ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 186

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
18 ta' Ġunju 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

RAKKOMANDAZZJONIJIET

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2014/C 186/01

Rakkomandazzjoni tal-BANK Ċentrali Ewropew tas-27 ta’ Marzu 2014 dwar ir-regoli komuni u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tat-tagħrif statistiku miġbur mill-Bank Ċentrali Ewropew megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (BĊE/2014/14)

1

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 186/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.6968 — Lufthansa/CAE/JV) ( 1 )

3

2014/C 186/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7240 — Klépierre /ING/Le Havre Vauban et Le Havre Lafayette) ( 1 )

3

2014/C 186/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7258 — TTC/ Scholtz) ( 1 )

4

2014/C 186/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ M.7214 — PAG/ Ibericar/ Ibericar K) ( 1 )

4

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2014/C 186/06

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-12 ta’ Ġunju 2014 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal Franza

5

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 186/07

Rata tal-kambju tal-euro

7

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

2014/C 186/08

Sejħa għall-Proposti — L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jipproponi tliet skemi ġodda ta’ għajnuna finanzjarja tal-EIBURS fi ħdan il-Programm tal-Għarfien tiegħu

8

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 186/09

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7287 — CD&R Fund IX / Mauser) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

11

2014/C 186/10

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.7254 — LetterOne/RWE Dea) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata ( 1 )

12

2014/C 186/11

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Il-Każ M.7281 — Lur Berri / PAI Partners / Labeyrie Fine Foods) ( 1 )

13

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 186/12

Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE — Talba minn Stat Membru

14

 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

RAKKOMANDAZZJONIJIET

Il-Bank Ċentrali Ewropew

18.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/1


RAKKOMANDAZZJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tas-27 ta’ Marzu 2014

dwar ir-regoli komuni u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tat-tagħrif statistiku miġbur mill-Bank Ċentrali Ewropew megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali

(BĊE/2014/14)

2014/C 186/01

IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,

Wara li kkunsidra l-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew, u b’mod partikolari l-Artikolu 5, l-Artikolu 12.1, l-Artikolu 14.3 u l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta’ tagħrif statistiku mill-Bank Ċentrali Ewropew (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 8, 8a u 8b tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Linja Gwida BĊE/1998/NP28 (2) tistabbilixi r-regoli komuni u l-istandards minimi meħtieġa mill-Artikolu 8(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98, li jiżguraw livell bażiku ta’ protezzjoni tat-tagħrif statistiku kunfidenzjali miġbur mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali tal-Eurosistema.

(2)

F’dan ir-rigward, filwaqt illi huwa rikonoxxut illi t-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tal-BĊE ma huwiex l-istess fir-rigward ta’ Stati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro bħal dak tal-Istati Membri b’deroga, l-Artikolu 5 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew japplika fir-rigward tal-Istati Membri kollha, filwaqt illi dan il-fatt, flimkien mal-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, jimplika obbligu biex jiġu mfasslin u implimentati f’livell nazzjonali il-miżuri kollha li l-Istati Membri jqisu xierqa sabiex iwettqu l-ġbir tat-tagħrif statistiku meħtieġ biex jiġu sodisfatti r-rekwiżiti ta’ rapportar statistiku tal-BĊE, u t-tħejjijiet f’waqthom fil-qasam tal-istatistika sabiex l-Istati Membri b’deroga jadottaw l-euro (3).

(3)

Hemm żieda fil-ħtieġa li jsir skambju ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali fost il-membri tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali (SBĊ) għat-twettiq tal-kompiti tas-SEBĊ,

ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:

I.

Applikazzjoni tal-Linja Gwida BĊE/1998/NP28

Id-destinatarji ta’ din ir-Rakkomandazzjoni għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stipulati fil-Linja Gwida BĊE/1998/NP28 fir-rigward ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali riċevut mingħand membru ieħor tas-SEBĊ, u għandhom jikkonfermaw dan permezz ta’ ftehim konkluż mal-membri l-oħra tas-SEBĊ.

II.

Dispożizzjonijiet finali

1.

Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-banek ċentrali nazzjonali tal-Istati Membri li l-munita tagħhom ma hijiex l-euro, safejn tapplika u safejn dawk il-banek ċentrali nazzjonali jipparteċipaw fit-trażmissjoni ta’ tagħrif statistiku kunfidenzjali fi ħdan is-SEBĊ.

