ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 202

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
30 ta' Ġunju 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 202/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 202/02

Kawża C-43/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Direttiva 2011/82/UE — Skambju transkonfinali ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ ksur relatat mas-sigurtà fit-toroq — Għażla tal-bażi legali — Artikolu 87(2)(a) TFUE — Artikolu 91 TFUE — Żamma tal-effetti tad-Direttiva fil-każ ta’ annullament)

2

2014/C 202/03

Kawża C-347/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg – il-Lussemburgu) – Caisse nationale des prestations familiales vs Ulrike Wiering, Markus Wiering [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Regolament (KEE) Nru 1408/71 — Regolament (KEE) Nru 574/72 — Benefiċċji tal-familja — Allowances tal-familja — Allowance tal-edukazzjoni — Elterngeld — Kindergeld — Kalkolu tas-suppliment għad-differenza]

3

2014/C 202/04

Kawża C-414/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 – Bolloré vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karta saħħara — Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha — Parteċipazzjoni diretta tal-kumpannija parent fil-ksur — Ugwaljanza fit-trattament — Tul tal-proċedura amministrattiva u ġudizzjarja — Terminu raġonevoli — Drittijiet tad-difiża)

4

2014/C 202/05

Kawża C-483/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof -il-Belġju) – Pelckmans Turnhout NV vs Walter Van Gastel Balen NV et (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Assenza — Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja)

4

2014/C 202/06

Kawża C-591/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 – Bimbo, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Panrico, SA (Appell — Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali BIMBO DOUGHNUTS — Trade mark verbali Spanjola preċedenti DOGHNUTS — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 8(1)(b) — Evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni — Pożizzjoni distintiva awtonoma ta’ element ta’ trade mark verbali komposta)

5

2014/C 202/07

Kawża C-604/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – H.N. vs Minister for Justice, Equality and Law Reform, Ireland, Attorney General (Direttiva 2004/83/KE — Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja — Direttiva 2005/85/KE — Livelli minimi dwar il-proċedura għall-għoti u għall-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati Membri — Regola ta’ proċedura nazzjonali li tissuġġetta l-eżami tat-talba għall-protezzjoni sussidjarja għaċ-ċaħda preċedenti tat-talba għall-istatus ta’ refuġjat — Ammissibbiltà — Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri — Prinċipju ta’ effettività — Dritt għal amministrazzjoni tajba — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 41 — Imparzjalità u veloċità tal-proċedura)

6

2014/C 202/08

Kawża C-15/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Technische Universität Hamburg-Harburg, Hochschul-Informations-System GmbH vs Datenlotsen Informationssysteme GmbH (Kuntratti pubbliċi għal provvisti — Direttiva 2004/18/KE — Għoti ta’ kuntratt mingħajr il-bidu ta’ proċedura għal sejħa għal offerti — Għoti msejjaħ in house — Kuntrattur ġuridikament differenti mill-awtorità kontraenti — Kundizzjoni ta’ kontroll simili — Awtorità kontraenti u kuntrattur li ma għandhomx bejniethom relazzjoni ta’ kontroll — Awtorità pubblika terza li teżerċita kontroll parzjali fuq l-awtorità kontraenti u kontroll fuq il-kuntrattur li jista’ jiġi kklassifikat bħala simili — Tranżazzjoni interna orizzontali)

7

2014/C 202/09

Kawża C-35/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – ASS.I.CA. – Associazione Industriali delle Carni, Krafts Foods Italia SpA vs Associazioni fra produttori per la tutela del Salame Felinoet (Agrikoltura — Prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel — Regolament (KEE) Nru 2081/92 — Artikolu 2 — Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini — Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae — Protezzjoni fit-territorju nazzjonali — Assenza ta’ reġistrazzjoni Komunitarja — Konsegwenzi — Protezzjoni tad-denominazzjonijiet marbuta mal-prodotti li fil-konfront tagħhom ma teżisti l-ebda rabta partikolari bejn il-karatteristiċi tagħhom u l-oriġini ġeografika tagħhom — Kundizzjonijiet)

8

2014/C 202/10

Kawża C-161/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia – l-Italja) – Idrodinamica Spurgo Velox et vs Acquedotto Pugliese SpA (Kuntratti pubbliċi — Settur tal-ilma — Direttiva 92/13/KEE — Proċeduri ta’ reviżjoni effikaċi u rapidi — Termini għall-preżentata ta’ rikors — Data li minnha dawn it-termini jibdew jiddekorru)

9

2014/C 202/11

Kawża C-162/14: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

10

2014/C 202/12

Kawża C-179/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni vs L-Ungerija

10

2014/C 202/13

Kawża C-187/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fis-16 ta’ April 2014 – Skatteministeriet vs DSV Road A/S

12

2014/C 202/14

Kawża C-189/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Eparchiako Dikastirio Lefkosias (Ċipru) fis-16 ta’ April 2014 – Bogdan Chain vs Atlanco LTD

12

2014/C 202/15

Kawża C-198/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hovioikeus (il-Finlandja) fit-22 ta’ April 2014 – Valev Visnapuu vs Kihlakunnansyyttäjä (Helsinki), Suomen valtio – Tullihallitus

13

2014/C 202/16

Kawża C-202/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour administrative d’appel de Nantes (Franza) fit-13 ta’ Frar 2014 – Adiamix vs Direction départementale des finances publiques – Pôle Gestion fiscale

14

2014/C 202/17

Kawża C-207/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fil-25 ta’ April 2014 – Hotel Sava Rogaška, Gostinstvo, turizem in storitve, d.o.o. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja – Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Ambjent

15

2014/C 202/18

Kawża C-209/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (Is-Slovenja) fil-25 ta’ April 2014 – NLB Leasing d.o.o. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja- Ministrstvo za finance

15

2014/C 202/19

Kawża C-633/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej, fil-preżenza ta’: P4 Sp. z o.o., Krajowa Izba Gospodarcza Elektroniki i Telekomunikacji

16

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 202/20

Kawża T-406/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2014 – Donau Chemie vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Multi — Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni fil-proċedura amministrattiva — Obbligu ta’ motivazzjoni — Trattament ugwali — Proporzjonalità — Kapaċità kontributtiva)

17

2014/C 202/21

Kawża T-30/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2014 – Reagens vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew ta’ stabilizzaturi termiċi tal-landa — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE — Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva — Tul tal-ksur — Multi — Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 — Ammont bażiku — Ċirkustanzi attenwanti — Kapaċità kontributtiva — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Setgħat ta’ ġurisdizzjoni sħiħa — Natura xierqa tal-ammont tal-multa)

17

2014/C 202/22

Kawżi magħquda T-458/10 sa T-467/10 u T-471/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2014 – McBride et vs Il-Kummissjoni (Sajd — Miżuri ta’ konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd — Ristrutturazzjoni tas-settur — Applikazzjonijiet għal żieda tal-għanijiet tal-programm ta’ gwida multiannwali intiż biex itejjeb is-sigurtà abbord — Applikazzjoni tal-Irlanda dwar diversi bastimenti — Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti tal-Ġustizzja tad-deċiżjoni inizjali dwar l-istess proċedura — Deċiżjoni ġdida ta’ ċaħda — Inkompetenza tal-Kummissjoni)

18

2014/C 202/23

Kawża T-160/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2014 – Adler Modemärkte vs UASI – Blufin (MARINE BLEU) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MARINE BLEU — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUMARINE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

19

2014/C 202/24

Kawża T-198/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2014 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni (Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet — Direttiva 2009/48/KE — Sikurezza tal-ġugarelli — Valuri ta’ limitu għan-nitrosammini, għas-sustanzi nitrosatabbli, għaċ-ċomb, il-barju, l-arseniku, l-antimonju u l-merkurju preżenti fil-ġugarelli — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tapprovax totalment iż-żamma tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw — Approvazzjoni limitata fiż-żmien — Prova ta’ livell ta’ protezzjoni għola għas-saħħa tal-bniedem mogħti mid-dispożizzjonijiet nazzjonali)

20

2014/C 202/25

Kawża T-247/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2014 – Argo Group International Holdings vs UASI – Arisa Assurances (ARIS) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva ARIS — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ARISA ASSURANCES S.A. — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Xebh tas-sinjali — Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti fis-suq — Prinċipju ta’ dritt Amerikan imsejjaħ Morehouse defense — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009)

20

2014/C 202/26

Kawża T-366/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2014 – Katjes Fassin vs UASI (Yoghurt-Gums) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Yoghurt-Gums — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru distintiv — Karattru deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

21

2014/C 202/27

Kawża T-200/13 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2014 – De Luca vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Ħatra — Klassifikazzjoni fi grad — Ħatra f’pożizzjoni ta’ grupp ta’ funzjonijiet ogħla wara kompetizzjoni ġenerali — Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza wara rinviju lill-Qorti Ġenerali — Dħul fis-seħħ tal-Istatut il-ġdid — Dispożizzjonijiet tranżitorji — Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tal-Istatut)

22

2014/C 202/28

Kawża T-419/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2014 – Unión de Almacenistas de Hierros de España vs Il-Kummissjoni [Aċċess għad-dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Dokumenti li jikkonċernaw żewġ proċeduri Spanjoli fil-qasam tal-kompetizzjoni — Rifjut impliċitu ta’ aċċess — Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni]

22

2014/C 202/29

Kawża T-103/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2014 – Frucona Košice vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Għajnuna mill-Istat — Alkoħol u spirti — Annullament ta’ dejn fiskali fil-kuntest ta’ proċedura kollettiva ta’ insolvenza — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Nuqqas ta’ urġenza — Nuqqas ta’ fumus boni juris)

23

2014/C 202/30

Kawża T-200/14: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2014 – Ben Ali vs Il-Kunsill

23

2014/C 202/31

Kawża T-207/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2014 – Aluwerk Hettstedt vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

24

2014/C 202/32

Kawża T-208/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2014 – Richard Anton vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

25

2014/C 202/33

Kawża T-217/14: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2014 – Gmina Kosakowo vs Il-Kummissjoni

26

2014/C 202/34

Kawża T-231/14 P: Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2014 mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mis-sentenza mogħtija fil-5 ta’ Frar 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-29/13, Drakeford vs EMA

