ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 194

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
24 ta' Ġunju 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 194/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 194/02

Kawża C-238/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ April 2014 – FLSmidth & Co. A/S vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordji — Settur tal-boroż industrijali tal-plastik — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali — Obbligu ta’ motivazzjoni — Imputazzjoni lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja — Responsabbiltà tal-kumpannija parent għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja — Proporzjonalità — Proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali — Terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni)

2

2014/C 194/03

Kawża C-390/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (li kienet Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich – l-Awstrija) – proċeduri mibdija minn Robert Pfleger, Autoart a.s., Mladen Vucicevic, Maroxx Software GmbH, Ing. Hans-Jörg Zehetner (Artikolu 56 TFUE — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikoli 15 sa 17, 47 u 50 — Libertà professjonali u dritt għax-xogħol, il-libertà tal-intrapriża, dritt għall-proprjetà, dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, prinċipju ta’ ne bis in idem — Artikolu 51 — Kamp ta’ applikazzjoni — Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni — Logħob tal-ażżard — Leġiżlazzjoni restrittiva ta’ Stat Membru — Sanzjonijiet amministrattivi u kriminali — Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali — Proporzjonalità)

3

2014/C 194/04

Kawża C-475/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Bíróság) – l-Ungerija) – UPC DTH Sárl vs Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnökhelyettese (Settur tat-telekomunikazzjonijiet — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Libertà li jiġu pprovduti servizzi — Artikolu 56 TFUE — Direttiva 2002/21/KE — Provvista transkonfinali ta’ pakkett ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni — Aċċess kundizzjonali — Ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali — Reġistrazzjoni — Obbligu ta’ stabbiliment)

3

2014/C 194/05

Kawża C-26/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria – l-Ungerija) – Árpád Kásler, Hajnalka Káslerné Rábai vs OTP Jelzálogbank Zrt (Direttiva 93/13/KEE — Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur — Artikoli 4(2) u 6(1) — Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali — Esklużjoni tal-klawżoli li jirrigwardaw is-suġġett prinċipali tal-kuntratt jew l-adegwatezza tal-prezz jew tar-remunerazzjoni jekk dawn huma mfassla b’mod ċar u li jinftiehem — Kuntratti ta’ self lill-konsumatur f’munita barranija — Klawżoli dwar ir-rati tal-kambju — Differenza bejn il-prezz tax-xiri, li japplika fil-mument tal-għoti tas-self, u l-prezz tal-bejgħ, li japplika fil-mument tal-ħlas tiegħu — Setgħat tal-qorti nazzjonali fil-preżenza ta’ klawżola kklassifikata bħala inġusta — Sostituzzjoni tal-klawżola inġusta b’dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari — Ammissibbiltà)

5

2014/C 194/06

Kawża C-209/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ April 2014 – Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (Sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji — Awtorizzazzjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa skont l-Artikolu 329(1) TFUE — Deċiżjoni 2013/52/UE — Rikors għal annullament għal ksur tal-Artikoli 327 TFUE u 332 TFUE kif ukoll tad-dritt internazzjonali konswetudinarju)

6

2014/C 194/07

Kawża C-250/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – Birgit Wagener vs Bundesagentur für Arbeit – Familienkasse Villingen-Schwenningen (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Sigurtà soċjali — Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera — Regolament (KEE) Nru 547/72 — Artikolu 107(1) u (6) — Regolament (KE) Nru 987/2009 — Artikolu 90 — Ħaddiema migranti — Konverżjoni tal-muniti — Teħid inkunsiderazzjoni tal-benefiċċji tal-familja riċevuti fl-Isvizzera matul il-kalkolu, minn Stat Membru, tal-allowances għall-ulied dipendenti — Differenzjal — Data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-konverżjoni f’euro tal-benefiċċji tal-familja Svizzeri)

7

2014/C 194/08

Kawża C-267/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Nutricia NV vs Staatssecretaris van Financiën (Nomenklatura Magħquda — Intestaturi tariffarji — Medikamenti fis-sens tal-intestatura 3004 — Kunċett — Preparazzjonijiet nutrittivi intiżi esklużivament li jiġu somministrati b’mod enterali, taħt sorveljanza medika, lil persuni suġġetti għal trattament mediku — Xorb fis-sens tas-subintestatura 2202 — Kunċett — Likwidi nutrittivi intiżi li jiġu somministrati b’mod enterali u mhux li jinxtorbu)

8

2014/C 194/09

Kawża C-280/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 4 de Palma de Mallorca – Spanja) – Barclays Bank SA vs Sara Sánchez García, Alejandro Chacón Barrera (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 93/13/KEE — It-tlettax-il premessa — Artikolu 1(2) — Kuntratti konklużi mal-konsumaturi — Kuntratt ta’ self ipotekarju — Proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja — Dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolamentari nazzjonali — Ekwilibriju kuntrattwali)

8

2014/C 194/10

Kawża C-365/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – Ordre des architectes vs État belge (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Direttiva 2005/36/KE — Artikoli 21 u 49 — Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali — Aċċess għall-professjoni ta’ perit — Eżenzjoni mill-perijodu ta’ prova professjonali)

9

2014/C 194/11

Kawża C-34/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Jannar 2014 – Puma SE vs Hauptzollamt Nürnberg

10

2014/C 194/12

Kawża C-105/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Cuneo (l-Italja) fil-5 ta’ Marzu 2014 – Proċeduri kriminali kontra Ivo Taricco et

10

2014/C 194/13

Kawża C-131/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-21 ta’ Marzu 2014 – Malvino Cervati, Società Malvi Sas di Cervati Malvino vs Agenzia delle Dogane, Agenzia delle Dogane – Ufficio delle Dogane di Livorno

11

2014/C 194/14

Kawża C-139/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Marzu 2014 – Mineralquelle Zurzach AG vs Hauptzollamt Singen

12

2014/C 194/15

Kawża C-147/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fit-28 ta’ Marzu 2014 – Loutfi Management Propriété intellectuelle SARL vs AMJ Meatproducts NV u Halalsupply NV

12

2014/C 194/16

Kawża C-152/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-1 ta’ April 2014 – AEEG vs Antonella Bertazzi et

13

2014/C 194/17

Kawża C-153/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ April 2014 – Minister van Buitenlandse Zaken vs K u A

14

2014/C 194/18

Kawża C-156/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-3 ta’ April 2014 – Tamoil Italia vs Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare

15

2014/C 194/19

Kawża C-158/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ April 2014 – A et, parti oħra: Minister van Buitenlandse Zaken

15

2014/C 194/20

Kawża C-184/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-14 ta’ April 2014 – A vs B

16

2014/C 194/21

Kawża C-185/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fl-14 ta’ April 2014 – EasyPay AD, Finance Engineering AD vs Ministerski savet na Republika Balgaria, Natsionalen osiguritelen institut

17

2014/C 194/22

Kawża C-196/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Aachen (il-Ġermanja) fit-18 ta’ April 2014 – Horst Hoeck vs Ir-Repubblika Ellenika

17

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 194/23

Kawża T-468/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Tisza Erőmű vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi lil ċerti produtturi tal-elettriku — Ftehimiet ta’ xiri ta’ elettriku konklużi bejn impriża pubblika u ċerti produtturi tal-elettriku — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha — Obbligu ta’ motivazzjoni — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Natura selettiva — Riżorsi tal-Istat — Imputabbiltà lill-Istat — Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri — Drittijiet tad-difiża — Ċertezza legali — Aspettattivi leġittimi — Ugwaljanza fit-trattament — Proporzjonalità — Eċċess ta’ poter — Artikolu 10 tat-Trattat fuq il-karta tal-enerġija)

19

2014/C 194/24

Kawża T-179/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Dunamenti Erőmű vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi favur ċerti produtturi ta’ enerġija — Ftehimiet għax-xiri tal-enerġija konklużi bejn impriża pubblika u ċerti produtturi ta’ enerġija — Deċiżjoni li tiddikjara li l-għajnuna mill-Istat hija inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tagħha — Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat — Vantaġġ — Għajnuna ġdida — Għajnuna għall-funzjonament — Aspettattivi leġittimi — Ċertezza legali)

19

2014/C 194/25

Kawża T-637/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Euris Consult Ltd vs Il-Parlament [Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Malti — Regoli dwar il-modalitajiet ta’ trażmissjoni tal-offerti — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar il-preżentazzjoni maħsuba sabiex tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità tal-kontenut tal-offerti qabel jinfetħu — Eċċezzjoni ta’ inapplikabbiltà — Proporzjonalità — Ugwaljanza fit-trattament — Drittijiet tad-difiża — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea — Artikolu 98(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 — Artikolu 143 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002]

20

2014/C 194/26

Kawża T-17/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Hagenmeyer u Hahn vs Il-Kummissjoni (Protezzjoni tal-konsumaturi — Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Stqarrijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa — Rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ stqarrija għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard — Indikazzjoni ta’ fattur ta’ riskju — Legalità tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-istqarrijiet relatati mat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard — Rikors għal annullament — Interess ġuridiku — Interess dirett u individwali — Ammissibbiltà — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni)

21

2014/C 194/27

Kawża T-170/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Beyond Retro vs UASI – S&K Garments (BEYOND VINTAGE) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea — Trade mark verbali BEYOND VINTAGE — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BEYOND RETRO — Raġuni assoluta għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009]

21

2014/C 194/28

Kawża T-327/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2014 – Simca Europe vs UASI – PSA Peugeot Citroën (Simca) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità — Trade mark Komunitarja verbali Simca — Mala fide — Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

22

2014/C 194/29

Kawża T-575/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2014 – Pyrox vs UASI – Köb Holzheizsysteme (PYROX) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PYROX — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti PYROT — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

23

2014/C 194/30

Kawża T-38/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2014 – Pedro Group vs UASI – Cortefiel (PEDRO) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PEDRO — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Pedro del Hierro — Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti — Karattru distintiv għoli tat-trade mark preċedenti — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

23

2014/C 194/31

Kawża T-303/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – CIVR et vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rrikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati — Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji — Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Irtirar tad-deċiżjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

24

2014/C 194/32

Kawża T-263/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2014 – Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill (Politika barranija u ta’ sigurtà komuni — Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari — Iffriżar ta’ fondi — Awtorità ta’ res judicata — Obbligu ta’ motivazzjoni — Obbligu ta’ komunikazzjoni individwali — Drittijiet tad-difiża — Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Dritt għall-proprjetà — Proporzjonalità — Kompetenza tal-Kunsill — Użu ħażin ta’ poter — Żball ta’ liġi — Kunċett ta’ appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari — Żball ta’ evalwazzjoni — Rikors manifestament infondat fid-dritt)

25

2014/C 194/33

Kawża T-680/13: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 – K. Chrysostomides & Co. et vs Il-Kunsill et

25

2014/C 194/34

Kawża T-75/14: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2014 – USFSPEI vs Il-Parlament u Il-Kunsill

26

2014/C 194/35

Kawża T-189/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2014 – Deza vs ECHA

27

2014/C 194/36

Kawża T-216/14: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2014 – Volkswagen vs UASI (EXTRA)

28

2014/C 194/37

Kawża T-218/14: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2014 – Mabrouk vs Il-Kunsill

29

2014/C 194/38

Kawża T-229/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2014 – Norma Lebensmittelfilialbetrieb vs UASI – Yorma's (Yorma Eberl)

30

2014/C 194/39

Kawża T-250/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2014 – EEB vs Il-Kummissjoni

30

2014/C 194/40

Kawża T-254/14: Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2014 – Warenhandelszentrum vs UASI – Baumarkt Max Bahr (NEW MAX)

31

2014/C 194/41

Kawża T-257/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2014 – Novomatic vs UASI – Berentzen Mally Marketing plus Services (BLACK JACK TM)

32

2014/C 194/42

Kawża T-264/14: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2014 –Hansen vs UASI (WIN365)

33

2014/C 194/43

Kawża T-267/14: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2014 – Zehnder Group International AG vs UASI – Stiebel Eltron (comfotherm)

33

2014/C 194/44

Kawża T-277/14: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2014 – Mabrouk vs Il-Kunsill

34

2014/C 194/45

Kawża T-290/14: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2014 – Portnov vs Il-Kunsill

34

2014/C 194/46

Kawża T-311/14: Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2014 – Seca Benelux et vs Il-Parlament

35

2014/C 194/47

Kawża T-312/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2014 – Federcoopesca et vs Il-Kummissjoni

36

2014/C 194/48

Kawża T-276/08: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Al-Aqsa vs Il-Kunsill

37

2014/C 194/49

Kawża T-503/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Al-Aqsa vs Il-Kunsill

37

2014/C 194/50

Kawża T-139/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2014 – Adler Mode vs UASI – Cluett, Peabody (Fairfield)

37

2014/C 194/51

Kawża T-447/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Visa Europe vs Il-Kummissjoni

38

2014/C 194/52

Kawża T-132/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2014 – Deweerdt et vs Il-Qorti tal-Awdituri

38

2014/C 194/53

Kawża T-175/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2014 – Omega vs UASI – Omega Engineering (Ω OMEGA)

38

2014/C 194/54

Kawża T-644/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2014 – Serco Beligum et vs Il-Kummissjoni

38

2014/C 194/55

Kawża T-156/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2014 – Volkswagen vs UASI (StartUp)

38

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 194/56

Kawża F-140/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014 – Alexandrou vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/231/12 — Aċċess għal dokumenti — Rifjut tat-talba konfermattiva ta’ aċċess għall-mistoqsijiet b’għażla ta’ tweġibiet magħmula fit-testijiet ta’ aċċess)

