ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 323

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
18 ta' Settembru 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

2014/C 323/01

Nota lill-qarrejja

1

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2014/C 323/02

Kontijiet annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013

2

MT

 


18.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/1


NOTA LILL-QARREJJA

2014/C 323/01

Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jagħti lill-Qorti tal-Awdituri r-responsabbiltà li tawditja d-dħul u l-infiq kollu tal-Unjoni, u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 319 tat-Trattat imsemmi dwar l-għoti tal-kwittanza, il-Qorti tal-Awdituri kellha l-kontijiet tad-dħul u l-infiq tagħha awditjati minn awditur estern kull sena mill-għeluq tas-sena finanzjarja 1987 'l hawn.

Ir-rapporti li l-awditur estern tal-Qorti tal-Awdituri fassal fir-rigward tal-kontijiet tal-Qorti għas-snin finanzjarji 1987 sa 1991 intbagħtu biss lill-President tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew.

Skont deċiżjoni li ttieħdet mill-Membri tal-Qorti tal-Awdituri fil-laqgħa tal-Qorti tat-8 ta’ Lulju 1993, minn dakinhar 'l hawn ir-rapporti tal-awditur estern ġew ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fejn l-ewwel rapport kien dak dwar is-sena finanzjarja 1992.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Eduardo RUIZ GARCÍA

Segretarju Ġenerali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Awdituri

18.9.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 323/2


KONTIJIET ANNWALI TAL-QORTI EWROPEA TAL-AWDITURI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2013

2014/C 323/02

WERREJ

Ċertifikazzjoni tal-kontijiet

Rapport tal-awditur indipendenti

Rapporti finanzjarji u noti ta’ spjegazzjoni

Karta tal-Bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2013

Rapport tal-Prestazzjoni Finanzjarja

Rapport tal-flussi tal-flus

Rapport tal-bidliet fl-Assi Netti

Politiki kontabilistiċi u noti għar-rapporti finanzjarji

1.

Ġenerali

2.

Bażi legali u regoli kontabilistiċi

3.

Noti għall-Karta tal-Bilanċ

4.

Noti għar-Rapport tal-Prestazzjoni Finanzjarja

5.

Divulgazzjonijiet sinifikanti oħra

Informazzjoni dwar il-baġit għas-sena finanzjarja 2013

A.

Komputazzjoni tar-riżultat tal-baġit

B.

Rikonċiljazzjoni tar-riżultat ekonomiku mar-riżultat tal-baġit

Rapport ta' aċċertament indipendenti

ĊERTIFIKAZZJONI TAL-KONTIJIET

Ċertifikazzjoni għall-kontijiet annwali 2013 tal-qorti ewropea tal-awdituri

Il-kontijiet annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għas-sena 2013 tħejjew skont it-Titolu IX tar-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea, ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni, u l-prinċipji u l-metodi kontabilistiċi adottati minni stess.

Jien nirrikonoxxi r-responsabbiltà tiegħi għat-tħejjija u l-preżentazzjoni tal-kontijiet annwali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri skont l-Artikolu 68 tar-Regolament Finanzjarju.

Jien ksibt mill-uffiċjal awtorizzanti, li ċċertifika l-affidabbiltà tagħha, l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-produzzjoni tal-kontijiet li juru l-assi u l-obbligazzjonijiet tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-implimentazzjoni baġitarja.

Jien b'dan niċċertifika li fuq il-bażi ta' din l-informazzjoni, u fuq tali kontrolli li jiena qist li huma meħtieġa biex niffirma l-kontijiet, għandi aċċertament raġonevoli li l-kontijiet jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja, ir-riżultati tal-operazzjonijiet u l-fluss tal-flus tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Il-Lussemburgu, it-28 ta’ Mejju 2014.

Isidoro RODRÍGUEZ DE LAS PARRAS

Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri


RAPPORT TAL-AWDITUR INDIPENDENTI

Lill-Maniġment tal-

Qorti Ewropea tal-Awdituri

Aħna awditjajna r-rapporti finanzjarji hawn mehmuża tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri, li jinkludu l-karta tal-bilanċ sal-31 ta’ Diċembru 2013, ir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, ir-rapport tal-flussi tal-flus u r-rapport tat-tibdil fl-assi netti għas-sena li ntemmet dakinhar u sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni, li jibdew fil-paġna 8 u jispiċċaw fil-paġna 17.

Responsabbiltà tal-maniġment għar-rapporti finanzjarji

Il-Maniġment huwa responsabbli għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ dawn ir-rapporti finanzjarji skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (Finanzjarju), u għal tali kontroll intern li l-Maniġment iqis meħtieġ biex ikunu jistgħu jitħejjew rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball.

Responsabbiltà tar-“Réviseur d’entreprises agréé”

Ir-responsabbiltà tagħna hi li nesprimu opinjoni dwar dawn ir-rapporti finanzjarji fuq il-bażi tal-awditu tagħna. Aħna wettaqna l-awditu tagħna skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar kif adottati għal-Lussemburgu mill-“Commission de Surveillance du Secteur Financier”. Dawk l-istandards jirrikjedu li aħna nikkonformaw mar-rekwiżiti etiċi u li nippjanaw u nwettqu l-awditu biex niksbu aċċertament raġonevoli dwar jekk ir-rapporti finanzjarji humiex ħielsa minn dikjarazzjoni skorretta materjali.

Awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri sabiex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fir-rapporti finanzjarji. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tar-“Réviseur d’entreprises agréé”, inkluża l-valutazzjoni tar-riskji ta' dikjarazzjoni skorretta materjali tar-rapporti finanzjarji, sew jekk minħabba fi frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jagħmel dawk il-valutazzjonijiet tar-riskju, ir-“Réviseur d’entreprises agréé” jqis il-kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta mill-entità tar-rapporti finanzjarji, sabiex ifassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi, iżda mhux bl-iskop li jesprimi opinjoni dwar l-effettività tal-kontroll intern tal-entità. Awditu jinkludi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi użati u r-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi magħmula mill-Maniġment, kif ukoll l-evalwazzjoni tal-preżentazzjoni kumplessiva tar-rapporti finanzjarji.

Aħna nemmnu li l-evidenza għall-awditjar li aħna ksibna hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjoni tal-awditjar tagħna.

Opinjoni

Fl-opinjoni tagħna, ir-rapporti finanzjarji jagħtu stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri sal-31 ta' Diċembru 2013, tal-prestazzjoni finanzjarja tagħha u tal-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.

Il-Lussemburgu, it-28 ta' Mejju 2014.

PricewaterhouseCoopers, Société coopérative

Irrappreżentata minn

Pierre KRIER


RAPPORTI FINANZJARJI U NOTI TA’ SPJEGAZZJONI

Karta tal-Bilanċ fil-31 ta’ Diċembru 2013

(EUR)

 

Nota

31 ta' Diċembru 2013

31 ta' Diċembru 2012

Assi mhux Kurrenti

 

 

 

Assi intanġibbli

3.1.

