ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea |
|
2014/C 351/01 |
||
MT |
|
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/1 |
L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
2014/C 351/01
L-aħħar pubblikazzjoni
Pubblikazzjonijiet preċedenti
Dawn it-testi huma disponibbli fuq:
EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu
V Avviżi
PROĊEDURI TAL-QORTI
Il-Qorti tal-Ġustizzja
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/2 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-3 ta’ Lulju 2014 – Slovenská autobusová doprava Trnava, a.s. vs Krajský úřad Olomouckého kraje
(Kawża C-318/14)
2014/C 351/02
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Slovenská autobusová doprava Trnava, a.s.
Konvenuta: Krajský úřad Olomouckého kraje.
Domandi preliminari
1) |
L-Artikolu 49, moqri flimkien mal-Artikolu 52 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ li t-trasportatur li jkollu s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor u li huwa stabbilit fir-Repubblika Ċeka permezz ta’ fergħa jikseb, minbarra l-liċenzji u l-konċessjoniijet li jippermettu lit-trasportaturi li jkollhom is-sede tagħhom fir-Repubblika Ċeka li joperaw servizzi regolari nazzjonali (trasport pubbliku urban), awtorizzazzjoni speċjali għall-eżerċizzju tal-istess attività, li l-għoti tagħha jaqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali tal-awtorità amministrattiva? |
2) |
Sabiex tiġi evalwata l-ewwel domanda, huwa rilevanti l-fatt li dan huwa każ ta’ trasport pubbliku urban li jopera fil-kuntest tas-sistema tal-obbligi ta’ servizz pubbliku skont kuntratt ta’ servizz pubbliku għal kunsiderazzjoni mħallsa mill-fondi pubbliċi fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70? |
3) |
L-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 12/98 (2), tal-11 ta’ Diċembru 1997, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq fi Stat Membru, moqri flimkien mal-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jista’ jiġi interpretat fis-sens li huwa jippermetti lil Stat Membru jillimita, bil-mod indikat fl-ewwel domanda, l-operat ta’ linji ta’ trasport pubbliku urban mit-trasportaturi li s-sede tagħhom tkun tinsab fi Stat Membru ieħor? |
(1) ĠU L 315, p. 1.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 3, p. 501.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/3 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fl-4 ta’ Lulju 2014 – CD Consulting s.r.o. vs Anna Pančurová et
(Kawża C-328/14)
2014/C 351/03
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Krajský súd v Prešo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: CD Consulting s.r.o.
Konvenuta: Anna Pančurová et
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur u tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2), tat-22 ta’ Diċembru 1986, għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-qorti nazzjonali li tiddeċiedi fuq id-drittijiet li jirriżultaw minn kambjala ġġirata, f’ebda stadju tal-proċedura ma tista’ bħala prinċipju teżamina ex officio l-kuntratt, il-bażi tar-relazzjoni ġuridika, l-eventwali natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali jew eventwali ksur tal-liġi li tirregola l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ indikazzjoni tar-rata annwali effettiva globali f’kuntratt ta’ kreditu lill-konsumatur li minnu toriġina l-kambjala?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 326.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/3 |
Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2014 minn Adler Modemärkte AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-14 ta’ Mejju 2014 -Kawża T-160/12 – Adler Modemärkte AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-343/14)
2014/C 351/04
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Adler Modemärkte AG (rappreżentant: J.-C. Plate, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza appellata, |
— |
tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali, |
— |
tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appell huwa dirett kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża T-160/12, li permezz tagħha din il-qorti ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn Adler AG Modemärkte AG kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Frar 2012 (Każ R 1955/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Blufin SpA u Adler Modemärkte AG.
L-appellanti invokat l-aggravji segwenti:
1. |
L-ewwel nett, ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja. Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat din id-dispożizzjoni u l-ġurisprudenza stabbilita dwar ix-xebh ta’ sinjali u l-probabbiltà ta’ konfużjoni, peress li ddeduċiet xebh ta’ sinjali u probabbiltà ta’ konfużjoni tat-trade marks kunfliġġenti mill-konkordanza tal-elementi tas-sinjal li, minn naħa, jikkorrispondu għal indikazzjoni materjali purament deskrittiva tan-natura tal-prodotti (jiġifieri, l-indikazzjoni tal-kulur “nejviblu” għall-prodotti koperti mit-trade marks kunfliġġenti) u li, min-naħa l-oħra, il-pubbliku rilevanti, minħabba l-assenza ta’ karattru distintiv intrinsiku, jikkunsidra bħala li ma jirreferux għall-oriġini kummerċjali tal-prodott ta’ impriża speċifika b’distinzjoni mal-prodotti ta’ impriżi oħra. Barra minn hekk, f’din il-kawża, il-Qorti Ġenerali tikser il-kunċett legali ta’ indikazzjoni deskrittiva meta tikkonstata li t-terminu “nejviblu” la huwa deskrittiv tal-prodotti koperti, jiġifieri l-ħwejjeġ, u lanqas huwa karatteristika essenzjali tal-prodott. |
2. |
