ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 334A

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
25 ta' Settembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

2014/C 334A/01

Avviż ta’ kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AST-SC/02/14 — Aġenti tas-sigurtà interna (SC 1)

1

 

2014/C 334A/02

Reviżjoni tal-Ġurnali Uffiċjali C A Kompetizzjoni

8

MT

 


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO)

25.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 334/1


AVVIŻ TA’ KOMPETIZZJONI ĠENERALI

EPSO/AST-SC/02/14

AĠENTI TAS-SIGURTÀ INTERNA (SC 1)

2014/C 334 A/01

 

L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza kompetizzjoni ġenerali abbażi tal-kwalifiki u ta’ eżamijiet sabiex tinħoloq lista ta’ postijiet battala ta’ uffiċjali ta’ livell “AST-SC” fil-kwalità ta’ aġenti tas-sigurtà interna (1) fil-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet miftuħa ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 60 A tal-1 ta’ Marzu 2014 u fuq il-websajt tal-EPSO.

Dawn id-dispożizzjonijiet, li jagħmlu parti integrali mill-avviż ta’ kompetizzjonijiet, jgħinuk tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.

WERREJ

I.

KUNTEST ĠENERALI

II.

DESKRIZZJONI TAX-XOGĦOL

III.

KUNDIZZJONIJIET TA’ AMMISSJONI

IV.

TESTIJIET TA’ DĦUL

V.

AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U SELEZZJONI ABBAŻI TAL-KWALIFIKI

VI.

KOMPETIZZJONI ĠENERALI

VII.

VERIFIKA TAD-DIKJARAZZJONIJIET TAL-KANDIDATI

VIII.

LISTA TA’ RIŻERVA

I.   KUNTEST ĠENERALI

1.

Numru ta’ kandidati magħżula

28

2.

Kif tapplika?

Għandek tapplika b’mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fuq il-websajt tal-EPSO, u b’mod partikolari fil-Manwal tal-Applikazzjoni.

Data tal-għeluq (inkluża l-validazzjoni): it-28 ta’ Ottubru 2014 f’12:00 (nofsinhar), ħin ta’ Brussell

II.   DESKRIZZJONI TAX-XOGĦOL

Taħt it-tmexxija tal-amministratur jew tal-assistent responsabbli u abbażi ta’ ordnijiet ġenerali, l-uffiċjal irid iwettaq xogħol ta’ ġestjoni, applikazzjoni u kontroll, bħal:

jassigura l-identifikazzjoni u l-kontroll ta’ aċċess għall-bini u s-swali tal-laqgħat, kif ukoll is-sorveljanza tal-bini u l-installazzjonijiet tal-istituzzjoni,

jintervjeni f’sitwazzjonijiet li jistgħu jqiegħdu f’riskju s-sigurtà tal-persuni u l-oġġetti u jagħmel rapport dwar is-sigurtà għal kull inċident,

jassisti lill-persunal u d-delegazzjonijiet/viżitaturi f’każ ta’ urġenza (nirien, l-ewwel għajnuna, evakwazzjoni),

jassigura l-protezzjoni tal-persuni, tal-oġġetti u l-informazzjoni kklassifikata miżmuma mill-istituzzjoni,

jassigura l-protezzjoni u l-kontroll f’żoni ta’ sigurtà waqt laqgħat tal-Unjoni Ewropea,

jaħdem skont meta jmissu fiċ-ċentru tad-dispatching (CCTV, kontroll tal-aċċess) 24 siegħa kuljum/sebat ijiem fil-ġimgħa fi grupp; jissorvelja t-tħaddim tal-installazzjonijiet tekniċi ta’ sigurtà,

isegwi l-istruzzjonijet ta’ sigurtà,

jikkontribwixxi għal komunikazzjoni tajba mas-servizzi esterni (protokoll, żjajjar, eċċ.) u interni tas-sigurtà (intern, teknika u ġestjoni tar-riskju),

jieħu, bl-awtorità tas-superjur tiegħu skont il-ġerarkija, l-inizjattivi meħtieġa sabiex jiggarantixxi servizz kontinwu, professjonali, xieraq u kreattiv skont l-istandards għolja tal-istituzzjoni u jikkontribwixxi għall-ġestjoni tal-inċidenti futuri,

jintervjeni u jipprovdi appoġġ f’dak li jirrigwarda s-sigurtà fl-istħarriġ wara inċidenti bħal pereżempju s-serq, telf, aggressjoni, degradazzjoni jew ħsara ta’ kull tip.

