ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 351

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
6 ta' Ottubru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 351/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 351/02

Kawża C-318/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-3 ta’ Lulju 2014 – Slovenská autobusová doprava Trnava, a.s. vs Krajský úřad Olomouckého kraje

2

2014/C 351/03

Kawża C-328/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fl-4 ta’ Lulju 2014 – CD Consulting s.r.o. vs Anna Pančurová et

3

2014/C 351/04

Kawża C-343/14: Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2014 minn Adler Modemärkte AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-14 ta’ Mejju 2014 -Kawża T-160/12 – Adler Modemärkte AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

3

2014/C 351/05

Kawża C-350/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Trieste (l-Italja) fil-21 ta’ Lulju 2014 – Florin Lazar, irrappreżentat minn Luigi Erculeo vs Allianz SpA

4

2014/C 351/06

Kawża C-362/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fil-25 ta’ Lulju 2014 – Maximillian Schrems vs Data Protection Commissioner

5

2014/C 351/07

Kawża C-366/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapesti XX., XXI. és XXIII. Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fit-28 ta’ Lulju 2014 – Herrenknecht vs Hév-Sugár

6

2014/C 351/08

Kawża C-374/14 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2014 minn Walcher Meßtechnik GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-22 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża T-95/13, Walcher Meßtechnik GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

6

2014/C 351/09

Kawża C-376/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-7 ta’ Awwissu 2014 – C vs M

7

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 351/10

Kawża T-516/13: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – CW vs Il-Kunsill

9

2014/C 351/11

Kawża T-224/14: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2014 – CW vs Il-Kunsill

9

2014/C 351/12

Kawża T-481/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2014 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs EIT

10

2014/C 351/13

Kawża T-531/14: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2014 – Sotiropoulou et vs Il-Kunsill

11

2014/C 351/14

Kawża T-533/14 P: Appell ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 minn Desislava Kolarova mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-30 ta’ April 2014 fil-Kawża F-88/13, Kolarova vs REA

13

2014/C 351/15

Kawża T-534/14: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – Murnauer Markenvertrieb vs UASI – Bach Flower Remedies (MURNAUERS Bachblüten)

13

2014/C 351/16

Kawża T-535/14: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2014 – The Cookware Company vs UASI – Fissler (VITA+VERDE)

14

2014/C 351/17

Kawża T-549/14: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 – Lidl Stiftung vs UASI – Horno del Espinar (Castello)

15

2014/C 351/18

Kawża T-552/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Extra)

15

2014/C 351/19

Kawża T-553/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – Wm. Wrigley Jr. Company vs UASI (Extra)

16

2014/C 351/20

Kawża T-556/14 P: Appell ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 minn Victor Navarro mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-21 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża F-46/13, Navarro vs Il-Kummissjoni

16

2014/C 351/21

Kawża T-558/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2014 – Research Engineering & Manufacturing vs UASI – Nedschroef Holding (TRILOBULAR)

17

2014/C 351/22

Kawża T-562/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – Yoo Holdings vs UASI – Eckes-Granini Group (YOO)

18

2014/C 351/23

Kawża T-563/14: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2014 – Hewlett Packard Development Company vs UASI (ELITEDISPLAY)

19

2014/C 351/24

Kawża T-577/14: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2014 – Gascogne Sack Deutschland u Gascogne vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

19

2014/C 351/25

Kawża T-579/14: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2014 – Birkenstock Sales vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ superfiċje)

20

2014/C 351/26

Kawża T-581/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 – Vierling vs UASI– IP Leanware (BRAINCUBE)

21

2014/C 351/27

Kawża T-583/14: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2014 – Giand vs UASI – Flamagas (FLAMINAIRE)

21

2014/C 351/28

Kawża T-589/14: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2014 – Musso vs Il-Parlament

22

2014/C 351/29

Kawża T-590/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2014 – Zuffa vs UASI (ULTIMATE FIGHTING CHAMPIONSHIP)

23

2014/C 351/30

Kawża T-591/14: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2014 – BSH vs UASI (PerfectRoast)

24

2014/C 351/31

Kawża T-614/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Fútbol Club Barcelona vs UASI – Kule (KULE)

24

2014/C 351/32

Kawża T-618/14: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2014 – Grupo Bimbo vs UASI (Forma ta’ taco Messikan)

25

2014/C 351/33

Kawża T-621/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Infocit vs UASI – DIN (DINKOOL)

26

2014/C 351/34

Kawża T-622/14: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2014 – Lauriten Holding vs UASI – IC Companys (IWEAR)

26

2014/C 351/35

Kawża T-623/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Loewe Technologies vs UASI – DNS International (SoundVision)

27

2014/C 351/36

Kawża T-624/14: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2014 – Bice International vs UASI – Bice (bice)

28

2014/C 351/37

Kawża T-625/14: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2014 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI

28

2014/C 351/38

Kawża T-626/14: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2014 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Sfera ta’ lewn ikħal)

29

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 351/39

Kawża F-63/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-2 ta’ Lulju 2014 – Psarras vs ENISA (Servizz Pubbliku — Membru tal-persunal temporanju — Rexissjoni ta’ kuntratt — Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni — Dritt għal smigħ — Dannu morali — Deċiżjoni illegali bħala konsegwenza — Preġudizzju eċċessiv għad-drittijiet ta’ terz — Kundanna għad-danni ex officio — Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament)

30

2014/C 351/40

Kawża F-13/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2014 – DL vs Il-Kummissjoni (Tħassir — Rinunzja għall-atti mir-rikorrenti — Artikolu 89(7) tar-Regoli tal-Proċedura — Ftehim tal-partijiet fuq l-ispejjeż)

30

2014/C 351/41

Kawża F-3/14: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-14 ta’ Lulju 2014 – DJ vs EASA

31

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

2014/C 351/01

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 339, 29.9.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 329, 22.9.2014

ĠU C 315, 15.9.2014

ĠU C 303, 8.9.2014

ĠU C 292, 1.9.2014

ĠU C 282, 25.8.2014

ĠU C 261, 11.8.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fit-3 ta’ Lulju 2014 – Slovenská autobusová doprava Trnava, a.s. vs Krajský úřad Olomouckého kraje

(Kawża C-318/14)

2014/C 351/02

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Qorti tar-rinviju

Nejvyšší správní soud

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Slovenská autobusová doprava Trnava, a.s.

Konvenuta: Krajský úřad Olomouckého kraje.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 49, moqri flimkien mal-Artikolu 52 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi l-applikazzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li teħtieġ li t-trasportatur li jkollu s-sede tiegħu fi Stat Membru ieħor u li huwa stabbilit fir-Repubblika Ċeka permezz ta’ fergħa jikseb, minbarra l-liċenzji u l-konċessjoniijet li jippermettu lit-trasportaturi li jkollhom is-sede tagħhom fir-Repubblika Ċeka li joperaw servizzi regolari nazzjonali (trasport pubbliku urban), awtorizzazzjoni speċjali għall-eżerċizzju tal-istess attività, li l-għoti tagħha jaqa’ taħt is-setgħa diskrezzjonali tal-awtorità amministrattiva?

2)

Sabiex tiġi evalwata l-ewwel domanda, huwa rilevanti l-fatt li dan huwa każ ta’ trasport pubbliku urban li jopera fil-kuntest tas-sistema tal-obbligi ta’ servizz pubbliku skont kuntratt ta’ servizz pubbliku għal kunsiderazzjoni mħallsa mill-fondi pubbliċi fis-sens tar-Regolament (KE) Nru 1370/2007 (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70?

