ISSN 1977-0987 |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 57 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 338/01 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni — Linja ta' Gwida dwar il-format u l-kontenut ta’ applikazzjonijiet għall-approvazzjoni jew għall-emenda ta’ pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika u talbiet għal rinunzji jew differimenti u li tikkonċerna t-twettiq tal-verifika tal-konformità u dwar il-kriterji għall-evalwazzjoni ta' studji sinifikanti ( 1 ) |
|
2014/C 338/02 |
||
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2014/C 338/03 |
||
2014/C 338/04 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 338/05 |
||
2014/C 338/06 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2014/C 338/07 |
||
2014/C 338/08 |
||
2014/C 338/09 |
||
2014/C 338/10 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2014/C 338/11 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7390 — OFI InfraVia/GDF SUEZ/PensionDanmark/NGT) — Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b'rilevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
27.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/1 |
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI
Linja ta' Gwida dwar il-format u l-kontenut ta’ applikazzjonijiet għall-approvazzjoni jew għall-emenda ta’ pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika u talbiet għal rinunzji jew differimenti u li tikkonċerna t-twettiq tal-verifika tal-konformità u dwar il-kriterji għall-evalwazzjoni ta' studji sinifikanti
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 338/01
1. INTRODUZZJONI
1.1. Kamp ta’ applikazzjoni
Din il-linja gwida, li tieħu post il-verżjoni preċedenti tal-2008 (1), tistabbilixxi:
— |
arranġamenti dettaljati għall-format u l-kontenut ta’ applikazzjonijiet għall-approvazzjoni jew għall-emenda ta’ pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika (PIP) u talbiet għal rinunzji jew differimenti, b’konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku (2) (minn hawn ‘il quddiem imsejjaħ “Ir-Regolament Pedjatriku”); |
— |
arranġamenti għal kif issir il-verifika tal-konformità msemmija fl-Artikoli 23 u 28(3) tar-Regolament Pedjatriku; kif ukoll |
— |
skont l-Artikolu 45(4) tar-Regolament, il-kriterji ta’ evalwazzjoni dwar ir-relevanza tal-istudji li nbdew qabel u li tlestew wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. |
1.2. Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ din il-linja gwida, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) kondizzjoni: kwalunkwe devjazzjoni mill-istruttura jew mill-funzjoni normali tal-ġisem, riflessa minn sensiela karatteristika ta’ sinjali u sintomi, tipikament marda distinta rikonoxxuta jew sindromu;
(b) indikazzjoni ta’ pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika: indikazzjoni proposta fil-popolazzjoni pedjatrika għall-għanijiet ta’ PIP, u fil-mument meta ssir is-sottomissjoni tal-PIP, fi ħdan kondizzjoni speċifika;
(c) indikazzjoni proposta: l-indikazzjoni għall-użu fl-adulti kif propost mill-applikant fil-mument tas-sottomissjoni tal-PIP/applikazzjoni għal rinunzja. F’każijiet ta’ żvilupp tal-adulti li jkun komplut jew li jkun għadu għaddej, dan huwa l-punt ta’ tluq għall-identifikazzjoni tal-kondizzjoni għal użu potenzjali fil-qasam pedjatriku;
(d) miżura: kwalunkwe studju jew obbligu ieħor (pereżempju, ir-rekwiżit li jitwaqqaf reġistru) inkluż fil-PIP bil-ħsieb li jiġi żgurat li, skont l-Artikolu 15(2) tar-Regolament Pedjatriku, tiġi ġġenerata d-dejta meħtieġa sabiex jintwerew il-kwalità, is-sigurezza u l-effikaċja tal-prodott mediċinali fil-popolazzjoni pedjatrika;
(e) studju: kwalunkwe miżura li hija mfassla biex twieġeb kwistjoni xjentifika speċifika, u li titwettaq skont metodoloġija definita minn qabel. Dan jinkludi, pereżempju, studji ta’ intervent u studji mingħajr intervent, studji mhux kliniċi, studji ta’ estrapolazzjoni, studji ta’ mudellar u ta’ simulazzjoni, l-iżvilupp ta’ forom u formulazzjonijiet farmaċewtiċi pedjatriċi speċifiċi;
(f) studju ta’ estrapolazzjoni: studju li jinvolvi l-użu ta’ estrapolazzjoni biex jiġi appoġġat l-użu tal-prodott mediċinali fit-tfal (3). Studju ta’ estrapolazzjoni jista’ jkun ibbażat fuq serje ta’ każijiet, metaanaliżijiet, analiżijiet sistematiċi, studji bbażati fuq studji ta’ mudellar u ta’ simulazzjoni;
(g) studju ta’ mudellar u ta’ simulazzjoni: studju li l-għan tiegħu hu li tiġi kkwantifikata il-mediċina/is-sistema/id-disinn sperimentali, sabiex:
— |
il-proprjetajiet tiegħu/tagħha jiġu mifhuma u stmati; |
— |
l-eżiti sperimentali futuri jkunu jistgħu jiġu ottimizzati u previsti; u |
— |
jiġu appoġġati d-deċiżjonijiet dwar aspetti regolatorji, dwar l-iżvilupp tal-prodotti mediċinali, u dwar l-użu; |
(h) elementi ewlenin: kull miżura f’PIP jista’ jkun fiha element ewlieni speċifiku wieħed jew aktar, kif speċifikat fl-Anness ta’ din il-linja gwida; l-elementi ewlenin huma vinkolanti u jipprovdu l-bażi għat-twettiq tal-verifika tal-konformità.
2. FORMAT U KONTENUT TA’ APPLIKAZZJONIJIET GĦAL APPROVAZZJONI JEW MODIFIKA TA’ PJAN TA’ INVESTIGAZZJONI PEDJATRIKA U TALBIET GĦAL RINUNZJI U DIFFERIMENTI
2.1. Prinċipji ġenerali u format
2.1.1. L-istruttura tal-applikazzjoni
L-applikazzjonijiet għal approvazzjoni jew modifika ta’ PIP jew talbiet għal rinunzja jew jew differiment jew għal kombinazzjonijiet tagħhom għandhom ikunu akkumpanjati minn dettalji u dokumenti b’konformità ma’ din il-linja gwida. L-applikazzjonijiet għandhom jikkonsistu minn dawn it-taqsimiet li ġejjin:
Parti A: Informazzjoni amministrattiva u dwar il-prodott
Parti B: Żvilupp kumplessiv tal-prodott mediċinali
Parti C: Applikazzjoni għal rinunzja għal prodott speċifiku
Parti D: Pjan propost ta’ investigazzjoni pedjatrika
Parti E: Talba għal differiment
Parti F: Annessi
It-taqsimiet u/jew is-sottotaqsimiet li mhumiex rilevanti għall-applikazzjoni speċifika jistgħu jitħallew vojta.
L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ‘il quddiem imsejħa “l-Aġenzija”) tippubblika mudelli u formoli onlajn ibbażati fuq din il-linja gwida. Barra minn hekk, fuq il-websajt tal-Aġenzija (www.ema.europa.eu) wieħed jista’ jikkonsulta wkoll pariri proċedurali.
2.1.2. L-informazzjoni ta’ sostenn
L-applikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-informazzjoni disponibbli kollha rilevanti għall-evalwazzjoni, kemm jekk favorevoli kif ukoll jekk mhux favorevoli għall-prodott u għall-iżvilupp tiegħu. Din tinkludi d-dettalji ta’ kull test, prova klinika, jew studju farmakotossikoloġiku mhux komplut jew imwarrab li jkun marbut mal-prodott mediċinali, u/jew ta’ provi kompletati li jikkonċernaw indikazzjonijiet mhux koperti mill-applikazzjoni.
L-ammont ta’ informazzjoni disponibbli rilevanti għall-applikazzjonijiet se jvarja b’mod sostanzjali, skont jekk il-prodott mediċinali jinsabx f’fażi bikrija ta’ żvilupp kliniku jew ġiex awtorizzat diġà, u skont jekk qed jiġix investigat għal użi ġodda jew estiżi. Għalhekk, il-livell ta’ dettall mistenni fl-applikazzjoni jista’ jvarja b’mod sinifikanti skont l-istadju speċifiku ta’ żvilupp tal-prodott fil-mument meta tiġi sottomessal-applikazzjoni.
2.1.3. Popolazzjoni pedjatrika
L-applikazzjonijiet soġġetti għar-rekwiżiti tal-Artikolu 7 jew 8 tar-Regolament Pedjatriku għandhom ikopru s-sottogruppi kollha tal-popolazzjoni pedjatrika (4) sakemm ma jkunx hemm raġunijiet għal rinunzja. Il-popolazzjoni pedjatrika tinkludi bosta sottogruppi, kif definit, pereżempju, fil-linji gwida internazzjonali (5):
— |
trabi tat-twelid li jkunu twieldu qabel iż-żmien u trabi tat-twelid tal-età ta’ bejn 0 u 27 jum; |
— |
trabi (jew tfal żgħar) tal-età ta’ bejn xahar u 23 xahar; |
— |
tfal tal-età ta’ bejn sentejn u 11-il sena; u |
— |
adoloxxenti tal-età ta’ bejn 12-il sena u 18-il sena; |
Madankollu, meta jitqies li huwa aktar xieraq li jintużaw sottogruppi differenti (pereżempju dawk ibbażati fuq is-sess jew fuq l-istadju ta’ żvilupp tal-pubertà), dan jista’ jitqies bħala aċċettabbli, iżda l-għażla tas-sottogruppi għandha tiġi spjegata u ġustifikata.
Applikazzjoni għal PIP maħsuba biex tappoġġa awtorizzazzjoni futura għat-tqegħid fis-suq għall-użu pedjatriku (PUMA) tista’ tkun limitata għal ċerti sottogruppi pedjatriċi; mhuwiex meħtieġ li jiġu indirizzati s-sottogruppi kollha.
2.1.4. Kopertura tal-applikazzjoni
Applikazzjoni unika għandha tkopri l-programm ta’ riċerka u żvilupp propost għal applikazzjoni unika futura għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Fejn il-prodott ikun żviluppat fi stadji, u għal kondizzjonijiet differenti, l-applikant jista’ japplika għal PIPs separati. L-applikazzjonijiet għal prodotti awtorizzati li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 8 tar-Regolament Pedjatriku għandhom ikopru l-indikazzjonijiet, il-forom farmaċewtiċi u r-rotot ta’ amministrazzjoni eżistenti u ġodda kollha, bil-għan li tinkiseb awtorizzazzjoni għal PIP uniku komprensiv.
L-applikazzjoni tista’ tinkludi talba għal rinunzja għal prodott speċifiku. Barra minn hekk, PIP jista’ jinkludi talba għal differiment ta’ wħud mill-miżuri jew tal-miżuri kollha.
2.1.5. It-tħejjija tal-applikazzjoni
L-applikanti jingħataw parir li jitolbu li ssir laqgħa ta’ qabel is-sottomissjoni, sabiex jiddiskutu l-iskedar tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni u sabiex jiġu ffaċilitati l-validazzjoni u l-valutazzjoni b’suċċess.
L-applikanti huma mħeġġa jikkonsultaw lill-komunità tar-riċerka pedjatrika, pereżempju permezz tan-netwerks Ewropej għar-riċerka pedjatrika fl-Aġenzija, minħabba li l-involviment bikri jista’ jiffaċilita l-iżvilupp ta’ PIP.
2.2. Parti A: Informazzjoni amministrattiva u dwar il-prodott
It-taqsimiet kollha tal-Parti A għandhom jimtlew; f’każ li l-informazzjoni ma tkunx disponibbli, dan għandu jiġi ddikjarat. L-informazzjoni fil-Parti A għandha tiġi sottomessa permezz tal-formola ppubblikata mill-Aġenzija.
2.2.1. Isem jew isem il-kumpanija u l-indirizz tal-applikant u tal-persuna ta’ kuntatt
Għandhom jingħataw l-isem u l-indirizz tal-applikant, flimkien mad-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna awtorizzata biex tikkomunika mal-Aġenzija f’isem l-applikant.
Minħabba li d-deċiżjonijiet tal-Aġenzija jiġu ppubblikati, l-applikant huwa mħeġġeġ jipprovdi punt ta’ kuntatt (numru tat-telefown u/jew indirizz tal-posta elettronika) għal mistoqsijiet mill-partijiet interessati. L-Aġenzija tippubblikah flimkien mad-deċiżjonijiet tagħha. Indirizzi elettroniċi personali għandhom jiġu evitati.
F’każ li l-applikant jikkwalifika bħala intrapriża mikro, żgħira jew ta’ daqs medju skont it-tifsira tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE (6), dan għandu jiġi ddikjarat.
2.2.2. Isem is-sustanza attiva
Is-sustanza attiva għandha tiġi ddikjarata permezz tad-denominazzjoni komuni internazzjonali rakkomandata (INN) tagħha, flimkien mal-forma salina jew idrata tagħha, jekk rilevanti. Jekk ma teżistix INN “rakkomandata”, għandu jingħata l-isem tal-Farmakopea Ewropea jew, jekk is-sustanza ma tkunx fil-Farmakopea Ewropea, għandha tintuża d-denominazzjoni komuni. Fin-nuqqas ta’ denominazzjoni komuni, għandha tingħata d-deżinjazzjoni xjentika eżatta. Sustanzi li ma għandhomx deżinjazzjoni xjentifika eżatta għandhom jiġu deskritti b’dikjarazzjoni ta’ kif u minn xiex kienu ppreparati, flimkien mad-dettalji rilevanti l-oħra kollha, fejn xieraq.