L-uffiċjali jistgħu jkunu meħtieġa jaħdmu lejl u nhar, fil-weekends u fil-festi.

L-uffiċjal jista’ jiġi meħtieġ iġorr u juża armi fl-eżerċizzju tal-kariga tiegħu fuq ix-xogħol.

Bl-applikazzjoni tagħhom, il-kandidati jaċċettaw li jkunu sottomessi għal testijiet futuri tal-għażla kumplimentari biex jiġu ttestjati l-ħiliet tekniċi tagħhom, u jaċċettaw li jipparteċipaw fi stħarriġ tas-sigurtà u fil-proċeduri tal-pajjiżi ospitanti sabiex jiksbu l-permess li jġorru l-armi. Din hija kundizzjoni neċessarja għall-eżekuzzjoni tad-dmirijiet ta’ protezzjoni fuq it-territorju Belġjan u fl-installazzjonijiet tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

Se tintalab awtorizzazzjoni għall-aċċess għal informazzjoni klassifikata fil-kuntest tar-reklutaġġ (ara l-Anness I.III, ĠU L 274, 15.10.2013: http://eur-lex.europa.eu/legal-content/FR/TXT/?uri=OJ:L:2013:274:TOC).

III.   KUNDIZZJONIJIET TA’ AMMISSJONI

Fid-data tal-għeluq stabbilita għall-applikazzjoni elettronika, inti trid tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha li ġejjin:

1.

Kundizzjonijiet ġenerali

(a)

Tkun ċittadin ta’ wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

(b)

Tkun tgawdi mid-drittijiet ċivili tiegħek.

(c)

Tkun wettaqt kull obbligu impost mil-liġijiet dwar ir-reklutaġġ applikabbli fil-qasam militari.

(d)

Tipproduċi r-referenzi dwar il-karattru, meħtieġa għall-qadi tad-dmirijiet previsti.

2.

Kundizzjonijiet speċifiċi

2.1

Kwalifiki/diplomi u esperjenza professjonali

Livell ta’ edukazzjoni sekondarja ċċertifikat minn diploma ta’ tmiem l-istudji li tagħti aċċess għall-edukazzjoni post sekondarja, segwit minn esperjenza professjonali ta’ mill-inqas 3 snin marbuta mad-deskrizzjoni tad-dmirijiet.

JEW

Esperjenza professjonali ta’ mill-inqas għaxar snin, ħames snin minnhom marbuta man-natura tad-dmirjiet.

2.2

Għarfien lingwistiku  (2)

Lingwa 1

Lingwa prinċipali (livell minimu mitlub: C1)

għarfien profond ta’ waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

Lingwa 2

It-tieni lingwa, bilfors għandha tkun differenti mil-lingwa 1 (livell minimu mitlub: B2)

għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż

Biex tiġi rreklutat fis-servizzi tas-sigurtà tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, huwa meħtieġ, għarfien tajjeb tal-Franċiż jew tal-Ingliż (orali u miktub) minħabba li dan l-għarfien huwa indispensabbli fil-qafas tax-xogħol u l-iskambji mal-operaturi esterni.

F’konformità mas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewoprea (l-Awla Manja) fil-Kawża C-566/10, ir-Repubblika Taljana vs. il-Kummissjoni, l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jixtiequ, fil-qafas ta’ din il-kompetizzjoni, jindikaw ir-raġunijiet għalfejn jillimitaw l-għażla tat-tieni lingwa għal għadd ristrett ta’ lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

Għaldaqstant il-kandidati huma infurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa aċċettati għal din il-kompetizzjoni ġew definiti b’konformità mal-interess tas-servizz, li jeżiġi li dawk li jiġu rreklutati jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minnufih u jikkomunikaw b’mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta’ kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet jista’ jiġi affettwat ħażin ħafna.