It-tieni nett, is-sentenza appellata ngħatat fuq il-bażi ta’ distorsjoni tal-fatti. Il-Qorti Ġenerali kkontestat li l-indikazzjoni “nejviblu” jista’ jkollha (fil-lingwa ta’ kull pajjiż, b’mod partikolari it-Taljan u l-Franċiż) tifsira deskrittiva tal-prodotti kkonċernati fil-klassijiet 18 u 25, minkejja li huwa stabbilit li s-sinjali kunfliġġenti fihom il-kunċett “nejviblu” li huwa purament deskrittiv ta’ prodotti f’kull waħda mil-lingwi tal-Unjoni u li t-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni, bit-Taljan “blu marino”, u t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni, bil-Franċiż “marine bleu”, huma biss ftit differenti minn dawn il-kunċetti. Barra minn hekk, fil-proċeduri preċedenti quddiem l-UASI, kemm id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kif ukoll il-Bord tal-Appell tal-UASI kkonstataw li “nejviblu” (f’kull lingwa tal-pajjiżi Ewropej) huwa terminu deskrittiv tal-prodotti. Il-Qorti Ġenerali hija marbuta b’din il-konstatazzjoni. |
3. |
It-tielet nett, fis-sentenza appellata, il-motivi invokati sabiex jiġi sostnut li l-indikazzjoni “nejviblu” ma hijiex deskrittiva tal-prodotti huma kontradittorji u jirriflettu nuqqas ta’ motivazzjoni. Fil-punt 54, il-Qorti Ġenerali stess tikkonstata li l-elementi tas-sinjali kunfliġġenti jindikaw it-ton tal-kulur inkwistjoni. Fil-punt 55, hija barra minn hekk tikkonkludi li din it-tifsira hija “evidenti”. |
4. |
Ir-raba’ nett, is-sentenza appellata ġiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet mhux applikabbli, jiġifieri dawk tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1). Huwa r-Regolament (KE) Nru 40/94 li għandu japplika (2). |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
(2) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17 Vol. 1, p. 146).
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/4 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Trieste (l-Italja) fil-21 ta’ Lulju 2014 – Florin Lazar, irrappreżentat minn Luigi Erculeo vs Allianz SpA
(Kawża C-350/14)
2014/C 351/05
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale civile di Trieste
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Florin Lazar, irrappreżentat minn Luigi Erculeo
Konvenuta: Allianz SpA
Domandi preliminari
Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 (1) dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) fil-parti li tipprovdi li: “il-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn delitt jew kważi-delitt ċivili għandha tkun il-liġi tal-pajjiż fejn iseħħ id-dannu”? B’mod partikolari
1) |
Kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “pajjiż fejn iseħħ id-dannu” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007, fil-każ tat-talba għal kumpens għad-danni patrimonjali u mhux patrimonjali invokati mill-qraba ta’ persuna, li tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku li seħħ fl-Istat tal-forum, meta dawn il-qraba jirresjedu f’pajjiż ieħor tal-Unjoni u ġarrbu l-imsemmija danni hemmhekk? |
2) |
Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007, id-danni patrimonjali u mhux patrimonjali mġarrba, fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom, mill-qraba ta’ persuna li tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku fl-Istat tal-forum, għandhom jiġu kkwalifikati bħala “dannu” fis-sens tal-ewwel parti tal-Artikolu 4(1) jew ta’ “konsegwenzi indiretti” fis-sens tat-tieni parti tal-istess artikolu? |
(1) Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007,dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”) (ĠU L 199, p. 40)
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/5 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fil-25 ta’ Lulju 2014 – Maximillian Schrems vs Data Protection Commissioner
(Kawża C-362/14)
2014/C 351/06
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Ireland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Maximillian Schrems
Konvenut: Data Protection Commissioner
Domandi preliminari
1) |
Fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea [2000(C) 364/01 (1)] u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE (2), il-Kummissarju indipendenti responsabbli għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data li quddiemu jkun tressaq ilment dwar it-trasferiment ta’ data personali lejn pajjiż terz (f’dan il-każ l-Istati Uniti tal-Amerika) li d-dritt u l-prattiki tiegħu, kif isostni l-lanjant, ma joffrux protezzjoni adegwata lill-persuna kkonċernata, huwa assolutament marbut bil-konstatazzjoni kuntrarja tal-Unjoni li tinsab fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2000 (2000/520/KE (3))? |
2) |
Fil-każ kuntrarju, jista’ jew għandu l-Kummissarju jwettaq l-investigazzjoni tiegħu fid-dawl tal-mod kif żviluppaw il-fatti minn mindu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet ippubblikata għall-ewwel darba? |
(1) Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 364, p. 1).
(2) Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).
(3) Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Lulju 2000, skont id-Direttiva 95/46/EC[KE] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta mill-prinċipji ta’ privatezza ta’ port salv u li tirrigwarda mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ tal-USA (notifikata permezz ta’ dokument numru C(2000) 2441) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 16, Vol. 1, p. 119).
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/6 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapesti XX., XXI. és XXIII. Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fit-28 ta’ Lulju 2014 – Herrenknecht vs Hév-Sugár
(Kawża C-366/14)
2014/C 351/07
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Budapesti XX., XXI. és XXIII. Kerületi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Herrenknecht AG
Konvenuta: Hév-Sugár Kft.