3)

L-Artikolu 3(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 12/98 (2), tal-11 ta’ Diċembru 1997, li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet li taħthom trasportaturi mhux residenti jistgħu joperaw servizzi nazzjonali tat-trasport tal-passiġġieri bit-triq fi Stat Membru, moqri flimkien mal-Artikolu 91 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, jista’ jiġi interpretat fis-sens li huwa jippermetti lil Stat Membru jillimita, bil-mod indikat fl-ewwel domanda, l-operat ta’ linji ta’ trasport pubbliku urban mit-trasportaturi li s-sede tagħhom tkun tinsab fi Stat Membru ieħor?


(1)  ĠU L 315, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 3, p. 501.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajský súd v Prešove (is-Slovakkja) fl-4 ta’ Lulju 2014 – CD Consulting s.r.o. vs Anna Pančurová et

(Kawża C-328/14)

2014/C 351/03

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Qorti tar-rinviju

Krajský súd v Prešo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: CD Consulting s.r.o.

Konvenuta: Anna Pančurová et

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur u tal-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2), tat-22 ta’ Diċembru 1986, għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi tal-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-qorti nazzjonali li tiddeċiedi fuq id-drittijiet li jirriżultaw minn kambjala ġġirata, f’ebda stadju tal-proċedura ma tista’ bħala prinċipju teżamina ex officio l-kuntratt, il-bażi tar-relazzjoni ġuridika, l-eventwali natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali jew eventwali ksur tal-liġi li tirregola l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ indikazzjoni tar-rata annwali effettiva globali f’kuntratt ta’ kreditu lill-konsumatur li minnu toriġina l-kambjala?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 326.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/3


Appell ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2014 minn Adler Modemärkte AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Id-Disa’ Awla) fl-14 ta’ Mejju 2014 -Kawża T-160/12 – Adler Modemärkte AG vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-343/14)

2014/C 351/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Adler Modemärkte AG (rappreżentant: J.-C. Plate, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza appellata,

tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali,

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appell huwa dirett kontra s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża T-160/12, li permezz tagħha din il-qorti ċaħdet ir-rikors ippreżentat minn Adler AG Modemärkte AG kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Frar 2012 (Każ R 1955/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Blufin SpA u Adler Modemärkte AG.

L-appellanti invokat l-aggravji segwenti:

1.

L-ewwel nett, ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja. Il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat din id-dispożizzjoni u l-ġurisprudenza stabbilita dwar ix-xebh ta’ sinjali u l-probabbiltà ta’ konfużjoni, peress li ddeduċiet xebh ta’ sinjali u probabbiltà ta’ konfużjoni tat-trade marks kunfliġġenti mill-konkordanza tal-elementi tas-sinjal li, minn naħa, jikkorrispondu għal indikazzjoni materjali purament deskrittiva tan-natura tal-prodotti (jiġifieri, l-indikazzjoni tal-kulur “nejviblu” għall-prodotti koperti mit-trade marks kunfliġġenti) u li, min-naħa l-oħra, il-pubbliku rilevanti, minħabba l-assenza ta’ karattru distintiv intrinsiku, jikkunsidra bħala li ma jirreferux għall-oriġini kummerċjali tal-prodott ta’ impriża speċifika b’distinzjoni mal-prodotti ta’ impriżi oħra. Barra minn hekk, f’din il-kawża, il-Qorti Ġenerali tikser il-kunċett legali ta’ indikazzjoni deskrittiva meta tikkonstata li t-terminu “nejviblu” la huwa deskrittiv tal-prodotti koperti, jiġifieri l-ħwejjeġ, u lanqas huwa karatteristika essenzjali tal-prodott.

2.

It-tieni nett, is-sentenza appellata ngħatat fuq il-bażi ta’ distorsjoni tal-fatti. Il-Qorti Ġenerali kkontestat li l-indikazzjoni “nejviblu” jista’ jkollha (fil-lingwa ta’ kull pajjiż, b’mod partikolari it-Taljan u l-Franċiż) tifsira deskrittiva tal-prodotti kkonċernati fil-klassijiet 18 u 25, minkejja li huwa stabbilit li s-sinjali kunfliġġenti fihom il-kunċett “nejviblu” li huwa purament deskrittiv ta’ prodotti f’kull waħda mil-lingwi tal-Unjoni u li t-trade mark invokata insostenn tal-oppożizzjoni, bit-Taljan “blu marino”, u t-trade mark li għaliha saret applikazzjoni għal reġistrazzjoni, bil-Franċiż “marine bleu”, huma biss ftit differenti minn dawn il-kunċetti. Barra minn hekk, fil-proċeduri preċedenti quddiem l-UASI, kemm id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni kif ukoll il-Bord tal-Appell tal-UASI kkonstataw li “nejviblu” (f’kull lingwa tal-pajjiżi Ewropej) huwa terminu deskrittiv tal-prodotti. Il-Qorti Ġenerali hija marbuta b’din il-konstatazzjoni.

3.

It-tielet nett, fis-sentenza appellata, il-motivi invokati sabiex jiġi sostnut li l-indikazzjoni “nejviblu” ma hijiex deskrittiva tal-prodotti huma kontradittorji u jirriflettu nuqqas ta’ motivazzjoni. Fil-punt 54, il-Qorti Ġenerali stess tikkonstata li l-elementi tas-sinjali kunfliġġenti jindikaw it-ton tal-kulur inkwistjoni. Fil-punt 55, hija barra minn hekk tikkonkludi li din it-tifsira hija “evidenti”.

4.

Ir-raba’ nett, is-sentenza appellata ġiet mogħtija fuq il-bażi ta’ dispożizzjonijiet mhux applikabbli, jiġifieri dawk tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1). Huwa r-Regolament (KE) Nru 40/94 li għandu japplika (2).


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/94, tal-20 ta’ Diċembru 1993, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17 Vol. 1, p. 146).


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale civile di Trieste (l-Italja) fil-21 ta’ Lulju 2014 – Florin Lazar, irrappreżentat minn Luigi Erculeo vs Allianz SpA

(Kawża C-350/14)

2014/C 351/05

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale civile di Trieste

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Florin Lazar, irrappreżentat minn Luigi Erculeo

Konvenuta: Allianz SpA

Domandi preliminari

Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007 (1) dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (Ruma II) fil-parti li tipprovdi li: “il-liġi applikabbli għal obbligazzjoni mhux kuntrattwali li tirriżulta minn delitt jew kważi-delitt ċivili għandha tkun il-liġi tal-pajjiż fejn iseħħ id-dannu”? B’mod partikolari

1)

Kif għandu jiġi interpretat il-kunċett ta’ “pajjiż fejn iseħħ id-dannu” fis-sens tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007, fil-każ tat-talba għal kumpens għad-danni patrimonjali u mhux patrimonjali invokati mill-qraba ta’ persuna, li tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku li seħħ fl-Istat tal-forum, meta dawn il-qraba jirresjedu f’pajjiż ieħor tal-Unjoni u ġarrbu l-imsemmija danni hemmhekk?

2)

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 864/2007, id-danni patrimonjali u mhux patrimonjali mġarrba, fil-pajjiż ta’ residenza tagħhom, mill-qraba ta’ persuna li tilfet ħajjitha f’inċident tat-traffiku fl-Istat tal-forum, għandhom jiġu kkwalifikati bħala “dannu” fis-sens tal-ewwel parti tal-Artikolu 4(1) jew ta’ “konsegwenzi indiretti” fis-sens tat-tieni parti tal-istess artikolu?


