ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 339

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
29 ta' Settembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 339/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 339/02

Kawża C-309/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-30 ta’ Ġunju 2014 – Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL), Istituto Nazionale Confederale Assistenza (INCA) vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Ministero dell'Economia e delle Finanze

2

2014/C 339/03

Kawża C-324/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajowa Izba Odwoławcza (il-Polonja) fis-7 ta’ Lulju 2014 – PARTNER Apelski Dariusz vs Zarząd Oczyszczania Miasta

2

2014/C 339/04

Kawża C-326/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Lulju 2014 – Verein für Konsumenteninformation vs A1 Telekom Austria AG

4

2014/C 339/05

Kawża C-334/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Session, Scotland (ir-Renju Unit) fit-8 ta’ Lulju 2014 – The Scotch Whisky Association et vs The Lord Advocate u The Advocate General for Scotland

4

2014/C 339/06

Kawża C-335/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d'appel de Mons (il-Belġju) fil-11 ta’ Lulju 2014 – Les Jardins de Jouvence SCRL vs L-Istat Belġjan

5

2014/C 339/07

Kawża C-336/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Sonthofen (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Lulju 2014 – Proċeduri kriminali kontra Sebat Ince

6

2014/C 339/08

Kawża C-338/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fl-14 ta’ Lulju 2014 – Quenon K. SPRL vs Citibank Belgium SA, Metlife Insurance SA

8

2014/C 339/09

Kawża C-340/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Lulju 2014 – R.L. Trijber, li jaġixxi taħt l-isem Amstelboats vs College van Burgemeester en Wethouders van Amsterdam

8

2014/C 339/10

Kawża C-341/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Lulju 2014 – J. Harmsen vs Burgemeester van Amsterdam

9

2014/C 339/11

Kawża C-344/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Lulju 2014 – Kyowa Hakko Europe GmbH vs Hauptzollamt Hannover

10

2014/C 339/12

Kawża C-349/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-21 ta’ Lulju 2014 – Ministre délégué, chargé du budget vs Marlène Pazdziej

11

2014/C 339/13

Kawża C-351/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona (Spanja) fit-22 ta’ Lulju 2014 – Estrella Rodríguez Sanchez vs Consum Sociedad Cooperativa Valenciana

11

2014/C 339/14

Kawża C-352/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa (Spanja) fit-22 ta’ Lulju 2014 – Juan Miguel Iglesias Gutiérrez vs Bankia, S.A. et

12

2014/C 339/15

Kawża C-353/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa (Spanja) fit-22 ta’ Lulju 2014 – Elisabet Rion Bea vs Bankia S.A. et

13

2014/C 339/16

Kawża C-361/14 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-13 ta’ Mejju 2014 fil-Kawżi T-458/10 sa T-467/10 u T-471/10, Peter McBride et vs Il-Kummissjoni Ewropea

14

2014/C 339/17

Kawża C-364/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Lulju 2014 – Annette Lorch, Kurt Lorch vs Condor Flugdienst GmbH

14

2014/C 339/18

Kawża C-373/14 P: Appell ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2014 minn Toshiba Corporation mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-21 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża T-519/09, Toshiba Corporation vs Il-Kummissjoni Ewropea

15

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 339/19

Kawża T-518/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2014 – BTL vs UASI – dm-drogerie markt (babyTOlove) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Ċessjoni tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

17

2014/C 339/20

Kawża T-206/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2014 – Stance vs UASI – Pokarna (STANCE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

17

2014/C 339/21

Kawża T-478/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2014 – NumberFour vs UASI – Inaer Helicópteros (ENFORE) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’oppożizzjoni — Irtirar tal-oppożizzjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

18

2014/C 339/22

Kawża T-718/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2014 – The Directv Group vs UASI – Bolloré (DIRECTV) (Trade mark Komunitarja — Talba għal revoka — Irtirar tat-talba għal revoka — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

19

2014/C 339/23

Kawża T-721/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2014 – The Diectv Group vs UASI – Bolloré (DIRECTV) (Trade mark Komunitarja — Talba għal revoka — Irtirar tat-talba għal revoka — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

19

2014/C 339/24

Kawża T-536/14: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – Sheraton International IP vs UASI – Staywell Hospitality Group (PARK REGIS)

20

2014/C 339/25

Kawża T-542/14: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2014 – Grupo Bimbo vs UASI (Forma ta’ ħobż għas-sandwiċ tond)

21

2014/C 339/26

Kawża T-543/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – provima Warenhandels vs UASI – Renfro (HOT SOX)

21

2014/C 339/27

Kawża T-544/14: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2014 – Société des Produits Nestlé vs UASI – Terapia (ALETE)

22

2014/C 339/28

Kawża T-545/14: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2014 – GEA Group vs UASI (engineering for a better world)

23

2014/C 339/29

Kawża T-554/14: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 – Messi Cuccittini vs UASI – J.M.-E.V. e hijos (MESSI)

24

2014/C 339/30

Kawża T-557/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – BrandGroup vs UASI – Brauerei S. Riegele, Inh. Riegele (SPEZOOMIX)

25

2014/C 339/31

Kawża T-578/14: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2014 – VSM Geneesmiddelen vs Il-Kummissjoni

26

2014/C 339/32

Kawża T-584/14: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2014 – Inditex vs UASI – Ansell (ZARA)

27

2014/C 339/33

Kawża T-613/14: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Industrias Tomás Morcillo vs UASI – Aucar Trailer (Polycart A Whole Cart Full of Benefits)

27

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

2014/C 339/01

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 329, 22.9.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 315, 15.9.2014

ĠU C 303, 8.9.2014

ĠU C 292, 1.9.2014

ĠU C 282, 25.8.2014

ĠU C 261, 11.8.2014

ĠU C 253, 4.8.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fit-30 ta’ Ġunju 2014 – Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL), Istituto Nazionale Confederale Assistenza (INCA) vs Presidenza del Consiglio dei Ministri, Ministero dell’Interno, Ministero dell'Economia e delle Finanze

(Kawża C-309/14)

2014/C 339/02

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Confederazione Generale Italiana del Lavoro (CGIL),

Istituto Nazionale Confederale Assistenza (INCA)

Konvenuti: Presidenza del Consiglio dei Ministri,

Ministero dell’Interno,

Ministero dell'Economia e delle Finanze

Domanda preliminari

Il-prinċipji stabbiliti mid-Direttiva 2003/109/KE (1) kif emendata u kkompletata suċċessivament, jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik stabbilita bl-Artikolu 5(2b) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 286, tal-25 ta’ Lulju 1998, li tipprovdi li “[i]t-talba ta’ ħruġ u ta’ tiġdid ta’ permess ta’ residenza għandu jkun suġġett għall-ħlas ta’ kontribuzzjoni, li l-ammont tagħha għandu jkun stabbilit bejn minimu ta’ EUR 80 u massimu ta’ EUR 200 b’digriet tal-Ministru tal-Ekonomija u tal-Finanzi, b’konsultazzjoni mal-Ministru tal-Intern, li jistabbilixx barra minn hekk il-modalitajiet ta’ ħlas [...]”, fejn b’tali mod jiġi stabbilit ammont minimu tal-kontribuzzjoni ta’ madwar tmien darbiet tal-ispiża għall-ħruġ ta’ karta tal-identità nazzjonali?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272)


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajowa Izba Odwoławcza (il-Polonja) fis-7 ta’ Lulju 2014 – PARTNER Apelski Dariusz vs Zarząd Oczyszczania Miasta

(Kawża C-324/14)

2014/C 339/03

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Krajowa Izba Odwoławcza.

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: PARTNER Apelski Dariusz

Konvenut: Zarząd Oczyszczania Miasta

Domandi preliminari

1)

Id-dispożizzjonijiet konġunti tal-Artikoli 48(3) u 2 tad-Direttiva 2004/18/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1) (iktar ‘il quddiem id-“Direttiva 2004/18/KE”) jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-frażi “fejn xieraq”, li ssemmi sitwazzjoni li fiha operatur ekonomiku jista’ jikseb il-ħiliet ta’ entitajiet oħrajn, tinkludi kull sitwazzjoni li fiha operatur ekonomiku ma jiddisponix mill-ħiliet mitluba mill-awtorità aġġudikanti u jkun bi ħsiebu jinvoka l-ħiliet korrispondenti ta’ entitajiet oħrajn? L-indikazzjoni li operatur ekonomiku jista’ jinvoka l-ħiliet ta’ entitajiet oħrajn biss “fejn xieraq” hija restrizzjoni li biha operatur jista’ jinvoka dawn il-ħiliet eċċezzjonalment biss u mhux bħala regola ta’ għażla ta’ operatur ekonomiku fi proċedura ta’ għoti ta’ kuntratt pubbliku?

2)

Id-dispożizzjonijiet konġunti tal-Artikoli 48(3) u 2 tad-Direttiva 2004/18/KE jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-fatt, għal operatur ekonomiku, li jinvoka l-ħiliet relattivi għall-konoxxenzi u għall-esperjenza ta’ entitajiet oħrajn “bla rigward għan-natura legali tar-rabtiet li hu jkollu magħhom” u li “jkollu għad-disposizzjoni tiegħu r-riżorsi” ta’ dawn l-entitajiet jimplika li, fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt, l-operatur ma jkunx marbut li jkollu rabtiet ma’ dawn l-entitajiet jew jista’ jkollu rabtiet informali u mhux iddefiniti, b’tali mod li l-imsemmi operatur ikun jista’ jeżegwixxi kuntratt wieħed biss (mingħajr il-parteċipazzjoni ta’ entità oħra), jew inkella din il-parteċipazzjoni tkun tista’ tieħu l-forma ta’ “parir”, ta’ “konsultazzjonijiet”, ta’ “taħriġ”, eċċ? jew, allura, l-Artikolu 48(3) għandu jiġi interpretat fis-sens li entità li tagħha operatur jinvoka l-ħiliet hija marbuta li teżegwixxi realment u personalment kuntratt sa fejn il-ħiliet tagħha jkunu ġew iddikjarati?

