ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 336

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
26 ta' Settembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 336/01

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-organizzazzjoni awtorizzata biex toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 891/2009

1

2014/C 336/02

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorità awtorizzata li toħroġ iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità fil-kuntest tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012

2

2014/C 336/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Il-Każ M.7341 — MVD/Postcon/ADVO) ( 1 )

4


 

III   Atti preparatorji

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2014/C 336/04

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-24 ta’ Ġunju 2014 dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapportar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (CON/2014/49)

5


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 336/05

Rata tal-kambju tal-euro

20

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 336/06

Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

21

2014/C 336/07

Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

21

2014/C 336/08

Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

22


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 336/09

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

23

2014/C 336/10

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

27


 


 

(1)   Test b'rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/1


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-organizzazzjoni awtorizzata biex toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-kuntest tar-Regolament (KE) Nru 891/2009

(2014/C 336/01)

Permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009, ippubblikat f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea L 254 tas-26 ta’ Settembru 2009, infetħet kwota tariffarja għall-importazzjoni taz-zokkor li joriġina mill-Awstralja.

L-Artikolu 10 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta’ Settembru 2009 jistipula li r-rilaxx għaċ-ċirkolazzjoni ħielsa tal-prodotti importati taħt din il-kwota għandu jkun suġġett għat-tressiq ta’ ċertifikat tal-oriġini.

L-awtorità li ġejja hija awtorizzata toħroġ iċ-ċertifikati tal-oriġini fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament.

NSW Business Chamber Ltd t/a Australian Business Chamber

375 Wickham Terrace

Spring Hill QLD 4000

AWSTRALJA

Tel +61 738422294

Mowbajl +61 418750679

Fax +61 730133422

Email: exportsdocs.qld@australianbusiness.com.au


26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/2


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-awtorità awtorizzata li toħroġ iċ-ċertifikati ta’ awtentiċità fil-kuntest tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012

(2014/C 336/02)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 617/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jiftaħ kwota tariffarja awtonoma għall-importazzjonijiet tal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja (1) ġie emendat bir-Regolament (UE) Nru 464/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 (2).

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 620/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwota tariffarja tal-importazzjoni għaċ-ċanga ta’ kwalità għolja (3) ġie revokat u sostitwit bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 481/2012 tas-7 ta’ Ġunju 2012 li jistipula regoli għall-ġestjoni ta’ kwota tariffarja għal ċanga ta’ kwalità għolja (4).

L-Artikolu 3 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012 jistipula li r-rilaxx għaċ-ċirkulazzjoni ħielsa tal-prodotti importati, bil-kwota tariffarja bin-numru tas-serje 09.2202, li ġie sostitwit bil-kwota tariffarja bin-numru ta-serje 09.4449 kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 620/2009, huwa soġġett għat-tressiq ta’ ċertifikat ta’ awtentiċità.

L-awtoritajiet emittenti li ġejjin huma awtorizzati li joħorġu ċ-ċertifikati ta’ awtentiċità skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 481/2012.

Department of Agriculture, Fisheries and Forestry (DAFF) of the Australian Government

18 Marcus Clarke Street

Canberra City ACT 2601

AUSTRALIA

Kuntatt: Biosecurity Service Group

Mr Greg READ, Executive Manager

Tel. +61 262723594

Posta elettronika: pr@aqis.gov.au

Food Safety and Inspection Service (FSIS) of the United States Department of Agriculture (USDA)

Washington, D.C. 20250

UNITED STATES OF AMERICA

Internet: http://www.fsis.usda.gov

Canadian Food Inspection Agency (CFIA)

1400 Merivale Road

Ottawa, Ontario

K1A 0Y9

CANADA

Posta elettronika: bertrand.st-arnaud@inspection.gc.ca

Internet: http://www.inspection.gc.ca

Ministry of Agriculture and Forestry

Pastoral House

25 The Terrace

PO Box 2526

Wellington 6140

NEW ZEALAND

Tel. +64 48940100

Fax +64 48940720

Posta elettronika: nzfsa.info@maf.govt.nz

Internet: http://www.maf.govt.nz

Dirección General de Servicios Ganaderos

División Industria Animal

Constituyente 1476, Piso 2

Montevideo

URUGUAY

Tel. +598 24126369

Fax +598 24126304

Posta elettronika: digesega@mgap.gub.uy

Internet: http://www.mgap.gub.uy/DGSG

Ministerio de Economía y Finanzas Públicas

Unidad de coordinación y evaluación de subsidios al consumo interno (UCESCI)

Hipólito Yrigoyen no 250,

Buenos Aires

ARGENTINA

Tel. +54 1143495000

Posta elettronika: ucesci@ucesci.gob.ar

Internet: www.mecon.gob.ar


(1)  ĠU L 182, 15.7.2009, p. 1.

(2)  ĠU L 149, 8.6.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 182, 15.7.2009, p. 25.

(4)  ĠU L 148, 8.6.2012, p. 9.


26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Il-Każ M.7341 — MVD/Postcon/ADVO)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 336/03)

Fid-19 ta’ Settembru 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss bil-Ġermaniż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) id-dokument li jġib in-numru 32014M7341. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


III Atti preparatorji

Il-Bank Ċentrali Ewropew

26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/5


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-24 ta’ Ġunju 2014

dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapportar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli

(CON/2014/49)

(2014/C 336/04)

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-18 ta’ Marzu 2014 u fis-27 ta’ Marzu 2014, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talbiet mingħand il-Parlament Ewropew u mingħand il-Kunsill, rispettivament, għal opinjoni dwar proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapportar u t-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (1) (minn hawn ‘il quddiem “ir-regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE biex jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea billi r-regolament propost fih dispożizzjonijiet li jaffettwaw il-kontribuzzjoni tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SEBĊ) għat-tmexxija bla xkiel tal-politika dwar l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kif imsemmi fl-Artikolu 127(5) tat-Trattat. Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.   Osservazzjonijiet ġenerali

B’mod ġenerali, il-BĊE jilqa’ r-regolament propost, li għandu l-għan li jżid is-sigurtà u t-trasparenza tas-suq finanzjarju, skont ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB) u approvati f’Settembru tal-2013 mill-mexxejja tal-G20 (2). Ir-regolament propost jintroduċi miżuri fi tliet oqsma: (1) id-dettalji tat-tranżazzjonijiet iridu jiġu rrapportati lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, u l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi relevanti tal-Unjoni jrid ikollhom aċċess dirett u immedjat għal dawn id-dettalji sabiex jiġi ffaċilitat l-immonitorjar tal-akkumulazzjoni ta’ riskji sistemiċi relatati mal-użu tat-tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (SFT), li għal finijiet tar-regolament propost jinkludu tranżazzjonijiet ta’ riakkwist, għoti jew teħid b’self ta’ titoli jew komoditajiet, u tranżazzjonijiet oħra b’effett ekonomiku ekwivalenti u li joħolqu riskji simili, b’mod partikolari tranżazzjonijiet ta’ xiri-bejgħ lura u bejgħ-xiri lura; (2) l-informazzjoni dwar l-SFT trid tiġi żvelata lill-investituri li l-assi tagħhom huwa impjegat f’dawn it-tranżazzjonijiet jew fi strutturi oħra ta’ finanzjament li għandhom effetti ekwivalenti għall-SFT; u (3) irid ikun hemm trasparenza kuntrattwali tal-attivitajiet ta’ riipotekazzjoni. Il-BĊE jikkunsidra illi r-regoli uniformi l-ġodda dwar ir-rapportar u t-trasparenza tal-SFT, kif ukoll id-dispożizzjonijiet dwar ir-reipotekazzjoni, jista’ jkollhom rwol importanti fit-titjib tal-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni. Barra minn dan, ir-regolament propost għandu jikkunsidra x-xogħol tal-grupp ta’ esperti tad-dejta tal-FSB dwar is-swieq ta’ finanzjament tat-titoli, li ġie stabbilit biex iressaq ‘il quddiem rakkomandazzjonijiet dwar il-ġbir tad-dejta u l-aggregazzjoni f’livell globali skont ir-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB, u li se jiżviluppa standards u proċessi sal-aħħar tal-2014 (3). Barra dan, il-BĊE jagħmel il-kummenti speċifiċi li ġejjin.

2.   Osservazzjonijiet speċifiċi

2.1.   Eżenzjoni mill-obbligi ta’ trasparenza u rapportar għat-tranżazzjonijiet tal-bank ċentrali

Il-qafas propost ta’ rapportar u trasparenza ma jipprovdix eżenzjoni fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet li għalihom bank ċentrali tas-SEBĊ huwa kontroparti (4).

F’dan ir-rigward, il-BĊE jinnota illi, filwaqt li r-rapportar u t-trasparenza tat-tranżazzjonijiet imwettqa mill-banek ċentrali bħala parti mill-kompiti u l-objettivi statutorji rispettivi tagħhom ma jiksbux trasparenza ikbar għas-suq, l-effettività ta’ dawn l-operazzjonijiet, jiġifieri fil-qasam tal-politika monetarja jew tal-operazzjonijiet ta’ kambju barrani, u konsegwentament it-twettiq mill-banek ċentrali ta’ dawn il-kompiti, li jiddependu mill-puntwalità u l-kunfidenzjalità, jistgħu jiġu kompromessi severament mir-rapportar jew mit-trasparenza tal-informazzjoni fuq dawn it-tranżazzjonijiet.

Bil-ħtieġa li l-kontropartijiet tat-tranżazzjonijiet, li tagħhom membru tas-SEBĊ huwa parti, li jirrapportaw id-dettalji kollha relatati lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jistgħu jinterferixxu mar-reġimi tal-kunfidenzjalità tal-BĊE u tal-banek ċentrali nazzjonali (BĊNi) u jegħlbu l-iskop tal-immunitajiet mogħtija lill-BĊE skont it-Trattat, b’mod partikolari l-invjolabbiltà tal-arkivji u l-komunikazzjonijiet uffiċjali tal-BĊE (5). Għal dawn ir-raġunijiet, l-SFT li tagħhom il-bank ċentrali tas-SEBĊ huwa kontroparti għandhom jiġu eżenti mill-obbligi ta’ rapportar u trasparenza.

Il-BĊE jirrakkomanda bil-qawwa li tiġi inkluża eżenzjoni bbażata fuq tranżazzjoni fir-regolament propost (6). In-nuqqas li tiġi inkluża din l-eżenzjoni jkollha l-istess effett bħall-impożizzjoni tal-obbligi ta’ rapportar u trasparenza fuq is-SEBĊ innifisha.

2.2.   Kjarifika tas-setgħa tal-Kummissjoni li temenda l-lista ta’ eżenzjonijiet

Barra dan, huwa meħtieġ li jiġi ċċarat l-Artikolu 2(3) tar-regolament propost, li jagħti lill-Kummissjoni s-setgħa li temenda l-lista ta’ eżenzjonijiet skont l-Artikolu 2(2) permezz ta’ att delegat. Il-BĊE jikkunsidra li l-Artikolu 2(3) għandu jinkludi referenza diretta għall-possibbiltà tal-estensjoni tal-lista ta’ eżenzjonijiet biex tinkludi l-banek ċentrali tal-pajjiżi terzi (7).

2.3.   Reipotekazzjoni

Għall-finijiet tar-regolament propost, riipotekazzjoni tfisser “l-użu minn kontroparti riċevitur ta’ strumenti finanzjarji rċevuti bħala kollateral f’isimha stess u għan-nom tagħha stess jew f’isem kontraparti oħra” (8). Ir-regolament propost jipprovdi li kontroparti li tirċievi strumenti finanzjarji bħala kollateral se titħalla tirriipotekazzjonahom biss bil-kunsens espress tal-kontroparti li tipprovdi u biss wara li dawn jiġu ttrasferiti fil-kont tagħha stess (9).