2.

Din ir-Rakkomandazzjoni għandha tapplika mill-1 ta’ April 2014.

Magħmul fi Frankfurt am Main, is-27 ta’ Marzu 2014.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8.

(2)  Linja Gwida BĊE/1998/NP28 tat-22 ta’ Diċembru 1998 dwar ir-regoli komuni u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-kunfidenzjalità tat-tagħrif statistiku individwali miġbur mill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) megħjun mill-banek ċentrali nazzjonali (ĠU L 55, 24.2.2001, p. 72).

(3)  Ara l-premessa 17 tar-Regolament (KE) Nru 2533/98.


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.6968 — Lufthansa/CAE/JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 186/02

Fil-11 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M6968. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


18.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/3


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.7240 — Klépierre /ING/Le Havre Vauban et Le Havre Lafayette)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 186/03

Fil-5 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fil-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7240. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


18.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.7258 — TTC/ Scholtz)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 186/04

Fil-11 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7258. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


18.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ M.7214 — PAG/ Ibericar/ Ibericar K)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 186/05

Fl-10 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/homepage.html?locale=mt) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7214. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

18.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-12 ta’ Ġunju 2014

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal Franza

2014/C 186/06

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2062/94 tat-18 ta’ Lulju 1994 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq ix-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-lista ta’ kandidati sottomessa lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u dawk tal-ħaddiema,

Wara li kkunsidra l-lista tal-membri u tal-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tiegħu tat-2 ta’ Diċembru 2013 (2) il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fis-7 ta’ Novembru 2016.

(2)

L-organizzazzjoni ta’ min iħaddem BUSINESSEUROPE ppreżentat in-nomini għal żewġ postijiet vakanti li għandhom jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin għandhom jiġu maħtura membri u membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għal perijodu li jintemm fis-7 ta’ Novembru 2016:

III.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membru

Membru supplenti

Franza

Is-Sinjura Nathalie BUET

Is-Sur Patrick LÉVY

Artikolu 2

Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx nominati f’data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-12 ta’ Ġunju 2014.

Għall-Kunsill

Il-President

Y. MANIATIS


(1)  ĠU L 216, 20.8.1994, p. 1.

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/C 360/07 tat-2 ta’ Diċembru 2013 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord Governattiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 360, 10.12.2013, p. 8).


Il-Kummissjoni Ewropea

18.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/7


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta’ Ġunju 2014

2014/C 186/07

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3568

JPY

Yen Ġappuniż

138,40

DKK

Krona Daniża

7,4563

GBP

Lira Sterlina

0,79940

SEK

Krona Żvediża

9,0058

CHF

Frank Żvizzeru

1,2188

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,1300

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,445

HUF

Forint Ungeriż

307,34

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1371

RON

Leu Rumen

4,4015

TRY

Lira Turka

2,8972

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4492

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4742

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5174

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5651

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,6982

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 386,98

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,5637

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,4491

HRK

Kuna Kroata

7,5770

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 137,22

MYR

Ringgit Malażjan

4,3738

PHP

Peso Filippin

59,663

RUB

Rouble Russu

47,1895

THB

Baht Tajlandiż

44,020

BRL

Real Brażiljan

3,0322

MXN

Peso Messikan

17,6906

INR

Rupi Indjan

81,5844


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Bank Ewropew tal-Investiment

18.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/8


Sejħa għall-Proposti — L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jipproponi tliet skemi ġodda ta’ għajnuna finanzjarja tal-EIBURS fi ħdan il-Programm tal-Għarfien tiegħu

2014/C 186/08

L-Istitut tal-Bank Ewropew tal-Investiment jamministra l-biċċa l-kbira tar-relazzjonijiet istituzzjonali tiegħu mal-universitajiet permezz tal-Programm tal-Għarfien tiegħu, li jikkonsisti fi tliet programmi differenti:

EIBURS (EIB University Research Sponsorship Programme), il-Programm ta’ Għajnuna Finanzjarja tal-BEI għar-Riċerka Universitarja,

STAREBEI ( STA ges de REcherche BEI), programm li jiffinanzja lir-riċerkaturi żgħażagħ li jaħdmu fuq proġetti konġunti tal-BEI u Universitajiet, u

Netwerks ta’ Universitajiet BEI, li huwa mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni għal netwerks tal-universitajiet li jkollhom karatteristiċi ta’ rilevanza partikolari li jappoġġjaw l-għanijiet tal-Grupp tal-BEI.

