ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 177

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
11 ta' Ġunju 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

I   Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

 

OPINJONIJIET

 

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

 

L-495 sessjoni plenarja tal-KESE tal-21 u t-22 ta' Jannar 2014

2014/C 177/01

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Il-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv: mudell ta' sostenibbiltà għas-seklu XXI (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

1

2014/C 177/02

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Strateġija kontra l-ekonomija sewda u x-xogħol mhux iddikjarat (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

9

2014/C 177/03

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-aċċessibilità bħala dritt tal-bniedem għal persuni b'diżabilità (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

15

2014/C 177/04

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) bi prezz li jintlaħaq: definizzjoni, kejl, sfidi, inizjattivi Ewropej (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

24

2014/C 177/05

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Strateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR) (opinjoni esploratorja)

32

2014/C 177/06

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegiCOM(2013) 803 final – 2013/0392 (NLE)

40

2014/C 177/07

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 260/2012 fir-rigward tal-migrazzjoni lejn trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti mal-Unjoni kollhaCOM(2013) 937 final – 2013/0449 (COD)

41


 

III   Atti preparatorji

 

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

 

L-495 sessjoni plenarja tal-KESE tal-21 u t-22 ta' Jannar 2014

2014/C 177/08

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarjiCOM(2013) 641 final – 2013/0314 (COD)

42

2014/C 177/09

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni EwropeaCOM(2013) 751 final – 2013/0365 (COD)

48

2014/C 177/10

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq sustanzi psikoattivi ġoddaCOM(2013) 619 final – 2013/0305 (COD) COM(2013) 618 final – 2013/0304 (COD)

52

2014/C 177/11

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Pakkett NAIADES II, magħmul mit-tliet dokumenti li ġejjin: il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 tad-29 ta' Marzu 1999 dwar il-politika ta' kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex tippromwovi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interniCOM(2013) 621 final – 2013/0303 (COD)il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-KunsillCOM(2013) 622 final – 2013/0302 (COD)il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn il-kwalità fit-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni – NAIADES IICOM(2013) 623 final

58

2014/C 177/12

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Miżuri ġodda għas-Suq Uniku tal-UE tat-Telekomunikazzjonijiet abbażi ta' dawn iż-żewġ dokumenti: il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012 COM(2013) 627 final – 2013/0309 (COD) il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-Suq Uniku tat-Telekomunikazzjonijiet COM(2013) 634 final

64

2014/C 177/13

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar L-edukazzjoni ogħla Ewropea fid-dinjaCOM(2013) 499 final

71

2014/C 177/14

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Komunikazzjoni Konsultattiva dwar l-Użu Sostenibbli tal-FosfruCOM(2013) 517 final

78

2014/C 177/15

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-ispeċijiet aljeni invażiviCOM(2013) 620 final – 2013/0307 (COD)

84

2014/C 177/16

Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità, fid-dawl tal-implimentazzjoni sal-2020 ta' ftehim internazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq għal emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonaliCOM(2013) 722 final – 2013/0344 (COD)

88


MT

 


I Riżoluzzjonijiet, rakkomandazzjonijiet u opinjonijiet

OPINJONIJIET

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-495 sessjoni plenarja tal-KESE tal-21 u t-22 ta' Jannar 2014

11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/1


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Il-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv: mudell ta' sostenibbiltà għas-seklu XXI” (Opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2014/C 177/01)

Relatur: is-Sur HERNÁNDEZ BATALLER

Amministratur: is-Sinjura ZAPATKA

Nhar l-14 ta' Frar 2013, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

Il-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv: mudell ta' sostenibbiltà għas-seklu XXI.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar is-16 ta' Diċembru 2013.

Matul l-495 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta' Jannar 2014 (seduta tal-21 ta' Jannar 2014), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'121 vot favur, 2 voti kontra u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv qiegħed dejjem jinfirex għal aktar komunitajiet u bliet mad-dinja kollha li qegħdin jużaw in-netwerks teknoloġiċi sabiex jagħmlu iktar b'inqas, permezz ta' attivitajiet bħall-kiri, is-self, l-iskambju, it-tpartit, l-għoti jew il-qsim ta' prodotti fuq skala li qatt ma kien hemm bħala.

1.2

L-impatt ekonomiku tiegħu (1) huwa akkumpanjat minn tibdil fil-kunċett ta' xogħol, li jqis il-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv bħala sors importanti potenzjali ta' impjieg fis-snin li ġejjin.

1.3

B'konsegwenza, il-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv jikkomplementa, b'mod innovattiv u b'mod vantaġġuż mil-lat ekonomiku, soċjali u ekoloġiku, l-ekonomija produttiva permezz tal-ekonomija tal-użu. Barra minn hekk joffri soluzzjoni għall-kriżi ekonomika u finanzjarja hekk kif jippermetti li jsir skambju tal-affarijiet f'każijiet ta' bżonn.

1.4

Minħabba l-kumplessità u l-importanza tal-ħolqien ta' konsum kollaborattiv jew parteċipattiv, hemm bżonn li l-istituzzjonijiet rilevanti, abbażi ta' studji preċiżi, jirregolaw u jorganizzaw il-prattiki mwettqa fi ħdan dawn il-forom ta' konsum, b'tali mod li jistgħu jiġu stabbiliti d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tal-partijiet interessati kollha involuti. Minn naħa, il-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv jista' jkopri l-bżonnijiet soċjali f'sitwazzjonijiet fejn m'hemmx interess kummerċjali u, min-naħa l-oħra, bħala attività għall-profitt, jista' jgħin jiġġenera l-impjieg filwaqt li jiġu rispettati r-regoli dwar it-tassazzjoni, is-sigurtà, ir-responsabbiltà, il-ħarsien tal-konsumatur u regoli essenzjali oħra.

1.5

Il-Kummissjoni għandha tindirizza l-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv fil-programm ta' ħidma tagħha, f'fażijiet differenti:

L-ewwel u qabel kollox għandhom jinġabru d-drittijiet u l-prinċipji bażiċi li diġà jinsabu mnaqqxa fil-liġi tal-UE u li jipproteġu liċ-ċittadini, bħalma ġara għall-kodiċi tal-UE tad-drittijiet onlajn.

Imbagħad għandhom jitfasslu l-istudji rilevanti. Dan huwa pass essenzjali sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tidentifika kwalunkwe tip ta' ostaklu għat-tħaddim ta' dawn l-attivitajiet u kwalunkwe problemi li jkunu jridu jiġu solvuti, waqt li jiġi enfasizzat il-valur miżjud Ewropew jekk tiġi adottata miżura bi skop Ewropew. Il-Kummissjoni għandha talloka biżżejjed riżorsi finanzjarji għal dan, kemm permezz ta' DĠ SANCO kif ukoll permezz ta' DĠ ĠUSTIZZJA.

Għandha wkoll tinħoloq bażi ta' data u ta' skambji ta' esperjenza u prattiki tajbin tal-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv u li għandha tkun aċċessibbli għall-konsumaturi kollha. Fl-istess ħin jistgħu jiġu organizzati kampanji ta' sensibilizzazzjoni u informazzjoni dwar il-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv.

Fl-aħħar, abbażi tal-esperjenza miksuba, għandha tipproċedi għall-armonizzazzjoni tal-leġislazzjoni dwar il-kwistjonijiet transkonfinali u dawk li jagħtu valur miżjud Ewropew lill-kwistjoni.

2.   Introduzzjoni

2.1

It-tnaqqis gradwali tas-sistema attwali u l-inabbiltà tagħha li tissodisfa t-talbiet individwali u kollettivi taċ-ċittadini jissuġġerixxu li hemm bżonn ta' alternattivi li jirriflettu l-ħtiġiet u l-isfidi li jimponi futur ibbażat fuq in-netwerks diġitali.