Il-BĊE jilqa’ l-obbligi ta’ rapportar għall-SFT skont l-Artikolu 4, inkluż l-obbligu li jirapportaw id-dettalji tal-kollateral provdut, b’mod partikolari fejn ikun disponibbli għar-riipotekazzjoni jew jekk ikun ġie riipotekat. Barra dan, il-BĊE jilqa’ l-obbligi ta’ trasparenza kuntrattwali skont l-Artikolu 15 tar-regolament propost. Madankollu, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, il-BĊE jipproponi li t-terminoloġija fir-regolament propost tiġi allinjata kemm jista’ jkun mar-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB (10), u għalhekk jiġi applikat it-terminu “użu mill-ġdid” minflok “riipotekazzjoni”, li jirrifletti aħjar l-iskop usa’ tat-tranżazzjonijiet koperti mir-regolament propost u jipprovdi ċertezza legali lill-parteċipanti tas-suq. Il-BĊE jipprovdi proposti għall-abbozzar għal dak il-għan (11).

Fir-rigward tal-obbligi ta’ trasparenza kuntrattwali, ir-regolament propost ma jagħmilx distinzjoni bejn kollateral finanzjarju ttrasferit skont “arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titolu” u pprovdut skont pprovdut skont “arranġament dwar kollaterali finanzjarju ta’ garanzija” skont it-tifsira tad-Direttiva 2002/47/KE (12). Skont l-arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titolu, il-fornitur tal-kollateral jittrasferixxi s-sjieda sħiħa ta’, jew id-dritt sħiħ għal, kollateral finanzjarju lil min jakkwista l-kollateral. B’kuntrast ma’ dan, skont l-arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ garanzija il-fornitur tal-kollateral jipprovdi kollateral finanzjarju permezz ta’ titolu għal jew favur min jakkwista l-kollateral, u għalhekk is-sjieda sħiħa jew kwalifikata ta’, jew id-dritt sħiħ għal, il-kollateral finanzjarju jibqa’ mal-fornitur tal-kollateral meta d-dritt tas-sigurtà jiġi stabbilit. Minn perspettiva ta’ stabbiltà finanzjarja, l-iskop wiesa’ tar-regolament propost għandu, fil-prinċipju, jiġi milqugħ. Madankollu, meta wieħed iqis id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2002/47/KE, min jakkwista l-kollateral m’għandux jiġi mċaħħad mit-tgawdija tas-sjieda sħiħa jew tad-dritt sħiħ għall-kollateral finanzjarju, ladarba jkun daħal fis-seħħ arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titolu. Filwaqt li l-kontroparti li tirċievi madankollu għandha tkun obbligata li tikkonforma mal-obbligi l-oħra skont l-Artikolu 15 tar-regolament propost, għandu jiġi kkjarifikat li d-dħul f’arranġament kollaterali dwar trasferiment ta’ titolu finanzjarju diġa’ jimplika kunsens ta’ użu mill-ġdid u li kull ksur tal-obbligi skont l-Artikolu 15 ma jaffettwax il-validità jew l-eżegwibbiltà tal-SFT, u l-kontroparti li tirċievi tista’ tkun suġġetta biss għas-sanzjonijiet amministrattivi skont ir-regolament propost. Il-BĊE jipprovdi proposti għall-abbozzar għal dak il-għan (13).

Il-BĊE jinnota li r-regolament propost jiffoka biss fuq l-introduzzjoni ta’ rekwiżiti ta’ rapportar u trasparenza. Madankollu, il-kriżi finanzjarja riċenti uriet li jistgħu jirriżultaw riskji għall-istabbiltà finanzjarja minn prattiċi ta’ użu mill-ġdid u riipotekazzjoni tal-assi tal-klienti: jistgħu iżidu r-riskju ta’ kontaġju, potenzjalment iwasslu għall-akkumulazzjoni ta’ lieva finanzjarja eċċessiva fis-sistema finanzjarja u jistgħu iżidu wkoll ir-riskju ta’ azzjonijiet fuq istituzzjonijiet individwali. F’dan il-kuntest, huwa osservat li r-rakkomandazzjonijiet ġew magħmula f’livell internazzjonali mill-FSB biex jintroduċu limiti fir-rigward: (1) ir-riipotekazzjoni tal-assi tal-klijent għall-finijiet tal-finanzjament tal-attivitajiet għan-nom proprju tal-intermedjarju; u (2) l-entitajiet permessi li jinvolvu ruħhom fir-riipotekazzjoni tal-assi tal-klijenti (14). Barra minn dan, aktar miżuri jistgħu jiġu ġġustifikati fl-Unjoni. Għalhekk, il-BĊE jikkonsidra li huwa importanti għall-Kummissjoni li tevalwa l-bżonn għal iktar miżuri regolatorji li jmorru lil hinn mill-obbligi proposti ta’ rapportar u trasparenza, inkluż il-limiti kwantitattivi dwar l-użu mill-ġdid u dwar ir-riipotekazzjoni tal-assi tal-klijent, li jistgħu jiġu implimentati f’att legali futur. Analiżi profonda tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji għandha tiġi mwettqa biex tiżgura li dawn il-limiti kwantitattivi ma jkollhomx impatt negattiv fuq is-swieq ta’ finanzjament tat-titoli.

2.4.   Modalitajiet għar-rapportar tad-dejta fuq l-SFT

Sabiex iwettaq il-kompiti tas-SEBĊ u jimmonitorja s-swieq finanzjarji u l-attivitajiet finanzjarji fiż-żona tal-euro u l-Unjoni kollha, il-BĊE, assistit mill-BĊNi, għandu bżonn jiġbor informazzjoni statistika ta’ kwalità għolja (15). Għalhekk, id-dettalji tat-tranżazzjoni rrapportati lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet u, f’ċerti ċirkostanzi, lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS) skont ir-regolament propost huma vitali għas-SEBĊ biex twettaq il-kompiti tagħha: (1) li tikkontribwixxi għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja skont l-Artikolu 127(5) tat-Trattat billi timmonitorja l-akkumulazzjoni ta’ riskji sistemiċi relatati mal-SFTs; (2) li timplimenta l-politika monetarja; (3) li tanalizza l-mekkaniżmu tat-trażmissjoni tal-politika monetarja; (4) li twettaq is-sorveljanza tal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju (16); u (5) li tipprovdi appoġġ analitiku u statistiku lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) skont ir-Regolament (UE) Nru 1096/2010 (17).

Għal dawn ir-raġunijiet, u sabiex jitnaqqas il-piż tar-rapportar fuq il-parteċipanti tas-suq finanzjarju, id-dettalji fuq it-tipi speċifiċi tal-SFT li jridu jiġu rrapportati u l-format u l-frekwenza ta’ dawk ir-rapporti għandhom jiffaċilitaw l-użu ta’ din l-informazzjoni għall-kompiti tas-SEBĊ. Il-BĊE jilqa’ l-opportunità li jikkoopera mill-qrib mal-AETS biex jiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi u huwa lest li jappoġġja l-AETS fil-kompitu tagħha.

Barra dan, il-BĊE jirrakkomanda li d-dettalji tal-SFT għandhom jiġu rrapportati, ikkompilati u magħmula aċċessibbli lis-SEBĊ bi grad massimu ta’ granularità u f’forma sħiħa standardizzata. Fir-rigward tal-partiti tad-dejta li jridu jiġu rrapportati, il-BĊE jirrakkomanda li l-istandards tekniċi ppreparati skont l-Artikolu 4(7) tar-regolament propost jeħtieġu dettalji tal-assi individwali li qed jiġu użati bħala kollateral u l-ammont prinċipali, il-munita, it-tip, il-kwalità u l-valur ta’ kull wieħed minn dawn l-assi li jridu jiġu rraportati. Dan jgħin biex jiġu ddeterminati l-assi li huma disponibbli għar-riipotekazzjoni jew dawk li ġew riipotekati, u se jiffaċilitaw il-proċeduri awtomatiċi biex jikkompilaw din l-informazzjoni. L-istandards tekniċi għandhom jippermettu wkoll ir-rapportar tal-assi individwali suġġetti għal tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self. Għandhom jiġu rrapportati wkoll l-assi individwali fejn it-tranżazzjonijiet huma kollateralizzati minn gruppi ta’ assi, per eżempju fuq bażi ta’ portafoll jew permezz tas-servizzi ta’ ġestjoni tal-kollateral bi tliet partijiet (18). L-istandards tekniċi għandhom iqisu l-karattri speċifiċi tekniċi ta’ dawn il-gruppi ta’ assi u n-natura dinamika tagħhom, b’mod partikolari fejn il-kompożizzjoni tal-grupp tinbidel b’mod frekwenti. Il-mod ta’ kif l-assi individwali jiġu rrapportati għandhom jiġu aġġustati kif meħtieġ. Per eżempju, għażla waħda biex jonqos ir-rapportar tat-tranżazzjonijiet ta’ xiri mill-ġdid bi tliet partijiet tista’ tkun li jiġi permess ir-rapportar tal-kompożizzjoni tal-assi individwali fi tmiem il-jum tal-grupp tal-kollateral li jiggarantixxi t-tranżazzjonijiet. Ir-rapportar permezz tal-infrastrutturi relevanti tas-suq finanzjarju jista’ jiffaċilita l-fattibbiltà teknika tar-rapportar (inkluż dettalji tal-assi individwali tal-kollateral) u jista’ jiġi konsistenti mal-Artikolu 4(1) tar-regolament propost, li jippermetti l-kontropartijiet li jiddelegaw ir-rapportar lill-SFT.

Barra dan, il-BĊE jissuġġerixxi li l-istandards tekniċi għandhom jirrikjedu kontropartijiet biex jirrapportaw partiti addizzjonali biex jiffaċilitaw iktar monitoraġġ komprensiv għall-finijiet tal-istabbiltà finanzjarja u għall-iskopijiet tat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ imfissra hawn fuq, filwaqt illi jitqiesu, inter alia, żviluppi internazzjonali bħax-xogħol kontinwu tal-FSB.

Ir-regolament propost jirrikjedi li d-dettalji tal-SFT jiġu rraportati mhux iktar tard mill-ġurnata tax-xogħol wara l-konklużjoni, il-modifika jew it-terminazzjoni tat-tranżazzjoni. Sabiex tiġi żgurata l-kwalità tad-dejta, u sabiex jiġu żgurati li d-dettalji kollha huma korretti u kompleti, il-BĊE jirrakkomanda li ssir eżaminazzjoni dwar jekk ir-rekwiżiti għar-rapportar addizzjonali u inqas frekwenti tat-tranżazzjonijiet kollha li għadhom ma mmaturawx għandhomx jiġu imposti fuq kontropartijiet. Dawn ir-rekwiżiti ta’ rapportar addizzjonali jimmiraw għat-tnaqqis tal-akkumulazzjoni, matul iż-żmien, tal-iżbalji fid-dettalji tal-SFT irrapportati u jkunu konformi mar-rakkomandazzjoni tal-FSB biex tiġbor stampi regolari tal-bilanċi pendenti (19).

Il-BĊE jirrakkomanda bil-qawwa li l-istandards tekniċi skont ir-regolament propost jirrikjedu li d-dejta rrapportata tinkludi identifikaturi adattati billi jintużaw standards maqbula fuq livell internazzjonali diġà fis-seħħ u li jkunu se joħorġu. L-AETS għandha tagħmel użu minn dawn l-identifikaturi obbligatorji għall-kontropartijiet kollha li jaqgħu fi ħdan l-iskop tar-regolament propost, b’mod partikolari, in-numru internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISIN), l-identifikatur tal-entità ġuridika globali (LEI) u l-identifikatur uniku tal-kummerċ (20).

L-ewwel, l-ISIN, li huwa assenjat lit-titoli u unikament jidentifika ħruġ ta’ titoli, għandu jkun riferut meta strumenti tal-kollateral bla flus kontanti jiġu rrapportati.