39

2014/C 194/57

Kawża F-11/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014 – Delcroix vs EEAS (Servizz pubbliku — Uffiċjal — EEAS — Kap ta’ delegazzjoni f’pajjiż terz — Trasferiment lejn is-sede tal-EEAS — Tmiem antiċipat tal-funzjonijiet bħala kap ta’ delegazzjoni)

39

2014/C 194/58

Kawża F-17/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014 – Cocco vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Reklutaġġ — Sejħa għal espressjoni ta’ interess EPSO/CAST/02/2010)

40

2014/C 194/59

Kawża F-34/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014 – Alexandrou vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/231/12 — Nuqqas ta’ ammissjoni għal parteċipazzjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni — Aċċess għal dokumenti)

40

2014/C 194/60

Kawża F-50/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 – A vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Sigurtà soċjali — Inċident jew marda kkaġunata mix-xogħol — Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal — Invalidità parzjali permanenti — Talba għal kumpens — Inammissibbiltà manifesta)

41

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

2014/C 194/01

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 184, 16.6.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 175, 10.6.2014

ĠU C 159, 26.5.2014

ĠU C 151, 19.5.2014

ĠU C 142, 12.5.2014

ĠU C 135, 5.5.2014

ĠU C 129, 28.4.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-30 ta’ April 2014 – FLSmidth & Co. A/S vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-238/12 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordji - Settur tal-boroż industrijali tal-plastik - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali - Obbligu ta’ motivazzjoni - Imputazzjoni lill-kumpannija parent tal-ksur imwettaq mis-sussidjarja - Responsabbiltà tal-kumpannija parent għall-ħlas tal-multa imposta fuq is-sussidjarja - Proporzjonalità - Proċedura quddiem il-Qorti Ġenerali - Terminu raġonevoli għall-għoti ta’ deċiżjoni))

2014/C 194/02

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: FLSmidth & Co. A/S (rappreżentant: M. Dittmer, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castillo de la Torre u V. Bottka, aġenti, assistiti minn M. Gray, Barrister)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-6 ta’ Marzu 2012, FLSmidth vs Il-Kummissjoni (T-65/06) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali annullat parzjalment id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2005) 4634, tat-30 ta’ Novembru 2005, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 tat-Trattat KE (Każ COMP/F/38.354 – Basktijiet industrijali), li tikkonċerna akkordju bbażat fuq l-iffissar tal-prezzijiet u tal-kwoti tal-bejgħ skont iż-żona ġeografika, it-tqassim tal-ordnijiet tal-klijenti l-kbar, l-organizzazzjoni tas-sottomissjonijiet miftehma għal ċerti sejħiet għal offerti u l-implementazzjoni ta’ mekkaniżmi ta’ skambju ta’ informazzjoni fuq il-volumi tal-bejgħ fis-suq tal-basktijiet industrijali tal-plastik, u naqset il-multa imposta fuq ir-rikorrenti – Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

FLSmidth & Co. A/S hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 303, 06.10.2012.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (li kienet Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich – l-Awstrija) – proċeduri mibdija minn Robert Pfleger, Autoart a.s., Mladen Vucicevic, Maroxx Software GmbH, Ing. Hans-Jörg Zehetner

(Kawża C-390/12) (1)

((Artikolu 56 TFUE - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikoli 15 sa 17, 47 u 50 - Libertà professjonali u dritt għax-xogħol, il-libertà tal-intrapriża, dritt għall-proprjetà, dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, prinċipju ta’ ne bis in idem - Artikolu 51 - Kamp ta’ applikazzjoni - Implementazzjoni tad-dritt tal-Unjoni - Logħob tal-ażżard - Leġiżlazzjoni restrittiva ta’ Stat Membru - Sanzjonijiet amministrattivi u kriminali - Raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali - Proporzjonalità))

2014/C 194/03

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (li kienet Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Robert Pfleger, Autoart a.s., Mladen Vucicevic, Maroxx Software GmbH, Ing. Hans-Jörg Zehetner

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Unabhängiger Verwaltungssenat des Landes Oberösterreich – Interpretazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE, kif ukoll tal-Artikoli 15 sa 17, 47 u 50 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Logħob tal-ażżard – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprojbixxi, taħt piena ta’ sanzjonijiet kriminali, l-operazzjoni ta’ magni tal-logħob b’rebħ limitat (“kleines Glücksspiel”) fin-nuqqas ta’ permess maħruġ mill-awtorità kompetenti – Prinċipju ta’ proporzjonalità.

Dispożittiv

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ladarba din il-leġiżlazzjoni ma tilħaqx realment l-għan tal-protezzjoni tal-ġugaturi jew tal-ġlieda kontra l-kriminalità u ma tirriflettix verament l-intenzjoni li jitnaqqsu l-okkażjonijiet ta’ logħob jew li tiġi miġġielda l-kriminalità marbuta ma’ dan il-logħob b’mod koerenti u sistematiku.


(1)  ĠU C 343, 10.11.2012.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Bíróság) – l-Ungerija) – UPC DTH Sárl vs Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnökhelyettese

(Kawża C-475/12) (1)

((Settur tat-telekomunikazzjonijiet - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Libertà li jiġu pprovduti servizzi - Artikolu 56 TFUE - Direttiva 2002/21/KE - Provvista transkonfinali ta’ pakkett ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni - Aċċess kundizzjonali - Ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali - Reġistrazzjoni - Obbligu ta’ stabbiliment))

2014/C 194/04

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Bíróság)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: UPC DTH Sárl

Konvenuta: Nemzeti Média- és Hírközlési Hatóság Elnökhelyettese

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Fővárosi Törvényszék (li kienet Fővárosi Bíróság) – Interpretazzjoni tal-Artikolu 56 TFUE u tal-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 349), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, li temenda d-Direttivi 2002/21/KE dwar qafas regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi, 2002/19/KE dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’ networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati, u 2002/20/KE dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (ĠU L 337, p. 37) – Kumpannija stabbilita fi Stat Membru li għandha bħala attività tagħha l-kummerċjalizzazzjoni ta’ pakketti ta’ programmi tar-radju u tat-televiżjoni bis-satellita u li toffri provvista ta’ servizzi lil klijentela stabbilita fi Stati Membri oħra tal-Unjoni – Leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istat Membru tad-destinatarji tas-servizz li tawtorizza l-provvista biss lill-impriżi stabbiliti fit-territorju tiegħu – Ġurisdizzjoni tal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Istat Membru tad-destinatarji tal-provvista.

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 2(ċ) tad-Direttiva 2002/21/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar kwadru [qafas] regolatorju komuni għan-networks ta’ komunikazzjonijiet u servizzi elettroniċi (Direttiva Kwadru [Qafas]), kif emendata bid-Direttiva 2009/140/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Novembru 2009, għandu jiġi interpretat fis-sens li servizz li jikkonsisti fil-provvista, bi ħlas, ta’ aċċess kundizzjonali għal pakkett trażmess bis-satellita li jinkludi servizzi ta’ xandir radjofoniku u televiżiv jaqa’ taħt il-kunċett ta’ “sevizzi [servizz] ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi”, fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni.

Il-fatt li dan is-servizz jinkludi sistema ta’ aċċess kundizzjonali, fis-sens tal-Artikolu 2(ea) u (f) tad-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140, huwa irrilevanti f’dan ir-rigward.

Operatur li jipprovdi servizz, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għandu jitqies li huwa fornitur ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, fid-dawl tad-Direttiva 2002/21, kif emendata bid-Direttiva 2009/140.

2)

F’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, servizz li jikkonsisti fil-provvista, bi ħlas, ta’ aċċess kundizzjonali għal pakkett trażmess bis-satellita li jinkludi servizzi ta’ xandir radjofoniku u awdjoviżiv jikkostitwixxi provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE.

3)

Il-proċeduri ta’ sorveljanza relatati mas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqgħu taħt l-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih jirrisjedu d-destinatarji tal-imsemmija servizzi.

4)

L-Artikolu 56 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jimponu fuq l-impriżi li jipprovdu fit-territorju tagħhom servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, l-obbligu li jirreġistraw dawn is-servizzi, sakemm jaġixxu b’osservanza tar-rekwiżiti ddefiniti fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/20/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni), kif emendata bid-Direttiva 2009/140, u

min-naħa l-oħra, jipprekludi li l-impriżi li jixtiequ jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fi Stat Membru differenti minn dak li fit-territorju tiegħu huma stabbiliti, ikunu obbligati joħolqu, f’dak l-Istat, fergħa jew entità ġuridika distinta minn dik li tinsab fl-Istat Membru ta’ trażmissjoni.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria – l-Ungerija) – Árpád Kásler, Hajnalka Káslerné Rábai vs OTP Jelzálogbank Zrt

(Kawża C-26/13) (1)

((Direttiva 93/13/KEE - Klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur - Artikoli 4(2) u 6(1) - Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali - Esklużjoni tal-klawżoli li jirrigwardaw is-suġġett prinċipali tal-kuntratt jew l-adegwatezza tal-prezz jew tar-remunerazzjoni jekk dawn huma mfassla b’mod ċar u li jinftiehem - Kuntratti ta’ self lill-konsumatur f’munita barranija - Klawżoli dwar ir-rati tal-kambju - Differenza bejn il-prezz tax-xiri, li japplika fil-mument tal-għoti tas-self, u l-prezz tal-bejgħ, li japplika fil-mument tal-ħlas tiegħu - Setgħat tal-qorti nazzjonali fil-preżenza ta’ klawżola kklassifikata bħala “inġusta” - Sostituzzjoni tal-klawżola inġusta b’dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari - Ammissibbiltà))

2014/C 194/05

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Kúria

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Árpád Kásler, Hajnalka Káslerné Rábai

Konvenuta: OTP Jelzálogbank Zrt

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Kúria – Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) – Evalwazzjoni tan-natura inġusta tal-klawżoli kuntrattwali – Kuntratt ta’ self, f’munita barranija, suġġett għal garanziji ipotekarji, konkluż bejn individwu u bank, li jipprovdi li l-għoti u l-ħlas tas-self għandhom isiru fil-munita nazzjonali – Dejn ikkalkulat, meta ġie konkluż il-kuntratt, abbażi tal-prezz tax-xiri tal-munita barranija – Klawżola li tipprovdi li l-pagamenti ta’ kull xahar li għandhom jitħallsu għandhom jiġu stabbiliti billi jintuża l-prezz tal-bejgħ attwali tal-munita u mhux il-prezz tax-xiri

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-frażi “kwistjoni prinċipali tas-suġġett tal-kuntratt [suġġett prinċipali tal-kuntratt]” ma tkoprix klawżola, imdaħħla f’kuntratt ta’ self f’munita barranija konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur u li ma ġietx innegozjata b’mod individwali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li skontha l-prezz ta’ xiri ta’ din il-munita japplika għall-finijiet tal-kalkolu tal-ħlasijiet tas-self, ħlief jekk jiġi kkonstatat, u dan hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifikah fid-dawl tan-natura, tal-istruttura u tal-istipulazzjonijiet tal-kuntratt kif ukoll tal-kuntest legali u fattwali tiegħu, li l-imsemmija klawżola tistabbilixxi provvista essenzjali ta’ dan il-kuntratt li, bħala tali, tikkaratterizzah;

tali klawżola, sa fejn din tinkludi obbligu pekunjarju li l-konsumatur għandu jħallas, fil-kuntest tal-ħlasijiet tas-self, ammonti li jirriżultaw mid-differenza bejn il-prezz tax-xiri u l-prezz tal-bejgħ tal-munita barranija, ma tistax titqies li tinkludi “remunerazzjoni” li l-adegwatezza tagħha bħala korrispettiv ta’ provvista mwettqa mill-kreditur ma tistax issir evalwazzjoni tan-natura inġusta tagħha skont l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13.

2)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li, fir-rigward ta’ klawżola kuntrattwali bħalma hija dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-rekwiżit li klawżola kuntrattwali għandha tkun imfassla b’mod ċar u li jinftiehem għandu jinftiehem bħala li jimponi mhux biss li l-klawżola kkonċernata tkun tista’ tinftiehem mill-konsumatur fuq livell grammatikali, iżda wkoll li l-kuntratt jesponi b’mod trasparenti l-funzjonament konkret tal-mekkaniżmu ta’ konverżjoni tal-munita barranija li għalih tagħmel riferiment il-klawżola kkonċernata kif ukoll ir-relazzjoni bejn dan il-mekkaniżmu u dak stabbilit minn klawżoli oħra dwar l-għoti tas-self, b’mod li dan il-konsumatur jitqiegħed f’pożizzjoni li jkun jista’ jevalwa, abbażi ta’ kriterji preċiżi u li jinftiehmu, il-konsegwenzi ekonomiċi li ser jirriżultaw fuqu minn dan il-kuntratt.

3)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13 għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn kuntratt konkluż bejn bejjiegħ jew fornitur u konsumatur ma jistax jibqa’ applikabbli wara t-tneħħija ta’ klawżola inġusta, din id-dispożizzjoni ma tipprekludix regola ta’ dritt nazzjonali li tippermetti lill-qorti nazzjonali li tirrimedja għall-invalidità ta’ din il-klawżola billi tissostitwixxiha b’dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali ta’ natura supplimentari.