2.2

Din l-opinjoni fuq inizjattiva proprja hija konformi mad-dispożizzjonijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020, li jipproponu konsum ta' oġġetti u servizzi li jmur id f'id ma' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv u barra minn hekk li għandu impatt ukoll fuq il-ħolqien tal-impjiegi, il-produttività u l-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali. Minbarra dan, strateġiji oħra tal-UE jolqtu b'mod dirett jew indirett il-qasam tal-konsum kollaborattiv, bħall-Komunikazzjoni dwar il-Konsum u l-Produzzjoni Sostenibbli u l-Politika Industrijali Sostenibbli – Pjan ta' Azzjoni (2), l-inizjattiva “l-Ewropa għall-Innovazzjoni Soċjali” jew l-Aġenda Diġitali għall-Ewropa.

2.3

Il-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv jista' jkun reżistenti għas-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja attwali u jista' joffri risposti għall-inċertezzi li qegħdin dejjem jiżdiedu kkawżati mill-kriżi ekonomika. Jista' jirrappreżenta opportunità sabiex nerġgħu lura fit-triq lejn l-iżvilupp ekonomiku, soċjali u uman sostenibbli b'mod li jirrispetta l-ambjent tal-pjaneta tagħna.

2.4

Barra minn hekk, l-eċċessi tal-konsum żejjed għenu biex jinħoloq distakk ta' inugwaljanza bejn ir-reġjuni produtturi u dawk li jikkonsmaw, fejn l-esklużjoni soċjali u l-obesità, jew ir-rimi u d-deprivazzjoni, jeżistu flimkien b'mod antagonistiku. Il-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv jista' joffri għodda addizzjonali tas-suq li tista' tintuża biex jerġa' jinbeda u jiġi ġġenerat mill-ġdid is-suq intern, jiġi rristrutturat u jsir aktar bilanċjat u sostenibbli, dejjem sakemm għandu strutturi fissi.

2.5

Jidher ċar li l-produzzjoni żejda u l-konsum żejjed mhumiex sostenibbli. Il-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv jippromovi valuri kooperattivi u solidarjetà fil-prattika. Ir-revista Forbes reċentement stmat li l-flussi tad-dħul finanzjarju permezz tal-konsum kollaborattiv ser jiżbqu t-USD 3,5 biljun din is-sena, b'żieda ta' aktar minn 25 %.

2.6

Għalhekk il-provvista u l-konsum ma jitqisux biss bħala l-pussess tal-oġġetti iżda l-aċċess kondiviż għat-tgawdija tagħhom, sabiex jilħqu l-bżonnijiet reali u jiżguraw is-sodisfazzjon personali, li huwa 'l bogħod mill-konsum simboliku u l-kisba ta' xewqat maħluqa b'mod artifiċjali.

2.7

Filwaqt li l-prodotti fis-soċjetà ta' konsum konvenzjonali huma maħluqa għas-sjieda individwali, il-konsum rapidu u r-rimi bikri, il-ħolqien ta' prodotti dejjiema u maħluqin għal użu intensiv jew minn diversi persuni jew matul il-ħajja ta' konsumatur jew utent wieħed huwa l-karatteristika tal-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv, li jikkontribwixxi għal imġiba aktar ekoloġika fiċ-ċikli ta' ħajja tal-oġġetti użati mill-persuni. It-teknoloġiji l-ġodda (il-peer to peer u n-netwerks soċjali) juru l-importanza tal-komunità virtwali u dik reali.

2.8

Il-kriżi ekonomika qed testendi t-tendenza li n-nies jippossjedu inqas, joqogħdu attenti x'jonfqu u jżommu għajn fuq il-valur għal flushom meta jqisu l-bżonnijiet tagħhom, abbażi tal-fehim li l-akkumulazzjoni tal-pussessi mhux ser tiggarantixxi l-benessri tagħhom.

2.9

Il-kwistjoni prinċipali hija r-rabta bejn il-persuni li jeħtieġu aċċess għal riżorsa u dawk li għandhom din ir-riżorsa li mhix qed tintuża biżżejjed u li tista' tiġi misselfa, mogħtija, imparta, mikrija eċċ. Din ir-rabta hija bbażata fuq is-sens ta' komunità, kondiviżjoni u parteċipazzjoni fost l-utenti, fejn il-fiduċja hija r-rabta li tippermetti li jiġu stabbiliti konnessjonijiet, jiġi żviluppat il-konsum alternattiv u, fuq perjodu fit-tul, jinżammu r-relazzjonijiet li jinħolqu. Dan kollu jrid iseħħ f'kuntest ta' trasparenza, speċjalment fir-rigward tal-kwistjonijiet finanzjarji u f'termini tar-responsabbiltà tal-pjattaformi li jippromovu l-konsum kollaborattiv.

2.10

F'dan ir-rigward, il-poter tal-kollaborazzjoni u l-kondiviżjoni permezz tat-teknoloġija konsegwentement ser ibiddlu l-mod kif naħsbu dwar is-sjieda u r-relazzjonijiet kummerċjali (3). Il-prodott ma jibqax jinbiegħ biss iżda jinkera, jiġi distribwit mill-ġdid jew kondiviż, bħalma jiġri għas-servizzi.

2.11

Il-konsumaturi jixtiequ jippossjedu inqas iżda jibbenefikaw iktar. Il-benefiċċji razzjonali perċeputi jiċċentraw fuq it-tnaqqis u fuq l-aspetti prattiċi, iżda l-aspetti emozzjonali jagħtu sodisfazzjon personali u sens ta' appartenenza (4). Billi jiġu offruti alternattivi konvenjenti u ta' spiss irħas, l-inizjattivi tal-konsum kollaborattiv jagħmlu l-aħjar użu mir-riżorsi eżistenti u tiġi evitata l-manifattura ta' prodotti ġodda li mhumiex neċessarji. Fil-qosor, il-kondiviżjoni hija kemm ekonomika kif ukoll sostenibbli.

2.12

Jekk biss titqies id-diġitizzazzjoni tal-kontenut (ritratti, mużika, vidjows, kotba, eċċ.) wieħed jista' jara li dan ġiegħel lin-nies jindunaw li ta' spiss dak li jridu mhux id-disk innifsu, iżda l-mużika li tinsab fih. Huma kuntenti li jistgħu jaċċessaw il-mużika meta jeħtieġuha, aktar u aktar jekk dan jieħu inqas mill-ħin u l-ispazju personali tagħhom.

2.13

Il-kunċett ta' konsum kollaborattiv jew parteċipattiv jipprovdi wkoll opportunità lill-aktar gruppi vulnerabbli, speċjalment il-familji li għandhom sitwazzjoni ekonomika diffiċli jew li setgħu ġew esklużi mill-kanali konvenzjonali ta' aċċess għall-kreditu sabiex jixtru l-oġġetti li għandhom bżonn, meta jitqiesu ċ-ċirkostanzi soċjali attwali. Iżda dan huwa wkoll għażla, madankollu għal dawk li jistgħu jaċċessaw is-suq tal-oġġetti u s-servizzi b'mod normali, iżda li volontarjament jagħżlu li ma jagħmlux dan abbażi tal-impenn għall-valuri personali tagħhom.

2.14

Il-konsum sostenibbli ġie rikonoxxut min-Nazzjonijiet Uniti mill-1999 'il quddiem bħala dritt bażiku tal-konsumatur. Minkejja li fl-Unjoni Ewropea, il-leġislazzjoni dwar il-protezzjoni tal-konsumatur tmur iktar lura, din ma ssemmix dan bħala dritt, minkejja li għandu jiġi rikonoxxut, bħalma diġà appella b'mod ċar il-KESE (5), permezz ta' emenda għat-Trattati li tinkludi “il-prinċipju li tiġi żviluppata l-politika sostenibbli tal-konsum”.

Barra minn hekk, il-KESE adotta wkoll opinjonijiet dwar l-ekonomija ekoloġika (6) u Opinjoni dwar l-obsolenza ppjanata (7). Reċentement fir-Riżoluzzjoni tiegħu dwar l-Aġenda tal-Konsumatur, il-Parlament Ewropew talab speċifikament lill-Kummissjoni sabiex tindirizza din it-tema.