It-tieni, biex tiġi żgurata l-konsistenza u biex tipprovdi għodda għal kompilazzjoni adattata tad-dejta, il-partijiet kollha fi tranżazzjonijiet finanzjarji għandhom jiġu identifikati b’kodiċi uniku. Għal dak il-għan, il-BĊE jappoġġja l-użu tas-sistema LEI globali, kif approvata mill-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u l-AETS (21), b’mod li huwa kompatibbli mar-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB (22). Għalkemm is-sistema LEI globali għadha mhijiex qed topera b’mod sħiħ, l-Artikolu 4(8) tar-regolament propost għandu jirreferi għal bżonn li l-LEIs japplikaw fl-istandards tekniċi, b’mod partikolari fid-dawl tal-użu tal-LEIs ta’ qabel skont is-sistema LEI globali interim, li qed tintuża fil-preżent (23). L-użu tas-sistema LEI jew il-LEI ta’ qabel se tiffaċilita l-ġbir tad-dejta u l-aggregazzjoni f’livell globali, b’mod partikolari biex tikkoreġi l-għadd doppju għal tranżazzjonijiet internazzjonali rrapportati f’ġurisdizzjonijiet differenti.

It-tielet, il-BĊE jirrakkomanda bil-qawwa l-iżvilupp mill-AETS tal-identifikatur tal-kummerċ uniku f’livell Ewropew, fin-nuqqas tal-qafas miftiehem f’livell internazzjonali. Dan huwa partikolarment importanti sabiex titqabbel l-informazzjoni fuq l-istess tranżazzjoni rrapportata minn żewġ kontropartijiet jew iktar kif ukoll bħala kundizzjoni neċessarja biex tiżgura l-integrità tal-informazzjoni pprovduta minn kontroparti, per eżempju, biex tevita lakuni u l-għadd doppju.

Huwa importanti wkoll li jiġi żgurat li s-SEBĊ ikollha aċċess tajjeb biex tlesti, informazzjoni granulari li hija standardizzata b’mod sħiħ, miġbura minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet f’formati li jiffaċilitaw l-eżerċizzju tal-kompiti tas-SEBĊ (24). Fejn l-AETS tikkonsidra li huwa meħtieġ u adattat, għandu jkollha l-possibbiltà li tinkludi, fl-abbozzi tal-istandards tekniċi, il-proċeduri biex ir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet jivverifikaw l-kompletezza u l-korrettezza tad-dejta rrapportata lilhom, b’mod partikolari fejn ir-repożitorju tat-tranżazzjonijiet jiskopri informazzjoni nieqsa, inkompleta jew inkonsistenti (25). Dan huwa mingħajr preġudizzju għas-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti li jimponu sanzjonijiet amministrattivi u miżuri fuq kontropartijiet skont il-Kapitolu VIII tar-regolament propost.

Wara l–adozzjoni ta’ dawn l-istandards tekniċi skont il-proċedura fir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 (26), huwa importanti li jiġu aġġornati perjodikament sabiex jirriflettu l-iżviluppi tas-suq b’mod adegwat, biex itejbu l-qafas regolatorju u biex jagħtu effett sħiħ fil-Ġabra Unika tar-Regoli.

L-istandards tekniċi adottati skont leġiżlazzjoni oħra tas-servizzi finanzjarji fl-Unjoni, bħar-Regolament (UE) Nru 648/2012, jista’ jkun hemm bżonn jiġu allinjati mal-istandards tekniċi adottati skont ir-regolament propost. Dan jgħin sabiex inaqqas il-piż tar-rapportar fuq il-kontropartijiet, filwaqt li jiżgura li dawn ir-rapporti effettivament ikollhom id-dettalji rikjesti skont l-Artikolu 4 tar-regolament propost. Dan l-allinjament għandu jfittex li jiżgura l-immonitorjar tal-SFT, b’mod partikolari l-konsistenza tad-dettalji u l-formati tal-SFT irrapportati skont l-Artikolu 4(6) tar-regolament propost.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-24 ta’ Ġunju 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  KUMM(2014) 40 finali.

(2)  Ara “Strengthening Oversight and Regulation of Shadow Banking: Policy Framework for Addressing Shadow Banking Risks in Securities Lending and Repos” (It-Tisħiħ tas-Sorveljanza u r-Regolamentazzjoni tal-Attivitajiet Bankarji Paralleli: Il-Qafas Politiku għall-Indirizzar ta’ Riskji Bankarji Paralleli f’Self ta’ Titoli u Ftehim ta’ Riakkwist) (minn hawn ‘il quddiem “ir-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB”), id-29 ta’ Awwissu 2013, disponibbli fuq il-websajt tal-FSB fuq http://www.financialstabilityboard.org/

(3)  Ara r-Rakkomandazzjonijiet 2 u 3 tar-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB.

(4)  L-Artikolu 2(2) tar-regolament propost jipprovdi biss eżenzjoni suġġettiva għall-membri tas-SEBĊ, il-korpi l-oħra tal-Istati Membri li jaqdu funzjonijiet simili, il-korpi l-oħra tal-Unjoni li huma impenjati fi jew jintervjenu fl-amministrazzjoni tad-dejn pubbliku u l-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali. Kontropartijiet tat-tranżazzjonijiet tal-banek ċentrali tas-SEBĊ mhumiex eżenti b’mod ċar mill-obbligi ta’ rapportar u trasparenza skont l-Artikoli 4, 13, 14 u 15 tar-regolament propost.

(5)  Ara l-Artikolu 343 tat-Trattat u l-Artikolu 29 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ‘il quddiem “l-Istatut tas-SEBĊ”) kif ukoll l-Artikoli 2, 5 u 22 tal-Protokoll dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea.

(6)  Ara l-Emenda 7 fl-Anness għal din l-Opinjoni. Ara l-paragrafu 7.2 tal-Opinjoni CON/2012/21 u l-Artikolu 1(6) sa (8) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq tal-istrumenti finanzjarji u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 84). L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq www.ecb.europa.eu

(7)  Ara l-Emenda 8 fl-Anness għal din l-Opinjoni. Din il-kjarifika tkun konsistenti mal-Artikolu 1(6) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivativi OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1) u l-Artikolu 1(9) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014.

(8)  L-Artikolu 3(7) tar-regolament propost.

(9)  L-Artikolu 15 tar-regolament propost.

(10)  Ara r-Rakkomandazzjoni 7 tar-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB.

(11)  Ara l-Emenda 10 fl-Anness għal din l-Opinjoni. Ara wkoll l-Emendi 2 sa 6, 11 u 16.

(12)  Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 10, Vol. 003, p. 89-96).

(13)  Ara l-Emendi 10 u 19 fl-Anness għal din l-Opinjoni.

(14)  Ara r-Rakkomandazzjoni 7 tar-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB.

(15)  L-Artikolu 5 tal-Istatut tas-SEBĊ.

(16)  Ara l-Opinjoni CON/2011/1.

(17)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1096/2010 tas-17 ta’ Novembru 2010 li jagħti lill-Bank Ċentrali Ewropew kompiti speċifiċi rigward il-funzjonament tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 162).

(18)  Ara l-Emenda 11 fl-Anness għal din l-Opinjoni.

(19)  Ara r-Rakkomandazzjoni 2 tar-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB.

(20)  Ara l-Emenda 12 fl-Anness għal din l-Opinjoni.

(21)  Ara r–Rakkomandazzjoni tal-ABE dwar l-użu tal-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) (ABE/REC/2014/01), 29 ta’ Jannar 2014, disponibbli fuq il-websajt tal-ABE fuq http://www.eba.europa.eu/, u d-dokument tal-Mistoqsijiet u t-Tweġibiet tal-AETS, “Implementation of the Regulation (EU) Nru 648/2012 on OTC derivatives, central counterparties and trade repositories (EMIR)” (“L-Implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (EMIR)” (AETS/2013/1527), 22 ta’ Ottubru 2013, p. 45, disponibbli fuq il-websajt tal- AETS fuq http://www.esma.europa.eu/

(22)  Ara “A Global Legal Entity Identifier for Financial Markets” (“Identifikaturi tal-Identità Ġuridika Globali għas-Swieq Finanzjarji”), 8 ta’ Ġunju 2012, disponibbli fuq il-websajt tal-FSB fuq http://www.financialstabilityboard.org/

(23)  Ara “LEI Regulatory Oversight Committee (ROC): 1st progress note on the Global LEI Initiative” (“Kumitat tas-Sorveljanza Regolatorja tal-LEI (ROC): l-ewwel nota ta’ progress dwar l-Inizjattiva Globali LEI”), 8 ta’ Marzu 2013, disponibbli fuq il-websajt tal- LEI ROC fuq http://www.leiroc.org/. Is-Sistema LEI Globali Interim kienet imnedija f’Jannar 2013, fejn il-LEI ROC aċċetta kull LEI imnedija qabel minn LOU ta’ qabel (Unità Operattiva Lokali) bħala kompatibbli globalment.

(24)  Ara l-Emenda 15 fl-Anness għal din l-Opinjoni.

(25)  Ara l-Emenda 13 fl-Anness għal din l-Opinjoni.

(26)  Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea għat-Titoli u s-Swieq), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).


ANNESS

Proposti għall-abbozzar

Test propost mill-Kummissjoni

Emendi proposti mill-BĊE (1)

Emenda 1

Premessa 9

“Bħala riżultat, l-informazzjoni dwar ir-riskji inerenti fi swieq ta’ finanzjament tat-titoli se tkun maħżuna ċentralment u ser tkun faċilment u direttament aċċessibbli, fost l-oħrajn, għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS), l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, il-BERS u l-banek ċentrali rilevanti tas-sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), għall-għan ta’ identifikazzjoni u monitoraġġ tar-riskji tal-istabbiltà finanzjarja preżentati minn attivitajiet bankarji paralleli ta’ entitajiet irregolati kif ukoll ta’ dawk li mhumiex. L-AETS għandha tqis dawn l-istandards eżistenti stabbilit bl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u li jirregola r-repożitorji tal-kummerċ għal kuntratti dderivati u l-iżvilupp tagħhom fil-ġejjieni meta tfassal jew tipproponi reviżjoni tal-istandards tekniċi regolatorji previsti f’dan ir-Regolament u għandha jkollha l-għan li tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, il-BERS u l-banek ċentrali rilevanti tas-SEBĊ, inkluż il-BĊE, ikollhom aċċess dirett u immedjat għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom.”

“Bħala riżultat, l-informazzjoni dwar ir-riskji inerenti fi swieq ta’ finanzjament tat-titoli se tkun maħżuna ċentralment u ser tkun faċilment u direttament aċċessibbli, fost l-oħrajn, għall-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AETS), l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE), l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA), l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, il-BERS u l-banek ċentrali rilevanti tas-sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ), inkluż il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), għall-għan ta’ identifikazzjoni u monitoraġġ tar-riskji tal-istabbiltà finanzjarja preżentati minn attivitajiet bankarji paralleli ta’ entitajiet irregolati kif ukoll ta’ dawk li mhumiex. L-AETS għandha tqis dawn l-istandards eżistenti stabbiliti bl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 u li jirregola r-repożitorji tal-kummerċ għal kuntratti dderivati u l-iżvilupp tagħhom fil-ġejjieni meta tfassal jew tipproponi reviżjoni tal-istandards tekniċi regolatorji previsti f’dan ir-Regolament u għandha jkollha l-għan li tiżgura li l-awtoritajiet kompetenti rilevanti, il-BERS u l-banek ċentrali rilevanti tas-SEBĊ, inkluż il-BĊE, ikollhom aċċess dirett u immedjat għall-informazzjoni kollha meħtieġa biex iwettqu d-dmirijiet tagħhom, inkluż id-dmirijiet li jiddefinixxu u jimplimentaw il-politika monetarja u li jwettqu sorveljanza tal-infrastrutturi tas-suq finanzjarju.”

Spjegazzjoni

Id-dettalji tat-tranżazzjoni rrapportati lir-repożitorji tat-tranżazzjonijet u, f’ċertu ċirkostanzi, lill-AETS huma vitali biex is-SEBĊ twettaq il-kompiti tagħha. L-użu tad-dettalji għal dak il-għan għandhom jiġu riflessi fit-test tar-regolament propost. Ara l-paragrafu 2.4 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 2

Premessa 17

“Ir-riipotekazzjoni tipprovdi likwidità u tippermetti lill-kontropartijiet jnaqqsu l-ispejjeż tal-finanzjament. Madankollu, din toħloq ktajjen tal-kollateral kumplessi bejn l-attività bankarja tradizzjonali u dik parallela, li joħolqu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. In-nuqqas ta’ trasparenza fuq safejn l-istrumenti finanzjarji pprovduti bħala kollateral ġew riipotekazzjonati u r-riskji rispettivi f’każ ta’ falliment jistgħu jdgħajfu l-kunfidenza f’kontropartijiet u jkabbru r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja.”