3)

Id-dispożizzjonijiet konġunti tal-Artikoli 48(3) u 2 tad-Direttiva 2004/18/KE jistgħu jiġu interpretati fis-sens li operatur ekonomiku li jiddisponi minn esperjenza tiegħu nnifsu, imma f’livell inqas minn dak li jkun irid jindika lill-awtorità kontraenti (pereżempju, insuffiċjenti biex jissottometti offerta fuq il-partijiet kollha ta’ kuntratt), jista’ jinvoka wkoll il-ħiliet ta’ entitajiet oħra sabiex isaħħaħ s-sitwazzjoni tiegħu fil-proċedura?

4)

Id-dispożizzjonijiet konġunti tal-Artikoli 48(3) u 2 tad-Direttiva 2004/18/KE jistgħu jiġu interpretati fis-sens li, f’avviż ta’ kuntratt jew fl-ispeċifikazzjonijiet, l-awtorità kontraenti tista’ (jew għandha) tindika r-regoli li meta jsegwihom operatur ekonomiku ikun jista’ jinvoka l-ħiliet ta’ entitajiet oħrajn, pereżempju l-modalitajiet ta’ parteċipazzjoni ta’ entità oħra fl-eżekuzzjoni ta’ kuntratt jew ta’ assoċjazzjoni tal-ħiliet ta’ operatur ekonomiku u ta’ entità oħra jew ukoll jekk entità oħra jkollha tinżamm solidalment responsabbli mal-operatur ekonomiku għat-twettiq konformi tal-kuntratt sa fejn operatur ekonomiku jkun invoka l-ħiliet ta’ din l-entità?

5)

Bis-saħħa tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni tal-operaturi ekonomiċi li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE, wieħed jista’ jinvoka l-ħiliet ta’ entità oħra, kif indikati fl-Artikolu 48(3), b’tali mod li jżid il-ħiliet ta’ żewġ jew iktar entitajiet li, kieku ma jkunx hekk, ma jkollhomx il-ħiliet li jirrigwardaw il-konoxxenzi u l-esperjenza li tkun qed teżiġi l-awtorità kontraenti?

6)

Konsegwentement, bis-saħħa tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni tal-operaturi ekonomiċi li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE, l-Artikoli 44 u 48(3) tad-Direttiva 2004/18/KE jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-kundizzjonijiet ta’ parteċipazzjoni fi proċedura, li timponi awtorità kontraenti, jistgħu jiġu ssodisfatti biss formalment, għall-finijiet tal-parteċipazzjoni fi proċedura, u indipendentement mill-ħiliet reali ta’ operatur ekonomiku?

7)

Bis-saħħa tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni tal-operaturi ekonomiċi li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE, jekk l-awtorità kontraenti tammetti s-sottomissjoni ta’ offerti dwar il-partijiet ta’ kuntratt, jista’ operatur ekonomiku, wara li jressaq offerta, pereżempju biex jikkompleta jew jikkjarifika xi dokumenti, jiddikjara għal liema partijiet ta’ kuntratt għandhom jiġu attribwiti l-mezzi li jkun invoka u b’hekk juri li jissodisfa l-kundizzjoni ta’ parteċipazzjoni fil-proċedura?

8)

Il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni tal-operaturi ekonomiċi li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE, u ta’ trasparenza, jawtorizzawhom jannullaw appalt u jirrepetu appalt elettroniku jekk dan ikun ivvizzjat b’irregolarità rilevanti, pereżempju jekk l-operaturi ekonomiċi kollha li jkunu ppreżentaw offerta ammissibbli ma jkunux ġew mistiedna jagħmlu hekk?

9)

Il-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni tal-operaturi ekonomiċi li jidhru fl-Artikolu 2 tad-Direttiva 2004/18/KE, u ta’ trasparenza, jawtorizzawhom jagħtu kuntratt lil operatur ekonomiku li l-offerta tiegħu tkun intagħżlet fil-ftuħ ta’ tali appalt mingħajr repetizzjoni tiegħu, filwaqt li ma jkunx jista’ jiġi kkonstatat li l-parteċipazzjoni tal-operatur ekonomiku skartat kien biddel ir-riżultat tiegħu?

10)

Il-kontenut tad-dispożizzjonijiet u tal-preambolu tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Frar 2014, dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE, tista’ tintuża, bħala kundizzjoni għall-interpretazzjoni, sabiex jiġu interpretati d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE, minkejja li t-terminu ta’ traspożizzjoni tagħha għadu ma skadiex, u sa fejn hija tindika ċerti approċċi u intenti tal-leġiżlatur tal-Unjoni u li hija ma tmurx kontra d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132;


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Obersten Gerichtshof (l-Awstrija) fis-7 ta’ Lulju 2014 – Verein für Konsumenteninformation vs A1 Telekom Austria AG

(Kawża C-326/14)

2014/C 339/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verein für Konsumenteninformation

Konvenuta: A1 Telekom Austria AG

Domanda preliminari

Id-dritt previst għall-abbonati fl-Artikolu 2(2) tad-Direttiva dwar is-Servizz Universali (1) li jirtiraw mill-kuntratt tagħhom mingħajr penali “ma’ avviż ta’ modifiki għad-detriment tal-abbonat fil-kondizzjonijiet kuntrattwali” huwa previst ukoll fil-każ li jkun hemm aġġustament tat-tariffi fuq il-bażi ta’ dawn il-kundizzjonijiet kuntrattwali li, fil-mument li fih kien ġie konkluż il-kuntratt, kienu diġà jipprevedu l-possibbiltà li jiġi introdott aġġustament tat-tariffi (żieda/tnaqqis) fuq il-bażi ta’ bidliet f’indiċi oġġettiv dwar il-prezzijiet għall-konsumaturi li jirrifletti bidliet fil-valur tal-flus?


(1)  Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29), kif emendata bid-Direttiva 2009/136/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, li temenda d-Direttiva 2002/22/KE dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, id-Direttiva 2002/58/KE dwar l-ipproċessar tad-data personali u l-protezzjoni tal-privatezza fis-settur tal-komunikazzjoni elettronika u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 dwar il-koperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-infurzar tal-liġijiet tal-protezzjoni tal-konsumatur (ĠU L 337, p. 11).


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/4


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Court of Session, Scotland (ir-Renju Unit) fit-8 ta’ Lulju 2014 – The Scotch Whisky Association et vs The Lord Advocate u The Advocate General for Scotland

(Kawża C-334/14)

2014/C 339/05

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Court of Session, Scotland

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: The Scotch Whisky Association et

Konvenuti: The Lord Advocate u The Advocate General for Scotland

Domandi preliminari

1)

Skont interpretazzjoni korretta tad-dritt tal-Unjoni dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-inbid, b’mod partikolari tar-Regolament Nru 1308/2013 (1), huwa leġittimu għal Stat Membru li jippromulga miżura nazzjonali li tipprevedi prezz minimu għall-bejgħ bl-imnut ta’ inbid skont il-kwantità ta’ alkoħol li jinsab fil-prodott mibjugħ, liema sistema ta’ prezzijiet b’hekk tinjora l-prinċipju tad-determinazzjoni libera tal-prezzijiet mill-forzi tas-suq li jikkaratterizza s-suq tal-inbid?

2)

Fil-każ fejn tiġi invokata ġustifikazzjoni abbażi tal-Artikolu 36 TFUE, meta:

a)

Stat Membru jkun ikkonkluda li, fl-interess tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, huwa opportun li jiżdied il-prezz tal-konsum ta’ prodott, f’dan il-każ ix-xorb alkoħoliku, għall-konsumaturi jew għal parti minnhom, u

b)

dan ikun prodott li fuqu l-Istat Membru huwa liberu li jiffissa dazji tas-sisa jew taxxi oħra (inklużi taxxi jew dazji bbażati fuq il-livell jew il-volum ta’ alkoħol, jew fuq il-valur tal-prodott, jew kombinazzjoni ta’ tali miżuri fiskali),

id-dritt tal-Unjoni jippermetti, u jekk iva, taħt liema kundizzjonijiet, li Stat Membru ma jadottax tali miżuri fiskali li jinvolvu ż-żieda fil-prezz imħallas mill-konsumaturi u li jagħżel miżuri leġiżlattivi li jiffissaw prezz minimu għall-bejgħ bl-imnut li joħolqu distorsjoni tal-kummerċ ġewwa l-Unjoni u tal-kompetizzjoni?

3)

Meta qorti ta’ Stat Membru tintalab tiddeċiedi fuq il-kwistjoni jekk miżura leġiżlattiva nazzjonali, li tikkostitwixxi restrizzjoni kwantitattiva fuq il-kummerċ inkompatibbli mal-Artikolu 34 TFUE, tistax madankollu tiġi ġġustifikata mill-Artikolu 36 TFUE għal raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, din tkun limitata biss għall-evalwazzjoni tal-informazzjoni, tal-provi jew ta’ dokumenti oħra li kellu l-leġiżlatur għad-dispożizzjoni tiegħu u li dan eżamina meta adotta l-miżura msemmija? F’każ ta’ risposta negattiva, liema restrizzjonijiet oħra jistgħu jitpoġġew fuq is-setgħa ta’ stħarriġ tal-qorti li teżamina d-dokumenti jew il-provi kollha disponibbli ppreżentati mill-partijiet fil-mument meta din tintalab tagħti deċiżjoni?

4)

Meta, fil-kuntest ta’ interpretazzjoni u ta’ implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-qorti ta’ Stat Membru tintalab tagħti deċiżjoni fuq affermazzjoni mill-awtoritajiet nazzjonali li miżura li tikkostitwixxi restrizzjoni kwantitattiva fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE hija ġġustifikata bħala deroga ammessa mill-Artikolu 36 TFUE fl-interess tal-protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem, sa fejn għandha jew tista’ l-qorti, abbażi tal-provi ppreżentati quddiemha, tifforma opinjoni oġġettiva fuq l-effettività tal-miżura msemmija biex tilħaq l-għanijiet iddikjarati, fuq il-possibbiltà li jiġu implementati miżuri oħra li l-effetti tagħhom li jkunu mill-inqas ekwivalenti jkunu joħolqu inqas distorsjoni tal-kompetizzjoni fl-Unjoni u, b’mod ġenerali, fuq il-proporzjonalità tal-miżura msemmija?