4 1 48  978

2 2 71  343

Proprjetà, impjanti u tagħmir

3.2.

9 5 6 10  315

9 5 4 37  237

Ammonti riċevibbli

 

25

25

 

 

9 9 7 59  318

9 7 7 08  605

Assi Kurrenti

 

 

 

Ammonti riċevibbli

3.3.

3 89  149

1 5 87  108

Flus kontanti u ekwivalenti ta' flus kontanti

3.4.

1 2 4 79  808

2 3 6 25  043

 

 

1 2 8 68  957

2 5 2 12  151

Total tal-Assi

 

11 2 6 28  275

12 2 9 20  756

Obbligazzjonijiet mhux Kurrenti

 

 

 

Benefiċċji tal-impjegati

3.5.

6 6 3 74  932

5 8 9 35  308

Obbligazzjonijiet oħra

3.6.

1 75  000

1 75  000

 

 

6 6 5 49  932

5 9 1 10  308

Obbligazzjonijiet Kurrenti

 

 

 

Provvedimenti

3.7.

1 0 52  207

3 0 66  916

Ammonti pagabbli

3.8.

1 4 2 80  819

2 3 7 02  306

 

 

1 5 3 33  026

2 6 7 69  222

Total tal-Obbligazzjonijiet

 

8 1 8 82  958

8 5 8 79  530

Assi Netti

 

3 0 7 45  317

3 7 0 41  227

Bilanċ pożittiv/defiċit akkumulat

 

3 7 0 41  226

3 9 4 60  724

Riżultat ekonomiku għas-sena

 

(6 2 95  909)

(2 4 19  498)

Assi Netti

 

3 0 7 45  317

3 7 0 41  226

In-noti hawn mehmuża jiffurmaw parti integrali minn dawn ir-rapporti finanzjarji.

Rapport tal-Prestazzjoni Finanzjarja

(EUR)

 

Nota

2013

2012

Fondi trasferiti mill-Kummissjoni lil istituzzjonijiet oħra

4.1.

11 2 8 00  000

11 7 7 95  049

Dħul minn operazzjonijiet amministrattivi

4.2.

1 7 3 09  843

1 9 3 04  343

Dħul operattiv ieħor

4.3.

30  268

45  439

Total tad-dħul operattiv

4.4

13 0 1 40  111

13 7 1 44  831

Spejjeż tal-persunal

4.5.

(9 9 3 47  366)

(10 3 4 41  065)

Spejjeż relatati mal-assi

3.1. – 3.2. & 4.6.

(5 9 88  272)

(3 3 51  126)

Spejjeż amministrattivi oħra

4.7.

(1 9 7 88  770)

(2 3 5 43  939)

Spejjeż operazzjonali

4.8.

(12  695)

(18  586)

Total tal-ispejjeż operattivi

 

(12 5 1 37  103)

(13 0 3 54  716)

Bilanċ pożittiv/(defiċit) minn attivitajiet operattivi

 

5 0 03  008

6 7 90  115

Dħul finanzjarju

4.9.

646

59  336

Spejjeż finanzjarji

4.10.

(20  020)

(20  025)

Movimenti fil-pensjonijiet (- spejjeż, + dħul)

3.5. & 4.11.

(1 1 2 79  543)

(9 2 48  924)

Bilanċ pożittiv/(defiċit) minn attivitajiet mhux operattivi

 

(1 1 2 98  917)

(9 2 09  613)

Riżultat ekonomiku tas-sena

 

(6 2 95  909)

(2 4 19  498)

In-noti hawn mehmuża jiffurmaw parti integrali minn dawn ir-rapporti finanzjarji.

Rapport tal-flussi tal-flus

(EUR)

 

2013

2012

Riżultat ekonomiku tas-sena

(6 2 95  909)

(2 4 19  498)

Attivitajiet operattivi – Aġġustamenti

 

 

Amortizzament

1 97  753

2 09  828

Deprezzament

5 7 61  980

3 1 39  253

Żieda/(tnaqqis) fil-Provvedimenti

(2 0 14  710)

2 1 68  917

(Żieda)/tnaqqis fl-Ammonti Riċevibbli

1 1 97  959

(1 1 63  164)

 

 

 

Żieda/(tnaqqis) fl-Ammonti Pagabbli

(9 4 21  487)

1 2 8 43  333

 

 

 

Flussi tal-flus netti minn attivitajiet operattivi

(1 0 5 74  414)

1 4 7 78  669

Flussi tal-flus minn attivitajiet ta' investiment

 

 

Xiri ta' proprjetà, impjant u tagħmir u assi intanġibbli (-)

(8 0 38  985)

(4 4 5 35  664)

Rikavat minn proprjetà, impjant u tagħmir u assi intanġibbli (+)

28  540

2  043

Flussi tal-flus netti minn attivitajiet ta' investiment

(8 0 10  445)

(4 4 5 33  621)

Żieda/(tnaqqis) fil-Benefiċċji tal-impjegati

7 4 39  624

5 2 70  865

Żieda/(tnaqqis) nett fi flus kontanti u f'ekwivalenti ta' flus kontanti

(1 1 1 45  235)

(2 4 4 84  087)

Flus kontanti u ekwivalenti ta' flus kontanti fil-bidu tas-sena

2 3 6 25  043

4 8 1 09  130

Flus kontanti u ekwivalenti ta' flus kontanti fi tmiem is-sena

1 2 4 79  808

2 3 6 25  043

In-noti hawn mehmuża jiffurmaw parti integrali minn dawn ir-rapporti finanzjarji.

Rapport tal-bidliet fl-Assi Netti

(EUR)

Assi Netti

2013

2012

Bilanċ fil-bidu tas-sena

3 7 0 41  226

3 9 4 60  724

Riżultat ekonomiku tas-sena

(6 2 95  909)

(2 4 19  498)

Bilanċ fi tmiem is-sena

3 0 7 45  317

3 7 0 41  226

In-noti hawn mehmuża jiffurmaw parti integrali minn dawn ir-rapporti finanzjarji.

Politiki kontabilistiċi u noti għar-rapporti finanzjarji

1.    Ġenerali

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri (minn hawn ’il quddiem “il-Qorti”) ġiet stabbilita bit-Trattat ta’ Brussell tat-22 ta’ Lulju 1975 u bdiet topera f’Ottubru 1977, bil-kwartieri ġenerali tagħha fil-Lussemburgu.

Missjoni tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Il-Qorti hija l-Istituzzjoni tal-UE stabbilita bit-Trattat biex twettaq l-awditu tal-finanzi tal-UE. Bħala l-awditur estern tal-UE hija tikkontribwixxi għat-titjib tal-ġestjoni finanzjarja tal-UE u taġixxi bħala l-gwardjan indipendenti tal-interessi finanzjarji taċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea.