Ir-riipotekazzjoni L-użu mill-ġdid jipprovdi likwidità u jippermetti lill-kontropartijiet biex inaqqsu jnaqqsu l-ispejjeż tal-finanzjament. Madankollu, din toħloq ktajjen tal-kollateral kumplessi bejn l-attività bankarja tradizzjonali u dik parallela, li joħolqu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. In-nuqqas ta’ trasparenza fuq safejn l-istrumenti finanzjarji pprovduti bħala kollateral ġew riipotekazzjonati użati mill-ġdid u r-riskji rispettivi f’każ ta’ falliment jistgħu jdgħajfu l-kunfidenza f’kontropartijiet u jkabbru r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja.”

Spjegazzjoni

Din l-emenda tfittex li tiżgura konsistenza mal-introduzzjoni tat-terminu “użu mill-ġdid” fir-regolament propost. Ara l-Emenda 10 u l-paragrafu 2.3 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 3

Premessa 18

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar informazzjoni lejn il-kontropartijiet dwar riipotekazzjoni li m’għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni ta’ regoli settorjali adattata għall-atturi, strutturi u sitwazzjonijiet partikolari. Għalhekk, ir-regoli dwar ir-riipotekazzjoni stipulati f’dan ir-Regolament japplikaw, pereżempju, għal fondi u depożitarji biss sakemm ma jkunx hemm regoli aktar stretti dwar l-użu mill-ġdid previst fil-qafas għal fondi ta’ investiment li jikkostitwixxi lex specialis u li jieħdu l-preċedenza fuq ir-regoli li jinsabu f’dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola li tirrestrinġi l-abbiltà ta’ kontropartijiet biex jipparteċipaw f’riipotekazzjoni ta’ strumenti finanzjarji li huma pprovduti bħala kollateral mill-kontropartijiet jew persuni differenti mill-kontropartijiet.”

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar informazzjoni lejn il-kontropartijiet dwar riipotekazzjoni l-użu mill-ġdid li m’għandhomx jippreġudikaw l-applikazzjoni ta’ regoli settorjali adattata għall-atturi, strutturi u sitwazzjonijiet partikolari. Għalhekk, ir-regoli dwar ir-riipotekazzjoni l-użu mill-ġdid stipulati f’dan ir-Regolament japplikaw, pereżempju, għal fondi u depożitarji biss sakemm ma jkunx hemm regoli aktar stretti dwar l-użu mill-ġdid previst fil-qafas għal fondi ta’ investiment li jikkostitwixxi lex specialis u li jieħdu l-preċedenza fuq ir-regoli li jinsabu f’dan ir-Regolament. B’mod partikolari, dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe regola li tirrestrinġi l-abbiltà ta’ kontropartijiet biex jipparteċipaw f’riipotekazzjoni fl-użu mill-ġdid ta’ strumenti finanzjarji li huma pprovduti bħala kollateral mill-kontropartijiet jew persuni differenti mill-kontropartijiet. Id-definizzjoni tat-terminu ‘użu mill-ġdid’ skont dan ir-Regolament ifittex li jipprovdi allinjament mar-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB. Id-definizzjoni ta’ użu mill-ġdid tinkludi l-kunċett ta’ riipotekazzjoni skont ir-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB, mingħajr preġudizzju għall-bżonn li dan it-terminu jiġi ddefinit għall-finijiet tal-inizjattivi leġiżlattivi futuri tal-UE.”

Spjegazzjoni

Din l-emenda tfittex li tiżgura konsistenza mal-introduzzjoni tat-terminu “użu mill-ġdid” fir-regolament propost. Ara l-Emenda 10 u l-paragrafu 2.3 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 4

Premessa 24

“Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq sabiex tiġi żgurata t-trasparenza ta’ ċerti attivitajiet tas-suq bħal SFT, r-riipotekazzjoni u, fejn xieraq, strutturi oħra ta’ finanzjament u biex jippermettu l-monitoraġġ u l-identifikazzjoni tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja korrispondenti. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-obbjettivvi, segwiti f’konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”

“Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, huwa meħtieġ u xieraq sabiex tiġi żgurata t-trasparenza ta’ ċerti attivitajiet tas-suq bħal SFT, r-riipotekazzjoni l-użu mill-ġdid u, fejn xieraq, strutturi oħra ta’ finanzjament u biex jippermettu l-monitoraġġ u l-identifikazzjoni tar-riskji għall-istabbiltà finanzjarja korrispondenti. Dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi, segwiti f’konformità mal-Artikolu 5(4) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.”

Spjegazzjoni

Din l-emenda tfittex li tiżgura konsistenza mal-introduzzjoni tat-terminu “użu mill-ġdid” fir-regolament propost. Ara l-Emenda 10 u l-paragrafu 2.3 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 5

Artikolu 1

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (SFT), strutturi oħra ta’ finanzjament u riipotekazzjoni.”

“Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli dwar it-trasparenza ta’ tranżazzjonijiet ta’ finanzjament tat-titoli (SFT), strutturi oħra ta’ finanzjament u riipotekazzjoni l-użu mill-ġdid.”

Spjegazzjoni

Din l-emenda tfittex li tiżgura konsistenza mal-introduzzjoni tat-terminu “użu mill-ġdid” fir-regolament propost. Ara l-Emenda 10 u l-paragrafu 2.3 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 6

Artikolu 2(1)(d)

“(d)

kontroparti involuta f’riipotekazzjoni li hija stabbilita:

(1)

fl-Unjoni, inklużi l-fergħat tagħha kollha irrispettivament ta’ fejn ikunu jinsabu;

(2)

f’pajjiż terz, f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(i)

Riipotekazzjoni li ssir waqt l-operazzjonijiet ta’ fergħa tal-UE;

(ii)

ir-riipotekazzjoni tikkonċerna l-istrumenti finanzjarji pprovduti bħala kollateral minn kontroparti stabbilita fl-Unjoni jew ta’ fergħa tal-UE ta’ kontroparti stabbilita f’pajjiż terz.”

“(d)

kontroparti involuta f’riipotekazzjoni fl-użu mill-ġdid li hija stabbilita:

(1)

fl-Unjoni, inklużi l-fergħat tagħha kollha irrispettivament ta’ fejn ikunu jinsabu;

(2)

f’pajjiż terz, f’wieħed mill-każijiet li ġejjin:

(i)

Riipotekazzjoni l-użu mill-ġdid li jsir waqt l-operazzjonijiet ta’ fergħa tal-UE;

(ii)

ir-riipotekazzjoni l-użu mill-ġdid jikkonċerna l-istrumenti finanzjarji pprovduti bħala kollateral minn kontroparti stabbilita fl-Unjoni jew ta’ fergħa tal-UE ta’ kontroparti stabbilita f’pajjiż terz.”

Spjegazzjoni

Din l-emenda tfittex li tiżgura konsistenza mal-introduzzjoni tat-terminu “użu mill-ġdid” fir-regolament propost. Ara l-Emenda 10 u l-paragrafu 2.3 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 7

Artikolu 2(2a)

L-ebda test

Dan ir-Regolament m’għandux japplika għal tranżazzjonijiet li tagħhom korpi mniżżla fil-paragrafu 2 huma kontroparti.”

Spjegazzjoni

L-eżenzjoni suġġettiva tal-membri tas-SEBĊ mill-applikazzjoni tar-regolament propost mhijiex suffiċjenti biex tiżgura li t-tranżazzjonijiet li tagħhom membri tas-SEBĊ huma kontroparti huma wkoll eżenti mill-obbligi ta’ rapportar u trasparenza. Għalhekk dan is-subparagrafu ġdid huwa neċessarju. Ara l-paragrafu 2.1 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 8

Artikolu 2(3)

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex temenda l-lista stabbilita fil-paragrafu 2 ta’dan l-Artikolu.”

“Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati f’konformità mal-Artikolu 27 biex temenda l-lista stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u b’mod partikolari biex testendi l-iskop tal-paragrafu 2 lill-banek ċentrali tal-pajjiżi terzi.

Għal dak il-għan, sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-regolament] il-Kummissjoni tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill li jeżamina t-trattament tat-tranżazzjonijiet mill-banek ċentrali tal-pajjiżi terzi skont dan ir-Regolament, li għandu:

(a)

jidentifika d-dispożizzjonijiet applikabbli fil-pajjiżi terzi relevanti dwar id-divulgazzjoni regolatorja tat-tranżazzjonijiet tal-banek ċentrali, inkluż it-tranżazzjonijiet meħuda mill-membri tas-SEBĊ f’dawk il-pajjiżi terzi, u

(b)

jeżamina l-impatt potenzjali li r-rekwiżiti tad-divulgazzjoni regolatorja fl-Unjoni jista’ jkollhom fuq tranżazzjonijiet tal-bank ċentrali ta’ pajjiż terz.

Jekk ir-rapport jikkonkludi li l-eżenzjoni li tinsab fil-paragrafu 2 hija neċessarja fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fejn il-kontroparti huwa bank ċentrali ta’ pajjiż terz li qed iwettaq politika monetarja, operazzjonijiet ta’ kambju barrani u dawk ta’ stabbiltà finanzjarja, il-Kummissjoni trid tipprovdi li l-eżenzjoni tapplika għal dak il-bank ċentrali tal-pajjiż terz.”

Spjegazzjoni

Din il-proposta għall-abbozzar għandha l-għan li tiżgura konsistenza mal-Artikolu 1(9) tar-Regolament (UE) Nru 600/2014. Ara paragrafu 2.2 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 9

Artikolu 3(6), it–tielet inċiż

“‘tranżazzjoni ta’ finanzjament tat-titoli (SFT)’ tfisser:

(…)

kwalunkwe tranżazzjoni li jkollha l-istess effett ekonomiku u li tippreżenta riskji simili, b’mod partikolari tranżazzjoni ta’ xiri-bejgħ lura jew bejgħ lura;”

“‘tranżazzjoni ta’ finanzjament tat-titoli (SFT)’ tfisser:

(…)

kwalunkwe tranżazzjoni li jkollha l-istess effett ekonomiku u li tippreżenta riskji simili, b’mod partikolari tranżazzjoni ta’ xiri-bejgħ lura jew xiri-bejgħ lura jew tranżazzjoni ta’ swap kollaterali;”

Spjegazzjoni

Id-definizzjoni ta’ SFT għandha tiġi estiża biex tkopri trasferimenti oħra ta’ kollateral bejn il-kontropartijiet. Dan jiffaċilita r-rapportar u l-immonitorjar ta’ dawn it-tranżazzjonijiet skont l-Artikolu 4 tar-regolament propost, li huwa importanti minn perspettiva makro-prudenzjali, billi dawn it-tranżazzjonijiet jistgħu jikkontribwixxu fl-akkumulazzjoni tar-riskju sistemiku.