Abbażi ta’ prassi tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni li ilha titħaddem fir-rigward tal-lingwi użati għal komunikazzjoni interna u b’kunsiderazzjoni wkoll tal-ħtiġijiet tas-servizzi dwar il-komunikazzjoni esterna u l-immaniġġar tal-fajls, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jibqgħu l-aktar lingwi użati. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż huma t-tieni lingwa l-aktar użati fl-Unjoni Ewropea u dawk l-aktar studjati bħala t-tieni lingwa. Dan jikkonferma l-livell ta’ edukazzjoni u l-kompetenzi professjonali li attwalment wieħed jista’ jistenna mill-kandidati f’pożizzjonijiet fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, jiġifieri l-għarfien ta’ mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Konsegwentement, meta wieħed iqabbel l-interess tas-servizz u l-ħiliet tal-kandidati, meta jitqies il-qasam partikolari ta’ din il-kompetizzjoni, huwa ġġustifikat li jiġu organizzati eżamijiet f’dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom, il-kandidati kollha jkunu jafu tajjeb mill-inqas waħda mit-tliet lingwi uffiċjali fil-livell ta’ xogħol. Il-valutazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi b’dan il-mod tippermetti lill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jevalwaw il-ħila tal-kandidati li jkunu jistgħu jibdew jaħdmu minnufih f’ambjent simili għal dak li se jsibu fl-impjieg.

Għall-istess raġunijiet, huwa indikat li tiġi limitata l-lingwa ta’ komunikazzjoni bejn il-kandidati u l-istituzzjoni, inkluża l-lingwa li biha jitfasslu l-applikazzjonijiet. Barra minn hekk, dan ir-rekwiżit jippermetti l-applikazzjoni ta’ approċċ uniformi matul l-evalwazzjoni tal-kandidati u l-eżami tal-applikazzjoni tagħhom.

Barra minn hekk, fl-interess ta’ trattament ugwali tal-kandidati kollha, inklużi dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda minn dawn it-tlieta, kulħadd huwa meħtieġ li jagħmel ċerti eżamijiet fit-tieni lingwa tiegħu, magħżula minn fost dawn it-tliet lingwi.

Dawn id-dispożizzjonijiet ma jaffettwawx it-tagħlim ulterjuri tat-tielet lingwa ta’ ħidma, b’konformità mal-Artikolu 45(2), tar-Regolamenti tal-Persunal.

IV.   TESTIJIET TA’ DĦUL

It-testijiet ta’ dħul fuq kompjuter jiġu organizzati biss jekk in-numru tal-kandidati li japplikaw ikun ogħla minn ċertu limitu. Il-limitu jiġi determinat mid-Direttur tal-EPSO bħala l-awtorità tal-ħatra (“autorité investie du pouvoir de nomination” – AIPN), wara li tagħlaq ir-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet, u int tiġi infurmat dwar dan permezz tal-profil tiegħek tal-EPSO.

Inkella, isiru testijiet tal-kapaċità matul il-fażi tal-evalwazzjoni (ara t-Taqsima VI.2).

Il-Bord tal-Għażla jiddetermina l-livell ta’ diffikultà ta’ dawn it-testijiet, hekk kif deskritti fit-tabella msemmija aktar l-isfel u japprova s-sustanza tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.

1.

L-istedina

Inti tiġi mistieden għat-testijiet jekk tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek fil-ħin (ara t-Taqsima I.2).

Attenzjoni:

1.

meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek, inti tiddikjara li tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tat-Taqsima III;

2.

biex tipparteċipa fit-testijiet, trid tirriżerva data; din ir-riżervazzjoni trid issir bilfors fiż-żmien stipulat li jiġi indikat lilek permezz tal-profil tal-EPSO tiegħek.

2.

Deskrizzjoni tat-testijiet u dettalji dwar il-marki

Sensiela ta’ testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b’għażla multipla bl-għan li jiġu evalwati l-ħiliet fir-rigward ta’:

Test (a)

Ir-raġunament verbali

Marki: minn 0 sa 20 punti

il-minimu meħtieġ: 10 punti

Test (b)

Ir-raġunament numeriku

Marki: minn 0 sa 10 punti

Test (c)

Ir-raġunament astratt

Marki: minn 0 sa 10 punti

 

Il-minimu meħtieġ għaż-żewġ testijiet (b) u (c) huwa ta’ 10 punti

3.

Il-lingwa tat-testijiet

Lingwa 1

V.   AMMISSJONI GĦALL-KOMPETIZZJONI U SELEZZJONI ABBAŻI TAL-KWALIFIKI

1.   Proċedura

Il-verifika tal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kif ukoll l-għażla abbażi tal-kwalifiki l-ewwel isiru skont id-dikjarazzjonijiet li tkun ipprovdejt fl-applikazzjoni tiegħek.