Domandi preliminari
1) |
Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001 (1) fir-rigward tal-punt dwar liema qorti tgawdi ġurisdizzjoni internazzjonali esklużiva meta, fil-kundizzjonijiet ġenerali relatati mal-kuntratt tagħhom, il-partijiet kontraenti f’tilwima jkunu taw lil diversi qrati differenti l-ġurisdizzjoni sabiex jinqatgħu t-tilwimiet li jitnisslu mill-imsemmi kuntratt: il-konvenut għandu d-dritt jagħżel liberament bejn il-qorti nnominata li l-ġurisdizzjoni tagħha hija esklużiva u dik li l-ġurisdizzjoni tagħha hija fakultattiva, u jista’ wieħed jikkonkludi li l-qorti adita bit-tilwima tgawdi ġurisdizzjoni internazzjonali esklużiva? |
2) |
Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 3(1) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (2) f’dak li jirrigwarda l-punt dwar liema huwa d-dritt intern li r-regoli sostantivi tiegħu huma applikabbli fl-eżami tal-kuntratt meta, fil-kundizzjonijiet ġenerali relatati ma’ dan tal-aħħar, il-partijiet kontraenti jkunu indikaw id-dritt intern ta’ diversi Stati Membri bħala d-dritt applikabbli għal dan il-kuntratt? |
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
(2) 80/934/KEE: Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 (ĠU 2005, C 169, p. 10).
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/6 |
Appell ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2014 minn Walcher Meßtechnik GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-22 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża T-95/13, Walcher Meßtechnik GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
(Kawża C-374/14 P)
2014/C 351/08
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Walcher Meßtechnik GmbH (rappreżentant: S. Walter, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tas-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-22 ta’ Mejju 2014, fil-Kawża T-95/13 u d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Diċembru 2012, fil-Każ R 1779/2012-1. |
— |
sussidjarjament, tannulla s-sentenza tas-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali, tat-22 ta’ Mejju 2014, fil-Kawża T-95/13 u tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali. |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti tinvoka żewġ aggravji, li l-ewwel fosthom huwa maqsum fi tliet partijiet.
1. |
L-ewwel aggravju: Is-sentenza appellata tikser l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) għal tliet raġunijiet:
|
2. |
It-tieni aggravju:
|
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).
(2) EU:T:2013:14.
(3) EU:C:2014:2065.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/7 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-7 ta’ Awwissu 2014 – C vs M
(Kawża C-376/14)
2014/C 351/09
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Supreme Court
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: C
Konvenuta: M
Domandi preliminari
1) |
L-eżistenza tal-proċedura Franċiża dwar il-kustodja tal-ulied tipprekludi, fiċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ, l-istabbiliment ta’ residenza abitwali tal-wild fl-Irlanda? |
2) |
Il-missier jibqa’ detentur tad-drittijiet ta’ kustodja jew il-qrati Franċiżi jibqa’ jkollhom ġurisdizzjoni fir-rigward tad-drittijiet ta’ kustodja tal-wild b’mod li n-nuqqas ta’ ritorn tal-wild fl-Irlanda jsir illegali? |
3) |
Il-qrati Irlandiżi għandhom is-setgħa li jeżaminaw il-kwistjoni tar-residenza abitwali tal-wild meta dan ikun irrisjeda fl-Irlanda minn Lulju 2012, data li fiha t-teħid tiegħu lejn l-Irlanda ma kienx jikser id-dritt Franċiż? |
Il-Qorti Ġenerali
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/9 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – CW vs Il-Kunsill
(Kawża T-516/13)
2014/C 351/10
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CW (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Tekari, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill, tat-30 ta’ Lulju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija sa fejn tirrigwarda r-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 1 00 000 bħala kumpens għad-dannu morali u materjal imġarrab mir-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mir-rikorrent. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali, sa fejn, billi tibbaża fuq motiv differenti minn dak previst fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1), li tikkostitwixxi l-bażi ġuridika tagħha, id-Deżiżjoni 2013/49/PESK (2) hija nieqsa minn bażi legali. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ proprjetà, sa fejn il-miżuri, restrettivi imposti fuq ir-rikorrent, jikkostitwixxu restrizzjoni inġustifikata tad-dritt ta’ proprjetà tagħha. |
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 62).
(2) Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/49/PESK, tat-30 ta’ Lulju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 38)
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/9 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2014 – CW vs Il-Kunsill
(Kawża T-224/14)
2014/C 351/11
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: CW (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Tekari, avukat)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
— |
tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/409/PESK, tat- 30 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija sa fejn tirrigwarda r-rikorrent; |
— |
tiddeċiedi li bħala konsegwenza tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrent jitqies li qatt ma tniżżel fil-lista ta’ persuni koperti mill-iffriżar ta’ fondi u li ebda att jew deċiżjoni tal-Kunsill ma jista jsemmi ismu bħala s-suġġett ta’ miżuri għal iffriżar ta’ fondi; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas is-somma ta’ EUR 1 00 000 bħala kumpens għad-dannu morali u materjali mġarrab mir-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mir-rikorrent li għandhom jiġu ffissati b’mod ekwu, fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-partijiet u tal-ammont ta’ xogħol li jirriżulta mill-ġestjoni ta’ tali każ. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali tad-Deċiżjoni 2014/49/PESK (1), sa fejn din hija bbażat fuq motiv differenti minn dak previst fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK (2) u sa fejn, fi kwalunke każ, id-Deċiżjoni 2011/72/PESK, li tikkostitwixxi l-bażi legali tagħha, ma tkun konformi mad-dritt Ewropew li jirregola s-sanzjonijiet immirati. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ proprjetà, sa fejn il-miżuri restrittivi imposti fuq ir-rikorrent, jikkostitwixxu restrizzjoni inġustifikata tad-dritt ta’ proprjetà tagħha. |
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 38)
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 62).