5)

Waqt l-eżami (fil-kuntest ta’ kwistjoni dwar jekk miżura tkunx iġġustifikata minn kunsiderazzjonijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem b’applikazzjoni tal-Artikolu 36 TFUE) tal-eżistenza ta’ miżura oħra possibbli, li ma toħloqx distorsjoni jew li mill-inqas ma toħloqx daqstant distorsjoni tal-kummerċ fl-Unjoni u tal-kompetizzjoni, huwa motiv leġittimu biex tiġi eskluża din il-miżura l-oħra l-fatt li l-effetti tagħha jistgħu ma jkunux perfettament ekwivalenti għal dawk tal-miżura kkontestata abbażi tal-Artikolu 34 TFUE iżda li din tista’ twassal għal vantaġġi supplimentari u tissodisfa għan iktar wiesa’ u ġenerali?

6)

Biex tevalwa jekk miżura nazzjonali, ammessa jew ikkonstatata bħala li tikkostitwixxi restrizzjoni kwantitattiva fis-sens tal-Artikolu 34 TFUE u li għaliha titressaq ġustifikazzjoni abbażi tal-Artikolu 36 TFUE, u b’mod partikolari għall-evalwazzjoni tal-proporzjonalità tagħha, sa fejn tista’ l-qorti li titressaq il-kawża quddiemha tieħu inkunsiderazzjoni l-evalwazzjoni tagħha tan-natura u tal-firxa li fiha l-miżura inkwistjoni tikkostitwixxi restrizzjoni kwantitattiva kuntrarja għall-Artikolu 34 [TFUE]?


(1)  Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 347, p. 671).


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/5


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour d'appel de Mons (il-Belġju) fil-11 ta’ Lulju 2014 – Les Jardins de Jouvence SCRL vs L-Istat Belġjan

(Kawża C-335/14)

2014/C 339/06

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Mons

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Les Jardins de Jouvence SCRL

Konvenut: L-Istat Belġjan

Domandi preliminari

1)

Residenza li toffri servizzi, fis-sens tad-digriet tal-Kunsill tar-Région Wallonne, tal-5 ta’ Ġunju 1997, dwar id-djar għall-anzjani, ir-residenzi li joffru servizzi u ċ-ċentri ta’ ospitalità ta’ matul il-jum għal persuni ta’ iktar minn sittin sena, bi skop ta’ lukru, residenzi individwali intiżi għal persuna waħda jew tnejn, li jinkludu kċina mgħammra, salott, kamra tas-sodda u kamra tal-banju mgħammra, li jippermettulhom b’hekk li jgħixu ħajja indipendenti, kif ukoll diversi servizzi fakultattivi pprovduti fuq ħlas, bi skop ta’ lukru, li ma humiex limitati biss għar-residenti tar-residenza b’servizzi (attività ta’ restorant-bar, ta’ hairdresser u ċentru tal-estetika, sala għall-fiżjoterapija, attivitajiet ta’ terapija okkupazzjonali, post għall-ħasil tal-ħwejjeġ, klinika u teħid tad-demm, sevizzi ta’ tabib) huwa organu li għandu essenzjalment natura soċjali għall-“provvediment tas-servizzi u ta’ l-oġġetti marbuta mal-komfort [assistenza soċjali] u x-xogħol tas-sigurtà soċjali” fis-sens tal-Artikolu 13A(1)(g) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (1) (li sar l-Artikolu 132(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (2)?

2)

Ir-risposta għal din id-domanda tkun differenti jekk ir-residenza li toffri servizzi inkwistjoni tikseb, għall-provvista tas-servizzi inkwistjoni, sussidji jew kwalunkwe forma oħra ta’ vantaġġ jew ta’ għajnuna finanzjarja mingħand l-awtoritajiet pubbliċi?


(1)  Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.

(2)  ĠU L 347, p. 1.


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Sonthofen (il-Ġermanja) fil-11 ta’ Lulju 2014 – Proċeduri kriminali kontra Sebat Ince

(Kawża C-336/14)

2014/C 339/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Sonthofen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Sebat Ince

Parti oħra: Staatsanwaltschaft Kempten

Domandi preliminari

I.   Fuq l-ewwel akkuża (Jannar 2012) u fuq it-tieni akkuża (sal-aħħar ta’ Ġunju 2012):

1(a).

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet responsabbli għall-infurzar tal-liġi huma pprojbiti milli jissanzjonaw lill-organizzaturi ta’ mħatri li jkollhom liċenzja fi Stat Membru tal-Unjoni u li jwettqu bħala intermedjaturi attivitajiet ta’ teħid ta’ mħatri sportivi mingħajr awtorizzazzjoni Ġermaniża meta għat-twettiq ta’ tali attivitajiet ikun meħtieġ ukoll li l-organizzatur ikollu awtoritazzazzjoni Ġermaniża iżda l-awtoritajiet nazzjonali, minħabba sitwazzjoni legali kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni (“monopolju fuq l-imħatri sportivi”), ma jkunux jistgħu jagħtu tali awtorizzazzjoni lil organizzatur privat ta’ mħatri?

1(b)

. Ir-risposta għad-domanda 1(a) tkun differenti jekk, f’wieħed mill-15-il Land Ġermaniżi li stabbilixxew u li joperaw flimkien monopolju Statali fuq l-imħatri sportivi, l-awtoritajiet pubbliċi jsostnu, fil-kuntest ta’ proċeduri għal projbizzjoni jew fil-kuntest ta’ proċeduri kriminali, li l-projbizzjoni legali fir-rigward tal-għoti ta’ awtorizzazzjoni lil prestatarji privati ma tapplikax f’dan il-Land fil-każ li titressaq talba għal awtorizzazzjoni sabiex jiġu organizzati mħatri jew sabiex titwettaq l-attività ta’ intermedjaturi għat-teħid ta’ mħatri?

1(c).

Il-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, kif ukoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Stanleybet International et (C-186/11 et C-209/11, EU:C:2013:33), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu projbizzjoni dewwiema, deskritta bħala “preventiva”, tat-twettiq fuq bażi transkonfinali tal-attività ta’ intermedjaturi għat-teħid ta’ mħatri sportivi u fis-sens li jipprekludu li din l-attività tiġi ssanzjonata, meta din il-projbizzjoni u din is-sanzjoni jkunu bbażati fuq il-fatt li, fid-data tad-deċiżjoni tagħhom, għall-awtoritajiet li jordnaw il-projbizzjoni ma kienx “manifest, jiġifieri ma kienx determinabbli mingħajr eżami addizzjonali”, li l-attività ta’ intermedjaturi għat-teħid ta’ mħatri kienet tissodisfa – jekk wieħed jinjora l-monopolju miżmum mill-Istat – il-kundizzjonijiet materjali kollha għall-għoti ta’ awtorizzazzjoni?

2.

Id-Direttiva 98/34/KE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-impożizzjoni ta’ sanzjoni fuq it-twettiq tal-attività ta’ intermedjaturi għat-teħid ta’ mħatri sportivi permezz ta’ magna awtomatika li tipproponi l-imħatri, imwettqa mingħajr awtorizzazzjoni Ġermaniża, fuq organizzatur tal-imħatri li jkollu liċenzja fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni, meta l-interventi mill-Istat ikunu bbażati fuq liġi ta’ Land speċifiku li ma tkunx ġiet innotifikata lill-Kummissjoni Ewropea u li l-kontenut tagħha jikkorrispondi għat-Trattat konkluż bejn il-Länder dwar il-logħob tal-ażżard (Staatsvertrag zum Glücksspielwesen, iktar ’il quddiem il-“GlüStV”), li ma għadux fis-seħħ?

II.   Fuq it-tieni akkuża (b’effett minn Lulju 2012)

3.

L-Artikolu 56 TFUE, il-prinċipju ta’ trasparenza, il-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u l-projbizzjoni ta’ trattament favorevoli prevista fid-dritt tal-Unjoni għandhom jiġu interpretata fis-sens li jipprekludu l-impożizzjoni ta’ sanzjoni fuq it-twettiq tal-attività ta’ intermedjaturi għat-teħid ta’ mħatri sportivi mingħajr awtorizzazzjoni Ġermaniża fuq organizzatur tal-imħatri li jkollu liċenzja fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni f’każ partikolari li, bis-saħħa tat-Trattat tal-Länder li jintroduċi bidla fir-rigward tal-logħob tal-ażżard (Glücksspieländerungsstaatsvertrag, iktar ’il quddiem il-“GlüÄndStV”) applikabbli għal disa’ snin, jaqa’ taħt “klawżola esperimentali fir-rigward tal-imħatri sportivi” li tipprevedi, għal perijodu ta’ seba’ snin, il-possibbiltà teoretika li numru massimu ta’ għoxrin konċessjoni jingħataw anki lill-organizzaturi privati ta’ mħatri, b’effett ta’ legalizzazzjoni fil-Länder Ġermaniżi kollha, bħala kundizzjoni neċessarja ta’ awtorizzazzjoni għat-twettiq tal-attività ta’ intermedjaturi, meta

a)

il-proċedura għall-għoti ta’ konċessjoni u t-tilwim ta’ natura legali li jirriżulta f’dan il-kuntest ikunu ġestiti flimkien mill-awtorità li tagħti l-konċessjonijiet u l-uffiċċju ta’ avukati li kienet il-konsulent normali tal-parti l-kbira tal-Länder Federali u tal-impriżi tagħhom li jorganizzaw l-imħatri fil-kuntest tal-monopolju fuq l-imħatri sportivi li huwa kuntrarju għad-dritt tal-Unjoni, li rrappreżentathom quddiem il-qrati nazzjonali fi proċeduri kontra organizzaturi privati ta’ mħatri u li kienet inkarigata tirrappreżenta l-awtoritajiet tal-Istat fil-proċeduri għal deċiżjoni preliminari li wasslu għas-sentenzi Markus Stoß et (C-316/07, C-358/07, C-359/07, C-360/07, C-409/07 u C-410/07, EU:C:2010:504), Carmen Media Group (C-46/08, EU:C:2010:505) u Winner Wetten (C-409/06, EU:C:2010:503),

b)

mis-sejħa għal offerti għall-għoti ta’ konċessjonijiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Awwissu 2012 ma jirriżultaw ebda dettalji dwar il-kundizzjonijiet minimi meħtieġa fir-rigward tal-proposti li kellhom jiġu ppreżentati, dwar il-kontenut ta’ dikjarazzjonijiet u provi oħra meħtieġa u lanqas dwar l-għażla ta’ mhux iktar minn għoxrin konċessjonarju, dettalji li barra minn hekk ġew ikkomunikati biss wara l-iskadenza tat-terminu sabiex tiġi ppreżentata applikazzjoni permezz ta’ hekk imsejjaħ “memorandum ta’ informazzjoni” u permezz ta’ diversi dokumenti oħra u biss lill-kandidati li kienu ntgħażlu għat-“tieni stadju” tal-proċedura għall-għoti ta’ konċessjoni,