3.   Konsum kollaborattiv jew parteċipattiv: approċċ kunċettwali

3.1

L-aktar definizzjoni komuni ta' konsum kollaborattiv jew parteċipattiv hija l-mod tradizzjonali ta' kondiviżjoni, skambju, self, kiri u għoti ta' rigali, definita mill-ġdid permezz tat-teknoloġija moderna u l-komunitajiet.

Din ir-referenza tagħmilha ċara li l-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv mhu bl-ebda mod idea ġdida; fil-fatt huwa t-tqajjim ta' prattika li tibbenefika mit-teknoloġija tal-lum sabiex is-servizzi jsiru aktar effiċjenti u li jmorru 'l quddiem. Fl-istess ħin, il-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv għandu jkun ibbażat dejjem fuq inizjattiva proprja u parteċipazzjoni volontarja.

3.2

Il-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv jirrappreżenta t-tielet mewġa tal-Internet, fejn in-nies jiltaqgħu fuq l-internet sabiex jikkondividu barra l-Internet. Ġie deskritt ukoll b'mod adatt skont il-funzjoni tiegħu li jitfa' f'ċirkolazzjoni dak kollu li jeżisti.

3.3

Mingħajr dubju, fil-ġenesi tal-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv insibu tliet prekursuri: il-kriżi ekonomika u dik relatata mal-valur, l-estensjoni tan-netwerks soċjali u l-imġiba kollaborattiva jew parteċipattiva fl-Internet. Madankollu, sabiex dan it-tip ta' konsum jikber fl-ekonomiji żviluppati, il-fatturi li ġejjin huma essenzjali: il-fiduċja fil-ġid komuni, il-kapaċità inattiva u t-teknoloġija (8).

3.4

Il-fiduċja bejn nies li ma jafux lil xulxin forsi hija l-iktar aspett kruċjali sabiex il-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv ikollu suċċess. Min-naħa tagħha, it-teknoloġija tippermetti lin-nies jaċċessaw is-servizzi onlajn li min-naħa tagħhom jgħinu jinħolqu konnessjonijiet offlajn b'livell għoli ta' fiduċja.

3.5

Il-kondiviżjoni tar-riżorsi teħtieġ fiduċja u reputazzjoni tajba, speċjalment meta jridu jiġu attratti aktar utenti. L-inizjattivi tal-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv għandhom jassiguraw li l-komunitajiet tagħhom huma siguri.

3.6

Għalhekk jista' jiġi previst li l-kondiviżjoni onlajn sikwit twassal ukoll għall-kondiviżjoni offlajn. Fid-dinja offlajn, l-aktar mod sempliċi sabiex tinbena l-fiduċja fil-kondiviżjoni huwa li jiġi limitat id-daqs tal-komunità jew tintuża xi tip ta' komunità li teżisti diġà fejn hemm livell ta' fiduċja u affinità. Xi skemi ta' konsum kollaborattiv jew parteċipattiv jippermettu li jinħolqu gruppi magħluqa fejn jiġu koperti l-bżonnijiet tal-utenti u tinbeda l-fiduċja, peress li dawn huma aktar sempliċi biex jiġu ġestiti.

3.7

Meta jinħoloq sentiment ta' komunità fost l-utenti tas-servizz, titjieb ukoll il-fiduċja fis-servizz innifsu u fost l-utenti tiegħu. L-utenti jieħdu ħsieb l-azzjonijiet u l-interazzjonijiet tagħhom sabiex ikunu jistgħu jibnu u jipproteġu r-reputazzjoni tajba tagħhom, peress li dan huwa l-element li ser jippermettilhom jinteraġixxu mal-komunità u jużaw is-sistema, bħalma jiġri fis-swieq kollha.

3.8

Huwa impossibbli li jiġu eliminati r-riskji kollha. Fi kwalunkwe każ, il-pjattaformi li jiffaċilitaw l-iskambji għandhom jiżguraw li l-membri jkunu jafu b'dawn ir-riskji u li jkollhom biżżejjed informazzjoni sabiex jiġġestuhom b'mod effettiv.

3.9

Min-naħa l-oħra, it-teknoloġija hija fattur ewlieni sabiex tiġi ottimizzata l-allokazzjoni tar-riżorsi, sabiex jinġabru gruppi ta' nies bl-istess interessi u sabiex jinbnew komunitajiet. It-teknoloġiji tal-mowbajl u tal-ħin reali jagħmluha aktar faċli u eħfef kemm biex tiżdied l-informazzjoni dwar il-lokalità kif ukoll sabiex tiġi ffaċilitata sistema ta' ħlas sempliċi meta meħtieġ.

3.10

Madankollu, fir-rigward tat-tfassil tal-fluss tas-servizz, huwa importanti li jiġi żgurat li dan ikun aċċessibbli u faċli biex jintuża, jippromovi rabta stretta u ta' fiduċja fost l-utenti u mal-provveditur tas-serizz, jipprovdi miżuri ta' sigurtà adegwati u rassiguranti u joffri esperjenzi ffokati fuq l-utent sabiex jiġu stabbiliti banek ta' reputazzjoni tajba permezz ta' bażijiet ta' data ċentralizzati u adegwati.

3.11

Dan l-aħħar aspett tar-reputazzjoni huwa partikolarment importanti bħala katalista għall-bidla ekonomika u soċjali. Fil-fatt, huwa stmat li l-“kapital ta' reputazzjoni” (9) jista' jaġixxi bħala t-tieni munita, li l-valur tagħha jinsab fl-għoti ta' fiduċja. Jista' jingħad li dan il-kapital tar-reputazzjoni qiegħed jidher bħala l-pedament tal-ekonomija tas-seklu XXI, għaliex dan ikun ifisser li l-poter antik ta' “bil-fomm” jiġi proġettat fil-kapaċità ta' soċjetà f'netwerk li xxerred l-informazzjoni malajr ħafna.

3.12

Iċ-ċittadini diġà qed jesprimu l-bżonnijiet u l-interessi tagħhom billi jaġixxu u jikkonsmaw b'mod aktar rilevanti u trasparenti, waqt li jinkorporaw kunsiderazzjonijiet soċjali ċari fil-kriterji ta' xiri tagħhom u b'mod attiv iżidu l-kontenut emozzjonali għad-deċiżjonijiet tagħhom.

3.13

Fl-aħħar, il-konsumatur impenjat jislef l-influwenza u l-appoġġ tiegħu lill-marka, waqt li jaqdi parti attiva fis-suċċess tal-inizjattiva kondiviża, li ssaħħaħ u titma' lill-proċess.

3.14

Fil-qosor, l-għan huwa li l-ekwazzjoni: kreditu + pubbliċità + sjieda privata = konsum żejjed, li tirrifletti l-ispirtu tas-seklu XX, tiġi formulata mill-ġdid f'ekwazzjoni oħra li għandha l-għan li tirfina dan is-seklu: reputazzjoni + komunità + aċċess kondiviż = konsum kondiviż jew kollaborattiv.

Image

3.15

Il-konsum kollaborattiv jaqsam ħafna mill-objettivi ta' politika tal-Unjoni, speċjalment tas-suq uniku, bħal pereżempju ż-żieda fl-effiċjenza tar-riżorsi u t-tisħiħ tal-innovazzjoni soċjali sabiex jinħolqu l-impjiegi u l-prosperità ekonomika. Ħafna intrapriżi ġodda tal-konsum kollaborattiv iwettqu l-attivitajiet tagħhom fit-territorju tal-Unjoni, u dan ifisser li l-Ewropa tista' ssir "inkubatur" għal mudelli ġodda ta' negozju u b'hekk jinħoloq żvilupp ekonomiku aktar sostenibbli.

3.16

Peress li l-konsum kollaborattiv jirrappreżenta bidla ekonomika, soċjali u kulturali importanti, il-Kummissjoni għandha tneħħi l-ostakli li jista' jkun hemm fil-livell Ewropew għal dawn l-attivitajiet, waqt li jinħoloq qafas regolatorju li joffri ċertezza fit-tul lis-settur.