(1)  ĠU C 156, 01.06.2013.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ April 2014 – Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-209/13) (1)

((Sistema komuni ta’ taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji - Awtorizzazzjoni ta’ kooperazzjoni msaħħa skont l-Artikolu 329(1) TFUE - Deċiżjoni 2013/52/UE - Rikors għal annullament għal ksur tal-Artikoli 327 TFUE u 332 TFUE kif ukoll tad-dritt internazzjonali konswetudinarju))

2014/C 194/06

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: E. Jenkinson u S. Behzadi-Spencer, aġenti, assistiti minn M. Hoskins u P. Baker QC u V. Wakefield, Barrister)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A.-M. Colaert, F. Florindo Gijón u A. de Gregorio Merino, aġenti)

Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: J.-C. Halleux u M. Jacobs, aġenti), ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: T. Henze, J. Möller u K. Petersen, aġenti), ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: D. Colas u J.-S. Pilczer, aġenti), ir-Repubblika tal-Awstrija (rappreżentant: C. Pesendorfer, aġent), ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, J. Menezes Leitão u A. Cunha, aġenti), il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Neergaard u R. van de Westelaken, aġenti), il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, B. Smulders u W. Mölls, aġenti)

Suġġett

Rikors għal annullament – Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/52/UE, tat-22 ta’ Jannar 2013, li tawtorizza kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tat-taxxa fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji (ĠU L 22, p. 11) – Ksur tal-Artikoli 327 TFUE u 332 TFUE

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq huwa kkundannat għall-ispejjeż.

3)

Ir-Renju tal-Belġju, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Franċiża, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Finanzgericht Baden-Württemberg – il-Ġermanja) – Birgit Wagener vs Bundesagentur für Arbeit – Familienkasse Villingen-Schwenningen

(Kawża C-250/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sigurtà soċjali - Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera - Regolament (KEE) Nru 547/72 - Artikolu 107(1) u (6) - Regolament (KE) Nru 987/2009 - Artikolu 90 - Ħaddiema migranti - Konverżjoni tal-muniti - Teħid inkunsiderazzjoni tal-benefiċċji tal-familja riċevuti fl-Isvizzera matul il-kalkolu, minn Stat Membru, tal-allowances għall-ulied dipendenti - Differenzjal - Data li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni għall-konverżjoni f’euro tal-benefiċċji tal-familja Svizzeri))

2014/C 194/07

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Birgit Wagener

Konvenut: Bundesagentur für Arbeit – Familienkasse Villingen-Schwenningen

Objet

Talba għal deċiżjoni preliminari – Finanzgericht Baden-Württemberg – Interpretazzjoni tal-Artikoli 10(1)(a) u 107(1), (2), (4) u (6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 83), tal-Artikolu 90 tar-Regolament (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Settembru 2009, li jistabbilixxi l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 dwar il-koordinazzjoni tal-iskemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU L 284, p. 1), kif ukoll tad-deċiżjoni H3, tal-15 ta’ Ottubru 2009, li tikkonċerna d-data li għandha tiġi kkunsidrata għad-determinazzjoni tar-rati tal-kambju msemmija fl-Artikolu 90 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 987/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2010 C 106, p. 56) – Ċittadin ta’ Stat Membru li jirrisjedi mal-familja tiegħu fl-Istat ta’ oriġini tiegħu u li jaħdem fil-Konfederazzjoni Svizzera – Kumulu ta’ dritt għal benefiċċji tal-familja – Teħid inkunsiderazzjoni tal-benefiċċji tal-familja riċevuti fl-Isvizzera matul il-kalkolu tal-allowances mill-Istat Membru ta’ residenza (“Differenzkindergeld”) – Rata tal-kambju applikabbli

Dispożittiv

1)

F’ċirkustanzi bħal dawk tal-kawża prinċipali, il-konverżjoni monetarja ta’ allowances tal-familja għandha ssir skont l-Artikolu 107(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 574/72, tal-21 ta’ Marzu 1972, li jistipula l-proċedura għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 dwar l-applikazzjoni ta’ skemi ta’ sigurtà soċjali għal persuni impjegati u l-familji tagħhom li jiċċaqilqu fi ħdan il-Komunità, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 118/97, tat-2 ta’ Diċembru 1996, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1386/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001.

2)

L-Artikolu 107(6) tar-Regolament Nru 574/72, fil-verżjoni tiegħu emendata u aġġornata bir-Regolament Nru 118/97, kif emendat bir-Regolament Nru 1386/2001, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konverżjoni monetarja ta’ allowances tal-familja, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, għall-finijiet tal-kalkolu tad-differenzjal ta’ allowances tal-familja skont l-Artikolu 10(1)(a) ta’ dan ir-regolament, għandha ssir bir-rata tal-kambju uffiċjali tal-jum tal-ħlas ta’ dawn l-allowances mill-Istat Membru tal-impjieg li fit-territorju tiegħu l-ħaddiem jitqies li jwettaq attività bħala impjegat.


(1)  ĠU C 260, 07.09.2013.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – il-Pajjiżi l-Baxxi) – Nutricia NV vs Staatssecretaris van Financiën

(Kawża C-267/13) (1)

((Nomenklatura Magħquda - Intestaturi tariffarji - Medikamenti fis-sens tal-intestatura 3004 - Kunċett - Preparazzjonijiet nutrittivi intiżi esklużivament li jiġu somministrati b’mod enterali, taħt sorveljanza medika, lil persuni suġġetti għal trattament mediku - Xorb fis-sens tas-subintestatura 2202 - Kunċett - Likwidi nutrittivi intiżi li jiġu somministrati b’mod enterali u mhux li jinxtorbu))

2014/C 194/08

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nutricia NV

Konvenut: Staatssecretaris van Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Hoge Raad der Nederlanden – Nomenklatura Magħquda – Pożizzjonijiet tariffarji – Medikamenti fis-sens tal-intestatura 3004 – Kunċett – Preparazzjonijiet nutrittivi intiżi esklużivament li jiġu somministrati bil-forza, taħt sorveljanza medika, lil persuni, li minħabba mard, huma suġġetti għal trattament mediku – Xorb fis-sens tas-subintestatura 2202 – Kunċett – Likwidi nutrittivi intiżi li jiġu somministrati bil-forza u mhux li jinxtorbu

Dispożittiv

L-intestatura tariffarja 3004 tan-Nomenklatura Magħquda, li tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni ta’ Dwana, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1549/2006, tas-17 ta’ Ottubru 2006, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ “medikamenti” fis-sens ta’ din l-intestatura tinkludi preparazzjonijiet tal-ikel intiżi esklużivament sabiex jiġu ssomministrati, taħt sorveljanza medika u b’mod enterali (permezz ta’ tubu gastriku), lil persuni li lilhom tiġi pprovduta kura medika, hekk li, fil-kuntest tal-ġlieda kontra l-marda jew il-kundizzjoni li dawn tal-aħħar għandhom, din is-somministrazzjoni għandha bħala għan li tipprevjeni jew li tiġġieled id-denutrizzjoni ta’ dawn il-persuni.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de Primera Instancia no 4 de Palma de Mallorca – Spanja) – Barclays Bank SA vs Sara Sánchez García, Alejandro Chacón Barrera

(Kawża C-280/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 93/13/KEE - It-tlettax-il premessa - Artikolu 1(2) - Kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kuntratt ta’ self ipotekarju - Proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja - Dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolamentari nazzjonali - Ekwilibriju kuntrattwali))

2014/C 194/09

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 4 de Palma de Mallorca

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Barclays Bank S.A.

Konvenuti: Sara Sánchez García u Alejandro Chacón Barrera

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Juzgado de Primera Instancia de Palma de Mallorca – Interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288) – Protezzjoni tal-konsumaturi fil-qasam ta’ self fil-proprjetà immobbli – Ekwilibriju kuntrattwali – Prinċipju “pro konsumatur” – Leġiżlazzjoni nazzjonali ta’ proċedura ċivili applikabbli għall-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja

Dispożittiv

Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, u l-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ekwilibriju kuntrattwali għandhom jiġu interpretati fis-sens li huma esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolamentari ta’ Stat Membru, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fl-assenza ta’ klawżola kuntrattwali li tbiddel il-portata jew il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tal-aħħar.


(1)  ĠU C 226, 03.08.2013.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) tat-30 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – il-Belġju) – Ordre des architectes vs État belge

(Kawża C-365/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2005/36/KE - Artikoli 21 u 49 - Rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali - Aċċess għall-professjoni ta’ perit - Eżenzjoni mill-perijodu ta’ prova professjonali))

2014/C 194/10

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ordre des architectes

Konvenut: État belge

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Conseil d’État (il-Belġju) – Interpretazzjoni tal-Artikoli 21, 46 u 49 tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (ĠU L 255, p. 22) – Aċċess u eżerċizzju tal-professjoni ta’ perit – Inklużjoni fl-Ordre des architectes – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tikkundizzjona din l-inklużjoni għad-detenturi ta’ prova ta’ kwalifika mogħtija fil-Belġju li jkunu lestew perijodu ta’ prova professjonali ta’ sentejn – Projbizzjoni tar-rekwiżit tat-tlestija ta’ tali perijodu ta’ prova jew ta’ esperjenza ekwivalenti għad-detenturi ta’ diploma ta’ perit miksuba fi Stat Membru ieħor

Dispożittiv

L-Artikoli 21 u 49 tad-Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Settembru 2005, dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 279/2009, tas-6 ta’ April 2009, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu lill-Istat Membru ospitanti milli jeżiġi li detentur ta’ kwalifika professjonali miksuba fl-Istat Membru tal-oriġini u msemmija fil-punt 5.7.1 tal-Anness V jew fl-Anness VI ta’ din id-direttiva, iwettaq perijodu ta’ prova, jew jipprova li huwa għandu esperjenza professjonali ekwivalenti, sabiex jiġi awtorizzat jeżerċita l-professjoni ta’ perit.


(1)  ĠU C 274, 21,09,2013


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht München (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Jannar 2014 – Puma SE vs Hauptzollamt Nürnberg

(Kawża C-34/14)

2014/C 194/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht München

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Puma SE

Konvenut: Hauptzollamt Nürnberg

Domandi preliminari

1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 (1), tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 1294/2009 (2), tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (3), huma kompletament validi sa fejn ma ġewx annullati mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tat-2 ta’ Frar 2012 u tal-15 ta’ Novembru 2012 fil-Kawżi C-249/10 P u C-247/10 P?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv u r-regolamenti msemmija ma humiex kompletament invalidi:

a)

Fir-rigward ta’ liema esportaturi u produtturi fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u fil-Vjetnam, li mingħandhom ir-rikorrenti xtrat prodotti bejn is-snin 2006 u 2011, huma invalidi r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, [li] jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (KE) Nru 1294/2009, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96?

b)

L-annullament totali jew parzjali tar-regolamenti msemmija jikkostitwixxi ċirkustanzi imprevedibbli jew forza maġġuri fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 236(2) tal-Kodiċi Doganali?


(1)  ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 485.

(2)  ĠU L 352, p. 1.

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45).


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/10


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Cuneo (l-Italja) fil-5 ta’ Marzu 2014 – Proċeduri kriminali kontra Ivo Taricco et

(Kawża C-105/14)

2014/C 194/12

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale di Cuneo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Ivo Taricco,

Ezio Filippi,

Isabella Leonetti,

Nicola Spagnolo,

Davide Salvoni,

Flavio Spaccavento,

Goranco Anakiev

Domandi preliminari

a)

L-emendar tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 160 tal-Kodiċi Kriminali Taljan permezz tal-Liġi Nru 251 tal-2005 – fil-parti li tikkontempla estensjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni biss bi kwart tat-tul wara interruzzjoni, u għaldaqstant, li tippermetti l-preskrizzjoni tar-reati minkejja t-tressiq malajr tal-azzjoni kriminali, bil-konsegwenti impunità għal dawn ir-reati – jikser ir-regola ta’ ħarsien tal-kompetizzjoni taħt l-Artikolu 101 TFUE?

b)

Bl-emendar tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 160 tal-Kodiċi Kriminali Taljan permezz tal-Liġi Nru 251 tal-2005 – fil-parti li tikkontempla estensjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni biss bi kwart tat-tul wara interruzzjoni, u għaldaqstant, li ċċaħħad minn konsegwenzi kriminali r-reati mwettqa minn operaturi ekonomiċi mingħajr skrupli – l-Istat Taljan introduċa forma ta’ għajnuna pprojbita mill-Artikolu 107 TFUE?

c)

Bl-emendar tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 160 tal-Kodiċi Kriminali Taljan permezz tal-Liġi Nru 251 tal 2005 – fil-parti li tikkontempla estensjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni biss bi kwart tat-tul wara interruzzjoni, u għaldaqstant, li toħloq ipoteżi ta’ impunità għal min jinstrumentalizza d-Direttiva Komunitarja – l-Istat Taljan indebitament żied eżenzjoni ulterjuri flimkien ma’ dawk espliċitament ikkontemplati mill-Artikolu 158 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006 (1)?

d)

Bl-emendar tal-aħħar paragrafu tal-Artikolu 160 tal-Kodiċi Kriminali Taljan permezz tal-Liġi Nru 251 tal 2005 – fil-parti li tikkontempla estensjoni tat-terminu ta’ preskrizzjoni biss bi kwart tat-tul wara interruzzjoni, u għaldaqstant, li tirrinunzja milli tippenalizza aġir li jċaħħad lill-Istat mir-riżorsi neċessarji anki biex jiffaċċja l-obbligi lejn l-Unjoni Ewropea, ġie miksur il-prinċipju ta’ finanzi b’saħħithom stabbilit mill-Artikolu 119 TFUE?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat 28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta' taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1)