(1)  Regolament (KE) Nru 864/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Lulju 2007,dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet mhux kuntrattwali (“Ruma II”) (ĠU L 199, p. 40)


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fil-25 ta’ Lulju 2014 – Maximillian Schrems vs Data Protection Commissioner

(Kawża C-362/14)

2014/C 351/06

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Maximillian Schrems

Konvenut: Data Protection Commissioner

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl tal-Artikoli 7, 8 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea [2000(C) 364/01 (1)] u bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25(6) tad-Direttiva 95/46/KE (2), il-Kummissarju indipendenti responsabbli għall-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data li quddiemu jkun tressaq ilment dwar it-trasferiment ta’ data personali lejn pajjiż terz (f’dan il-każ l-Istati Uniti tal-Amerika) li d-dritt u l-prattiki tiegħu, kif isostni l-lanjant, ma joffrux protezzjoni adegwata lill-persuna kkonċernata, huwa assolutament marbut bil-konstatazzjoni kuntrarja tal-Unjoni li tinsab fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Lulju 2000 (2000/520/KE (3))?

2)

Fil-każ kuntrarju, jista’ jew għandu l-Kummissarju jwettaq l-investigazzjoni tiegħu fid-dawl tal-mod kif żviluppaw il-fatti minn mindu d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ġiet ippubblikata għall-ewwel darba?


(1)  Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 364, p. 1).

(2)  Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355).

(3)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-26 ta’ Lulju 2000, skont id-Direttiva 95/46/EC[KE] tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-adegwatezza tal-protezzjoni pprovduta mill-prinċipji ta’ privatezza ta’ port salv u li tirrigwarda mistoqsijiet li jsiru ta’ spiss maħruġa mid-Dipartiment tal-Kummerċ tal-USA (notifikata permezz ta’ dokument numru C(2000) 2441) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 16, Vol. 1, p. 119).


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Budapesti XX., XXI. és XXIII. Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fit-28 ta’ Lulju 2014 – Herrenknecht vs Hév-Sugár

(Kawża C-366/14)

2014/C 351/07

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Budapesti XX., XXI. és XXIII. Kerületi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Herrenknecht AG

Konvenuta: Hév-Sugár Kft.

Domandi preliminari

1)

Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 23(1) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001 (1) fir-rigward tal-punt dwar liema qorti tgawdi ġurisdizzjoni internazzjonali esklużiva meta, fil-kundizzjonijiet ġenerali relatati mal-kuntratt tagħhom, il-partijiet kontraenti f’tilwima jkunu taw lil diversi qrati differenti l-ġurisdizzjoni sabiex jinqatgħu t-tilwimiet li jitnisslu mill-imsemmi kuntratt: il-konvenut għandu d-dritt jagħżel liberament bejn il-qorti nnominata li l-ġurisdizzjoni tagħha hija esklużiva u dik li l-ġurisdizzjoni tagħha hija fakultattiva, u jista’ wieħed jikkonkludi li l-qorti adita bit-tilwima tgawdi ġurisdizzjoni internazzjonali esklużiva?

2)

Kif għandu jiġi interpretat l-Artikolu 3(1) tal-Konvenzjoni ta’ Ruma dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali (2) f’dak li jirrigwarda l-punt dwar liema huwa d-dritt intern li r-regoli sostantivi tiegħu huma applikabbli fl-eżami tal-kuntratt meta, fil-kundizzjonijiet ġenerali relatati ma’ dan tal-aħħar, il-partijiet kontraenti jkunu indikaw id-dritt intern ta’ diversi Stati Membri bħala d-dritt applikabbli għal dan il-kuntratt?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).

(2)  80/934/KEE: Konvenzjoni dwar il-liġi applikabbli għall-obbligi kuntrattwali miftuħa għall-firma f’Ruma fid-19 ta’ Ġunju 1980 (ĠU 2005, C 169, p. 10).


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/6


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2014 minn Walcher Meßtechnik GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-22 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża T-95/13, Walcher Meßtechnik GmbH vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-374/14 P)

2014/C 351/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Walcher Meßtechnik GmbH (rappreżentant: S. Walter, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tas-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, tat-22 ta’ Mejju 2014, fil-Kawża T-95/13 u d-deċiżjoni kkontestata tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Diċembru 2012, fil-Każ R 1779/2012-1.

sussidjarjament, tannulla s-sentenza tas-Sitt Awla tal-Qorti Ġenerali, tat-22 ta’ Mejju 2014, fil-Kawża T-95/13 u tirrinvija l-kawża lill-Qorti Ġenerali.

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tinvoka żewġ aggravji, li l-ewwel fosthom huwa maqsum fi tliet partijiet.

1.

L-ewwel aggravju:

Is-sentenza appellata tikser l-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 (1) għal tliet raġunijiet:

L-evalwazzjoni tan-natura reġistrabbli ta’ sinjal għandha ssir fuq il-bażi tal-kliem tal-prodotti u/jew tas-servizzi li fir-rigward tagħhom issir l-applikazzjoni. Dan ma sarx fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali. Minflok, il-Qorti Ġenerali ħadet inkunsiderazzjoni s-siti internet tal-appellanti u l-lista ta’ prodotti ta’ trade mark fl-Istati Uniti, li ma kinux is-suġġett tal-kawża.

Anki fis-sens tat-tifsira li l-Qorti Ġenerali tagħti lill-kelma HIPERDRIVE, is-sinjal HIPERDRIVE sempliċement jiddeskrivi karatteristika waħda ta’ drive. Fid-deskrizzjoni tal-parti tad-drive integrata fil-prodotti li għalihom qed issir l-applikazzjoni, l-ebda karatteristika ma hija deskritta f’din il-kawża bħala li hija essenzjali għall-prodotti li għalihom qed issir l-applikazzjoni. Għalhekk, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta applikat il-kriterji stabbiliti fil-ġurisprudenza l-iktar reċenti tagħha (ara s-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Jannar 2013, BSH vs UASI [ecoDoor] (2), T-625/11 u s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Lulju 2014, BSH vs UASI (3), C-126/13 P, punt 27).

Il-kunsiderazzjoni, allegatament żbaljata, tal-Qorti Ġenerali li “HIPER” għandha tiġi ekwiparata ma “hyper”, minkejja li dawn it-termini qatt ma huma użati bħala sinonimi, hija bbażata fuq l-affermazzjoni żbaljata li, bl-Ingliż, kemm “HIPER” kif ukoll “hyper” huma ppronunzjati bl-istess mod. Il-Qorti Ġenerali la turi u lanqas timmotiva din l-allegazzjoni żbaljata, minkejja n-numru ta’ eżempji kuntrarji mressqa mill-appellanti. Skont il-ġurisprudenza, il-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ sentenza tal-Qorti Ġenerali hijiex kontradittorja jew insuffiċjenti tikkostitwixxi kwistjoni ta’ dritt.

2.

It-tieni aggravju:

L-appellanti ssostni li s-sentenza tmur kontra l-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-projbizzjoni ta’ arbitrarjetà. Teżisti prattika ċara tal-UASI, li ma tekwiparax applikazzjonijiet li jkun fihom l-element HIPER ma dawk li fihom l-element “hyper”. Din il-prattika kienet teżisti sa minn qabel ma saret l-applikazzjoni għas-sinjal inkwistjoni f’din il-kawża u kompliet teżisti wara. Il-każ preżenti huwa differenti mill-każijiet fejn l-applikanti jinvokaw biss applikazzjoni preċedenti. Il-fatt li, wara li rrifjuta l-applikazzjoni inkwistjoni, l-UASI ma rrifjutax r-reġistrazzjoni ta’ trade marks “HIPER” juri li r-rifjut ta’ reġistrazzjoni inkwistjoni jikser b’mod ċar il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-projbizzjoni ta’ arbitrarjetà.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009, tas-26 ta’ Frar 2009, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU L 78, p. 1).