Apparti d-denominazzjoni komuni jew id-deżinjazzjoni xjentifika, l-applikant jista’ wkoll jissottometti l-kodiċi tal-kumpanija jew tal-laboratorju.
Id-denominazzjonijiet preliminarji jistgħu jiġu pprovduti biss jekk meħtieġ, minħabba l-iskadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet.
2.2.3. Tip ta’ prodott
Għandu jiġi speċifikat it-tip ta’ prodott li għalih tkun saret l-applikazzjoni (eż. entità kimika, prodott bijoloġiku, vaċċin, prodott tat-terapija tal-ġene, prodott mediċinali tat-terapija ċellulari somatika). Barra minn hekk, kull fejn possibbli, għandhom jiġu speċifikati l-mira farmakoloġika u l-mekkaniżmu ta’ azzjoni. Meta jkunu ġew assenjati grupp farmakoterapewtiku u kodiċi anatomiku terapewtiku kimiku (anatomical therapeutic chemical/ATC), dawn għandhom jiġu inklużi.
2.2.4. Dettalji tal-prodott mediċinali
Għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar id-diversi forom, formulazzjonijiet, dożi u rotot tal-amministrazzjoni li jkunu qed jiġu żviluppati, irrispettivament mill-użu futur tagħhom fil-popolazzjoni pedjatrika. Fil-każ tal-iżvilupp tal-prodott pedjatriku, għandha tiġi pprovduta informazzjoni dwar id-doża, il-forma farmaċewtika, ir-rotta tal-amministrazzjoni u l-formulazzjoni proposti (inklużi dettalji dwar l-eċċipjenti proposti).
2.2.5. Status ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali
Għandha tingħata informazzjoni f’format tabulari dwar l-istatus ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali.
Għal prodotti mediċinali awtorizzati fl-UE, għandhu jingħata l-istatus tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, inkluża l-informazzjoni dwar l-indikazzjonijiet awtorizzati kollha, id-dożi, il-forom farmaċewtiċi u r-rotot tal-amministrazzjoni, u, fir-rigward tal-istatus tal-awtorizzazzjoni barra l-UE, għandha tiddaħħal biss informazzjoni dwar l-awtorizzazzjonijiet għall-użu fit-tfal.
Għal prodotti li jkunu qed jiġu żviluppati għal PUMAs, għandha tingħata informazzjoni dwar prodotti mediċinali awtorizzati fl-UE li jkun fihom l-istess sustanza attiva.
Għal prodotti mediċinali li għad mhumiex awtorizzati fl-UE, għandu jingħata l-istatus tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq barra l-UE għall-adulti u t-tfal.
Għandhom jingħataw dettalji dwar kwalunkwe miżura regolatorja li tillimita, għal raġunijiet ta’ sikurezza, l-użu tal-prodott mediċinali fl-UE jew barra l-UE. Dawn jinkludu s-sospernsjoni, ir-revoka jew in-nuqqas ta’ tiġdid tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, il-projbizzjoni tal-forniment, l-irtirar tal-prodott mediċinali mis-suq, kontraindikazzjoni ġdida, tnaqqis fid-doża rakkomandata jew restrizzjoni fir-rigward tal-indikazzjonijiet tal-prodott mediċinali.
2.2.6. Pariri minn awtorità regolatorja rilevanti għall-iżvilupp tal-popolazzjoni pedjatrika
L-Aġenzija għandha tiġi pprovduta b’kull deċiżjoni, opinjoni u parir (inklużi pariri xjentifiċi) mogħtija mill-awtoritajiet kompetenti, inklużi dawk ta’ pajjiżi mhux tal-UE, dwar l-iżvilupp pedjatriku tal-prodott mediċinali. Dan għandu jinkludi kull rikjesta bil-miktub għal informazzjoni pedjatrika maħruġa minn korp regolatorju. Kopji ta’ kull dokument rilevanti għandhom jiġu mehmuża mal-applikazzjoni.
2.2.7. Status ta’ prodott mediċinali orfni fl-UE
Għal prodotti b’deżinjazzjoni ta’ prodotti orfni, għandu jingħata n-numru li bih huwa mniżżel il-prodott fir-Reġistru tal-Prodotti Mediċinali Orfni tal-Unjoni Ewropea. F’każ li tintalab id-deżinjazzjoni ta’ prodott mediċinali orfni, din għandha tiġi indikata u għal applikazzjonijiet pendenti għandu jingħata n-numru tal-Proċedura ta’ Deżinjazzjoni ta’ Prodott Mediċinali Orfni tal-Aġenzija.
2.2.8. Applikazzjoni ppjanata għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq/għall-estensjoni/varjazzjoni tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq
Id-data ppjanata għas-sottomissjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (jew l-applikazzjoni għall- varjazzjoni/estensjoni li jmiss skont l-Artikolu 8 tar-Regolament Pedjatriku, kif xieraq) għandha tiġi pprovduta, flimkien ma’ indikazzjoni dwar jekk hemmx intenzjoni li l-applikazzjoni tiġi sottomessa permezz tal-proċedura ċentralizzata jew permezz tal-proċeduri previsti mid-Direttiva 2001/83/KE (7).
Għal prodotti mediċinali li għadhom mhumiex awtorizzati li jidħlu fir-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tar-Regolament Pedjatriku, għandha tingħata d-data tat-tlestija tal-istudji farmakokinetiċi fl-adulti. Fejn applikazzjoni tiġi ppreżentata iktar minn sitt xhur wara t-tlestija ta’ dawn l-istudji, għandha tingħata ġustifikazzjoni f’din it-taqsima.
2.2.9. Sommarju tal-applikazzjoni
Applikazzjonijiet għal PIPs jew għal rinunzji għandhom ikunu akkumpanjati minn sommarju tal-applikazzjoni tat-tul ta’ mhux aktar minn 1 000 kelma, miktuba skont mudell ippubblikat mill-Aġenzija.
2.2.10. Traduzzjonijiet tad-deċiżjoni tal-Aġenzija
Jekk id-deċiżjoni tal-Aġenzija tintalab f’lingwa uffiċjali tal-UE li ma tkunx l-Ingliż, l-isem tas-sustanza attiva, il-kondizzjoni, il-forma farmaċewtika u r-rotta tal-amministrazzjoni għandhom jingħataw f’dik il-lingwa.
2.3. Parti B: L-iżvilupp kumplessiv tal-prodott mediċinali
Għal kull indikazzjoni eżistenti u kondizzjoni/indikazzjoni proposta, u għal kull sottogrupp tal-popolazzjoni pedjatrika, il-Parti B għandha tistabbilixxi kif se jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tar-Regolament Pedjatriku.
Meta l-prodott mediċinali jiġi żviluppat għall-użu fit-tfal biss, xi informazzjoni mitluba fil-Parti B tista’ ma tkunx disponibbli. Għal prodotti li jkunu qed jiġu żviluppati għal PUMAs, jeħtieġ li jiġu indirizzati biss is-sottogruppi pedjatriċi konċernati.
L-applikanti għandhom jipprovdu:
— |
ġustifikazzjoni ġenerali tal-applikazzjoni sottomessa, inkluż, fejn xieraq, il-metodoloġija magħżula biex jiġu identifikati l-kondizzjonijiet potenzjali ta’ neċessità pedjatrika; |
— |
deskrizzjoni tal-kondizzjoni fil-popolazzjoni pedjatrika, inkluż is-similaritajiet fil-popolazzjoni adulta u dik pedjatrika u fis-sottogruppi pedjatriċi differenti, il-prevalenza, l-inċidenza, il-metodi ta’ dijanjożi u ta’ kura u ta’ kura alternattiva. |
— |
dettalji dwar il-kondizzjoni li l-prodott mediċinali huwa maħsub li jagħmel dijanjożi tagħha, jew jevitha jew jikkuraha. Id-dijanjożi, il-prevenzjoni u l-kura ġeneralment jitqiesu bħala kondizzjonijiet separati. Għal kondizzjonijiet pedjatriċi li huma komuni u deskritti b’mod tajjeb, tista’ ssir referenza għal kotba speċjalizzati dwar il-pedjatrija mingħajr ma tiġi sottomessa informazzjoni dettaljata. Ma hemmx għalfejn tiġi pprovduta informazzjoni dettaljata rigward il-kondizzjoni fl-adulti; |
— |
fejn applikabbli, referenza għall-kondizzjoni skont is-sistema internazzjonali tal-klassifikazzjoni tal-mard, bħall-Klassifikazzjoni Internazzjonali tal-Mard (ICD) tad-WHO, jew sistema oħra rikonoxxuta sew. |
Il-punti li ġejjin għandhom jiġu kkunsidrati fid-deskrizzjoni tal-kondizzjoni. Dawn il-punti jindirizzaw, b’mod partikolari, dak li jikkostitwixxi kondizzjoni valida, meta mqabbel ma’ dawk li jistgħu jitqiesu bħala sottogruppi mhux validi f’kondizzjoni, u l-mod kif dawn l-elementi huma marbuta mal-kuri eżistenti u mal-indikazzjoni proposta:
(a) |
Il-karatteristiki li jiddefinixxu kondizzjoni għandhom jistabbilixxu grupp ta’ pazjenti li fihom huwa plawżibbli l-iżvilupp ta’ prodott mediċinali, abbażi tal-patoġeneżi tal-kondizzjoni u abbażi ta’ evidenza u suppożizzjonijiet farmakodinamiċi; |
(b) |
Entitajiet mediċi rikonoxxuti distinti li ġeneralment jitqiesu bħala kondizzjonijiet validi. Entitajiet ta’ dan it-tip ġeneralment jiġu definiti f’termini tal-karatteristiki speċifiċi tagħhom, eż. karatteristiki patofiżjoloġiċi, ħistopatoloġiċi, jew kliniċi; |
(c) |
Gradi differenti ta’ severità jew ta’ stadji ta’ marda ġeneralment ma jitqiesux bħala kundizzjonijiet distinti; |
(d) |
Il-fatt li jeżisti sottogrupp ta’ pazjenti li fihom il-prodott mediċinali huwa mistenni li juri benefiċċju favorevoli/riskjuġeneralment ma għandux ikun suffiċjenti biex tiġi definita kondizzjoni distinta; u |
(e) |
Eċċezzjonalment, in-neċessità għal modalità partikolari ta’ kura (irrispettivament minn mard sottostanti) tista’ tiġi kkunsidrata bħala kriterju validu għad-definizzjoni ta’ kondizzjoni distinta, eż. prodotti li għandhom jintużaw qabel jew waqt trapjanti tal-mudullun, jew waqt proċeduri radjoloġiċi jew proċeduri dijanjostiċi oħra. |
2.3.1. Diskussjoni dwar ix-xebh u d-differenzi fil-kondizzjoni bejn il-popolazzjonijiet, u l-motivazzjonijiet farmakoloġiċi
L-applikazzjoni għandha tiddiskuti fil-qosor kwalunkwe differenza jew similtarità potenzjali fil-kondizzjoni bejn il-popolazzjoni adulta u dik pedjatrika u/jew bejn is-sottogruppi pedjatriċi differenti.
Dawn għandhom jiġu diskussi sabiex issir estrapolazzjoni dwar l-effikaċja u/jew il-farmakokinetika, bejn l-adulti u t-tfal, u bejn id-diversi sottogruppi pedjatriċi. Id-differenzi fl-etjoloġija, fis-severità, fis-sintomi, fl-evoluzzjoni, fil-pronjosi u fir-reazzjoni għat-terapija għandhom jiġu indirizzati fejn applikabbli.
Barra minn hekk, l-applikanti għandhom jipprovdu:
— |
deskrizzjoni dettaljata biżżejjed tal-proprjetajiet farmakoloġiċi u tal-mekkaniżmu ta’ azzjoni magħruf jew suspettat; |
— |
diskussjoni dwar l-użu pedjatriku potenzjali tal-prodott, abbażi tal-karatteristiki tiegħu, fil-kondizzjonijiet rilevanti; u |
— |
dejta/suppożizzjonijiet u diskussjoni dwar l-impatt ta’ aspetti ta’ maturazzjoni tal-farmakokinetika u tal-farmakodinamika fejn applikabbli. |
2.3.2. Metodi attwali ta’ dijanjożi, ta’ prevenzjoni jew ta’ kura fil-popolazzjonijiet pedjatriċi
Għal kull kondizzjoni koperta mill-applikazzjoni għandhom jiġu identifikati d-dijanjożi, il-prevenzjoni u l-interventi ta’ kura li huma disponibbli fl-UE, filwaqt li ssir referenza għal-letteratura xjentifika jew għal informazzjoni rilevanti oħra. Dan għandu jinkludi metodi ta’ kura mhux awtorizzati, kemm jekk farmakoloġiċi, kirurġiċi jew dijetetiċi jew ta’ kwalunkwe tip ieħor, jekk jirrappreżentaw l-istandard għall-kura (eż. jekk imsemmija f’linji gwida dwar il-kura rikonoxxuti f’livell internazzjonali). Din l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata f’tabelli.
Fil-każ ta’ prodotti mediċinali awtorizzati, il-lista ta’ trattamenti disponibbli identifikati għandha tinkludi dawk awtorizzati mill-awtoritajiet nazzjonali u dawk awtorizzati skont il-proċedura ċentralizzata. Dan jista’ jiġi ppreżentat f’tabella ta’ sinteżi. Informazzjoni dwar prodotti mediċinali ġeneriċi ma għandhiex għalfejn tiġi pprovduta jekk il-prodott mediċinali ta’ referenza jiġi identifikat.