ċ)

għall-kuntrarju ta’ dak previst fis-sejħa għal offerti, tmien xhur wara l-ftuħ tal-proċedura, l-awtorità li tagħti l-konċessjonijiet stiednet biss lil erbatax-il applikant għal konċessjoni sabiex jippreżentaw individwalment il-proposti tagħhom minn aspett soċjali u ta’ sigurtà, minħabba li dawn l-applikanti kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha meħtieġa għall-għoti ta’ konċessjoni iżda mbagħad, ħmistax-il xahar wara l-ftuħ tal-proċedura, iddikjarat li ebda applikant ma kien ipprova “b’mod li seta’ jiġi vverifikat” li kien jissodisfa l-kundizzjonijiet minimi,

d)

l-applikant għal konċessjoni kkontrollat mill-Istat u kkostitwit minn impriżi pubbliċi tal-lotteriji (Ods Deutschland Sportwetten GmbH, magħruf bħala “Ods”), kien jinsab fost l-erbatax-il kandidat mistiedna sabiex jippreżentaw il-proposta tagħhom lill-awtorità li tagħti l-konċessjonijiet minkejja li, minħabba r-rabtiet organizzazzjonali tiegħu mal-organizzaturi ta’ avvenimenti sportivi, ma jidhirx li għandu l-kapaċità li jingħata konċessjoni sa fejn il-leġiżlazzjoni [Artikolu 21(3) tal-GlüÄndStV] teżiġi separazzjoni stretta bejn, minn naħa, l-attivitajiet sportivi u l-assoċjazzjonijiet li jorganizzawhom u, min-naħa l-oħra, l-organizzazzjoni ta’ mħatri sportivi u l-attivitajiet ta’ intermedjaturi għat-teħid ta’ tali mħatri,

e)

għall-għoti tal-konċessjoni hija meħtieġa, fost oħrajn, il-preżentazzjoni “tal-oriġini legali tar-riżorsi neċessarji għall-organizzazzjoni tal-offerta tal-imħatri sportivi li jkunu qegħdin jiġu proposti”, u

f)

l-awtorità li tagħti l-konċessjonijiet u l-Glücksspielkollegium (kulleġġ tal-logħob tal-ażżard), li huwa kompost minn rappreżentanti tal-Länder Federali u li jiddeċiedi dwar l-għoti tal-konċessjonijiet, ma jużawx il-possibbiltà li jagħtu konċessjonijiet lil organizzaturi privati ta’ mħatri filwaqt li impriżi pubbliċi ta’ lotteriji jistgħu, għal perijodu ta’ sena wara l-eventwali għoti ta’ tali konċessjonijiet, jorganizzaw imħatri sportivi, lotteriji u logħob tal-ażżard ieħor mingħajr ma jkollhom konċessjoni u jistgħu wkoll joperawhom u jippromwovuhom permezz tan-network estiż tagħhom ta’ postijiet kummerċjali għall-ġbir ta’ mħatri?


(1)  Direttiva 98/34/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ġunju 1998, li tistabbilixxi proċedura għall-għoti ta’ informazzjoni fil-qasam tal-istandards u tar-Regolamenti Tekniċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20. P. 337).


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fl-14 ta’ Lulju 2014 – Quenon K. SPRL vs Citibank Belgium SA, Metlife Insurance SA

(Kawża C-338/14)

2014/C 339/08

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour d’appel de Bruxelles

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Quenon K. SPRL

Konvenut: Citibank Belgium SA, Metlife Insurance SA

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 17 tad-Direttiva tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 1986, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membru li jirrigwardaw aġenti kummerċjali li jaħdmu għal rashom (1) għandu jiġi interpretat bħala li jawtorizza lil-leġiżlatur nazzjonali jistabbilixxi li wara t-terminazzjoni ta’ kuntratt, l-aġent kummerċjali għandu dritt għal kumpens għat-telf ta’ klijentela li l-ammont tiegħu ma jistax jeċċedi l-ammont ta’ remunerazzjoni dovuta lilu għal sena kif ukoll, jekk l-ammont ta’ dan il-kumpens ma jkunx ikopri d-dannu kollu realment subit, għal danni li jammontaw għad-differenza bejn l-ammont tad-danni realment subiti u dak ta’ dan il-kumpens?

2)

B’mod iktar partikolari, l-Artikolu 17(2)(ċ) tad-Direttiva għandu jiġi interpretat bħala li jikkondizzjona l-għoti tad-danni li jikkumplementaw il-kumpens għat-telf ta’ klijentela għall-eżistenza ta’ nuqqas kuntrattwali jew kważi-delittwali min-naħa tal-prinċipal li jkollu rabta kawżali mad-danni mitluba, kif ukoll għall-eżistenza ta’ dannu separat minn dak irrimedjat permezz tal-kumpens għat-telf ta’ klijentela mħallas fil-forma ta’ somma f’daqqa?

3)

F’każ ta’ risposta pożittiva għal din l-aħħar domanda, in-nuqqas għandu jkun differenti mit-terminazzjoni unilaterali tal-kuntatt, bħal pereżempju n-notifika insuffiċjenti ta’ preavviż, l-għoti ta’ kumpens insuffiċjenti għal nuqqas ta’ preavviż jew għat-telf ta’ klijentela, l-eżistenza ta’ raġunijiet serji min-naħa tal-prinċipal, abbuż mid-dritt ta’ terminazzjoni jew kull nuqqas ieħor, b’mod partikolari, fir-rigward tal-prattiki tas-suq?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 177.


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Lulju 2014 – R.L. Trijber, li jaġixxi taħt l-isem Amstelboats vs College van Burgemeester en Wethouders van Amsterdam

(Kawża C-340/14)

2014/C 339/09

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: R.L. Trijber, li jaġixxi taħt l-isem Amstelboats

Konvenut: College van Burgemeester en Wethouders van Amsterdam

Domandi preliminari

1)

It-trasport ta’ passiġġieri, f’dgħajsa miftuħa, fil-passaġġi fuq l-ilma interni ta’ Amsterdam, prinċipalment bil-għan li tiġi offruti, bi ħlas, dawra bid-dgħajsa u l-kiri [ta’ din tal-aħħar] għal riċevimenti, bħalma huwa l-każ f’din il-kawża, huwa servizz li għalih huma applikabbli d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36), fid-dawl tal-esklużjoni prevista mill-parti introduttorja u mill-punt (d) tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2006/123/KE [...] għas-servizzi fil-qasam tat-trasport?

2)

Jekk id-domanda 1 tingħata risposta affermattiva: Il-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123/KE […] japplika għal sitwazzjonijiet purament interni, [u] fl-evalwazzjoni tad-domanda jekk dan il-kapitolu huwiex applikabbli, tapplika l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi f’sitwazzjonijiet purament interni?

3)

Jekk ir-risposta għad-domanda 2 tkun li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi f’sitwazzjoni purament interna hija applikabbli fl-evalwazzjoni tad-domanda jekk il-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123/KE […] huwiex applikabbli:

a)

il-qorti nazzjonali għandha tapplika d-dispożizzjonijiet previsti fil-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123/KE […] f’sitwazzjoni bħal dik ta’ din il-kawża, li fiha l-fornitur ma stabbilixxiex ruħu fuq bażi transkonfinali, u lanqas ma joffri servizzi transkonfinali, iżda madankollu jinvoka dawn id-dispożizzjonijiet?

b)

huwa rilevanti għar-risposta għal din id-domanda l-fatt li, kif inhu mistenni li se jiġri, is-servizzi se jiġu pprovduti prinċipalment lil residenti tal-Pajjiżi l-Baxxi?

ċ)

sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi stabbilit jekk impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra kinux, jew humiex se jkunu, realment interessati li jipprovdu l-istess servizzi jew servizzi simili?

4)

Il-konsegwenza tal-parti introduttorja u tal-punt (b) tal-Artikolu 11(1) tad-Direttiva 2006/123/KE […] hija li, jekk in-numru ta’ awtorizzazzjonijiet ikun limitat għal raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, il-perijodu ta’ validità tal-awtorizzazzjonijiet għandu wkoll ikun limitat, anki fid-dawl tal-għan tad-Direttiva 2006/123/KE […] li jitwettaq l-aċċess liberu għas-suq tas-servizzi, jew dan jaqa’ taħt id-diskrezzjoni tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru?


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-14 ta’ Lulju 2014 – J. Harmsen vs Burgemeester van Amsterdam

(Kawża C-341/14)

2014/C 339/10

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: J. Harmsen

Konvenut: Burgemeester van Amsterdam

Domandi preliminari

1)

Il-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36) japplika għal sitwazzjonijiet purament interni, [u] fl-evalwazzjoni tal-kwistjoni jekk dan il-kapitolu huwiex applikabbli, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment u dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi f’sitwazzjonijiet purament interni hija applikabbli?

2)

Jekk ir-risposta għad-domanda 1 tkun li l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar il-libertà ta’ stabbiliment u dwar il-libertà li jiġu pprovduti servizzi f’sitwazzjoni purament interna hija applikabbli fl-evalwazzjoni tal-kwistjoni jekk il-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123/KE [...] huwiex applikabbli:

a)

il-qorti nazzjonali għandha tapplika d-dispożizzjonijiet previsti fil-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123/KE [...] f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni f’dan il-każ, fejn il-fornitur ma stabbilixxiex ruħu b’mod transkonfinali, u lanqas ma joffri servizzi transkonfinali, iżda madankollu jinvoka dawn id-dispożizzjonijiet?

b)

huwa rilevanti għar-risposta għal din id-domanda li l-fornitur jipprovdi servizzi prinċipalment lil prostituti ta’ Stati Membri li ma humiex il-Pajjiżi l-Baxxi, li jaħdmu għal rashom?