EIBURS jipprovdi għotjiet lil ċentri ta’ riċerka universitarja li jaħdmu fuq suġġetti u temi ta’ riċerka ta’ interess ewlieni għall-Bank. L-iskemi ta’ għajnuna finanzjarja tal-BEI, li jammontaw sa EUR 100 000 fis-sena għal perjodu ta’ 3 snin, jingħataw permezz ta’ proċess kompetittiv lil dipartimenti universitarji jew ċentri ta’ riċerka interessati, li jkunu assoċjati ma’ universitajiet fl-UE, fil-pajjiżi aderenti jew pajjiżi fil-fażi ta’ adeżjoni, bi speċjalizzazzjoni esperta rikonoxxuta f’oqsma magħżula mill-BEI, sabiex ikunu jistgħu jespandu l-attivitajiet tagħhom f’dawn l-oqsma. Jeħtieġ li l-proposti magħżulin jipproduċu għadd ta’ attivitajiet (riċerka, organizzazzjoni ta’ korsijiet u seminars, netwerking, tqassim ta’ riżultati, eċċ) li jkunu suġġetti għal ftehim kuntrattwali mal-Bank.

Għas-sena akkademika 2014/2015, il-programm EIBURS għażel tliet linji ġodda ta’ riċerka:

Analiżi ekonomika tal-investimenti għall-effiċjenza fl-enerġija (EE)

It-titjib tal-effiċjenza fl-enerġija (EE) ta’ ekonomija huwa l-mod l-aktar ovvju biex jiġu sodisfatti l-objettivi ambjentali u tal-enerġija, inkluża l-affidabilità tal-provvista tal-enerġija. Madankollu, il-livelli attwali tal-investiment jidhru li mhumiex tal-ogħla grad minn perspettiva ekonomika. Fehim aħjar tal-ekonomija tal-EE jista’ jipprovdi perċezzjoni dwar kif għandu jiġi żviluppat il-potenzjal tal-investiment għall-EE f’ekonomija.

Iċ-ċentru tar-riċerka universitarja li jirċievi appoġġ taħt il-EIBURS ikun mistenni jwaqqaf programm ta’ riċerka biex jiżviluppa qafas ġenerali għall-analiżi tal-impatt tal-benesseri tal-investimenti għall-EE u japplika dan biex iwettaq analiżi tal-ispejjeż u l-benefiċċji ta’ tipi differenti ta’ investiment (inkluż għal assi ġodda u r-riabilitazzjoni ta’ dawk eżistenti). Għandu janalizza l-konfini mhux ekonomiċi għall-EE (bħal inċentivi maqsuma, razzjonali miġbura jew nuqqas ta’ organizzazzjoni), u modi kif jistgħu jiġu megħluba. Għandu jirrifletti wkoll fuq il-ħtieġa u l-ambitu għall-intervent pubbliku u jitgħallem mill-politiki differenti biex tittejjeb l-EE. B’mod partikolari, għandu janalizza l-utilità tal-politiki mmirati biex jiffaċilitaw l-aċċess għall-finanzjament jew għall-iżvilupp ta’ strumenti finanzjarji speċifiċi biex jappoġġjaw investimenti għall-EE.

Il-proġett jista’ jinvolvi attivitajiet addizzjonali li ċ-ċentru universitarju jkun lest li jwettaq bl-għajnuna finanzjarja fil-linja tar-riċerka, inkluż:

Organizzazzjoni ta’ korsijiet u seminars

Ħolqien ta’ bażijiet ta’ dejta

Stħarriġ

Bidla demografika fl-UE, l-anzjani l-aktar anzjani u l-ħtieġa għal mudelli innovattivi għal kura tal-anzjani aktar effiċjenti

Il-bidla demografika se tkun sfida ewlenija fl-UE fl-għexieren ta’ snin li ġejjin. F’xi pajjiżi Ewropej, il-proporzjon li qed jiżdied malajr ħafna tad-dipendenza tal-età anzjana se jirriżulta biex sal-2050 żewġ persuni biss jaħdmu għal kull pensjonant. Barra minn hekk, il-kategorija tal-anzjani l-aktar anzjani (aktar minn 80 sena) ser tikber b’mod sproporzjonat. Parti kbira minn din iż-żieda hija mbassra li timmaterjalizza sal-2030, meta huwa mistenni li jseħħ il-proċess l-aktar mgħaġġel ta’ xjuħija tal-popolazzjoni.