Għal tagħmir mediku li jitqiegħed fis-suq fl-UE għandhom jiġu pprovduti l-isem allokat u l-użu approvat.
Jekk metodi għad-dijanjożi, għall-prevenzjoni jew għall-kura tal-kondizzjoni kkonċernata jkunu ġew inklużi fl-inventorju tal-ħtiġijiet terapewtiċi stabbiliti skont l-Artikolu 43 tar-Regolament Pedjatriku, din l-informazzjoni għandha tiġi sottolinjata.
2.3.3. Benefiċċju terapewtiku sinifikanti u/jew l-issodisfar ta’ ħtieġa terapewtika
Il-Kumitat Pedjatriku se jivvaluta jekk il-prodott mediċinali speċifiku huwiex mistenni li jkun ta’ benefiċċju terapewtiku sinifikanti għat-tfal u/jew jissodisfax ħtieġa terapewtika fit-tfal. L-applikazzjoni għandha tinkludi tqabbil tal-prodott mediċinali kkonċernat mal-metodi attwali ta’ dijanjożi, ta’ prevenzjoni jew ta’ kura tal-kondizzjonijiet li huma s-suġġett tal-indikazzjoni PIP.
Huwa u jqis il-benefiċċju terapewtiku sinifikanti, il-Kumitat Pedjatriku jqis in-natura u s-severità tal-kondizzjoni pedjatrika għall-kura (jew għal djanjożi jew għall- prevenzjoni) u d-dejta disponibbli dwar il-prodott mediċinali konċernat. Il-benefiċċju terapewtiku sinifikanti jista’ jkun ibbażat fuq waħda jew iktar minn dawn li ġejjin:
(a) |
stennija raġonevoli rigward prodott mediċinali awtorizzat jew ġdid li huwa sikur u effikaċi biex jikkura kondizzjoni pedjatrika, fejn ma jkun hemm l-ebda prodott mediċinali pedjatriku fis-suq; |
(b) |
titjib mistenni fl-effikaċja f’popolazzjoni pedjatrika meta mqabbel mal-istandard attwali tal-indukrar għall-kura, id-dijanjożi jew il-prevenzjoni tal-kondizzjoni kkonċernata; |
(c) |
titjib mistenni fis-sikurezza, fir-rigward ta’ reazzjonijiet ħżiena jew żbalji potenzjali fil-medikazzjoni f’popolazzjoni pedjatrika meta mqabbel mal-istandard attwali tal-kura; |
(d) |
skema ta’ dożaġġ imtejba jew metodu ta’ ammistrazzjoni mtejjeb (eż. numru ta’ dożi kuljum, teħid orali jew minn ġol-vini, tul iqsar tal-kura) li jwasslu għal sikurezza, effikaċja jew konformità mtejba; |
(e) |
disponibbiltà ta’ formulazzjoni jew forma farmaċewtika ġdida li tkun klinikament rilevanti u adattata skont l-età. |
(f) |
mekkaniżmu ta’ azzjoni differenti, bi spjegazzjoni xjentifika dwar il-vantaġġ potenzjali għall-popolazzjoni pedjatrika f’termini ta’ effikaċja jew ta’ sikurezza mtejba; |
(g) |
in-natura mhux sodisfaċenti tal-metodi ta’ kura eżistenti u l-ħtieġa għal metodi alternattivi li mistennija jinvolvu bilanċ imtejjeb bejn il-benefiċċji u r-riskji; u |
(h) |
titjib mistenni fil-kwalità tal-ħajja tat-tfal. |
Billi l-esperjenza bl-użu tal-prodott mediċinali fil-popolazzjoni pedjatrika tista’ ma tkunx disponibbli jew tkun limitata ħafna fil-ħin meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, benefiċċju terapewtiku sinifikanti jista’ wkoll ikun ibbażat fuq suppożizzjonijiet ġustifikati b’mod tajjeb. L-applikazzjoni għandha tesplora dawn is-suppożizzjonijiet fuq il-bażi ta’ argumenti motivati u fuq il-bażi ta’ letteratura rilevanti.
Jekk il-ħtieġa terapewtika tkun inkluża fl-inventorju tal-ħtiġijiet terapewtiċi skont l-Artikolu 43 tar-Regolament Pedjatriku, l-applikazzjoni għandha tirreferi għall-inventarju.
2.4. Parti C: Applikazzjonijiet għal rinunzji għal prodott speċifiku
2.4.1. Sommarju tat-talba għal rinunzja
Rinunzja tista’ tinħareġ b’referenza għal wieħed jew aktar mis-sottogruppi speċifikati tal-popolazzjoni pedjatrika, jew għal waħda jew aktar mill-indikazzjonijiet/kundizzjonijiet speċifikati, jew għal taħlita tat-tnejn. Talbiet għal rinunzji għalprodott speċifiku għandhom jiddefinixxu b’mod ċar l-ambitu tagħhom f’termini tas-sottogrupp pedjatriku u tal-indikazzjoni pedjatrika.
Rinunzja għal prodott speċifiku ma tkunx meħtieġa jekk il-prodott u l-indikazzjoni proposta jkunu diġà koperti b’rinunzja għall-kategorija.
Il-kumpaniji qed jingħataw parir li jitolbu lill-Aġenzija biex tagħti konferma bil-quddiem dwar l-applikabbiltà ta’ rinunzja għall-kategorija għall-iżvilupp propost ta’ prodott mediċinali f’kundizzjoni adulta waħda jew aktar.
Jekk l-applikanti beħsiebhom jiddikjaraw li l-miżuri fil-popolazzjoni pedjatrika mhumiex fattibbli, għandha tiġi pprovduta ġustifikazzjoni xierqa u dettaljata bħala appoġġ għat-talba.
2.4.2. Ġustifikazzjoni għal rinunzja għal prodott speċifiku
2.4.2.1.
B’konformità mal-Artikolu 11(1)(a) tar-Regolament Pedjatriku, rinunzja tista’ tingħata jekk “il-prodott mediċinali jew il-kategorija ta’ prodotti mediċinali aktarx li jkunu ineffettivi jew perikolużi f’parti waħda jew f’kull parti tal-popolazzjoni pedjatrika”. Fuq din il-bażi, talba għal rinunzja tista’ tkun ibbażata fuq motivazzjoni farmaċewtika jew fuq dejta (preliminari) li jissuġġerixxu nuqqas ta’ effikaċja jew ta’ sikurezza fil-popolazzjoni pedjatrika.
L-applikazzjoni għandha tqis, għas-sottogruppi pedjatriċi differenti, il-gravità tal-kondizzjoni u d-disponibbiltà tal-metodi l-oħra kif stipulat fil-Parti B. Għandha titressaq l-evidenza disponibbli kollha b’mod li jiġi deskritt in-nuqqas probabbli ta’ effikaċja fil-popolazzjoni pedjatrika kollha kemm hi jew fis-sottogruppi tagħha, skont kif applikabbli. Il-ġustifikazzjoni għandha tkun ibbażata fuq l-effetti osservati f’mudelli u fi studji mhux kliniċi, fejn disponibbli, jew fuq analiżi tal-letteratura xjentifika.
Il-ġustifikazzjoni għal rinunzja bbażata fuq il-probabbiltà jew evidenza li l-prodott x’aktarx li jikkawża ħsara tista’ tvarja skont l-esperjenza bil-prodott. Ġustifikazzjoni għal rinunzja b’dawn il-motivazzjonijiet tista’ tinkludi l-karatteristiċi farmakoloġiċi tal-prodott jew il-kategorija tal-prodott, ir-riżultati ta’ studji mhux kliniċi, il-provi kliniċi jew id-dejta ta’ wara t-tqegħid fis-suq. L-applikant għandu jindika kwalunkwe kwistjoni ta’ sikurezza speċifika magħrufa jew suspettata.
In-nuqqas ta’ dejta disponibbli dwar is-sikurezza jew dwar l-effikaċja fil-popolazzjoni pedjatrika ma jiġix aċċettat bħala l-unika ġustifikazzjoni għal rinunzja.
2.4.2.2.
B’konformità mal-Artikolu 11(1)(b) tar-Regolament Pedjatriku, rinunzja tista’ tingħata jekk “il-marda jew il-kondizzjoni li għaliha hu maħsub il-prodott jew il-kategorija mediċinali speċifiċi sseħħ biss fil-popolazzjonijiet adulti”. Fuq din il-bażi, ġustifikazzjoni għal rinunzja tista’ tkun ibbażata fuq deskrizzjoni dettaljata tal-inċidenza jew il-prevalenza tal-kondizzjoni f’popolazzjonijiet differenti. Għal rinunzji li jkopru t-totalità tal-popolazzjoni pedjatrika, il-ġustifikazzjoni għandha tiffoka b’mod partikolari fuq l-iżgħar età li fiha tibda tidher il-kondizzjoni. Għal rinunzji għal sottogruppi speċifiċi tal-popolazzjoni pedjatrika, il-ġustifikazzjoni għandha tiffoka fuq l-inċidenza jew il-prevalenza fis-sottogruppi pedjatriċi differenti identifikati fil-Parti B.
2.4.2.3.
B’konformità mal-Artikolu 11(1)(c) tar-Regolament Pedjatriku, rinunzja tista’ tingħata jekk “il-prodott mediċinali speċifiku ma jirrappreżentax benefiċċju terapewtiku sinifikanti iktar minn kuri li diġà jeżistu għal pazjenti pedjatriċi”. Fuq din il-bażi, il-ġustifikazzjoni għal rinunzja tista’ tkun ibbażata fuq nuqqas ta’ benefiċċju terapewtiku sinifikanti.
Ġustifikazzjoni għal rinunzja ta’ dan it-tip għandha tkun ibbażata fuq diskussjoni dettaljata dwar il-metodi eżistenti ta’ kura. Tista’ ssir referenza għad-diskussjoni taħt il-punt 2.3.3.
B’mod partikolari, fejn jeżistu prodotti mediċinali li huma awtorizzati għall-użu fit-tfal, applikanti li jkunu beħsiebhom jitolbu rinunzja fuq din il-bażi għandhom jiġġustifikaw b’mod dettaljat għaliex il-prodott il-ġdid għandu jbati minn nuqqas sinifikanti ta’ benefiċċju meta mqabbel mal-kuri eżistenti.
2.5. Parti D: Pjan propost ta’ investigazzjoni pedjatrika
Il-Parti D għandha tiffoka fuq l-iżvilupp tal-prodott mediċinali għall-popolazzjoni pedjatrika. Filwaqt li l-applikanti jistgħu jiddiskutu l-għażliet possibbli, fl-applikazzjoni m’hemmx bżonn li jiġu proposti żviluppi alternattivi separati.
2.5.1. Dejta eżistenti u strateġija ġenerali proposta għall-iżvilupp pedjatriku
2.5.1.1.
L-indikazzjoni tal-PIP għandha tiġi deskritta għas-sottogruppi pedjatriċi inklużi fil-pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika. Din il-parti għandha tispeċifika jekk il-prodott mediċinali huwiex maħsub għad-dijanjożi, għall-prevenzjoni jew għall-kura tal-kondizzjonijiet ikkonċernati.
2.5.1.2.
Il-firxiet tal-etajiet li se jiġu studjati għandhom jiġu ġġustifikati u jistgħu jvarjaw skont il-farmakoloġija tal-prodott, skont il-manifestazzjoni tal-kondizzjoni fi gruppi varji ta’ etajiet u skont fatturi oħra. Barra mill-età, il-klassifikazzjoni tal-popolazzjoni pedjatrika tista’ tkun ibbażata fuq fatturi varjabbli oħra bħall-età tal-ġestazzjoni, l-istadji tal-pubertà, is-sess u l-funzjoni renali.
2.5.1.3.
L-applikazzjoni għandha tiddeskrivi l-iżvilupp tal-prodott mediċinali, inkluż l-iżvilupp farmaċewtiku li huwa rilevanti għall-iżvilupp pedjatriku, l-istudji kliniċi kkompletati fl-adulti u r-riżultati, meta dawn ikunu disponibbli. Għandha tingħata wkoll deskrizzjoni fil-qosor tal-istudji ppjanati fl-adulti. Din l-informazzjoni tista’ tiġi ppreżentata f’tabelli.
Ma hemmx bżonn li jiġu pprovduti r-rapporti ta’ studju sħaħ ta’ studji mhux kliniċi u ta’ studji kliniċi; sommarju tar-riżultati u diskussjoni dwar l-implikazzjonijiet għall-iżvilupp pedjatriku għandhom ikunu biżżejjed. Rapporti sħaħ għandhom ikunu magħmula disponibbli fuq talba. L-applikazzjoni għandha tqis kull gwida/parir xjentifiku eżistenti, u kull standard tal-PIP ippubblikat mill-Aġenzija, u għandha tiġġustifika kwalunkwe devjazzjoni marbuta mal-iżvilupp pedjatriku.
Barra minn hekk, l-applikazzjoni għandha tinkludi reviżjoni ta’ kull informazzjoni dwar il-prodott fil-popolazzjoni pedjatrika b’referenza għal-letteratura xjentifika u medika jew għal informazzjoni rilevanti oħra, bħal rapporti dwar l-użu barra mit-termini ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, dwar żbalji fil-medikazzjoni, dwar esponimenti aċċidentali jew dwar effetti magħrufa tal-kategorija.
2.5.2. L-iżvilupp tal-formulazzjoni pedjatrika
2.5.2.1.
Din it-taqsima għandha tindirizza aspetti magħżula marbuta mal-amministrazzjoni tal-prodott lis-sottogruppi pedjatriċi rilevanti.