(2)  EU:T:2013:14.

(3)  EU:C:2014:2065.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supreme Court (l-Irlanda) fis-7 ta’ Awwissu 2014 – C vs M

(Kawża C-376/14)

2014/C 351/09

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: C

Konvenuta: M

Domandi preliminari

1)

L-eżistenza tal-proċedura Franċiża dwar il-kustodja tal-ulied tipprekludi, fiċ-ċirkostanzi ta’ dan il-każ, l-istabbiliment ta’ residenza abitwali tal-wild fl-Irlanda?

2)

Il-missier jibqa’ detentur tad-drittijiet ta’ kustodja jew il-qrati Franċiżi jibqa’ jkollhom ġurisdizzjoni fir-rigward tad-drittijiet ta’ kustodja tal-wild b’mod li n-nuqqas ta’ ritorn tal-wild fl-Irlanda jsir illegali?

3)

Il-qrati Irlandiżi għandhom is-setgħa li jeżaminaw il-kwistjoni tar-residenza abitwali tal-wild meta dan ikun irrisjeda fl-Irlanda minn Lulju 2012, data li fiha t-teħid tiegħu lejn l-Irlanda ma kienx jikser id-dritt Franċiż?


Il-Qorti Ġenerali

6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/9


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – CW vs Il-Kunsill

(Kawża T-516/13)

2014/C 351/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CW (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Tekari, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill, tat-30 ta’ Lulju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija sa fejn tirrigwarda r-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 1 00  000 bħala kumpens għad-dannu morali u materjal imġarrab mir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mir-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali, sa fejn, billi tibbaża fuq motiv differenti minn dak previst fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK (1), li tikkostitwixxi l-bażi ġuridika tagħha, id-Deżiżjoni 2013/49/PESK (2) hija nieqsa minn bażi legali.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ proprjetà, sa fejn il-miżuri, restrettivi imposti fuq ir-rikorrent, jikkostitwixxu restrizzjoni inġustifikata tad-dritt ta’ proprjetà tagħha.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 62).

(2)  Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/49/PESK, tat-30 ta’ Lulju 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 38)


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/9


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Lulju 2014 – CW vs Il-Kunsill

(Kawża T-224/14)

2014/C 351/11

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CW (Pariġi, Franza) (rappreżentant: A. Tekari, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill 2013/409/PESK, tat- 30 ta’ Lulju 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija sa fejn tirrigwarda r-rikorrent;

tiddeċiedi li bħala konsegwenza tal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, ir-rikorrent jitqies li qatt ma tniżżel fil-lista ta’ persuni koperti mill-iffriżar ta’ fondi u li ebda att jew deċiżjoni tal-Kunsill ma jista jsemmi ismu bħala s-suġġett ta’ miżuri għal iffriżar ta’ fondi;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas is-somma ta’ EUR 1 00  000 bħala kumpens għad-dannu morali u materjali mġarrab mir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk sostnuti mir-rikorrent li għandhom jiġu ffissati b’mod ekwu, fid-dawl tas-sitwazzjoni tal-partijiet u tal-ammont ta’ xogħol li jirriżulta mill-ġestjoni ta’ tali każ.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali tad-Deċiżjoni 2014/49/PESK (1), sa fejn din hija bbażat fuq motiv differenti minn dak previst fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK (2) u sa fejn, fi kwalunke każ, id-Deċiżjoni 2011/72/PESK, li tikkostitwixxi l-bażi legali tagħha, ma tkun konformi mad-dritt Ewropew li jirregola s-sanzjonijiet immirati.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt ta’ proprjetà, sa fejn il-miżuri restrittivi imposti fuq ir-rikorrent, jikkostitwixxu restrizzjoni inġustifikata tad-dritt ta’ proprjetà tagħha.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 38)

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK, tal-31 ta’ Jannar 2011, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 62).


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/10


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Ġunju 2014 – European Dynamics Luxembourg u Evropaïki Dynamiki vs EIT

(Kawża T-481/14)

2014/C 351/12

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu) u Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: E. Siouti u M. Sfyri, avukati)

Konvenut: L-Istitut Ewropew tal-Innovazzjoni u t-Teknoloġija (EIT)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut ta’ għoti fir-rigward ta’ sejħa għal offerti kkomunikata lir-rikorrenti fl-ittra tiegħu tal-11 ta’ April 2014 u d-deċiżjonijiet sussegwenti relatati kollha tal-konvenut, inkluża d-deċiżjoni li l-kuntratt jingħata lill-offerent li ntgħażel (li ma ġietx ikkomunikata lir-rikorrenti);

tannulla d-deċiżjoni tad-Direttur tal-EIT tal-25 ta’ April 2014, li tirrifjuta li tiżvela informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni;

tikkundanna lill-konvenut jikkumpensa lir-rikorrenti d-danni inkorsi minħabba t-telf ta’ opportunità milli jingħataw il-kuntratt fil-kuntest tas-sejħa għal offerti, li jlaħħaq l-ammont ta’ EUR 1 58  430,40;

tikkundanna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż legali tar-rikorrenti u spejjeż oħra tagħhom inkorsi relatati ma’ dan ir-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut ħawwad il-kriterji ta’ selezzjoni u ta’ għoti u għalhekk kiser l-Artikolu 110 tar-Regolament Finanzjarju (1) u l-Artikolu 149 tar-Regolament ta’ Delega (2).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikoli 105 u 113 tar-Regolament Finanzjarju u tal-Artikolu 138 tar-Regolament ta’ Delega peress li l-konvenut uża kriterji mhux magħrufa, li ma kinux inklużi fl-ispeċifikazzjonijiet tas-sejħa għal offerti, meta evalwa l-offerti u kiser l-obbligu tiegħu li jindika l-kriterji tal-għażla u l-piż relattiv tagħhom jew, fejn xieraq, l-ordni li tonqos skont l-importanza. Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-konvenut ibbaża fuq sistema diskreta u mhux kontinwa ta’ kif jagħti l-marki, li kkawżat distorsjonijiet u żbalji fl-evalwazzjoni.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-konvenut wettaq varji żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegat ksur tal-Artikoli 2(3) u 8 tar-Regolament Nru 1049/2001 (3) billi rrifjuta li jiżvela l-kompożizzjoni tal-Kumitat ta’ Evalwazzjoni, li kien jippermetti lir-rikorrenti jivverifikaw l-assenza ta’ kunflitt ta’ interessi.


(1)  Regolament (UE, EURATOM) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, p. 1).

(3)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/11


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Lulju 2014 – Sotiropoulou et vs Il-Kunsill

(Kawża T-531/14)

2014/C 351/13

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Leimonia Sotiropoulou (Patra, il-Greċja) u 63 rikorrent ieħor (rappreżentant: K. Chrisogonos, dikigoros)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tikkundanna lill-konvenut, komplessivament, sabiex jikkumpensa t-telf finanzjarju mġarrab mir-rikorrenti mill-1/1/2013 sal-31/5/2014 minħabba fit-tnaqqis illegali tal-pensjonijiet prinċipali tagħhom permezz tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ċċitati hawn taħt, għal total ta’ EUR 8 7 0 50  411;

tikkundanna lill-konvenut, komplessivament, sabiex iħallas lil kull wieħed u waħda mir-rikorrenti l-ammont ta’ EUR 3  000,00 bħala danni morali mġarrba minħabba fit-tnaqqis illegali tal-pensjonijiet prinċipali tagħhom permezz tad-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ċċitati hawn taħt, u

tikkundanna lill-konvenut, komplessivament, għall-ħlas tal-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikors jirrigwarda talba għal kumpens, skont l-Artikolu 268 TFUE, għal danni kkawżati lir-rikorrenti minħabba fit-tnaqqis drastiku tal-pensjonijiet prinċipali tagħhom skont il-miżuri u l-azzjonijiet li ttieħdu fir-rigward tas-sistema tal-pensjoni tal-Greċja skont id-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea 2010/320/UE, tat-8 ta’ Ġunju 2010 (1), 2010/486/UE, tas-7 ta’ Settembru 2010 (2), 2011/57/UE, tal-20 ta’ Diċembru 2010 (3), 2011/257/UE, tas-7 ta’ Marzu 2011 (4), 2011/734/UE, tat-12 ta’ Lulju 2011 (5), 2011/791/UE, tat-8 ta’ Novembru 2011 (6), 2012/211/UE, tat-13 ta’ Marzu 2012 (7), u 2013/6/UE, tal-4 ta’ Diċembru 2012 (8), allegatament illegali.