Il-Qorti tipprovdi servizzi tal-awditjar li permezz tagħhom hija tivvaluta l-akkwist u l-infiq tal-fondi tal-UE. Hija teżamina jekk l-operazzjonijiet finanzjarji jkunux ġew irreġistrati u ddivulgati kif xieraq, jekk ikunux twettqu b’mod legali u regolari u jekk ikunux ġew immaniġġati sabiex jiġu żgurati l-ekonomija, l-effiċjenza u l-effettività. Il-Qorti tikkomunika r-riżultati tal-awditi tagħha f’rapporti ċari, rilevanti u oġġettivi. Hija tagħti wkoll l-opinjoni tagħha dwar kwistjonijiet ta’ ġestjoni finanzjarja.

Il-Qorti tippromwovi l-obbligu ta’ rendikont u t-trasparenza u tgħin lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex jissorveljaw l-implimentazzjoni tal-baġit tal-UE, b’mod partikolari matul il-proċedura ta’ kwittanza. Il-Qorti hija impenjata li tkun organizzazzjoni effiċjenti fuq quddiem nett fl-iżviluppi fl-awditjar u l-amministrazzjoni pubblika.

Is-sena finanzjarja tal-Qorti tibda fl-1 ta’ Jannar u tibqa' għaddejja sal-31 ta’ Diċembru.

2.    Bażi legali u regoli kontabilistiċi

2.1.   Bażi tal-preżentazzjoni

Il-kontijiet tal-Qorti jitfasslu skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (1) (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament Finanzjarju”) u r-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 (2) dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju.

2.2.   Prinċipji kontabilistiċi

Skont l-Artikolu 144 tar-Regolament Finanzjarju, ir-rapporti finanzjarji għandhom jippreżentaw informazzjoni, inkluża l-informazzjoni dwar il-politiki kontabilistiċi, b'mod li jiġi żgurat li tkun rilevanti, affidabbli, komparabbli u li tista' tinftiehem. Il-kontijiet baġitarji għandhom jikkonformaw mal-prinċipji baġitarji stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju. Huma għandhom jagħtu stampa vera u ġusta tal-operazzjonijiet tad-dħul u l-infiq tal-baġit.

Ir-rapporti finanzjarji jitfasslu skont ir-Regoli Kontabilistiċi tal-Unjoni Ewropea (ir-Regoli Kontabilistiċi tal-UE), ibbażati fuq standards tal-kontabbiltà għas-settur pubbliku li huma aċċettati internazzjonalment. Dawn ir-Regoli Kontabilistiċi jiġu adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni wara konsultazzjoni tal-istituzzjonijiet l-oħra.

2.3.   Valutazzjoni ta’ bilanċi u tranżazzjonijiet f’munita barranija

Tranżazzjonijiet f’munita barranija jissarrfu f’euro bl-użu tar-rata tal-kambju applikabbli fid-data tat-tranżazzjoni.

Qligħ u telf minħabba l-kambju li jirriżultaw mill-ħlas ta’ tranżazzjonijiet f’munita barranija, u mit-tisrif bir-rati tal-kambju fi tmiem is-sena ta’ assi u obbligazzjonijiet monetarji denominati f’munita barranija, huma kontabilizzati fir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja.

Il-bilanċi fi tmiem is-sena tal-assi u l-obbligazzjonijiet monetarji denominati f’munita barranija jissarrfu f’euro abbażi tar-rati tal-kambju fil-31 ta’ Diċembru.

2.4.   Assi intanġibbli

Liċenzji ta’ softwer akkwistati għall-kompjuters jiġu ddikjarati bl-ispiża storika bit-tnaqqis tal-amortizzament u t-telf minn indeboliment akkumulati. L-assi jiġu amortizzati fuq bażi ta' “linja dritta” fuq perjodu ta’ erba’ snin. Assi intanġibbli żviluppati internament huma kapitalizzati meta jiġu ssodisfati l-kriterji rilevanti tar-regoli kontabilistiċi tal-UE. L-ispejjeż li jistgħu jiġu kapitalizzati jinkludu l-ispejjeż kollha direttament attribwibbli li jkunu meħtieġa biex jinħoloq, jiġi prodott u mħejji l-assi biex dan ikun jista’ jopera bil-mod intenzjonat mill-maniġment. Spejjeż assoċjati ma' attivitajiet ta’ riċerka, spejjeż tal-iżvilupp mhux kapitalizzat u spejjeż għall-manutenzjoni jiġu kontabilizzati bħala spejjeż hekk kif jiġġarrbu.

2.5.   Proprjetà, impjanti u tagħmir

Il-proprjetà, l-impjanti u t-tagħmir kollha huma ddikjarati bl-ispiża storika bit-tnaqqis tad-deprezzament u t-telf minn indeboliment akkumulati. L-ispiża storika tinkludi l-infiq li jkun direttament attribwibbli għall-akkwist jew għall-kostruzzjoni tal-assi.

L-ispiża sussegwenti tiġi inkluża fl-ammont kontabbli tal-assi jew kontabilizzat bħala assi separat, kif xieraq, biss meta jkun probabbli li l-benefiċċji ekonomiċi jew il-potenzjal ta’ servizz futuri assoċjati mal-partita jkunu se jmorru għand il-Qorti u l-ispiża ta’ din ikun jista’ jitkejjel b’mod affidabbli. Spejjeż ta’ tiswija u manutenzjoni oħra jiġu debitati lir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja matul il-perjodu finanzjarju li fih jiġġarrbu. Billi l-Qorti ma tissellifx flus biex tiffinanzja l-akkwist ta’ proprjetà, impjanti u tagħmir, ma hemm l-ebda spiża ta’ self relatat ma’ tali xirjiet.

L-art u l-opri tal-arti mhumiex deprezzati għax jitqiesu li għandhom ħajja utli indefinita. Assi taħt kostruzzjoni mhumiex deprezzati peress li dawn l-assi jkun għadhom mhumiex disponibbli għall-użu. Id-deprezzament fuq assi oħrajn jiġi kkalkulat bl-użu tal-metodu tal-“linja dritta” biex l-ispiża tagħhom tiġi allokata lill-valuri residwi tagħhom fuq it-tul stmat tal-ħajja utli tagħhom, kif ġej:

Bini

25 sena jew it-tul ta' ħajja utli mistennija

Impjanti, makkinarju u għodod

4, 8 snin

Għamara u flotta tal-vetturi

4, 8, 10 snin

Hardware tal-kompjuters

4 snin

Installazzjonijiet speċifiċi għall-bini mikri

id-durata tal-kera

Immuntar u installazzjonijiet oħra

4, 6, 8 snin

2.6.   Benefiċċji tal-impjegati

Il-benefiċċji tal-impjegati jirrappreżentaw id-drittijiet futuri tal-pensjonijiet tal-Membri tal-Qorti skont l-Artikolu 19 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 2290/77 tat-18 ta’ Ottubru 1977 li jistabbilixxi l-emolumenti tal-Membri tal-Qorti tal-Awdituri (3), il-benefiċċji previsti f'din l-iskema ta' pensjonijiet jiddaħħlu fil-baġit tal-Unjoni u l-Istati Membri jiggarantixxu il-ħlas tagħhom b'mod konġunt.