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-21 ta’ Marzu 2014 – Malvino Cervati, Società Malvi Sas di Cervati Malvino vs Agenzia delle Dogane, Agenzia delle Dogane – Ufficio delle Dogane di Livorno

(Kawża C-131/14)

2014/C 194/13

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Malvino Cervati, Società Malvi Sas di Cervati Malvino

Konvenuti: Agenzia delle Dogane, Agenzia delle Dogane – Ufficio delle Dogane di Livorno

Domanda preliminari

Ir-Regolament Nru 1047/2001 (1) u Nru 2988/95 (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li huwa pprojbit u jikkostitwixxi abbuż ta’ liġi u aġir maħsub sabiex jiffrustra l-liġi applikabbli l-aġir ta’ operatur Komunitarju A (Malvi Sas) li, filwaqt li ma għandux liċenzja għall-importazzjoni jew filwaqt li jkun eżawrixxa l-kwota tiegħu, jixtri stokkijiet ta’ merkanzija mingħajr operatur Komunitarju ieħor B (Tonini Roberto & C. Sas) li, min-naħa tiegħu, ikun xtara dawn l-istokkijiet mingħand fornitur extra-Komunitarju (Bananaservice srl), li jkun ittrasferixxihom fi Stat terz lil operatur Komunitarju ieħor C (L’Olivo Maria) li, peress li kien jissodisfa r-rekwiżiti meħtieġa, kiseb liċenzja fil-kuntest tal-kwota u li, mingħajr ma ttrasferixxa ċ-ċertifikat tiegħu, qegħdhom fiċ-ċirkulazzjoni libera fil-Komunità Ewropea sabiex imbagħad, wara r-rilaxx tagħhom mid-dwana u b’remunerazzjoni adegwata bħala korrispettiv, li kienet inqas mid-dazju speċifiku għall-importazzjoni barra mill-kwota, ittrasferixxihom lill-istess operatur B (Tonini Roberto & C. Sas) li finalment biegħhom lill-operatur A (Malvi Sas)?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1047/2001, tat-30 ta’ Mejju 2001, li jintroduċi sistema ta’ liċenzji għall-importazzjoni u ta’ ċertifikati ta’ oriġini u li jistabbilixxi l-metodu għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji għat-tewm importat minn pajjiżi terzi (ĠU L 145, p. 35).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95, tat-18 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni tal-interessi tal-Komunità Ewropea (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 1, p. 340).


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Baden-Württemberg (il-Ġermanja) fl-24 ta’ Marzu 2014 – Mineralquelle Zurzach AG vs Hauptzollamt Singen

(Kawża C-139/14)

2014/C 194/14

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Baden-Württemberg

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Mineralquelle Zurzach AG

Konvenut: Hauptzollamt Singen

Domandi preliminari

1)

Xarba mhux alkoħolika, komposta prinċipalment minn ilma iżda wkoll, sa 12 %, minn meraq tal-frott, li jkun fiha wkoll, minbarra zokkor, taħlita ta’ vitamini li hija ħafna ikbar mill-kontenut ta’ vitamini li jkun fih il-meraq naturali tal-frott, taqa’ fis-subintestatura 2202 10 00 tan-Nomenklatura Magħquda?

2)

Fil-każ li l-ewwel domanda tingħata risposta negattiva:

Jista’ jingħad li tali xarba hija meraq tal-frott ddilwit b’ilma li taqa’ taħt il-kodiċi 2202 90 10 11 TARIC?

3)

Fil-każ li l-ewwel żewġ domandi jingħataw risposta negattiva:

Jista’ jingħad li tali prodott huwa merkanzija li taqa’ taħt il-kodiċi 2202 90 10 19 TARIC?


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fit-28 ta’ Marzu 2014 – Loutfi Management Propriété intellectuelle SARL vs AMJ Meatproducts NV u Halalsupply NV

(Kawża C-147/14)

2014/C 194/15

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hof van beroep te Brussel

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Loutfi Management Propriété Intellectuelle SARL

Konvenuti: AMJ Meatproducts NV, Halalsupply NV

Domanda preliminari

Fid-dawl, b’mod partikolari, tal-Artikoli 21 u 22 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1), l-Artikolu 9(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 dwar it-trade mark Komunitarja (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li, fl-evalwazzjoni tal-probabbiltà ta’ konfużjoni bejn trade mark Komunitarja li tinkludi kelma Għarbija dominanti u sinjal li jinkludi kelma oħra Għarbija differenti, iżda viżwalment simili, id-differenza fil-pronunzja u fit-tifsira ta’ dawn il-kliem tista’, jew saħansitra għandha, tiġi eżaminata u meħuda inkunsiderazzjoni mill-qrati kompetenti tal-Istati Membri, anki jekk l-Għarbi la huwa lingwa uffiċjali tal-Unjoni u lanqas tal-Istati Membri?


(1)  ĠU 2000, C 364, p. 1.

(2)  ĠU L 78 , p. 1


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/13


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fl-1 ta’ April 2014 – AEEG vs Antonella Bertazzi et

(Kawża C-152/14)

2014/C 194/16

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Autorità per l’energia elettrica e il gas (AEEG)

Konvenuti: Antonella Bertazzi, Annalise Colombo, Maria Valeria Contin, Angela Filippina Marasco, Guido Guissani, Lucia Lizzi, Fortuna Peranio

Domandi preliminari

1)

Bħala prinċipju – fir-rigward ta’ kompiti li ma nbidlux u baqgħu kompletament identiċi kemm għall-ħaddiema b’kuntratt għal żmien determinat kif ukoll għal dawk b’kuntratt għal żmien indeterminat – tista’ tiġi kkunsidrata bħala kompatibbli mal-klawżola 4(4) tad-Direttiva 1999/70/KE (1) id-dispożizzjoni nazzjonali (l-Artikolu 75(2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 112 tal-2008) li tannulla kompletament l-anzjanità tas-servizz miksuba mal-awtoritajiet indipendenti b’kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat, f’każ ta’ stabilizzazzjoni eċċezzjonali tal-ħaddiema kkonċernati, abbażi ta’ eżamijiet selettivi li ma humiex kompletament simili għall-kompetizzjoni pubblika iktar stretta għal eżamijiet magħmula minn impjegati oħra, iżda li madankollu huma konformi, minħabba li huma miżuri leġiżlattivalment previżti, fl-Artikolu 97(3) tal-Kostituzzjoni Taljana, bħala mezz ta’ aċċertament ta’ kemm huma adatti għall-eżerċizzju tal-funzjonijiet li għandhom jitwettqu?

2)

a)

F’każ fejn il-leġiżlazzjoni msemmija iktar ’il fuq tiġi kkunsidrata bħala mhux konformi mal-prinċipji Komunitarji, għall-ħaddiema għal żmien determinat inkwistjoni, huwa possibbli li jiġu identifikati r-raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw deroga għall-ugwaljanza fir-trattament li għandha tiġi ggarantita lil dawn il-ħaddiema meta mqabbla ma’ dawk li huma impjegati għal żmien indeterminat, għal għanjiet “ta’ politika soċjali”, fil-każijiet fejn jinħtieġ li jiġi evitat l-inseriment ta’ sistema parallela ta’ punti (jiġifieri biż-żamma tad-drittijiet oriġinali) tal-ħaddiema li għandhom il-benefiċċju tal-istabilizzazzjoni b’kuntrast ma’ dawk li huma diġà integrati fis-servizz pubbliku bir-regola ġenerali ta’ aċċess għall-kompetizzjonijiet għad-dħul mas-servizz pubbliku (regola imposta – mingħajr deroga leġiżlattiva bħal dik li tipprovdi f’dan il-każ li wieħed jgħaddi minn sempliċi proċedura ta’ għażla – permezz tal-Artikolu 97(3) tal-Kostituzzjoni, diġà msemmi), u dawn ir-raġunijiet, fid-dawl ta’ dak li l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ppreċiżat fil-pun 47 tad-digriet tas-7 ta’ Marzu 2013, jistgħu jiġu kkunsidrati bħala sodisfaċenti fil-livell tal-proporzjonalità bis-sempliċi għoti lill-ħaddiema prekarji li jibbenefikaw mill-istabilizzazzjoni ta’ allowance ad personam li tista’ tiġi assorbita mill-ġdid u li ma tistax tiġi evalwata mill-ġdid, flimkien mal-interruzzjoni tal-evoluzzjoni normali tal-pożizzjonijiet ta’ remunerazzjoni miksuba u tal-aċċess għall-għażla għal impjiegi ogħla?

b)

Jew, għall-kuntrarju, ġaladarba ppruvat li hemm il-kapaċità li jitwettqu ċerti kompiti, l-evalwazzjonijiet perijodiċi ta’ twettiq tajjeb tagħhom għall-finijiet tal-għoti ta’ pożizzjonijiet salarjali u impjiegi ogħla, flimkien ma’ kompetizzjonijit oħra għat-tranżizzjoni minn karriera għall-oħra, jistgħu jikkostitwixxu bbilanċjar mill-ġdid adegwat tal-pożizzjonijiet tal-ħaddiema li kienu bbenefikaw mill-istabilizzazzjoni, meta mqabbla ma’ dawk il-ħaddiema rreklutati permezz ta’ kompetizzjoni pubblika, mingħajr ma jkollha tiġi annullata ebda anzjanità u ebda livell salarjali ta’ dawn tal-ewwel (barra minn hekk fl-assenza ta’ kull benefiċċju apprezzabbli fir-rigward tat-tieni kategorija, fis-sistema ta’ progress deskritt preċedentement adottat mill-AEEG), bir-riżultat li, f’dan il-każ, raġunijiet oġġettivi ta’ deroga mid-Direttiva 1999/70/KE, fl-osservanza tar-rekwiżiti ta’ oġġettività u ta’ trasparenza, meta mqabbel mal-kundizzjonijiet tax-xogħol inkwistjoni fil-kuntest partikolari ta’ riferiment?

3)

Fi kwalunkwe każ – kif jidher li jirriżulta mill-punti 47 u 54 tad-Digriet tas-7 ta’ Marzu 2013 – għandha, fil-fatt tiġi ammessa n-natura sproporzjonata u diskriminatorja tal-annullament totali tal-anzjanità miksuba [bil-konsegwenza tan-neċessità li tiġi skartata l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali (…) ipprovduta f’dan ir-rigward] – mingħajr madankollu li r-rekwiżiti imposti fir-rigward tal-protezzjoni tas-sitwazzjoni tal-kandidati tal-kompetizzjoni ma jispiċċawx fix-xejn, il-miżuri li għandhom jiġu adottati f’dan ir-rigward li jirriżultaw suġġetti għall-evalwazzjoni prudenti tal-amministrazzjoni (fil-forma ta’ “bonus”, jiġifieri titolu preferenzjali li għandu jingħata lill-imsemmija kandidati tal-kompetizzjoni, meta jintgħażlu għad-dħul fl-impjiegi ogħla, jew b’mezzi oħra, jaqgħu fil-marġni ta’ diskrezzjoni tal-awtoritajiet nazzjonali għall-finijiet tal-organizzazzjoni tas-servizzi pubbliċi tagħhom)?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u miċ-CEEP (GU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368).


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/14


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-3 ta’ April 2014 – Minister van Buitenlandse Zaken vs K u A

(Kawża C-153/14)

2014/C 194/17

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister van Buitenlandse Zaken

Konvenuti: K u A

Domandi preliminari

1)

a

Il-kunċett ta’ “miżuri ta’ integrazzjoni” – fis-sens tal-Artikolu 7(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2003/86/KE, tat-22 ta’ Settembru 2003, dwar id-dritt għal riunifikazzjoni tal-familja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 224) – jista’ jiġi interpretat fis-sens li l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li membru tal-familja ta’ sponsor jippreżenta prova li għandu għarfien tal-lingwa uffiċjali ta’ dan l-Istat Membru sa livell li jikkorrispondi għal-livell A1 tal-qafas ta’ riferiment komuni Ewropew għal lingwi barranin, u li għandu għarfien bażiku dwar is-soċjetà ta’ dan l-Istat Membru, qabel ma dawn l-awtoritajiet jawtorizzaw id-dħul u r-residenza ta’ dan il-membru tal-familja?

b

Għall-finijiet tar-risposta għal din id-domanda, huwa rilevanti li, anki fil-kuntest tal-eżami tal-proporzjonalità, kif deskritt fil-Green Paper tal-Kummissjoni Ewropea tal-15 ta’ Novembru 2011 (1), dwar id-dritt għar-riunifikazzjoni tal-familja ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jgħixu fl-Unjoni Ewropea, skont ir-regoli nazzjonali, li jinkludu l-obbligu msemmija fid-domanda 1.a, sakemm il-membru tal-familja ma jkunx stabbilixxa li, minħaba diżabbiltà mentali jew fiżika huwa ma jiinsabx b’mod dewwiemi f’pożizzjoni li jattendi għall-eżami ta’ integrazzjoni, l-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni għad-dħul u għar-residenza hija miċħuda biss jekk ikunu ssodisfatti ċirkustanzi personali partikolari ħafna li jiġġustifikaw il-preżunzjoni li l-membru tal-familja ma jinsabx b’mod dewwiemi f’pożizzjoni li jissodisfa r-rekwiżiti ta’ integrazzjoni?