(a)

Ir-risposti tiegħek għall-mistoqsijiet dwar il-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi jkunu pproċessati sabiex jiġi ddeterminat jekk inti tagħmilx parti mil-lista tal-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha tal-ammissjoni għall-kompetizzjoni.

(b)

Imbagħad, il-Bord tal-Għażla jagħmel għażla abbażi tal-kwalifiki minn fost il-kandidati li jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni, sabiex jidentifika liema huma l-kandidati li għandhom l-aktar kwalifiki rilevanti (speċjalment diplomi u esperjenza professjonali) fir-rigward tad-deskrizzjoni tad-dmirijiet u tal-kriterji għall-għażla deskritti f’dan l-avviż ta’ kompetizzjoni. Din l-għażla ssir biss fuq il-bażi tad-dikjarazzjonijiet tiegħek ipprovduti fis-sezzjoni “Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet” skont klassifikazzjoni stabbilita kif ġej:

kull kriterju ta’ għażla (ara l-punt 2 aktar ’l isfel) jitqies minn 1 sa 3, skont l-importanza mogħtija mill-Bord tal-Għażla,

il-Bord tal-Għażla jeżamina r-risposti tal-kandidati u jagħti marka minn 0 sa 4 għal kull risposta, skont il-kwalifiki tal-kandidat. Il-marki, immultiplikati bil-piż mogħti lil kull mistoqsija, jingħaddu ma’ xulxin sakemm tinkiseb il-marka globali.

Fil-każ li t-testijiet ta’ dħul ikunu organizzati minn qabel (ara t-Titolu IV), il-verifika tal-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi ssir, f’ordni dixxendenti tal-punti miksuba, sakemm jintlaħaq l-għadd stabbilit mill-AIPN  (3) , għall-kandidati li:

kisbu kemm il-minimu meħtieġ kif ukoll l-aħjar marki fit-testijiet ta’ dħul, u

jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni għall-kompetizzjoni

F’każ li diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jiġu kkunsidrati għall-fażi ta’ għażla abbażi tal-kwalifiki [ara a) u b) aktar ‘l isfel]. L-applikazzjonijiet elettroniċi tal-kandidati li jiġu kklassifikati taħt dan il-limitu ma jkunux eżaminati.

Imbagħad, il-Bord tal-Għażla jistabbilixxi klassifika tal-kandidati skont dawn il-marki globali. L-għadd ta’ kandidati mistiedna (4) għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jikkorrispondi għal mhux iktar minn 3 darbiet l-għadd ta’ kandidati magħżula (ara t-Titolu I). Dan in-numru jkun ippubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/).

2.   Kriterji għall-għażla

Fil-qafas tal-għażla abbażi tal-kwalifiki, il-Bord tal-Għażla jikkunsidra l-kriterji li ġejjin:

1.

Esperjenza professjonali f’servizz ta’ sigurtà uffiċjali (infurzar tal-liġi) nazzjonali, internazzjonali jew privat.

2.

Esperjenza professjonali f’ċentru ta’ dispatching, b’mod partikolari fl-iżgurar ta’ ħidma tajba fl-istrutturi tekniċi.

3.

Esperjenza professjonali fl-użu tal-armi tan-nar fl-eżerċizzju tad-dmirjiet.

4.

Esperjenza professjonali fl-użu ta’ tekniki ta’ awto-difiża.

5.

Ċertifikat fl-ewwel għajnuna.

6.

Esperjenza professjonali fil-koordinazzjoni bejn is-servizzi esterni (protokoll, żjajjar, eċċ.) u interni tas-sigurtà.

7.

Esperjenza professjonali fl-għoti ta’ għajnuna fuq il-post tal-inċident.

8.

Esperjenza professjonali f’xogħol b’ħin flessibbli (servizz kontinwu kull ħin fil-ġurnata u kull ġurnata tal-ġimgħa).

9.

Esperjenza professjonali f’timijiet multikulturali fil-qasam tas-sigurtà.

10.

Esperjenza professjonali fl-użu tal-għodda tal-uffiċċju.

VI.   KOMPETIZZJONI ĠENERALI

1.

L-istedina

Jekk inti tkun wieħed mill-kandidati li (5)

skont id-dikjarazzjonijiet tagħhom fl-applikazzjoni elettronika, jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni ġenerali u speċifiċi tat-Taqsima III,

u

ikunu kisbu waħda mill-aħjar marki fl-għażla abbażi tal-kwalifiki,

inti tiġi mistieden biex tieħu sehem fit-testijiet ta’ evalwazzjoni li normalment isiru fi Brussell, mifruxa (6) fuq ġurnata waħda jew tnejn.