L-obbligazzjoni għal dawn il-pagamenti futuri tal-pensjonijiet tiġi kontabilizzata u ddivulgata skont ir-Regola Kontabilistika 12 tal-UE “Benefiċċji tal-Impjegati”. Il-metodoloġija biex tiġi kkalkulata l-obbligazzjoni tieħu kont tal-karatteristiċi tal-iskema ta' pensjonijiet kif definita fir-regola kontabilistika IPSAS 25.

L-impenn attwarju huwa determinat fuq bażi kontinwa, b'kont meħud kemm tal-benefiċċji mwiegħda matul it-tul ta' ħajja attiva kif ukoll taż-żieda prevista fis-salarji. Il-metodu tal-valwazzjoni attwarja użat biex tiġi kkalkulata l-obbligazzjoni huwa “l-metodu ta' kreditu għal kull unità proġettata”.

L-obbligazzjoni titnaqqas bl-ammont ta’ taxxi stmat li jkunu se jiġu applikati fuq pagamenti futuri tal-pensjonijiet peress li dawn it-taxxi jerġgħu lura fil-baġit tal-UE bħala dħul.

L-obbligazzjoni tal-pensjonijiet tiġi kkalkulata mill-ġdid kull sena fid-data tar-rapport. Fir-rapport tal-prestazzjoni finanzjarja, l-ispiża tal-pensjonijiet għas-sena tikkonsisti fil-pensjonijiet imħallsa matul is-sena u fl-aġġustament tal-obbligazzjoni tal-pensjonijiet fi tmiem is-sena, it-tnejn li huma netti mit-taxxi. Qligħ u telf attwarji huma kontabilizzati fir-“Rapport tal-Prestazzjoni Finanzjarja”.

Fir-rigward ta’ “Assi tal-pjan” potenzjali, attwalment il-Qorti ma għandha ebda assi ddedikat għall-finanzjament ta’ impenji għall-pensjonijiet.

2.7.   Provvedimenti

Provvedimenti huma kontabilizzati meta l-Qorti jkollha obbligu preżenti ġuridiku jew kostruttiv lejn partijiet terzi b’riżultat ta’ avvenimenti fil-passat, ikun aktar probabbli milli le li jkun jinħtieġ ħruġ ta’ riżorsi biex jitħallas l-obbligu, u l-ammont ikun jista’ jiġi stmat b’mod affidabbli. Ma humiex kontabilizzati provvedimenti għal telf operattiv fil-futur. L-ammont tal-provvediment huwa l-aħjar stima tan-nefqiet mistennija li jkunu meħtieġa sabiex jitħallas l-obbligu preżenti fid-data tar-rapport.

2.8.   Kontabilizzazzjoni tal-ispejjeż

Skont ir-regoli kontabilistiċi tal-UE, tranżazzjonijiet u avvenimenti huma kontabilizzati fir-rapporti finanzjarji fil-perjodu li huma jirrelataw għalih. Fi tmiem il-perjodu kontabilistiku, l-ispejjeż dovuti huma kontabilizzati fuq il-bażi ta’ ammont stmat tal-obbligu tat-trasferiment tal-perjodu. Il-kalkolu tal-ispejjeż dovuti jsir skont linji gwida operazzjonali u prattiċi dettaljati li għandhom il-għan li jiżguraw li r-rapporti finanzjarji jirriflettu stampa vera u ġusta.

3.    Noti għall-Karta tal-Bilanċ

ASSI MHUX KURRENTI

3.1.   Assi intanġibbli

Il-movimenti fl-assi intanġibbli matul is-sena 2013 kienu:

(EUR)

 

Ammonti riportati grossi

1 ta' Jannar 2013

Addizzjonijiet

Ammonti riportati grossi

31 ta' Diċembru 2013

Amortizzament u indeboliment akkumulati

31 ta' Diċembru 2013

Ammonti riportati netti

31 ta' Diċembru 2013

Softwer għall-Kompjuters

1 4 03  346

1 49  047

1 5 52  393

(1 2 64  183)

2 88  210

Assi intanġibbli taħt żvilupp

1 9 34  427

1 9 26  341

3 8 60  768

 

3 8 60  768

Total

3 3 37  773

2 0 75  388

5 4 13  161

(1 2 64  183)

4 1 48  978

Fl-2013 ma ġiet kontabilizzata ebda spiża assoċjata ma' attivitajiet ta' riċerka.

3.2.   Proprjetà, Impjanti u Tagħmir

Il-movimenti fi Proprjetà, impjanti u tagħmir matul is-sena 2013 kienu:

(EUR)

 

Ammonti riportati grossi

1 ta' Jannar 2013

Addizzjonijiet

Disponimenti

Trasferiment

Ammonti riportati grossi 31 ta' Diċembru 2013

Amortizzament u indeboliment akkumulati

31 ta' Diċembru 2013

Ammonti riportati netti

31 ta' Diċembru 2013

Art

7 76  631

 

 

 

7 76  631

 

7 76  631

Bini

12 2 8 59  988

6  658

 

 

12 2 8 66  646

(3 7 1 78  783)

8 5 6 87  863

Impjanti u tagħmir

6 52  847

1 05  224

(5  368)

 

7 52  703

(3 38  700)

4 14  003

Hardware tal-kompjuters

4 7 30  767

1 2 39  504

(1 1 71  654)

 

4 7 98  617

(3 2 06  316)

1 5 92  301

Għamara u vetturi

4 4 46  526

3 98  659

(2 59  961)

 

4 5 85  224

(1 6 90  621)

2 8 94  603

Immuntar u installazzjonijiet oħra

1 8 91  828

68  569

(1 42  385)

 

1 8 18  012

(1 7 22  180)

95  832

Assi taħt kostruzzjoni

4  099

4 1 44  983

 

4 1 49  082

 

4 1 49  082

Total

13 5 3 62  686

5 9 63  597

(1 5 79  368)

13 9 7 46  915

(4 4 1 36  600)

9 5 6 10  315

ASSI KURRENTI

3.3.   Ammonti riċevibbli

(EUR)

 

31 ta' Diċembru 2013

31 ta' Diċembru 2012

Ammonti riċevibbli kurrenti prinċipalment dovuti għat-trasferiment tad-drittijiet tal-pensjonijiet nazzjonali mill-persunal

2  768

2  030

Ammonti riċevibbli varji prinċipalment relatati mas-salarji u mal-pagamenti bil-quddiem ta' spejjeż ta' missjonijiet