Emenda 10

Artikolu 3(7)

“‘riipotekazzjoni’ tfisser l-użu minn kontroparti riċevitur ta’ strumenti finanzjarji rċevuti bħala kollateral f’isimha stess u għan-nom tagħha stess jew f’isem kontraparti oħra;”

“‘riipotekazzjoni l-użu mill-ġdid’ tfisser l-użu minn kontroparti riċevitur ta’ strumenti finanzjarji rċevuti bħala kollateral f’isimha stess u għan-nom tagħha stess jew f’isem kontraparti oħra;”

Spjegazzjoni

Din il-proposta għall-abbozzar tfittex li tirrifletti li din id-definizzjoni wiesgħa hija konsistenti mat-terminuużu mill-ġdid” skont ir-Rakkomandazzjonijiet tal-FSB. Ara l-paragrafu 2.3 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 11

Artikolu 4(7)

“Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tagħha, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji għat-tipi differenti ta’ SFT li għall-inqas għandu jispeċifika:

(a)

il-partijiet għall-SFT u, meta jkunu differenti, il-benefiċjarju tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minnu;

(b)

l-ammont prinċipali, il-munita, it-tip, il-kwalità u l-valur tal-kollateral, il-metodu użat għall-provvediment tal-kollateral, fejn huwa disponibbli għal riipotekazzjoni, jekk ġie riipotekat, kull sostitut tal-kollateral, ir-rata ta’ xiri mill-ġdid jew ħlas ta’ self, il-kontroparti, il-haircut, id-data ta’ valur, id-data tal-maturità u l-ewwel data eżerċitabbli.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

“Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali (SEBĊ) u filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tagħha, għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji għat-tipi differenti ta’ SFT li għall-inqas għandu jispeċifika:

(a)

il-partijiet għall-SFT u, meta jkunu differenti, il-benefiċjarju tad-drittijiet u l-obbligi li jirriżultaw minnu;

(b)

l-assi individwali li qed jintużaw bħala kollateral jew suġġetti għal tranżazzjonijiet ta’ għoti jew teħid b’self, inkluż, kif xieraq, assi individwali fejn it-tranżazzjonijiet huma kkollateralizzati minn ġabra ta’ assi. L-istandards tekniċi għandhom iqisu l-karattri speċifiċi tekniċi tagħhom tal-ġabra tal-assi sabiex jiffaċilitaw ir-rapportar.

(c)

l-ammont prinċipali, il-munita, it-tip, il-kwalità u l-valur tal- assi individwali użati bħala kollateral, il-metodu użat għall-provvediment tal-kollateral, fejn huwa disponibbli għal riipotekazzjoni għall-użu mill-ġdid, jekk ġie riipotekat użat mill-ġdid, kull sostitut tal-kollateral, ir-rata ta’ xiri mill-ġdid jew ħlas ta’ self, il-kontroparti, il-haircut, id-data ta’ valur, id-data tal-maturità u l-ewwel data eżerċitabbli, u segment tas-suq. L-istandards tekniċi għandhom iqisu l-karattri speċifiċi tekniċi tagħhom tal-ġabra tal-assi sabiex jiffaċilitaw ir-rapportar.

Fl-iżvilupp ta’ dawn l-istandards tekniċi, l-AETS għandha tieħu kont tal-iżviluppi u l-istandards miftiehma fuq livell internazzjonali.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

Spjegazzjoni

Sabiex jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ standardizzazzjoni u biex jiġi ffaċilitat l-użu ta’ din l-informazzjoni għall-kompiti tas-SEBĊ, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti b’mod ċar id-dettalji għat-tipi differenti ta’ SFT li jridu jiġu rrapportati lir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, filwaqt li jittieħed kont tal-iżviluppi u l-istandards internazzjonali miftiehma fuq livell internazzjonali. L-istandards tekniċi għandhom jiżguraw rapportar komprensiv tal-kollateral, inkluż dettalji ta’ assi individwali, fejn it-tranżazzjonijiet huma kkollateralizzati minn ġabra ta’ assi, bħal, per eżempju, fuq bażi ta’ portafoll jew permezz ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-kollateral bi tliet partijiet. L-istandards tekniċi għandhom jieħdu kont tal-karattri speċifiċi tekniċi ta’ din il-ġabra tal-assi u n-natura dinamika tagħhom, filwaqt li jaġġustaw ir-rekwiżiti ta’ rapportar bl-istess mod. Ara l-paragrafu 2.4 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 12

Artikolu 4(8)

“Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-AETS għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tagħha, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format u l-frekwenza tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għat-tipi differenti ta’ SFT;

l-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

“Sabiex tiżgura kundizzjonijiet uniformi ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1, l-AETS għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u filwaqt li tqis il-ħtiġijiet tagħha, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jispeċifikaw il-format u l-frekwenza tar-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għat-tipi differenti ta’ SFT;

Fl-iżvilupp ta’ dawn l-istandards tekniċi, l-AETS għandha tieħu kont tal-iżviluppi u l-istandards miftiehma fuq livell internazzjonali. B’mod partikolari l-format tar-rapporti għandu jinkludi, inter alia, l-istandards internazzjonali li ġejjin jew standards ekwivalenti oħra żviluppati maż-żmien:

(a)

identifikaturi tal-identità ġuridika globali (LEIs) jew, fuq bażi interim, LEIs ta’ qabel;

(b)

numri internazzjonali għall-identifikazzjoni tat-titoli (ISINs);

(c)

identifikatur uniku tal-kummerċ għal kull tranżazzjoni.

L-AETS, f’kooperazzjoni mill-qrib mas-SEBĊ u b’konsultazzjoni mal-parteċipanti fis-suq, trid tiddetermina l-kundizzjonijiet li fuqhom l-identifikaturi uniċi tal-kummerċ huma żviluppati, attribwiti u miżmuma, u fejn neċessarju jittieħed kont tal-iżviluppi internazzjonali.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni tar-Regolament].

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

Spjegazzjoni

Sabiex jiġi żgurat livell suffiċjenti ta’ standardizzazzjoni u biex jiffaċilitaw l-użu ta’ din l-informazzjoni għal kompiti tas-SEBĊ, huwa neċessarju li jiġu speċifikati b’mod ċar numru ta’ aspetti tal-kontenut u l-format tar-rapporti għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, billi jittieħed kont ta’ identifikaturi internazzjonali, bħal LEIs globali u ISINs sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu tranżazzjonijiet dettaljati bl-attribwiti neċessarja tad-dejta u f’formati adattati ta’ trażmissjoni. Barra dan, l-AETS għandha tingħata l-kompitu biex tiżviluppa identifikatur uniku tal-kummerċ f’livell Ewropew, fin-nuqqas tal-qafas miftiehem f’livell internazzjonali. Ara l-paragrafu 2.4 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 13

Artikolu 5(6)

“L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

“L-AETS għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw id-dettalji tal-applikazzjoni għar-reġistrazzjoni msemmija fil-paragrafu 4.

L-istandards tekniċi jistgħu jispeċifikaw il-proċeduri li jridu jiġu applikati mir-repożitorji tat-tranżazzjonijiet sabiex tiġi vverifikata l-kompletezza u l-korrettezza tad-dettalji rrapportati lilhom skont l-Artikolu 4(1), fejn l-AETS tikkonsidra dawn il-proċeduri bħala neċessarji biex jiżguraw konformità ma’ dan ir-Regolament.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

Spjegazzjoni

L-AETS għandu jkollha l-possibbiltà li tiddefinixxi l-proċeduri għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet biex tivverifika l-kompletezza u l-korrettezza tad-dejta rrapportata lilhom skont l-Artikolu 4(1) tar-regolament propost, jekk l-AETS tikkonsidraha bħala neċessarja u xierqa. Ara l-paragrafu 2.4 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 14

Artikolu 12(2)

“Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jiġbor u jżomm id-dettalji ta’ SFT u għandu jiżgura li l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) jkollhom aċċess dirett u immedjat għal dawn id-dettalji biex jippermettulhom li jwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom.”

“Repożitorju tat-tranżazzjonijiet għandu jiġbor u jżomm id-dettalji ta’ SFT u għandu jiżgura li l-entitajiet imsemmija fl-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012, inkluż il-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, l-Awtorità Bankarja Ewropea (ABE) u l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) jkollhom aċċess dirett u immedjat għal dawn id-dettalji biex jippermettulhom li jwettqu r-responsabbiltajiet u l-mandati rispettivi tagħhom.”

Spjegazzjoni

L-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jinkludi l-“membri relevanti tas-SEBĊ”. Filwaqt li l-BĊE jiġi kopert minn dan it-terminu, għall-finijiet taċ-ċertezza legali, referenza espliċita għandha ssir għar-rwol tal-BĊE fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku (MSU).

Emenda 15

Artikolu 12(3)

“Sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib tas-SEBĊ u filwaqt li tqis il-bżonnijiet tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)

Il-frekwenza u d-dettalji dwar il-pożizzjonijiet aggregati msemmija fil-paragrafu 1 u d-dettalji tal-SFT msemmija fil-paragrafu 2;

(b)

l-istandards operattivi meħtieġa għall-aggregazzjoni u t-tqabbil tad-dejta minn repożitorju għall-ieħor.

(c)

Id-dettalji tal-informazzjoni li l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 ikollhom aċċess għalihom.

Dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji għandu jkollhom l-għan li jiggarantixxu li l-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 ma tkun kapaċi tidentifika l-ebda parti tal-ebda SFT.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

“Sabiex tiżgura applikazzjoni konsistenti ta’ dan l-Artikolu, l-AETS għandha, b’kooperazzjoni mill-qrib tas-SEBĊ u filwaqt li tqis il-bżonnijiet tal-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2, tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw:

(a)

Il-frekwenza u d-dettalji dwar il-pożizzjonijiet aggregati msemmija fil-paragrafu 1 u d-dettalji tal-SFT msemmija fil-paragrafu 2;

(b)

l-istandards operattivi meħtieġa għall-kompilazzjoni, l-aggregazzjoni u t-tqabbil tad-dejta minn repożitorju għall-ieħor b’mod awtomatiku sħiħ;

(c)

id-dettalji tal-informazzjoni li l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 2 ikollhom aċċess għalihom, billi jittieħed kont tal-bżonn li jkun hemm aċċess għal dejta granulari u kompleta fil-formats standardizzati.

Dawk l-abbozzi tal-istandards tekniċi regolatorji għandu jkollhom l-għan li jiggarantixxu li l-informazzjoni ppubblikata skont il-paragrafu 1 ma tkun kapaċi tidentifika l-ebda parti tal-ebda SFT.

L-AETS għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sa [12-il xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament].

Il-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010.”

Spjegazzjoni

Sabiex twettaq il-kompiti tas-SEBĊ u sabiex timmonitorja s-swieq finanzjarji u l-attivitajiet finanzjarji, is-SEBĊ trid tiġbor informazzjoni statistika ta’ kwalità għolja. Għalhekk, l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji iridu jiżguraw li l-informazzjoni pprovduta minn repożitorji tat-tranżazzjonijiet lill-membri tas-SEBĊ hija kompleta, granulari, u aċċessibbli f’format standardizzat mir-repożitorji kollha tat-tranżazzjonijiet. Ara l-paragrafu 2.4 ta’ din l-Opinjoni.

Emenda 16

Artikolu 15

“Kapitolu V

It-trasparenza tar-riipotekazzjoni

Artikolu 15

Ir-riipotekazzjoni ta’ strumenti finanzjarji riċevuta bħala kollateral

1.

Il-kontropartijiet għandhom ikollhom id-dritt ta’ riipotekazzjoni fejn mill-inqas jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kontroparti li tforni ġiet debitament infurmata bil-miktub mill-kontroparti li tirċievi bir-riskji li jistgħu jkunu involuti fl-għoti ta’ kunsens kif imsemmi fil-punt (b) b’mod partikolari r-riskji potenzjali f’każ ta’ inadempjenza ta’ kontroparti li tirċievi;

(b)

Kontroparti li tipprovdi tat il-kunsens espress tagħha minn qabel bħala xhieda bl-iffirmar tal-kontroparti li tipprovdi għal ftehim bil-miktub jew mekkaniżmu alternattiv ekwivalenti.

2.

Il-kontropartijiet għandhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal riipotekazzjoni fejn mill-inqas jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ir-riipotekazzjoni titwettaq skont it-termini speċifikati fil-ftehim bil-miktub imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1;

(b)

l-istrumenti finanzjarji rċevuti bħala kollateral huma trasferiti f’kont miftuħ f’isem kontroparti li tirċievi.

3.

Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni settorjali aktar stretta, b’mod partikolari tad-Direttiva 2011/61/UE u 2009/65/KE.”