4.   L-aħjar prattiki tal-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv

4.1

Diġà teżisti firxa wiesgħa ta' proposti u esperjenzi ta' konsum kollaborattiv jew parteċipattiv fil-livell globali li juru b'mod ċert li mod ieħor ta' konsum mhux biss huwa possibbli iżda saħansitra jagħti kontribut sostanzjali sabiex titjieb id-dinja li ngħixu fiha, u b'mod aktar importanti, tiġi ppreservata għall-ġenerazzjonijiet futuri.

4.2

B'riżultat tal-kriżi ekonomika ħarġu pjattaformi, pereżempju, sabiex jinbiegħu u jinxtraw il-ħwejjeġ tat-tieġ u l-aċċessorji użati, għall-akkomodazzjoni privata, il-kiri ta' karozzi jew ta' ħwejjeġ gala, inklużi l-ħwejjeġ ta' diżinjaturi jew aċċessorji ta' lussu. Jeżistu wkoll komunitajiet fejn l-utenti jippubblikaw kompitu, pereżempju sabiex titwaħħal l-għamara jew jinġabar pakkett, u l-prezz li jiġi offrut lill-persuna li tagħmel dan.

4.3

Eżempju paradigmatiku tal-valur tal-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv huwa n-numru għoli ta' għodod u utensili li rarament jintużaw minkejja l-prezz imħallas għalihom jew, li jfisser l-istess ħaġa, in-nuqqas ta' użu tal-oġġetti jew in-nuqqas li jsir l-aħjar użu minnhom jew tal-possibbiltajiet tagħhom. Eżempji tipiċi ta' dan huwa x-xiri ta' driller sabiex jintuża biss għoxrin minuta tul il-ħajja kollha jew anke x-xiri ta' karozza li tqatta' aktar ħin ipparkjata milli misjuqa.

4.4

Il-ħamsa u ħamsin fil-mija tal-Ewropej jixtiequ konsum sostenibbli, anke jekk dan ifisser li jħallsu aktar. Fis-sin li ġejjin, ix-xewqat tal-konsumaturi fir-rigward ta' modi alternattivi ta' konsum huma mistennija li jiffukaw fuq dan li ġej (10):

tpartit (19 %);

kiri (22 % fil-każ tal-għodod);

xiri fi grupp (19 %);

DIY (12 % f'referenza għall-ħjata);

xiri lokalment (0 km) (75 % tan-nies jixtiequ jevitaw distribuzzjoni eċċessiva);

xiri ta' prodotti użati (19 %).

4.5

Minkejja li l-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv ikopri spettru wiesa' u miftuħ ta' inizjattivi, ħaġa waħda li għandhom komuni, bħalma diġà ntqal qabel, hija li jiffaċilitaw ir-rabta bejn dawk li għandhom riżorsi mhux użati biżżejjed u dawk li għandhom bżonn dawn l-istess riżorsi. Din il-karatteristika tintwera perfettament mill-fatt li għandna t-tendenza li nitkellmu dwar li niffabbrikaw prodotti aktar ekoloġiċi, iżda huwa aktar ekoloġiku li jsir użu aktar ottimu ta' dak kollu li diġà għandna.

4.6

Il-konsum kollaborattiv għandu numru ta' effetti diretti (bħall-konsum baxx ta' riżorsi u emissjonijiet tas-CO2, domanda ogħla għal prodotti ta' kwalità tajba jekk il-prodotti huma għas-self, għall-kiri jew għat-tiswija, dan jippromovi l-ekodiżinn li minnu jibbenefikaw numru ta' utenti differenti, li prodott jibqa' tajjeb għal żmien twil u l-personalizzazzjoni ripetuta ta' prodotti kompatibbli; itejjeb l-interazzjoni soċjali, l-iżvilupp tal-komunità u l-fiduċja fost iċ-ċittadini; iħeġġeġ l-aċċess għal prodotti ta' kwalità għolja għall-konsumaturi li għandhom dħul baxx, eċċ.) u jista' jkollu wkoll effetti indiretti oħra.

4.7

Fir-rigward tal-leġislazzjoni tal-UE, il-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv jixbah l-aktar il-provvista ta' servizzi fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 57 tat-TFUE iżda dan iqajjem numru ta' mistoqsijiet. Madankollu jeħtieġ li ssir differenza fi ħdan il-konsum kollaborattiv, bejn l-attivitajiet mhux għall-profitt u dawk li jsiru għall-profitt, peress li huma dawn tal-aħħar biss li għandu jkollhom l-attenzjoni tal-leġislatur Ewropew.

4.8

Fi sforz sabiex tinġieb xi ftit ordni lid-diversità dejjem tikber ta' inizjattivi li jaqgħu taħt il-kunċett ta' konsum kollaborattiv jew parteċipattiv, l-ekonomija tal-kondiviżjoni tista' titqies f'li tikkonsisti f'erba' oqsma: mill-konsumatur għall-konsumatur (C2C), mill-konsumatur għall-konsumatur iżda permezz ta' negozju (C2B), min-negozju għall-konsumatur (B2C) u min-negozju għan-negozju (B2B).

4.9

Hija proposta wkoll skema ta' klassifikazzjoni fuq tliet sistemi (11): sistema bbażata fuq il-prodott, dik ibbażata fuq is-swieq tad-distribuzzjoni mill-ġdid u dik ibbażata fuq l-istili ta' ħajja kollaborattivi.

4.10

Bħalma jidher, il-prattika ta' konsum kollaborattiv jew parteċipattiv tista' tiġi applikata għal kwalunkwe aspett tal-ħajja ta' kuljum, bħal (12):

il-mobbiltà (car sharing, il-kiri u l-użu kondiviż tal-vetturi, taksis, roti u postijiet ta' parkeġġ, car pooling jew il-mili tal-postijiet vojta fil-karozzi b'passiġġieri oħra li sejrin fl-istess direzzjoni),

l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija (l-użu kondiviż tal-għodda tad-dar),

l-akkomodazzjoni u ż-żoni għat-tkabbir tal-ikel (il-kiri ta' kmamar, użu kondiviż ta' akkomodazzjoni u ta' għelieqi urbani u rurali),

in-negozji (coworking jew l-użu flimkien ma' ħaddieħor ta' postijiet għal uffiċju),

il-komunikazzjonijiet (pjattaformi għall-mowbajl fejn l-utenti jistgħu jixtru u jbiegħu oġġetti u servizzi lil persuni li jgħixu fl-istess komunità),

ix-xogħol (mikrokompiti, l-impjegar ta' nies għal xogħol speċifiku, “faktotu” fid-dar fejn l-aħjar offerent jingħata biċċiet xogħol li jvarjaw minn twaħħil ta' frejms għal armar ta' biċċiet ta' għamara),

il-kultura (bookcrossing u tpartit ta' kotba, il-promozzjoni ta' skambji kulturali ta' żgħażagħ minn pajjiżi differenti),

l-edukazzjoni (komunitajiet diġitali għat-tagħlim tal-lingwi),

il-ħin u l-kapaċitajiet (banek ta' ħin),

id-divertiment (qsim ta' kontenut diġitali),

il-finanzi (self bejn individwi, self dirett minn individwi lill-intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, crowdfunding jew il-finanzjament kollettiv, crowdfunding for crowdbenefits),

it-turiżmu (esperjenzi tal-ikel fid-djar privati u bdil tal-ikel peer to peer),

l-arti, kif ukoll is-swieq għat-tpartit u l-għoti ta' ħwejjeg u affarijiet għat-tfal, it-tiswija u ir-riċiklaġġ tal-oġġetti, fost ħafna inizjattivi oħra li jistgħu jingħaddu, iżda li analiżi komprensiva ta' dawn mhux l-għan ta' din l-Opinjoni,

il-promozzjoni tal-użu tal-enerġiji rinnovabbli, fejn possibbli l-kondiviżjoni tal-eċċess tal-enerġija permezz tan-netwerks intelliġenti.

