ta’ din il-parti tal-Iskozja, b’ħafna xita u temp relattivament moderat minħabba l-influwenza tal-Kurrent tal-Golf tal-Atlantiku, tfisser li ż-żona hija xierqa għar-ragħa tal-ifrat u għall-produzzjoni tal-ħalib. Madankollu, il-varjabbiltà tal-kundizzjonijiet tat-temp tibdel il-kompożizzjoni tal-ħalib tul is-sena kollha. Dawn il-bidliet sottili jaffettwaw il-proċess tal-produzzjoni tal-ġobon u fl-aħħar mill-aħħar hija l-ħila tal-produttur tal-ġobon li jifhem u jirreaġixxi għal dawn il-bidliet biex jipproduċi ġobon ta’ kwalità konsistenti. It-tlaqqigħ tal-ħiliet u l-għarfien żviluppat minn Barbara Gilmour, li għadda minn ġenerazzjonijiet suċċessivi, flimkien mal-fehim tal-kundizzjonijiet lokali jippermettu li l-produttur tal-ġobon jipproduċi ġobon Traditional Ayrshire Dunlop.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-ġobon Traditional Ayrshire Dunlop ivarja mill-ġobnijiet ta’ Dunlop minħabba l-metodu tradizzjonali tal-produzzjoni, il-ħalib rikk u kremuż mir-razza ta’ baqar Ayrshire u l-klima umduża taż-żona ġeografika. Il-lewn karatteristiku isfar ċar naturali huwa attribwibbli lill-ħalib mill-baqar tar-razza Ayrshire li fih qtar tax-xaħam żgħar u jirriżulta fi produzzjoni ta’ ġobon bit-togħma sħiħa tiegħu u b’wiċċ lixx u bla toqob li jinħass umdu meta tmissu.

Il-ġobon huwa bbażat fuq it-tiġdid tar-riċetta oriġinali qadima, bl-użu ta’ metodi tradizzjonali. Il-produzzjoni ta’ ġobon tajjeb tiddependi mill-ħila u l-ġudizzju tal-produttur tal-ġobon. Il-ġobon Traditional Ayrshire Dunlop isir f’bittiji miftuħa; il-baqta tinqata’ u titħawwad b’mod delikat il-ħin kollu bl-idejn sakemm il-baqta tikseb il-konsistenza meħtieġa. Waqt li jitħawwad u jissajjar fit-temperatura meħtieġa, l-aċidità tiġi mmonitorjata bl-użu ta’ apparat li jkejjel l-aċidità. Il-produtturi tal-ġobon, bil-ħila u l-ġudizzju tagħhom, jiddeċiedu meta jieqfu jħawdu ladarba l-baqta tikseb il-konsistenza meħtieġa. Jekk il-baqta tkun iebsa wisq il-ġobon ikun niexef u jekk tkun ratba wisq jipproduċu ġobon imxarrab.

Ladarba tinkiseb il-konsistenza meħtieġa, ix-xorrox jitħalla joqtor. Il-baqta li tifdal għandu jkollha dehra tleqq. Il-baqta tiġi imbuttata lejn kull naħa tal-bittija biex toqtor aktar u tippermetti l-iżvilupp tal-aċidità u l-konsistenza. Ta’ spiss din hija magħrufa bħala l-konsistanza tas-“sider tat-tiġieġa” – il-wiċċ tal-baqta jkun lixx u meta jinqasam ikun hemm konsistenza mlaħħma u umda. Il-produttur tal-ġobon irid juża l-ġudizzju tiegħu biex jagħraf meta tinkiseb l-aċidità korretta (is-soltu madwar 0,55 % aċidità titrabbli) u f’dak l-istadju l-baqta titqiegħed f’mitħna apposta. Din taqsam il-baqta u magħha jiżdied il-melħ li jitħallat b’mod indaqs mal-baqta kollha. Imbagħad il-baqta titqiegħed f’forom fejn tiġi ppressata matul il-lejl.

Wara l-ippressar ta’ matul il-lejl, il-ġobnijiet jinstamtu bil-misħun – il-ġobniet iż-żgħar jingħaddsu fl-ilma jismot, il-ġobnijiet il-kbar jitferra’ l-ilma jismot fuqhom. Dawn imbagħad jitgeżwru f’faxex tad-drapp li wkoll ikunu ġew mgħaddsa f’ilma jismot. Is-smit jgħin biex tiġi prodotta qoxra regolari fuq il-ġobon, filwaqt li l-faxex jgħinu biex tinżamm il-forma tal-ġobon, titnaqqas il-ħxuna tal-qoxra u tagħti dehra iktar nadifa lill-ġobon meta jitneħħa d-drapp wara l-maturazzjoni. Imbagħad il-ġobon jitqiegħed lura fil-forom sabiex jingħafas id-drapp. Fil-ġurnata li jmiss, il-ġobon jinħareġ mill-forom u jitħalla jinxef qabel ma jitqiegħed fuq xkafef tal-injam fil-maħżen tal-ġobon. Il-ġobon jiġi mmonitorjat regolarment u l-ġudizzju tal-maturità u l-kwalità tal-prodott huma l-ħiliet li jridu jiġu miksuba u żviluppati permezz tal-esperjenza.