“Kapitolu V

It-trasparenza tar-riipotekazzjoni tal-użu mill-ġdid

Artikolu 15

Ir-riipotekazzjoni L-użu mill-ġdid ta’ strumenti finanzjarji riċevuti bħala kollateral

1.

Il-kontropartijiet għandhom ikollhom id-dritt ta’ riipotekazzjoni użu mill-ġdid fejn mill-inqas jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

il-kontroparti li tforni ġiet debitament infurmata bil-miktub mill-kontroparti li tirċievi bir-riskji li jistgħu jkunu involuti fl-għoti ta’ kunsens kif imsemmi fil-punt (b) b’mod partikolari r-riskji potenzjali f’każ ta’ inadempjenza ta’ kontroparti li tirċievi;

(b)

Kontroparti li tipprovdi tat il-kunsens espress tagħha minn qabel bħala xhieda bl-iffirmar tal-kontroparti li tipprovdi għal ftehim bil-miktub, jew għal mekkaniżmu alternattiv ekwivalenti jew għal arranġament kollaterali finanzjarju dwar trasferiment ta’ titolu kif definit fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2002/47/KE.

2.

Il-kontropartijiet għandhom jeżerċitaw id-dritt tagħhom għal riipotekazzjoni użu mill-ġdid fejn mill-inqas jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a)

ir-riipotekazzjoni l-użu mill-ġdid jitwettaq skont it-termini speċifikati fil-ftehim bil-miktub imsemmija fil-punt (b) tal-paragrafu 1;

(b)

l-istrumenti finanzjarji rċevuti bħala kollateral huma trasferiti f’kont miftuħ f’isem kontroparti li tirċievi.

3.

Dan l-Artikolu huwa mingħajr preġudizzju għal leġiżlazzjoni settorjali aktar stretta, b’mod partikolari tad-Direttiva 2011/61/UE u 2009/65/KE.”

Spjegazzjoni

Din l-emenda tfittex li tiżgura konsistenza mal-introduzzjoni tat-terminu “użu mill-ġdid” fir-regolament propost. Ara l-Emenda 10 u l-paragrafu 2.3 tal-Opinjoni.

Emenda 17

Artikolu 17(2)

“L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 16 u l-AETS għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-membri rilevanti tas-SEBĊ fejn rilevanti għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 4.”

“L-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 16 u l-AETS għandhom jikkooperaw mill-qrib mal-membri rilevanti tas-SEBĊ, inkluż il-BĊE fit-twettiq tal-kompiti tiegħu fi ħdan il-mekkaniżmu superviżorju uniku skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013, fejn rilevanti għall-eżerċizzju tad-dmirijiet tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 4.”

Spjegazzjoni

L-Artikolu 81(3) tar-Regolament (UE) Nru 648/2012 jinkludi l-“membri relevanti tas-SEBĊ”. Filwaqt li l-BĊE jiġi kopert minn dan it-terminu, għall-finijiet taċ-ċertezza legali, referenza espliċita għandha ssir għar-rwol tal-BĊE fi ħdan il-MSU.

Emenda 18

Artikolu 20(4)(d)

“l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw mill-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin u miżuri oħra f’każ ta’ ksur imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(…)

(d)

l-irtirar jew is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni;”

“l-Istati Membri għandhom, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex japplikaw mill-inqas is-sanzjonijiet amministrattivi li ġejjin u miżuri oħra f’każ ta’ ksur imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu:

(…)

(d)

l-irtirar jew is-sospensjoni tal-awtorizzazzjoni tal-kontropartijiet, barra mill-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont id-Direttiva 2013/36/UE;

(da)

l-irtirar tal-awtorizzazzjoni. Din is-setgħa tiġi suġġetta għall-kompetenza esklussiva tal-BĊE biex tirtira l-awtorizzazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikolu 4(1)(a) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013;”

Spjegazzjoni

Il-BĊE huwa esklussivament kompetenti biex jirtira l-awtorizzazzjonijiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont l-Artikoli 4(1)(a) u 14(5) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013. Għalhekk, ir-regolament propost irid jagħmilha ċara li l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu stabbiliti fl-Istati Membri parteċipanti hija suġġetta għal kompetenza esklussiva tal-BĊE. Barra dan, sabiex jiżguraw il-funzjonament proprju u l-integrità tal-MSU, l-awtoritajiet kompetenti m’għandhomx jiġu fdati bis-setgħa li jissospendu l-awtorizzazzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu skont ir-regolament propost.

Emenda 19

Artikolu 20(5)

“Il-ksur tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 4 m’għandux jaffettwa l-validità tat-termini ta’ SFT jew il-possibbiltà tal-partijiet biex jinfurzaw it-termini ta’ SFT. Ksur tar-regoli definit skont l-Artikolu 4’ m’għandux iwassal għal kumpens ta’ drittijiet minn parti għal SFT.”

“Il-ksur tar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 4 jew l-Artikolu 15 m’għandux jaffettwa l-validità tat-termini ta’ SFT jew il-possibbiltà tal-partijiet biex jinfurzaw it-termini ta’ SFT. Ksur tar-regoli definit skont l-Artikolu 4 m’għandux iwassal għal kumpens ta’ drittijiet minn parti għal SFT.”

Spjegazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li l-obbligi ta’ trasparenza kuntrattwali skont ir-regolament propost ma joħolqux bi żvista riskji ta’ stabbiltà finanzjarja fil-ktajjen tal-kollateral, għandu jkun ċar illi l-ksur tal-obbligi ta’ trasparenza skont l-Artikolu 15 ma jaffettwax il-validità jew l-eżegwibbiltà tal-SFT. Ara l-paragrafu 2.3 ta’ din l-Opinjoni.


(1)  It-tipa skura fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE jipproponi li jiddaħħal test ġdid. L-ingassar fil-korp tat-test jindika fejn il-BĊE jipproponi t-tħassir ta’ test.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/20


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Il-25 ta’ Settembru 2014

(2014/C 336/05)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,2712

JPY

Yen Ġappuniż

138,88

DKK

Krona Daniża

7,4433

GBP

Lira Sterlina

0,78040

SEK

Krona Żvediża

9,1836

CHF

Frank Żvizzeru

1,2076

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1450

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,572

HUF

Forint Ungeriż

310,54

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1771

RON

Leu Rumen

4,4000

TRY

Lira Turka

2,8684

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4432

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4136

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

9,8564

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6006

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6152

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 325,85

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,2561

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

7,8016

HRK

Kuna Kroata

7,6246

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 244,83

MYR

Ringgit Malażjan

4,1433

PHP

Peso Filippin

56,965

RUB

Rouble Russu

48,9520

THB

Baht Tajlandiż

41,083

BRL

Real Brażiljan

3,0551

MXN

Peso Messikan

16,9832

INR

Rupi Indjan

78,0873


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/21


Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2014/C 336/06)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Id-data u l-ħin tal-għeluq

28.8.2014

It-tul ta’ żmien

28.8.2014–31.12.2014

L-Istat Membru

L-Irlanda

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

GHL/2A-C46

Speċi

Ħalibatt tal-Groenlandja (Reinhardtius hippoglossoides)

Iż-żona

L-ilmijiet tal-Unjoni taż-żoni IIa u IV; l-ilmijiet tal-Unjoni u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni Vb u VI

It-tip/it-tipi ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta’ referenza

32/TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/21


Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2014/C 336/07)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Id-data u l-ħin tal-għeluq

28.8.2014

It-tul ta’ żmien

28.8.2014–31.12.2014

L-Istat Membru

L-Irlanda

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

PCR/N1GRN

L-ispeċi

Is-snow crab (Chionoecetes spp.)

Iż-żona

L-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żona NAFO 1

It-tip/tipi ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta’ referenza

33/TQ43


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/22


Informazzjoni li taw l-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2014/C 336/08)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif stipulat fit-tabella ta’ hawn taħt:

Id-data u l-ħin tal-għeluq

28.8.2014

It-tul ta’ żmien

28.8.2014–31.12.2014

L-Istat Membru

L-Irlanda

L-istokk jew l-Grupp ta’ stokkijiet

ALF/3X14-

L-Ispeċi

L-alfonsinos (Beryx spp.)

Iż-żona

L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali tat-III, IV, V, VI, VII, VIII, IX, X, XII u XIV

it-tip/tipi ta’ bastimenti tas-sajd

In-numru ta’ referenza

34/DSS


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/23


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni għal reġistrazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2014/C 336/09)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt ta’ oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“PECORINO DELLE BALZE VOLTERRANE”

Nru tal-KE: IT-PDO-0005-01166 — 22.10.2013

IĠP ( ) DOP ( X )

1.   Isem

“Pecorino delle Balze Volterrane”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

L-Italja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.3. Ġobnijiet

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt 1

Il-“Pecorino delle Balze Volterrane” huwa ġobon magħmul esklużivament minn tames veġetali u ħalib sħiħ tan-nagħaġ mhux ipproċessat li jiġi minn bhejjem fiż-żona ġeografika u jinqasam f’erba’ kategoriji differenti, skont iż-żmien ta’ maturazzjoni: “il-frisk”, li jkollu minn sebat ijiem sa 44 jum; “is-semimatur”, minn 45 jum sa sitt xhur ta’ maturazzjoni; “matur”, minn sitt xhur sa 12-il xahar ta’ maturazzjoni; “ekstra matur”, iktar minn 12-il xahar ta’ maturazzjoni. Barra minn hekk, meta jiġi rilaxxat għal konsum, il-“Pecorino delle Balze Volterrane”, ikollu dawn il-karatteristiċi:

Karatteristiċi fiżiċi: Forma: ċilindrika bl-uċuħ ċatti u l-ġnub jew dritti jew ftit imqabbża “l barra. Dijametru tal-uċuħ: minn għaxar sa 20 cm. Għoli tal-ġnub: minn ħames sa 15-il cm. Piż: minn 600 g sa żewġ Kg, għall-pecorino ‘frisk’, ‘semimatur’ u ‘matur’, filwaqt li l-pecorino ‘ekstra matur’ jiżen sa seba” Kg.

Karatteristiċi kimiċi: Xaħam fuq il-materja niexfa: > 45 %; Proteini (Nx6,25): > 20 %

Karatteristiċi organolettiċi: Qoxra: lewn li jvarja minn isfar qamħet il-lewn għal isfar skur. Wara li jiġi ttrattat biż-żejt taż-żebbuġa u l-irmid isir ta’ lewn griż; Konsistenza: struttura magħquda li titfarrak mill-inqas u li tista’ tifforma xi toqob “l hawn u ‘l hemm. Malli jinqatal-lewn ivarja bejn abjad għat-tip “frisk” għal qamħet il-lewn xi ftit jew wisq fl-iskur fit-tip “semimatur”, “matur” u “ekstramatur”; Riħa: persistenti li tfakkrek fil-ħalib u l-kardun salvaġġ, bi ħjiel ta’ ħxejjex aromatiċi u fjur isfar; Togħma: fil-bidu jintiegħem ħelu, bi ħjiel ta’ ħalib u ta’ fjur u kardun fil-bogħod; togħma ta’ wara li tibqa’ fit-tul u persistenti li tixbah lil dik tal-uċuħ friski tar-raba”; nota finali xi ftit taħraq, u din issir iktar qawwija skont iż-żmien ta’ maturazzjoni, flimkien ma’ intensità ta’ togħma strinġenti fit-tip “matur” u “ekstra matur”.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

Ħalib: tan-nagħaġ, mhux ipproċessat u sħiħ, magħmul minn bhejjem tar-razza Sarda mrobbija bis-sistema ta’ kważi ambjent naturali.

Tames: veġetali meħud mill-fjur tal-kardun jew tal-qaqoċċ salvaġġ (Cynaria cardunculus).

Melħ: fin.

3.4.   Għalf (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

Tal-inqas żewġ terzi tat-tmigħ ġenerali ta’ kuljum tan-nagħaġ isir mir-ragħa fiż-żona ġeografika tal-oriġini. L-għalf ippreżervat u ċ-ċereali li fihom qmugħ (xgħir, ħafur, ful) jintgħalfu fi kwantitajiet li jvarjaw minn 100 g/ir-ras/kuljum sa 800 g/ir-ras/kuljum skont iż-żmien tas-sena, bl-akbar kwantitajiet fix-xhur tax-xitwa u l-inqas fix-xhur tas-sajf. In-nagħaġ ma jistgħux jintgħalfu bi prodotti ġenetikament modifikati (OMĠ).

