ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 374/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7392 — Advent International/Corialis) ( 1 ) |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 374/02 |
||
2014/C 374/03 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni |
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 374/04 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri tal-antidumping |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 374/05 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7416 — RREEF/ECE/PalaisQuartier) ( 1 ) |
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
22.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Il-Każ M.7392 — Advent International/Corialis)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 374/01)
Fl-14 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7392. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
22.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/2 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Il-21 ta’ Ottubru 2014
(2014/C 374/02)
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2762 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
136,20 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4470 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,79000 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,2004 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2068 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,3670 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,613 |
HUF |
Forint Ungeriż |
306,38 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,2184 |
RON |
Leu Rumen |
4,4170 |
TRY |
Lira Turka |
2,8584 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4475 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4356 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,8987 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,5965 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6222 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 345,98 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,0062 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,8147 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,6665 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 308,47 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,1648 |
PHP |
Peso Filippin |
57,147 |
RUB |
Rouble Russu |
52,3621 |
THB |
Baht Tajlandiż |
41,196 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,1766 |
MXN |
Peso Messikan |
17,2351 |
INR |
Rupi Indjan |
78,1047 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
22.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/3 |
Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni
(2014/C 374/03)
Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona kollha tal-euro. Bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinni tal-muniti l-ġodda kollha (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-EUR 2 biss. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.
Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita : Il-Latvja
Is-suġġett tal-kommemorazzjoni : Il-Presidenza Latvjana tal-Kunsill tal-UE
Deskrizzjoni tad-disinn : Id-disinn juri l-logo uffiċjali tal-Presidenza Latvjana tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea. Il-logo huwa kkumplimentat mill-kitba LATVIJAS PREZIDENTŪRA ES PADOMĒ (“IL-PRESIDENZA LATVJANA TAL-KUNSILL TAL-UE”) u l-websajt tal-Presidenza “EU2015.LV”
Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.
Numru ta’ muniti li għandhom jinħarġu : 2 miljuni
Data approssimattiva tal-ħruġ : Jannar 2015
(1) Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.
(2) Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA KUMMERĊJALI KOMUNI
Il-Kummissjoni Ewropea
22.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/4 |
Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri tal-antidumping
(2014/C 374/04)
1. Kif previst fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li jkunu suġġetti għal dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (1), il-Kummissjoni Ewropea tavża li, sakemm ma jitnediex rieżami skont il-proċedura li ġejja, il-miżuri antidumping imsemmija hawn taħt se jiskadu fid-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
2. Proċedura
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami. Din it-talba trid tinkludi biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri aktarx li twassal għal kontinwazzjoni jew rikorrenza ta’ dumping u dannu.
Jekk il-Kummissjoni tiddeċiedi li tagħmel rieżami tal-miżuri kkonċernati, l-importaturi, l-esportaturi, ir-rappreżentanti tal-pajjiż esportatur u l-produtturi tal-Unjoni jingħataw l-opportunità li jelaboraw, jirrifjutaw jew jikkummentaw dwar il-kwistjonijiet imsemmija fit-talba għal rieżami.
3. Limitu ta’ żmien
Il-produtturi tal-Unjoni jistgħu jressqu talba bil-miktub għal rieżami abbażi ta’ dak li ssemma hawn fuq, li għandha tasal għand European Commission, Directorate-General for Trade (Unit H-1), CHAR 4/39, 1000 Brussell, il-Belġju (2) fi kwalunkwe żmien wara d-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan l-avviż iżda mhux aktar tard minn tliet xhur qabel id-data msemmija fit-tabella ta’ hawn taħt.
4. Dan l-avviż huwa ppubblikat skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009.
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
Ċiklamat tas-sodju |
Ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina L-Indoneżja |
Dazju antidumping |
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 492/2010 (ĠU L 140, 8.6.2010, p. 2) |
9.6.2015 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(2) Faks: +32 22956505.
(3) Il-miżura tiskadi f’nofsillejl tal-jum imsemmi f’din il-kolonna.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
22.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 374/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7416 — RREEF/ECE/PalaisQuartier)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2014/C 374/05)
1. |
Fl-14 ta’ Ottubru 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). Permezz tagħha: l-impriża RREEF Spezial Invest GmbH (“RREEF”, il-Ġermanja), li hija kkontrollata mill-Grupp tad-Deutsche Bank, u ECE Projektmanagement GmbH & Co. KG (“ECE”, il-Ġermanja), li huwa kkontrollat minn KG CURA Vermögensverwaltung GmbH & Co. (il-Ġermanja), jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ Immobilie Shoppingcentre MyZeil (“MyZeil”, il-Ġermanja), li huwa parti mill-portafoll ta’ proprjetà immobbli PalaisQuartier GmbH & Co. KG (“PalaisQuartier”, il-Ġermanja), permezz tax-xiri ta’ ishma u ta’ kuntratt ta’ aġenzija. Barra min hekk hija l-intenzjoni li RREEF, permezz tax-xiri ta’ ishma, takkwista l-kontroll waħdani tal-erba’ proprjetajiet immobbli l-oħra li huma parti mill-portafoll ta’ proprjetà immobbli PalaisQuartier. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Dawn jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ faks (+32 22964301), E Mail (COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu), jew bil-posta, bir-referenza M.7416 — RREEF/ECE/PalaisQuartier, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).