Il-piż ekonomiku għas-soċjetà ta’ popolazzjoni li dejjem tixjieħ huwa doppju: pressjoni akbar fuq is-sistemi tal-pensjoni u spejjeż dejjem akbar tal-kura tas-saħħa. L-analiżi turi li żviluppi demografiċi huma mistennija li jżidu l-infiq pubbliku fuq il-kura tas-saħħa bi kważi 2 % tal-PDG bħala medja fil-biċċa l-kbira tal-Istati Membri tal-UE bejn l-2007 u l-2060.

B’riżultat ta’ dan, il-kura fuq żmien twil għal persuni aktar anzjani li hija aktar effiċenti u aktar kosteffikaċi saret kwistjoni ewlenija fl-UE u bnadi oħrajn. Iċ-ċentru tar-riċerka universitarja li jirċievi appoġġ taħt l-EIBURS huwa mistenni li jwaqqaf programm ta’ riċerka ffokat fuq ir-reviżjoni ta’ approċċi tradizzjonali u innovattivi biex tiġi indirizzata din il-kwistjoni. Riċerka aktar profonda għandha ssegwi l-mistoqsijiet ta’ interess li ġejjin, għal popolazzjoni dejjem tixjieħ:

Rekwiżiti baġitarji għall-kura tas-saħħa f’pajjiżi differenti tal-UE fiż-żewġ deċenni li ġejjin biex jindirizzaw il-ħtiġijiet ta’ popolazzjoni dejjem tixjieħ, u b’mod partikolari l-kategorija tal-età tal-anzjani l-aktar anzjani

Approċċ strateġiku u tħejjija tal-pajjiżi tal-UE biex jindirizzaw il-ħtiġijiet tal-infrastruttura u tar-riżorsi umani

Mudelli tal-organizzazzjoni (inkluża parteċipazzjoni tas-settur privat) u teknoloġiji biex jipprovdu servizzi li se jsiru importanti

Implikazzjonijiet tal-ispejjeż u strumenti finanzjarji biex tiġi stabbilita/mantnuta l-infrastruttura tal-kura

Strateġiji għall-implimentazzjoni u t-tkabbir ta’ mudelli tal-kura li rnexxew fil-ġejjieni

L-attivitajiet u r-riżultati mistennija jinkludu:

Riċerka kwalitattiva u kwantitattiva (inkluż stħarriġ, intervisti, reviżjoni ta’ kitbiet, eċċ.)

Rapporti, studji fil-fond ta’ politiki u mudelli biex ibassru l-ħtiġijiet għal finanzjament

Organizzazzjoni ta’ seminars, avvenimenti ta’ tixrid ta’ informazzjoni

Ħolqien ta’ bażijiet ta’ dejta

L-impatt tal-mikrofinanzjament fuq l-inklużjoni finanzjarja u soċjali fl-Ewropa

L-inklużjoni finanzjarja u soċjali hija tema importanti fuq l-aġenda politika fl-Ewropa u wieħed mill-objettivi tal-istrateġija 2020 tal-Unjoni Ewropea. Il-mikrofinanzjament fil-forom varji tiegħu – mikrokreditu, mikrotfaddil, mikroassigurazjoni, eċċ. – jidher li ġeneralment qed itejjeb l-għajxien, inaqqas il-vulnerabilità u jrawwem it-tisħiħ soċjali kif ukoll ekonomiku.

Fl-Ewropa, il-mikrofinanzjament għandu wkoll rwol importanti biex inaqqas id-distakk bejn is-settur finanzjarju ewlieni, li ta’ sikwit isibha bi tqila ħafna biex jaqdi lil dawk l-individwi/mikrointraprendituri li huma meqjusa bħala aktar riskjużi u inqas attraenti minn aspett kummerċjali, u dawk li jfasslu l-politika soċjali reġjonali/nazzjonali, li ta’ sikwit ikollhom preġudizzju lejn appoġġ għal gruppi aktar dgħajfin iżda mingħajr strateġija ċara dwar kif jistimulaw irwol inklużiv attiv. Konsegwentement, il-mikrofinanzjament jista’ jiġi kkunsidrat bħala attività li jista’ jkollha impatt pożittiv fuq il-finanzjament inklużiv u tkun għodda importanti ta’ politika għal dawk li jfasslu l-politika.