2)

L-għan tad-Direttiva 2003/86/KE u b’mod partikolari tal-Artikolu 7(2) tagħha, fid-dawl tal-eżami tal-proporzjonalità, kif deskritt fl-imsemmija Green Paper, jipprekludi li, għall-eżami li permezz tiegħu jiġi stabbilit jekk il-membru tal-familja jissodisfax l-imsemmija rekwiżiti ta’ integrazzjoni, ikollu jitħallas ammont ta’ EUR 350 għal kull darba li jittieħed l-eżami u li, fir-rigward tal-fajl għall-preparazzjoni għall-eżami, ikollu jitħallas ammont ta’ darba li jammonta għal EUR 110?


(1)  KUMM/2011/0735 finali


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-3 ta’ April 2014 – Tamoil Italia vs Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare

(Kawża C-156/14)

2014/C 194/18

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Tamoil Italia SpA

Konvenut: Ministero dell’Ambiente e della Tutela del Territorio e del Mare

Domanda preliminari

Il-prinċipji tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-ambjent, stabbiliti bl-Artikolu 191(2) TFUE u bid-Direttiva 2004/35/KE (1), tal-21 ta’ April 2004 (Artikoli 1 u 8(3); premessi 13 u 24) – b’mod partikolari, il-prinċipju ta’ “min iniġġes iħallas”, il-prinċipju ta’ prekawzjoni, il-prinċipju ta’ azzjoni preventiva, il-prinċipju li l-ħsara lill-ambjent għandha, bħala prijorità, tissewwa f’ras il-għajn, –jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik stabbilita bl-Artikoli 244, 245 u 253 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 152, tat-3 ta’ April 2006 li, fil-każ ta’ kontaminazzjoni kkonstatata ta’ sit u fil-każ ta’ impossibbiltà li tiġi identifikata l-persuna responsabbli mill-kontaminazzjoni jew anki fil-każ ta’ impossibbiltà li jinkisbu, mingħand din tal-aħħar, il-miżuri ta’ kumpens, ma tippermettix lill-awtorità amministrattiva li timponi l-implementazzjoni tal-miżuri ta’ sigurtà ta’ emerġenza u ta’ riabilitazzjoni fir-rigward tal-proprjetarju mhux responsabbli mit-tniġġis, u tipprevedi biss, fuq dan tal-aħħar, responsabbiltà patrimonjali limitata għall-valur tas-sit wara l-implementazzjoni tal-miżuri ta’ riabilitazzjoni?


(1)  Direttiva 2004/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar ir-responsabbiltà ambjentali f’dak li għandu x’jaqsam mal-prevenzjoni u r-rimedju għal danni ambjentali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 357).


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Raad van State (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fl-4 ta’ April 2014 – A et, parti oħra: Minister van Buitenlandse Zaken

(Kawża C-158/14)

2014/C 194/19

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A, B, C, D

Parti oħra: Minister van Buitenlandse Zaken

Domandi preliminari

1.

Fid-dawl, fost l-oħrajn, tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1) rikors għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 610/2010 (2) sa fejn dan ir-regolament inkluda l-LTTE fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001 (3) ippreżentat quddiem il-Qorti Ġenerali mill-appellanti f’din il-proċedura f’isimhom abbażi tal-Artikolu 263 TFEU, kien ikun ċertament ammissibbli?

2.

(a)

Fid-dawl, fost l-oħrajn, tal-premessa 11 fil-preambolu tad-Deċiżjoni kwadru [qafas] 2002/475/JHA (4), azzjonijiet mill-forzi armati matul perijodi ta’ kunflitt bl-armi, fis-sens tad-dritt umanitarju internazzjonali, jistgħu jikkostitwixxu reati terroristiċi fis-sens ta’ din id-Deċiżjoni kwadru [qafas]?

(b)

Jekk ir-risposta għad-domanda 2(a) tingħata fl-affermattiv, azzjonijiet mill-forzi armati matul perijodi ta’ kunflitt bl-armi, fis-sens tad-dritt umanitarju internazzjonali, jistgħu jikkostitwixxu atti terroristiċi fis-sens tal-Pożizzjoni Komuni 2001/931/PESK (5) u tar-Regolament Nru 2580/2001?

3

L-azzjonijiet li jifformaw il-bażi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 610/2010, sa fejn inkluda l-LTTE fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001, huma azzjonijiet mill-forzi armati matul perijodi ta’ kunflitt bl-armi fis-sens tad-dritt umanitarju internazzjonali?

4.

Fid-dawl, fost l-oħrajn, tar-risposti għad-domandi 1, 2(a), 2(b) u 3, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 610/2010, sa fejn il-LTTE kienet b’dan il-mod inkluża fil-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001, huwa invalidu?

5.

Jekk ir-risposta għad-domanda 4 tingħata fl-affermattiv, din l-invalidità tapplika wkoll għad-deċiżjonijiet preċedenti u sussegwenti tal-Kunsill li jaġġornaw il-lista msemmija fl-Artikolu 2(3) tar-Regolament Nru 2580/2001, sa fejn dawn id-deċiżjonijiet irriżultaw fl-inklużjoni tal-LTTE f’din il-lista?


(1)  ĠU 2000 C 364, p. 1.

(2)  Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 610/2010, tat-12 ta’ Lulju 2010, li jimplimenta l-Artikolu 2(3) tar-Regolament (KE) Nru 2580/2001 dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 1285/2009 (ĠU L 178, p. 1).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2580/2001, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar miżuri restrittivi speċifiċi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet bil-għan li jiġi miġġieled it-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 207).

(4)  Deċiżjoni kwadru [qafas] tal-Kunsill, tat-13 ta’ Ġunju 2002, dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 18).

(5)  Pożizzjoni komuni tal-Kunsill, tas-27 ta’ Diċembru 2001, dwar l-applikazzjoni ta’ miżuri speċifiki fil-ġlieda kontra t-terroriżmu (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 18, Vol. 1, p. 217).


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/16


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fl-14 ta’ April 2014 – A vs B

(Kawża C-184/14)

2014/C 194/20

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Corte suprema di cassazione

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: A

Konvenuta: B

Domanda preliminari

Talba għall-manteniment tat-tfal, imressqa fil-kuntest ta’ proceduri ta’ separazzjoni personali tal-konjuġi, tista’ tiġi deċiża, peress li hija ancillari għal dawn il-proċeduri, kemm mill-qorti li quddiemha jkunu pendenti l-proċeduri ta’ separazzjoni kif ukoll mill-qorti li quddiemha jkunu pendenti l-proċeduri dwar ir-responsabbiltà tal-ġenituri, abbażi tal-kriterju tal-prevenzjoni, jew għandha neċessarjament tiġi deċiża minn din tal-aħħar, billi ż-żewġ kriterji distinti previsti fil-punti (ċ) u (d) [tal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 4/2009, tat-18 ta’ Diċembru 2008, dwar il-ġurisdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet u l-kooperazzjoni f’materji relatati ma’ obbligi ta’ manteniment (1)] huma alternattivi (fis-sens li wieħed neċessarjament jeskludi lill-ieħor)?


(1)  ĠU 2009, L 7, p. 1.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varhoven administrativen sad (il-Bulgarija) fl-14 ta’ April 2014 – EasyPay AD, Finance Engineering AD vs Ministerski savet na Republika Balgaria, Natsionalen osiguritelen institut

(Kawża C-185/14)

2014/C 194/21

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Varhoven administrativen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: EasyPay AD, Finance Engineering AD

Konvenuti: Ministerski savet na Republika Balgaria, Natsionalen osiguritelen institut

Domandi preliminari

1)

Servizz postali, bħalma huwa s-servizz tat-trasferiment ta’ flus permezz ta’ ordinijiet postali mill-persuna li tagħmel it-trasferiment li, f’dan il-każ, huwa l-Istat, lill-persuni li jirċievu t-trasferiment, li huma persuni intitolati għal benefiċċji soċjali, għandu jitqies bħala li ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 97/67/KE (1), fil-verżjoni tagħha kif emendata bid-Direttivi 2002/39/KE (2) u 2008/6/KE (3) u li għalhekk huwa suġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 106 TFUE u 107 TFUE?

2)

Fil-każ li tingħata risposta affermattiva għall-ewwel domanda, id-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 106 TFUE u 107 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu restrizzjoni għal kompetizzjoni libera fir-rigward tal-provvista ta’ servizz postali bħal dak deskritt meta dan ikun iġġustifikat minn raġunijiet imperattivi marbuta mal-protezzjoni ta’ drittijiet fundamentali kostituzzjonali taċ-ċittadini u mal-politika soċjali tal-Istat, u meta, fl-istess ħin, in-natura tas-servizz tippermetti li dan is-servizz jiġi kklassifiikat bħala servizz ta’ importanza ekonomika ġenerali, bil-kundizzjoni li l-fornitur tas-servizz jitħallas kumpens li ma jaqbiżx l-ammont previst fl-Artikolu 2(1)(a) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 9380, tal-20 ta’ Diċembru 2011, dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali?


(1)  Direttiva 97/67/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71).

(2)  Direttiva 2002/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-10 ta' Ġunju 2002, li temenda d-Direttiva 97/67/KE fir-rigward tal-ftuħ ulterjuri għal kompetizzjoni tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 4, p. 316).

(3)  Direttiva 2008/6/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Frar 2008, li temenda d-Direttiva 97/67/KE dwar it-tlestija kompleta tas-suq intern tas-servizzi postali Komunitarji (ĠU L 52, p. 3).


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Aachen (il-Ġermanja) fit-18 ta’ April 2014 – Horst Hoeck vs Ir-Repubblika Ellenika

(Kawża C-196/14)

2014/C 194/22

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Aachen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Horst Hoeck

Konvenuta: Ir-Repubblika Ellenika

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjonijiet tiegħu jipprekludu, b’mod ġenerali, rikors ippreżentat quddiem il-Landgericht Aachen kontra r-Repubblika Ellenika bħala konvenuta, li permezz tiegħu r-rikorrent jitlob mingħand il-konvenuta, il-ħlas ta’ interessi għas-snin 2011/2012 fir-rigward ta’ bonds (self mill-Istat) akkwistati mir-rikorrent f’Lulju 2011, li kienu s-suġġett ta’ offerta ta’ skambju magħmula mill-konvenuta fi tmiem ix-xahar ta’ Frar 2012 u li kienet indirizzata, fost oħrajn, lir-rikorrent, li rrifjutaha, bir-riżultat li l-konvenuta madankollu skambjat l-bonds/self tal-Istat miżmuma mir-rikorrent ma’ titoli ġodda?

2)

L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjonijiet tiegħu jipprekludu, b’mod ġenerali, rikors ippreżentat quddiem il-Landgericht Aachen kontra r-Repubblika Ellenika bħala konvenuta, li permezz tiegħu r-rikorrent jeżiġi sussidjarjament, minħabba l-iskambju sfurzat deskritt fl-ewwel domanda, li l-konvenuta tħallsu l-valur nominali tal-bonds/self tal-Istat mixtrija mir-rikorrent, flimkien mal-interessi dovuti?

3)

Il-proċeduri fil-kawża prinċipali quddiem il-Landgericht Aachen (12 O 177/13) jaqgħu taħt id-dritt ċivili jew kummerċjali, b’mod li japplikaw l-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extra-ġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali?

4)

Jew inkella l-kawża tirrigwarda kwistjoni li taqa’ taħt id-dritt amministrattiv, jew kwistjoni ta’ responsabbiltà tal-Istat, li fir-rigward tagħhom id-dispożizzjonijiet imsemmija fid-domandi 1, 2 u 3 ma humiex applikabbli?


(1)  ĠU L 324, p. 79


Il-Qorti Ġenerali

24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Tisza Erőmű vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-468/08) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi lil ċerti produtturi tal-elettriku - Ftehimiet ta’ xiri ta’ elettriku konklużi bejn impriża pubblika u ċerti produtturi tal-elettriku - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Natura selettiva - Riżorsi tal-Istat - Imputabbiltà lill-Istat - Effett fuq il-kummerċ bejn Stati Membri - Drittijiet tad-difiża - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Eċċess ta’ poter - Artikolu 10 tat-Trattat fuq il-karta tal-enerġija”))

2014/C 194/23

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tisza Erőmű kft, li kienet AES-Tisza Erőmű kft (Tiszaújváros, l-Ungerija) (rappreżentanti: inizjalment T. Ottervanger u E. Henny, sussegwentement T. Ottervanger, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn, N. Khan u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/609/KE, tal-4 ta’ Ġunju 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat C 41/05 mogħtija mill-Ungerija permezz ta’ ftehimiet għax-xiri tal-enerġija (ĠU 2009, L 225, p. 53).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Tisza Erőmű kft għandha tbati l-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 6, 10.01.2009.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Dunamenti Erőmű vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-179/09) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Ungeriżi favur ċerti produtturi ta’ enerġija - Ftehimiet għax-xiri tal-enerġija konklużi bejn impriża pubblika u ċerti produtturi ta’ enerġija - Deċiżjoni li tiddikjara li l-għajnuna mill-Istat hija inkompatibbli mas-suq komuni u tordna l-irkupru tagħha - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Vantaġġ - Għajnuna ġdida - Għajnuna għall-funzjonament - Aspettattivi leġittimi - Ċertezza legali”))

2014/C 194/24

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dunamenti Erőmű Zrt (Százhalombatta, l-Ungerija) (rappreżentanti: inizjalment J. Lever, QC, A. Nourry, R. Griffith, u S. Spence, solicitors, sussegwentement J. Philippe u F.-H. Boret, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Flynn u K. Talabér-Ritz, aġenti)