4.11

B'mod ġenerali, jeħtieġ biss li jiġu identifikati liema oġġetti, għarfien jew servizzi għandhom kapaċità li mhux tintuża u li jistgħu jiġu kondiviżi f'xenarju li jwassal għall-iżvilupp tal-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv. Xenarju bħal dan jikkombina sitwazzjoni ekonomika dgħajfa b'mod permanenti, talba dejjem tikber għall-iżvilupp etiku u sostenibbli u ħajja ta' kuljum fejn in-nies qegħdin dejjem aktar ikunu konnessi. Dawn il-kundizzjonijiet kollha jinsabu fir-realtà.

5.   Inizjattivi proposti u strateġija ta' azzjoni

5.1

Għalhekk il-KESE jappella lill-Kummissjoni sabiex tadotta l-miżuri rilevanti għall-protezzjoni tal-konsumatur sabiex, abbażi tal-istudji adegwati, ikunu jistgħu jiġu implimentati l-inizjattivi proposti hawnhekk.

5.2

Iktar 'il quddiem hawn sommarju qasir tal-linji ta' azzjoni li nqisu li għandhom jagħmlu parti minn strateġija għall-iżvilupp sistematiku tal-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv, b'miżuri li jappoġġjaw, jikkomplementaw u jissorveljaw il-politika ta' ħarsien tal-konsumaturi implimentata mill-Istati Membri:

a)

Definizzjoni tal-qafas legali u fiskali għall-attivitajiet koperti mill-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv billi jiġu stabbiliti u regolati, fejn adegwat, aspetti bħar-responsabbiltà legali, l-assigurazzjoni, id-drittijiet tal-użu, id-drittijiet kontra l-obsolenza programmata (13), it-taxxi tal-proprjetà, l-istandards ta' kwalità, l-istabbiliment tad-drittijiet u l-obbligi u, fejn adegwat, it-tneħħija ta' kwalunkwe restrizzjonijiet u ostakli moħbija għall-kummerċ intra-Komunitarju u kwalunkwe distorsjoni tal-leġislazzjoni.

b)

Tixrid, ogħti ta' parir u sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-inizjattivi tal-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv u tal-benefiċċji individwali u kollettivi li joffru. Ir-reklamar tal-aspetti obbligatorji tal-qafas legali eżistenti għall-prodotti kondiviżi (bħar-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid, l-aġġornament u s-sostenibbiltà).

c)

Informazzjoni u gwida lill-konsumaturi u l-utenti dwar il-parteċipazzjoni responsabbli fl-inizjattivi, waqt li jiġu promossi proġetti pilota u inizjattivi dwar il-konsum kollaborattiv.

d)

Il-promozzjoni tal-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv permezz tal-esperjenzi ta' ShareableCities, it-trasport kondiviż jew oqsma oħra bħall-ikel, l-akkomodazzjoni u anke x-xogħol kondiviż.

e)

L-iżvilupp ta' strutturi stabbli billi jinħolqu pjattaformi għall-iżvilupp tal-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv, speċjalment fir-rigward tat-teknoloġija u n-netwerks.

f)

It-tisħiħ u l-firxa tal-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv billi jiġi attivitat u jingħata impetu lin-netwerks promossi.

g)

Il-parteċipazzjoni tal-istituzzjonijiet Ewropej f'inizjattivi dwar il-konsum kollaborattiv jew kondiviż, kemm bħala utenti kif ukoll billi jagħmlu r-riżorsi tagħhom disponibbli.

h)

Is-soċjetà ċivili tista' taqdi rwol attiv fl-aċċess għall-oġġetti ta' sjieda pubblika sabiex jiġi żgurat li soċjalment dawn jitgawdew kemm jista' jkun, bil-ħolqien ta' infrastrutturi kollettivi kondiviżi.

i)

Huwa propost, barra minn dan, li l-istrateġija ta' azzjoni tiġi implimentata b'mod speċifiku f'dawn l-oqsma:

Edukazzjoni: fl-iskejjel, kwalunkwe miżura għandha tkun proattiva, fi kliem ieħor, li x-xogħol li jsir mat-tfal minn età bikrija għandu jkollu l-għan li jinkisbu u jiġu konsolidati attitudnijiet, drawwiet u valuri sabiex jinħolqu inizjattivi ta' konsum kollaborattiv jew parteċipattiv.

Konsum assoċjativ: l-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi u utenti jistgħu jaqdu rwol doppju fl-istrateġija, kemm b'mod proattiv billi joħolqu inizjattivi kif ukoll b'mod reattiv billi jipparteċipaw fihom.

Kooperattivi: il-kooperattivi jistgħu jsiru l-alleat prinċipali tal-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv, peress li jikkombinaw u jaqsmu prinċipji u valuri. Għalhekk, il-moviment tal-kooperattivi jista' jsaħħaħ l-inizjattivi, kemm b'mod proattiv kif ukoll b'mod reattiv, kif ukoll jakkomoda in-netwerks tal-konsum kollaborattiv jew parteċipattiv b'għanijiet simili (14). Il-kooperattivi tal-konsum u 'l hekk imsejħa kooperattivi bl-ebda kilometru (15) huma eżempju ċar ta' xi ħaġa li diġà hija realtà.

Ċittadinanza: il-popolazzjoni adulta u l-pubbliku ġenerali, permezz tat-tiftix u l-parteċipazzjoni f'inizjattivi ta' konsum kollaborattiv jew parteċipattiv li huma mmirati għalihom, jistgħu jiżviluppaw imġiba reattiva li sservi wkoll sabiex jinkiseb is-sodisfazzjon personali għall-integrazzjoni u tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali billi b'mod kollettiv jiġu kondiviżi l-assi komuni.

Brussell, 21 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  http://www.web-strategist.com/blog/2013/07/27/collaborative-economy-industry-stats.

(2)  COM(2008) 397 final.

(3)  Botsman, Rachel. “Dak li hu tiegħi hu tiegħek: it-twelid tal-konsum kollaborattiv”.

(4)  Studju mwettaq minn Carbonview Research għal Campbell Mithun, 2012.

(5)  ĠU C 185, 8.8.2006, p. 71.

(6)  ĠU C 271, 19.9.2013, p. 18.

(7)  CESE 1904/2013 “It-tul tal-ħajja tal-prodotti u l-informazzjoni tal-konsumaturi” (għadha mhux ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

(8)  Albert Cañigueral www.consumocolaborativo.com.

(9)  Rachel Botsman tirreferi għall-“kapital tar-reputazzjoni” bħala l-valur tar-reputazzjoni fil-komunitajiet u s-swieq, u f'termini ta' intenzjonijiet, kapaċitajiet u valuri.

(10)  Studju intitolat "Il-konsumaturi Ewropej f'dinja alternattiva". Osservatorju Cetelem, 2013.

(11)  Rachel Botsman.

(12)  Xi direttorji ta' proġetti ta' konsum kollaborattiv jew parteċipattiv:

http://www.collaborativeconsumption.com/directory/

http://www.consumocolaborativo.com/directorio-de-proyectos/

http://consocollaborative.com/1704-100-sites-de-consommation-collaborative.html

http://collaboriamo.org/

http://www.kokonsum.org/plattformen

http://www.gsara.tv/~ouishare/

(13)  L-ipprogrammar ta' tmiem il-ħajja ta' prodott jew servizz, b'tali mod li d-disinn tiegħu jqassar il-funzjonalità jew l-utilità attwali tiegħu.

(14)  Salcedo Aznal, Alejandro – “Cooperativismo 3.0” – 100 años de cooperativismo de consumidores y usuarios: historia y futuro (“Kooperattivi 3.0 – mitt sena ta' kooperattivi ta' konsumaturi u utenti: storja u futur”) (pp 65-68). UNCCUE, 2013.

(15)  Il-kooperattivi ta' prodotti jew attivitajiet relatati mal-ekonomija lokali li jimminimizzaw l-impatt ikkawżat mid-distribuzzjoni u t-trasport fuq distanzi twal.


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/9


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Strateġija kontra l-ekonomija sewda u x-xogħol mhux iddikjarat” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2014/C 177/02)

Relatur: is-Sur PALMIERI

Nhar l-14 ta; Frar 2013, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b'konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli tal-Proċedura tiegħu, li jħejji Opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

Strateġija kontra l-ekonomija sewda u x-xogħol mhux iddikjarat

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-19 ta’ Diċembru 2013.