Il-linji gwida dwar l-iżvilupp farmaċewtiku għandhom jiġu kkonsultati biex jiġi deċiż liema miżuri jistgħu jkunu rilevanti bħala parti mill-istrateġija proposta (8).
Iż-żieda ta’ indikazzjoni pedjatrika tista’ tirriżulta fil-ħtieġa għal forma farmaċewtika adattata skont l-età, pereżempju pillola li tinħall fl-ilma minflok pillola kbira, jew pillola żgħira ta’ doża ġdida, minħabba li l-forma farmaċewtika, l-eċċipjenti jew id-doża eżistenti jistgħu ma jkunux xierqa għall-użu f’parti mill-popolazzjonijiet pedjatriċi rilevanti jew f’kollha kemm huma. Dan ifisser li l-adegwatezza tal-formulazzjoni, id-doża u l-forma farmaċewtika eżistenti għandhom jiġu diskussi fil-PIP. Jistgħu jitqiesu wkoll id-differenzi fil-kuntesti etniċi jew kulturali fir-rigward tal-aċċettabbiltà, tar-rotta tal-amministrazzjoni, tal-forom ta’ dożaġġ u tal-eċċipjenti aċċettabbli, b’rabta mal-karatteristiki speċifiċi tal-prodott.
Id-diskussjoni għandha tikkunsidra l-iżvilupp farmaċewtiku eżistenti jew propost tal-prodott, u għandha tindirizza kwistjonijiet kritiċi, bħal:
— |
il-ħtieġa għal formulazzjoni, forma farmaċewtika, doża jew rotta tal-amministrazzjoni speċifiċi fir-rigward tas-sottogruppi/tal-gruppi ta’ età pedjatriċi magħżula u l-benefiċċju tal-formulazzjoni, tal-forma farmaċewtika, tad-doża jew tar-rotta tal-amministrazzjoni magħżula; |
— |
kwistjonijiet potenzjali b’rabta mal-eċċipjenti u mal-livelli ta’ esponiment (mistennija) tagħhom li għandhom jintużaw fil-popolazzjoni pedjatrika; |
— |
amministrazzjoni tal-mediċina lil sottogruppi pedjatriċi (eż. l-aċċettabbiltà, l-użu ta’ tagħmir speċifiku għall-amministrazzjoni, il-kapaċità li tiġi mħallta mal-ikel); |
— |
preċiżjoni tal-għoti tad-doża u/jew preċiżjoni tad-doża għal kull forma farmaċewtika, fir-rigward tad-doża pedjatrika mistennija u l-grupp ta’ età indikat; u |
— |
skeda ta’ żmien għall-iżvilupp ta’ formulazzjoni/forma farmaċewtika adattata skont l-età, fejn meħtieġ. |
Fil-każ li ma jkunx possibbli, fuq il-bażi ta’ ġustifikazzjonijiet xjentifiċi, li tiġi żviluppata formulazzjoni/forma farmaċewtika, li tkun rilevanti u aċċettabbli għall-użu pedjatriku fuq skala industrijali, l-applikant għandu jiddikjara kif beħsiebu jiffaċilita l-preparazzjoni verifikata mill-industrija jew il-preparazzjoni estemporanja ta’ formulazzjoni pedjatrika individwali lesta għall-użu.
2.5.2.2.
L-applikazzjoni għandu jkun fiha lista ta’ miżuri u studji ppjanati u/jew li huma għaddejjin, f’forma tabulari, maħsuba biex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet diskussi fil-punt 2.5.2.1. Din għandha tikkonsisti mill-elementi ewlenin proposti, kif rilevanti u skont l-anness ta’ din il-linja gwida, u għandha tiġi sottomessa billi tintuża l-formola speċifika ppubblikata mill-Aġenzija.
Jekk l-istrateġija tkun li tinħoloq formulazzjoni, forma farmaċewtika, doża jew rotta tal-amministrazzjoni adattata skont l-età, jista’ jkun hemm bżonn li l-istudji meħtieġa għall-iżvilupp farmaċewtiku jkunu iktar estensivi. Il-miżuri proposti li huma ta’ rilevanza partikolari għall-iżvilupp ta’ prodotti pedjatriċi jinkludu:
— |
il-kompatibilità mas-sistemi ta’ amministrazzjoni pedjatrika, eż. is-servizzi mediċi; u |
— |
il-ħabi tat-togħma u l-aċċettabbiltà tat-togħma (inkluż it-tjubija tat-togħma). |
2.5.3. Studji mhux kliniċi
2.5.3.1.
Din it-taqsima għandha tiddiskuti l-istrateġija għall-iżvilupp mhux kliniku meħtieġ biex jiġi appoġġat l-użu pedjatriku flimkien mal-iżvilupp klassiku mhux kliniku jew mad-dejta eżistenti. Jekk id-dejta dwar is-sikurezza tal-bniedem u l-istudji preċedenti fuq l-annimali ma jitqisux biżżejjed għar-rassigurazzjoni dwar il-profil ta’ sikurezza mistenni fil-grupp pedjatriku ta’ età partikolari, l-istudji fuq il-frieħ tal-annimali għandhom jitqiesu fuq bażi individwali.
Meta jiġu diskussi studji mhux kliniċi għandha ssir referenza, kif xieraq, għal linji gwida dwar l-iżvilupp mhux kliniku.
L-iżvilupp mhux kliniku standard ma għandux jiġu sottomess jew diskuss sakemm ma jżidx informazzjoni rilevanti mal-iżvilupp pedjatriku u sakemm mhuwiex kopert x’imkien ieħor (eż. il-fuljett mehmuż tal-investigatur).
L-aspetti li ġejjin għandhom jiġu diskussi, filwaqt li għandha tiġi kkunsidrata l-gwida xjentifika eżistenti:
(a) |
farmakoloġija:
|
(b) |
tossikoloġija:
|
2.5.3.2.
Għandha tiġi pprovduta lista tabulari li turi l-istudji mhux kliniċi proposti. Din għandha tikkonsisti mill-elementi ewlenin proposti għall-istudji mhux kliniċi, kif rilevanti u b’konformità mal-anness ta’ din il-linja gwida, u għandha tiġi sottomessa billi tintuża l-formola speċifika ppubblikata mill-Aġenzija.
2.5.4. Studji kliniċi pedjatriċi
2.5.4.1.
F’din it-taqsima għandha tiġi diskussa u ġustifikata l-istrateġija għall-iżvilupp pedjatriku kliniku, b’rabta mal-iżvilupp fl-adulti, fejn applikabbli, u fir-rigward ta’ dejta eżistenti u tal-potenzjal li ssir estrapolazzjoni. Dan għandu jinkludi biss aspetti kritiċi ta’ tfassil tal-istudju u għandu jippreżenta l-punti b’saħħithom, il-vantaġġi u l-iżvantaġġi tal-iżvilupp kliniku propost. Fejn xieraq, tista’ tiġi kkunsidrata l-estensjoni ta’ provi fl-adulti għal pazjenti pedjatriċi (eż. adoloxxenti).
F’din it-taqsima, l-applikazzjoni għandha wkoll:
— |
tiddiskuti l-estrapolazzjoni possibbli kompluta jew parzjali minn dejta dwar l-adulti għal pazjenti pedjatriċi, u bejn sottogruppi pedjatriċi; |
— |
tispjega l-interrelazzjoni, f’termini ta’ studji, dejta u skedi komuni, bejn l-iżvilupp fl-adulti u l-popolazzjonijiet pedjatriċi; |
— |
jekk l-estrapolazzjoni hijiex komponent sostanzjali tal-iżvilupp propost, tiddeskrivi studju speċifiku ta’ estrapolazzjoni bi protokoll definit fil-lista ta’ miżuri; u |
— |
fejn meħtieġ, diskussjoni dwar kif huwa determinat u vverifikat id-dożaġġ fit-tfal żgħar ħafna u fit-tfal żgħar. |
Il-provi għandhom isiru fl-inqas gruppi vulnerabbli kull meta jkun possibbli (jiġifieri fl-adulti minflok fit-tfal, fi tfal ta’ età ikbar minflok fi tfal ta’ età iżgħar). Jekk ir-riżultati ma jistgħux jiġu estrapolati għal gruppi ta’ età iżgħar, dan għandu jiġi ġġustifikat.
2.5.4.2.
Għandhom jitqiesu l-aspetti li ġejjin, fejn rilevanti:
(a) |
studji farmakodinamiċi:
|
(b) |
studji farmakokinetiċi:
|
2.5.4.3.
Fejn rilevanti, għandhom jiġu diskussi l-aspetti li ġejjin:
— |
il-ħtieġa għal studji speċifiċi għall-individwazzjoni tad-dożaġġ; |
— |
il-kriterji finali (endpoints) magħżula ta’ effikaċja u/jew ta’ sikurezza (primarji jew sekondarji), f’kull wieħed mis-sottogruppi pedjatriċi rilevanti; |
— |
kwistjonijiet ta’ rilevanza fl-istudji proposti, bħall-użu ta’ plaċebo jew kontroll attiv, l-adegwatezza tal-endpoints fir-rigward tal-età, l-użu ta’ punti alternattivi ta’ riferiment (surrogate markers), l-użu ta’ disinn alternattiv tal-istudju u l-analiżi, il-ħtieġa potenzjali għal studji dwar is-sikurezza fit-terminu qasir u twil u r-riskji differenzjali skont il-gruppi ta’ età differenti; |
— |
kwistjonijiet marbuta mal-fattibbiltà tal-istudji proposti (eż. il-kapaċità ta’ reklutaġġ); |
— |
kwalunkwe tħassib potenzjali dwar is-sikurezza jew l-effikaċja fit-terminu qasir u twil fil-popolazzjoni pedjatrika; u |
— |
miżuri speċifiċi proposti biex titħares il-popolazzjoni pedjatrika involuta fl-iżvilupp, eż. l-użu ta’ metodi inqas invażivi. |
2.5.4.4.
Għandha tiġi pprovduta lista tabulari li turi l-istudji kliniċi proposti. Din għandha tikkonsisti mill-elementi ewlenin proposti għall-istudji kliniċi, kif rilevanti u b’konformità mal-anness ta’ din il-linja gwida, u għandha titressaq billi tintuża l-formola speċifika ppubblikata mill-Aġenzija.
It-tabella għandha tipproponi skedi ta’ żmien għall-bidu u t-tlestija ta’ kull studju, u għandha tinkludi jew dati speċifiċi (ix-xahar u s-sena) jew firxiet ta’ sa sitt xhur, u għandha tispeċifika jekk qiegħedx jintalab differiment għall-bidu u/jew għat-tlestija ta’ kull miżura. Alternattivament, l-iskedi ta’ żmien għall-bidu jistgħu jiġu marbuta mat-twettiq ta’ studju fl-adulti (“x xhur wara t-tlestija tal-istudju y”) jew ma’ miżura fil-PIP.
L-istudji kliniċi jitqiesu bħala li jkunu tlestew fid-data tal-aħħar żjara tal-aħħar suġġett fl-istudju, jew f’ħin aktar tard skont kif definit fil-Protokoll. Huwa rakkomandat li d-dati proposti fit-tabella jqisu ż-żmien meħtieġ biex l-istudji jitlestew, jiġu analizzati u jiġu rrappurtati lill-awtoritajiet kompetenti.
2.5.4.5.
Sabiex jiġi ffaċilitat l-iskrutinju tal-programm ta’ żvilupp propost, l-applikant jista’ jipprovdi, flimkien mal-elementi ewlenin proposti, informazzjoni aktar dettaljata bħal pereżempju sommarju tal-protokoll tal-istudju (jew il-protokoll sħiħ jekk ikun disponibbli).
Jekk tkun disponibbli u xierqa għall-istadju ta’ żvilupp tal-prodott, għandha tingħata wkoll informazzjoni addizzjonali dwar dan li ġej:
— |
ġustifikazzjoni tat-tip ta’ studju, tat-tfassil tal-istudju u tal-metodoloġija; |
— |
ġustifikazzjoni tad-doża tal-prodott propost u tar-reġim tiegħu, u t-tip ta’ kontroll (eż. plaċebo jew kontroll attiv, bid-doża li għandha tintuża); |
— |
deskrizzjoni tad-daqs tal-kampjun/kalkolu tad-doża (kif xieraq; bid-daqs tal-effett mistenni fit-tfal) użata biex jiġi ddeterminat l-għadd propost ta’ suġġetti (sess maskili/sess femminili). Din id-diskussjoni għandha tinkludi, fejn possibbli, analiżi tas-sensittività (tabulazzjoni b’suppożizzjonijiet u parametri statistiċi li jvarjaw, flimkien mad-daqsijiet tal-kampjuni li jirriżultaw); |
— |
ġustifikazzjoni tal-gruppi jew tas-sottogruppi ta’ età rilevanti inklużi fl-istudju (u, fejn applikabbli, tal-inklużjoni li jseħħ f’passi); |
— |
ġustifikazzjoni tat-tul ta’ żmien propost tal-kura (u t-tul ta’ żmien ta’ osservazzjoni ta’ wara l-kura, jekk inkluż fl-istudju); |
— |
ġustifikazzjoni tal-kriterji ewlenin ta’ inklużjoni/esklużjoni; |
— |
ġustifikazzjoni tal-għażla tal-eżiti tal-parametri/endpoints (primarji, sekondarji); |
— |
ġustifikazzjoni u, jekk meħtieġ, deskrizzjoni tal-metodi statistiċi aktar dettaljata minn dik li tinsab fl-elementi ewlenin; u |
— |
diskussjoni dwar l-għażliet fil-każ ta’ kwistjonijiet relatati mar-reklutaġġ. |
2.5.5. Studji oħra
Jekk l-istudji ta’ estrapolazzjoni u/jew b’mudelli u simulazzjonijiet ikunu parti mill-PIP propost, għandha tiġi pprovduta lista tabulari li turi l-istudji proposti. Din għandha tikkonsisti mill-elementi ewlenin proposti, kif rilevanti u skont l-anness ta’ din il-linja gwida, u għandha titressaq billi tintuża l-formola ppubblikata mill-Aġenzija.