1 89  485

2 00  942

Imposti differiti għal kiri ta' bini u kuntratti tal-IT

1 95  197

1 3 82  757

Ammonti riċevibbli minn entitajiet tal-UE

1  699

1  379

Total

3 89  149

1 5 87  108

3.4.   Flus kontanti u ekwivalenti ta' flus kontanti

(EUR)

 

31 ta' Diċembru 2013

31 ta' Diċembru 2012

Flus kontanti għal spejjeż żgħar (petty cash)

1  000

1  000

Kont kurrenti tal-bank

3 32  783

2 6 27  191

Kont fiduċjarju

1 2 1 46  025

2 0 9 96  852

Total

1 2 4 79  808

2 3 6 25  043

Fis-27 ta’ Jannar 2010 nfetaħ kont fiduċjarju bejn il-Qorti Ewropea tal-Awdituri u l-Banque et Caisse d'épargne de l'État, il-Lussemburgu. Dan il-kont fiduċjarju jippermetti lill-Qorti timmaniġġa l-baġit mogħti mill-awtorità baġitarja fir-rigward tal-proġett tal-bini K3 (ara n-nota 5.3).

Il-kont fiduċjarju jintuża mill-Qorti taħt ċertu kundizzjonijiet biss li huma ddivulgati fil-kuntratt mal-Banque et Caisse d'épargne de l'État, il-Lussemburgu.

Il-benefiċjarju esklużiv tal-pagamenti li jsiru minn dan il-kont fiduċjarju huwa l-kont bankarju operazzjonali tal-konsorzju li jaġixxi bħala l-maniġer tal-proġett. Dan il-kont operazzjonali jintuża esklussivament mill-maniġer tal-proġett biex iħallas il-fatturi tal-kumpaniji tal-kostruzzjoni.

OBBLIGAZZJONIJIET MHUX KURRENTI

3.5.   Benefiċċji tal-impjegati

Il-komputazzjoni tal-obbligazzjoni ssir mill-Eurostat li jiġi assistit minn espert indipendenti u kwalifikat fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-metodoloġija u tad-definizzjoni tas-suppożizzjonijiet attwarji korrispondenti.

L-obbligazzjoni għall-obbligi ta' pagamenti futuri tal-pensjonijiet hija netta mit-taxxi li jiġu rkuprati fuq il-pagamenti futuri tal-pensjonijiet (ara wkoll in-nota 2.6).

(EUR)

 

31 ta' Diċembru 2013

31 ta' Diċembru 2012

Ammont gross

8 1 9 44  360

7 2 8 04  580

Rata tat-taxxa (%) (4)

19,00 %

19,05 %

Taxxi

1 5 5 69  428

1 3 8 69  273

Ammont nett tat-taxxi

6 6 3 74  932

5 8 9 35  308

Varjazzjoni tal-obbligazzjoni netta tal-pensjonijiet tal-Membri

7 4 39  624

5 2 70  865

Il-pjan tal-pensjonijiet ddedikat għall-Membri huwa pjan ta’ benefiċċju definit. Il-benefiċċji definiti f’dan il-kuntest huma:

Allowance tranżizzjonali (imħallsa fi tmiem il-mandat għal tliet snin),

Pensjoni ta' rtirar,

Pensjoni u allowance tal-invalidità,

Pensjoni tas-superstiti (imħallsa wara l-mewt tal-Membru kemm jekk dan iseħħ waqt jew qabel l-irtirar).

Il-kategoriji ta' benefiċjarji, li għalihom trid tiġi kkalkulata l-obbligazzjoni, huma:

il-Membri attivi,

il-Membri mhux attivi b’allowance tranżizzjonali,

il-Membri mhux attivi wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni (pensjoni diferita),

il-Membri li rtiraw,

dawk b’diżabbiltà permanenti,

dawk b’diżabbiltà temporanja,

il-konjuġi superstiti,

l-orfni.

Il-valutazzjoni tal-obbligazzjoni tal-pensjonijiet teħtieġ l-ittrattar ta’ kwantitajiet varjabbli relatati ma’ aspetti ekonomiċi u demografiċi. Is-suppożizzjonijiet attwarji prinċipali huma:

Suppożizzjoni attwarja

31 ta’ Diċembru 2012

31 ta’ Diċembru 2013

Differenza medja fl-età bejn irġiel u nisa miżżewġin

3 snin

3 snin

Probabbiltà li jkunu miżżewġin għall-irġiel

89 %

81 %

Probabbiltà li jkunu miżżewġin għan-nisa

24 %

49 %

Stat ċivili

Stat fid-data ta' referenza

Stat fid-data ta' referenza

Koeffiċjent għal pensjoni ta' orfni u ta' konjugi ddivorzjat

0 %

0 %

Età preżunta tal-irtirar

65

65

Rata ta' inflazzjoni mistennija matul id-durata tal-iskema

1,7 %

1,5 %

Rata ta’ Skont Nominali (RSN)

3,3 %

3,3 %

Rata ta’ Skont Reali (RSR)

1,6 %

1,8 %

Tkabbir ġenerali fis-salarji (TĠS)

0,0 %

- 0,1 %

Rivalutazzjoni ġenerali tal-pensjonijiet (RĠP)

0,0 %

- 0,1 %

Progressjoni individwali tas-salarji (PSI)

Ebda (ħlief jekk ħatra ġdida)

Ebda (ħlief jekk ħatra ġdida)

Tabella tal-mortalità għal persuni b'saħħithom

2008 ICSLT (5)

2013 ICSLT (5)

Tabella tal-mortalità għal persuni invalidi

Rata li tikkorrispondi ma' persuna b'saħħitha li għandha età ta' 3 snin jew aktar

Rata li tikkorrispondi ma' persuna b'saħħitha li għandha età ta' 3 snin jew aktar

3.6.   Obbligazzjonijiet oħra

L-ammont ta’ EUR 1 75  000 huwa dovut b’kuntratt fi tmiem il-kiri tal-bini K9.

OBBLIGAZZJONIJIET KURRENTI

3.7.   Provvedimenti

Fil-11 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni ddeċidiet li tressaq azzjoni kontra l-Kunsill fil-Qorti tal-Ġustizzja peress li huwa ma addottax l-aġġustament annwali 2011 għar-remunerazzjoni tal-persunal tal-UE. Fis-sentenza tagħha tad-19 ta' Novembru 2013 (C-63/12) il-Qorti tal-Ġustizzja kkonkludiet li l-Kummissjoni kellha tagħmel proposta ġdida għall-aġġustament tas-salarji tal-2011. Fl-14 ta' April 2014 il-Kunsill approva l-pożizzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-abbozzi tar-regolamenti li jipprevedu l-aġġustamenti annwali tar-remunerazzjoni u l-pensjonijiet tal-persunal tal-UE ta' 0 % għall-2011 u ta' 0,8 % għall-2012 (pagabbli mill-1 ta' Lulju 2012).