3.5.   Fażijiet speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika definita

It-trobbija tal-bhejjem, il-proċess li bih isir il-ġobon u l-maturazzjoni huma l-fażijiet tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fl-ambitu taż-żona ta’ produzzjoni.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

Meta jiġi rilaxxat għall-konsum, barra mil-lowgo tal-prodott u s-simbolu tal-Unjoni, il-prodott għandu tikketta li titwaħħal fuq wiċċ minnhom bl-indikazzjoni li ġejja miktuba b’ittri ċari u li jinqraw sewwa:

“Pecorino delle Balze Volterrane”; u warajha, bil-kelmiet sħaħ “Denominazione di Origine Protetta”; jew fil-qosor (DOP),

it-tip ta’ maturazzjoni (“frisk”, “semimatur”, “matur” jew “ekstra matur”),

l-isem, l-isem tal-kumpanija, l-indirizz tal-impriża tal-produzzjoni, tal-maturazzjoni u tal-ippakketjar.

Il-prodott jista’ jinbiegħ inkartat minn qabel, jew ippakkjat mingħajr arja, sħiħ u/jew f’porzjonijiet. Biex minħabba l-qsim f’porzjonijiet il-prodott ma jitlifx l-identità tiegħu, il-kliem “Pecorino delle Balze Volterrane” irid jidher fuq it-tikketta b’mod alternat mal-lowgo tal-prodott b’ripetizzjoni ta’ mill-linqas erba’ darbiet (b’distanza ta’ 90° minn xulxin). Ma tista’ tiżdied l-ebda kwalifikazzjoni li ma tkunx espressament prevista.

Iżda l-użu ta’ ismijiet, ismijiet ta’ kumpaniji u marki privati huwa permess, bil-kundizzjoni li ma jkunx fihom xi element ta’ tifħir jew li ma jagħtux lok għat-tqarriq tal-konsumatur, u huma permessi wkoll referenzi veri u ddokumentati li huma kompatibbli mal-leġiżlazzjoni fis-seħħ. Kif jidher fl-istampa hawn taħt, il-lowgo tal-prodott huwa magħmul minn ċirku li fiċ-ċentru tiegħu għandu figura stilizzata ta’ qaqoċċa salvaġġa (kardun) u żewġ linji kkurvati li jiffurmaw l-ittra “V”, il-weraq tal-qaqoċċa salvaġġa u l-profil ta’ żewġ għoljiet li jidhru fuq l-isfond bis-sema fuqhom. Fuq ġewwa taċ-ċirku jidher il-kliem “Pecorino delle Balze Volterrane”. Il-lowgo bħala tip jista’ jiġi adattat skont il-varjetà tal-prodott.

Image

4.   Deskrizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika ddefinita

Iż-żona ta’ trobbija tan-nagħaġ u tal-produzzjoni u l-maturazzjoni tal-“Pecorino delle Balze Volterrane” tinsab esklużivament fit-territorju tal-Komuni ta’ Volterra, Pomarance, Montecatini Val di Cecina, Castelnuovo Val di Cecina, Monteverdi, li kollha jinsabu fil-provinċja ta’ Pisa.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

It-territorju ta’ produzzjoni li jinsab lejn il-konfini tax-xlokk tal-Provinċja ta’ Pisa jinfirex bejn il-widien tax-xmara Era (fit-Tramuntana) u Cecina (fin-Nofsinhar). Minħabba l-pożizzjoni interna tagħha li mhix wisq il-bogħod mill-baħar, din iż-żona għandha klima sublitorali bix-xhur tax-xita fil-ħarifa u fir-rebbiegħa. Il-ġeoloġija taż-żona hija varjata ħafna minħabba l-erożjoni qawwija kkawżata mit-temp flimkien ma’ attività għal żmien twil min-naħa tal-bniedem (deforestazzjoni, art użata għar-ragħa); dan wassal għall-formazzjoni ta’ biancane (koppli żgħar taflija forma ta’ isdra), calanchi (sensiela ta’ widien żgħar u weqfin wieħed ma’ ġenb l-ieħor f’forma ta’ ngħala) u balze (dagħbien enormi maħluq mill-erożjoni tax-xita). F’dan l-ambjent il-veġetazzjoni hija soġġetta għal għażla kbira. Il-forma u l-istruttura raffa tas-sostrat, il-mobilità u l-ebusija tiegħu, in-nuqqas ta’ kontenut ta’ materjal organiku, il-kwantità kbira ta’ mluħa u l-ġranet twal ta’ bla xita joħolqu għażla ta’ veġetazzjoni li tiflaħ l-imluħa u għandha mezzi ta’ adattament partikolari. Il-quċċati tal-widien u l-ħniek huma mimlija mergħat, fiż-żoni taflija s-silla tinsab kullimkien bi fjuritha, u fil-qiegħ tal-widien ix-xtieli li jifilħu l-ilmijiet qiegħda. Is-sagħtar u xtieli oħra tar-ragħa bħalma huwa l-ġummar li jfewwaħ jinsabu kullimkien. Iżda qabel kollox “jikber spontanju u jkattar” (Amerighi, 1973) il-kardun salvaġġ. Li l-ħalib mhux ipproċessat jinħadem direttament fil-maħleb biswiet il-bini fejn jinżammu l-bhejjem huwa daqstant parti mill-oriġini tal-karattru artiġjanali ta’ din l-attività. Bis-saħħa tal-forza tax-xogħol lokali u l-użu ta’ tekniki antiki, kien possibbli li jkun żgurat li t-tradizzjoni tkompli u dan wassal biex jinżammu livelli għoljin ta’ speċjalizzazzjoni marbuta neċessarjament ma’ riżorsi umani li diffiċli jinsabu f’żoni oħra.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

L-ispeċifiċità tal-“Pecorino delle Balze volterrane” ġejja l-ewwel nett mill-mod partikolari tal-metodu ta’ produzzjoni msejjes fuq l-użu tat-tames miksub mill-fjuri tal-pjanta tal-kardun li tinsab fi kwantità kbira fiż-żona. Dan l-aspett u l-forma u l-istruttura tal-mergħat huma l-fatturi li jiddeterminaw id-differenza minn ġobnijiet oħra miksuba mill-ħalib tan-nagħaġ l-aktar fir-rigward tal-karatteristiċi organolettiċi. B’mod speċifiku, li għandu partikolari hija t-togħma ħelwa tiegħu li ma tistennihiex minn ġobon tan-nagħaġ, u anki r-riħa, li ġejja mill-kardun kif ukoll mill-ħxejjex u l-fjur tal-post, u minħabba t-temperatura baxxa (< 40 °C) li biha jiġi prodott l-essenzi aromatiċi ma jintilfux u huma karatteristiċi tal-prodott aħħari.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristiċi oħra tal-prodott (għall-IĠP).

Il-klima taż-żona u l-formazzjoni ġeoloġika jinkoraġġixxu l-iżvilupp ta’ ħxejjex lokali li jipprovdu s-sors ta’ għalf ewlieni tan-nagħaġ huma u jirgħu u li jipproduċu fil-ħalib dawk l-aromi volatili li jikkaratterizzaw il-kwalitajiet organolettiċi tal-ġobon. L-ambjent huwa wkoll kruċjali biex jinkiseb it-tip partikolari ta’ tames li ġej mill-kardun salvaġġ u dan jirrappreżenta waħda mill-karatteristiċi prinċipali tal-“Pecorino delle Balze Volterrane”.

Barra minn hekk l-erużjoni formidabbli tal-blat iffurmat għerien ta’ forom u daqsijiet differenti li, qabel ma kienu jeżistu l-faċilitajiet tal-arja kondizzjonata, intużaw mir-rgħajja tal-post fis-sekli tal-imgħoddi kemm bħala kenn għall-bhejjem kif ukoll biex jippreżervaw b’mod naturali l-prodotti tal-ħalib u tal-ġobon. F’dawn l-għerien fil-fatt il-livelli tal-umdità għandhom it-tendenza li ma jvarjawx wisq u għalhekk il-maturazzjoni tal-pecorino sseħħ bil-mod il-mod, u dan jikkontribwixxi biex jinżammu l-karatteristiċi tal-prodott. Sal-ġurnata ta’ llum kemm dawk il-produtturi li jippreferu li l-proċess kollu ta’ maturazzjoni, jew almenu l-aħħar fażi tiegħu, isir fil-grotta kif ukoll dawk li jippossiedu l-faċilitajiet tal-arja kkondizzjonata jafu tajjeb kemm dawn il-kondizzjonijiet tal-għerien huma ideali. Dawn il-faċilitajiet fil-fatt iżommu l-istess valuri ta’ temperatura u umdità bħal dawk tal-għerien, jiġifieri bejn 7 u 10 °C u bejn 90 u 70 % bħala umdità.

Il-fattur uman huwa ta’ importanza kbira wkoll fiċ-ċiklu tal-produzzjoni tal-ġobon, b’mod partikolari fil-fażijiet li ġejjin, li kollha jsiru bl-idejn skont il-ħiliet miksuba f’din iż-żona tradizzjonalment: iż-żieda tat-tames veġetali, li trid isseħħ b’ċerta ħila peress li jagħqad inqas malajr minn dak mill-annimali, il-qsim tal-baqta, li jsir b’mod delikat bl-għajnuna ta’ għodda bil-ponta (l-hekk imsejjaħ “spino”), u l-għoti tas-sura li tirriżulta minn kemm pressjoni tiġi applikata b’eżattezza partikolari sabiex ix-xorrox jiskula kif suppost. Għal dak li huwa l-impatt tal-proċess ta’ produzzjoni fuq il-karatteristiċi tal-prodott finali, ta’ min jinnota li l-użu tat-tames veġetali fil-produzzjoni tal-“Pecorino delle Balze Volterrane” ifisser li l-ħalib jagħqad iktar bil-mod u b’mod aktar delikat milli kieku bl-użu tat-tames mill-annimali. Dan jinfluwenza partikolarment is-sinereżi, jiġifieri l-proċess li bih ix-xorrox jiġi skulat mill-baqta, billi l-umdità titneħħa b’mod aktar ħafif u fl-istess waqt aktar bil-mod minn ġobnijiet oħra. Dan jirriżulta fi prodott aktar ħelu u mingħajr ma jaħraq iżżejjed anki fit-tip “matur” u “ekstra matur”.

Fil-kċina lokali, il-“Pecorino delle Balze Volterrane”, li huwa magħruf għat-togħma delikata tiegħu, huwa mfittex ħafna peress li jintuża spiss f’riċetti tradizzjonali taż-żona. Dan il-ġobon jista’ jittiekel f’ħafna modi, bħala antipast, flimkien ma’ laħmijiet ippreparati u ħxejjex ippreżervati fiż-żejt, maħkuk fuq ikel imħawwar biz-zalza tal-laħam jew fl-aħħar nett, bħala ġobon tal-mejda, skont il-maturazzjoni, jew tal-ħakk fil-brodu u fl-għaġin fil-forn (pereżempju, fiċ-“ceci in magro”).

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

Din l-Amministrazzjoni tat bidu għall-proċedura nazzjonali ta’ oġġezzjoni bil-pubblikazzjoni tal-proposta tad-DPO “Pecorino delle Balze Volterrane” fil-Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana Nru 198 tal-24-08-2013.

It-test sħiħ tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott jinsab fuq is-sit elettroniku li ġej: http://www.politicheagricole.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/3335

Jew

billi wieħed imur direttament fil-paġna ewlenija tas-sit elettroniku tal-Ministeru tal-Politika Agrikola, l-Ikel u l-Forestrija (www.politicheagricole.it), jikklikkja fuq “Qualità e sicurezza” (fil-parti ta’ fuq tal-lemin tal-iskrin) u wara jikklikkja fuq “Disciplinari di Produzione all’esame dell’UE”.