Dawk l-istudji l-oħra jitqiesu bħala li jkunu tlestew meta jitlesta r-rapport ta’ studju rilevanti.
2.6. Parti E: Talba għal differiment
Meta ma jkunx ippjanat li jkun se jinbeda jew jitlesta studju ieħor jew miżura oħra tal-PIP qabel tiġi ppreżentata applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għal tqegħid fis-suq korrispondenti fl-adulti, jista’ jintalab differiment. Talbiet għal differiment għandhom ikunu ġustifikati fuq bażi xjentifika jew teknika jew fuq bażi relatata mas-saħħa pubblika.
Skont ir-Regolament Pedjatriku, differiment jingħata meta:
— |
ikun xieraq li jitwettqu studji fuq l-adulti qabel ma jinbdew studji fil-popoplazzjoni pedjatrika; jew |
— |
l-istudji fil-popolazzjoni pedjatrika jieħdu iktar żmien milli jekk jitwettqu fuq l-adulti; |
B’referenza għall-iskedi ta’ żmien fil-parti D, kull talba għal differiment tal-bidu jew tat-tlestija ta’ studji jew ta’ miżuri oħra għandha tistabbilixxi b’mod ċar għal liema studju/miżura tirreferi l-iskeda ta’ żmien differita.
Għall-iskedi ta’ żmien, għandhom jingħataw jew ix-xhur u s-snin speċifiċi, jew firxa ta’ żmien ta’ sa sitt xhur; l-iskedi ta’ żmien għall-bidu jistgħu wkoll jiġu espressi b’rabta mal-iżvilupp fl-adulti.
Għandha titqiegħed enfasi partikolari fuq l-iskedar tal-miżuri meta mqabbel mal-iżvilupp għall-adulti, kif espress, pereżempju fil-linja gwida ICH E11.
2.7. Parti F: Annessi
L-anness tal-applikazzjoni għandhom jinkludu d-dokumenti li ġejjin, jekk ikunu disponibbli:
— |
referenzi (jiġifieri letteratura ppubblikata); |
— |
il-fuljett tal-investigatur (l-aktar verżjoni reċenti) u l-Protokoll tal-istudji elenkati; |
— |
l-aktar sommarju reċenti approvat tal-karatteristiki tal-prodott u pjan approvat għall-ġestjoni tar-riskju għal prodott diġà awtorizzat; |
— |
in-numru ta’ referenza jew kopja ta’ kwalunkwe parir xjentifiku li hu rilevanti għall-iżvilupp pedjatriku (farmaċewtiku, mhux kliniku u kliniku) mogħti mill-Aġenzija; |
— |
kopja ta’ kwalunkwe parir xjentifiku li hu rilevanti għall-iżvilupp pedjatriku (farmaċewtiku, mhux kliniku u kliniku) mogħti minn awtorità nazzjonali kompetenti; |
— |
kopja ta’ kwalunkwe talba bil-miktub tal-“United States Food and Drug Administration” u/jew ta’ kull parir/opinjoni/deċiżjoni marbuta mal-informazzjoni pedjatrika mogħtija minn aġenzija regolatorja barra mill-UE; |
— |
kopja ta’ kull Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar deżinjazzjoni ta’ orfni; u |
— |
in-numru ta’ referenza jew kopja ta’ kwalunkwe deċiżjoni preċedenti tal-Aġenzija dwar il-PIPs jew opinjoni negattiva tal-Kumitat Pedjatriku dwar dawn il-pjanijiet. |
2.8. Tibdil ta’ pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika miftiehem
L-Artikolu 22 tar-Regolament Pedjatriku jipprevedi pjan miftiehem li għandu jiġi modifikat fejn meħtieġ. Dawn il-modifiki huma meħtieġa fejn l-elementi ewlenin tal-PIP ma jkunux jistgħu jinħadmu, jew ma jkunux għadhom xierqa. Talba għal modifika ta’ PIP miftiehem mhijiex meħtieġa jekk il-modifika taffettwa biss lill-aspetti ta’ studju jew ta’ miżura li mhumiex riflessi fi kwalunkwe element ewlieni miftiehem.
L-applikanti għandhom jispjegaw in-nuqqas ta’ adegwatezza jew il-kwistjoni ta’ fattibbiltà sottostanti ta’ kull element ewlieni li għalih tkun qed tintalab modifika, u għandhom jiddiskutu jekk dan għandux jiġi indirizzat permezz ta’ modifika, differiment jew rinunzja. Għandha tiġi pprovduta valutazzjoni tal-effett f’xenarju fejn issir il-bidla proposta, kif ukoll f’xenarju fejn din ma ssirx.
Is-sottomissjoni ta’ applikazzjoni biex jiġi modifikat PIP hija partikolarment importanti jekk informazzjoni ġdida jista’ jkollha impatt fuq in-natura jew fuq l-iskedi ta’ żmien għat-tlestija ta’ wieħed mill-elementi ewlenin fid-deċiżjoni tal-Aġenzija dwar il-PIP.
L-applikazzjonijiet għal modifika għandhom isegwu l-istess struttura tal-applikazzjonijiet inizjali, iżda t-taqsimiet li huma rilevanti għall-bidla biss għandhom jitlestew. L-applikazzjonijiet għandhom ikunu akkumpanjati minn sommarju tal-applikazzjoni ta’ tul ta’ mhux aktar minn 500 kelma.
3. IT-TWETTIQ TAL-VERIFIKA TAL-KONFORMITÀ
Skont l-Artikoli 23 u 24 tar-Regolament Pedjatriku, il-konformità mal-PIP tiġi vverifikata f’diversi stadji mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jew mill-Aġenzija:
— |
skont l-Artikolu 23, jista’ jkun hemm bżonn li l-konformità tiġi vverifikata bħala parti mill-validazzjoni ta’ applikazzjonijiet għal awtorizzazzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, jew l-estensjonijiet jew il-varjazzjonijiet tagħhom li jaqgħu taħt l-obbligi tal-Artikoli 7, 8 jew 30. Jekk l-applikazzjonijiet ma jkunux konformi, dawn ma jiġux ivvalidati; |
— |
il-validazzjoni tal-applikazzjoni tista’ ma teħtieġx proċedura ta’ kontroll tal-konformità jekk l-ebda mill-istudji jew miżuri oħra fil-PIP miftiehem ikollhom skeda ta’ żmien għat-tlestija li tippreċedi d-data tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni; u |
— |
skont l-Artikolu 24, jekk matul il-valutazzjoni xjentifika ta’ applikazzjoni valida jinstab li jkun hemm nuqqas ta’ konformità, id-dikjarazzjoni ta’ konformità msemmija fl-Artikolu 28(3) ma tiġix inkluża fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq; il-prodott mediċinali ma jkunx eliġibbli għall-premjijiet u l-inċentivi previsti fl-Artikoli 36, 37 u 38. |
Il-kontroll tal-konformità li jsir qabel jew wara l-validazzjoni ta’ applikazzjoni għat-tqegħid fis-suq huwa ta’ importanza partikolari. L-Artikolu 23 jistipula li l-Kumitat Pedjatriku jista’, fuq talba, joħroġ opinjoni dwar il-konformità u jistabbilixxi min u meta jista’ jitlob opinjoni ta’ dan it-tip. Pereżempju, l-Aġenzija jew l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jitolbu opinjoni meta jkunu qed jivvalidaw applikazzjoni. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3), l-Istati Membri għandhom iqisu l-opinjoni tal-Kumitat Pedjatriku.
Il-kontrolli tal-konformità għandhom jiddeterminaw:
— |
jekk id-dokumenti mressqa skont l-Artikolu 7(1) ikoprux is-sottogruppi kollha tal-popolazzjoni pedjatrika; |
— |
għall-applikazzjonijiet li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 8 tar-Regolament Pedjatriku, jekk id-dokumenti mressqa skont l-Artikolu 7(1) ikoprux l-indikazzjonijiet, il-forom farmaċewtiċi u r-rotot tal-amministrazzjoni eżistenti u ġodda; u |
— |
jekk il-miżuri kollha f’PIP miftiehem twettqux skont l-elementi ewlenin speċifikati fid-deċiżjoni li tapprova l-PIP. |
L-istudji jew miżuri oħra li jkun sarilhom kontroll tal-konformità huma dawk li huma parti mill-kondizzjoni li tkopri indikazzjoni li għaliha tkun saret applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, u li kellhom jitlestew fiż-żmien tas-sottomissjoni. Meta l-ambitu tal-applikazzjoni jkun kopert b’mod eċċezzjonali minn aktar minn PIP wieħed, il-PIPs kollha kkonċernati jsirilhom verifika tal-konformità.
Kwalunkwe modifika meħtieġa fil-PIP għandha sseħħ qabel il-preżentazzjoni tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq jew għall-varjazzjoni tagħha.
Biex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-awtoritajiet kompetenti u, meta jkun il-każ, tal-Kumitat Pedjatriku biex tintlaħaq opinjoni dwar il-konformità, l-applikanti huma mħeġġa jippreżentaw rapport ta’ konformità meta jippreżentaw l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, jew għal estensjoni jew varjazzjoni fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Barra minn hekk, għal prodotti awtorizzati f’livell nazzjonali, l-applikanti għandhom jippreżentaw l-aktar Deċiżjoni tal-Aġenzija riċenti u kompluta (li tinkludi l-opinjoni bl-elementi ewlenin, u r-rapport sommarju) lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kkonċernati.
Għal prodotti mediċinali li jaqgħu fl-ambitu tal-Artikolu 7 jew 8, ir-rapport tal-konformità għandu jindika permezz ta’ tabella kif kull sottogrupp tal-popolazzjoni pedjatrika u, għall-applikazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 8, kif kull waħda mill-indikazzjonijiet, il-forom farmaċewtiċi u l-metodi ta’ amministrazzjoni eżistenti u ġodda, ġew koperti mid-dokumenti msemmija fl-Artikolu 7(1).
Għandha tiġi inkluża tabella separata li tkopri l-pożizzjoni tal-applikant fir-rigward tal-konformità mal-elementi ewlenin u, meta tiġi ppreżentata mal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq, din għandha tipprovdi kontroreferenza għal kull element ewlieni tal-PIP fir-rigward tal-pożizzjoni fil-modulu rilevanti fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Jekk PIP jiġi modifikat, it-tabella għandha tiġi bbażata fuq l-aktar deċiżjoni reċenti tal-Aġenzija.
Ta’ min jinnota li:
— |
l-awtorità kompetenti rilevanti jew l-Aġenzija jwettqu verifika dettaljat ta’ kull element ewlieni tal-PIP miftiehem billi twettaq tqabbil ma’ dak li effettivament ġie prreżentat; |
— |
l-applikanti għal awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq għandhom ikunu konformi ma’ kull element ewlieni; |
— |
devjazzjonijiet minuri minn elementi ewlenin li jkunu ntalbu mill-awtorità kompetenti li tkun awtorizzat l-istudju ma għandhomx jaffettwaw il-konformità; u |
— |
meta fid-deċiżjoni tal-Aġenzija jintuża lingwaġġ kundizzjonali bħal “jista’/tista’” jew “bħal”, il-konformità tista’ tiġi kkonfermata anki jekk dawn il-miżuri ma jkunux ġew segwiti kif indikat. |
Meta biss uħud mill-miżuri msemmija fid-deċiżjoni tal-Aġenzija kellhom jitlestew fil-ħin tal-preżentazzjoni tal-applikazzjoni, l-Aġenzija jew il-Kumitat Pedjatriku jipprovdu lill-applikant b’ittra li tikkonferma l-konformità, jew in-nuqqas ta’ konformità, ma’ dawk il-miżuri. Meta l-konformità ma tiġix ikkonfermata, ir-raġunijiet għal dan għandhom jingħataw f’rapport.
Il-verifika tal-konformità imsemmi fl- Artikolu 23 huwa mingħajr ħsara għall-possibbiltà li, waqt it-twettiq tal-valutazzjoni xjentifika ta’ applikazzjoni valida, l-awtorità kompetenti tikkonkludi li l-istudji fil-fatt mhumiex konformi mal-PIP miftiehem.
Id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha tiġi inkluża fl-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq. Dan jista’ jsir billi tiġi inkluża flimkien ma’ informazzjoni teknika oħra li tifforma parti mill-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq (“dossier tekniku”), f’liema każ l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, jew l-Aġenzija fil-każ ta’ varjazzjonijiet jew estensjonijiet ta’ awtorizzazzjonijiet ċentralizzati għat-tqegħid fis-suq, għandhom jagħtu konferma lid-detentur tal-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq li dan sar.
Meta l-miżuri f’PIP ma jkun fihom ebda studju li jkun inbeda qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Pedjatriku (jiġifieri s-26 ta’ Jannar 2007), id-dikjarazzjoni tal-konformità msemmija fl-Artikolu 28(3) għandha taqra kif ġej:
“L-iżvilupp ta’ dan il-prodott jikkonforma mal-miżuri fil-pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika [numru ta’ referenza] miftiehem. L-istudji kollha twettqu wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006”.