Wara din id-deċiżjoni ddaħħal fil-kotba provvediment fuq terminu qasir għall-pagamenti pendenti tas-salarji li jikkorrispondu għal 0,8 %, netti mit-taxxa u mit-tnaqqis tal-pensjonijiet.

3.8.   Ammonti Pagabbli

(EUR)

 

31 ta' Diċembru 2013

31 ta' Diċembru 2012

Ammonti pagabbli kurrenti

14  393

4 45  830

Ammonti pagabbli varji relatati mas-salarji u mal-persunal

(10  212)

3 44  427

Imposti dovuti

1 4 1 07  180

2 2 8 64  727

Kontijiet pagabbli lill-entitajiet konsolidati tal-UE prinċipalment lill-Kunsill Ewropew u lill-Parlament

1 69  458

47  322

Total

1 4 2 80  819

2 3 7 02  306

4.    Noti għar-Rapport tal-Prestazzjoni Finanzjarja

4.1.

“Fondi trasferiti mill-Kummissjoni lil istituzzjonijiet oħra”: l-ammont jikkorrispondi għas-sejħiet ta’ kull xahar għal fondi li jsiru mill-Qorti lill-Kummissjoni biex tikkredita l-kont bankarju tagħha mill-ġdid.

4.2.

“Dħul minn operazzjonijiet amministrattivi”: fil-parti l-kbira, din l-intestatura hija magħmula minn tnaqqis mis-salarji tal-Membri u tal-persunal fir-rigward ta’ taxxa u ta' kontribuzzjonijiet soċjali.

4.3.

“Dħul operattiv ieħor” jirriżulta, fost l-oħrajn, minn qligħ mir-rati tal-kambju.

4.4.

Ġie ġġenerat dħul minn tranżazzjonijiet ta’ kambju u dawk mhux ta’ kambju kif ġej:

(EUR)

 

2013

2012

Dħul minn tranżazzjonijiet ta' kambju

22  378

41  910

Dħul minn tranżazzjonijiet mhux ta' kambju

13 0 1 17  733

13 7 1 02  921

Dħul totali

13 0 1 40  111

13 7 1 44  831

4.5.

“Spejjeż tal-persunal” jinkludu s-salarji tal-Membri, tal-persunal statutorju, tal-aġenti kuntrattwali u tal-persunal temporanju. L-allowances tranżizzjonali għal Membri preċedenti u t-taxxi relatati mal-pensjonijiet tal-Membri u l-benefiċċji tranżizzjonali huma wkoll parti mill-partita “Movimenti fil-pensjonijiet” (ara n-nota 4.11).

4.6.

L-“Ispejjeż relatati mal-assi” jikkonsistu fid-deprezzament/fl-amortizzament tal-assi tanġibbli u intanġibbli.

4.7.

L-aktar partiti sinifikanti tal-“ispejjeż amministrattivi oħra” kienu:

Kiri tal-bini u imposta assoċjata,

IT u telekomunikazzjoni,

Spejjeż ta’ missjonijiet,

Servizzi ta’ tindif u ta’ sigurtà.

4.8.

“Spejjeż operazzjonali” jirriżultaw fost l-oħrajn minn telf mir-rati tal-kambju.

4.9.

“Dħul finanzjarju” jikkonsisti f'imgħax bankarju miksub fuq il-kontijiet kurrenti u fiduċjarji tal-Qorti.

4.10.

“Spejjeż finanzjarji” huma imposti bankarji fuq il-kontijiet kurrenti u fiduċjarji tal-Qorti.

4.11.

Il-partita “Movimenti fil-pensjonijiet” tinkludi l-ispejjeż kollha marbuta mal-pensjonijiet tal-Membri tal-Qorti. Din tkopri l-pensjonijiet u l-benefiċċji tranżizzjonali mħallsa matul is-sena kif ukoll l-aġġustament fi tmiem is-sena tal-obbligazzjoni għall-pagamenti futuri tal-pensjonijiet kollha li tispjega d-differenza bejn iż-żewġ snin.

(EUR)

 

2013

2012

Varjazzjoni netta tal-obbligazzjoni tal-pensjonijiet tal-Membri

7 4 39  624

5 2 70  865

Pensjoni tal-ħajja mħallsa

2 7 15  911

2 5 90  511

Pensjonijiet tas-superstiti mħallsa

3 25  474

3 50  485

Allowances tranżizzjonali mħallsa

1 5 37  185

1 7 85  937

Pensjonijiet tal-invalidità mħallsa

23  809

Subtotal tal-Pensjonijiet imħallsa matul is-sena

4 5 78  570

4 7 50  742

Koeffiċjent ta' korrezzjoni

1 62  071

1 63  476

Taxxi mnaqqsa mill-pagamenti

(9 00  722)

(9 36  159)

Total tal-Movimenti fil-pensjonijiet

1 1 2 79  543

9 2 48  924

5.    Divulgazzjonijiet sinifikanti oħra

5.1.   Assi kontinġenti

Il-garanziji bankarji li ġejjin ingħataw mill-fornituri skont obbligi kuntrattwali:

(EUR)

 

31 ta' Diċembru 2013

31 ta' Diċembru 2012

Aġenzija tal-ivvjaġġar

50  000

50  000

Rinnovazzjoni tal-bini K1

2  500

2  500

Ġestjoni tal-proġett tal-bini K3

7 1 96  680

7 0 96  680

Kumpanija tal-assigurazzjoni

1  361

1  361

Telekomunikazzjoni

20  000

20  000

Total

7 2 70  541

7 1 70  541

5.2.   Impenji għal finanzjament futur

(EUR)

 

31 ta' Diċembru 2013

31 ta' Diċembru 2012

Kiri operazzjonali għall-Bini

5 60  000

2 5 79  580

Kiri operazzjonali għal materjal tal-IT, karozzi u tagħmir ieħor

2 3 73  573

1 0 44  344

Subtotal

2 9 33  573

3 6 23  924

Impenji kontra approprjazzjonijiet li għadhom ma ġewx ikkunsmati – RAL (“Restant à liquider”)—, wara t-tnaqqis tad-dovuti għall-2013

9 3 64  602

1 3 85  871

Total

1 2 2 98  175

5 0 09  795

Ir-RAL huwa element ta’ kontabbiltà baġitarja li jirrappreżenta l-valur ta’ impenji pendenti. Din hija d-differenza bejn l-impenji li ttieħdet responsabbiltà għalihom u l-pagamenti, li hija dovuta għall-intervall taż-żmien bejn meta tkun ittieħdet responsabbiltà għal impenn u r-realizzazzjoni tal-pagament relatat.