Jekk inti tkun fost il-kandidati ammessi għat-testijiet ta’ evalwazzjoni, inti trid iġġib miegħek (7) il-fajl komplut tal-applikazzjoni (l-att tal-applikazzjoni elettronika ffirmat flimkien mad-dokumenti ġustifikattivi) meta inti tiġi fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.

Termini: ara l-punt 2.1.7 tad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.

2.

Testijiet ta’ evalwazzjoni

Inti tkun suġġett għal tliet tipi ta’ evalwazzjoni li l-kontenut tagħhom huwa vvalidat mill-Bord tal-Għażla:

il-ħiliet marbuta mar-raġunament (ħlief jekk dawn ma kinux diġà evalwati waqt it-testijiet ta’ dħul organizzati minn qabel), evalwati permezz tat-testijiet li ġejjin:

(a)

test ta’ raġunament verbali

(b)

test ta’ raġunament numeriku

(c)

test ta’ raġunament astratt

il-kompetenzi speċifiċi evalwati permezz tat-test li ġej:

(d)

intervista strutturata dwar il-kompetenzi fil-qasam, abbażi tar-risposti li tkun ipprovdejt fit-Taqsima “Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet” tal-applikazzjoni

il-kompetenzi ġenerali  (8) li jiġu evalwati permezz tat-testijiet li ġejjin:

(e)

intervista strutturata

(f)

il-valutazzjoni sitwazzjonali

Kull waħda minn dawn il-kompetenzi ġenerali tiġi ttestjata skont it-tabella li ġejja:

 

Intervista strutturata

Valutazzjoni sitwazzjonali

Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

x

x

Komunikazzjoni

x

 

Kwalità u riżultati

x

x

Tagħlim u żvilupp

x

 

Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

x

x

Reżiljenza

x

x

Ħidma f’tim

x

x


3.

Lingwi tal-eżamijiet ta’ evalwazzjoni

Lingwa 1 għat-testijiet (a), (b) u (c)

Lingwa 2 għat-testijiet (d), (e) u (f)

4.

Il-marki u l-piż tal-marki

Ħiliet ta’ raġunament

(a)

ir-raġunament verbali: minn 0 sa 20 punt

il-minimu meħtieġ: 10 punti

(b)

ir-raġunament numeriku: minn 0 sa 10 punti

(c)

ir-raġunament astratt: minn 0 sa 10 punti

il-minimu meħtieġ għat-testijiet (b) u (c) flimkien: 10 punti

It-testijiet (a), (b) u (c) huma eliminatorji iżda l-marki tagħhom ma jiżdidux mal-marki l-oħra tat-testijiet tal-evalwazzjoni.

Kompetenzi speċifiċi

test (d): minn 0 sa 100 punt

il-minimu meħtieġ: 50 punti

il-piż tal-marki: 50 % tal-marka globali

Kompetenzi ġenerali (testijiet (e) u (f))

Minn 0 sa 10 punti għal kull kompetenza ġenerali

il-minimu meħtieġ:

3 punti għal kull kompetenza, u

35 punt minn 70 għas-7 kompetenzi ġenerali kollha f’daqqa

il-piż tal-marki: 50 % tal-marka globali

VII.   VERIFIKA TAD-DIKJARAZZJONIJIET TAL-KANDIDATI

Fid-dawl ta’ u meta joħorġu dawn ir-riżultati, id-dikjarazzjonijiet li jsiru mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom jiġu vverifikati mill-EPSO għall-konformità mal-kundizzjonijiet ġenerali, u mill-Bord tal-Għażla għall-kundizzjonijiet speċifiċi abbażi tad-dokumenti ġustfikattivi pprovduti mill-kandidati. Għall-evalwazzjoni tal-kwalifiki, id-dokumenti ta’ sostenn jkunu kkunsidrati biss biex jikkonfermaw ir-risposti diġà mogħtija fit-taqsima “Evalwazzjoni tal-Kapaċitajiet”. Jekk matul din il-verifika jinstab li dawn id-dikjarazzjonijiet mhumiex ikkonfermati mid-dokumenti ġustifikattivi rilevanti, il-kandidati kkonċernati jiġu esklużi mill-kompetizzjoni.