Matul l-495 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta’ Jannar (seduta tal-21 ta’ Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’129 vot favur, l-ebda (0) vot kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) jaħseb li huwa neċessarju li tiġi mtennija l-importanza tal-ġlieda kontra l-ekonomija sewda u x-xogħol mhux iddikjarat, flimkien u f'sinerġija mal-ħidma li qiegħda ssir mill-Kummissjoni Ewropea, minn istituzzjonijiet speċjalizzati bħall-Eurofund u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn, mhux l-inqas il-Bank Dinji.

1.2

Quddiem il-kriżi ekonomika serja li għaddejja bħalissa fl-Ewropa, il-KESE jixtieq jenfasizza l-impatt negattiv ta' dawn il-fenomeni f'termini tax-xejriet ta' tkabbir tal-kumpaniji u l-opportunitajiet għall-innovazzjoni u l-iżvilupp tar-riżorsi umani. Għalhekk, li kumpaniji u ħaddiema jinħarġu mill-ekonomija sewda jista' jkun fattur fl-irkupru ekonomiku u jibni l-pedamenti għal żvilupp iktar sostenibbli.

1.3

Għalkemm dawn il-politiki huma r-responsabbiltà tal-Istati Membri, huwa rikonoxxut b'mod wiesa' li sabiex wieħed ikun effettiv f'dan il-qasam huwa neċessarju li jiġi organizzat skambju sistematiku ta' informazzjoni, data u studji fil-livell tal-Unjoni Ewropea (UE), sabiex jiġu żgurati l-parteċipazzjoni u l-kooperazzjoni tal-awtoritajiet kompetenti u l-imsieħba soċjali kkonċernati.

1.4

Għalhekk, min-natura proprju tiegħu, il-KESE huwa l-forum ideali fejn jista' jitrawwem u jitħeġġeġ il-qsim tal-għodod, il-politiki u l-aħjar prattika, sabiex tittieħed azzjoni fir-rigward ta' fatturi ekonomiċi kif ukoll fil-kuntest kulturali u soċjali, fl-isfond tal-istrateġija – definita mill-UE għall-ġlieda kontra l-impjieg irregolari u l-evażjoni tat-taxxa, li hija msejsa fuq suq tax-xogħol formali inklużiv.

1.5

L-ewwel u qabel kollox, il-KESE jemmen li hija ta' importanza kritika li ssir valutazzjoni kwantitattiva u kwalitattiva tas-sitwazzjoni, li tvarja ħafna minn Stat Membru għal ieħor, u tal-effetti ekonomiċi u soċjali negattivi tagħha, li wkoll ivarjaw bejn l-Istati Membri, minħabba kundizzjonijiet strutturali u bażiċi differenti. Mingħajr data u informazzjoni koerenti għall-Istati Membri differenti, l-istrateġija titlef l-impatt tagħha, peress li hemm bżonn ta' miżuri sabiex jitkejjel kemm hi kbira l-problema u jiġi valutat l-impatt tal-politiki fis-seħħ.

1.6

Għaldaqstant, il-KESE jirrakkomanda li tiġi indirizzata l-problema tal-metodoloġija għall-istimar tad-daqs u l-iżvilupp tal-ekonomija sewda u x-xogħol mhux iddikjarat, li s'issa għadu mhux komplet u huwa fframmentat, billi jiġi applikat metodu msejjes fuq stħarriġ tal-forza tax-xogħol imwettaq b'mod identifku fl-Istati Membri kollha. Dan il-metodu ġie żviluppat mill-istitut nazzjonali tal-istatistika tal-Italja, u għalhekk ġie testjat f'pajjiż li huwa partikolarment vulnerabbli għal dawn il-fenomeni, u li għandu differenzi reġjonali kbar.

1.7

Id-differenzi ewlenin huma relatati mal-estent/firxa tal-ekonomija sewda, li f'xi Stati Membri u reġjuni tilħaq sa 30 % tal-produzzjoni totali, u mhijiex problema residwali iżda parti integrali tas-sistema produttiva tagħhom. Għal din ir-raġuni, il-KESE jixtieq jenfasizza l-ħtieġa biex titnieda taħlita ta' politiki, li tiġi differenzjata għal tipi diversi reġjonali, tas-settur tal-produzzjoni u tal-impjieg, sabiex jiġu indirizzati b'mod effettiv il-fatturi speċifiċi li jikkontribwixxu għall-ekonomija sewda u x-xogħol mhux iddikjarat, ikun xi jkunu, ekonomiċi, kulturali jew soċjali.

1.8

Iż-żewġ naħat tal-industrija jistgħu jgħinu biex toħroġ fil-beraħ l-ekonomija sewda, b'mod partikolari f'oqsma fejn mhijiex biss mezz klandestin kif jiġu ffrankati l-ispejjeż tal-produzzjoni, iżda tidher li hija parti integrali mill-proċess produttiv. Il-politiki meħtieġa biex tiġi indirizzata l-problema jeħtieġu l-attivazzjoni ta' netwerks bejn l-atturi Ewropej, nazzjonali u lokali li huma konxji tal-problema u kapaċi jieħdu miżuri biex jiżguraw li m'għadux konvenjenti li wieħed jopera fl-ekonomija sewda. Dan huwa possibbli billi jiġi penalizzat min jopera fl-ekonomija sewda permezz ta' miżuri effikaċi li jservu ta' deterrent u jinċentiva l-immersjoni b'azzjonijiet ta' prevenzjoni u ta' “kura”, wisq probabbli iktar utli fil-kriżi ekonomika attwali.

1.9

Fil-livell lokali, il-KESE qed jipproponi l-istabbiliment ta' osservatorji sabiex tiġi monitorjata l-ekonomija sewda, u dan jinvolvi rappreżentanti ta' min iħaddem, tal-junjins u tal-awtoritajiet pubbliċi kompetetni, bil-għan li tiġi studjata l-problema u l-mod kif żviluppat fiż-żmien, jiġu identifikati l-fatturi prevalenti, jiġu magħżula l-miżuri l-iżjed effettivi u jiġu monitorjati fil-prattika.

1.10

Il-KESE jappella biex il-ġlieda kontra l-ekonomija sewda ma tkunx limitata fil-konfini tal-UE, iżda li tiġi applikati r-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji għan-nuqqas ta' standards minimi għal xogħol diċenti u huma sottokuntrattati minn kumpaniji tal-UE. Din il-prattika mhux biss tgħawweġ il-kompetizzjoni bejn il-kumpaniji, iżda hija miftuħa wkoll għall-użu tat-tfal ħaddiema, u fejn regoli bażiċi ta' sikurezza jiġu injorati, tqiegħed dawn il-ħaddiema fil-periklu, kif kien il-każ reċentement bil-kollass ta' fabbrika fil-Bangladexx.

2.   L-impenn tal-Unjoni Ewropea favur il-ġlieda kontra l-ekonomija sewda u x-xogħol mhux iddikjarat

2.1

Fuq l-isfond tal-istrateġija Ewropa 2020 tal-UE, imfassla biex tiżgura tkabbir sikur intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, il-linji gwida dwar il-politika tal-impjieg huma mħaddna fil-linji gwida dwar il-politika ekonomika għall-Istati Membri, inklużi miżuri biex jiġu miġġielda l-ekonomija sewda u x-xogħol assoċjat magħha, jiġifieri dak mhux iddikjarat, illegali u informali; oqsma li jibqgħu r-responsabbiltà tagħhom (1). Il-kunċett ġeneriku ta' ekonomija sewda jgħaqqad flimkien bosta attivitajiet, minn dawk legali li jitwettqu b'mod illeċitu, għal dawk illegali. Ix-xogħol mhux iddikjarat huwa definit bħala “kwalunkwe attività mħallsa li hija legali fin-natura tagħha imma mhux iddikjarata lill-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fis-sistema regolatorja tal-Istati Membri. Din id-definizzjoni (…) tinkludi attivitajiet diversi minn servizzi informali għall-familji sax-xogħol mhux iddikjarat ta' persuni li huma fil-pajjiż illegalment; iżda jibqgħu esklużi l-attivitajiet ta' kriminalità” (2).