Insostenn tar-rikors ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi:

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-prinċipji tal-għoti tal-kompetenzi u ta’ sussidjarjetà

Ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjonijiet ikkontestati tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jirrigwardaw b’mod partikolari l-adozzjoni ta’ miżuri dettaljati, ta’ politika u ta’ azzjonijiet li jikkonċernaw skemi soċjali u dwar is-sistema tal-pensjonijiet, meta ġew adottati mill-Kunsill, dan mar lil hinn mill-poteri li t-Trattat jagħtih u bi ksur tal-prinċipji tal-għoti tal-kompetenzi u ta’ sussidjarjetà skont l-Artikoli 4 u 5 TUE, flimkien mal-Artikoli 2 sa 6 TFUE. Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropeafl-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet, skont l-Artikoli 126(9) u 136 TFUE, indirizzati lill-Greċja, ma jistax jistabbilixxi fid-dettall il-politika li l-Greċja trid ssegwi fl-oqsma msemmija, li huma r-responsabbiltà unika ta’ din tal-aħħar bħala Stat Membru tal-Unjoni Ewropea. L-imsemmija deċiżjonijiet, flimkien mal-kontenut tagħhom, huma għaldaqstant illegali u jqajjmu r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea sabiex hija tikkumpensa lir-rikorrenti d-danni mġarrba minħabba l-fatt li dawn l-istess deċiżjonijiet naqqsu l-pensjonijiet tagħhom.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet fundamentali skont l-Artikoli 1, 25 u 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

Ir-rikorrenti jsostnu li d-deċiżjonijiet tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ċċitati iktar 'il fuq imponew l-adozzjoni ta’ miżuri dwar is-sistema tal-pensjoni li ħarbtu radikalment is-sitwazzjoni ekonomika tar-rikorrenti u wettqu biddla sostanzjali fis-sitwazzjoni li sa dak iż-żmien huma kienu jserrħu fuqha. It-tnaqqis drastiku fil-pensjonijiet impost skont il-miżuri identifikati fid-deċiżjonijiet iċċitati iktar 'il fuq tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea kien ifisser tnaqqis radikali tal-kopertura tal-assigurazzjoni u biddla għall-agħar u f’daqqa fl-istandard ta’ għajxien tal-pensjonanti, li fosthom hemm ir-rikorrenti, li, minħabba fit-tnaqqis tal-pensjoni, ittieħdilhom l-ikbar parti mid-dħul li huma qabel kienu jużufruwixxu minnu. L-adozzjoni u l-implementazzjoni tat-tnaqqis inkwistjoni stabbilew il-ksur dirett tad-drittijiet tar-rikorrenti għad-dinjità tal-bniedem, għal ħajja dinjituża u indipendenti tal-anzjani kif ukoll għal aċċess għas-servizzi ta’ sigurtà soċjali u għas-servizzi soċjali li jiżguraw protezzjoni lill-anzjani, drittijiet stabbiliti direttament fl-Artikoli 1, 25 u 34 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Dan kollu jwassal għall-konklużjoni li d-deċiżjonijiet huma minnhom innifishom illegali u tqajjem ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea sabiex tikkumpensa lir-rikorrenti għad-danni mġarrba minħabba l-fatt li dawn l-istess deċiżjonijiet naqqsu l-pensjonijiet tagħhom.


(1)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/320/UE, tat-8 ta’ Ġunju 2010, indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 145, 11.06.2010, p. 6).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/486/UE, tas-7 ta’ Settembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tal-iżbilanċ meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv (ĠU L 241, 14.09.2010, p. 12).

(3)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/57/UE, tal-20 ta’ Diċembru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tagħti notifika lill-Greċja biex jittieħdu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit meqjusa bħala meħtieġa biex tissewwa l-qagħda ta’ żbilanċ eċċessiv (ĠU L 26, 29.01.2011, p. 15).

(4)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/257/UE, tas-7 ta’ Marzu 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2010/320/UE indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 110, 29.04.2011, p. 26).

(5)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/734/UE, tat-12 ta’ Lulju 2011, indirizzata lill-Greċja bl-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit, liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv (riformulazzjoni) (ĠU L 296, 15.11.2011, p. 38).

(6)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/791/UE, tat-8 ta’ Novembru 2011, li temenda d-Deċiżjoni 2011/734/UE indirizzata lill-Greċja bil-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 320, 3.12.2011, p. 28).

(7)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/211/UE, tat-13 ta’ Marzu 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/734/UE indirizzata lill-Greċja bil-ħsieb li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tinnotifika lill-Greċja sabiex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit li huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 113, 25.04.2012, p. 8).

(8)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/6/UE, tal-4 ta’ Diċembru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2011/734/UE indirizzata lill-Greċja bl-għan li ssaħħaħ u tapprofondixxi s-sorveljanza fiskali u li tavża lill-Greċja biex tieħu miżuri għat-tnaqqis tad-defiċit liema miżuri huma meqjusa neċessarji sabiex tiġi rimedjata s-sitwazzjoni ta’ defiċit eċċessiv (ĠU L 4, 9.01.2013, p. 40).


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/13


Appell ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 minn Desislava Kolarova mid-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-30 ta’ April 2014 fil-Kawża F-88/13, Kolarova vs REA

(Kawża T-533/14 P)

2014/C 351/14

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Desislava Kolarova (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-digriet mogħti mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-30 ta’ April 2014 fil-Kawża F-88/13, Desislava Kolarova vs REA, li għandu bħala suġġett l-annullament tad-deċiżjoni tal-PMO.1, innotifikata fit-28 ta’ Novembru 2012, li biha hija miċħuda t-talba tal-appellanti tal-20 ta’ Lulju 2012 dwar l-assimilazzjoni ta’ ommha, Anna Borisova PETROVA, ma’ wild dipendenti skont l-Artikolu 2(4) tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal, għall-perijodu mill-1 ta’ Novembru 2012 sal-31 ta’ Ottubru 2013;

tiddikjara ammissibbli r-rikors tas-17 ta’ Settembru 2013 u tilqa’ t-talbiet tal-appellanti magħmula fl-ewwel istanza;

konsegwentement, tibgħat lura l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku;

tiddeċiedi fuq l-ispejjeż u tikkundanna lill-REA u/jew lill-Kummissjoni għal ħlas tagħhom.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt u fuq limitazzjoni tad-drittijiet tad-difiża tal-appellanti, sa fejn it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-“TSP”) qies, bi żball, li kellu informazzjoni suffiċjenti mid-dokumenti prodotti mill-partijiet u konsegwentement ikkunsidra bi żball li ma kienx hemm lok li tinfetaħ proċedura orali.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ dritt, sa fejn it-TSP ikkunsidra bi żball li l-argument tal-appellanti fis-sens li ftehim bħall-ftehim ta’ servizz “ma jneħħix ir-responsabbiltà tal-persuna li tiddelega”, ma jieħux manifestament inkunsiderazzjoni il-kliem tal-Artikolu 2(2) u tal-Artikolu 91a tar-Regolamenti tal-Persunal.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tad-dritt tal-appellanti għal aċċess effettiv għal tribunal.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/13