Meta l-miżuri f’PIP ikun fihom xi studji li jkunu nbdew qabel id-dħul fis-seħħ tar-Regolament Pedjatriku, id-dikjarazzjoni tal-konformità għandha taqra kif ġej:
“L-iżvilupp ta’ dan il-prodott jikkonforma mal-miżuri fil-pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika [numru ta’ referenza] miftiehem. Għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 45(3) tar-Regolament (KE) Nru 1901/2006, studji sinifikanti fil-pjan ta’ investigazzjoni pedjatrika miftiehem tlestew wara d-dħul fis-seħħ ta’ dak ir-Regolament”.
4. KRITERJI GĦALL-VALUTAZZJONI TAL-IMPORTANZA TAL-ISTUDJI (STUDJI SINIFIKANTI) B’KONFORMITÀ MAL-ARTIKOLU 45(3) TAR-REGOLAMENT PEDJATRIKU
4.1. Sfond
Biex jikkwalifikaw għall-premjijiet u għall-inċentivi previsti fl-Artikoli 36, 37 u 38 tar-Regolament Pedjatriku, PIPs li jinkludu studji li jkunu nbdew u/jew li jkunu tlestew qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu għandhom jinkludu studji “sinifikanti” li nbdew u/jew tlestew wara dik id-data (ara l- Artikolu 45(3)). Id-dikjarazzjoni tal-konformità msemmija fl- Artikolu 28(3) tar-Regolament għandha tindika jekk l-istudji humiex meqjusa bħala “sinifikanti” skont it-tifsira tal-Artikolu 45(3).
Studju għandu jitqies bħala li tlesta wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament jekk id-data tal-aħħar żjara tal-aħħar pazjent tirriżulta li hi wara dik id-data. Estensjonjiet bla tmiem ta’ studji li jikkonsistu fit-tkomplija tal-kura għall-pazjenti ma għandhomx jitqiesu bħala studji maħsuba li jitkomplew wara d-dħul fis-seħħ jekk dan ma kienx parti mill-protokoll ippreżentat lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti.
4.2. Kriterji ta’ valutazzjoni
B’mod ġenerali, l-importanza tal-istudji jiġi ddeterminat mir-relevanza klinika tad-dejta ġġenerata għall-popolazzjoni pedjatrika u mhux bl-għadd ta’ studji. F’każijiet eċċezzjonali, ġabra ta’ studji mhux sinifikanti jistgħu jitqiesu bħala sinifikanti jekk ir-riżulati meħudin flimkien ikunu mistennija jipprovdu informazzjoni importanti u klinikament rilevanti.
L-Aġenzija jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw, fuq bażi ta’ każ b’każ, l-importanza ta’ kull studju propost f’PIP. Madankollu, l-eżempji ta’ hawn taħt jingħataw bħala gwida għall-valutazzjoni tal-importanza tal-istudji.
It-tipi ta’ studji li ġejjin ġeneralment jitqiesu li huma sinifikanti:
(a) |
studji komparattivi tal-effikaċja (aleatorji/kontroll attiv jew plaċebo); |
(b) |
studji għall-individwazzjoni tad-doża; |
(c) |
studji prospettivi tas-sikurezza klinika, jekk ir-riżultati mistennija jagħmlu kontribut maġġuri għall-użu sikur tal-prodott mediċinali fil-popolazzjoni pedjatrika (dan jinkludi studji dwar it-tkabbir u l-iżvilupp); |
(d) |
studji biex tinkiseb formulazzjoni ġdida adattata għall-età, jekk din mistennija tkun ta’ rilevanza klinika għall-użu sikur u effettiv tal-prodott mediċinali fil-popolazzjoni pedjatrika. u |
(e) |
studji kliniċi farmakokinetiċi/farmakodinamiċi li x’aktarx jipprovdu dejta ta’ siwi li tevita l-bżonn ta’ studju kliniku dwar l-effikaċja u li għalhekk inaqqsu l-għadd ta’ tfal li jista’ jkun hemm bżonn li jiġu inklużi fi prova ikbar. |
Sabiex jitqiesu bħala sinifikanti, l-istudji normalment għandhom ikopru diversi sottogruppi pedjatriċi, sakemm ma tkunx ingħatat rinunzja. Madankollu, studji mwettqa f’sottogrupp wieħed tal-popolazzjoni pedjatrika jistgħu jitqiesu bħala sinifikanti jekk:
— |
ikunu estensivi biżżejjed; jew |
— |
jagħtu kontribut importanti lejn il-kura tat-tfal; jew |
— |
jitwettqu f’sottogrupp li hu meqjus bħala wieħed diffiċli biex jiġi studjat, eż. trabi tat-twelid. |
Meta tkun diġà disponibbli biżżejjed dejta għal sottogrupp pedjatriku wieħed jew aktar, għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni tal-istudji u, studji mhux meħtieġa ma jitqisux bħala sinifikanti.
(1) ĠU C 243, 24.9.2008, p. 1.
(2) Ir-Regolament (KE) Nru 1901/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar prodotti mediċinali għall-użu pedjatriku u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 1768/92, id-Direttiva 2001/20/KE, id-Direttiva 2001/83/KE u r-Regolament (KE) Nru 726/2004 (ĠU L 378, 27.12.2006, p. 1).
(3) Ara l-Concept paper on extrapolation of efficacy and safety in medicine development, disponibbli fuq: www.ema.europa.eu
(4) Il-popolazzjoni pedjatrika hija definita fl-Artikolu 2 tar-Regolament Pedjatriku bħala “dik il-parti tal-popolazzjoni mit-twelid u sat-18-il sena”. Din għandha tinftiehem li ma tinkludix dawk li għandhom 18-il sena.
(5) Il-linja gwida ICH E11, li tinsab disponibbli fuq www.ich.org
(6) ĠU L 124, 20.5.2003, p. 36.
(7) ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67.
(8) Ara Guideline for pharmaceutical development of medicines for paediatric use, disponibbli fuq www.ema.europa.eu
ANNESS
Elementi ewlenin
1. |
Studji dwar l-iżvilupp tal-formulazzjoni pedjatrika:
|
2. |
Studji mhux kliniċi
|
3. |
Studji kliniċi pedjatriċi:
|
4. |
Studji ta’ mudellar u studji ta’ simulazzjoni:
|
5. |
Studji ta’ estrapolazzjoni:
|
L-elementi ewlenin m’għandhomx jinkludu dettalji li mhumiex utli. Skont l-ispeċifiċitajiet tal-applikazzjoni, jista’ jkun li mhux l-elementi ewlenin kollha għandhom jiġu indirizzati f’kull miżura/studju. F’każijiet debitament ġustifikati, jista’ jkunu meħtieġa elementi ewlenin ulterjuri. Dan jista’ japplika b’mod partikolari għal prodotti b’deżinjazzjoni ta’ orfni, prodotti mediċinali tat-terapija avvanzati, prodotti mediċinali immunoloġiċi, radjufarmaċewtiċi u prodotti mediċinali li bħala bażi għandhom demm jew plażma mill-bniedem.
27.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/18 |
KOMUNIKAZZJONI MILL-KUMMISSJONI
L-aġġornament tad-dejta użata biex jiġu kkalkolati s-somma sħiħa u l-pagamenti ta’ penali li għandhom jiġu proposti mill-Kummissjoni lill-Qorti tal-Ġustizzja fil-proċedimenti ta’ ksur
2014/C 338/02
I. INTRODUZZJONI
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 228 tat-Trattat tal-KE (1) (issal-Artikolu 260 (1) u (2) tat-TFUE) stabbilixxiet il-bażi li fuqha l-Kummissjoni tikkalkula l-ammont tas-sanzjonijiet finanzjarji (jew is-somma sħiħa jew il-pagamenti ta’ penali) li titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja biex tapplika meta tressaq każ quddiem il-Qorti skont l-Artikolu 260 (2) u (3) tat-TFUE, fil-kuntest ta’ proċedimenti ta’ ksur kontra Stat Membru.
F’Komunikazzjoni sussegwenti tal-2010 (2) dwar l-aġġornament tad-dejta użata għal dan il-kalkolu, il-Kummissjoni stabbilixxiet li din id-dejta makroekonomika tkun suġġetta għal reviżjoni kull sena, biex tqis il-movimenti tal-inflazzjoni u tal-PDG.
L-aġġornament annwali pprovdut f’din il-Komunikazzjoni huwa bbażat fuq l-iżviluppi tal-inflazzjoni u tal-PDG ta’ kull Stat Membru (3). Ir-rata rilevanti tal-inflazzjoni u tal-istatistiċi tal-PDG li għandhom jintużaw huma dawk stabbiliti sentejn qabel l-aġġornament (“regola n-2”), billi sentejn huma l-perjodu minimu meħtieġ għall-ġbir tad-dejta makroekonomika relattivament stabbli. Din il-Komunikazzjoni hija għalhekk ibbażata fuq id-dejta ekonomika għall-PDG nominali u d-deflatur tal-PDG għall-2012 (4) u fuq il-koefiċenti ta’ korrezzjoni ta’ bħalissa tad-drittijiet ta’ votazzjoni tal-Istat Membru fil-Kunsill.
Il-Kummissjoni tat is-setgħa lill-President tagħha, li jaġixxi bi qbil mal-Membru responsabbli għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, li jadotta l-miżuri msemmija hawn fuq (5).
II. L-ELEMENTI TAL-AĠĠORNAMENT
Il-lista ta’ kriterji ekonomiċi li għandhom jiġu riveduti hija kif ġej:
— |
l-ammont standard b’rata fissa għall-pagament ta’ penali (6), li bħalissa huwa fiss għal EUR 650 kuljum, għandu jiġi rivedut skont l-inflazzjoni; |
— |
l-ammont standard b’rata fissa għall-pagament ta’ somma sħiħa (7), li bħalissa huwa ta’ EUR 220 kuljum għandu jiġi rivedut skont l-inflazzjoni; |
— |
il-fattur speċjali “n” (8), li għandu jiġi rivedut f’konformità mal-PDG tal-Istat Membru kkonċernat billi jittieħed kont tal-għadd ta’ drittijiet tal-votazzjoni li għandu fil-Kunsill; il-fattur “n” huwa identiku għall-kalkolu tas-somma sħiħa u l-pagamenti ta’ penali ta’ kuljum; |
— |
il-pagamenti ta’ somma sħiħa minimi (9) li għandhom jiġu riveduti f’konformità mal-inflazzjoni. |
III. AĠĠORNAMENTI
Il-Kummissjoni se tapplika ċ-ċifri aġġornati li jmiss biex tikkalkula l-ammont tas-sanzjonijiet finanzjarji (somma sħiħa jew pagamenti ta’ penali) meta tressaq każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 260(2) u (3) tat-TFUE:
(1) |
l-ammont tar-rata fissa standard għall-kalkolu tal-pagament ta’ penali huwa fiss għal EUR 660 kuljum. |
(2) |
ir-rata fissa standard għall-pagament ta’ somma sħiħa hija fissa għal EUR 220 kuljum. |
(3) |
Il-fattur speċjali “n” u s-somma sħiħa minima (f’EUR) għat-28 Stat Membru tal-UE huma stabbiliti kif ġej:
|
(4) |
Il-Kummissjoni se tapplika l-figuri aġġornati għad-deċiżjonijiet li tieħu biex tressaq każ quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 260 tat-TFUE sa mill-adozzjoni ta’ din il-Komunikazzjoni. |
(1) SEC(2005) 1658; ĠU C 126, 7.6.2007, p. 15.
(2) SEC(2010) 923/3. Din il-Komunikazzjoni ġiet aġġornata fl-2011 (SEC(2011) 1024 finali) u fl-2012 (C(2012) 6106 finali) u l-2013 (C(2013) 8101 finali), għall-adattament ta’ kull sena tad-dejta ekonomika.
(3) Skont ir-regoli ġenerali stabbiliti fil-Komunikazzjonijiet tal-2005 u l- 2010.
(4) Id-deflatur tal-prezz tal-PDG jintuża bħala kejl tal-inflazzjoni. L-ammonti uniformi tas-somma sħiħa u tal-pagamenti ta’ penali huma mqarrba sal-eqreb numru diviżibbli b’għaxra. Is-sommom sħaħ minimi huma mqarrba sal-eqreb elf. Il-fattur “n” jiġi mqarreb għal żewġ punti deċimali.
(5) L-Għoti ta’ Setgħa tat-13 ta’ Diċembru 2005 għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ aġġornament ta’ ċerti dejta li jintużaw biex jiġu kkalkolati s-somma sħiħa u l-pagamenti ta’ penali rigward l-applikazzjoni tal-Artikolu 228 tat-Trattat tal-KE; SEC(2005) 1616.
(6) L-ammont b’rata fissa standard jew uniformi għall-pagamenti ta’ penali ta’ kuljum huwa definit bħala l-ammont bażiku fiss li għalih jiġu applikati ċerti koeffiċjenti ta’ korrezzjoni multiplikaturi. Il-koeffiċjenti ta’ korrezzjoni huma l-koeffiċjenti tal-gravità u d-dewmien tal-ksur, u l-fattur speċjali “n” li jikkorrispondi mal-Istat Membru kkonċernat li għandhom jiġu applikati għall-kalkolu ta’ pagamenti ta’ penali ta’ kuljum.