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/10 |
Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2014 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs EIT
(Kawża T-481/14)
2014/C 351/12
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Siouti u M. Sfyri, avukati)
Konvenut: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut ta’ għoti fir-rigward ta’ sejħa għal offerti kkomunikata lir-rikorrenti fl-ittra tiegħu tal-11 ta’ April 2014 u d-deċiżjonijiet sussegwenti relatati kollha tal-konvenut, inkluża d-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lill-offerent li ntgħażel (li ma ġietx ikkomunikata lir-rikorrenti); |
— |
tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-EIT tal-25 ta’ April 2014, li tirrifjuta li tiżvela informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni; |
— |
tikkundanna lill-konvenut jikkumpensa lir-rikorrenti d-danni inkorsi minħabba t-telf ta’ opportunità milli jingħataw il-kuntratt fil-kuntest tas-sejħa għal offerti, li jlaħħaq l-ammont ta’ EUR 1 58 430,40; |
— |
tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż legali tar-rikorrenti u spejjeż oħra tagħhom inkorsi relatati ma’ dan ir-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut ħawwad il-kriterji ta’ selezzjoni u ta’ għoti u għalhekk kiser l-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju (1) u l-Artikolu 149 tar-Regolament ta’ Delega (2). |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikoli 105 u 113 tar-Regolament Finanzjarju u tal-Artikolu 138 tar-Regolament ta’ Delega peress li l-konvenut uża kriterji mhux magħrufa, li ma kinux inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti, meta evalwa l-offerti u kiser l-obbligu tiegħu li jindika l-kriterji tal-għażla u l-piż relattiv tagħhom jew, fejn xieraq, l-ordni li tonqos skont l-importanza. Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-konvenut ibbaża fuq sistema diskreta u mhux kontinwa ta’ kif jagħti l-marki, li kkawżat distorsjonijiet u żbalji fl-evalwazzjoni. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut wettaq varji żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikoli 2(3) u 8 tar-Regolament Nru 1049/2001 (3) billi rrifjuta li jiżvela l-kompożizzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, li kien jippermetti lir-rikorrenti jivverifikaw l-assenza ta’ kunflitt ta’ interessi. |
(1) Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).
(2) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, p. 1).
(3) Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/11 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2014 – Sotiropoulou et vs Il-Kunsill
(Kawża T-531/14)
2014/C 351/13
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrenti: Leimonia Sotiropoulou (Patra, il-Greċja) u 63 rikorrent ieħor (rappreżentant: K. Chrisogonos, dikigoros)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tikkundanna lill-konvenut, komplessivament, sabiex jikkumpensa t-telf finanzjarju mġarrab mir-rikorrenti mill-1/1/2013 sal-31/5/2014 minħabba fit-tnaqqis illegali tal-pensjonijiet prinċipali tagħhom permezz tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ċċitati hawn taħt, għal total ta’ EUR 8 7 0 50 411; |
— |
tikkundanna lill-konvenut, komplessivament, sabiex iħallas lil kull wieħed u waħda mir-rikorrenti l-ammont ta’ EUR 3 000,00 bħala danni morali mġarrba minħabba fit-tnaqqis illegali tal-pensjonijiet prinċipali tagħhom permezz tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ċċitati hawn taħt, u |
— |
tikkundanna lill-konvenut, komplessivament, għall-ħlas tal-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Ir-rikors jirrigwarda talba għal kumpens, skont l-Artikolu 268 TFUE, għal danni kkawżati lir-rikorrenti minħabba fit-tnaqqis drastiku tal-pensjonijiet prinċipali tagħhom skont il-miżuri u l-azzjonijiet li ttieħdu fir-rigward tas-sistema tal-pensjoni tal-Greċja skont id-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2010/320/UE, tat-8 ta’ Ġunju 2010 (1), 2010/486/UE, tas-7 ta’ Settembru 2010 (2), 2011/57/UE, tal-20 ta’ Diċembru 2010 (3), 2011/257/UE, tas-7 ta’ Marzu 2011 (4), 2011/734/UE, tat-12 ta’ Lulju 2011 (5), 2011/791/UE, tat-8 ta’ Novembru 2011 (6), 2012/211/UE, tat-13 ta’ Marzu 2012 (7), u 2013/6/UE, tal-4 ta’ Diċembru 2012 (8), allegatament illegali.
Insostenn tar-rikors ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi:
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji tal-għoti tal-kompetenzi u ta’ sussidjarjetà
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali skont l-Artikoli 1, 25 u 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea
|
(1) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE, tat-8 ta’ Ġunju 2010, indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 145, 11.06.2010, p. 6).
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/486/UE, tas-7 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tal-iżbilanċ meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv (ĠU L 241, 14.09.2010, p. 12).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/57/UE, tal-20 ta’ Diċembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv (ĠU L 26, 29.01.2011, p. 15).
(4) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/257/UE, tas-7 ta’ Marzu 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 110, 29.04.2011, p. 26).
(5) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/734/UE, tat-12 ta’ Lulju 2011, indirizzata lill-Greċja bl-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv (riformulazzjoni) (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 38).