2.1.1

L-ekonomija sewda għandha impatt fuq it-tħaddim adatt tal-attivitajiet produttivi u fuq il-kwalità tal-forza tax-xogħol, tostakola l-politiki ekonomiċi, soċjali u finanzjarji mmirati lejn it-tkabbir, u ddgħajjef l-isforzi sabiex jintlaħqu l-objettivi ambizzjużi ekonomiċi u relatati mal-impjieg stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020. L-effetti negattivi qed jiħraxu bl-impatt soċjali u fuq l-impjieg tal-kriżi finanzjarja, li qed tnaqqas l-opportunitajiet ta' xogħol u tipperikola l-prospetti għal profitti u dħul tal-kumpaniji u tal-ħaddiema.

2.1.2

L-attenzjoni li tingħata lil dawn il-fenomeni żdiedet fl-aħħar snin (3), fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropea dwar l-Impjiegi (EES) u ġew indirizzati b'mod dirett bħala parti mid-dibattitu iktar ġenerali dwar il-ħtieġa għar-riforma tas-suq tax-xogħol, kif ukoll f'relazzjoni ma' temi paralleli relatati, bħall-immigrazzjoni illegali fl-UE u xogħol deċenti f'pajjiżi terzi.

2.1.3

L-ekonomija sewda u x-xogħol mhux iddikjarat huma indirizzati b'mod speċifiku fil-Pakkett tal-Impjieg ta' April 2012, fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-2012 u l-2013 u r-rakkomandazzjonijiet lil għadd ta' Stati Membri fir-rigward il-ħtieġa li jiġu indirizzati l-impjieg irregolari u l-evażjoni tat-taxxa. Flimkien ma' inizjattivi leġislattivi li għandhom jiġu implimentati sal-2014, il-Programm ta' Ħidma tal-Kummissjoni (4), jinkludi l-pjattaforma Ewropea għall-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, imfassla biex ittejjeb il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri, ixxerred l-aħjar prattika u tiġbed l-attenzjoni għal għadd ta' prinċipji komuni.

2.2

Element kruċjali huwa l-parteċipazzjoni tal-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tat-trejdjunjins fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet: “L-imsieħba soċjali jista' jkollhom rwol importanti fil-livell nazzjonali fid-definizzjoni tar-regoli tas-swieq tax-xogħol” (5). Għal din ir-raġuni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ukoll qed jiddiskuti u jippromovi l-iżvilupp ta' politika tal-UE dwar il-ġlieda kontra l-ekonomija sewda u x-xogħol mhux iddikjarat, billi adotta żewġ Opinjonijiet dwar is-suġġett fl-1999 u fl-2005 (6).

2.2.1

Fl-ewwel Opinjoni tiegħu, il-KESE laqa' b'sodisfazzjon l-istrateġija, ibbażata fuq l-inklużjoni fis-suq tax-xogħol formali u taħlita ta' politika li tista' tiġi adattata għall-kuntesti diversi leġislattivi u produttivi tal-Istati Membri. Enfasizza wkoll għadd ta' ambigwitajiet u sottovalutazzjonijiet f'relazzjoni mad-definizzjoni tax-xogħol mhux iddikjarat, id-distinzjoni bejn ħaddiema li huma obbligati jibqgħu fl-ekonomija sewda u dawk li jagħmlu għażla deliberata li jagħmlu hekk, il-piż amministrattiv u fiskali fuq intrapriżi żgħar u ta' daqs medju, il-ġestjoni ta' immigranti illegali, ir-regolazzjoni ta' tipi ġodda ta' xogħol, id-diversità tat-tipi ta' xogħol mhux iddikjarat, u l-ineffiċjenza potenzjali ta' wħud mill-miżuri ppjanati.

2.2.2

It-tieni Opinjoni kienet opinjoni fuq inizjattiva proprja adottata mill-KESE fl-2005 (7), fejn tenna l-kritika diġà enfasizzata fl-opinjoni preċedenti filwaqt li żied aktar elementi. Dawn kienu jinkludu l-ħtieġa li jissaħħu l-inċentivi biex wieħed jiddikjara l-impjieg tiegħu, li titnaqqas il-burokrazija marbuta mal-istart-ups tan-negozju, li tingħata attenzjoni speċjali lill-ħaddiema b'salarji baxxi, li jiġu promossi kampanji ta' informazzjoni u ta' edukazzjoni għall-kumpaniji u l-ħaddiema, li tiġi introdotta sistema effettivi għal kontrolli u pieni bħala diżinċentiv, li jiġu analizzati l-kundizzjonijiet ta' xogħol f'pajjiżi terzi, u tiġi studjata r-rabta mal-qgħad.

3.   Kummenti ġenerali: il-ħtieġa li ssir azzjoni

3.1

L-ekonomija sewda mhijiex ikkawżata biss minn spejjeż meqjusa eċċessivi (b'mod speċjali spejjeż għax-xogħol) u għaldaqstant mhijiex immirata biss lejn it-tnaqqis tal-ispejjeż tal-produzzjoni b'mod illeċitu permezz ta' frodi fiskali u tal-assikurazzjoni soċjali. Tirrigwarda wkoll ix-xewqa li wieħed jevita r-regolamenti u l-istandards tax-xogħol (bħall-paga minima, ħinijiet massimi ta' xogħol, sikurezza u ċertifikazzjoni). Mhux qed nitkellmu dwar attivitajiet kriminali jew attivitajiet legali mwettqa minn operaturi mhux awtorizzati; iżda, qed nirriferu hawnhekk għall-ħaddiema informali u okkażjonali li jaħdmu mal-familja jew mal-ġirien; għalkemm hemm iktar aċċettazzjoni soċjali ta' din il-kategorija.

3.1.1

Il-kumplessità tal-fenomenu twassal biex il-forza ta' ħidma kkonċernata tkun varjata ħafna (8): ħaddiema li jaħdmu għal rashom li jagħżlu li ma japplikawx ir-regoli, impjegati mhux koperti mis-sigurtà soċjali jew mingħajr kuntratt jew li jitħallsu parzjalment bil-flus kontanti, dawk li jaħdmu bħala għajnuna għall-familji, ħaddiema li ma jiddikjarawx it-tieni jew it-tielet impjieg tagħhom, immigranti illegali u ħaddiema minn pajjiżi terzi li ma jibbenefikawx minn standards minimi għal xogħol deċenti, sottokuntratti għal kumpaniji tal-UE.

3.2

Il-ħtieġa li tiġi indirizzata l-ekonomija sewda u x-xogħol mhux iddikjarat toħroġ fid-dieher proprjament mill-effetti numerużi fuq il-kumpaniji u fuq il-ħaddiema, biex ma nsemmux l-ispiża pubblika:

il-kompetizzjoni mhux ġusta u mgħawwġa bejn dawk li jobdu r-regoli u dawk li ma jobduhomx, kumpaniji li jinżammu f'attività li kieku aktarx ma jkunux preżenti fis-suq; toħloq ukoll dinamika ta' ineffiċjenza, fejn il-kumpaniji jxekklu t-tkabbir tagħhom stess sabiex jibqgħu fl-ekonomija sewda u ma jkollhomx aċċess adegwat għal kreditu;

il-ħaddiema kkonċernati jbatu minn kundizzjonijiet ħżiena f'termini ta' sikurezza, dħul u sigurtà soċjali, b'konsegwenzi mhux biss mil-lat tal-etika fir-rigward tad-dinjità tagħhom, iżda wkoll f'termini ta' produzzjoni, billi huma mċaħħda mill-opportunità tat-tagħlim tul il-ħajja, it-taħriġ mill-ġdid u milli jżommu aġġornati bil-ħiliet, il-proċessi ta' produzzjoni u l-prodotti;

ir-riżorsi jintilfu fil-borża pubblika, hekk kif jonqos id-dħul mit-taxxi u s-sigurtà soċjali (il-qasma fiskali), li jfisser li l-ispiża tas-servizzi pubbliċi u tal-istat assistenzjali mhijiex maqsuma b'mod ekwu (l-hekk imsejjaħ “free-riding”).