(7) L-ammont b’rata fissa jrid jiġi applikat meta tiġi kkalkolata s-somma sħiħa. Fir-rigward tal-Artikolu 260(2) TFUE, is-somma sħiħa se tirriżulta mill-multiplikazzjoni tal-ammont (somma sħiħa) ta’ kuljum (li jirriżulta mill-multiplikazzjoni tar-rata fissa għall-pagamenti tas-somma sħiħa bill-koeffiċjenti tal-gravità u r-riżultat ta’ dan il-kalkolu jiġu mmultipplikat bil-fattur speċjali “n”) bin-numru ta’ jiem li fihom il-ksur jibqa’ jippersisti bejn id-data tal-ewwel sentenza u d-data li fiha jispiċċa l-ksur jew id-data ta’ meta tingħata sentenza skont l-Artikolu 260(2) tat-TFUE. Fir-rigward tal-Artikolu 260(3) TFUE, skont il-punt 28 tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-“Implimentazzjoni tal-Artikolu 60(3) tat-Trattat” (SEC(2010)1371 finali; ĠU C 12, 15.1.2011, p. 1), is-somma sħiħa tirriżulta minn moltiplikazzjoni ta’ ammont (sħiħ) ta’ kuljum (li jirriżulta mill-moltiplikazzjoni tar-rata fissa għal pagamenti ta’ somma sħiħa bill-koeffiċjenti għas-serjetà u r-riżultat ta’ dan il-kalkolu jiġi moltiplikat mill-fattur speċjali “n”) bin-numru ta’ ġranet mill-ġurnata wara l-limitu ta’ ħin għat-traspożizzjoni stabbilita fid-direttiva li tkun skadiet sal-ewwel sentenza taħt l-Artikoli 258 u 260(3) TFUE. Is-somma sħiħa (ta’ kuljum) se tiġi proposta mill-Kummissjoni meta r-riżultat tal--kalkolu msemmi hawn fuq jaqbeż is-somma sħiħa minima fissa.
(8) Il-fattur speċjali “n” iqis il-kapaċità tal-Istati Membri li jħallsu (il-prodott domestiku gross (PDG)) u n-numru ta’ voti li għandu fil-Kunsill.
(9) Il-pagament tas-somma sħiħa fissa minima huwa ddeterminat għal kull Stat Membru skont il-fattur speċjali “n”. Is-somma sħiħa fissa minima se tiġi proposta lill-Qorti meta t-total tal-pagamenti tas-somma sħiħa ta’ kuljum ma jaqbiżx is-somma sħiħa fissa minima.
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
27.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/21 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Settembru 2014
li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema
2014/C 338/03
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tal-4 ta’ Ottubru 2012 (2) u tal-20 ta’ Novembru 2012 (3), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (il-“Kumitat”) għall-perijodu mill-25 ta’ Settembru 2012 sal-24 ta’ Settembru 2014. |
(2) |
Il-membri jibqgħu fil-kariga sakemm jiġu sostitwiti jew sakemm jiġu mġedda l-ħatriet tagħhom. |
(3) |
Il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat għandhom jinħatru għal perijodu ta’ sentejn, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b’dan maħtura bħala membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta’ Settembru 2014 sal-24 ta’ Settembru 2016:
I. RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
Pajjiż |
Membri |
Membri supplenti |
Belġju |
Is-Sinjura Gylvie GUELLUY Is-Sur Jacques OUZIEL |
Is-Sur Thierry LHOIR |
Bulgarija |
Is-Sur Hristo SIMEONOV Is-Sinjura Tatiana GUEORGUIEVA |
Is-Sinjura Dimitrina KOSTADINOVA |
Repubblika Ċeka |
Is-Sinjura Kateřina ŠTĚPÁNKOVÁ Is-Sinjura Eva DIANIŠKOVÁ |
Is-Sinjura Eva NOVÁKOVÁ |
Danimarka |
Is-Sur Stig Hansen NØRGAARD Is-Sinjura Rikke Mark SEERUP |
Is-Sinjura Simone HEINECKE |
Ġermanja |
Is-Sinjura Vera BADE Is-Sur Johannes RASCHKA |
Is-Sinjura Anne Katrin LUTZ |
Estonja |
Is-Sinjura Marit RAIST Is-Sinjura Liis REITER |
Is-Sinjura Kristi SUUR |
Irlanda |
Is-Sinjura Mary Joan KEHOE Is-Sur Anthony MORRISSEY |
Is-Sinjura Aedin DOYLE |
Greċja |
|
|
Kroazja |
Is-Sinjura Marija KNEŽEVIĆ KAJARI Is-Sinjura Ivana GUBEROVIĆ |
Is-Sinjura Aleksandra GAVRILOVIĆ |
Spanja |
Is-Sinjura Paloma MARTÍNEZ GAMO Is-Sur Miguel COLINA ROBLEDO |
Is-Sinjura Rosalía SERRANO VELASCO |
Franza |
Is-Sinjura Magali MARTIN Is-Sur Albert MARTINO |
Is-Sur Laurent FRIBOULET |
Italja |
|
|
Ċipru |
|
|
Latvja |
Is-Sinjura Ilze ZVĪDRIŅA Is-Sur Kristaps ZIEDIŅŠ |
Is-Sinjura Linda PAUGA |
Litwanja |
Is-Sinjura Rasa MALAIŠKIENĖ Is-Sinjura Agnė PECIUKEVIČIENĖ |
Is-Sinjura Inga LIUBERTĖ |
Lussemburgu |
|
|
Ungerija |
|
|
Malta |
Is-Sur Mario SCHEMBRI Is-Sur Nicola CINI |
Is-Sur George CAMILLERI |
Pajjiżi l-Baxxi |
Is-Sur Onno BRINKMAN Is-Sinjura Cristel van TILBURG |
Is-Sur Mark JACOBS |
Awstrija |
Is-Sur Heinz KUTROWATZ Is-Sinjura Martha ROJAS-PINEDA |
Is-Sur Günter STICKLER |
Polonja |
Is-Sinjura Magdalena SWEKLEJ Is-Sur Marcin WIATRÓW |
Is-Sinjura Agnieszka ZDAK |
Portugall |
|
|
Rumanija |
Is-Sur Auraş MARINESCU Is-Sinjura Simona ŞTEFAN |
Is-Sur Bogdan-Tiberius PAŞCA |
Slovenja |
Is-Sinjura Sonja MALEC Is-Sur Grega MALEC |
Is-Sinjura Mateja GOLJA |
Slovakkja |
Is-Sinjura Zuzana KRCHŇAVÁ Is-Sur Jaroslav KOVÁČ |
|
Finlandja |
Is-Sinjura Katri NISKANEN Is-Sur Olli SORAINEN |
Is-Sinjura Elina HIRTTIÖ |
Svezja |
Is-Sinjura Maria NORDIN SKULT Is-Sinjura Madeleine ÖHBERG |
Is-Sinjura Kristina EKBERG |
Renju Unit |
Is-Sinjura Janina CIECIORA Is-Sinjura Deborah MORRISON |
Is-Sur Jonathan PIGGINS |
II. RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS
Pajjiż |
Membri |
Membri supplenti |
Belġju |
Is-Sur Koen MEESTERS Is-Sinjura Hanne SANDERS |
Is-Sur Jean-François MACOURS |
Bulgarija |
Is-Sinjura Atanaska TODOROVA Is-Sur Daniel YANEV |
|
Repubblika Ċeka |
Is-Sur Vít SAMEK Is-Sur Pavel JANÍČKO |
Is-Sur Petr ŠULC |
Danimarka |
Is-Sur Jørgen Rønnow BRUUN Is-Sinjura Helle Hjort BENTZ |
Is-Sinjura Käthe Munk RYOM |
Ġermanja |
Is-Sinjura Alexandra KRAMER Is-Sinjura Ina HINZER |
Is-Sur Thomas BEMMANN |
Estonja |
Is-Sinjura Mare VIIES Is-Sinjura Liina CARR |
Is-Sinjura Aija MAASIKAS |
Irlanda |
Is-Sinjura Esther LYNCH Is-Sur John DOUGLAS |
|
Greċja |
|
|
Kroazja |
Is-Sinjura Ana KRANJAC JULARIĆ Is-Sur David Jakov BABIĆ |
Is-Sinjura Ana MILIĆEVIĆ PEZELJ |
Spanja |
Is-Sinjura Ana María CORRAL JUAN Is-Sur Francisco GONZÁLEZ MORENO |
Is-Sur José Antonio MORENO DÍAZ |
Franza |
Is-Sinjura Francine BLANCHE Is-Sinjura Corinne MARES |
Is-Sur Ommar BENFAID |
Italja |
|
|
Ċipru |
|
|
Latvja |
Is-Sinjura Natalja MICKEVIČA Is-Sur Kaspars RĀCENĀJS |
Is-Sur Mārtiņš SVIRSKIS |
Litwanja |
Is-Sinjura Janina ŠVEDIENĖ Is-Sinjura Janina MATUIZIENĖ |
Is-Sur Ričardas GARUOLIS |
Lussemburgu |
|
|
Ungerija |
|
|
Malta |
Is-Sur Ian Mark ZAMMIT Is-Sur Jeremy J CAMILLERI |
Is-Sur Paul PACE |
Pajjiżi l-Baxxi |
Is-Sinjura Caroline RIETBERGEN Is-Sur Martijn HORDIJK |
Is-Sur Henk BOSSCHER |
Awstrija |
Is-Sur Johannes PEYRL Is-Sur Oliver RÖPKE |
Is-Sinjura Lena KARASZ |
Polonja |
Is-Sur Jakub KUS Is-Sinjura Krystyna CIEMNIAK |
Is-Sur Bogdan OLSZEWSKI |
Portugall |
|
|
Rumanija |
Is-Sur Corneliu CONSTANTINOAIA Is-Sur Liviu APOSTOIU |
Is-Sur Dragos FRUMOSU |
Slovenja |
Is-Sur Marko TANASIČ Is-Sur Jakob POČIVAVŠEK |
Is-Sinjura Nadja GÖTZ |
Slovakkja |
Is-Sinjura Vlasta SZABOVÁ Is-Sinjura Zdena DVORANOVÁ |
Is-Sinjura Mária SVOREŇOVÁ |
Finlandja |
Is-Sinjura Eve KYNTÄJÄ Is-Sur Heikki TAULU |
Is-Sur Ralf SUND |
Svezja |
Is-Sur Thord INGESSON Is-Sinjura Josefin EDSTRÖM |
Is-Sinjura Sofia RÅSMAR |
Renju Unit |
Is-Sinjura Rosa CRAWFORD Is-Sur Mohammed TAJ |
Is-Sur Wilf SULLIVAN |
III. RAPPREŻENTANTI TAL-ASSOĊJAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM
Pajjiż |
Membri |
Membri supplenti |
Belġju |
Is-Sinjura Michèle CLAUS Is-Sinjura Hilde THYS |
Is-Sinjura Monica DE JONGHE |
Bulgarija |
Is-Sur Ivan ZAHARIEV Is-Sur Martin STOYANOV |
Is-Sinjura Daniela SIMIDCHIEVA |
Repubblika Ċeka |
Is-Sinjura Vladimíra DRBALOVÁ Is-Sinjura Marie ZVOLSKÁ |
Is-Sinjura Jitka HLAVÁČKOVÁ |
Danimarka |
Is-Sur Henning GADE Is-Sur Flemming DREESEN |
Is-Sinjura Karen ROIY |
Ġermanja |
Is-Sur Alexander WILHELM Is-Sinjura Christina BREIT |
Is-Sinjura Carmen Eugenia BÂRSAN |
Estonja |
Is-Sinjura Piia SIMMERMANN Is-Sinjura Katrin TRUVE |
Is-Sinjura Mare HIIESALU |
Irlanda |
Is-Sur Tony DONOHOE Is-Sinjura Kara McGANN |
|
Greċja |
|
|
Kroazja |
Is-Sinjura Milica JOVANOVIĆ Is-Sinjura Milka KOSANOVIĆ |
Is-Sinjura Nataša NOVAKOVIĆ |
Spanja |
Is-Sinjura Helena MORALES DE LABRA Is-Sinjura Patricia CIREZ MIQUELEIZ |
Is-Sur Luis MÉNDEZ LÓPEZ |
Franza |
Is-Sinjura Garance PINEAU Is-Sinjura Natacha MARQUET |
Is-Sinjura Pascale DESSEN |
Italja |
|
|
Ċipru |
|
|
Latvja |
Is-Sinjura Anita LĪCE Is-Sinjura Ilona KIUKUCĀNE |
Is-Sinjura Jolanta VJAKSE |
Litwanja |
Is-Sur Justinas USONIS Is-Sur Aidas VAIČIULIS |
Is-Sinjura Dovilė BAŠKYTĖ |
Lussemburgu |
|
|
Ungerija |
|
|
Malta |
Is-Sur Lawrence MIZZI Is-Sur Michael GALEA |
Is-Sur John HUBER |
Pajjiżi l-Baxxi |
Is-Sur Rob SLAGMOLEN Is-Sur A.P.M.G. SCHOENMAECKERS |
Is-Sur G.A.M. Gerard VAN DER GRIND |
Awstrija |
Is-Sinjura Margit KREUZHUBER Is-Sinjura Julia ENZELSBERGER |
Is-Sinjura Kornelia LIENHART |
Polonja |
Is-Sinjura Monika GŁADOCH Is-Sur Grzegorz BACZEWSKI |
Is-Sur Andrzej STĘPNIKOWSKI |
Portugall |
|
|
Rumanija |
Is-Sinjura Roxana PRODAN Is-Sur Florian STAMATE |
Is-Sur Liviu ROGOJINARU |
Slovenja |
Is-Sur Igor ANTAUER Is-Sinjura Polona FINK RUŽIČ |
Is-Sinjura Maja SKORUPAN |
Slovakkja |
Is-Sur Radovan MAXIN Is-Sur Peter MOLNÁR |
Is-Sur Martin HOŠTÁK |
Finlandja |
Is-Sur Mikko RÄSÄNEN Is-Sinjura Jenni RUOKONEN |
Is-Sur Simopekka KOIVU |
Svezja |
Is-Sinjura Karin EKENGER Is-Sinjura Carin RENGER |
Is-Sur Patrik KARLSSON |
Renju Unit |
Is-Sinjura Sinead LAWRENCE Is-Sur Rob WALL |
Is-Sur Tom SALLIS |
Artikolu 2
Il-membri li għadhom ma ġewx nominati ser jinħatru mill-Kunsill f’data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta' Settembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
F. GUIDI
(1) ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill tal-4 ta’ Ottubru 2012 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C 302, 6.10.2012, p. 1).