(6) Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/791/UE, tat-8 ta’ Novembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/734/UE indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 320, 3.12.2011, p. 28).
(7) Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/211/UE, tat-13 ta’ Marzu 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/734/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tinnotifika lill-Greċja sabiex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit li huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 113, 25.04.2012, p. 8).
(8) Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/6/UE, tal-4 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/734/UE indirizzata lill-Greċja bl-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 4, 9.01.2013, p. 40).
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/13 |
Appell ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 minn Desislava Kolarova mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-30 ta’ April 2014 fil-Kawża F-88/13, Kolarova vs REA
(Kawża T-533/14 P)
2014/C 351/14
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellanti: Desislava Kolarova (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla d-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-30 ta’ April 2014 fil-Kawża F-88/13, Desislava Kolarova vs REA, li għandu bħala suġġett l-annullament tad-deċiżjoni tal-PMO.1, innotifikata fit-28 ta’ Novembru 2012, li biha hija miċħuda t-talba tal-appellanti tal-20 ta’ Lulju 2012 dwar l-assimilazzjoni ta’ ommha, Anna Borisova PETROVA, ma’ wild dipendenti skont l-Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, għall-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2012 sal-31 ta’ Ottubru 2013; |
— |
tiddikjara ammissibbli r-rikors tas-17 ta’ Settembru 2013 u tilqa’ t-talbiet tal-appellanti magħmula fl-ewwel istanza; |
— |
konsegwentement, tibgħat lura l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku; |
— |
tiddeċiedi fuq l-ispejjeż u tikkundanna lill-REA u/jew lill-Kummissjoni għal ħlas tagħhom. |
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.
1. |
L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt u fuq limitazzjoni tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-“TSP”) qies, bi żball, li kellu informazzjoni suffiċjenti mid-dokumenti prodotti mill-partijiet u konsegwentement ikkunsidra bi żball li ma kienx hemm lok li tinfetaħ proċedura orali. |
2. |
It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ dritt, sa fejn it-TSP ikkunsidra bi żball li l-argument tal-appellanti fis-sens li ftehim bħall-ftehim ta’ servizz “ma jneħħix ir-responsabbiltà tal-persuna li tiddelega”, ma jieħux manifestament inkunsiderazzjoni il-kliem tal-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 91a tar-Regolamenti tal-Persunal. |
3. |
It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt tal-appellanti għal aċċess effettiv għal tribunal. |
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/13 |
Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – Murnauer Markenvertrieb vs UASI – Bach Flower Remedies (MURNAUERS Bachblüten)
(Kawża T-534/14)
2014/C 351/15
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Murnauer Markenvertrieb GmbH (Egelsbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Traub u H. Daniel, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bach Flower Remedies Ltd (Londra, ir-Renju Unit)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Mejju 2014, fil-Każ R 2041/2012-2 |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “MURNAUERS Bachblüten” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 7 49 847
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Bach Flower Remedies Ltd
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi nazzjonali u Komunitarji, li jinkludu l-element verbali “Bach”, tat-trade mark verbali nazzjonali “Bach” kif ukoll tat-trade mark mhux irreġistrata użata fil-kummerċ “BACH”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 29, 30, 31, 32, 33, 35, 42 u 44
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/14 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2014 – The Cookware Company vs UASI – Fissler (VITA+VERDE)
(Kawża T-535/14)
2014/C 351/16
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: The Cookware Company Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fissler GmbH (Idar-Oberstein, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta’ April 2014 mogħtija fil-Każ R 1082/2013-2. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur li fiha l-elementi verbali “VITA+VERDE” għal prodotti fil-klassi 21 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 0 73 054
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: it-trade mark Komunitarja preċedenti Nru 1 0 13 787 għall-kelma “vitavit”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u oppożizzjoni milqugħa
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/15 |
Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 – Lidl Stiftung vs UASI – Horno del Espinar (Castello)
(Kawża T-549/14)
2014/C 351/17
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter, M. Kefferpütz u A. Marx, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Horno del Espinar, SL (El Espinar, Spanja)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta’ April 2014, fil-Każijiet Magħquda R 1233/2013-2 u R 1258/2013-2; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Castello” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 8 19 973
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: diversi trade marks Komunitarji u nazzjonali preċedenti li jinkludu, inter alia, l-element verbali “Castelló”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/15 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Extra)
(Kawża T-552/14)
2014/C 351/18
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Mejju 2014 mogħtija fil-Każ R 199/2014-5. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Extra” għal prodotti fil-klassijiet 3, 21 u 30 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 37 582.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/16 |
Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – Wm. Wrigley Jr. Company vs UASI (Extra)
(Kawża T-553/14)
2014/C 351/19
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Mejju 2014 mogħtija fil-Każ R 218/2014-5. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri iswed u abjad li tinkludi l-element verbali “Extra” għal prodotti fil-klassijiet 3, 21 u 30 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 37 657.
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/16 |
Appell ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 minn Victor Navarro mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-21 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża F-46/13, Navarro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-556/14 P)
2014/C 351/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Victor Navarro (Sterrebeek, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
— |
tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-21 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża F-46/13; |
— |
konsegwentement, tagħti lill-appellant il-benefiċċju tat-talbiet tiegħu tal-ewwel istanza u, b’hekk:
|
Aggravji u argumenti prinċipali
Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tlett aggravji.