Suġġett

Essenzjalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/609/KE, tal-4 ta’ Ġujnu 2008, dwar l-Għajnuna mill-Istat C-41/05 mogħtija mill-Ungerija permezz ta’ Ftehimiet għax-Xiri tal-Enerġija (ĠU 2009, L 225, p. 53), u, sussidjarajment, talba għall-annullament tal-Artikoli 2 u 5 ta’ din id-deċiżjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Dunamenti Erőmű Zrt għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk tal-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 167, 18.07.2009.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Euris Consult Ltd vs Il-Parlament

(Kawża T-637/11) (1)

([“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Malti - Regoli dwar il-modalitajiet ta’ trażmissjoni tal-offerti - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Nuqqas ta’ osservanza tar-regoli dwar il-preżentazzjoni maħsuba sabiex tiġi ggarantita l-kunfidenzjalità tal-kontenut tal-offerti qabel jinfetħu - Eċċezzjoni ta’ inapplikabbiltà - Proporzjonalità - Ugwaljanza fit-trattament - Drittijiet tad-difiża - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea - Artikolu 98(1) tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 1605/2002 - Artikolu 143 tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2342/2002”])

2014/C 194/25

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Euris Consult Ltd (il-Furjana, Malta) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: L. Darie u F. Poilvache, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal u F. Dintilhac, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament tat-18 ta’ Ottubru 2011 li tiċħad l-offerta ppreżentata mir-rikorrenti fil-kuntest tal-proċedura għall-għoti tal-kuntratt pubbliku interistituzzjonali għal servizzi MT/2011/EU, dwar il-provvista ta’ servizzi ta’ traduzzjoni għall-Malti.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Euris Consult Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 04.02.2012.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Hagenmeyer u Hahn vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-17/12) (1)

((“Protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Stqarrijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa - Rifjut ta’ awtorizzazzjoni ta’ stqarrija għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard - Indikazzjoni ta’ fattur ta’ riskju - Legalità tal-proċedura ta’ awtorizzazzjoni tal-istqarrijiet relatati mat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard - Rikors għal annullament - Interess ġuridiku - Interess dirett u individwali - Ammissibbiltà - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

2014/C 194/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Moritz Hagenmeyer (Hamburg, il-Ġermanja) u Andreas Hahn (Hannover, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Teufer, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u S. Grünheid, aġenti)

Intervenjent in sostenn tal-konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: I. Šulce, Z. Kupčová u M. Simm, aġenti)

Suġġett

Talba għakk-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1170/2011, tas-16 ta’ Novembru 2011, li jirrifjuta l-awtorizzazzjoni ta’ ċerti stqarrijiet dwar l-effetti tal-ikel fuq is-saħħa u li jirreferu għat-tnaqqis tar-riskju ta’ mard (ĠU L 299, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

M. Hagenmeyer u A. Hahn għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 89, 24.03.2012.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Beyond Retro vs UASI – S&K Garments (BEYOND VINTAGE)

(Kawża T-170/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Komunità Ewropea - Trade mark verbali BEYOND VINTAGE - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti BEYOND RETRO - Raġuni assoluta għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 194/27

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Beyond Retro Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: S. Malynicz, barrister)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: S&K Garments, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-30 ta’ Jannar 2012 (Każijiet magħquda R 493/2011-4 u R 548/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Beyond Retro Ltd u S&K Garments, Inc.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis- Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-30 ta’ Jannar 2012 (Każijiet magħquda R 493/2011-4 u R 548/2011-4) hija annullata sa fejn tikkonċerna l-prodotti koperti bit-trade mark verbali BEYOND VINTAGE li jaqgħu fil-klassijiet fis-sens tal-Ftehim ta’ Nice dwar il-klassifikazzjoni internazzjonali ta’ prodotti u servizzi għall-finijiet tar-reġistrazzjoni ta’ trade marks, tal-15 ta’ Ġunju 1957, kif rivedut u emendat.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Beyond Retro Ltd għandha tħallas terz mill-ispejjeż sostnuti mill-partijiet quddiem il-Qorti Ġenerali. L-UASI għandu jbati żewġ terzi tal-imsemmija spejjeż.


(1)  ĠU C 194, 30.06.2012


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2014 – Simca Europe vs UASI – PSA Peugeot Citroën (Simca)

(Kawża T-327/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja verbali Simca - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 194/28

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Simca Europe Ltd (Birmingham, ir-Renju Unit) (rappreżentant: N. Haberkamm, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: GIE PSA Peugeot Citroën (Pariġi, Franza) (rappreżentant: P. Kotsch, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-12 ta’ April 2012 (Każ R 645/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn GIE PSA Peugeot Citroën u Simca Europe Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Simca Europe Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 287, 22.09.2012.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2014 – Pyrox vs UASI – Köb Holzheizsysteme (PYROX)

(Kawża T-575/12) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PYROX - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti PYROT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))

2014/C 194/29

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Pyrox GmbH (Oberhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Eigen, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Marten u G. Schneider, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Köb Holzheizsysteme GmbH (Wolfurt, l-Awstrija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Ottubru 2012 (Każijiet magħquda R 2187/2011-1 u R 2507/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Köb Holzheizsysteme GmbH u Pyrox GmbH.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pyrox GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 23.02.2013.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/23


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2014 – Pedro Group vs UASI – Cortefiel (PEDRO)

(Kawża T-38/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PEDRO - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Pedro del Hierro - Rifjut parzjali ta’ reġistrazzjoni - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Karattru distintiv għoli tat-trade mark preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 194/30

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pedro Group Pte Ltd (Singapor, Singapor) (rappreżentant: B. Brandreth, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Vuijst u J. Crespo Carillo, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cortefiel, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment H. Mosback, P. López Ronda, G. Macias Bonilla u G. Marín Raigal, sussegwentement P. López Ronda, G. Macias Bonilla u G. Marín Raigal, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-26 ta’ Novembru 2012 (Każ R 271/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cortefiel, SA u Pedro Group Pte Ltd.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pedro Group Pte Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 101, 06.04.2013.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/24


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – CIVR et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-303/09) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rrikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati - Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji - Deċiżjoni li tiddikjara l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Irtirar tad-deċiżjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 194/31

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Conseil interprofessionnel des vins du Roussillon à appellation d’origine contrôlée (CIVR) (Perpignan, Franza); Comité national des interprofessions des vins à appellation d’origine et à indication géographique (CNIV) (Pariġi, Franza) u Interprofession nationale porcine (Inaporc) (Pariġi) (rappreżentanti: H. Calvet, O. Billard u Y. Trifounovitch, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizzjalment minn B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, sussegwentement minn B. Stromsky u S. Thomas, u l-aħħar minn B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 7846 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2008, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru 561/2008, li tirrigwarda l-iskema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rrikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/25


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ April 2014 – Manufacturing Support & Procurement Kala Naft vs Il-Kunsill

(Kawża T-263/12) (1)

((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi kontra l-Iran bl-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Awtorità ta’ res judicata - Obbligu ta’ motivazzjoni - Obbligu ta’ komunikazzjoni individwali - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt għall-proprjetà - Proporzjonalità - Kompetenza tal-Kunsill - Użu ħażin ta’ poter - Żball ta’ liġi - Kunċett ta’ appoġġ għall-proliferazzjoni nukleari - Żball ta’ evalwazzjoni - Rikors manifestament infondat fid-dritt”))

2014/C 194/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: F. Esclatine u S. Perrotet, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u R. Liudvinaviciute-Cordeiro, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Cujo u M. Konstantinidis, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

2)

Manufacturing Support & Procurement Kala Naft Co., Tehran għandha tbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħha, dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.


(1)  ĠU C 258, 25.08.2012.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/25


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Diċembru 2013 – K. Chrysostomides & Co. et vs Il-Kunsill et

(Kawża T-680/13)

2014/C 194/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Dr. K. Chrysostomides & Co. LLC (Nikosija, Ċipru) u 50 rikorrent ieħor (rappreżentant: P. Tridimas, Barrister)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni Ewropea, l-Unjoni Ewropea rrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, il-Eurogroup irrappreżentat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, il-Bank Ċentrali Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tordna lill-konvenuti jħallsu lir-rikorrenti s-somom murija fl-Iskeda li tinsab annessa mar-rikors kif ukoll l-interessi mis-26 ta’ Marzu 2013 sas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Sussidjarjament, bħala motiv sussidjarju, ir-rikorrenti jitolbu lill-Qorti tal-Ġustizzja li:

tikkonstata li l-Unjoni Ewropea u/jew l-istituzzjonijiet konvenuti għandhom responsabbiltà mhux kuntrattwali;

tiddetermina l-proċedura li għandha tiġi segwita sabiex tistabbilixxi t-telf li jista’ jiġi kkumpensat li effettivament ġie subit mir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti (51 b’kollox) huma depożitanti u/jew azzjonisti ta’ Bank of Cyprus Public Company Ltd u/jew ta’ Cyprus Popular Bank Public Co. Ltd. Huma jitolbu kumpens skont l-Artikoli 268, 340 (2) u 340(3) TFUE, li jirregolaw ir-responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni, għat-telf li huma sofrew bħala riżultat tal-miżuri meħuda mill-istituzzjonijiet konvenuti li jimponu skema ta’ bail-in fuq ir-Repubblika ta’ Ċipru.

Ir-rikorrenti jikkunsidraw li l-istituzzjonijiet konvenuti adottaw skema ta’ bail-in għar-Repubblika ta’ Ċipru li wasslet direttament għat-telf tad-depożiti tagħhom u tal-ishma tagħhom. Fil-fehma tar-rikorrenti, il-miżuri ta’ bail-in adottati mir-Repubblika ta’ Ċipru ġew introdotti biss sabiex ikunu implementati miżuri adottati mill-konvenuti u kienu approvati wkoll mill-istituzzjonijiet konvenuti.

Ir-rikorrenti jikkunsidraw li l-iskema ta’ bail-in tikser id-dritt għall-proprjetà, kif protett mill-Artikolu 17(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni u l-Artikolu 1 tal-Protokoll 1 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet u l-Libertajiet Fundamentali. Ir-rikorrenti jsostnu wkoll li l-iskema ta’ bail-in tikser il-prinċipju ta’ proporzjonalità, il-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi u l-prinċipju ta’ non-diskriminazzjoni.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/26


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2014 – USFSPEI vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-75/14)

2014/C 194/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Union syndicale fédérale des services publics européens et internationaux (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: J.-N. Louis u D. de Abreu Caldas, avukati)

Konvenuti: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara dan ir-rikors ammissibbli u fondat;

konsegwentement, tannulla l-punti 27, 32, 46, 64(b), 65(b) u 67(d) tar-Regolament (UE[, Eurotom]) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013;

tikkundanna lill-konvenuti li jħallsu lil USF EUR 1 simboliku b’kumpens għad-dannu morali subit u għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tivoka l-illegalità tal-punti 27, 32, 46, 64(b), 65(b) u 67(d) tar-Regolament (UE[, Eurotom]) Nru 1023/2013 (1)sa fejn dawn jemendaw, b’mod partikolari l-Artikoli 5 (ħolqien tal-grupp ta’ funzjoni SC), 6 (kanċellazzjoni tal-garanzija ta’ ekwivalenza tal-karrieri), 40(2) (limitazzjoni tal-leave fuq raġunijiet personali għal 12-il sena), it-tieni paragrafu tal-Artikolu 43, (indikazzjoni tal-kapaċità li jitwettaq il-funzjoni ta’ amministratur b’effett mill-Grad AST 5 minflok AST), 44(1) (kundizzjonijiet ġodda għall-avvanzar fl-iskala), 51 (proċedura ta’ inkompetenza professjonali), 52 (leave fl-interessi tas-servizz), 77 (rata ta’ kumulu tal-pensjoni ta’ 1,8 %) u l-Anness VIII, Artikolu 9(2) (irtirar kmieni mingħajr penalità) tar-Regolamenti tal-Persunal.

Insostenn tal-azzjoni tagħha, hija tinvoka l-ksur tal-ftehim li sar bejn l-OSP u l-leġiżlatur dwar ir-riforma tal-2004, u b’mod partikolari fuq ir-riforma tal-karrieri, il-prinċipji ta’ karriera lineari u ta’ ekwivalenza tal-karrieri.

Hija tinvoka wkoll il-ksur tal-Artikolu 27 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u tal-Artikolu 21 tal-Karta Soċjali Ewropea, tal-prinċipji ta’ drittijiet kweżiti, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-ksur tal-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni.


(1)  Regolament (UE[, Eurotom]) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru, li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 287, p. 15).


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/27


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2014 – Deza vs ECHA

(Kawża T-189/14)

2014/C 194/35

Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek

Partijiet

Rikorrenti: Deza, a.s. (Valašské Meziříčí, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: P. Dejl, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tal-24 ta’ Jannar 2014, li għandhom ir-referenzi AFA-C-0000004274-77-09/F, AFA-C-0000004280-84-09/F, AFA-C-0000004275-75-09/F u AFA-C-0000004151-87-08/F u

tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1), moqri flimkien mal-Artikolu 118 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (2), kif ukoll tal-ksur tad-dritt tal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali leġittimi u tad-drittijiet tal-proprjetà intelletwali.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, moqri flimkien mal-Artikolu 118 tar-Regolament Nru 1907/2006, peress li l-iżvelar ta’ informazzjoni kontenzjuża lil terzi jista’ jipperikola l-protezzjoni tal-interessi kummerċjali u dik tad-drittijiet ta’ proprjetà intelletwali tar-rikorrenti, peress li l-iżvelar tal-informazzjoni kontenzjuża ma hijiex iġġustifikata minn interess pubbliku superjuri u li, fid-deċiżjoni tagħha, il-konvenuta lanqas biss indikat li interess pubbliku jista’ jipprevali fuq in-neċessità li jiġu protetti d-drittijiet tar-rikorrenti, iċċitati iktar ’il fuq.