27

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

2014/C 202/01

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 194, 24.6.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 184, 16.6.2014

ĠU C 175, 10.6.2014

ĠU C 159, 26.5.2014

ĠU C 151, 19.5.2014

ĠU C 142, 12.5.2014

ĠU C 135, 5.5.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tas-6 ta’ Mejju 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-43/12) (1)

((Rikors għal annullament - Direttiva 2011/82/UE - Skambju transkonfinali ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ ksur relatat mas-sigurtà fit-toroq - Għażla tal-bażi legali - Artikolu 87(2)(a) TFUE - Artikolu 91 TFUE - Żamma tal-effetti tad-Direttiva fil-każ ta’ annullament))

2014/C 202/02

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. van Rijn u R. Troosters, aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Drexler, A. Troupiotis u K. Zejdová, aġenti), Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Monteiro u E. Karlsson, aġenti)

Partijiet intervenjenti in sostenn tal-partijiet konvenuti fil-kawża: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux, T. Materne, aġenti, assistiti minn S. Rodrigues u F. Libert, avukati), l-Irlanda (rappreżentanti: E. Creedon, aġent, assistit minn N. Travers, BL), l-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér, K. Szíjjártó u K. Molnár, aġenti), ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna u M. Szpunar, aġenti), ir-Repubblika Slovakka (rappreżentant: B. Ricziová, aġent), ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u C. Stege, aġenti), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: C. Murrell u S. Behzadi-Spencer, aġenti, assistiti minn J. Maurici u J. Holmes, barristers)

Suġġett

Rikors għal annullament – Direttiva 2011/82/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2011, li tiffaċilita l-iskambju transkonfinarju ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq (ĠU L 288, p. 1) – Għażla tal-bażi legali – Sostituzzjoni tal-bażi legali proposta fil-qasam tal-politika komuni tat-trasport b’bażi legali oħra, li taqa’ taħt il-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija – Għan li tittejjeb is-sigurtà fit-toroq – Żamma tal-effetti tad-Direttiva f’każ ta’ annullament

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2011/82/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2011, li tiffaċilita l-iskambju transkonfinarju ta’ informazzjoni fir-rigward ta’ reati tat-traffiku relatati mas-sikurezza fit-toroq, hija annullata.

2)

L-effetti tad-Direttiva 2011/82 għandhom jinżammu sad-dħul fis-seħħ, f’terminu raġonevoli li ma jistax jaqbeż tnax-il xahar mid-data tal-għoti ta’ din is-sentenza, ta’ direttiva ġdida bbażata fuq il-bażi legali xierqa, jiġifieri l-Artikolu 91(1)(ċ) TFUE.

3)

Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huma kkundannati għall-ispejjeż.

4)

Ir-Renju tal-Belġju, l-Irlanda, l-Ungerija, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika Slovakka, ir-Renju tal-Isvezja kif ukoll ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 98, 31.03.2012.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg – il-Lussemburgu) – Caisse nationale des prestations familiales vs Ulrike Wiering, Markus Wiering

(Kawża C-347/12) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Regolament (KEE) Nru 1408/71 - Regolament (KEE) Nru 574/72 - Benefiċċji tal-familja - Allowances tal-familja - Allowance tal-edukazzjoni - “Elterngeld” - “Kindergeld” - Kalkolu tas-suppliment għad-differenza])

2014/C 202/03

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Caisse nationale des prestations familiales

Konvenuti: Ulrike Wiering, Markus Wiering

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Cour de cassation du Grand-Duché de Luxembourg – Interpretazzjoni tal-Artikoli 1(u)(i), 4(1)(h) u 76 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 3), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-29 ta’ Ġunju 1998 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 308) – Interpretazzjoni tal-Artikolu 10(1)(b)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83), fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97 – Kunċett ta’ “benefiċċju tal-familja” – Ħaddiem li jgħix fil-Ġermanja u li jeżerċita l-professjoni tiegħu fil-Lussemburgu – Kumulu ta’ drittijiet għal benefiċċji tal-familja – Kalkolu tas-supplement għad-differenza mħallas mil-Lussemburgu – Teħid inkunsiderazzjoni tal-allowances tal-edukazzjoni Ġermaniżi “Elterngeld” u “Kindergeld”

Dispożittiv

L-Artikoli 1(u)(i) u 4(1)(h) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għal persuni impjegati, għal persuni li jaħdmu għal rashom u għal membri tal-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1606/98, tad-29 ta’ Ġunju 1998, kif ukoll l-Artikolu 10(1)(b)(i) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71, fil-verżjoni tiegħu kif emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għall-finijiet tal-kalkolu tas-suppliment għad-differenza eventwalment dovut lil ħaddiem migrant fl-Istat Membru tal-impjieg tiegħu, ma għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni l-benefiċċji tal-familja kollha li tirċievi l-familja ta’ dan il-ħaddiem bis-saħħa tal-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru ta’ residenza peress li, bla ħsara għal verifiki li għandhom isiru mill-qorti tar-rinviju, l-“Elterngeld” previst mil-leġiżlazzjoni Ġermaniża ma huwiex tal-istess natura, fis-sens tal-Artikolu 12 tar-Regolament Nru 1408/71, bħall-Kindergeld” previst minn din il-leġiżlazzjoni u bħall-allowances tal-familja previsti mil-leġiżlazzjoni Lussemburgiża.


(1)  ĠU C 287, 22.09.2012.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 – Bolloré vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-414/12 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karta saħħara - Imputabbiltà lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja tagħha - Parteċipazzjoni diretta tal-kumpannija parent fil-ksur - Ugwaljanza fit-trattament - Tul tal-proċedura amministrattiva u ġudizzjarja - Terminu raġonevoli - Drittijiet tad-difiża))

2014/C 202/04

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Bolloré (rappreżentanti: P. Gassenbach, C. Lemaire u O. de Juvigny, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: W. Mölls u R. Sauer, aġenti, assistiti minn N. Coutrelis, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla), tas-27 ta’ Ġunju 2012, Bolloré vs Il-Kummissjoni (T-372/10), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għal annullament jew għal riforma tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4160 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/36212 – Karta saħħara) – Deċiżjoni adottata wara l-annullament tal-ewwel deċiżjoni – Imputazzjoni tal-ksur lill-kumpannija parent, ikkunsidrata fil-kwalità tagħha ta’ awtur dirett – Multa – Nulla poena sine lege – Ugwaljanza fit-trattament – Terminu raġonevoli – Drittijiet tad-difiża

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Bolloré hija kkundannata għall-ispejjeż ta’ dan l-appell.


(1)  ĠU C 355, 17.11.2012


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Grondwettelijk Hof -il-Belġju) – Pelckmans Turnhout NV vs Walter Van Gastel Balen NV et

(Kawża C-483/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Assenza - Nuqqas ta’ ġurisdizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja))

2014/C 202/05

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Grondwettelijk Hof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Pelckmans Turnhout NV

Konvenuti: Walter Van Gastel Balen NV, Walter Van Gastel NV, Walter Van Gastel Lifestyle NV, Walter Van Gastel Schoten NV

Fil-preżenza ta’: Ministerraad

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Grondwettelijk Hof – Il-Belġju – Interpretazzjoni tal-Artikolu 6(3) TUE, tal-Artikoli 34, 35, 36, 56 u 57 TFUE, u tal-Artikoli 15, 16, 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi jum ta’ għeluq fil-ġimgħa għan-negozji bl-imnut – Eċċezzjonijiet previsti għan-negozji stabbiliti f’ċerti postijiet jew li jbigħu ċerti prodotti.

Dispożittiv

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea ma għandhiex ġurisdizzjoni sabiex tirrispondi d-domanda magħmula fil-kuntest tat-talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Grondwettelijk Hof (il-Belġju).


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 – Bimbo, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), Panrico, SA

(Kawża C-591/12 P) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tat-trade mark verbali BIMBO DOUGHNUTS - Trade mark verbali Spanjola preċedenti DOGHNUTS - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 8(1)(b) - Evalwazzjoni globali tal-probabbiltà ta’ konfużjoni - Pożizzjoni distintiva awtonoma ta’ element ta’ trade mark verbali komposta))

2014/C 202/06

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Bimbo, SA (rappreżentanti: C. Prat, avukat, R. Ciullo, Barrister)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u J. Crespo Carrillo, aġenti), Panrico, SA (rappreżentant: D. Pellisé Urquiza, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla), tal-10 ta’ Ottubru 2012, fil-Kawża T-569/10, Bimbo, S c vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għal annullament ippreżentat mill-applikant għat-trade mark verbali “BIMBO DOUGHNUTS”, għal prodotti fil-klassi 30, kontra d-Deċiżjoni R 838/2009-4 tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI), tas-7 ta’ Ottubru 2010, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tal-imsemmija trade mark fil-kuntest tal-oppożizzjoni mressqa mill-proprjetarju tat-trade marks verbali internazzjonali u nazzjonali “DONUT”, “DOGHNUTS” u “DONUTS” u tat-trade marks figurattivi internazzjonali u nazzjonali li jinkludu l-element verbali “donuts”, għal prodotti fil-klassi 30 – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 – Probabbiltà ta’ konfużjoni

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Bimbo SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 23.02.2013.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Supreme Court – l-Irlanda) – H.N. vs Minister for Justice, Equality and Law Reform, Ireland, Attorney General

(Kawża C-604/12) (1)

((Direttiva 2004/83/KE - Livelli minimi dwar il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-istatus ta’ refuġjat jew tal-istatus mogħti permezz tal-protezzjoni sussidjarja - Direttiva 2005/85/KE - Livelli minimi dwar il-proċedura għall-għoti u għall-irtirar tal-istatus ta’ refuġjat fl-Istati Membri - Regola ta’ proċedura nazzjonali li tissuġġetta l-eżami tat-talba għall-protezzjoni sussidjarja għaċ-ċaħda preċedenti tat-talba għall-istatus ta’ refuġjat - Ammissibbiltà - Awtonomija proċedurali tal-Istati Membri - Prinċipju ta’ effettività - Dritt għal amministrazzjoni tajba - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 41 - Imparzjalità u veloċità tal-proċedura))

2014/C 202/07

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

Supreme Court

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: H.N.