ċ)

għar-risposta għal din id-domanda, għandu jiġi stabbilit jekk impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra kinux, jew humiex ser ikunu, verament interesssati fl-istabbiliment ta’ dar minn fejn il-prostituzzjoni tiġi offruta minn wara l-vetrina f’Amsterdam?

3)

Sa fejn il-fornitur jista’ jinvoka d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu III tad-Direttiva 2006/123/KE [...], il-parti introduttorja tal-Artikolu 10(2) u l-Artikolu 10(2)(ċ) tal-imsemmija direttiva jipprekludu miżura, bħal dik inkwistjoni f’dan il-każ, li permezz tagħha huwa permess li operatur ta’ djar minn fejn il-prostituzzjoni tiġi offruta minn wara l-vetrina jikri kmamar għal partijiet mill-ġurnata biss lil prostituti li jistgħu jinftiehmu mill-operatur, b’lingwa li dan jista’ jifhem?


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fis-17 ta’ Lulju 2014 – Kyowa Hakko Europe GmbH vs Hauptzollamt Hannover

(Kawża C-344/14)

2014/C 339/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Kyowa Hakko Europe GmbH

Konvenut: Hauptzollamt Hannover

Domandi preliminari

1)

Taħlitiet ta’ aċidi amminiċi bħal dawk inkwistjoni f’din il-kawża (RM0630 jew RM0789), li minnhom jiġi ffabbrikat (flimkien ma’ karboidrati u xaħmijiet) prodott tal-ikel li jissostitwixxi sustanza li hija fil-prinċipju essenzjali u li hija preżenti fl-ikel normali iżda li tista’ tikkawża reazzjonijiet allerġiċi f’ċerti każijiet partikolari u, b’hekk, jistgħu jiġu evitati problemi tas-saħħa kkawżati mill-allerġiji u mtaffija disturbi eżistenti, għandhom jiġu kklassifikati bħala prodotti mediċinali kkostitwiti minn prodotti mħallta bejniethom, ippreparati għal finijiet terapewtiċi jew profilattiċi, fis-sens tal-intestatura 3003 tan-Nomenklatura Magħquda (1)?

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

2)

It-taħlitiet ta’ aċidi amminiċi għandhom jiġu kklassifikati bħala preparazzjonijiet tal-ikel taħt l-intestatura 2106 tan-Nomenklatura Magħquda, li, skont in-nota 1(a) tal-Kapitolu 30 ta’ din in-nomenklatura, huma esklużi mill-imsemmi kapitolu, minħabba li ma għandhom l-ebda effett profilattiku jew terapewtiku li jmur lil hinn mill-provvista ta’ nutrizzjoni?


(1)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1001/2013, tal-4 ta’ Ottubru 2013, li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (ĠU L 290, p. 1).


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fil-21 ta’ Lulju 2014 – Ministre délégué, chargé du budget vs Marlène Pazdziej

(Kawża C-349/14)

2014/C 339/12

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Ministre délégué, chargé du budget

Konvenuta: Marlène Pazdziej

Domanda preliminari

Id-dispożizzjonijiet tat-tieni paragrafu tal-Artikolu [13] tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jipprekludu kull teħid inkunsiderazzjoni, għall-kalkolu tad-dħul teoretiku ta’ unità domestika fiskali, tar-remunerazzjoni riċevuta minn uffiċjal jew membru tal-persunal ieħor tal-Unjoni Ewropea, membru ta’ din l-unità domestika fiskali, meta dan it-teħid inkunsiderazzjoni jista’ jeżerċita influwenza fuq l-ammont tat-taxxa dovuta minn din l-unità domestika fiskali, jew inkella hemm lok li jkomplu jinsiltu l-konsegwenzi tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-14 ta’ Ottubru 1999 (Kawża C-229/98) (1) fil-każijiet fejn it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ tali remunerazzjoni għandu biss bħala għan, għall-applikazzjoni eventwali ta’ miżura soċjali intiża li tagħti eżenzjoni mill-ħlas ta’ taxxa, intiża għall-għoti ta’ tnaqqis fuq il-bażi taxxabbli tagħha jew, b’mod iktar ġenerali, intiża għat-tnaqqis fit-taxxa, li jivverifika jekk id-dħul teoretiku tal-unità domestika fiskali huwiex inqas jew le mil-livell minimu ddefinit mil-liġi fiskali nazzjonali għall-għoti tal-benefiċċju – eventwalment emendat skont id-dħul teoretiku – ta’ din il-miżura soċjali?


(1)  EU:C:1999:501.


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona (Spanja) fit-22 ta’ Lulju 2014 – Estrella Rodríguez Sanchez vs Consum Sociedad Cooperativa Valenciana

(Kawża C-351/14)

2014/C 339/13

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 33 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Estrella Rodríguez Sanchez

Konvenuta: Consum Sociedad Cooperativa Valenciana

Domandi preliminari

1)

Ir-relazzjoni ta’ membru-ħaddiem ta’ kooperattiva tax-xogħol assoċjat bħal dik irregolata mill-Artikolu 80 tal-Liġi Spanjola 27/99 dwar il-kooperattivi u mill-Artikolu 89 tal-Liġi 8/2003 dwar il-kooperattivi tal-Komunità Awtonoma ta’ Valencia u li, għalkemm hija kklassifikata bħala “membru” mil-leġiżlazzjoni u mill-ġurisprudenza nazzjonali, tista’ titqies bħala “kuntratt ta’ xogħol” fil-kamp tad-dritt Komunitarju, għandha titqies bħala li taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2010/18 (1) dwar il-“Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri”, kif iddefinit fil-Klawżola 1(2) [ta’ dan il-ftehim]?

It-tieni domanda qegħda ssir b’mod sussidjarju, fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv.

2)

Il-Klawżola 8(2) tal-“Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri” (Direttiva 2010/18) u, b’mod iktar preċiż, is-silta “[l]-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta’ dan il-ftehim m’għandhiex tikkostitwixxi raġuni valida għat-tnaqqis tal-livell ġenerali ta’ ħarsien mogħti lill-ħaddiema fil-qasam kopert minn dan il-ftehim” għandha tiġi interpretata fis-sens li, fin-nuqqas ta’ traspożizzjoni espliċita tad-Direttiva 2010/18 mill-Istat Membru, il-portata tal-protezzjoni ddefinita minn dan l-Istat meta huwa ttraspona d-Direttiva preċedenti 96/34 (2) ma tistax tiġi mnaqqsa?

Huwa biss fil-każ ta’ risposta affermattiva għal waħda minn dawn id-domandi u jekk id-Direttiva 2010/18 titqies bħala applikabbli fir-rigward ta’ relazzjoni ta’ xogħol assoċjat bħal dik tal-konvenuta li jkun iġġustifikat, għar-raġunijiet li ser naraw, li jsiru wkoll id-domandi sussegwenti.

3)

Il-Klawżola 6 tal-“Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri” il-ġdid, inkorporata fid-Direttiva 2010/18, għandha tiġi interpretata fis-sens li din teħtieġ li r-regola jew il-ftehim nazzjonali intern ta’ traspożizzjoni jinkorpora u jespliċita l-obbligi tal-persuni li jimpjegaw li “jikkunsidraw” u li “jirrispondu” għat-talbiet tal-ħaddiema tagħhom intiżi sabiex, meta huma jirritornaw minn leave tal-ġenituri, huma jkollhom “tibdil fil-ħinijiet u/jew fl-arranġamenti tax-xogħol tagħhom” filwaqt li jieħdu inkunsiderazzjoni l-bżonnijiet tagħhom u dawk tal-ħaddiema, mingħajr mat-traspożizzjoni ma tista’ titqies bħala żgurata minn dispożizzjoni interna, leġiżlattiva jew tal-kooperattivi, li tissuġġetta l-implementazzjoni effettiva ta’ dan id-dritt, esklużivament, għas-sempliċi għażla diskrezzjonarja tal-persuna li timpjega li jilqa’ jew le dawn it-talbiet?

4)

Il-Klawżola 6 [tal-]“Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri” – ikkunsidrata fid-dawl tal-Artikolu 3 tad-Direttiva [2010/18] u tad-“dispożizzjonijiet finali” li jinsabu fil-Klawżola 8 tal-Ftehim – għandha titqies [bħala li] tgawdi, fl-assenza ta’ traspożizzjoni, minn effett “dirett orizzontali” għaliex din hija regola minima Komunitarja?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2010/18/UE, tat-8 ta’ Marzu 2010, li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC u li jħassar id-Direttiva 96/34/KE (ĠU L 68, p. 13).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 96/34/KE, tat-3 ta’ Ġunju 1996, dwar il-ftehim qafas fuq il-leave tal-ġenituri konkluż mill-UNICE, CEEP u ta’ ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 285).


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa (Spanja) fit-22 ta’ Lulju 2014 – Juan Miguel Iglesias Gutiérrez vs Bankia, S.A. et

(Kawża C-352/14)

2014/C 339/14

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Juan Miguel Iglesias Gutiérrez

Konvenuti: Bankia, S.A., Sección Sindical UGT, Sección Sindical CCOO, Sección Sindical ACCAM, Sección Sindical CSICA, Sección Sindical SATE u Fondo de Garantía Salarial

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 56 tal-istatut tal-ħaddiema – approvat mid-Digriet Irjali Leġiżlattiv Nru 1/1995, tal-24 ta’ Marzu 1995 – il-ħames dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi Nru 3/2012, tas-6 ta’ Lulju 2012, li tadotta miżuri urġenti għal riforma fis-suq tax-xogħol, kif ukoll l-Artikoli 123 u 124(13) tal-Liġi Nru 36/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li tirregola l-ġurisdizzjoni soċjali (Ley Reguladora de la Jurisdicción Social, li tirreferi impliċitament għad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq), imorru kontra l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat [dwar il-Funzjonament] tal-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni kkonsolidata tagħha, sa fejn dawn iżidu, essenzjalment, il-kumpens awtorizzat mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35253 (2012/N), ristrutturar u rikapitalizzazzjoni tal-grupp BFA fi Spanja?