Il-verifika ssir b’ordni dixxendenti ta’ mertu, għall-kandidati li kisbu l-minimu meħtieġ u l-aħjar marki totali għat-testijiet ta’ evalwazzjoni (d), (e) u (f) kollha. Fejn applikabbli, dawn il-kandidati jridu jkunu kisbu wkoll il-minimu meħtieġ fit-testijiet tal-ħiliet (a), (b) u (c). Din il-verifika tibqa’ ssir sakemm jintlaħaq l-għadd ta’ kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta’ riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha ta’ ammissjoni. Id-dokumenti ġustifikattivi tal-kandidati li jikklassifikaw taħt dan in-numru ma jiġux eżaminati.

VIII.   LISTA TA’ RIŻERVA

1.

Ir-reġistrazzjoni

Il-Bord tal-Għażla jniżżel ismek fil-lista ta’ riżerva

jekk inti tkun fost il-kandidati (9) li jkunu kisbu l-marki minimi meħtieġa għall-punti kollha minn (a) sa (f) u waħda mill-aħjar marki għat-testijiet ta’ evalwazzjoni (d), (e) u (f) kollha (ara n-numru tal-kandidati li jgħaddu, it-Taqsima I.1)

u jekk, fid-dawl tad-dokumenti ta’ sostenn, inti tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha ta’ ammissjoni (ara t-Taqsima III).

2.

Klassifika

Il-lista tiġi stabbilita skont l-ordni alfabetiku.


(1)  F’dan l-avviż, kull referenza għall-persuna tas-sess maskil hija wkoll għall-persuna tas-sess femminil.

(2)  Ara l-Qafas Komuni Ewropew ta’ Referenza għal-Lingwi (QKERL) – (http://europass.cedefop.europa.eu/europass/home/hornav/Downloads/CEF/LanguageSelfAssessmentGrid.csp).

(3)  Dan in-numru jikkorrispondi għal-limitu msemmi fl-ewwel paragrafu tat-Taqsima IV.

(4)  Il-kandidati li ma jiġux mistiedna għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni jirċievu r-riżultati tal-evalwazzjoni tagħhom kif ukoll il-piż ta’ kull mistoqsija mingħand il-Bord tal-Għażla.

(5)  Fil-każ fejn fl-aħħar post diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għaċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.

(6)  Minħabba raġunijiet ta’ organizzazzjoni, it-testijiet tal-ħila jistgħu jsiru f’ċentri tal-ittestjar fl-Istati Membri, indipendentement mit-testijiet l-oħra taċ-ċentru ta’ evalwazzjoni.

(7)  Id-data ta’ meta inti għandek tmur għat-testijiet ta’ evalwazzjoni tiġi kkomunikata lilek fi żmien opportun permezz tal-kont tiegħek mal-EPSO.

(8)  Dawn il-kompetenzi huma mfissra fid-detall fil-punt 1.2 tad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.

(9)  F’każ li, diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jitniżżlu fil-lista ta’ riżerva.


25.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

CA 334/8


REVIŻJONI TAL-ĠURNALI UFFIĊJALI C A KOMPETIZZJONI

2014/C 334 A/02

Hawn taħt għandek issib il-lista ta' C A ppubblikati matul din is-sena.

Ħlief meta indikat mod ieħor, il-Ġurnali Uffiċjali huma ppubblikati fil-lingwi kollha.

5

 

6

 

11

 

19

 

21

 

26

 

27

 

30

(PL)

35

 

41

(DE/EN/FR)

42

 

43

 

46

 

47

 

48

 

55

 

56

 

60

 

62

 

65

 

73

(DE/EN/FR)

74

 

81

 

88

 

92

(DE/EN/FR)

97

 

98

 

99

 

108

 

109

 

116

 

119

 

133

 

134

 

136

 

137

(DE/EN/FR)

140

 

145

 

152

 

160

 

163

 

164

 

176

 

178

 

180

 

182

 

185

 

186

 

188

 

195

 

207

 

209

(DE/EN/FR)

211

 

217

 

219

 

242

 

254

 

255

 

256

(LV)

258

(RO)

262

(EN)

267

(SL)

270

(FR)

272

(DA)

274

(IT)

277

 

283

 

289

(DE/EN/FR)

293

(NL)

295

(MT)

297

 

299

 

304

 

321

(DE/EN/FR)

325

(SL)

332

 

334