Il-ġobon isir f’bettiji miftuħa u l-baqta tinqata’ bl-idejn – dawn huma l-istess metodi li kienu jintużaw anki 50 sena ilu. Il-ġobon jinkesa fid-drapp u jimmatura fuq xkafef tal-injam, u dan jirriżulta f’qoxra li tifforma fuq il-ġobon li bl-użu ta’ metodi aktar moderni, ma tkunx preżenti.

Il-ħiliet u l-għarfien tal-produttur tal-ġobon huma essenzjali biex il-prodott jiġi valutat matul il-proċess tal-produzzjoni, filwaqt li jitqiesu l-bidliet staġunali fl-ispeċifikazzjoni tal-ħalib u t-temperatura tal-arja tal-ambjent staġunali u l-kontenut tal-umdità. B’dawn il-ħiliet, il-produttur tal-ġobon ikun kapaċi jiżgura l-umdità mixtieqa u li l-aċidità nkisbet għall-produzzjoni ta’ ġobnijiet lesti li jkunu konsistenti f’termini ta’ dehra, togħma u konsistenza.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Il-ġobon Traditional Ayrshire Dunlop ġie żviluppat għall-ewwel darba madwar l-1690 minn Barbara Gilmour li daħħlet ir-riċetta mill-Irlanda fejn kienet temporanjament eżiljata. Hija marret tgħix fir-raħal ta’ Dunlop fejn kienet tagħmel il-ġobon u fejn għallmet it-tekniki ta’ kif isir dan l-istess ġobon, li eventwalment sar magħruf bħala Dunlop.

Il-ħalib użat fir-riċetta oriġinali ta’ Barbara Gilmour kien ġej mill-baqar tagħha ta’ Dunlop li kienu jipproduċu ħalib kremuż li ġej mill-mergħat rikki fil-veġetazzjoni lokali li jirriżultaw minn xita favorevoli. Il-produzzjoni tal-ġobon Traditional Ayrshire Dunlop reġgħet ingħatat il-ħajja fil-parroċċa ta’ Dunlop fl-1989 bl-użu tar-riċetta oriġinali, filwaqt li tqiesu r-rekwiżiti tar-regolamenti moderni dwar l-iġjene.

Madankollu, il-biċċa l-kbira tat-tekniki u l-ħiliet tal-produzzjoni tradizzjonali ġew ippreservati, inklużi:

il-metodu tal-produzzjoni artiġjanali “magħmul bl-idejn”; il-ħiliet u l-għarfien tal-produttur tal-ġobon fid-determinazzjoni tal-aċidità u fiż-żieda tal-kwantitajiet korretti tal-melħ,

is-smit tal-ġobon u l-użu tal-faxex tad-drapp għall-kontroll tal-ħxuna tal-qoxra u sabiex tinżamm il-forma,

il-proċess ta’ maturazzjoni tal-ġobon li jsir bil-mod u l-ġudizzju meħtieġ biex jingħaraf l-istadju tal-maturazzjoni ta’ kull ġobna individwali.

Il-ġobon kien rebbieħ konsistenti ta’ premjijiet matul is-snin u huwa partikolarment popolari fis-swieq tal-bdiewa, u ħwienet speċjalizzati fil-ġobon u delicatessens. Il-premjijiet miksuba jinkludu diversi premjijiet fl-ewwel u t-tieni post tar-Royal Highland Show bejn l-1991 u l-1996; il-British Cheese Awards fl-1999 (fidda), l-2001 (deheb) u l-2004 (bronż) u n-Nantwich International Cheese show fl-1992 (l-ewwel post) u l-2005 (deheb).

Il-ġobon Traditional Ayrshire Dunlop ilu jinbiegħ minn Clarks Specialty Foods qrib Edinburgh għal iktar minn għoxrin sena, u d-Direttur Amministrattiv tagħhom Alastair Clark iddeskrivieh bħala “ġobon li għandu togħma unika u konsistenza kremuża li ma jixbah lill-ebda ġobon ieħor bl-isem ta’ Dunlop magħmul barra Ayrshire.”

Malcolm Webster li huwa l-kok eżekuttiv tal-Grand Hotel Sheraton f’Edinburgh isostni li l-ġobon Traditional Ayrshire Dunlop “huwa ġobon konsistenti ħafna li ili nuża għas-seba’ snin li ili fl-Iskozja; għandu togħma unika u konsistenza li l-ebda ġobon ieħor ta’ Dunlop ma għandu u nixtieq nirrakkomanda ħafna dan il-ġobon lil kulħadd”.

L-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-ġobon “Traditional Ayrshire Dunlop” bħala Indikazzjoni Ġeografika Protetta hija bbażata fuq il-fatt li ż-żona ġeografika tradizzjonalment titqies bħala l-post fejn ġie żviluppat għall-ewwel darba l-ġobon dunlop u l-post minn fejn jieħu ismu.

Barra minn hekk, minkejja li hemm ġobnijiet magħmula f’partijiet oħra tal-Iskozja li jingħataw l-isem “Dunlop”, huwa l-ħalib tar-razza tal-baqar Ayrshire, li joriġinaw miż-żona u li għalhekk huma adattati għall-kundizzjonijiet ġeografiċi u klimatiċi partikolari tar-reġjun, li jgħin biex isir il-ġobon artiġjanali li għandu reputazzjoni ta’ ġobon ta’ kwalità distintiva għolja.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

https://whitehall-admin.production.alphagov.co.uk/government/uploads/system/uploads/attachment_data/file/289149/traditional-ayrshire-dunlop-pgi-140312.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna 2.