Konvenuti: Minister for Justice, Equality and Law Reform, Ireland, Attorney General

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Supreme Court – Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li nkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 7, p. 96) – Applikazzjoni għal protezzjoni sussidjarja mingħajr ma tkun ġiet introdotta qabel applikazzjoni għall-istat ta’ refuġjat.

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 2004/83/KE, tad-29 ta’ April 2004, dwar livelli stabbiliti minimi għall-kwalifika u l-istat ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala refuġjati jew bħala persuni li inkella jeħtieġu protezzjoni internazzjonali u l-kontenut tal-protezzjoni mogħtija, kif ukoll il-prinċipju ta’ effettività u d-dritt għal amministrazzjoni tajba ma jipprekludux regola ta’ proċedura nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tissuġġetta l-eżami ta’ talba għal protezzjoni sussidjarja għaċ-ċaħda preċedenti ta’ talba intiża li jinkiseb l-istatus ta’ refuġjat, kemm-il darba, minn naħa, it-talba intiża għall-kisba tal-istatus ta’ refuġjat u t-talba għal protezzjoni sussidjarja jkunu jistgħu jitressqu fl-istess ħin, u, min-naħa l-oħra, din ir-regola ta’ proċedura nazzjonali ma twassalx biex l-eżami tat-talba għal protezzjoni sussidjarja jitwettaq f’terminu irraġonevoli, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 86, 23.03.2013


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg – il-Ġermanja) – Technische Universität Hamburg-Harburg, Hochschul-Informations-System GmbH vs Datenlotsen Informationssysteme GmbH

(Kawża C-15/13) (1)

((Kuntratti pubbliċi għal provvisti - Direttiva 2004/18/KE - Għoti ta’ kuntratt mingħajr il-bidu ta’ proċedura għal sejħa għal offerti - Għoti msejjaħ “in house” - Kuntrattur ġuridikament differenti mill-awtorità kontraenti - Kundizzjoni ta’ “kontroll simili” - Awtorità kontraenti u kuntrattur li ma għandhomx bejniethom relazzjoni ta’ kontroll - Awtorità pubblika terza li teżerċita kontroll parzjali fuq l-awtorità kontraenti u kontroll fuq il-kuntrattur li jista’ jiġi kklassifikat bħala “simili” - “Tranżazzjoni interna orizzontali”))

2014/C 202/08

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Technische Universität Hamburg-Harburg, Hochschul-Informations-System GmbH

Konvenuta: Datenlotsen Informationssysteme GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Hanseatisches Oberlandesgericht Hamburg – Interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “kuntratt pubbliku” li jinsab fl-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132) – Inklużjoni eventwali ta’ kuntratt bejn kumpannija u università suġġetti għall-kontroll tal-istess organu tad-dritt pubbliku li huwa l-awtorità kontraenti fis-sens tad-Direttiva (horizontales In-House-Geschäft) – Portata tal-kontroll ta’ dan l-organu tad-dritt pubbliku

Dispożittiv

L-Artikolu 1(2)(a) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi], għandu jiġi interpretat fis-sens li kuntratt li għandu bħala suġġett il-provvista ta’ prodotti konkluż bejn, minn naħa, università li hija awtorità kontraenti u li hija kkontrollata fil-qasam tal-akkwisti tal-prodotti u tas-servizzi tagħha minn Stat Federali Ġermaniż u, min-naħa l-oħra, minn impriża rregolata mid-dritt privat li hija miżmuma mill-Istat Federali u mill-Istati Federali Ġermaniżi, li inkluż fosthom jinsab dan l-Istat Federali, jikkostitwixxi kuntratt pubbliku fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u għalhekk għandu jkun suġġett għar-regoli tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi previsti minn din id-direttiva.


(1)  ĠU C 114, 20.04.2013.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte suprema di cassazione – l-Italja) – ASS.I.CA. – Associazione Industriali delle Carni, Krafts Foods Italia SpA vs Associazioni fra produttori per la tutela del “Salame Felino”et

(Kawża C-35/13) (1)

((Agrikoltura - Prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel - Regolament (KEE) Nru 2081/92 - Artikolu 2 - Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini - Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae - Protezzjoni fit-territorju nazzjonali - Assenza ta’ reġistrazzjoni Komunitarja - Konsegwenzi - Protezzjoni tad-denominazzjonijiet marbuta mal-prodotti li fil-konfront tagħhom ma teżisti l-ebda rabta partikolari bejn il-karatteristiċi tagħhom u l-oriġini ġeografika tagħhom - Kundizzjonijiet))

2014/C 202/09

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ASS.I.CA. – Associazione Industriali delle Carni, Krafts Foods Italia SpA

Konvenuti: Associazioni fra produttori per la tutela del “Salame Felino”, La Felinese Salumi SpA, Salumificio Monpiù Srl, Salumi Boschi F.lli SpA, Gualerzi SpA, Alinovi Tullio di Alinovi Giorgio & C. Snc, Salumificio Gastaldi di Gastaldi Franco e C. Snc, Boschi Cav. Umberto SpA, Fereoli Mario & Figlio Snc, Salumificio Ducale Snc di Morini & Tortini, Fereoli Gino & Figlio Snc, Ronchei Srl, Salumificio B.R.B. Snc

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Corte suprema di cassazione – Interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, tal-14 ta’ Lulju 1992, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 4) – Denominazzjoni ta’ oriġini li ma ġietx irreġistrata u li għaliha ma jeżistix att ġuridikament vinkolanti li jiddefinixxi l-konfini taż-żona ġeografika ta’ produzzjoni, ir-regoli tal-produzzjoni u l-kundizzjonijiet eventwali li l-produtturi għandhom jissodisfaw sabiex jibbenefikaw mid-dritt li jużaw id-denominazzjoni inkwistjoni – Possibbiltà li jiġi pprojbit fit-territorju nazzjonali, bħala att ta’ kompetizzjoni żleali, l-użu ta’ din id-denominazzjoni għal prodotti nazzjonali li ma joriġinawx mill-postijiet imsemmija mid-denominazzjoni

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, tal-14 ta’ Lulju 1992, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 535/97, tas-17 ta’ Marzu 1997, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprovdix sistema ta’ protezzjoni lil denominazzjoni ġeografika nieqsa minn reġistrazzjoni Komunitarja, iżda li din tista’ tiġi protetta, jekk ikun il-każ, bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrigwarda denominazzjonijiet ġeografiċi marbuta mal-prodotti li fil-konfront tagħhom ma teżisti l-ebda rabta partikolari bejn il-karatteristiċi tagħhom u l-oriġini ġeografika tagħhom, sakemm, madankollu, minn naħa, l-implementazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni ma tippreġudikax l-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 2081/92, kif emendat bir-Regolament Nru 535/97, u min-naħa l-oħra, ma tiksirx il-moviment liberu tal-merkanzija msemmi fl-Artikolu 28 KE, ċirkustanzi li għandhom jiġu vverifikati mill-qorti nazzjonali.


(1)  ĠU C 86, 23.03.2013.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia – l-Italja) – Idrodinamica Spurgo Velox et vs Acquedotto Pugliese SpA

(Kawża C-161/13) (1)

((Kuntratti pubbliċi - Settur tal-ilma - Direttiva 92/13/KEE - Proċeduri ta’ reviżjoni effikaċi u rapidi - Termini għall-preżentata ta’ rikors - Data li minnha dawn it-termini jibdew jiddekorru))

2014/C 202/10

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Idrodinamica Spurgo Velox, Giovanni Putignano e figli srl, Cogeir srl, Splendor Sud srl, Sceap srl

Konvenuta: Acquedotto Pugliese SpA

fil-preżenza ta’: Tundo srl, Giovanni XXIII Soc. coop. arl

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia – Interpretazzjoni tal-Artikoli 1, 2a, 2c u 2f tad-Divettiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315) – Terminu għall-preżentata ta’ rikors – Bidu tad-dekorrenza – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li t-terminu għall-preżentata ta’ rikors jibda jiddekorri mid-data tan-notifika lir-rikorrent tad-deċiżjoni definittiva ta’ għoti tal-kuntratt – Rikorrent li sar jaf bl-eżistenza ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi wara l-imsemmija notifika

Dispożittiv

L-Artikolu 1(1) u (3), kif ukoll l-aħħar subparagrafu tal-Artikolu 2a(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni, kif emendata bid-Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-terminu għall-preżentata ta’ rikors għal annullament fir-rigward tad-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt għandu jibda jiddekorri mill-ġdid ladarba tkun ingħatat deċiżjoni ġdida mill-entità kontraenti, adottata sussegwentement għal din id-deċiżjoni ta’ għoti iżda qabel l-iffirmar tal-kuntratt u li tista’ taffettwa l-legalità ta’ din id-deċiżjoni ta’ għoti. Dan it-terminu jibda jiddekorri mid-data tal-komunikazzjoni lill-offerenti tad-deċiżjoni sussegwenti jew, fin-nuqqas ta’ dan, mill-mument meta dawn tal-aħħar ikunu saru jafu biha.