1. |
L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-limiti ta’ stħarriġ ġudizzjarju tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-“TSP”), sa fejn dan issostitwixxa l-evalwazzjoni tiegħu b’dik tal-amministrazzjoni. |
2. |
It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi, sa fejn it-TSP ikkunsidra b’mod żbaljat li skont l-Artikolu 3(2) tal-Anness IV tad-Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni, tat-2 ta’ Marzu 2011 (1), l-esperjenza professjonali għandha tkun debitament iġġustifikata u tkun tirrigwarda wieħed mis-setturi ta’ attività tal-Kummissjoni. |
3. |
It-tielet aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti tal-kawża, peress li t-TSP kien iddeċieda, fis-sentenza appellata, li l-appellant ma kienx ipprovda deskrizzjoni tal-kompiti mwettqa għal Continental Airlines Inc., u b’hekk, li ma kienx wera li l-esperjenza tiegħu kienet “xierqa” għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ segretarju. |
(1) Dispożizzjonijiet Ġenerali ta’ Implementazzjoni, tat-2 ta’ Marzu 2011, tal-Artikolu 79(2) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg li jirregola l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-membri tal-persunal bil-kuntratt irreklutati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 3a u 3b tal-imsemmija kundizzjonijiet, ippubblikati fl-Informazzjoni Amministrattiva Nru 33-2011.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/17 |
Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2014 – Research Engineering & Manufacturing vs UASI – Nedschroef Holding (TRILOBULAR)
(Kawża T-558/14)
2014/C 351/21
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Research Engineering & Manufacturing, Inc. (Middletown, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, K. Gilbert u M. Gilbert, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nedschroef Holding BV (Helmond, il-Pajjiżi l-Baxxi)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Mejju 2014, mogħtija fil-Każ R 442/2013-4; |
— |
tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 68 566
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġunijiet assoluti ta’ invalidità skont l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c)
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u t-trade mark Komunitarja ddikjarata invalida
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/18 |
Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – Yoo Holdings vs UASI – Eckes-Granini Group (YOO)
(Kawża T-562/14)
2014/C 351/22
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yoo Holdings Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eckes-Granini Group GmbH (Nieder-Olm, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tad-29 ta’ April 2014 fil-Każ R 762/2013-2. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “YOO” għas-servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 4 87 924
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-bord tal-appell
Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni nazzjonali u internazzjonali għat-trade mark verbali “YO” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment u oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/19 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2014 – Hewlett Packard Development Company vs UASI (ELITEDISPLAY)
(Kawża T-563/14)
2014/C 351/23
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Hewlett Packard Development Company LP (Dallas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Raab u H. Lauf, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni mogħtija fid-19 ta’ Mejju 2014 mit-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ R 1539/2013-2; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ELITEDISPLAY” għal prodotti u servizzi fil-klassi 9 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 5 41 901
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (ċ), u 7(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/19 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2014 – Gascogne Sack Deutschland u Gascogne vs Il-Qorti tal-Ġustizzja
(Kawża T-577/14)
2014/C 351/24
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Gascogne Sack Deutschland GmbH (Wieda, il-Ġermanja) u Gascogne (Saint-Paul-lès-Dax, Franza) (rappreżentanti: F. Puel u E. Durand, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tikkonstata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea minħabba l-proċedura segwita quddiem il-Qorti Ġenerali li kisret ir-rekwiżiti marbuta mal-osservanza tat-terminu ta’ sentenza raġonevoli; |
Konsegwentement,
— |
tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ħlas ta’ dannu adegwat u sħiħ għad-danni materjali u immaterjali subiti mir-rikorrenti minħabba l-aġir illegali tal-Unjoni, li jikkorrispondi għas-somom segwenti, flimkien ma’ interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, flimkien ma’ żewġ punti ta’ perċentwali, li jibdew jiddekorru mid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors:
|
— |
sussidjarjament, fil-każ li jiġi kkunsidrat li l-ammont tad-dannu subit kellu jerġa’ jkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni ġdida, tordna perizja skont l-Artikolu 65(d), l-Artikolu 66(1), u l-Artikolu 70 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali; |
— |
fi kwalunkwe ipoteżi, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, u, għalhekk, ksur tad-dritt fundamentali tagħhom li l-kawża tagħhom tiġi deċiża f’terminu raġonevoli.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/20 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2014 – Birkenstock Sales vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ superfiċje)
(Kawża T-579/14)
2014/C 351/25
Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Birkenstock Sales GmbH (Vettelschoß, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Menebröcker und V. Töbelmann, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 1952/2013-1; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn ta’ superfiċje għal prodotti fil-klassijiet 10, 18 u 25 – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 1 32 742
Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni rrifjutata
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/21 |
Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 – Vierling vs UASI– IP Leanware (BRAINCUBE)
(Kawża T-581/14)
2014/C 351/26
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Yvonne Vierling (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u D. Kipping, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IP Leanware (Issoire, Franza)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta’ April 2014 mogħtija fil-Każ R 1486/2013-2. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BRAINCUBE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 4 61 713
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali preċedenti Ġermaniża “Braincube”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/21 |
Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2014 – Giand vs UASI – Flamagas (FLAMINAIRE)
(Kawża T-583/14)
2014/C 351/27