2.

It-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-impenji tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw mill-Ftehim TRIPS u mill-preġudizzju, li jirriżulta minnu, fir-rigward tad-dritt għall-protezzjoni ta’ informazzjoni kunfidenzjali.

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-impenji internazzjonali tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw mill-Artikolu 39(2) tal-Ftehim TRIPS, li jipprovdi li l-membri jiggarantixxu li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jkollhom il-possibbiltà li jipprevjenu li l-informazzjoni li hija legalment taħt il-kontroll tagħhom ma tkunx żvelata lil terzi jew miksuba jew użata minnhom mingħajr il-kunsens tagħhom u b’mod li jmur kontra għall-użanzi kummerċjali onesti, bil-kundizzjoni li din l-informazzjoni a) tkun sigrieta fis-sens li, fil-globalità tagħha jew fil-konfigurazzjoni jew il-muntaġġ tal-elementi tagħha, ma tkunx ġeneralment magħrufa minn persuni fl-ambjenti li normalment jieħdu ħsieb it-tip ta’ informazzjoni inkwistjoni jew li ma humiex faċilment aċċessibbli; b) li għandha valur kummerċjali peress li hija sigrieta; u c) li kienet suġġetta, min-naħa tal-persuna li legalment tikkontrollaha, għal dispożizzjonijiet raġonevoli, inkunsiderazzjoni taċ-ċirkustanzi, li għandhom l-għan li jżommuha sigrieta.

3.

It-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-impenji tal-Unjoni Ewropea li jirriżultaw mill-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, tal-ksur tal-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-preġudizzju, li jirriżulta minn dan, fir-rigward tad-dritt ta’ proprjetà u tad-dritt għall-protezzjoni tal-proprjetà tar-rikorrenti.

F’dan ir-rigward, huwa indikat li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 8 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, l-Artikolu 1 tal-Protokoll addizzjonali tal-imsemmija konvenzjoni u l-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, sa fejn hija tillimita d-dritt tar-rikorrenti li tgawdi paċifikament il-proprjetà tagħha.

4.

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Fl-opinjoni tar-rikorrenti, id-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 4(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001, minħabba li l-iżvelar tal-informazzjoni kontenzjuża jimmina serjament il-proċess deċiżjonali tal-Kummissjoni u tal-konvenuta li għamlu dikjarazzjonijiet dwar it-talba għall-awtorizzazzjoni tas-sustanza inkwistjoni, peress li l-iżvelar tal-informazzjoni kontenzjuża ma hijiex iġġustifikata minn interess pubbliku superjuri u li, il-konvenuta, fid-deċiżjoni tagħha, lanqas biss indikat li interess pubbliku kien jipprevali fuq in-neċessità li jiġu protetti d-drittijiet tar-rikorrenti, iċċitati iktar ’il fuq.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3 p. 331).

(2)  Regolament (KU) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2006, dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta'’sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/28


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ April 2014 – Volkswagen vs UASI (EXTRA)

(Kawża T-216/14)

2014/C 194/36

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tas-6 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 1788/2013-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “EXTRA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 28, 35 u 37 – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 1 1 7 69  155

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/29


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2014 – Mabrouk vs Il-Kunsill

(Kawża T-218/14)

2014/C 194/37

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Marouen Ben Ali Bel Ben Mohamed Mabrouk (Kartaġni, it-Tuneżija) (rappreżentanti: J. Farthouat, J. Mignard, N. Boulay, avukati, u S. Crosby, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/49/PESK, tat-30 ta’ Jannar 2014, li temenda d-Deċiżjoni 2011/72/PESK dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 38) u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 81/2014, tat-30 ta’ Jannar 2014, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija (ĠU L 28, p. 2), sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrent u fejn il-miżuri restrittivi huma l-iffriżar ta’ assi fl-Unjoni; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li billi adotta l-atti kkontestati l-konvenut qed jassisti f’investigazzjoni kriminali fit-Tuneżija u għalhekk qed jaġixxi f’kapaċità ġudizzjarja f’kuntest ta’ liġi kriminali u li l-bażijiet legali użati mill-konvenut, jiġifieri l-Artikolu 29 TUE u l-Artikolu 215(2) TFUE, ma jagħtuhx il-kompetenza sabiex jaġixxi b’dan il-mod.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li l-atti kkontestati ġew adottati biex jiġu assistiti l-awtoritajiet ġudizzjarji fit-Tuneżija u mhux għar-raġunijiet ipprovduti insostenn tal-bażijiet legali magħżula u li b’konsegwenza ta’ dan kien hemm ksur tal-bażijiet legali.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li hemm a) żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-fatt li hemm rabta bejn l-assi li r-rikorrent għandu fl-Unjoni Ewropea u s-suġġett tal-investigazzjoni ġudizzjarja fit-Tuneżija, b) żball manifest ta’ evalwazzjoni fid-dikjarazzjoni li l-parti operattiva tal-atti kkontestati jiġġustifikaw li isem ir-rikorrent jinżamm fuq il-lista ta’ persuni li l-assi tagħhom huma ffriżati, u ċ) żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-fatti li fuqhom il-konvenut irid jiġġustifika l-atti kkontestati.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-drittijiet fundamentali tar-rikorrent, jiġifieri: il-preżunzjoni tal-innoċenza, id-dritt li r-rikorrent jara l-evidenza li l-konvenut qed jinvoka kontrih, id-dritt għal smigħ, id-dritt għal opportunitajiet ugwali għall-partijiet, id-dritt għal rimedju effettiv, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u d-dritt għall-proprjetà.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq l-allegazzjoni li ngħatat motivazzjoni mhux xierqa.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/30


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ April 2014 – Norma Lebensmittelfilialbetrieb vs UASI – Yorma's (Yorma Eberl)

(Kawża T-229/14)

2014/C 194/38

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Norma Lebensmittelfilialbetrieb Stiftung & Co. KG (Nürnberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Parr, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Yorma's AG (Deggendorf, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-11 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 532/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Yorma's AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “Yorma Eberl” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 21, 24, 25, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 40 u 43 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru. 9 9 40  289

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: l-isem kummerċjali u d-denominazzjoni tal-kumpannija użati fil-kummerċ kif ukoll it-trade marks verbali nazzjonali u Komunitarja NORMA għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5, 8, 9, 11, 16, 18, 21, 22, 23, 25, 28, 29, 30, 31, 32, 33, 34, 35, 36, 38, 39, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni muċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru. 207/2009

ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament Nru 207/2009


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/30


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2014 – EEB vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-250/14)

2014/C 194/39

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: European Environmental Bureau (EEB) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: C. Stothers, solicitor, M. Van Kerckhove u C. Simphal, lawyers)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni Ewropea, tat-13 ta’ Frar 2014, meqjusa taħt l-Artikolu 8(3) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1) bħala risposta negattiva li tirrifjuta li toħroġ kopji kompleti u mhux editjati ta’ korrispondenza ma’ żewġ Stati Membri rigward il-Pjanijiet Tranżitorji Nazzjonali (PTN) proposti tagħhom, li jeżentaw ċerti impjanti ta’ kombustjoni minn limiti ġodda ta’ emissjonijiet bejn l-2016 u l-2020;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta bbażat ruħha illegalment fuq l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 f’każ fejn dan huwa prekluż b’mod speċifiku permezz tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 (2).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset, illegalment, milli tinterpreta l-eċċezzjonijiet fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 b’mod restrittiv kif mitlub permezz tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006 u tal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Århus.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kkonsultat illegalment terzi taħt l-Artikolu 4(4) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 f’każ fejn huwa ċar li d-dokument kellu jiġi żvelat, u bbażat ruħha illegalment fuq din il-konsultazzjoni sabiex testendi ż-żmien tagħha biex tirrispondi.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta naqset illegalment milli tqis liema partijiet minn dokument huma koperti b’eċċezzjoni u toħroġ il-bqija taħt l-Artikolu 4(6) tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li, billi dewmet l-aċċess, il-konvenuta naqset illegalment milli tipprovdi opportunitajiet bikrija u effettivi għall-pubbliku biex jipparteċipa fit-tħejjija, l-emenda u r-reviżjoni tal-PTN meta l-opzjonijiet kollha jkunu għadhom possibbli kif meħtieġ permezz tal-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1367/2006.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).

(2)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas- 6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU 2006 L 264, p. 13)


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/31


Rikors ippreżentat fit-18 ta’ April 2014 – Warenhandelszentrum vs UASI – Baumarkt Max Bahr (NEW MAX)

(Kawża T-254/14)

2014/C 194/40

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Warenhandelszentrum Ltd. (Neu-Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Hirschel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Baumarkt Max Bahr GmbH & Co. KG (Hamburg, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-29 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 2035/2012-1 u tordna r-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha applikat ir-rikorrenti;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “NEW MAX”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 3, 5 u 38 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 0 1 06  474

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Baumarkt Max Bahr GmbH & Co. KG

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “MAX”, għal servizzi fil-klassi 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għat-trade mark ikkonċernata miċħuda kompletament

Motivi invokati: ma hemm ebda probabbiltà ta’ konfużjoni bejn it-trade marks kunfliġġenti


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/32


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ April 2014 – Novomatic vs UASI – Berentzen Mally Marketing plus Services (BLACK JACK TM)

(Kawża T-257/14)

2014/C 194/41

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Novomatic AG (Gumpoldskirchen, l-Awstrija) (rappreżentant: W. Mosing, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Berentzen Mally Marketing plus Services GmbH (Meerbusch, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-18 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 329/2012-4, bil-konsegwenza li l-UASI jkollu jiċħad l-oppożizzjoni fl-intier tagħha, minħabba nuqqas ta’ xebh tal-prodotti jew tas-sinjali jew minħabba nuqqas ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni u jawtorizza r-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 9 4 56  278 kif intalab;

tikkundanna lill-UASI, u fil-każ ta’ intervent bil-miktub, lill-parti opponenti, għall-ispejjeż rispettivi tagħhom u għal dawk sostnuti mir-rikorrenti fil-kuntest tal-appell quddiem l-UASI u tal-proċeduri preżenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “BLACK JACK TM” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 28 u 41 – applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 9 4 56  278

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Berentzen Mally Marketing plus Services GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali u figurattiva “BLACK TRACK”, għal prodotti fil-klassijiet 18, 25 u 28

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni annullata u applikazzjoni għal reġistrazzjoni parzjalment miċħuda

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/33


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ April 2014 –Hansen vs UASI (WIN365)

(Kawża T-264/14)

2014/C 194/42

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Robert Hansen (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Pütz-Poulalion, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni), tal-20 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 908/2013-4;

tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali WIN365 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 36, 38 u 41- Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 1 5 13  851

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/33


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ April 2014 – Zehnder Group International AG vs UASI – Stiebel Eltron (comfotherm)

(Kawża T-267/14)

2014/C 194/43

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Zehnder Group International AG (Gränichen, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Krenzel, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stiebel Eltron GmbH & Co. KG (Holzminden, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell, tal-21 ta’ Frar 2014, fil-Każ R 1318/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “comfotherm” għal prodotti fil-klassijiet 9 u 11 – trade mark Komunitarja Nru 8 8 59  472

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Stiebel Eltron GmbH & Co. KG

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark verbali “KOMFOTHERM” għal prodotti fil-klassi 11

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: id-deċiżjoni kkontestata ma għaddietx mit-test tal-konstatazzjoni ta’ xebh tal-prodotti.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/34


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ April 2014 – Mabrouk vs Il-Kunsill

(Kawża T-277/14)

2014/C 194/44

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mohamed Marouen Ben Ali Bel Ben Mohamed Mabrouk (Kartaġni, it-Tuneżija) (rappreżentanti: J. Farthouat, J. Mignard, N. Boulay, avukati, u S. Crosby, Solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara li l-konvenut kiser l-Artikolu 265 TFUE billi naqas milli jieħu azzjoni dwar it-talba tar-rikorrent tas-17 ta’ Jannar 2014, li huwa rrikonoxxa li rċieva, li jiżvela l-evidenza li serraħ fuqha meta ffriża l-assi tar-rikorrent fl-Unjoni Ewropea; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motiv wieħed.

Ir-rikorrent jallega li l-konvenut għandu l-obbligu legali li jiżvela lir-rikorrent l-evidenza li huwa bbaża ruħu fuqha meta ffriża l-assi tiegħu, u li l-konvenut kien ntalab formalment jiżvela din l-evidenza u għalhekk kellu l-obbligu li jieħu azzjoni. Huwa ma ħax azzjoni, la billi żvela l-evidenza u lanqas billi rrifjuta li jagħmel dan, u għaldaqstant kiser l-Artikolu 265 TFUE.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/34


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ April 2014 – Portnov vs Il-Kunsill

(Kawża T-290/14)

2014/C 194/45

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Andriy Portnov (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: M. Cessieux, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara li r-rikors ta’ A. Portnov huwa ammissibbli;

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrent;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/119/PESK, tal-5 ta’ Marzu 2014, dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukraina, sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrent;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jbati l-ispejjeż skont l-Artikoli 87 u 91 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka ħames motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal rimedju effettiv iggarantiti mill-prinċipji fundamentali tad-dritt Ewropew, stabbiliti bl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u bl-Artikoli 6 u 13 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq motivazzjoni insuffiċjenti tal-atti kkontestati.