Fil-każ li wara l-iskadenza tat-terminu għall-preżentata ta’ rikors previst mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, offerent isir jaf b’irregolarità li allegatament twettqet qabel id-deċiżjoni ta’ għoti ta’ kuntratt, dritt għall-preżentata ta’ rikors kontra din id-deċiżjoni huwa biss żgurat f’dan it-terminu, sakemm ma jkunx espressament ipprovdut permezz ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tiggarantixxi tali dritt li hija konformi mad-dritt tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 189, 29.06.2013.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/10


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja

(Kawża C-162/14)

2014/C 202/11

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Tokár u K. Herrmann)

Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja

Talbiet

tikkonstata li, billi żammet fis-seħħ motivi ta’ esklużjoni ta’ operaturi ekonomiċi mill-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti, bħal dawk li jinsabu fil-punti (1) u (1a) tal-Artikolu 24(1) tal-Liġi dwar il-kuntratti pubbliċi, u li jmorru lil hinn mill-kundizzjonijiet sostantivi tal-lista eżawrjenti ta’ eklużjonijiet inklużi fl-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18/KE fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (1), ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 45(2) ta’ din id-direttiva;

tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi ta’ esklużjoni ta’ operatur ekonomiku minn proċedura għall-għoti ta’ kuntratt minħabba l-karatteristiċi professjonali ta’ dan tal-aħħar, bħal dawk inklużi fil-punti (1) u (1a) tal-Artikolu 24(1) tal-Liġi dwar il-kuntratti pubbliċi, jiġifieri abbażi tal-fatt li (i) l-operatur, minħabba nuqqas ta’ eżekuzzjoni jew eżekuzzjoni żbaljata ta’ kuntratt, ikun ikkawża dannu li ġie kkonfermat b’deċiżjoni ta’ awtorità ta’ res judicata u abbażi tal-fatt li (ii) l-operatur kien parti kontraenti f’kuntratt li ġie rexiss, ikkanċellat jew irrinunzjat minn awtorità kontraenti minħabba ċirkustanzi imputabbli lill-operatur, għandhom portata li tmur lil hinn minn dik tal-kundizzjonijiet ta’ esklużjoni stabbiliti fl-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18/KE u b’mod partikolari fl-Artikolu 45(2)(d) tagħha.

L-interpretazzjoni ta’ din l-aħħar kundizzjoni kienet is-suġġett tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Forposta SA, ABC Direct Contact, C-465/11. Il-Qorti tal-Ġustizzja sostniet li l-kunċett ta’ “ħati ta’ kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità” msemmi fl-Artikolu 45(2)(d) tad-Direttiva 2004/18, ikopri kull aġir żbaljat li jaffettwa l-kredibbiltà professjonali tal-operatur. Madankollu, il-kundizzjonijiet ta’ esklużjoni previsti fil-Polonja ma humiex limitati biss għal aġir tal-operatur ekonomiku inkwistjoni li jindika intenzjoni żbaljata jew negliġenza ta’ ċerta gravità min-naħa tiegħu, iżda jeżiġu li l-awtorità kontraenti teskludi awtomatikament operatur ekonomiku mingħajr ma tevalwa minn qabel l-aġir żbaljat allegat fil-konfront ta’ dan tal-aħħar.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/10


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni vs L-Ungerija

(Kawża C-179/14)

2014/C 202/12

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Tokár u E. Montaguti, aġenti)

Konvenut: L-Ungerija

Talbiet tar-rikorrenti

1.

Tiddikjara li l-Ungerija billi introduċiet u żammet fis-seħħ is-sistema tal-kard SZÉP, irregolata bid-Digriet 55/2011, tat-12 ta’ April, u emendata bil-liġi CLVI tal-2011, kisret id-Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (1), sa fejn:

l-Artikolu 13 tad-digriet dwar il-kard SZÉP, interpretat flimkien mal-Artikolu 2(2)(d) tal-Liġi XCVI tal-1993, mal-Artikolu 2(b) tal-Liġi CXXXII tal-1997 u mal-Artikoli 1, 2(1) u (2), 55(1) u (3), u 64(1) tal-Liġi IV tal-2006, jeskludi l-possibbiltà li fergħat ta’ impriżi joħorġu l-kard SZÉP, u, għalhekk, jikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 14(3) u tal-Artikolu 15(2)(b) tad-Direttiva 2006/123;

l-Artikolu 13 tad-digriet dwar il-kard SZÉP, interpretat flimkien mal-Artikoli 1, 2(1) u (2), 55(1) u (3), u 64(1) tal-Liġi IV tal-2006, mal-Artikolu 2(2)(d) tal-Liġi XCVI tal-1993 u mal-Artikolu 2(b) tal-Liġi CXXXII tal-1997, ma jirrikonoxxix, għall-finijiet tat-twettiq tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13(a), (b) u (c) tad-digriet dwar il-kard SZÉP, l-attività ta’ dawk il-gruppi ta’ impriżi li l-kumpannija parent tagħhom ma hijiex kumpannija stabbilita skont id-dritt Ungeriż u li l-membri tagħhom ma għandhox il-forma ta’ kumpannija stabbilita taħt id-dritt Ungeriż, u, għalhekk, jikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(1), (2)(b) u 3 tad-Direttiva 2006/123;

l-Artikolu 13 tad-digriet dwar il-kard SZÉP, interpretat flimkien mal-Artikoli 1, 2(1) u (2), 55(1) u (3), u 64(1) tal-Liġi IV tal-2006, mal-Artikolu 2(2)(d) tal-Liġi XCVI tal-1993 u mal-Artikolu 2(b) tal-Liġi CXXXII tal-1997, iżomm il-possibbiltà li l-banek u istituzzjonijiet oħra tal-kreditu joħorġu l-kard SZÉP, peress li huma biss dawn l-istabbilimenti li jistgħu jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Artikolu 13 tad-digriet, u, għalhekk, jikser id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(1), (2)(d) u 3 tad-Direttiva 2006/123;

l-Artikolu 13 tad-digriet dwar il-kard SZÉP jikser l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2006/123 sa fejn jissuġġetta l-ħruġ tal-kard SZÉP għall-eżistenza ta’ stabbiliment Ungeriż.

2.

Sussidjarjament, tiddikjara li s-sistema tal-kard SZÉP stabbilita bid-Digriet 55/2011, tat-12 ta’ April, tikser l-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE, sa fejn id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/123 iċċitati fil-punt 1 ma humiex applikabbli għad-dispożizzjonijiet imsemmija f’dak il-punt.

3.

Tiddikjara li s-sistema ta’ vawċers “Erzsébet” irregolata bil-Liġi CLVI tal-2011 u bil-Liġi CIII tal-2012, li tistabbilixxi monopolju favur organi pubbliċi fil-kuntest tal-ħruġ ta’ vawċers għall-ikel kiesaħ u li daħlet fis-seħħ mingħajr ma kienet ippreċeduta minn perijodu tranżitorju xieraq jew mill-miżuri tranżitorji neċessarji, tikser l-Artikoli 49 TFUE u 56 TFUE, sa fejn l-Artikoli 1, 5 u 477 tal-Liġi CLVI tal-2011 u l-Artikoli 2(1) u (2), 6 u 7 tal-Liġi CIII tal-2012 jistabbilixxu restrizzjonijiet sproporzjonati.

4.

Tikkundanna lill-Ungerija għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Fl-2011, l-Ungerija emendat il-leġiżlazzjoni dwar il-ħruġ tal-vawċers għall-ikel kiesaħ u sħun, għall-ħin liberu u għaż-żmien ħieles mogħtija lill-impjegati mill-persuni li jimpjegaw, li jikkostitwixxu perkaċċi u li għalhekk huma suġġetti għal skemi fiskali u tas-sigurtà soċjali iktar vantaġġużi. Din il-leġiżlazzjoni l-ġdida daħlet fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2012 mingħajr perijodu tranżitorju xieraq. Preċedentement għal dawn l-emendi, il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma kinitx tipprevedi kundizzjonijiet speċifiċi jew speċjali fir-rigward tal-ħruġ ta’ dawn il-vawċers għall-ikel jew fir-rigward tal-forma tagħhom. Wara l-introduzzjoni ta’ tali emendi, istituzzjoni pubblika, il-Magyar Nemzeti Üdülési Alapítvány (fondazzjoni nazzjonali Ungeriża għaż-żmien ħieles) għandha pożizzjoni ta’ monopolju f’dak li jirrigwarda l-ħruġ ta’ vawċers fuq il-karta għall-ikel sħun u ta’ vawċers fuq il-karta u elettroniċi għall-ikel kiesaħ. Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni timponi kundizzjonijiet partikolarment severi għall-ħruġ ta’ vawċers għall-ikel sħun, għall-ħin liberu u għaż-żmien ħieles li diġà setgħu jinħarġu biss f’forma eletronika. Il-miżuri kkontestati wasslu għall-esklużjoni ta’ operaturi li kienu ilhom diversi snin joperaw f’dan is-suq, jostakolaw id-dħul fis-suq ta’ operaturi ġodda u jostakolaw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Barra minn hekk, is-sistema dwar il-kard SZÉP de facto tirriżerva s-suq favur tliet gruppi kbar ta’ banek stabbiliti skont id-dritt Ungeriż, filwaqt li l-ħruġ ta’ vawċers “Erzsébet” huwa possibbli biss fil-kuntest ta’ monopolju Statali. Il-fatt li d-dħul tal-istituzzjoni pubblika li topera l-monopolju huwa intiż għall-finanzjament ta’ spejjeż soċjali ma jiġġustifikax suffiċjentement il-limiti introdotti. Skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat FUE u tad-Direttiva 2006/123, limitazzjonijiet għal-libertà ta’ stabbiliment u għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi huma possibbli biss meta dawn ma jkunux diskriminatorji u jirriżultaw minn interess ġenerali u dejjem sakemm ikunu josservaw ir-rekwiżiti ta’ neċessità u ta’ proporzjonalità.


(1)  Direttiva 2006/123/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat- 12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern (ĠU L 376, p. 36).


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Østre Landsret (id-Danimarka) fis-16 ta’ April 2014 – Skatteministeriet vs DSV Road A/S

(Kawża C-187/14)

2014/C 202/13

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Skatteministeriet

Konvenuta: DSV Road A/S

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 203(1) tal-Kodiċi Doganali (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li hemm tneħħija minn taħt is-sorveljanza doganali f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali jekk jiġi preżunt a) li kull kunsinna li saret rispettivament fl-2007 u fl-2008 kienet tirrigwarda l-istess merkanzija jew b) li ma setgħex jintwera li din tirrigwarda l-istess merkanzija?

2)

L-Artikolu 204 tal-Kodiċi Doganali (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li dejn doganali jsir dovut f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali jekk jiġi preżunt a) li kull kunsinna li saret rispettivament fl-2007 u fl-2008 kienet tirrigwarda l-istess merkanzija jew b) li ma setgħex jintwera li din tirrigwarda l-istess merkanzija?