Lingwa tar-rikors: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Giand Srl (Rimini, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Flamagas, SA (Barcelona, Spanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Ġunju 2014 fil-Każ R 2117/2011-4, li tiddikjara li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni; |
— |
tirrinvija l-każ quddiem il-UASI sabiex id-deċiżjoni tiġi emendata fuq il-mertu u sabiex it-trade mark Komunitarja Nru 8 6 80 746 tiġi rreġistrata għall-prodotti kollha li fir-rigward tagħhom saret l-applikazzjoni, bla ħsara għal dawk li ma ġewx ikkontestati; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “FLAMINAIRE” għal prodotti fil-klassijiet 16 u 34 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8 6 80 746
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Flamagas, SA
Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali internazzjonali u t-trade mark verbali nazzjonali għal prodotti fil-klassijiet 16 u 34
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
— |
ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem; |
— |
evalwazzjoni żbaljata tal-probbabbiltà ta’ konfużjoni; |
— |
evalwazzjoni żbaljata tal-provi. |
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/22 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2014 – Musso vs Il-Parlament
(Kawża T-589/14)
2014/C 351/28
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: François Musso (Ajaccio, Franza) (rappreżentant: A. Gross, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew
Talbiet tar-rikorrent
— |
tilqa’ dan ir-rikors u tiddikjarah fondat; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Ġunju 2014:
|
— |
tirreżerva lir-rikorrent id-drittijiet, il-ħlas, il-mezzi u l-azzjonijiet l-oħra kollha dovuti; |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha ta’ din l-istanza. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq irregolarità proċedurali tad-deċiżjoni kkontestata tas-26 ta’ Ġunju 2014, peress li din tal-aħħar ma kinitx ġiet iffirmata mill-President tal-Parlament skont regolament intern tal-Parlament Ewropew. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent, sa fejn id-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 1996 li kienet isservi bħala bażi għad-deċiżjoni kkontestata tas-26 ta’ Ġunju 2014, allegatament ma kinitx ġiet ippubblikata, bi ksur tal-Artikolu 28 tar-regolament intern tal-membri. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivi tad-deċiżjoni kkontestata. |
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tat-terminu raġonevoli, peress li Parlament stenna tmien snin qabel ma beda l-proċedura ta’ rkupru kontra r-rikorrent. |
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tad-dritt miksub, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tippreġudika d-drittijiet għall-pensjoni li r-rikorrent allegatament kiseb fit-3 ta’ Awwissu 1994. |
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/23 |
Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2014 – Zuffa vs UASI (ULTIMATE FIGHTING CHAMPIONSHIP)
(Kawża T-590/14)
2014/C 351/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zuffa, LLC (Las Vegas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, K. Gilbert u C. Balme, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Mejju 2014, fil-Każ R 1425/2013-2. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ULTIMATE FIGHTING CHAMPIONSHIP” għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28 u 41
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (c), u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/24 |
Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2014 – BSH vs UASI (PerfectRoast)
(Kawża T-591/14)
2014/C 351/30
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Ġunju 2014 fil-Każ R 359/2014-5; |
— |
tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu stess u għall-ispejjeż tar-rikorrenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PerfectRoast” għal prodotti fil-klassijiet 7 u 11 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 2 1 73 902
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati:
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009; |
— |
ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009. |
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/24 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Fútbol Club Barcelona vs UASI – Kule (KULE)
(Kawża T-614/14)
2014/C 351/31
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Fútbol Club Barcelona (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kule LLC (New York, l-Istati Uniti)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 2375/2013-4. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “KULE” għall-prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 9 17 097
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent
Trade mark jew sinjal invokat: Trade marks Spanjoli u trade mark magħrufa sew għat-terminu “CULE”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/25 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2014 – Grupo Bimbo vs UASI (Forma ta’ taco Messikan)
(Kawża T-618/14)
2014/C 351/32
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (Messiku, il-Messiku) (rappreżentanti: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 2449/2013-2, sa fejn din ma hijiex konformi mad-dritt u sa fejn din ma tosservax id-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ dwar it-trade mark Komunitarja; sussegwentement tagħti deċiżjoni konformi mat-talbiet inklużi f’dan ir-rikors minħabba n-natura distintiva intrinsika suffiċjenti tat-trade mark tridimensjonali li għaliha saret applikazzjoni, tilqa’ dan ir-rikors u tordna l-inklużjoni fir-reġistru tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali Nru 1 1 7 48 051, fil-klassi 30 tal-Klassifikazzjoni internazzjonali sa fejn din hija konformi mad-dritt u kif meħtieġ fid-dritt; |
— |
ladarba dan ir-rikors ikun milqugħ u t-trade mark iċċitata iktar ’il fuq tkun inkluża, tikkundanna lill-UASI jħallas l-ispejjeż u jħallas lura tal-ispejjez tar-rikors. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali bil-forma ta’ taco Messikan għal prodotti fil-klassi 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 48 051
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/26 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Infocit vs UASI – DIN (DINKOOL)
(Kawża T-621/14)
2014/C 351/33
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Infocit – Prestação de Serviços, Comércio Geral e Indústria, Lda (Luanda, l-Angola) (rappreżentant: A. Oliveira, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DIN – Deutsches Institut für Normung eV (Berlin, il-Ġermanja)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta’ Ġunju 2014, mogħtija fil-Każ R 1312/2013-2. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “DINKOOL” għal prodotti fil-klassijiet 1 sa 3, 5 sa 7, 12, 16, 20 u 21 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 4 65 946
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nruo229 048 u sinjal mhux irreġistrat preċedenti fil-Ġermanja “DIN”
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja kkontestata miċħuda fl-intier tagħha
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/26 |
Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2014 – Lauriten Holding vs UASI – IC Companys (IWEAR)