3.

It-tielet motiv huwa bbażat fuq nuqqas ta’ osservanza tal-kriterju ta’ sanzjoni ddefinit fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni Nru 2014/119/PESK u fil-punt 4 tal-premessi tar-Regolament (UE) Nru 208/2014.

4.

Ir-raba’ motiv huwa bbażat fuq eżistenza ta’ żball ta’ fatt, inkwantu A. Portnov, fid-data tal-adozzjoni tal-atti kkontestati, ma kien is-suġġet tal-ebda investigazzjoni kriminali fl-Ukraina għal fatti kif imsemmija kontrih mill-Kunsill.

5.

Il-ħames motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt fundamentali għar-rispett tal-proprjetà, prinċipju fundamentali tad-dritt Komunitarju protett mill-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u mill-Artikolu 1 tal-Protokoll Addizzjonali Nru 1 mal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/35


Rikors ippreżentat fil-5 ta’ Mejju 2014 – Seca Benelux et vs Il-Parlament

(Kawża T-311/14)

2014/C 194/46

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Seca Benelux SPRL (Brussell, il-Belġju); Groupe Seca SA (Valenciennes, Franza); u Seca Ingénierie SAS (Valenciennes) (rappreżentant: E. van Nuffel d’Heynsbroeck, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Parlament, tal-21 ta’ Frar 2014, li ma tingħażilx l-offerta li r-rikorrenti għamlu għall-għoti tal-kuntratt ta’ assistenza fil-ġestjoni teknika tal-bini tal-Parlament Ewropew fi Strasbourg (Sejħa għall-Offerti Nru INLO.AO-2013-003-STR-UGIMS-03) u li l-kuntratt jingħata lil offerent ieħor;

qabel ma taqta’ u tiddeċiedi, tordna lill-Parlament Ewropew jipproduċi d-dokumenti li ġejjin

il-lista tas-servizzi li jixxiebhu prinċipali pprovduti mill-offerent l-ieħor matul dawn l-aħħar tliet snin, li tindika l-ammonti, id-data u d-destinatarji, pubbliċi jew privati, tagħhom;

id-dokument jew id-dokumenti li jippruvaw il-kwalifiki akkademiċi u professjonali tal-persunal propost mill-offerent l-ieħor għat-twettiq tal-kuntratt u li jinkludu d-data rikjesta fil-paġni 11 sa 27 tal-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt u fil-minuti taż-żjara obbligatorja tal-bini u tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-offerenti;

id-dokument jew id-dokumenti li jippruvaw li l-Parlament kien tabilħaqq ivverifika jekk il-kwalifiki kollha akkademiċi u professjonali tal-persunal propost mill-offerent l-ieħor għat-twettiq tal-kuntratt li huwa kien irċeva kinux tabilħaqq konformi mad-dokumenti tal-kuntratt, b’mod partikolari fil-paġni 11 sa 27 tal-speċifikazzjonijiet tekniċi tal-kuntratt u fil-minuti taż-żjara obbligatorja tal-bini u tat-tweġibiet għall-mistoqsijiet tal-offerenti;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ verifika tal-kriterji ta’ selezzjoni bi ksur tar-regoli tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament Nru 966/2012 (1) u tal-Artikolu 148 tar-Regolament ta’ Delega Nru 1268/2012 (2), tad-dokumenti tal-kuntratt u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest fl-evalwazzjoni tal-kapaċitajiet tekniċi tal-offerenti, bi ksur tal-Artikolu 110(1) tar-Regolament Nru 966/2012, tal-Artikoli 146(2) u 148 tar-Regolament ta’ Delega Nru 1268/2012, u tar-regoli stabbiliti fid-dokumenti tal-kuntratt, kif ukoll tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament tal-offerenti.


(1)  Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, p. 1).

(2)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, p. 1).


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/36


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ April 2014 – Federcoopesca et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-312/14)

2014/C 194/47

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Federazione Nazionale delle Cooperative della Pesca (Federcoopesca) (Ruma, l-Italja); Associazione Lega Pesca (Ruma); u AGCI AGR IT AL (Ruma) (rappreżentanti: L. Caroli u S. Ventura, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C (2013) 8635 finali, tas-6 ta’ Diċembru 2013, li tistabbilixxi pjan ta’ azzjoni sabiex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet tas-sistema Taljana tal-kontroll tas-sajd (Action plan), fir-rigward speċifikament tal-punti 13, 15, 16 u 17 tal-pjan ta’ azzjoni anness mad-Deċiżjoni.

tikkundanna lill-konvenuta għall-ħlas tal-ispejjeż tal-kawża.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-Deċiżjoni kkontestata fil-kawża preżenti għandha l-għan li tindirizza n-nuqqasijiet li ġew ikkonstatati fl-applikazzjoni mill-awtorità Taljana tar-regoli tal-politika komuni tas-sajd

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-assenza jew nuqqas ta’ motivazzjoni.

F’dan ir-rigward intqal li d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata sabiex jiġu indirizzati xi irregolaritajiet li ltaqgħu magħhom fl-applikazzjoni ta’ xi regoli tal-politika komuni tas-sajd. Madankollu, l-att ma jikkontjeni l-ebda indikazzjoni dwar tali irregolarità, u b’hekk huwa impossibbli li jiġi identifikat il-proċess loġiku li wassal għall-adozzjoni tiegħu. Tali motiv ta’ invalidità jkun iktar gravi sa fejn tali miżuri għandhom it-tendenza li jidderogaw minn atti preċedenti tal-Unjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tat-Trattati u tar-regoli li jirrigwardaw l-applikazzjoni tagħhom.

F’dan ir-rigward intqal li d-Deċiżjoni kkontestata hija vvizzjata bi ksur tat-Trattati u tal-Artikolu 102(4) tar-Regolament Nru 1224/2009, kif ukoll b’inkompetenza. Hija ma hijiex ddisinnjata sabiex isaħħaħ is-sistema tal-kontrolli, iżda timponi obbligi ġodda mhux previsti f’atti primarji u saħansitra kuntrarji fir-rigward ta’ tali atti.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ non-diskriminazzjoni, raġjonevolezza u proporzjonalità.

F’dan ir-rigward intqal li d-Deċiżjoni tikser il-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, sa fejn tistabbilixxi obbligi ġodda u ta’ iktar piż għas-sajjieda Taljani. Il-miżuri huma imbagħad manifestament nieqsa minn kull korrelazzjoni raġjonevoli fir-rigward tal-għan imħaddan u intrinsikament irraġjonevoli u sproporzjonati, peress li fil-fatt ma huwiex possibbli li tiġi identifikata l-konnessjoni eżistenti bejn l-obbligi imposti fuq is-sajjieda u t-twettiq tal-għan tad-Deċiżjoni.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-illeġittimità tas-sistema tal-ksur serju u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 92 tar-Regolament Nru 1224/2009 u l-ksur tal-prinċipju tal-gradwalità u tal-proporzjonalità tas-sanzjoni.

F’dan ir-rigward intqal li, b’kutrast mar-Regolament Nru 1224/2009, li jistabbilixxi sistema ta’ sanzjonijiet bi gradwalità, id-Deċiżjoni kkontestata timponi s-sospensjoni awtomatika tal-awtorizzazzjoni tas-sajd f’każ ta’ ksur serju u r-revoka definittiva f’każ ta’ reċidiva. Id-Deċiżjoni b’hekk tissosstitwixxi r-regoli tar-regolament b’sistema differenti u ħafna iktar severa ta’ sanzjonijiet awtomatiċi u irrevokabbli. Is-sistema ta’ penali imposta mill-Action plan tidher barra minn hekk gravement bi ksur tal-prinċipju tal-gradwalità tas-sanzjonijiet, tal-proporzjonalità tagħha fir-rigward tal-gravità tal-ksur u tal-personalità tas-sanzjoni, peress li persuna li hija t-titolari tal-awtorizzazzjoni tiġi ppenalizzata indipendentement mill-identità ta’ minn wettaq il-ksur.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Al-Aqsa vs Il-Kunsill

(Kawża T-276/08) (1)

2014/C 194/48

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 236, 13.09.2008.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Al-Aqsa vs Il-Kunsill

(Kawża T-503/11) (1)

2014/C 194/49

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Mejju 2014 – Adler Mode vs UASI – Cluett, Peabody (Fairfield)

(Kawża T-139/12) (1)

2014/C 194/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tad-Disa’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 165, 9.6.2012.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ April 2014 – Visa Europe vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-447/12) (1)

2014/C 194/51

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 379, 08.12.2012.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2014 – Deweerdt et vs Il-Qorti tal-Awdituri

(Kawża T-132/13) (1)

2014/C 194/52

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ April 2014 – Omega vs UASI – Omega Engineering (Ω OMEGA)

(Kawża T-175/13) (1)

2014/C 194/53

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 147, 25.05.2013.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2014 – Serco Beligum et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-644/13) (1)

2014/C 194/54

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tar-Raba’ Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 24, 25.01.2014.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Mejju 2014 – Volkswagen vs UASI (StartUp)

(Kawża T-156/14) (1)

2014/C 194/55

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 135, 05.05.2014


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/39


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014 – Alexandrou vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-140/12) (1)

((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni Ġenerali EPSO/AD/231/12 - Aċċess għal dokumenti - Rifjut tat-talba konfermattiva ta’ aċċess għall-mistoqsijiet b’għażla ta’ tweġibiet magħmula fit-testijiet ta’ aċċess))

2014/C 194/56

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Christodoulos Alexandrou (Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Duta, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Annullament tar-rifjut tal-applikazzjoni konfermattiva ta’ aċċess, imressqa mir-rikorrent quddiem il-Kummissjoni, għal xi mistoqsijiet magħmula lil din tal-aħħar fil-kuntest tal-proċedura ta’ preselezzjoni tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/230 231/12.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

C. Alexandrou għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013, p. 76.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/39


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014 – Delcroix vs EEAS

(Kawża F-11/13) (1)

((Servizz pubbliku - Uffiċjal - EEAS - Kap ta’ delegazzjoni f’pajjiż terz - Trasferiment lejn is-sede tal-EEAS - Tmiem antiċipat tal-funzjonijiet bħala kap ta’ delegazzjoni))

2014/C 194/57

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Nicola Delcroix (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment D. Abreu Caldas, A. Coolen, É. Marchal u S. Orlandi, avukati, sussegwentement D. Abreu Caldas, J.-N. Louis u S. Orlandi, avukati)

Konvenut: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (rappreżentanti: inizjalment R. Metsola u S. Marquardt, aġenti, sussegwentement S. Marquardt, aġent)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent jiġi ttrasferit lejn impjieg fis-sede tal-EEAS u li tintemm l-assenjazzjoni tiegħu fid-delegazzjoni tal-UE f’Djibouti.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni, innotifikata permezz ta’ ittra tat-8 ta’ Marzu 2012, li N. Delcroix jiġi ttrasferit lejn is-sede tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u li b’hekk tintemm b’mod antiċipat l-assenjazzjoni tiegħu bħala kap tad-delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika ta’ Djibouti hija annullata.

2)

Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti minn N. Delcroix.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013, p. 29.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/40


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014 – Cocco vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-17/13) (1)

((Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Reklutaġġ - Sejħa għal espressjoni ta’ interess EPSO/CAST/02/2010))

2014/C 194/58

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Patricia Cocco (Hunting, Franza) (rappreżentanti: A. Salerno u B. Cortese, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni taċ-ċaħda mill-Kummissjoni tat-talba għal reklutaġġ tar-rikorrenti mressqa mill-OIL

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tal-25 April 2012, li tiċħad li tirrekluta lil Patricia Cocco bħala membru tal-persunal bil-kuntratt fil-grupp ta’ funzjonijiet III hija annullata.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn Patricia Cocco.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013, p. 30.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/40


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tal-14 ta’ Mejju 2014 – Alexandrou vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-34/13) (1)

((Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/231/12 - Nuqqas ta’ ammissjoni għal parteċipazzjoni għall-eżamijiet ta’ evalwazzjoni - Aċċess għal dokumenti))

2014/C 194/59

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Christodoulos Alexandrou (il-Lussemburgu, il-Lussemburgu) (rappreżentant: R. Duta, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċizjoni tal-Bord tal-Għażla tal-Kompetizzjoni EPSO/AD/231/12 li r-rikorrent ma jitħalliex jagħmel l-eżamijiet ta’ evalwazzjoni tal-imsemmija kompetizzjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

C. Alexandrou għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013, p. 58.


24.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 194/41


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tielet Awla) tat-8 ta’ Mejju 2014 – A vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-50/13) (1)

((Servizz pubbliku - Sigurtà soċjali - Inċident jew marda kkaġunata mix-xogħol - Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal - Invalidità parzjali permanenti - Talba għal kumpens - Inammissibbiltà manifesta))

2014/C 194/60

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: A (rappreżentanti: B. Cambier u A. Paternostre, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Joris, aġent, assistit minn C. Mélotte, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar it-talba għal kumpens addizzjonali, imressqa mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunali, sabiex jikseb il-kumpens sħiħ għad-danni materjali u morali li sofra wara l-marda kkaġunata mix-xogħol tiegħu u wara d-diversi irregolaritajiet li kien hemm fl-eżami tal-applikazzjoni tiegħu bbażata fuq l-Artikolu 73 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013, p. 63.