3)

L-Artikolu 859 tad-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni (3) għandu jiġi interpretat fis-sens li fiċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali jeżisti nuqqas li ma kellux konsegwenzi reali fuq il-funzjonament korrett tal-proċedura doganali jekk jiġi preżunt a) li kull kunsinna li saret rispettivament fl-2007 u fl-2008 kienet tirrigwarda l-istess merkanzija jew b) li ma setgħex jintwera li din tirrigwarda l-istess merkanzija?

4)

Stat Membru tal-importazzjoni jista’ jirrifjuta lil persuna nnominata bħala l-persuna responsabbli għall-ħlas tal-VAT mill-imsemmi Stat it-tnaqqis tal-VAT fuq l-importazzjoni skont l-Artikolu 168(e) tad-Direttiva tal-VAT (4) jekk il-VAT fuq l-importazzjoni hija imposta fuq trasportatur tal-merkanzija kkonċernata li ma huwiex importatur u proprjetarju ta’ din il-merkanzija u li kull ma għamel kien li ttrasporta u wettaq il-kunsinna doganali fil-kuntest tal-eżerċizzju tal-attività tiegħu ta’ trasportatur tal-merkanzija suġġetta għall-VAT?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nruo2913/92, tat-12 Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nruo2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).

(3)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nruo2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d-dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi il-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2 Vol. 6 p. 3).

(4)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Eparchiako Dikastirio Lefkosias (Ċipru) fis-16 ta’ April 2014 – Bogdan Chain vs Atlanco LTD

(Kawża C-189/14)

2014/C 202/14

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Eparchiako Dikastirio Lefkosias (Tribunal Distrettwali ta’ Nikosija)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Bogdan Chain

Konvenuta: Atlanco LTD

Domandi preliminari

1)

Il-fatt li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1) u tal-Artikolu 14(5)(b) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 987/2009 (2) jinkludi lill-“[p]ersuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri jew aktar” għandu jiġi interpretat fis-sens li hija inkluża wkoll is-sitwazzjoni ta’ persuna li hija impjegata bis-saħħa ta’ kuntratt ta’ xogħol minn persuna waħda li timpjega, stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni, li għaliha l-persuna impjegata taħdem f’żewġ Stati Membri oħra tal-Unjoni, minkejja li:

i.

it-tieni Stat Membru li fih għandha taħdem il-persuna impjegata jkun għadu ma ġiex iddefinit u lanqas ma jkun jista’ jiġi previst fil-mument tat-talba għall-ħruġ tal-formola A1 minħabba n-natura partikolari tax-xogħol, jiġifieri impjieg temporanju ta’ ħaddiema, għal perijodi qosra, f’diversi Stati Membri tal-Unjoni?

jew

ii.

it-tul tal-attività fl-ewwel u/jew fit-tieni Stat Membru jkun għadu ma jistax jiġi ddeterminat jew ma jkunx prevedibbli minħabba n-natura partikolari tax-xogħol, jiġifieri impjieg temporanju ta’ ħaddiema, għal perijodi qosra, f’diversi Stati Membri tal-Unjoni?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domandi fil-punt 1 preċedenti, l-Artikolu 14(5)(b) tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 987/2009 jista’ jiġi interpretat fis-sens li, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 883/2004, l-espressjoni “[p]ersuna li normalment twettaq attività bħala persuna impjegata f’żewġ Stati Membri jew aktar” tirreferi wkoll għas-sitwazzjoni fejn ikun hemm perijodi ta’ assenza ta’ attività bejn żewġ xogħlijiet f’diversi Stati Membri li matulhom il-ħaddiem jibqa’ rregolat mill-istess kuntratt ta’ xogħol?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domandi fil-punt 1 preċedenti, il-fatt li l-Istat Membru kompetenti ma joħroġx formola A1 jipprekludi l-applikazzjoni tal-Artikolu 13(1)(b) tar-Regolament Nru 883/2004?

4)

L-Artikoli 16(5) u/jew 20(1) jew kull artikolu ieħor tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 987/2009, jimponu l-obbligu għall-Istat Membru li, abbażi ta’ deċiżjoni preliminari tal-Istat Membru ta’ residenza dwar il-liġi applikabbli, joħroġ ex officio l-formola A1, mingħajr ma l-persuna li timpjega kkonċernata jkollha tippreżenta talba oħra f’dan is-sens lill-Istat Membru kompetenti?


(1)  Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72)

(2)  Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, p. 1)


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingin hovioikeus (il-Finlandja) fit-22 ta’ April 2014 – Valev Visnapuu vs Kihlakunnansyyttäjä (Helsinki), Suomen valtio – Tullihallitus

(Kawża C-198/14)

2014/C 202/15

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Helsingin hovioikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Valev Visnapuu

Konvenut: Kihlakunnansyyttäjä (Helsinki), Suomen valtio – Tullihallitus

Domandi preliminari

1.

Il-legalità tal-leġiżlazzjoni Finlandiża dwar id-dazju tas-sisa fuq l-imballaġġ ta’ xorb, li tipprovdi li dan id-dażju jitħallas meta l-imballaġġ ma jifformax parti minn sistema ta’ restituzzjoni, għandha tiġi eżaminata fid-dawl tal-Artikolu 118 TFUE minflok tal-Artikolu 34 TFUE? Is-sistema ta’ restituzzjoni għandha tkun sistema ta’ depożitu, li fil-kuntest tagħha l-persuna li tippakkja jew l-importatur ta’ xorb – li jaġixxi waħdu jew skont kif indikat fil-liġi Finlandiża dwar l-iskart jew fid-dispożizzjonijet korrispondenti applikabbli fil-provinċja ta’ Ahvenanmaa – jiżgura l-użu mill-ġdid jew ir-riċiklaġġ tal-imballaġġ ta’ xorb billi jiġi żgurat li l-imballaġġ jimtela’ mill-ġdid jew jintuża bħala materja prima.

2.

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, il-leġiżlazzjoni ċċitata iktar ’il fuq hija konformi mal-Artikolu 1(1), mal-Artikolu 7 u mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/62/KEE (1), fid-dawl ukoll tal-Artikolu 110 TFUE?

3.

Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda, il-leġiżlazzjoni ċċitata iktar ’il fuq hija konformi mal-Artikolu 1(1), mal-Artikolu 7 u mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 94/62/KEE, fid-dawl ukoll tal-Artikolu 34 TFUE?

4.

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, il-leġiżlazzjoni Finlandiża dwar id-dazju tas-sisa fuq l-imballaġġ ta’ xorb għandha titqies li hija legali skont l-Artikolu 36 TFUE?

5.

F’sitwazzjoni fejn xerrej Finlandiż jakkwista, permezz tal-internet jew permezz ta’ mezzi oħrajn ta’ bejgħ mill-bogħod, xorb alkoħoliku mingħand bejjiegħ li jopera fi Stat Membru ieħor u li jiżgura l-kunsinna fil-Finlanda, jista’ r-rekwiżit, impost fuq kull min juża xorb alkoħoliku għal finijiet kummerċjali jew għal attivitajiet oħrajn ekonomiċi jeżiġi liċenzja speċjali għal bejgħ bl-imnut għall-attività tiegħu għal dak li jikkonċerna l-importazzjoni ta’ xorb alkoħoliku, jitqies li jikkonċerna l-eżistenza jew il-funzjonament ta’ monopolju, b’tali mod li l-Artikolu 34 TFUE ma jipprekludihx u li huwa għandu għall-kuntrarju jiġi evalwat fid-dawl tal-Artikolu 37 TFUE?

6.

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ħames domanda, ir-rekwiżit għal liċenzja huwa kompatibbli mad-dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-monopolji nazzjonali tal-Artikolu 37 TFUE?

7.

Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ħames domanda, u jekk l-Artikolu 34 għandu jiġi applikat f’dan il-każ, għandha l-leġiżlazzjoni Finlandiża, li tipprovdi li jekk xorb alkoħoliku jiġi ordnat barra mill-pajjiż permezz tal-internet jew permezz ta’ mezzi oħrajn ta’ bejgħ mill-bogħod, l-importazzjoni tiegħu għall-konsum personali jiġi awtorizzat biss jekk il-persuna stess li tordnah jew terz differenti mill-bejjiegħ jittrasportah fil-pajjiż, filwaqt li l-każijiet l-oħrajn ta’ importazzjoni huma suġġetti għall-eżistenza ta’ liċenzja skont il-Liġi Finlandiża fuq l-alkoħol, titqies li hija restrizzjoni kwantitattiva jew miżura ta’ effett ekwivalenti kuntrarja għal dan l-artikolu?

8.

Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda preċendenti, il-leġiżlazzjoni inkwistjoni tista’ titqies li hija ġġustifikata u proporżjonata fid-dawl tal-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni?


(1)  Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 1994, dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-cour administrative d’appel de Nantes (Franza) fit-13 ta’ Frar 2014 – Adiamix vs Direction départementale des finances publiques – Pôle Gestion fiscale

(Kawża C-202/14)

2014/C 202/16

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Cour administrative d’appel de Nantes

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Adiamix

Konvenuta: Direction départementale des finances publiques – Pôle Gestion fiscale

Domanda preliminari

Il-Qorti tal-Ġustizzja hija mistiedna tiddeċiedi dwar il-validità, fir-rigward tal-klassifikazzjoni tal-iskema ta’ għajnuna eżistenti, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nruo2004/343/KE, tas-16 ta’ Diċembru 2003, dwar l-iskema ta’ eżenzjoni stabbilita mill-Artikolu 44 septies tal-Code général des impôts, dwar it-teħid ta’ impriżi f’diffikultà (1).


(1)  Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tas-16 ta’ Diċembru 2003, dwar l-iskema ta’ għajnuna implementata minn Franza dwar it-teħid ta’ impriżi f’diffikultà (ĠU L 108, p. 38).


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja) fil-25 ta’ April 2014 – Hotel Sava Rogaška, Gostinstvo, turizem in storitve, d.o.o. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja – Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Ambjent

(Kawża C-207/14)

2014/C 202/17

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije (is-Slovenja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Hotel Sava Rogaška, Gostinstvo, turizem in storitve, d.o.o.