Eżempji ta’ skemi ta’ mikrofinanzjament mal-UE kollha jinkludu l-Faċilità Ewropea tal-Mikrofinanzjament għall-Progress (EPMF), imnedija fl-2010, u t-tieqa ta’ mikrofinanzjament tal-programm sussegwenti Impjiegi u Innovazzjoni Soċjali mħabbar fl-2013.

Iċ-ċentru ta’ riċerka universitarja li jirċievi appoġġ taħt l-EIBURS ikun mistenni li jsegwi programm ta’ riċerka li jiffoka fuq il-mistoqsijiet ewlenin li ġejjin, li jibni fuq l-esperjenza Ewropea u internazzjonali:

B’liema modi tistal-inklużjoni finanzjarja tiġi meqjusa li għandha impatt fuq l-inklużjoni soċjali u viċe versa? Kif jistal-impatt tal-mikrofinanzjament fuq l-inklużjoni finanzjarja u soċjali jiġi kkwantifikat u mkejjel fil-livell mikroekonomiku u makroekonomiku (eż. l-impatt tal-mikrofinanzjament f’termini ta’ ħolqien tan-negozju u bħala direzzjoni lil hinn mill-qgħad)?

X’inhuma l-konnessjonijiet bejn l-ipprezzar ta’ selfiet mikro, kreditu affordabbli u inklużjoni finanzjarja/soċjali?

L-ipprezzar tas-selfiet x’impatt għandu fuq in-naħa tad-domanda u l-provvista għall-mikro kreditu, b’mod partikolari għal mikro kreditu pprovdut lil gruppi ta’ mutwatarji vulnerabbli?

Kemm huwa importanti “l-ipprezzar ta”” kontra “l-aċċess għal” prodotti ta’ mikrofinanzjament f’termini ta’ massimizzar tal-inklużjoni finanzjarja u soċjali?

X’inhu l-kontribut relattiv tal-prodotti differenti tal-mikrofinanzjament bħal kreditu, tfaddil u assigurazzjoni fuq l-inklużjoni finanzjarja u soċjali?

X’inhi d-distinzjoni bejn mikrokrediti relatati man-negozju u mikrokrediti personali f’termini tal-impatt fuq l-inklużjoni finanzjarja u soċjali?

Kif tvarja mal-UE kollha l-esklużjoni finanzjarja u soċjali fil-livell reġjonali/nazzjonali? Kif hija relatata mal-istadju tal-iżvilupp tas-swieq finanzjarji rispettivi b’mod ġenerali u s-swieq tal-mikrofinanzjament b’mod partikolari?

Il-mira ġeografika tal-proposti għandha tkun primarjament fuq il-pajjiżi tal-UE-28. L-applikanti huma mħeġġa jistabbilixxu kooperazzjoni ma’ universitajiet u ċentri tar-riċerka oħrajn b’kompetenza esperta fil-qasam tal-finanzjament inklużiv b’mod ġenerali u l-mikrofinanzjament b’mod partikolari.

Il-proġett jista’ jinvolvi attività addizzjonali li ċ-ċentru tar-riċerka universitarja jkun lest li jwettaq bl-għajnuna finanzjarja fil-linja tar-riċerka, inkluż:

Organizzazzjoni ta’ korsijiet u seminars

Ħolqien ta’ bażijiet ta’ dejta

Stħarriġ

Il-proposti għandhom jiġu ppreżentati bl-Ingliż jew bil-Franċiż, u d-data tal-għeluq għall-preżentazzjoni ta’ proposti hija t-30 ta’ Settembru 2014. Proposti ppreżentati wara din id-data ma jiġux ikkunsidrati. Il-proposti għandhom jintbagħtu lil:

Kopja elettronika:

events.eibinstitute@eib.org

Għal informazzjoni aktar dettaljata dwar il-proċess tal-għażla tal-EIBURS u dwar il-programmi u l-mekkaniżmi l-oħrajn, jekk jogħġbok żur:http://institute.eib.org/


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7287 — CD&R Fund IX / Mauser)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 186/09

1.