2)

Interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali li tippermetti lill-qorti nazzjonali li tnaqqas għall-minimu legali l-kumpens mogħti fil-każ ta’ tkeċċija meqjusa regolari tmur konta d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija iktar ’il fuq u kontra d-deċiżjoni li l-Kummissjoni tat fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35253 (2012/N), ristrutturar u rikapitalizzazzjoni tal-grupp BFA fi Spanja?

3)

Interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali li tippermetti lill-qorti nazzjonali li tbiddel il-kumpens mogħti fil-każ ta’ tkeċċija meqjusa abbużiva, b’tali mod li tikkorrispondi mal-ammont miftiehem fil-ftehim konkluż matul il-perijodu ta’ konsultazzjoni, sakemm dan l-ammont ikun ogħla mill-minimu legali iżda inqas mill-massimu legali, tmur kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija iktar ’il fuq u kontra d-deċiżjoni li l-Kummissjoni tat fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35253 (2012/N), ristrutturar u rikapitalizzazzjoni tal-grupp BFA fi Spanja?


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa (Spanja) fit-22 ta’ Lulju 2014 – Elisabet Rion Bea vs Bankia S.A. et

(Kawża C-353/14)

2014/C 339/15

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 2 de Terrassa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Elisabet Rion Bea

Konvenuti: Bankia S.A., Sección Sindical UGT, Sección Sindical CCOO, Sección Sindical ACCAM, Sección Sindical CSICA, Sección Sindical SATE u Fondo de Garantía Salarial

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 56 tal-istatut tal-ħaddiema – approvat mid-Digriet Irjali Leġiżlattiv Nru 1/1995, tal-24 ta’ Marzu 1995 – il-ħames dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi Nru 3/2012, tas-6 ta’ Lulju 2012, li tadotta miżuri urġenti għal riforma fis-suq tax-xogħol, kif ukoll l-Artikoli 123 u 124(13) tal-Liġi Nru 36/2011, tal-10 ta’ Ottubru 2011, li tirregola l-ġurisdizzjoni soċjali (Ley Reguladora de la Jurisdicción Social, li tirreferi impliċitament għad-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq), imorru kontra l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat [dwar il-Funzjonament] tal-Unjoni Ewropea, fil-verżjoni kkonsolidata tagħha, sa fejn dawn iżidu, essenzjalment, il-kumpens awtorizzat mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35253 (2012/N), ristrutturar u rikapitalizzazzjoni tal-grupp BFA fi Spanja?

2)

Interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali li tippermetti lill-qorti nazzjonali li tnaqqas għall-minimu legali l-kumpens mogħti fil-każ ta’ tkeċċija meqjusa regolari tmur konta d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija iktar ’il fuq u kontra d-deċiżjoni li l-Kummissjoni tat fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35253 (2012/N), ristrutturar u rikapitalizzazzjoni tal-grupp BFA fi Spanja?

3)

Interpretazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet nazzjonali li tippermetti lill-qorti nazzjonali li tbiddel il-kumpens mogħti fil-każ ta’ tkeċċija meqjusa abbużiva, b’tali mod li tikkorrispondi mal-ammont miftiehem fil-ftehim konkluż matul il-perijodu ta’ konsultazzjoni, sakemm dan l-ammont ikun ogħla mill-minimu legali iżda inqas mill-massimu legali, tmur kontra d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija iktar ’il fuq u kontra d-deċiżjoni li l-Kummissjoni tat fil-każ dwar l-għajnuna mill-Istat SA.35253 (2012/N), ristrutturar u rikapitalizzazzjoni tal-grupp BFA fi Spanja?


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/14


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) fit-13 ta’ Mejju 2014 fil-Kawżi T-458/10 sa T-467/10 u T-471/10, Peter McBride et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-361/14 P)

2014/C 339/16

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bouquet, A. Szmythowska, aġenti, B. Doherty, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: Peter McBride, Hugh McBride, Mullglen Ltd, Cathal Boyle, Thomas Flaherty, Ocean Trawlers Ltd, Patrick Fitzpatrick, Eamon McHugh, Eugene Hannigan, Larry Murphy u Brendan Gill

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea (Is-Seba’ Awla) mogħtija fit-13 ta’ Mejju 2014 fil-Kawżi magħquda T-458/10 sa T-467/10 u T-471/10, Peter McBride et vs Il-Kummissjoni Ewropea;

tiċħad ir-rikors għal annullament, u, fi kwalunkwe każ, l-ewwel motiv;

jew, sussidjarjament, tibgħat il-kawża lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex din tiddeċiedi l-motivi mressqa quddiemha li fuqhom il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma ppronunzjatx ruħha, u

tikkundanna lir-rikorrenti fl-ewwel istanza għall-ispejjeż tal-appell u tal-proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni ssostni li s-sentenza appellata għandha tiġi annullata għar-raġunijiet li ġejjin:

fl-ewwel lok, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat u applikat ħażin l-Artikolu 266 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem it-“TFUE” jew it-“Trattat”) flimkien mal-Artikolu 263 TFUE u l-prinċipju ta’ effettività, il-prinċipju ta’ attribuzzjoni tal-kompetenzi, il-prinċipju ta’ ċertezza legali, il-prinċipju ta’ kontinwità tal-ordinament ġuridiku, l-applikazzjoni tal-liġi ratione temporis, il-prinċipju ta’ aspettattivi leġittimi u l-prinċipji li jirregolaw is-suċċessjoni tar-regoli ratione temporis, sa fejn hija annullat ċerti deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li għandhom bħala suġġett l-eżekuzzjoni ta’ obbligi imposti fuqha permezz tas-sentenzi mogħtija fil-Kawżi magħquda T-218/03 sa T-241/03, Boyle et vs Il-Kummissjoni u fil-Kawżi magħquda C-373/06 P, C-379/06 P u C-382/06 P, Flaherty et vs Il-Kummissjoni. Skont is-sentenza appellata, il-Kummissjoni kienet marbuta tieħu l-miżuri meħtieġa għall-eżekuzzjoni ta’ dawn is-sentenzi iżda ma kellhiex il-kompetenza sabiex tagħmel dan.

fit-tieni lok, il-Qorti Ġenerali ma mmotivatx kif meħtieġ is-sentenza tagħha u ma wiġbetx għal wieħed mill-argumenti ċentrali tal-Kummissjoni (kif ukoll għall-kwistjoni tal-ammissibbiltà f’kawża). Għalhekk, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 36 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja u l-Artikolu 81 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Lulju 2014 – Annette Lorch, Kurt Lorch vs Condor Flugdienst GmbH

(Kawża C-364/14)

2014/C 339/17

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Amtsgericht Rüsselsheim

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Annette Lorch, Kurt Lorch

Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH

Domandi preliminari

1)

Iċ-ċirkustanzi straordinarji msemmija fl-Artikolu 5(3) tar-Regolament (1) għandhom ikunu direttament relatati mat-titjira rriżervata?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda: liema huwa, għaċ-ċirkustanzi straordinarji, in-numru rilevanti ta’ vjaġġi preċedenti li l-ajruplan użat għat-titjira prevista għandu jkun wettaq? Jeżisti limitu fiż-żmien għat-teħid inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi eċċezzjonali li jaffettwaw il-vjaġġi preċedenti? Jekk dan ikun il-każ, kif għandu jiġi kkalkolat?

3)

Fil-każ li ċirkustanzi straordinarji li jkunu seħħew waqt vjaġġi preċedenti jkunu wkoll rilevanti għal titjira ulterjuri: il-miżuri raġonevoli li għandu jieħu t-trasportatur tal-ajru effettiv skont l-Artikolu 5(3) tar-Regolament għandhom ikunu intiżi biss għall-prevenzjoni taċ-ċirkustanzi straordinarji jew inkella għall-prevenzjoni ta’ dewmien twil ukoll?


(1)  Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li […] jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10)


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/15


Appell ippreżentat fil-31 ta’ Lulju 2014 minn Toshiba Corporation mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tielet Awla) fil-21 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża T-519/09, Toshiba Corporation vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-373/14 P)

2014/C 339/18

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Toshiba Corporation (rappreżentanti: J. F. MacLennan, solicitor, A. Schulz, avukat, J. Jourdan u P. Berghe, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla d-deċiżjoni tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża T-519/09 Toshiba Corporation vs Il-Kummissjoni Ewropea sa fejn din ċaħdet it-talba ta’ Toshiba għall-annullament tal-Artikoli 1 u 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Każ COMP/39.129 – Transformers tal-elettriku, u tannulla d-Deċiżjoni;

alternattivament, tirreferi l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar il-punti ta’ liġi u, fi kwalunkwe każ

tiddeċiedi li Toshiba titħallas l-ispejjeż tagħha, inklużi l-ispejjeż tagħha tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali.

Aggravji u argumenti prinċipali

L-appellanti tikkontesta s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 fil-Kawża T-519/09 Toshiba Corporation vs Il-Kummissjoni Ewropea (is-“sentenza kkontestata”), fejn Toshiba Corporation (“Toshiba”) talbet l-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea fil-Każ COMP/39.129 – Transformers tal-elettriku. Fis-sentenza li qed tiġi appellata, il-Qorti Ġenerali ċaħdet kull bażi tat-talba ta’ Toshiba u ordnat lil Toshiba tbati l-spejjeż. Fl-appell preżenti, Toshiba ssostni li l-Qorti Ġenerali wettqet is-segwenti żbalji ta’ liġi:

L-ewwel aggravju: Toshiba ssostni li l-Qorti Ġenerali applikat eżami legali żbaljat meta kkunsidrat li l-produtturi Ġappuniżi ta’ transformers tal-elettriku kienu kompetituri potenzjali fis-suq ŻEE (1) fuq il-bażi li ostakoli għad-dħul fis-suq ŻEE ma kinux insurmontabbli u (2) fuq il-bażi tal-eżistenza tal-Ftehim b’Irġulija, minflok hija kellha tivverifika jekk il-produtturi Ġappuniżi kellhomx possibbiltajiet reali u konkreti sabiex jidħlu fis-suq ŻEE u li tali dħul kien strateġija ekonomikament vijabbli. Fl-assenza ta’ kompetizzjoni potenzjali bejn produtturi Ġappuniżi u Ewropej, il-Ftehim b’Irġulija ma setgħax jikser l-Artikolu 81 KE u l-Kummissjoni ma kelliex kompetenza sabiex tagħmel każ. Is-sentenza kkontestata u d-deċiżjoni kkontestata għandhom għalhekk jiġu annullati f’dak li jirrigwarda lil Toshiba.