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – Murnauer Markenvertrieb vs UASI – Bach Flower Remedies (MURNAUERS Bachblüten)

(Kawża T-534/14)

2014/C 351/15

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Murnauer Markenvertrieb GmbH (Egelsbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Traub u H. Daniel, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bach Flower Remedies Ltd (Londra, ir-Renju Unit)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-5 ta’ Mejju 2014, fil-Każ R 2041/2012-2

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva, li tinkludi l-element verbali “MURNAUERS Bachblüten” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 7 49  847

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Bach Flower Remedies Ltd

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks figurattivi nazzjonali u Komunitarji, li jinkludu l-element verbali “Bach”, tat-trade mark verbali nazzjonali “Bach” kif ukoll tat-trade mark mhux irreġistrata użata fil-kummerċ “BACH”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 29, 30, 31, 32, 33, 35, 42 u 44

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/14


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2014 – The Cookware Company vs UASI – Fissler (VITA+VERDE)

(Kawża T-535/14)

2014/C 351/16

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Cookware Company Ltd (Ħong Kong, iċ-Ċina) (rappreżentant: K. Manhaeve, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Fissler GmbH (Idar-Oberstein, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta’ April 2014 mogħtija fil-Każ R 1082/2013-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kulur li fiha l-elementi verbali “VITA+VERDE” għal prodotti fil-klassi 21 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 0 73  054

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat fl-oppożizzjoni: it-trade mark Komunitarja preċedenti Nru 1 0 13  787 għall-kelma “vitavit”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u oppożizzjoni milqugħa

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/15


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 – Lidl Stiftung vs UASI – Horno del Espinar (Castello)

(Kawża T-549/14)

2014/C 351/17

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lidl Stiftung & Co. KG (Neckarsulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Wolter, M. Kefferpütz u A. Marx, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Horno del Espinar, SL (El Espinar, Spanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta’ April 2014, fil-Każijiet Magħquda R 1233/2013-2 u R 1258/2013-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Castello” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 8 19  973

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: diversi trade marks Komunitarji u nazzjonali preċedenti li jinkludu, inter alia, l-element verbali “Castelló”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/15


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Extra)

(Kawża T-552/14)

2014/C 351/18

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Mejju 2014 mogħtija fil-Każ R 199/2014-5.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “Extra” għal prodotti fil-klassijiet 3, 21 u 30 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 37  582.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/16


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – Wm. Wrigley Jr. Company vs UASI (Extra)

(Kawża T-553/14)

2014/C 351/19

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Mejju 2014 mogħtija fil-Każ R 218/2014-5.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bil-kuluri iswed u abjad li tinkludi l-element verbali “Extra” għal prodotti fil-klassijiet 3, 21 u 30 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 37  657.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/16


Appell ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 minn Victor Navarro mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-21 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża F-46/13, Navarro vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-556/14 P)

2014/C 351/20

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Victor Navarro (Sterrebeek, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-21 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża F-46/13;

konsegwentement, tagħti lill-appellant il-benefiċċju tat-talbiet tiegħu tal-ewwel istanza u, b’hekk:

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, bħala Awtorità bis-setgħa ta’ konklużjoni tal-kuntratti, tal-4 ta’ Ottubru 2012, li ma tirreklutax lill-appellant bħala membru tal-persunal awżiljarju bil-kuntratt tal-grupp ta’ funzjonijiet II;

sal-limitu meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità bis-setgħa ta’ konklużjoni tal-kuntratti, tas-7 ta’ Frar 2013, li tiċħad l-ilment imressaq mill-appellant fid-19 ta’ Ottubru 2012;

tikkumpensa d-dannu materjali tiegħu;

tagħti s-somma stabbilita ex aequo et bono u provviżorjament għal EUR 50  000 fir-rigward tad-dannu morali subit;

tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż kollha, inklużi dawk fl-appell preżenti.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka tlett aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq ksur tal-limiti ta’ stħarriġ ġudizzjarju tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (iktar ’il quddiem it-“TSP”), sa fejn dan issostitwixxa l-evalwazzjoni tiegħu b’dik tal-amministrazzjoni.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi, sa fejn it-TSP ikkunsidra b’mod żbaljat li skont l-Artikolu 3(2) tal-Anness IV tad-Dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni, tat-2 ta’ Marzu 2011 (1), l-esperjenza professjonali għandha tkun debitament iġġustifikata u tkun tirrigwarda wieħed mis-setturi ta’ attività tal-Kummissjoni.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq żnaturament tal-fatti tal-kawża, peress li t-TSP kien iddeċieda, fis-sentenza appellata, li l-appellant ma kienx ipprovda deskrizzjoni tal-kompiti mwettqa għal Continental Airlines Inc., u b’hekk, li ma kienx wera li l-esperjenza tiegħu kienet “xierqa” għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet ta’ segretarju.


(1)  Dispożizzjonijiet Ġenerali ta’ Implementazzjoni, tat-2 ta’ Marzu 2011, tal-Artikolu 79(2) tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg li jirregola l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-membri tal-persunal bil-kuntratt irreklutati mill-Kummissjoni skont l-Artikoli 3a u 3b tal-imsemmija kundizzjonijiet, ippubblikati fl-Informazzjoni Amministrattiva Nru 33-2011.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/17


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Lulju 2014 – Research Engineering & Manufacturing vs UASI – Nedschroef Holding (TRILOBULAR)

(Kawża T-558/14)

2014/C 351/21

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Research Engineering & Manufacturing, Inc. (Middletown, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, K. Gilbert u M. Gilbert, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Nedschroef Holding BV (Helmond, il-Pajjiżi l-Baxxi)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Mejju 2014, mogħtija fil-Każ R 442/2013-4;

tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 6 68  566

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: raġunijiet assoluti ta’ invalidità skont l-Artikolu 52(1)(a) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja flimkien mal-Artikolu 7(1)(b) u (c)

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni appellata annullata u t-trade mark Komunitarja ddikjarata invalida

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u 7(1)(c) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/18


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – Yoo Holdings vs UASI – Eckes-Granini Group (YOO)

(Kawża T-562/14)

2014/C 351/22

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yoo Holdings Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: D. Farnsworth, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Eckes-Granini Group GmbH (Nieder-Olm, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tad-29 ta’ April 2014 fil-Każ R 762/2013-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “YOO” għas-servizzi fil-klassijiet 35, 41 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 4 87  924

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-bord tal-appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni nazzjonali u internazzjonali għat-trade mark verbali “YO” għal prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata parzjalment u oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(a) u (b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/19


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2014 – Hewlett Packard Development Company vs UASI (ELITEDISPLAY)

(Kawża T-563/14)

2014/C 351/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hewlett Packard Development Company LP (Dallas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: T. Raab u H. Lauf, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija fid-19 ta’ Mejju 2014 mit-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ R 1539/2013-2;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ELITEDISPLAY” għal prodotti u servizzi fil-klassi 9 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 5 41  901

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (ċ), u 7(2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/19


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2014 – Gascogne Sack Deutschland u Gascogne vs Il-Qorti tal-Ġustizzja

(Kawża T-577/14)

2014/C 351/24

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Gascogne Sack Deutschland GmbH (Wieda, il-Ġermanja) u Gascogne (Saint-Paul-lès-Dax, Franza) (rappreżentanti: F. Puel u E. Durand, avukati)

Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tikkonstata r-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni Ewropea minħabba l-proċedura segwita quddiem il-Qorti Ġenerali li kisret ir-rekwiżiti marbuta mal-osservanza tat-terminu ta’ sentenza raġonevoli;

Konsegwentement,

tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ħlas ta’ dannu adegwat u sħiħ għad-danni materjali u immaterjali subiti mir-rikorrenti minħabba l-aġir illegali tal-Unjoni, li jikkorrispondi għas-somom segwenti, flimkien ma’ interessi kumpensatorji u moratorji bir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għat-tranżazzjonijiet prinċipali ta’ finanzjament mill-ġdid, flimkien ma’ żewġ punti ta’ perċentwali, li jibdew jiddekorru mid-data tal-preżentata ta’ dan ir-rikors:

EUR 1 1 93  467 abbażi tat-telf subit minħabba l-pagament ta’ interessi legali addizzjonali applikati f’isem is-sanzjoni lil hinn minn terminu raġonevoli;

EUR 1 87  571 abbażi tat-telf subit minħabba l-pagamenti addizzjonali tal-garanzija bankarja lil hinn minn terminu raġonevoli;

EUR 2 0 00  000 abbażi tax-xogħol mitluf u/jew tat-telf subit minħabba “sitwazzjonijiet ta’ inċertezza”, u

EUR 5 00  000 abbażi tad-dannu immaterjali;

sussidjarjament, fil-każ li jiġi kkunsidrat li l-ammont tad-dannu subit kellu jerġa’ jkun is-suġġett ta’ evalwazzjoni ġdida, tordna perizja skont l-Artikolu 65(d), l-Artikolu 66(1), u l-Artikolu 70 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali;

fi kwalunkwe ipoteżi, tikkundanna lill-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw motiv wieħed, ibbażat fuq ksur tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, minħabba tul eċċessiv tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali, u, għalhekk, ksur tad-dritt fundamentali tagħhom li l-kawża tagħhom tiġi deċiża f’terminu raġonevoli.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/20


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2014 – Birkenstock Sales vs UASI (Rappreżentazzjoni ta’ disinn ta’ superfiċje)

(Kawża T-579/14)

2014/C 351/25

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Birkenstock Sales GmbH (Vettelschoß, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Menebröcker und V. Töbelmann, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-15 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 1952/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn ta’ superfiċje għal prodotti fil-klassijiet 10, 18 u 25 – Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 1 32  742

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/21


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Lulju 2014 – Vierling vs UASI– IP Leanware (BRAINCUBE)

(Kawża T-581/14)

2014/C 351/26

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Yvonne Vierling (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Hasselblatt u D. Kipping, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IP Leanware (Issoire, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta’ April 2014 mogħtija fil-Każ R 1486/2013-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “BRAINCUBE” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 38 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 4 61  713

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali preċedenti Ġermaniża “Braincube”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/21


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Awwissu 2014 – Giand vs UASI – Flamagas (FLAMINAIRE)

(Kawża T-583/14)

2014/C 351/27

Lingwa tar-rikors: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Giand Srl (Rimini, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Flamagas, SA (Barcelona, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Ġunju 2014 fil-Każ R 2117/2011-4, li tiddikjara li ma hemmx probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks inkwistjoni;

tirrinvija l-każ quddiem il-UASI sabiex id-deċiżjoni tiġi emendata fuq il-mertu u sabiex it-trade mark Komunitarja Nru 8 6 80  746 tiġi rreġistrata għall-prodotti kollha li fir-rigward tagħhom saret l-applikazzjoni, bla ħsara għal dawk li ma ġewx ikkontestati;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż sostnuti quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “FLAMINAIRE” għal prodotti fil-klassijiet 16 u 34 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8 6 80  746

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Flamagas, SA

Trade mark jew sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: it-trade mark verbali internazzjonali u t-trade mark verbali nazzjonali għal prodotti fil-klassijiet 16 u 34

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-prinċipju ta’ ne bis in idem;

evalwazzjoni żbaljata tal-probbabbiltà ta’ konfużjoni;

evalwazzjoni żbaljata tal-provi.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/22


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2014 – Musso vs Il-Parlament

(Kawża T-589/14)

2014/C 351/28

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: François Musso (Ajaccio, Franza) (rappreżentant: A. Gross, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tilqa’ dan ir-rikors u tiddikjarah fondat;

tannulla d-deċiżjoni tas-26 ta’ Ġunju 2014:

prinċipalment, abbażi tal-irregolarità proċedurali minħabba fin-nuqqas ta’ firma tal-President;

inkella abbażi tal-ksur tad-drittijiet tad-difiża għall-assenza ta’ pubbliċità tad-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 1996 li sservi bħala bażi għad-deċiżjoni tas-26 ta’ Ġunju 2014;

inkella abbażi tal-ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju;

inkella abbażi ta’ insuffiċjenza ta’ motivi għad-deċiżjoni tas-26 ta’ Ġunju 2014;

inkella abbażi tal-ksur tal-prinċipju tat-terminu raġonevoli li jaffettwa l-eżerċizzju tad-drittijiet tad-difiża;

inkella abbażi tal-ksur tal-prinċipju tad-dritt akkwistat;

tirreżerva lir-rikorrent id-drittijiet, il-ħlas, il-mezzi u l-azzjonijiet l-oħra kollha dovuti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha ta’ din l-istanza.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq irregolarità proċedurali tad-deċiżjoni kkontestata tas-26 ta’ Ġunju 2014, peress li din tal-aħħar ma kinitx ġiet iffirmata mill-President tal-Parlament skont regolament intern tal-Parlament Ewropew.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrent, sa fejn id-deċiżjoni tas-17 ta’ Lulju 1996 li kienet isservi bħala bażi għad-deċiżjoni kkontestata tas-26 ta’ Ġunju 2014, allegatament ma kinitx ġiet ippubblikata, bi ksur tal-Artikolu 28 tar-regolament intern tal-membri.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ kontradittorju.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq insuffiċjenza ta’ motivi tad-deċiżjoni kkontestata.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tat-terminu raġonevoli, peress li Parlament stenna tmien snin qabel ma beda l-proċedura ta’ rkupru kontra r-rikorrent.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipju tad-dritt miksub, sa fejn id-deċiżjoni kkontestata tippreġudika d-drittijiet għall-pensjoni li r-rikorrent allegatament kiseb fit-3 ta’ Awwissu 1994.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/23


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Awwissu 2014 – Zuffa vs UASI (ULTIMATE FIGHTING CHAMPIONSHIP)

(Kawża T-590/14)

2014/C 351/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Zuffa, LLC (Las Vegas, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, K. Gilbert u C. Balme, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Mejju 2014, fil-Każ R 1425/2013-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ULTIMATE FIGHTING CHAMPIONSHIP” għall-prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 28 u 41

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 7(1)(b) u (c), u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/24


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ Awwissu 2014 – BSH vs UASI (PerfectRoast)

(Kawża T-591/14)

2014/C 351/30

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BSH Bosch und Siemens Hausgeräte GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-16 ta’ Ġunju 2014 fil-Każ R 359/2014-5;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż tiegħu stess u għall-ispejjeż tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “PerfectRoast” għal prodotti fil-klassijiet 7 u 11 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 2 1 73  902

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/24


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Fútbol Club Barcelona vs UASI – Kule (KULE)

(Kawża T-614/14)

2014/C 351/31

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Fútbol Club Barcelona (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: J. Carbonell Callicó, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Kule LLC (New York, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 2375/2013-4.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “KULE” għall-prodotti fil-klassijiet 14, 18 u 25 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 9 17  097