(3) Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Novembru 2012 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Italja (ĠU C 360, 22.11.2012, p. 4).
27.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/26 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tal-25 ta' Settembru 2014
li taħtar u tissostitwixxi membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali
2014/C 338/04
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 337/75 tal-10 ta' Frar 1975 li jistabbilixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu (1),
Wara li kkunsidra n-nomina mressqa lill-Kunsill mill-Kummissjoni fil-kategorija tar-Rappreżentanti tal-Impjegati,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni tiegħu tas-16 ta' Lulju 2012 (2), il-Kunsill ħatar il-membri tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-perijodu mit-18 ta' Settembru 2012 sas-17 ta' Settembru 2015. |
(2) |
Post ta' membru fuq il-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-impjegati huwa disponibbli għall-Polonja, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu Uniku
Il-persuna li ġejja hija b'dan maħtura membru tal-Bord ta' Tmexxija taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-bqija tal-mandat, jiġifieri sas-17 ta' Settembru 2015:
RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-IMPJEGATI:
IL-POLONJA |
Is-Sinjura Dagmara IWANCIW (PL) |
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Settembru 2014.
Għall-Kunsill
Il-President
F. GUIDI
(2) ĠU C 228, 31.7.2012, p. 3.
Il-Kummissjoni Ewropea
27.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/27 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-26 ta’ Settembru 2014
2014/C 338/05
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,2732 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
138,93 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4432 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,78070 |
SEK |
Krona Żvediża |
9,2132 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2071 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,1675 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,534 |
HUF |
Forint Ungeriż |
311,51 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1805 |
RON |
Leu Rumen |
4,4027 |
TRY |
Lira Turka |
2,8736 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,4483 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4148 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
9,8772 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6110 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,6189 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 330,36 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,2343 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
7,7991 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,6290 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
15 343,94 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,1518 |
PHP |
Peso Filippin |
57,134 |
RUB |
Rouble Russu |
49,6730 |
THB |
Baht Tajlandiż |
41,133 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,0850 |
MXN |
Peso Messikan |
17,0351 |
INR |
Rupi Indjan |
77,9841 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
27.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/28 |
Notifika tal-Kummissjoni dwar ir-rati ta’ interessi ta’ rkupru preżenti għall-Għajnuna mill-Istat u rati ta’ referenza/tnaqqis għat-28 Stat Membru applikabbli mill-1 ta’ Ottubru 2014
(Ippubblikat skont l-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 794/2004 tal-21 ta’ April 2004 (ĠU L 140, 30.4.2004, p. 1))
2014/C 338/06
Rati bażi kkalkulati skont il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-reviżjoni tal-metodu biex tkun stabbilita r-rata ta’ riferenza u ta’ tnaqqis (ĠU C 14, 19.1.2008, p. 6). Skont l-użu tar-rata ta’ referenza, il-marġini xierqa għad għandhom ikunu ddefiniti f’din il-komunikazzjoni. Għar-rata ta’ tnaqqis, dan ifisser li għandu jiżdied marġini ta’ 100 punti bażi. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 271/2008 tat-30 ta’ Jannar 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 794/2004 jipprevedi li, jekk mhux speċifikat diversament f’deċiżjoni speċifika, ir-rata ta’ rkupru għandha tkun ikkalkulata wkoll billi jkunu miżjuda 100 punti bażi fuq ir-rata bażi.
Ir-rati modifikati huma indikati b’tipa grassa.
Abbozz tat-test ippubblikat fil-ĠU C 281, 23.8.2014, p. 3.
Minn |
sa |
AT |
BE |
BG |
CY |
CZ |
DE |
DK |
EE |
EL |
ES |
FI |
FR |
HR |
HU |
IE |
IT |
LT |
LU |
LV |
MT |
NL |
PL |
PT |
RO |
SE |
SI |
SK |
UK |
1.10.2014 |
… |
0,53 |
0,53 |
2,46 |
0,53 |
0,58 |
0,53 |
0,78 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
1,54 |
2,38 |
0,53 |
0,53 |
0,69 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
2,75 |
0,53 |
2,97 |
0,68 |
0,53 |
0,53 |
1,04 |
1.9.2014 |
30.9.2014 |
0,53 |
0,53 |
2,96 |
0,53 |
0,58 |
0,53 |
0,78 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
1,54 |
2,92 |
0,53 |
0,53 |
0,69 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
2,75 |
0,53 |
2,97 |
0,81 |
0,53 |
0,53 |
0,88 |
1.5.2014 |
31.8.2014 |
0,53 |
0,53 |
2,96 |
0,53 |
0,58 |
0,53 |
0,78 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
1,54 |
2,92 |
0,53 |
0,53 |
0,69 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
2,75 |
0,53 |
3,72 |
1,06 |
0,53 |
0,53 |
0,88 |
1.4.2014 |
30.4.2014 |
0,53 |
0,53 |
2,96 |
0,53 |
0,58 |
0,53 |
0,78 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
1,83 |
2,92 |
0,53 |
0,53 |
0,69 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
2,75 |
0,53 |
3,72 |
1,06 |
0,53 |
0,53 |
0,88 |
1.3.2014 |
31.3.2014 |
0,53 |
0,53 |
2,96 |
0,53 |
0,71 |
0,53 |
0,78 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
1,83 |
3,45 |
0,53 |
0,53 |
0,69 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
2,75 |
0,53 |
3,72 |
1,29 |
0,53 |
0,53 |
0,88 |
1.1.2014 |
28.2.2014 |
0,53 |
0,53 |
2,96 |
0,53 |
0,71 |
0,53 |
0,78 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
2,35 |
3,45 |
0,53 |
0,53 |
0,69 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
0,53 |
2,75 |
0,53 |
3,72 |
1,29 |
0,53 |
0,53 |
0,88 |
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
27.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/29 |
Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2014/C 338/07
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:
Id-data u l-ħin tal-għeluq |
28.8.2014 |
It-tul ta’ żmien |
28.8.2014 – 31.12.2014 |
l-Istat Membru |
L-Irlanda |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
RNG/8X14- |
Speċi |
Ir-roundnose grenadier (Coryphaenoides rupestris) |
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII, IX, X, XII u XIV |
It-tip/tipi ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
In-numru ta’ referenza |
36/DSS |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
27.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/29 |
Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2014/C 338/08
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:
Id-data u l-ħin tal-għeluq |
28.8.2014 |
It-tul ta’ żmien |
28.8.2014 – 31.12.2014 |
L-Istat Membru |
L-Irlanda |
L-istokk jew l-Grupp ta’ stokkijiet |
BSF/56712- |
L-ispeċi |
Iċ-ċinturin iswed (Aphanopus carbo) |
Iż-żona |
L-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni V, VI, VII u XII |
It-tip/tipi ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
In-numru ta’ referenza |
35/DSS |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
27.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/30 |
Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2014/C 338/09
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:
Id-data u l-ħin tal-għeluq |
28.8.2014 |
It-tul ta’ żmien |
28.8.2014–31.12.2014 |
L-Istat Membru |
L-Irlanda |
L-istokk jew l-Grupp ta’ stokkijiet |
SBR/678- |
L-ispeċi |
Il-bażuga kaħlija (Pagellus bogaraveo) |
Iż-żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VI, VII u VIII |
It-tip/tipi ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
In-numru ta’ referenza |
37/DSS |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
27.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/31 |
Pubblikazzjoni ta' aġġornament tal-lista tal-korpi nazzjonali tal-istandardizzazzjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea
2014/C 338/10
1. Il-BELĠJU
NBN
Bureau de normalisation
Bureau voor Normalisatie
CEB/BEC
Comité électrotechnique belge
Belgisch Elektrotechnisch Comité
2. Il-BULGARIJA
БИС
Български институт за стандартизация
3. IR-REPUBBLIKA ĊEKA
ÚNMZ
Úřad pro technickou normalizaci, metrologii a státní zkušebnictví
4. ID-DANIMARKA
DS
Fonden Dansk Standard
5. IL-ĠERMANJA
DIN
Deutsches Institut für Normung e.V.
DKE
Deutsche Kommission Elektrotechnik Elektronik Informationstechnik im DIN und VDE
6. L-ESTONJA
EVS
Eesti Standardikeskus
TJA
Tehnilise Järelevalve Amet
7. L-IRLANDA
NSAI
National Standards Authority of Ireland
8. IL-GREĊJA
ΕΣΥΠ / ΕΛΟΤ
ΕΘΝΙΚΟ ΣΥΣΤΗΜΑ ΥΠΟΔΟΜΩΝ ΠΟΙΟΤΗΤΑΣ / Αυτοτελής Λειτουργική Μονάδα Τυποποίησης ΕΛΟΤ
9. SPANJA
AENOR
Asociación Española de Normalización y Certificación
10. FRANZA
AFNOR
Association française de normalisation
11. IL-KROAZJA
HZN
Hrvatski zavod za norme
12. L-ITALJA
UNI
Ente nazionale italiano di unificazione
CEI
Comitato elettrotecnico italiano
13. ĊIPRU
CYS
Κυπριακός Οργανισμός Τυποποίησης(Cyprus Organisation for Standardisation)
14. IL-LATVJA
LVS
Latvijas standarts
15. IL-LITWANJA
LST
Lietuvos standartizacijos departamentas
16. IL-LUSSEMBURGU
ILNAS
Institut luxembourgeois de normalisation, de l'accréditation, de la sécurité et qualité des produits et services
17. L-UNGERIJA
MSZT
Magyar Szabványügyi Testület
18. MALTA
MCCAA
L-Awtorità ta' Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur
19. IL-PAJJIŻI L-BAXXI
NEN
Stichting Nederlands Normalisatieinstituut
NEC
Stichting Nederlands Elektrotechnisch Comité
20. L-AWSTRIJA
ASI
Austrian Standards Institute(Österreichisches Normungsinstitut)
Ove
Österreichischer Verband für Elektrotechnik
21. IL-POLONJA
PKN
Polski Komitet Normalizacyjny
22. IL-PORTUGALL
IPQ
Instituto Português da Qualidade
23. IR-RUMANIJA
ASRO
Asociaţia de Standardizare din România
24. IS-SLOVENJA
SIST
Slovenski inštitut za standardizacijo
25. IS-SLOVAKKJA
ÚNMS
Úrad pre normalizáciu, metrológiu a skúšobníctvo Slovenskej republiky
26. IL-FINLANDJA
SFS
Suomen Standardisoimisliitto SFS ry
Finlands Standardiseringsförbund SFS rf
FICORA
Viestintävirasto
Kommunikationsverket
SESKO
Suomen Sähköteknillinen Standardisoimisyhdistys SESKO ry
Finlands Elektrotekniska Standardiseringsförening SESKO rf
27. L-ISVEZJA
SIS
Swedish Standards Institute
SEK
Svensk Elstandard
ITS
Informationstekniska standardiseringen
28. IR-RENJU UNIT
BSI
British Standards Institution
29. L-ISLANDA
IST
Staðlaráð Íslands
30. IN-NORVEĠJA
SN
Standard Norge
NEK
Norsk Elektroteknisk Komité
PT
Post- og teletilsynet
31. L-ISVIZZERA
SNV
Schweizerische Normenvereinigung
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
27.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 338/35 |
Avviż minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Il-Każ M.7390 — OFI InfraVia/GDF SUEZ/PensionDanmark/NGT)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
2014/C 338/11
1. |
Fit-18 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha GDF SUEZ S.A. (“GDF SUEZ”, Franza), PensionDanmark Holding A/S. (“PensionDanmark”, id-Danimarka) u InfraVia European Fund II (“InfraVia”, Franza), proprjetà ta' OFI InfraVia S.A.S. (“OFI InfraVia”, Franza) u ultimament ikkontrollata minn Macif Group (“Macif”, Franza), jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta' Noordgastransport B.V. (“NGT”, il-Pajjiżi l-Baxxi), permezz ta' xiri ta' ishma. NGT bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn GDF SUEZ u PensionDanmark. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — Għal OFI InfraVia: attiva fil-maniġment tal-fondi tal-infrastruttura tul is-setturi fosthom tat-trasport, l-ambjent, l-enerġija u l-infrastruttura soċjali, — Għal GDF SUEZ: grupp tal-enerġija bi preżenza globali tul il-katina kollha kemm hi tal-valur tal-enerġija fl-elettriċità u l-gass naturali, — Għal PensionDanmark: kumpanija Daniża limitata li ma tagħmilx profitt u marbuta mas-suq tax-xogħol u l-assikurazzjoni tal-ħajja, — Għal NGT: sid u operatur ta' sistemi tat-trasport taħt il-baħar għall-gass naturali fil-Pajjiżi l-Baxxi. |
3. |
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu lilha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bin-numru ta' referenza M.7390 — OFI InfraVia/GDF SUEZ/PensionDanmark/NGT, f'dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.