It-tieni aggravju: Toshiba ssostni li l-Qorti Ġenerali ma tatx stampa ċara tal-kontenut ta’ ittra li fiha parti oħra għall-proċeduri sostniet li ma kinitx ser tikkontesta l-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ittra bidlet il-pożizzjoni li kienet tirriżulta mid-dikjarazzjonijiet preċedenti tal-parti, fejn ikkonfermat li ma kienet ikkonkludiet ebda bejgħ fiż-ŻEE. Madankollu, din hija distorsjoni tal-evidenza li fuqha bbażat ruħha l-Qorti Ġenerali sabiex tistabbilixxi li l-ostakoli għad-dħul fis-suq ŻEE ma kinux insurmontabbli. Toshiba b’hekk issostni li s-sentenza kkontestata u d-deċiżjoni kkontestata għandhom jiġu annullati.

It-tielet aggravju: Toshiba ssostni li l-Qorti Ġenerali użat raġunament kontradittorju, applikat eżami legali żbaljat għal iddistakkar pubbliku u kisret il-prinċipju ta’ responsabbiltà personali meta kkunsidrat li l-argument ta’ Toshiba dwar in-nuqqas ta’ parteċipazzjoni tagħha fil-laqgħa tal-2003 fi Zurich kien “bla effett”. Is-sentenza kkontestata u d-deċiżjoni kkontestata għandhom għalhekk jiġu annullati sa fejn jikkonkludu li Toshiba kompliet tipparteċipa fil-Ftehim b’Irġulija sa Mejju 2003.

Ir-raba’ aggravju: Toshiba ssostni li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-paragrafu 18 tal-Linji gwida dwar il-multi meta applikat ishma mis-suq globali bħala l-figura fil-kalkolu tal-portata tar-responsabbiltà tal-partijiet fil-ksur. Is-sentenza kkontestata u d-deċiżjoni kkontestata għandhom għalhekk jiġu annullati sa fejn jikkalkolaw il-multa ta’ Toshiba fuq il-bażi tas-sehem mis-suq dinji ta’ Toshiba u l-multa ta’ Toshiba għandha għaldaqstant titnaqqas kif meħtieġ.


Il-Qorti Ġenerali

29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2014 – BTL vs UASI – dm-drogerie markt (babyTOlove)

(Kawża T-518/11) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Ċessjoni tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 339/19

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BTL Diffusion (St Cloud, Franza) (rappreżentant: A. Berendes, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: K. Klüpfel u D. Botis, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: dm-drogerie markt GmbH & Co. KG (Karlsruhe, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Mellein u B. Beinert, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tat-8 ta’ Lulju 2011 (Każ R 883/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn dm-drogerie mark GmbH & Co. KG u BTL Diffusion.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.

2)

Ir-rikorrenti u l-intervjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom għandu jbati nofs l-ispejjeż tal-konvenut.


(1)  ĠU C 355, 3.12.2011.


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/17


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Lulju 2014 – Stance vs UASI – Pokarna (STANCE)

(Kawża T-206/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 339/20

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Stance, Inc. (San Clemente, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: R. Kunze u G. Würtenberger, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Pokarna Ltd (Secundrabad Andhra Pradesh, l-Indja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-1 ta’ Frar 2013 (Każ R 885/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Pokarna Ltd u Stance, Inc.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess u dawk sostnuti mill-konvenut.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Ġunju 2014 – NumberFour vs UASI – Inaer Helicópteros (ENFORE)

(Kawża T-478/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 339/21

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: NumberFour AG (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Götz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Inaer Helicópteros, SA (Mutxamel, Spanja) (rappreżentanti: C. Giner Mas u R. Rodriguez Zaragoza, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Mejju 2013 (Każ R 1000/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn NumberFour AG u Inaer Helicópteros, SA.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ir-rikorrenti u l-intervenjenti huma kkundannati jbatu l-ispejjeż tagħhom, kif ukoll, kull wieħed minnhom, nofs l-ispejjeż tal-konvenut.


(1)  ĠU C 344, 23.11.2013.


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2014 – The Directv Group vs UASI – Bolloré (DIRECTV)

(Kawża T-718/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Talba għal revoka - Irtirar tat-talba għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 339/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Directv Group (El Segundo, l-Istati Uniti (rappreżentant: F. Valentin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bolloré (Ergué Gabéric, Franza) (rappreżentant: S. Legrand, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1812/2012-2), dwar proċedimenti ta’ kanċellazzjoni bejn Bolloré u The Directv Group, Inc.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut u mill-intervenjenti.


(1)  ĠU C 71, 8.03.2014.


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/19


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Lulju 2014 – The Diectv Group vs UASI – Bolloré (DIRECTV)

(Kawża T-721/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Talba għal revoka - Irtirar tat-talba għal revoka - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 339/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Diectv Group (El Segundo, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Valentin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bolloré (Ergué Gabéric, Franza) (rappreżentant: S. Legrand, avukat)

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Ottubru 2013 (Każ R 1961/2912-2), dwar proċedimenti ta’ kanċellazzjoni bejn Bolloré u The Directv Group, Inc.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.

2)

Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mill-konvenut u mill-intervenjenti.


(1)  ĠU C 112, 14.04.2014.


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/20


Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2014 – Sheraton International IP vs UASI – Staywell Hospitality Group (PARK REGIS)

(Kawża T-536/14)

2014/C 339/24

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Sheraton International IP LLC (Stamford, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Staywell Hospitality Group Pty Ltd (Sydney, l-Awstralja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-30 ta’ April 2014 mogħtija fil-każijiet magħquda R 240/2013-5 u R 303/2013-5;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “PARK REGIS” għal servizzi fil-Klassijiet 35, 36 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 4 88  933

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: reġistrazzjonijiet għal trade mark Komunitarja, reġistrazzjonijiet għal trade marks internazzjonali u t-trade mark notorja “ST REGIS”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni parzjalment milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/21


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Lulju 2014 – Grupo Bimbo vs UASI (Forma ta’ ħobż għas-sandwiċ tond)

(Kawża T-542/14)

2014/C 339/25

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Grupo Bimbo, SAB de CV (Messiku, il-Messiku) (rappreżentant: N. Fernández Fernández Pacheco, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 1911/2013-4, peress li hija illegali u tikser id-dispożizzjonijiet legali fis-seħħ dwar it-trade mark Komunitarja, u tiddeċiedi skont it-talbiet inklużi fir-rikors, kemm jekk fuq bażi tad-differenza intrinsika tat-trade mark tridimensjonali li saret l-applikazzjoni għaliha jew abbażi tad-distintività miksuba bl-użu, tilqa’ dan ir-rikors u tordna r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 47  987, għal prodotti fil-klassi 30 tal-Klassifikazzjoni Internazzjonali, minħabba li din hija legali u ammissibbli;

ladarba dan ir-rikors jiġi milqugħ u t-trade mark inkwistjoni tiġi rreġistrata, tordna lill-konvenut iħallas l-ispejjeż tal-proċeduri u t-taxxi mħallsa lill-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata:it-trade mark tridimensjonali fil-forma ta’ ħobż għas-sandwiċ tond fil-klassi 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 7 47  987

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/21


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Lulju 2014 – provima Warenhandels vs UASI – Renfro (HOT SOX)

(Kawża T-543/14)

2014/C 339/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: provima Warenhandels GmbH (Bielefeld, il-Ġermanija) (rappreżentanti: J. Croll u H. Prange, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Renfro Corp. (Mount Airy, l-Istati Uniti)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-13 ta’ Mejju 2014, fil-Każ R 1859/2013-2 dwar ir-Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 9 62  191 li tindika lill-Unjoni Ewropea u timmodifikaha billi tiddikjara l-appell fondat u tilqa’ t-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità;

tikkundanna lill-konvenut u, jekk ikun il-każ, lill-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż inklużi dawk sostnuti quddiem il-Bord tal-Appell.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali “HOT SOX” – Reġistrazzjoni Internazzjonali Nru 9 62  191

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: Renfro Corp.