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja – Ministeru tal-Agrikoltura u tal-Ambjent

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2009/54/KE (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li għandu jitqies li huwa “ilma minerali naturali mill-istess nixxiegħa waħdanija”:

a)

l-ilma li joriġina mill-istess sors individwali, iżda mhux l-ilma miġbur minn sors ieħor minkejja li dan huwa ilma li joriġina mill-istess akwifikatur tal-istess korp ta’ ilma ta’ taħt l-art fis-sens tad-definizzjoni tal-kunċetti ta’ “akwifikatur” u ta’ “korp ta’ ilma ta’ taħt l-art” tad-Direttiva 2000/60/KE (2);

b)

l-ilma li joriġina mill-istess sors individwali, iżda mhux l-ilma miġbur minn sors ieħor minkejja li dan huwa ilma li joriġina mill-istess akwifikatur tal-istess korp ta’ ilma ta’ taħt l-art fis-sens tad-definizzjoni tal-kunċetti ta’ “akwifikatur” u ta’ “korp ta’ ilma ta’ taħt l-art” tad-Direttiva 2000/60/KE, għalkemm f’din id-definizzjoni għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi bħad-distanza bejn is-sorsi, il-fond tas-sorsi, il-kwalità speċifika tal-ilma tas-sors individwali (bħall-kompożizzjoni kimika u mikrobijoloġika), il-konnessjoni idroloġika tas-sorsi, in-natura magħluqa jew miftuħa tal-akwifikatur;

ċ)

l-ilma kollu li joriġina mill-istess akwifikatur tal-istess korp ta’ ilma ta’ taħt l-art fis-sens tad-definizzjoni tal-kunċetti ta’ “akwifikatur” u ta’ “korp ta’ ilma ta’ taħt l-art” tad-Direttiva 2000/60/KE, indipendentement mill-fatt li dan jitla’ fil-wiċċ minn diversi sorsi;

d)

l-ilma kollu li joriġina mill-istess akwifikatur tal-istess korp ta’ ilma ta’ taħt l-art fis-sens tad-definizzjoni tal-kunċetti ta’ “akwifikatur” u ta’ “korp ta’ ilma ta’ taħt l-art” tad-Direttiva 2000/60/KE, indipendentement mill-fatt li dan jitla’ fil-wiċċ minn diversi sorsi, għalkemm f’din id-definizzjoni għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni ċirkustanzi bħad-distanza bejn is-sorsi, il-fond tas-sorsi, il-kwalità speċifika tal-ilma tas-sors individwali (bħall-kompożizzjoni kimika u mikrobijoloġika), il-konnessjoni idroloġika tas-sorsi, in-natura magħluqa jew miftuħa tal-akwifikatur;

2)

Għall-każ fejn ikun impossibbli li tingħażel waħda mill-proposti tal-ewwel domanda, għandha tiġi sostnuta l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ “ilma minerali naturali mill-istess nixxiegħa waħdanija” fuq ċerti ċirkustanzi bħad-distanza tal-bjar, il-kwalità speċifika tal-ilma tas-sors individwali (bħall-kompożizzjoni kimika u mikrobijoloġika), il-konnessjoni idroloġika tas-sorsi, in-natura magħluqa jew miftuħa tal-akwifikatur?


(1)  ĠU L 164, 26.06.2009, p. 45.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 5, p. 275.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Vrhovno sodišče Republike Slovenije (Is-Slovenja) fil-25 ta’ April 2014 – NLB Leasing d.o.o. vs Ir-Repubblika tas-Slovenja- Ministrstvo za finance

(Kawża C-209/14)

2014/C 202/18

Lingwa tal-kawża: is-Sloven

Qorti tar-rinviju

Vrhovno sodišče Republike Slovenije

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: NLB Leasing d.o.o.

Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja – Ministrstvo za finance

Domandi preliminari

1)

Fid-dawl ta’ ċirkostanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 90(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-restituzzjoni tal-proprjetà li hija suġġetta għal kiri (proprjetà immobbli) minħabba li l-kerrej mhux qed iħallas għall-obbligi tiegħu, fil-pussess tal-persuna li qed tikri bil-għan tal-bejgħ suċċessiv u l-eżekuzzjoni tal-obbligi kuntrattwali l-oħra stabbiliti fil-kuntratt inkwistjoni, mid-data li fiha jsiru dovuti r-rati ta’ ħlas tal-kiri, tikkorrispondix għal sitwazzjoni ta’ “kanċellazzjoni, ċaħda jew nuqqas ta’ pagament totali jew parzjali”, wara t-tranżazzjoni li fil-kuntest tagħha l-bażi ta’ taxxa hija debitament imnaqqsa?

2)

L-Artikoli 2(1), 14 u 24(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-ammont ta’ żewġ possibbiltajiet ta’ xiri, li jirrappreżenta parti sostanzjali tal-ammont totali dovut skont kuntratt ta’ kiri, imħallsa mill-kerrej lill-persuna li qed tikri b’mod tali li, minħabba n-nuqqas ta’ ħlas parzjali tal-obbligi, dan tal-aħħar reġa’ ħa l-pussess tal-proprjetà li hija s-suġġett tal-kiri, biegħu lil terzi u rrimborsa l-eċċess tal-prezz tal-bejgħ lill-kerrej, wara li naqqas mill-bilanċ finali ta’ din il-kirja, l-ammont tal-opzjoni ta’ xiri, hija kkunsidrata bħala ħlas b’eżekuzzjoni tal-kuntratt u bħala trasferiment ta’ proprjetà, suġġetta għall-VAT bħala tali, jew inkella bħala ħlas jew li huwa relatata ma’ servizz ta’ kiri, jew mat-tqegħid għad-dispożizzjoni ta’ proprjetà immobbli (u, b’hekk, hija suġġetta għall-VAT bil-liġi jew fuq għażla tal-persuni taxxabbli); jew inkella bħala kumpens ta’ xoljiment tal-kuntratt, imħallas bħala kumpens għad-dannu subit wara n-nuqqas ta’ ħlas mill-kerrej, mingħajr rabta diretta ma kwalunkwe servizz ipprovdut b’titolu oneruż u, bħala tali, mhux suġġett għall-VAT?

3)

Jekk ir-risposta għat-tieni domanta tkun li dan huwa ħlas relatat ma’ trasferiment ta’ beni u ma’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt, tirriżulta wkoll il-kwistjoni dwar jekk il-prinċipju tan-newtralità tal-VAT jipprekludix lill-persuna li qed tikri milli tħallas darbtejn il-VAT tal-input: l-ewwel darba meta jiġu konklużi l-kuntratti ta’ kiri (inkluż għall-ammont tal-opzjonijiet ta’ xiri li kien jirrappreżenta l-parti l-kbira tal-valur kuntrattwali) u t-tieni darba minħabba obbligi parzjalment mhux implementati mill-kerrej fil-mument tal-bejgħ tal-proprjetà immobbli lil terzi, minkejja l-fatt li huwa fuq il-kerrej li jaqa’ l-oneru ta’ ħlas tal-VAT relatat mat-tieni trasferiment, meta jiġi redatt il-bilanċ finali min-naħa tal-persuna li qed tikri?


(1)  ĠU L 347, 11.12.2006, p. 1


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/16


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Najwyższy – il-Polonja) – Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej, fil-preżenza ta’: P4 Sp. z o.o., Krajowa Izba Gospodarcza Elektroniki i Telekomunikacji

(Kawża C-633/13) (1)

2014/C 202/19

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 71, 08.03.2014


Il-Qorti Ġenerali

30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2014 – Donau Chemie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-406/09) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, bl-eċċezzjoni tal-Irlanda, ta’ Spanja, tal-Portugall u tar-Renju Unit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Multi - Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni fil-proċedura amministrattiva - Obbligu ta’ motivazzjoni - Trattament ugwali - Proporzjonalità - Kapaċità kontributtiva”))

2014/C 202/20

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Donau Chemie AG (Vjenna, l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Polster, W. Brugger u M. Brodey, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizzjalment minn N. von Lingen u M. Kellerbauer, aġenti, assistiti minn T. Eilmansberger, professur, N. von Lingen u M. Kellerbauer)

Suġġett

Talba għall-annullament tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 – Reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), sa fejn dan jirrigwarda lir-rikorrenti, kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-ammont tal-multa li ġiet impost fuqha mill-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

L-ammont tal-multa impost fuq Donau Chemie AG skont l-Artikolu 2(c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 – Reaġenti abbażi ta’ karbur tal-kalċju u ta’ manjesju għall-industriji tal-azzar u tal-gass), huwa stabbilit għal EUR 4.35 miljun.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Donau Chemie għandha tbati 90 % tal-ispejjeż tagħha kif ukoll 90 % minn dawk tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tagħha u 10 % tal-ispejjeż sostnuti minn Donau Chemie.