5.3.   Il-proġetti tal-bini tal-Qorti

Il-Qorti okkupat il-bini tal-kwartieri ġenerali tagħha (il-bini “K1”) fl-1988 u xtrat lilu u l-art li huwa sitwat fuqha direttament fl-1990. Fl-1999, il-Qorti ffirmat ftehim qafas mal-Istat tal-Lussemburgu li permezz tiegħu hija ngħatat id-dritt li tuża biċċa art oħra għal 49 sena (li jiġġedded darba) għall-kostruzzjoni ta’ estensjoni (il-bini “K2”) għal pagament ta’ euro. Madankollu, għat-tieni estensjoni, il-bini “K3”, kien jinħtieġ li l-Istat tal-Lussemburgu u l-Qorti jikkonkludu ftehim qafas ġdid fit-22 ta’ Frar 2008 minħabba arranġamenti differenti għat-twettiq tal-proġett.

Rigward iż-żewġ biċċiet art relattivi għaż-żewġ estensjonijiet (“K2” u “K3”) imsemmija hawn fuq, l-Istat biegħ dawn lill-Qorti bil-prezz simboliku ta’ euro.

Min-naħa tagħha, jekk il-Qorti qatt tikkunsidra li ċċedi xi waħda mill-binjiet lil parti terza li ma tkunx korp jew istituzzjoni tal-Unjoni, il-Qorti trid trodd lura s-sjieda tal-art lill-Istat bil-prezz simboliku ta’ euro, u dan tal-aħħar ikollu wkoll l-għażla li jixtri l-bini bi prezz li jkun determinat minn espert indipendenti. F’każ li l-Istat jiddeċiedi li ma jużax din l-għażla, huwa jagħti dritt għall-użu tal-art lix-xerrejja tal-bini.

Fil-Lussemburgu, l-użu ta’ binjiet għal uffiċċji huwa awtorizzat għal perjodu ta’ 15-il sena, u wara dan iridu jiġu modernizzati sabiex jinġiebu konformi mal-istandards attwali tas-saħħa, tas-sikurezza u ambjentali. Dawn ix-xogħlijiet meħtieġa għas-saħħa u għas-sikurezza twettqu fuq il-bini K1. Ix-xogħol huwa ffinalizzat u l-aċċettazzjoni formali u finali ġiet ikkonfermata fl-2010. Il-bini K2 beda jintuża f’Novembru 2003 u għalhekk għandu awtorizzazzjoni (“autorisation d’exploitation”) valida sal-2018.

Ix-xogħlijiet għall-kostruzzjoni tal-bini K3 bdew f’Marzu 2010 u l-bini beda jintuża fil-15 ta' Novembru 2012.

5.4.   Obbligazzjoni sinifikanti potenzjali għal litigazzjonijiet  (6)

Ma hemm ebda obbligazzjoni sinifikanti potenzjali għal litigazzjonijiet.


(1)  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1.

(3)  ĠU L 268, 20.10.1977, p. 1.

(4)  Arrotondati.

(5)  Tabella tal-Ħajja tal-Impjegati Internazzjonali taċ-Ċivil

(6)  Ir-Regola Kontabilistika Nru 10 tal-UE, Provvedimenti, obbligazzjonijiet kontinġenti u assi kontinġenti.


INFORMAZZJONI DWAR IL-BAĠIT GĦAS-SENA FINANZJARJA 2013

A.   Komputazzjoni tar-riżultat tal-baġit

Ir-riżultat tal-baġit tas-sena jiġi kkalkulat fuq il-bażi taċ-ċifri tal-implimentazzjoni baġitarja.

(EUR)

Pagamenti fuq approprjazzjonijiet tas-sena 2013

(12 0 8 69  858)

Pagamenti li saru mir-riport ta' approprjazzjonijiet ta' pagament

(1 1 1 09  965)

Pagamenti fuq approprjazzjonijiet relatati ma' dħul allokat

(1 74  759)

Ordnijiet ta' rkupru tas-sena, imsarrfa fi flus kontanti matul is-sena 2013

1 7 3 14  791

Ordnijiet ta' rkupru baġitarju maħruġa qabel l-2013 u msarrfa fi flus kontanti fis-sena 2013

Aġġustament fuq ordnijiet ta' rkupru minn snin preċedenti

Approprjazzjonijiet ta' pagament riportati għall-2013

(1 1 4 29  492)

Approprjazzjoni riportata minn snin preċedenti

1 2 6 77  899

Aġġustament għar-riport mis-sena preċedenti ta' approprjazzjonijiet disponibbli fil-31.12 li jirriżultaw minn dħul assenjat

4 52  139

Riżultat tal-baġit

(11 3 1 39  245)

Ma kien hemm ebda suppliment jew tnaqqis bejn il-baġit oriġinali u dak finali.

B.   Rikonċiljazzjoni tar-riżultat ekonomiku mar-riżultat tal-baġit

(EUR)

Riżultat ekonomiku tas-sena

(6 2 95  909)

Aġġustament għal partiti inklużi fir-riżultat ekonomiku iżda mhux fir-riżultat tal-baġit

(9 0 9 10  188)

 

Differenza bejn id-dovuti fi tmiem is-sena preċedenti u dawk fi tmiem is-sena attwali

(3 1 92  546)

 

Ammont mill-kont ta' kollegament mal-Kummissjoni kkontabilizzat fil-Kont tar-Riżultat Ekonomiku

(11 2 8 00  000)

 

Fatturi mhux imħallsa fi tmiem is-sena iżda kkontabilizzati fl-imposti (klassi 6)

44  362

 

Deprezzament ta' assi intanġibbli u tanġibbli

6 7 01  213

 

Provvedimenti

7 4 39  624

 

Tnaqqis fil-valur

 

 

Ordnijiet ta' rkupru maħruġa fl-2013 fi klassi 7 li għadhom ma ssarfux fi flus kontanti

(13  025)

 

Pagamenti li saru mir-riport ta' approprjazzjonijiet ta' pagament

1 1 1 09  965

 

Oħrajn

(2 04  585)

 

Differenzi fir-rati tal-kambju

4  804

Aġġustament għal partiti inklużi fir-riżultat tal-baġit iżda mhux fir-riżultat ekonomiku

(1 5 9 33  148)

 

Akkwiżizzjoni tal-assi (imħallsa matul is-sena)

(6 5 23  653)

 

Ordnijiet ta' rkupru baġitarji maħruġa qabel l-2013 u msarrfa fi flus kontanti fis-sena

 

Approprjazzjonijiet ta' pagament riportati għall-2013

(1 1 4 29  492)

 

Kanċellazzjoni ta' approprjazzjonijiet ta' pagament mhux użati riportati mis-sena ta' qabel

1 5 67  934

 

Aġġustament għar-riport mis-sena preċedenti ta' approprjazzjonijiet disponibbli fil-31.12 li jirriżultaw minn dħul assenjat

4 52  139

 

Pagamenti għall-pensjonijiet (dawn huma pagamenti baġitarji iżda kkontabilizzati kontra l-provvedimenti)

 

 

Oħrajn

(76)

Riżultat tal-baġit

(11 3 1 39  245)


RAPPORT TA' AĊĊERTAMENT INDIPENDENTI

Lill-Maniġment tal-

Qorti Ewropea tal-Awdituri

Aħna eżaminajna li r-riżorsi finanzjarji assenjati mill-Kummissjoni Ewropea lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (minn hawn ’il quddiem il-“Qorti”) ntużaw għall-għanijiet intenzjonati tagħhom u li l-proċeduri ta’ kontroll li ġew stabbiliti mill-uffiċjali awtorizzanti jagħtu l-garanziji meħtieġa biex tiġi żgurata l-konformità tal-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli għar-riżorsi finanzjarji li kienu disponibbli u li ġew użati għall-perjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Diċembru 2013.