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrent

Trade mark jew sinjal invokat: Trade marks Spanjoli u trade mark magħrufa sew għat-terminu “CULE”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/25


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2014 – Grupo Bimbo vs UASI (Forma ta’ taco Messikan)

(Kawża T-618/14)

2014/C 351/32

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (Messiku, il-Messiku) (rappreżentanti: N. Fernández Fernández-Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni mogħtija mit-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-3 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 2449/2013-2, sa fejn din ma hijiex konformi mad-dritt u sa fejn din ma tosservax id-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ dwar it-trade mark Komunitarja; sussegwentement tagħti deċiżjoni konformi mat-talbiet inklużi f’dan ir-rikors minħabba n-natura distintiva intrinsika suffiċjenti tat-trade mark tridimensjonali li għaliha saret applikazzjoni, tilqa’ dan ir-rikors u tordna l-inklużjoni fir-reġistru tal-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja tridimensjonali Nru 1 1 7 48  051, fil-klassi 30 tal-Klassifikazzjoni internazzjonali sa fejn din hija konformi mad-dritt u kif meħtieġ fid-dritt;

ladarba dan ir-rikors ikun milqugħ u t-trade mark iċċitata iktar ’il fuq tkun inkluża, tikkundanna lill-UASI jħallas l-ispejjeż u jħallas lura tal-ispejjez tar-rikors.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark tridimensjonali bil-forma ta’ taco Messikan għal prodotti fil-klassi 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 48  051

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/26


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Infocit vs UASI – DIN (DINKOOL)

(Kawża T-621/14)

2014/C 351/33

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Infocit – Prestação de Serviços, Comércio Geral e Indústria, Lda (Luanda, l-Angola) (rappreżentant: A. Oliveira, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DIN – Deutsches Institut für Normung eV (Berlin, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-4 ta’ Ġunju 2014, mogħtija fil-Każ R 1312/2013-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “DINKOOL” għal prodotti fil-klassijiet 1 sa 3, 5 sa 7, 12, 16, 20 u 21 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 4 65  946

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjoni tat-trade mark internazzjonali Nruo229 048 u sinjal mhux irreġistrat preċedenti fil-Ġermanja “DIN”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għal trade mark Komunitarja kkontestata miċħuda fl-intier tagħha

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/26


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Awwissu 2014 – Lauriten Holding vs UASI – IC Companys (IWEAR)

(Kawża T-622/14)

2014/C 351/34

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Lauritzen Holding AS (Drøbak, in-Norveġja) (rappreżentanti: P. Walsh u S. Dunstan, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IC Companys A/S (Kopenħagen, id-Danimarka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-2 ta’ Ġunju 2014, fil-Każ R 1935/2013-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “IWEAR” għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 6 29  806

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark preċedenti “INWEAR” irreġistrata bħala trade mark Komunitarja Nru 2 1 68  284

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/27


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Loewe Technologies vs UASI – DNS International (SoundVision)

(Kawża T-623/14)

2014/C 351/35

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Loewe Technologies GmbH (Kronach, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Pröll, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DNS International Ltd (Tortola, British Virgin Islands)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Ġunju 2014, mogħtija fil-Każ R 1625/2013-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-iswed u l-abjad li fiha l-elementi verbali “SoundVision” għal prodotti fil-klassijiet 9, 15 u 20 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru. 1 0 5 05  519

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “LOEWE SOUNDVISION” – Trade mark Komunitarja Nru 5 7 98  228

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ u r-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja awtorizzata

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/28


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Awwissu 2014 – Bice International vs UASI – Bice (bice)

(Kawża T-624/14)

2014/C 351/36

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Bice International Ltd (Dubai, l-Emirati Għarab Magħquda) (rappreżentant: N. Gibb, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bice AG (Baar, l-Isvizzera)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-23 ta’ Mejju 2014 mogħtija fil-Każ R 1249/2013-1.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “bice” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30 u 43 – Reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 5 1 26  693

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: ġie allegat li l-applikazzjoni għal trade mark Komunitarja ġiet ippreżentata b’mala fede, fis-sens tal-Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja u rreġistrata bi ksur tal-Artikolu 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 52(1)(b), 53(1)(a) moqri flimkien mal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/28


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2014 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI

(Kawża T-625/14)

2014/C 351/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter u C. Schmitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Ġunju 2014, mogħtija fil-Każ R 168/2014-5.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrappreżenta sfera għal oġġetti fil-klassijiet 3, 21 u 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 37  541

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċhud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/29


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Awwissu 2014 – Wm. Wrigley Jr. vs UASI (Sfera ta’ lewn ikħal)

(Kawża T-626/14)

2014/C 351/38

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Wm. Wrigley Jr. Company (Wilmington, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: M. Kinkeldey, S. Brandstätter and C. Schmitt, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talba

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-17 ta’ Ġunju 2014, mogħtija fil-Każ R 169/2014-5.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrappreżenta sfera ta’ lewn ikħal għal oġġetti fil-klassijiet 3, 21 u 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 37  483

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja miċħuda parzjalment

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/30


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-2 ta’ Lulju 2014 – Psarras vs ENISA

(Kawża F-63/13) (1)

((Servizz Pubbliku - Membru tal-persunal temporanju - Rexissjoni ta’ kuntratt - Artikolu 41(2)(a) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni - Dritt għal smigħ - Dannu morali - Deċiżjoni illegali bħala konsegwenza - Preġudizzju eċċessiv għad-drittijiet ta’ terz - Kundanna għad-danni ex officio - Nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ annullament))

2014/C 351/39

Lingwa tal-kawża:Il-Grieg

Partijiet

Rikorrent: Aristidis Psarras (Héraklion, il-Ġreċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (rappreżentanti: inizjalment minn M. P. Empadinhas, bħala aġent, sussegwentement minn M. S. Purser, bħala aġent, assistit minn C. Meidanis, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullamet, min-naħa, tad-deċiżjoni ta’ tkeċċija tar-rikorrent, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni, meħuda wara s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-118/10, li taħtar uffiċjal ieħor għall-kariga ta’ accountant u, fl-aħħar nett, il-kumpens tad-dannu morali subit

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-4 ta’ Settembru 2012 tad-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni li tirrixxindi l-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju A. Psarras hija annullata.

2)

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni hija kkundannata tħallas lil A. Psarras is-somma ta’ EUR 40  000.

3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

4)

L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tħallas l-ispejjeż sostnuti minn A. Psarras.


(1)  ĠU C 336, 16.11.2013, p. 31.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/30


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tas-26 ta’ Ġunju 2014 – DL vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-13/14) (1)

((Tħassir - Rinunzja għall-atti mir-rikorrenti - Artikolu 89(7) tar-Regoli tal-Proċedura - Ftehim tal-partijiet fuq l-ispejjeż))

2014/C 351/40

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: DL (Orp–Jauche, il-Belġju) (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u V. Joris, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal estensjoni tal-awtorizzazzjoni minn qabel mogħtija għar-rimbors tal-ispejjeż ta’ terapija għal logopedija ta’ bin ir-rikorrent fil-kuntest tat-trattament tal-marda gravi tiegħu, għas-sena 2012/2013.

Dispożittiv

1)

Il-Kawża F-13/14 hija mħassra mir-reġistru tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

2)

DL u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż skont il-ftehim tagħhom.


(1)  ĠU C 102, 7.4.2014, p. 46.


6.10.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 351/31


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-14 ta’ Lulju 2014 – DJ vs EASA

(Kawża F-3/14) (1)

2014/C 351/41

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ewwel Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 85, 22.03.2014, p. 27.