(1)  ĠU C 312, 19.12.2009.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2014 – Reagens vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-30/10) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew ta’ stabilizzaturi termiċi tal-landa - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE - Iffissar tal-prezzijiet, tqassim tas-swieq u skambju ta’ informazzjoni kummerċjali sensittiva - Tul tal-ksur - Multi - Linji gwida għall-kalkolu tal-ammont tal-multi tal-2006 - Ammont bażiku - Ċirkustanzi attenwanti - Kapaċità kontributtiva - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Setgħat ta’ ġurisdizzjoni sħiħa - Natura xierqa tal-ammont tal-multa”))

2014/C 202/21

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Reagens SpA (San Giorgio di Piano, l-Italja) (rappreżentanti: B. O’Connor, solicitor, L. Toffoletti, E. De Giorgi u D. Gullo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Bourke, F. Ronkes Agerbeek u P. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2009) 8682 finali, tal-11 ta’ Novembru 2009, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 tat-Trattat KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38589 – Stabilizzaturi Termiċi), jew, sussidjarjament, talba għat-tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Reagens SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 80, 27.03.2010.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Mejju 2014 – McBride et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-458/10 sa T-467/10 u T-471/10) (1)

((“Sajd - Miżuri ta’ konservazzjoni tar-riżorsi tas-sajd - Ristrutturazzjoni tas-settur - Applikazzjonijiet għal żieda tal-għanijiet tal-programm ta’ gwida multiannwali intiż biex itejjeb is-sigurtà abbord - Applikazzjoni tal-Irlanda dwar diversi bastimenti - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament mill-Qorti tal-Ġustizzja tad-deċiżjoni inizjali dwar l-istess proċedura - Deċiżjoni ġdida ta’ ċaħda - Inkompetenza tal-Kummissjoni”))

2014/C 202/22

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Peter McBride (Downings, l-Irlanda) (Kawża T-458/10); Hugh McBride (Downings) (T-459/10); Mullglen Ltd (Largy, l-Irlanda) (T-460/10); Cathal Boyle (Fiafannon, l-Irlanda) (Kawża T-461/10); Thomas Flaherty (Kilronan, l-Irlanda) (Kawża T-462/10); Ocean Tawlers Ltd (Killybegs, l-Irlanda) (Kawża T-463/10); Patrick Fitzpatrick (Killeany, l-Irlanda) (Kawża T-464/10); Eamon McHugh (Killybegs) (Kawża T-465/10); Eugene Hannigan (Killybegs) (Kawża T-466/10); Larry Murphy (Castletownbere, l-Irlanda) (Kawża T-467/10); Brendan Gill (Lifford, l-Irlanda) (Kawża T-471/10) (rappreżentanti: inizjalment A. Collins, SC, N. Travers, barrister, u D. Barry, solicitor, sussegwentement N. Travers, D. Barry u E. Barrington, barrister)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: fil-Kawżi T-458/10 sa T-467/10, inizjalment K. Banks, A. Bouquet u A. Szmytkowska, sussegwentment A. Bouquet u A. Szmytkowska, aġenti, assistiti minn B. Doherty, barrister, u, fil-Kawża T-471/10, A. Bouquet u A. Szmytkowska, assistiti minn B. Doherty)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2010) 4758, C (2010) 4748, C (2010) 4757, C (2010) 4751, C (2010) 4764, C (2010) 4750, C (2010) 4761, C (2010) 4767, C (2010) 4754, C (2010) 4753 u C (2010) 4752, tat-13 ta’ Lulju 2010, li jiċħdu l-applikazzjonijiet ippreżentati mill-Irlanda sabiex jiżdiedu l-għanijiet tal-Programm ta’ Gwida Multiannwali IV għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 1997 sal-31 ta’ Diċembru 2001 sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni t-titjib fil-qasam tas-sigurtà fir-rigward tal-bastimenti Peader Elaine II, Heather Jane II, Pacelli, Marie Dawn, Westward Isle, Golden Rose, Shauna Ann, Antartic, Niamh Eoghan, Menhaden u Brendelen, li jappartjenu rispettivament lil P. McBride, lil H. McBride, lil Mullglen, lil C. Boyle, lil T. Flaherty, lil Ocean Trawlers, lil P. Fitzpatrick, lil E. McHugh, lil E. Hannigan, lil L. Murphy u lil B. Gill, adottati wara l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/245/KE, tal-4 ta’ April 2003, dwar l-applikazzjonijiet li rċeviet il-Kummissjoni sabiex iżżid l-għanijiet tal-PGM IV bil-għan li jiġu mtejba s-sigurtà, in-navigazzjoni fuq il-baħar, l-iġjene, il-kwalità tal-prodotti u l-kundizzjonjiet tax-xogħol għall-bastimenti ta’ tul ġenerali ta’ iktar minn tnax-il metru (ĠU L 90, p. 48), permezz tas-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-17 ta’ April 2008, Flaherty et vs Il-Kummissjoni (C-373/06 P, C-379/06 P u C-382/06 P, Ġabra p. I-2649) u tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-13 ta’ Ġunju 2006, Boyle et vs Il-Kummissjoni (T-218/03 sa T-240/03, Ġabra p. II-1699).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2010) 4758, C (2010) 4748, C (2010) 4757, C (2010) 4751, C (2010) 4764, C (2010) 4750, C (2010) 4761, C (2010) 4767, C (2010) 4754, C (2010) 4753 u C (2010) 4752, tat-13 ta’ Lulju 2010, li jiċħdu l-applikazzjonijiet ippreżentati mill-Irlanda sabiex jiżdiedu l-għanijiet tal-Programm ta’ Gwida Multiannwali IV għall-perijodu mill-1 ta’ Jannar 1997 sal-31 ta’ Diċembru 2001 sabiex jittieħed inkunsiderazzjoni t-titjib fil-qasam tas-sigurtà fir-rigward tal-bastimenti tar-rikorrenti huma annullati.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 328, 04.12.2010


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2014 – Adler Modemärkte vs UASI – Blufin (MARINE BLEU)

(Kawża T-160/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali MARINE BLEU - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BLUMARINE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 202/23

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Adler Modemärkte AG (Haibach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: J.-C. Plate u R. Kaase, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Walicka u G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Blufin SpA (Carpi, l-Italja) (rappreżentant: F. Caricato, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Frar 2012 (Każ R 1955/2010-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Blufin SpA u Adler Modemärkte AG.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Adler Modemärkte AG hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni).

3)

Blufin SpA għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.


(1)  ĠU C 184, 23.06.2012.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Mejju 2014 – Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-198/12) (1)

((“Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2009/48/KE - Sikurezza tal-ġugarelli - Valuri ta’ limitu għan-nitrosammini, għas-sustanzi nitrosatabbli, għaċ-ċomb, il-barju, l-arseniku, l-antimonju u l-merkurju preżenti fil-ġugarelli - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tapprovax totalment iż-żamma tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jidderogaw - Approvazzjoni limitata fiż-żmien - Prova ta’ livell ta’ protezzjoni għola għas-saħħa tal-bniedem mogħti mid-dispożizzjonijiet nazzjonali”))

2014/C 202/24

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze u A. Wiedmann, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Patakia u G. Wilms, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/160/UE, tal-1 ta’ Marzu 2012, dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mill-Gvern Federali tal-Ġermanja li jżommu l-valuri ta’ limitu għaċ-ċomb, il-barju, l-arseniku, l-antimonju, il-merkurju u n-nitrosammini u s-sustanzi nitrosatabbli fil-ġugarelli lil hinn mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli (ĠU L 80, p. 19).

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok iktar li tingħata deċiżjoni fuq il-legalità tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/160/UE, tal-1 ta’ Marzu 2012, dwar id-dispożizzjonijiet nazzjonali nnotifikati mill-Gvern Federali tal-Ġermanja li jżommu l-valuri ta’ limitu għaċ-ċomb, il-barju, l-arseniku, l-antimonju, il-merkurju u n-nitrosammini u s-sustanzi nitrosatabbli fil-ġugarelli lil hinn mid-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2009/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-sikurezza tal-ġugarelli, għal dak li jirrigwarda l-barju.

2)

It-tieni paragrafu tal-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 2012/160 huwa annullat, sa fejn illimita sal-21 ta’ Lulju 2013 l-approvazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jistabbilixxu l-valuri ta’ limitu għaċ-ċomb.

3)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs dawk esposti mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.


(1)  ĠU C 200, 7.7.2012.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2014 – Argo Group International Holdings vs UASI – Arisa Assurances (ARIS)

(Kawża T-247/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva ARIS - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ARISA ASSURANCES S.A. - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Koeżistenza ta’ trade marks preċedenti fis-suq - Prinċipju ta’ dritt Amerikan imsejjaħ ‘Morehouse defense’ - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”))

2014/C 202/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Argo Group International Holdings Ltd (Hamilton, il-Bermuda, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: R. Hoy, S. Levine u N. Edbrooke, solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: L. Rampini, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Arisa Assurances SA (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: H. Bock, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-9 ta’ Marzu 2012 (Każ R 193/2011-2), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Arisa Assurances SA u Argo Group International Holdings Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Argo Group International Holdings Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 243, 11.8.2012.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Mejju 2014 – Katjes Fassin vs UASI (Yoghurt-Gums)

(Kawża T-366/12) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Yoghurt-Gums - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru distintiv - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

2014/C 202/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Schmitz, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba Bord tal-Appell tal-UASI, tal-11 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 523/2012-4), dwar ir-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv Yoghurt-Gums bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Katjes Fassin GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 319, 20.10.2012.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Mejju 2014 – De Luca vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-200/13 P) (1)

((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Ħatra - Klassifikazzjoni fi grad - Ħatra f’pożizzjoni ta’ grupp ta’ funzjonijiet ogħla wara kompetizzjoni ġenerali - Ċaħda tar-rikors fl-ewwel istanza wara rinviju lill-Qorti Ġenerali - Dħul fis-seħħ tal-Istatut il-ġdid - Dispożizzjonijiet tranżitorji - Artikolu 12(3) tal-Anness XIII tal-Istatut”))

2014/C 202/27

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Patrizia De Luca (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment S. Orlandi u J. N. Louis, avukati, sussegwentement S. Orlandi)

Partijiet oħra fil-kawża: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: J. Currall, aġent) u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Jannar 2013, De Luca vs Il-Kummissjoni (F-20/06 RENV, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Patrizia De Luca u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom fiż-żewġ proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u fiż-żewġ proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu fiż-żewġ proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u fiż-żewġ proċeduri quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2014 – Unión de Almacenistas de Hierros de España vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-419/13) (1)

([“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti li jikkonċernaw żewġ proċeduri Spanjoli fil-qasam tal-kompetizzjoni - Rifjut impliċitu ta’ aċċess - Deċiżjoni espliċita adottata wara l-preżentata tar-rikors - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”])

2014/C 202/28

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Unión de Almacenistas de Hierros de España (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: A. Creus Carreras, A. Valiente Martin u C. Maldonado Márquez, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Baquero Cruz u F. Clotuche-Duvieusart, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti l-aċċess għal ċerti dokumenti dwar il-korrispondnza skambjata bejn il-Kummissjoni u l-Comisión Nacional de la Competencia (CNC, kummissjoni nazzjonali tal-kompetizzjoni Spanjola), fir-rigward ta’ żewġ proċeduri nazzjonali mressqa minn din tal-aħħar.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Ma hemmx iżjed lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk tal-Unión de Almacenistas de Hierros de España.