(Kawża T-622/14)
2014/C 351/34
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Lauritzen Holding AS (Drøbak, in-Norveġja) (rappreżentanti: P. Walsh u S. Dunstan, Solicitors)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IC Companys A/S (Kopenħagen, id-Danimarka)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 1935/2013-2. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “IWEAR” għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 6 29 806
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark preċedenti “INWEAR” irreġistrata bħala trade mark Komunitarja Nru 2 1 68 284
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/27 |
Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Loewe Technologies vs UASI – DNS International (SoundVision)
(Kawża T-623/14)
2014/C 351/35
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Loewe Technologies GmbH (Kronach, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Pröll, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DNS International Ltd (Tortola, British Virgin Islands)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Ġunju 2014, mogħtija fil-Każ R 1625/2013-2. |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell
Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-iswed u l-abjad li fiha l-elementi verbali “SoundVision” għal prodotti fil-klassijiet 9, 15 u 20 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru. 1 0 5 05 519
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti
Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “LOEWE SOUNDVISION” – Trade mark Komunitarja Nru 5 7 98 228
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja awtorizzata
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/28 |
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2014 – Bice International vs UASI – Bice (bice)
(Kawża T-624/14)
2014/C 351/36
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bice International Ltd (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: N. Gibb, Solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bice AG (Baar, l-Isvizzera)
Talbiet tar-rikorrenti
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta’ Mejju 2014 mogħtija fil-Każ R 1249/2013-1. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “bice” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30 u 43 – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 1 26 693
Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell
Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti
Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ġie allegat li l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ġiet ippreżentata b’mala fede, fis-sens tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u rreġistrata bi ksur tal-Artikolu 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja
Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda fl-intier tagħha
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 52(1)(b), 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/28 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2014 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI
(Kawża T-625/14)
2014/C 351/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talbiet
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Ġunju 2014, mogħtija fil-Każ R 168/2014-5. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrappreżenta sfera għal oġġetti fil-klassijiet 3, 21 u 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 37 541
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċhud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/29 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2014 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Sfera ta’ lewn ikħal)
(Kawża T-626/14)
2014/C 351/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter and C. Schmitt, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Talba
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Ġunju 2014, mogħtija fil-Każ R 169/2014-5. |
Motivi u argumenti prinċipali
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrappreżenta sfera ta’ lewn ikħal għal oġġetti fil-klassijiet 3, 21 u 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 37 483
Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda parzjalment
Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud
Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.
It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/30 |
Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-2 ta’ Lulju 2014 – Psarras vs ENISA
(Kawża F-63/13) (1)
((Servizz Pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Rexissjoni ta’ kuntratt - Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni - Dritt għal smigħ - Dannu morali - Deċiżjoni illegali bħala konsegwenza - Preġudizzju eċċessiv għad-drittijiet ta’ terz - Kundanna għad-danni ex officio - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament))
2014/C 351/39
Lingwa tal-kawża:Il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Aristidis Psarras (Héraklion, il-Ġreċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (rappreżentanti: inizjalment minn M. P. Empadinhas, bħala aġent, sussegwentement minn M. S. Purser, bħala aġent, assistit minn C. Meidanis, avukat)
Suġġett
Talba għall-annullamet, min-naħa, tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrent, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni, meħuda wara s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-118/10, li taħtar uffiċjal ieħor għall-kariga ta’ accountant u, fl-aħħar nett, il-kumpens tad-dannu morali subit
Dispożittiv
1) |
Id-deċiżjoni tal-4 ta’ Settembru 2012 tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni li tirrixxindi l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju A. Psarras hija annullata. |
2) |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni hija kkundannata tħallas lil A. Psarras is-somma ta’ EUR 40 000. |
3) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
4) |
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tħallas l-ispejjeż sostnuti minn A. Psarras. |
(1) ĠU C 336, 16.11.2013, p. 31.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/30 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2014 – DL vs Il-Kummissjoni
(Kawża F-13/14) (1)
((Tħassir - Rinunzja għall-atti mir-rikorrenti - Artikolu 89(7) tar-Regoli tal-Proċedura - Ftehim tal-partijiet fuq l-ispejjeż))
2014/C 351/40
Lingwa tal-kawża:il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: DL (Orp–Jauche, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni minn qabel mogħtija għar-rimbors tal-ispejjeż ta’ terapija għal logopedija ta’ bin ir-rikorrent fil-kuntest tat-trattament tal-marda gravi tiegħu, għas-sena 2012/2013.
Dispożittiv
1) |
Il-Kawża F-13/14 hija mħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku. |
2) |
DL u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim tagħhom. |
(1) ĠU C 102, 7.4.2014, p. 46.
6.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 351/31 |
Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-14 ta’ Lulju 2014 – DJ vs EASA
(Kawża F-3/14) (1)
2014/C 351/41
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.
(1) ĠU C 85, 22.03.2014, p. 27.