Iż-żamma ta' kotba u reġistri u l-istabbiliment u ż-żamma ta’ kontrolli xierqa huma r-responsabbiltà tal-Maniġment tal-Qorti. Ir-responsabbiltà tagħna hija li nesprimu l-opinjoni tagħna fuq il-bażi tal-eżami tagħna.

Aħna wettaqna l-eżami tagħna skont l-Istandard Internazzjonali dwar Ingaġġi tal-Aċċertament “Assurance Engagements other than Audits or Reviews of Historical Financial Information” (Ingaġġi tal-Aċċertament li ma jinkludux Awditi jew Analiżijiet ta’ Informazzjoni Finanzjarja Storika) (ISAE 3000) hekk kif adottat mill-“Commission de Surveillance du Secteur Financier”. Dan l-istandard jirrikjedi li aħna nippjanaw u nwettqu l-eżami tagħna b’tali mod li l-użu skorrett tar-riżorsi li materjalment jolqot il-kotba tal-Qorti jinstab b'aċċertament raġonevoli. Xogħolna kien jikkonsisti primarjament f'eżaminar fuq bażi ta’ testijiet u ta’ kampjunar, evidenza li ssostni l-fatt li:

Ir-riżorsi assenjati lill-Qorti ntużaw għall-għanijiet intenzjonati tagħhom,

Il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti jagħtu l-garanziji neċessarji biex tiġi żgurata l-konformità tal-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli.

Il-kriterji użati għall-eżami tagħna huma r-regoli u r-regolamenti li ġejjin:

Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali (minn hawn ’il quddiem il-“Baġit”) tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (minn hawn ’il quddiem ir-“Regolament Finanzjarju”),

Ir-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (minn hawn ’il quddiem ir-“Regoli ta’ Implimentazzjoni”),

Id-Deċiżjoni Nru 31-2013 tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar ir-regoli interni għall-implimentazzjoni tal-Baġit tagħha tas-27 ta’ Ġunju 2013. Dawn id-dispożizzjonijiet jiffurmaw parti mill-proċeduri stabbiliti bit-Trattati, jew ftehimiet magħmula permezz tagħhom, li jikkonċernaw il-proċess operazzjonali marbut mal-implimentazzjoni tal-Baġit.

B’mod partikolari, ir-Regoli Interni li ġejjin intużaw bħala kriterji:

L-Artikolu 7 – Firem – “Kull waħda mill-partijiet involuti fl-abbozzar, il-kontroll u r-reġistrazzjoni ta’ operazzjonijiet biex jiġi stabbilit u rkuprat id-dħul jew biex jiġu impenjati somom u biex isiru l-pagamenti għandha tiffirma u tniżżel id-data tal-involviment tagħha.”

L-Artikolu 8 – Proġetti immobiljarji – “Il-President għandu jippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill kwalunkwe proġett immobiljarju li x'aktarx li jkollu implikazzjonijiet finanzjarji sinifikanti għall-baġit tal-Qorti. Qabel ma l-Qorti tagħti l-approvazzjoni tagħha għal kwalunkwe impenn kuntrattwali li jikkonċerna tali proġett, is-servizz responsabbli għandu jippreżenta dokument ta’ spjegazzjoni li jiġġustifika l-kompatibbiltà tal-proġett mal-qafas finanzjarju.”

L-Artikolu 11.2 – “Qabel ma jiffirmaw, il-persuni li jkollhom is-setgħa sabiex jiffirmaw ordnijiet ta' trasferiment ta' kreditu bankarju għandhom jivverifikaw, b'mod partikolari, li l-ordnijiet ta' trasferiment ta' kreditu bankarju jikkorrispondu għall-ordnijiet għall-pagament”.

L-Artikolu 17.2 – “It-talba għal trasferiment għandha tkun akkumpanjata mill-informazzjoni enumerata fl-Art. 17.2.”

L-Artikolu 18.4 – “L-Uffiċjal tal-Kontabbiltà għandu jagħmel disponibbli għall-uffiċjali awtorizzanti, permezz tas-sistema tal-IT ċentrali, lista ta' ammonti li għandhom jiġu riportati. L-uffiċjali awtorizzanti għandhom ikunu responsabbli milli jiżguraw li, fi tmiem is-sena, l-uniċi ammonti riportati jkunu dawk li fir-rigward tagħhom ikun hemm obbligu legali li jsir dan.”

L-Artikolu 20 – Inventarji tal-proprjetà – “Għandu jinżamm inventarju ta' assi tanġibbli f'database komuni għall-uffiċjali awtorizzanti kollha skont il-proċeduri stabbiliti mis-Segretarju Ġenerali, wara konsultazzjoni mal-Uffiċjal tal-Kontabbiltà.”

L-Artikolu 22.1 – Proċeduri minimi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll intern – “Il-proċeduri ta’ ġestjoni u ta’ kontroll intern għandhom jitfasslu mill-uffiċjali awtorizzanti skont l-istandards minimi ta' kontroll intern adottati mill-Qorti.”

Aħna nemmnu li l-eżami tagħna jipprovdi bażi raġonevoli għall-opinjoni tagħna.

Fuq il-bażi tax-xogħol tagħna deskritt f’dan ir-rapport, ma hemm xejn li laqat l-attenzjoni tagħna biex iġiegħlna nemmnu li fl-aspetti materjali kollha u fuq il-bażi tal-kriterji deskritti hawn fuq:

ir-riżorsi assenjati lill-Qorti ma ntużawx għall-għanijiet intenzjonati tagħhom,

il-proċeduri ta’ kontroll stabbiliti ma jipprovdux il-garanziji meħtieġa biex jiżguraw il-konformità tal-operazzjonijiet finanzjarji mar-regoli u r-regolamenti applikabbli.

Ir-rapport tagħna jsir biss għall-għan stipulat fl-ewwel paragrafu u għall-informazzjoni tiegħek u ma għandux jintuża għall-ebda għan ieħor jew jitqassam lil kwalunkwe parti oħra, ħlief għall-għan ta’ pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali Ewropew.

Il-Lussemburgu, it-28 ta' Mejju 2014.

PricewaterhouseCoopers, Société coopérative

Réviseur d’entreprises

Irrappreżentata minn

Pierre KRIER