4)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja u r-Renju ta’ Spanja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 304, 19.10.2013.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/23


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Mejju 2014 – Frucona Košice vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-103/14 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Alkoħol u spirti - Annullament ta’ dejn fiskali fil-kuntest ta’ proċedura kollettiva ta’ insolvenza - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħha - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ urġenza - Nuqqas ta’ fumus boni juris”))

2014/C 202/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Frucona Košice a.s. (Košice, is-Slovakkja) (rappreżentanti: K. Lasok, QC, B. Hartnett, J. Holmes, barristers, u O. Geiss, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Walkerová u L. Armati, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 6261 finali, tas-16 ta’ Ottubru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.18211(C 25/2005) (ex NN 21/2005), implementata mir-Repubblika Slovakka favur Frucona Košice a.s., sa fejn din tordna lir-Repubblika Slovakka tirkupra l-għajnuna.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/23


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Marzu 2014 – Ben Ali vs Il-Kunsill

(Kawża T-200/14)

2014/C 202/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Mehdi Ben Tijani Ben Haj Hamda Ben Haj Hassen Ben Ali (Saint-Étienne-du-Rouvray, Franza) (rappreżentant: A. de Saint Remy, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tadotta miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura skont l-Artikolu 64 tar-Regoli tal-Proċedura tagħha, intiża għall-iżvelar mill-Kummissjoni “tad-dokumenti kollha relatati mal-adozzjoni” tar-regolament ikkontestat;

tannulla minn naħa d-Deċiżjoni tal-Kunsill [tal-Unjoni Ewropea (KUE) Nru] 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni [Nru] 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija u, min-naħa l-oħra, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill [tal-Unjoni Ewropea] ([K]UE) Nru 81/2014, tat-30 ta’ Jannar 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas lir-rikorrent somma globali ta’ EUR 1 00  000 bħala kumpens għad-danni kollha differenti li huwa sofra;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jħallas lir-rikorrent somma ta’ EUR 30  000 għall-ispejjeż tad-difiża tiegħu insostenn ta’ dan ir-rikors u, minbarra dan, skont l-Artikolu 91 tar-Regoli tal-Proċedura, għall-ispejjeż sostnuti li jistgħu jinġabru,;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka seba’ motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-301/11, Ben Ali vs Il-Kunsill (1).


(1)  ĠU 2011, C 226, p. 29.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/24


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2014 – Aluwerk Hettstedt vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(Kawża T-207/14)

2014/C 202/31

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Aluwerk Hettstedt GmbH (Hettstedt, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Ahlhaus u J. Schrotz, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni Nru SME (2013) 4525, tal-21 ta’ Jannar 2014, tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kif ukoll il-fattura Nru 10046841 tat-23 ta’ Jannar 2014, u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, inkluż dawk sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-konvenuta

Il-konvenuta ma kellhiex il-kompetenza biex tadotta d-deċiżjonijiet inkwistjoni SME (2013) 4525. La r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) u lanqas ir-Regolament (KE) Nru 340/2008 (2) ma jawtorizzawha tadotta deċiżjoni separata dwar jekk reġistrant jissodisfax il-kriterju SME.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958

Fil-komunikazzjonijiet kollha tagħha mar-rikorrenti, il-konvenuta naqset mill-obbligu tagħha li tikkomunika ma’ persuna suġġetta għas-sovranità ta’ Stat Membru bil-lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat. Dan il-ksur ipprekluda lir-rikorrenti milli tissodisfa r-rekwiżiti imposti fuqha fir-rigward tal-prova tal-istatus tagħha ta’ impriża żgħira.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq in-natura inġusta tad-deċiżjonijiet ikkontestati u fuq in-natura sproporzjonata tal-imposta amministrattiva imposta fuq ir-rikorrenti

Id-deċiżjonijiet ikkontestati huma żbaljati fil-mertu. Ir-rikorrenti kellha d-dritt tibbenefika minn tnaqqis tal-miżata skont ir-Regolament (KE) Nru 340/2008. Il-fattura tal-konvenuta dwar l-imposta amministrattiva ma hijiex iġġustifikata għaliex din hija imposta fuq ir-rikorrenti abbażi ta’ proċedura żbaljata. L-imposta amministrattiva ma tistrieħx fuq bażi legali xierqa u hija sproporzjonata.


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008, tas-16 ta’ April 2008, dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/25


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2014 – Richard Anton vs Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

(Kawża T-208/14)

2014/C 202/32

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Richard Anton (Grâfelfing, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Ahlhaus u J. Schrotz, avukati)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni Nru SME (2013) 4525, tal-21 ta’ Jannar 2014, tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi kif ukoll il-fattura Nru 10046845 tat-23 ta’ Jannar 2014 u

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti mir-rikorrenti

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ kompetenza tal-konvenuta

Il-konvenuta ma kellhiex il-kompetenza biex tadotta d-deċiżjonijiet inkwistjoni SME (2013) 4525. La r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (1) u lanqas ir-Regolament (KE) Nru 340/2008 (2) ma jawtorizzawha tadotta deċiżjoni separata dwar jekk reġistrant jissodisfax il-kriterju SME.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tar-Regolament Nru 1 tal-15 ta’ April 1958

Fil-komunikazzjonijiet kollha tagħha mar-rikorrenti, il-konvenuta naqset mill-obbligu tagħha li tikkomunika ma’ persuna suġġetta għas-sovranità ta’ Stat Membru bil-lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat. Dan il-ksur ipprekluda lir-rikorrenti milli tissodisfa r-rekwiżiti imposti fuqha fir-rigward tal-prova tal-istatus tagħha ta’ impriża żgħira.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq in-natura inġusta tad-deċiżjonijiet ikkontestati u fuq in-natura sproporzjonata tal-imposta amministrattiva imposta fuq ir-rikorrenti

Id-deċiżjonijiet ikkontestati huma żbaljati fil-mertu. Ir-rikorrenti kellha d-dritt tibbenefika minn tnaqqis tal-miżata skont ir-Regolament (KE) Nru 340/2008. Il-fattura tal-konvenuta dwar l-imposta amministrattiva ma hijiex iġġustifikata għaliex din hija imposta fuq ir-rikorrenti abbażi ta’ proċedura żbaljata. L-imposta amministrattiva ma tistrieħx fuq bażi legali xierqa u hija sproporzjonata


(1)  Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni

(2)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 340/2008, tas-16 ta’ April 2008, dwar il-ħlasijiet u l-ispejjeż dovuti lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi skond ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-Reġistrazzjoni, il-Valutazzjoni, l-Awtorizzazzjoni u r-Restrizzjoni ta’ Sustanzi Kimiċi (REACH)


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/26


Rikors ippreżentat fid-9 ta’ April 2014 – Gmina Kosakowo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-217/14)

2014/C 202/33

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Gmina Kosakowo (Kosakowo, il-Polonja) (rappreżentant: M. Leśny, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-11 ta’ Frar 2014, rigward il-miżura S.A. 35388, li tordna lill-Polonja tirkupra mill-ajruport Gdynia Kosakowo għajnuna mill-Istat imħallsa indebitament;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv

Stabbiliment żbaljat tal-fatti li abbażi tagħhom ittieħdet id-deċiżjoni kontenzjuża;

2.

It-tieni motiv

Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni qieset, b’mod infondat, li Gmina Kosakowo tat għajnuna pubblika bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni, f’sitwazzjoni fejn it-teħid ta’ ishma minn din il-kollettività fil-kumpannija Port Lotniczy Gdynia-Kosakowo sp. z o.o. kien jikkostitwixxi l-ħlas definittiv ta’ tranżazzjoni relatata ma’ kuntratt għal kiri ta’ art; u minħabba applikazzjoni żbaljata mill-Kummissjoni Ewropea tal-kriterju tal-investitur privat.

3.

It-tielet motiv

Ksur tar-regoli proċedurali li ġejjin: l-Artikolu 107(1) TFUE moqri flimkien mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo659/1999, sa fejn il-Kummissjoni applikat b’mod żbaljat il-kriterju tal-investitur privat; l-Artikolu 7(5), moqri flimkien mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nruo659/1999, sa fejn il-Kummissjoni stabbilixxiet b’mod żbaljat l-ammont tal-għajnuna li għandha tiġi rkuprata u inkludiet fih ukoll l-ispejjeż tal-assigurazzjoni u tal-infrastruttura; u t-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE, minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni adegwata tad-deċiżjoni kontenzjuża, sa fejn din ma tindikax l-elementi essenzjali li jippermettu li jiġu stabbiliti l-motivi tagħha.


30.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/27


Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2014 mill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini mis-sentenza mogħtija fil-5 ta’ Frar 2014 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-29/13, Drakeford vs EMA

(Kawża T-231/14 P)

2014/C 202/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński u N. Rampal Olmedo, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Appellat: David Drakeford (Dublin, l-Irlanda)

Talbiet

tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-29/13 sa fejn hija tannulla d-deċiżjoni tal-EMA li ma ġġeddidx il-kuntratt tal-appellat;

tilqa’ t-talbiet ippreżentati fl-ewwel istanza mill-appellanti, jiġifieri tiċħad ir-rikors bħala infondat kollu kemm hu;

tikkundanna lill-appellat għall-ispejjeż ta’ din l-istanza u għal dawk tal-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju bbażat fuq żbalji ta’ liġi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku rigward l-interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea sa fejn huwa qies li t-termini “Kull tiġdid ieħor ikun għal perjodu indefinit” kellhom jiġu interpretati fis-sens li jirreferu għal kull proċess li permezz tiegħu membru tal-persunal temporanju, fis-sens tal-Artikolu 2(a) tal-Kondizzjonijiet tal-impieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea, jitwassal, fl-iskadenza tar-reklutaġġ tiegħu għal żmien determinat, sabiex ikompli, f’din il-kwalità, ir-relazzjoni tiegħu ta’ xogħol mal-persuna li timpjegah, anki jekk dan it-tiġdid ikun akkumpanjat bi progressjoni fil-grad jew b’bidla fil-funzjonijiet eżerċitati.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku rigward it-test tal-eċċezzjoni fl-interpretazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 8 tal-Kondizzjonijiet tal-impieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku sa fejn uża l-ġurisdizzjoni sħiħa tiegħu.