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Motivazzjoni tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: raġunijiet assoluti għal rifjut skont id-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikolu 52(1) u tal-Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flimkien tal-Artikoli 158, 52(1)(a) u 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009.

ksur tad-dispożizzjonijiet moqrija flmkien tal-Artikoli 158, 52(1)(a) u 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/22


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2014 – Société des Produits Nestlé vs UASI – Terapia (ALETE)

(Kawża T-544/14)

2014/C 339/27

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Société des Produits Nestlé SA (Vevey, l-Isvizzera) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz, A. Lambrecht u S. Cobet-Nüse, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Terapia SA (Cluj Napoca, ir-Rumanija)

Talbiet tar-rikorrenti

tirriforma d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tad-19 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 1128/2013-4, billi tiddikjara li l-oppożizzjoni għandha tiġi miċħuda;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) tad-19 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 1128/2013-4;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “ALETE” għal prodotti fil-klassijiet 5, 29, 30 u 32 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 3 88  379

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali nazzjonali “ALETA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 5 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009

ksur tal-Artikolu 63 moqri flimkien mar-Regola 20(7)(c) tar-Regolament Nru 2868/95

ksur tal-Artikolu 63(2), tal-Artikolu 75 u tal-Artikolu 76 tar-Regolament Nru 207/2009


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/23


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ Lulju 2014 – GEA Group vs UASI (engineering for a better world)

(Kawża T-545/14)

2014/C 339/28

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: GEA Group AG (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Schneiders, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-2 ta’ Ġunju 2014 fil-Każ R 303/2014-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “engineering for a better world” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 6, 7, 9, 11, 35, 37, 41 u 42 – talba għal reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 2 0 34  807

Deċiżjoni tal-eżaminatur: reġistrazzjoni rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/24


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Lulju 2014 – Messi Cuccittini vs UASI – J.M.-E.V. e hijos (MESSI)

(Kawża T-554/14)

2014/C 339/29

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Lionel Andrés Messi Cuccittini (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: J. L. Rivas Zurdo u M. Toro Gordillo, avuakti)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: J.M.-E.V. e hijos, SRL (Granollers, Spanja)

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ April 2014, fil-Każ R 1553/2013-1, sa fejn billi tiċħad l-appell tar-rikorrent din tikkonferma d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni, li tilqa l-oppożizzjoni B 1 9 38  458 u li tiċħad parzjalment ir-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 81  154“MESSI” (figurattiva);

tikkundanna lill-parti jew lill-partijiet li jopponu r-rikors għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrent

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “MESSI” għal prodotti fil-klassijiet 3, 9, 14, 16, 25 u 28 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 81  154

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks verbali Komunitarji “MASSI” għal prodotti fil-klassijiet 9, 25 u 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/25


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Lulju 2014 – BrandGroup vs UASI – Brauerei S. Riegele, Inh. Riegele (SPEZOOMIX)

(Kawża T-557/14)

2014/C 339/30

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: BrandGroup GmbH (Bechtsrieth, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Raible, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell: Brauerei S. Riegele, Inh. Riegele KG (Augsburg, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-15 ta Mejju 2014, fil-Każ R 941/2013-1;

tikkundanna lill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) u lil Brauerei S. Riegele, Inh. Riegele KG għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SPEZOOMIX” għal prodotti fil-klassijiet 32 u 33 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 9 13  617

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali internazzjonali u t-trade mark verbali Komunitarja “Spezi”, it-trade mark figurattiva internazzjonali u t-trade mark figurattiva Komunitarja li jinkludu l-element verbali “Spezi”, kif ukoll it-trade mark verbali nazzjonali “Ein Spezi muß dabei sein” għal prodotti fil-klassi 32

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Motivi invokati: Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 78(5) tar-Regolament Nru 207/2009


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/26


Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Awwissu 2014 – VSM Geneesmiddelen vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-578/14)

2014/C 339/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: VSM Geneesmiddelen BV (Alkmaar, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: U. Grundmann, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li l-Kummissjoni illegalment naqset milli tibda l-evalwazzjoni tal-allegazzjonijiet ta’ saħħa dwar sustanzi botaniċi mill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel għall-proċedura prevista mit-Taqsima 3 tal-Artikolu 13 tar-Regolament (KE) 1924/2006 (1) mill-1 ta’ Awwissu 2008; u

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni, li allegatament tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tal-29 ta’ Ġunju 2014, li ma tibdiex l-evalwazzjoni tal-allegazzjonijiet ta’ saħħa dwar sustanzi botaniċi mill-EFSA permezz tal-proċedura prevista mill-Artikolu 13 qabel l-1 ta’ Awwissu 2014.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti ssostni li skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament (KE) 1924/2009 – Regolament dwar allegazzjonijiet ta’ saħħa (“RAS”), il-Kummissjoni Ewropea kellha l-obbligu li tadotta lista ta’ allegazzjonijiet permessi ta’ sustanzi użati fl-ikel mhux iktar tard mill-31 ta’ Jannar 2010. Bi tħejjija għall-adozzjoni ta’ tali lista l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà (EFSA) kienet ikkummissjonata sabiex tevalwa allegazzjonijiet li ġew sottomessi mill-Istati Membri. Madankollu, f’Settembru 2010 il-Kummissjoni ħabbret li ssospendiet u rrevediet allegazzjonijiet fuq sustanzi botaniċi, u b’hekk EFSA waqfet tipproċessa dawn l-allegazzjonijiet. Il-Kummissjoni ssospendiet biss il-proċedura ta’ evalwazzjoni fuq sustanzi botaniċi, iżda mhux il-proċedura fuq sustanzi oħra, bħal dawk kimiċi.

Ir-rikorrenti sejħet lill-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ ittra tat-23 ta’ April 2014 sabiex tagħti struzzjonijiet lill-EFSA li mingħajr dewmien tkompli bl-evalwazzjoni tal-allegazzjonijiet ta’ saħħa użati fl-ikel, peress li hija affettwata ħafna bix-xogħol lura legali u bl-inċertezza fil-qasam ta’ allegazzjonijiet botaniċi użati fl-ikel.

Il-Kummissjoni infurmat lir-rikorrenti li permezz tal-ittra tagħha tad-19 ta’ Ġunju 2014 li hija kienet irċeviet tħassib differenti mill-Istati Membri u mill-partijiet kkonċernati u li ma hijiex ser tibda l-evalwazzjoni tal-allegazzjonijiet ta’ saħħa fuq materjali botaniċi f’dan l-istadju. Ir-rikorrenti bagħtet ittra ulterjuri lill-Kummissjoni, datata 8 ta’ Lulju 2014, li fiha stabbilixxiet terminu għall-bidu tal-evalwazzjoni tal-allegazzjonijiet ta’ saħħa fuq materjali botaniċi mill-EFSA, li jintemm fil-31 ta’ Lulju 2014. Il-Kummissjoni ma weġbitx għal din l-ittra.

B’hekk jista’ jiġi konkluż li l-Kummissjoni Ewropea naqset milli tistabbilixxi lista sħiħa ta’ allegazzjonijiet ta’ saħħa fuq sustanzi użati fl-ikel kif rikjest mill-Artikolu 13(3) RAS. L-Artikolu 13 RAS ma jipprevedix biss termini ċari iżda wkoll proċeduri ddefiniti b’mod ċar għall-adozzjoni tal-lista ta’ allegazzjonijiet ta’ saħħa fuq sustanzi użati fl-ikel. Ir-regolament ma jipprevedix xi diskrezzjoni għall-Kummissjoni Ewropea li tbiddel il-passi proċedurali u lanqas li testendi t-termini.

Barra minn hekk, skont il-premessa 9, ir-Regolament dwar allegazzjonijiet ta’ saħħa għandu l-għan li jistabbilixxi “prinċipji ġenerali li japplikaw għall-indikazzjonijiet [allegazzjonijiet] kollha”. Dan juri biċ-ċar li l-leġiżlatur ma xtaqx jistabbilixxi livelli differenti ta’ evalwazzjonijiet għal tipi speċifiċi ta’ sustanzi. Għaldaqstant, il-kunsiderazzjonijiet kollha meħuda mill-Kummissjoni Ewropea fir-rigward ta’ sistema separata għall-evalwazzjoni ta’ allegazzjonijiet fuq materjali botaniċi mhux biss ma għandhomx bażi legali iżda wkoll jikkontradixxu l-għanijiet ġenerali tar-regolament.


(1)  Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet [allegazzjonijiet] dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija [magħmula] fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9)


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/27


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Lulju 2014 – Inditex vs UASI – Ansell (ZARA)

(Kawża T-584/14)

2014/C 339/32

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Inditex de Diseño Textil, SA (Inditex) (Arteixo, Spanja) (rappreżentant: C. Duch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Zainab Ansell u Roger Ansell (Moshi, Tanzania)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tad-19 ta’ Mejju 2014 fil-Każ R 1118/2013-2, sa fejn ikkonferma r-revoka tat-trade mark minħabba nuqqas ta’ użu tat-trade mark Komunitarja (ZARA) Nru 1 12  755 għas-servizzi fil-klassi 39: “servizzi ta’ trasport, distribuzzjoni (kunsinna) ta’ prodotti, ippakkjar u ħażna ta’ merkanzija, b’mod partikolari ħwejjeġ, żraben u aċċessorji, fwieħa u kosmetiċi”, ir-rikorrenti tqis li l-Bord tal-Appell kiser l-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009 peress li wettaq is-segwenti żbalji:

il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ liġi billi kkunsidra li l-frankiġji ta’ Inditex jagħmlu parti integrali mill-organizzazzjoni interna tal-kumpannija, meta dawn huma entitajiet legali indipendenti tal-grupp Inditex;

il-Bord tal-Appell wettaq żball ta’ evalwazzjoni tal-provi peress li akkuża lir-rikorrenti li ma ressqitx provi dwar il-volum ta’ negozju ġġenerat mill-offerta ta’ servizzi ta’ trasport, sabiex turi l-użu estern tat-trade mark, filwaqt li dawn il-provi ġew prodotti fil-kuntest tal-proċeduri;

tikkundanna lill-UASI u, skont il-każ, lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell, għall-ispejjeż

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: trade mark verbali (ZARA) għal servizzi fil-klassijiet 39 u 42 – trade mark Komunitarja Nru 1 12  755

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba ta’ revoka milqugħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(1)(a) tar-Regolament Nru 207/2009


29.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 339/27


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Awwissu 2014 – Industrias Tomás Morcillo vs UASI – Aucar Trailer (Polycart A Whole Cart Full of Benefits)

(Kawża T-613/14)

2014/C 339/33

Lingwa tar-rikors: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Industrias Tomás Morcillo, SL (Albuixech, Spanja) (rappreżentant: A. Sanz-Bermell y Martínez, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Aucar Trailer, SL (Premia de Mar, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-7 ta’ Mejju 2014, fil-Każ R 1735/2012-1 u, konsegwentement, tiċħad l-oppożizzjoni mressqa minn Aucar Trailer S.L. billi tiddikjara l-validità tal-għoti tat-trade mark Komunitarja Nru 9 6 90  314 (Polycart A Whole Cart Full of Benefits) għall-prodotti mitluba skont ir-restrizzjoni tas-16 ta’ Novembru 2012, billi tiċħad l-oppożizzjoni mressqa kontra din tal-aħħar

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva bl-elementi verbali “Polycart A Whole Cart Full of Benefits” għal prodotti fil-klassijiet 12, 17 u 20 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 6 90  314

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva bl-elementi verbali “POLICAR” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 35 u 37

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8 tar-Regolament Nru 207/2009