Fil-5 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta' proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Clayton, Dubilier & Rice Fund IX, L.P. (“CD&R Fund IX”, l-Istati Uniti tal-Amerika) beħsiebha li takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll waħdieni tal-impriża Mauser Holding GmbH (“Mauser”, il-Ġermanja), permezz ta' xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma:

-   għal CD&R Fund IX: investiment ta' ekwità privata;

-   għal Mauser: prinċipalment attiva fil-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti għall-ippakkjar industrijali riġidu

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+32 22964301), b'email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7287 — CD&R Fund IX/Mauser, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition,

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


18.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/12


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7254 — LetterOne/RWE Dea)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 186/10

1.

Fil-11 ta’ Ġunju 2014, il-Kummissjoni Ewropea rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l- Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha LetterOne Holding S.A. tal-Lussemburgu (“LetterOne”), se takkwista l-kontroll uniku indirett ta’ RWE Dea AG tal-Ġermanja (“RWE Dea”) permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma:

LetterOne hija kumpanija ta’ investiment privat li tiffoka fuq investimenti fis-setturi tal-enerġija u tat-telekomunikazzjonijiet,

RWE Dea hija kumpanija internazzjonali taż-żejt u l-gass attiva fi 17-il pajjiż, li hija proprjetarja ta’ sjieda f’madwar 140 liċenzja attiva taż-żejt u l-gass u topera faċilitajiet ta’ ħażna taħt l-art tal-gass naturali fil-Ġermanja.

3.

Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Iżda d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni Ewropea tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex jissottomettu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni Ewropea.

Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+32 22964301), b’email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta’ referenza M.7254 — LetterOne/RWE Dea, f’dan l-indirizz:

European Commission

Directorate-General for Competition,

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


18.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.7281 — Lur Berri / PAI Partners / Labeyrie Fine Foods)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

2014/C 186/11

1.

Fl-10 ta' Ġunju 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Lur Berri (Franza) u PAI Partners (“PAI”, Franza) jakkwistaw, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll sħiħ tal-impriża Labeyrie Fine Foods (“Labeyrie”, Franza) permezz ta' xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi konċernati huma:

—   Lur Berri: trobbija tal-annimali u pproċessar tal-laħam (b'mod partikulari l-grass tal-papri), produzzjoni agrikola, distribuzzjoni ta' prodotti DIY u tal-ġonna,

—   PAI: kumpanija tal-investiment;

—   Labeyrie: produzzjoni u distribuzzjoni ta' prodotti tal-ikel (pereżempju foie gras, salamun, blinis, deżerta ffriżata).

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet , madankollu d-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni Ewropea mhux aktar tard minn għaxart ijiem mid-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea bil-faks (+32 22964301) jew b'email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, bin-numru ta' referenza M.7281 — Lur Berri / PAI Partners / Labeyrie Fine Foods, f'dan l-indirizz:

Commission européenne

Direction générale de la concurrence

Greffe des concentrations

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

18.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 186/14


Avviż dwar talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE

Talba minn Stat Membru

2014/C 186/12

Fil-15 ta’ Mejju 2014, il-Kummissjoni rċeviet talba skont l-Artikolu 35 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (1). L-ewwel ġurnata tax-xogħol ta’ wara l-wasla tat-talba kienet is-16 ta’ Mejju 2014.

Din it-talba, li saret mir-Repubblika tal-Polonja, tikkonċerna l-produzzjoni u l-bejgħ bl-ingrossa tal-elettriku f’dan il-pajjiż. L-Artikolu 34(1) tad-Direttiva 2014/25/UE jipprovdi li d-Direttiva tal-aħħar ma tapplikax meta l-attività kkonċernata tkun esposta direttament għall-kompetizzjoni fi swieq li l-aċċess għalihom mhux limitat. L-evalwazzjoni ta’ dawn il-kundizzjonijiet issir biss għall-iskopijiet tad-Direttiva 2014/25/UE u hija bla preġudizzju għall-applikazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni.

F’konformità mal-ittra (a) tal-ewwel paragrafu tal-punt 1 tal-Anness IV tad-Direttiva 2014/25/UE, Il-Kummissjoni għandha perjodu ta’ 90 jum tax-xogħol biex tieħu deċiżjoni fuq din it-talba, li jibdew mill-ġurnata ta’ xogħol imsemmija hawn fuq. Il-perjodu għalhekk jiskadi fil-25 ta’ Settembru 2014.


(1)  ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243.