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012

(3)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna2.


26.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 336/27


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2014/C 336/10)

Din il-pubblikazzjoni tagħti d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“CARNIKAVAS NĒĢI”

Nru tal-KE: LV-PGI-0005-01153 — 11.9.2013

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Carnikavas nēģi”

2.   Stat membru jew pajjiż terz

Il-Latvja

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.7. Ħut frisk, molluski u krostaċji u prodotti derivati minnhom

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li għalih japplika l-isem fil-punt (1)

L-isem “Carnikavas nēģi” jirreferi għal qalfat tax-xmajjar (Lampetra fluviatilis) maqbud f’reġjun speċifiku - ix-xmara Gauja fil-muniċipalità ta’ Carnikava — u f’perjodu ta’ żmien speċifiku (mill-1 ta’ Awwissu sal-1 ta’ Frar) Din l-applikazzjoni tirrigwardja kemm il-qalfat frisk kif ukoll il-qalfat imsajjar fil-ġelatina (aspic).

L-isem “Carnikavas nēģi” jirreferi għall-qalfat frisk b’dawn il-karatteristiċi:

ċiklostoma twila u rqiqa b’ġisem mieles,

ħalq fintuża,

mingħajr xewk pettorali jew pelviku,

tul minimu ta’ 23 cm, u tul massimu ta’ 52 cm u piż minimu ta’ 80 g,

kulur: aħdar fil-blu skur, griż fil-blu jew id-dahar u l-ġnub ta’ fuq kannella fl-aħdar, u l-ġnub t’isfel u taħt fil-griż, dehbin jew bojod,

ħajja ta’ madwar seba’ (7) snin.

L-isem “Carnikavas nēģi” jirreferi għal qalfat imsajjar fil-ġelatina, meta l-prodott ikun jikkonsisti f’70 % qalfat u 30 % ġelatina.

Il-qalfat misjur huwa ppakkjat sħiħ, għandu konsistenza tenera jew ftit soda, iċċattjat, ta’ kulur kannella, u miksi b’ġelatina safra jew kannella trasparenti. Għandu togħma rikka, qawwija u kemm kemm mielħa.

3.3.   Materja prima (għal prodotti pproċessati biss)

Il-“Carnikavas nēģi” użat għat-tisjir jista’ jkun frisk jew imkessaħ, u dak fil-ġelatina huwa ppreparat mill-ilma, melħ u ġelatina.

3.4.   Għalf (għal prodotti ta’ oriġini mill-annimali biss)

Il-qalfat mhuwiex mitmuh artifiċjalment. Huwa jiekol fis-selvaġġ.

3.5.   L-istadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika indikata

L-istadji speċifiċi tal-proċess tal-produzzjoni għandhom jitwettqu fiż-żona ġeografika indikata:

kull sena l-istokkijiet tal-qalfat fix-xmara Gauja jiġu fornuti mill-ġdid billi jiġi rilaxxat qalfat żgħir li jkun trabba’ fl-ilmijiet tal-Gauja fin-naħat ta’ fuq tax-xmara;

Il-“Carnikavas nēģi” irid jinqabad fil-perjodu bejn l-1 ta’ Awwissu u l-1 ta’ Frar, bl-użu ta’ nases forma ta’ reċipjent, fin-naħiet t’isfel tax-xmara Gauja ħdejn l-eswarji tagħha;

it-tħejjija tal-qalfat - jissajjar fuq il-faħam u jitħalla joqgħod fil-ġelatina.

3.6.   Regoli speċifiċi dwar it-tqattigħ, it-tħakkik, l-ippakkjar, eċċ.

3.7.   Regoli speċifiċi għat-tikkettar

L-isem “Carnikavas nēģi” jintuża għat-tikketti kemm tal-qalfat frisk kif ukoll għal dak misjur fil-ġelatina li jkun intenzjonat għall-bejgħ, u meta l-ħut ikun qed jinbigħ bil-grossa jew bl-imnut, dan l-isem għandu jidher fuq l-imballaġġar tal-prodott jew ħdejn il-prodott.

4.   Definizzjoni fil-qosor taż-żona ġeografika

Il-muniċipalità ta’ Carnikava. Il-qalfat jinqabad fil-medda tax-xmara Gauja li tinsab fit-territorju tal-muniċipalità ta’ Carnikava.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   Speċifiċità taż-żona ġeografika

Hemm storja li tmur lura ħafna ta’ sajjieda li jistadu fit-territorju ta’ dik li llum hija l-muniċipalità ta’ Carnikava, kemm fil-baħar kif ukoll fix-xmara Gauja. Is-sajd għall-qalfat kien wieħed mis-sorsi ewlenin tad-dħul għad-dar tan-nobbli Carnikava, li nbniet fis-seklu 17. Illum Carnikava huwa l-uniku post max-xtut tal-Gauja fejn huwa permess is-sajd għall-qalfat.

Is-sajjieda tal-lum għadhom jużaw it-tradizzjonijiet l-antiki li ntirtu minn ġenerazzjoni għall-oħra fir-rigward tal-aħjar postijiet għas-sajd, id-drawwiet tal-qalfat u l-influwenza tat-temp fuq l-imġiba tiegħu. Dawn it-tradizzjonijiet jgħidulna, pereżempju, li wara lejl b’qamar mimli mhux se ssib qalfat fin-nases, u li huwa aktar faċli li taqbad il-ħut f’ilmijiet iktar imdardra; barra minn hekk, billi s-sodda tal-Gauja tinbidel kull sena, huwa dejjem meħtieġ jistabu postijiet għas-sajd ġodda.

Il-qalfat dejjem kellu tifsira speċjali għall-Carnikava; ipprovda x-xogħol u l-prosperità għan-nies tal-lokal, kif ukoll esperjenza ta’ sajd estensiv u l-ħiliet meħtieġa biex jagħmlu ikla tajba minnu. Din hija r-raġuni għala, barra mil-Latvja, Carnikava ġiet saħansitra msejħa “r-renju tal-qalfat”. Grazzi għall-qalfat tagħha, l-isem ta’ Carnikava ilu magħruf sew mis-seklu 17, bl-għajnuna tal-popolazzjoni tal-lokal, li ngħaqdu flimkien u appoġġjaw lil xulxin kemm fi żminijiet ħżiena kif ukoll f’dawk tajba.

Il-qalfat qiegħed lil Carnikava lil hinn mill-fruntieri tal-Latvja, u dan ippermetta li l-professjoni tradizzjonali tas-sajd għall-qalfat tiġi ppriservata hemmhekk sal-ġurnata tal-lum. Il-figura tal-qalfat tidher ukoll fuq l-arma tal-muniċipalità ta’ Carnikava.

Biex l-istokkijiet tal-qalfat ma jispiċċawx, u biex il-ħiliet marbuta mal-qbid u l-ipproċessar tal-qalfat jintirtu għall-ġenerazzjonijiet futuri, qed isiru sforzi kbar biex dan ir-riżors jiġġedded — kull sena jiġi rilaxxat qalfat żgħir li jkun trabba’ fl-ilmijiet tal-Gauja fin-naħat ta’ fuq tax-xmara. Il-forniment mill-ġdid b’mod artifiċjali tal-popolazzjoni tal-ħut hija tradizzjoni li fil-Latvja ilha teżisti għal aktar minn 100 sena. Lura fl-1896, f’Carnikava twaqqaf inkubatur għall-bajd tal-ħut.

5.2.   L-ispeċifiċità tal-prodott

Il-karatteristiċi tat-togħma tal-“Carnikavas nēģi” huma konnessi mal-ħiliet tar-residenti ta’ Carnikava li jużaw biex jistaduh u jħejjuh; dawn il-ħiliet ilhom jiġu ppriservati sa mis-seklu 17 u huma bbażati fuq ix-xogħol manwali u l-esperjenza.

Ir-regoli speċifiċi għat-tħejjija tradizzjonali tal-qalfat japplikaw għall-qalfat tax-xmajjar maqbud fiż-żoni speċifiċi, li huma kkaratterizzati mill-indafa tagħhom (mingħajr ramel) meta mqabbla ma’ ħut minn xmajjar oħra.

Dan il-prodott jaf it-togħma speċjali tiegħu kemm lill-ħiliet tat-tisjir tal-produttur, li bis-saħħa tagħhom il-prodott jieħu l-kulur meħtieġ u l-konsistenza, kif ukoll għall-ħin tas-sajran preċiż, li jippermetti li l-qalfat jakkwista l-livell ta’ tenerezza ġusta.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għad-DPO) jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi l-oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Ir-rabta bejn il-prodott u ż-żona ġeografika hija bbażata fuq ir-reputazzjoni tal-“Carnikavas nēģi” u l-ħiliet tas-sajjieda lokali u l-proċessuri tal-ħut li jippriservaw it-tradizzjonijiet u l-metodi antiki.

L-importanza u r-reputazzjoni tas-sajd għall-qalfat huma ċċertifikati mir-rekords storiċi li jirreferu għal Carnikava tal-lum bħala “r-renju tal-qalfat”, grazzi għall-attivitajiet tas-sajd tad-dar nobbli lokali. L-istruzzjonijiet dwar it-tisjir tal-qalfat imorru lura għall-1882. Fl-1913 bdew jidhru t-tradizzjonijiet dwar it-tisjir tal-qalfat fir-riċetti, li kienu jiddeskrivu t-tisjir tal-qalfat fil-forn biż-żieda ta’ ilma jbaqbaq.

Il-qalfat ta’ Carnikava, maqbud u msajjar f’ħalq il-Gauja fit-territorju tal-muniċipalità ta’ Carnikava, kien magħruf għall-kwalità għolja sa mill-bidu tas-seklu 19.

Ir-reputazzjoni tal-qalfat ta’ Carnikava llum jixduh il-viżitaturi mil-Latvja kollha li jiġu fil-belt għall-Festival tal-Qalfat. Is-sajd u t-tisjir tradizzjonali tal-qalfat ta’ Carnikava jiġu ċċelebrati fil-festival ta’ kull sena li jsir fil-Ħadd ta’ qabel tal-aħħar ta’ Awwissu, fejn il-qalfat jagħmluh soppa, jixwuh, jinxtara u jinbigħ, u ssir ukoll kompetizzjoni għal min jiekol il-qalfat l-ewwel. Il-festival jiftaħ l-istaġun tas-sajd għall-qalfat f’Carnikava.

Impriżi lokali rċevew premjijiet għall-kwalità fit-tisjir tal-qalfat fil-ġelatina f’fieri kemm fil-Latvja kif ukoll barra mill-pajjiż. Il-“Carnikavas nēģi” fil-ġelatina rċieva wieħed mill-aktar akbar premjijiet fil-Latvja - it-titolu tal-Prodott tal-Identità Lokali (Local Identity Product - LIP) għall-2011, li jingħata mill-Forum Rurali Latvjan għal prodotti tal-ikel li jikkonformaw ma’ kriterji stabbiliti ta’ kwalità u togħma u huwa meqjus bħala prestiġjuż mill-komunità lokali - jiġi prodott f’ċerta żona ġeografika bl-użu ta’ riżorsi lokali, u jikkontribwixxi għall-iżvilupp sostenibbli taż-żona lokali.

Għadd ta’ żjarat turistiċi jinkludu wkoll żjarat lill-produtturi tal-qalfat biex iduqu l-prodotti tagħhom, kif ukoll żjara fil-mużew lokali tal-istorja, fejn hemm wirjiet li juru l-importanza tas-sajd u l-ipproċessar tal-qalfat għaż-żona lokali.

Il-muniċipalità ta’ Carnikava ħadet sehem f’fieri turistiċi fil-Finlandja, fl-Estonja u fir-Russja, fejn ippreżentat it-tradizzjonijiet tagħha tas-sajd għall-qalfat u t-tħejjija tiegħu.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

http://www.pvd.gov.lv/lat/kreis_izvlne/novertesana_un_registracija/lauksaimniecibas_un_partikas_p/


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Mibdul bir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.