3.3

Il-proċess ta' globalizzazzjoni ekonomika u tibdil soċjodemografiku jipprovdi wkoll art potenzjalment fertili għall-ekonomija sewda u x-xogħol mhux iddikjarat, u għal din ir-raġuni l-politiki li jiġġieldu kontrihom iridu jevolvu l-ħin kollu, jadattaw għal bidliet fil-kundizzjonijiet u jindirizzaw fenomeni ġodda. Eżempji jinkludu d-domanda ikbar għal għajnuna domestika u servizzi tal-kura, it-tnaqqis f'forom standard ta' xogħol, il-flessibilità dejjem tiżdied ta' relazzjonijiet kuntrattwali, iż-żieda fix-xogħol ta' min jaħdem għal rasu u l-esternalizzazzjoni, kif ukoll it-tkabbir ta' kumpaniji multinazzjonali. Dan kollu jfisser li għandha tingħata iktar attenzjoni lit-tfassil tal-leġislazzjoni, lill-għodda ta' monitoraġġ u ta' kontroll, u lill-koordinazzjoni internazzjonali.

3.4

Mil-lat tal-istatistika, attivitajiet ekonomiċi sewda huma parti integrali tal-PDG, u huma meħtieġa metodoloġiji adatti sabiex dawn jitkejlu. Huwa diffiċli li wieħed jakkwista informazzjoni affidabbli u kumparabbli fl-UE fir-rigward tal-iskala u l-istruttura tagħhom, madankollu, għal tal-inqas tliet raġunijiet: i) in-natura tagħhom stess ifisser li ma jistgħux jiġu osservati direttament; (ii) l-Istati Membri jieħdu ħafna approċċi differenti, li jwassal għal regoli nazzjonali li jvarjaw; (iii) it-tekniki ta' kalkolu użati jvarjaw ukoll. Ovvjament, approċċi differenti jwasslu għal riżultati differenti li jistgħu jvarjaw b'mod sinifikanti, anke f'pajjiż wieħed (Tabella 1). Ġeneralment, iċ-ċifri ppubblikati minn sorsi nazzjonali uffiċjali huma iktar baxxi minn dawk inklużi fl-istudji ta' esperti u organizzazzjonijiet internazzjonali.

3.4.1

Hemm tliet modi kif jitkejjel id-daqs tal-ekonomija sewda, u dawn jistgħu jiġu applikati wkoll għal diversi suġġetti ta' analiżi (valur miżjud jew impjieg):

sondaġġi diretti fil-livell mikroekonomiku (pereżempju l-Ewrobarometru u l-Istħarriġ Soċjali Ewropew), li jinvolvu sondaġġi okkażjonali jew regolari fejn dawk intervistati huma mitluba jwieġbu ċerti mistoqsijiet dwar ir-relazzjoni ta' impjieg tagħhom (9);

stimi indiretti fil-livell makroekonomiku, ibbażati fuq kwantitajiet oħra li huma magħrufa u li jaqblu mal-ekonomija sewda, bħall-kontijiet nazzjonali, xejriet fis-suq tax-xogħol, il-konsum u d-domanda għal flus;

mudelli ekonometriċi li jittrattaw lill-ekonomija sewda bħala varjabbli li ma tistax tiġi osservata, abbażi tal-fatturi ewlenin li jinkoraġġixxuha u indikaturi għal attivitajiet tan-negozju li ma jirrispettawx il-liġi.

3.5

Studju wieħed fuq livell Ewropew irrakkomanda li bażi utli għall-ħolqien ta' stimi omoġenji u kumparabbli għall-Istati Membri tista' tkun il-metodoloġija indiretta żviluppata mill-istitut nazzjonali tal-istatistika tal-Italja, msejsa fuq data aċċessibbli b'mod faċli u affidabbli dwar il-qasam tax-xogħol (10). Fuq medda ta' żmien medja, dan jista' jagħti lill-UE bażi komuni u kondiviża għal analiżi, taqbil u evalwazzjoni, independenti mir-rapporti ta' korpi jew organizzazzjonijiet ta' riċerka esterna.

3.6

Bħalissa, id-data komparabbli għall-Istati Membri kollha toriġina jew minn mudelli ekonometriċi għall-ekonomija sewda jew minn sondaġġi diretti tal-proporzjon tal-forza tax-xogħol (impjegati u min jaħdem għal rasu) li hija impjegata informalment; ir-riżultati miksuba huma parzjalment konfliġġenti peress li janalizzaw aspetti li jvarjaw minn xulxin (ara t-Tabella 2). Barra minn hekk, huma biss ftit Stati Membri li għandhom statistika perjodika ta' dan il-fenomenu.

3.6.1

Il-metodu ekonometriku juri li l-valuri l-iżjed għoljin huma f'ċerti Stati Membri mill-Ewropa ċentrali u tal-lvant (li jilħaq iktar minn 30 % fil-Bulgarija), livelli huma għoljin fin-nofsinhar, intermedji fil-bqija tal-Ewropa ċentrali u tal-lvant u fil-pajjiżi Nordiċi, u baxxi għall-Ewropa tal-Punent u r-Renju Unit u l-Irlanda (11).

3.6.2

Madankollu, il-metodu dirett jirpprovdi stampa iktar dettaljata, bil-valuri l-iktar għoljin fin-nofsinhar (b'mod speċjali Ċipru u Greċja), iżda wkoll l-Irlanda u l-Polonja, u valuri minimi f'ċerti Stati Membri ċentrali u tal-lvant, Nordiċi u anke tal-punent (12).

4.   Kummenti speċifiċi: l-impatt fuq il-kriżi u referenzi ta' politka

4.1

L-impatt tal-kriżi u tal-politiki ta' awsterità mhuwiex ċar a priori. Min-naħa tal-provvista, ir-riċessjoni għandha twassal biex il-kumpaniji jnaqqsu l-ispejjeż tal-produzzjoni, sew jekk skont il-liġi sew jekk mingħajr ma jirrispettawha, sabiex jikkumpensaw għal tnaqqis fil-profitti u d-dħul, filwaqt li hemm iktar nies qiegħda lesti li jaċċettaw xogħol mhux iddikjarat. Safrattant, min-naħa tad-domanda, naqsu l-opportunitajiet ta' impjieg għal nies bi ftit kwalifiki għaliex qed nikkonsmaw u ninvestu inqas (f'setturi bħall-kostruzzjoni, il-kummerċ, il-lukandi u r-restoranti, is-servizzi domestiċi).

4.1.1

Iżda l-evidenza empirika mhijiex konklużiva (13). Xejriet reċenti juru tnaqqis uniformi skont il-mudelli ekonometriċi, apparti żieda żgħira fl-2009 meta l-kriżi ekonomika laħqet il-quċċata tagħha, iżda sussegwentement b'irkupru mgħaġġel bejn l-2010 u l-2012 (Tabella 3). Is-sondaġġi diretti, madankollu, jagħtu stampa iktar varjata, b'ċerti Stati Membri juru tnaqqis fl-impjieg informali għal impjegati, filwaqt li oħrajn, b'kuntrast, juru żieda fl-evażjoni tat-taxxa fost dawk li jaħdmu għal rashom.

4.2

Mhuwiex biss id-daqs iżda wkoll l-istruttura tal-ekonomija sewda u tax-xogħol mhux iddikjarat li jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor; dan huwa minħabba differenzi fl-istruttura produttiva kif ukoll fis-sistemi tal-istat assistenzjali (14). Il-kategoriji ta' ħaddiema l-iżjed ikkonċernati minn dawn il-fenomeni, li diġà huma f'qagħda agħar mil-livell medju, huma affettwati wkoll mir-riċessjoni u qed jaraw id-dħul potenzjali tagħhom jonqos (15).

4.3

Id-dinamika tal-ekonomija sewda u x-xogħol mhux iddikjarat, għalhekk, b'mod speċjali wara l-kriżi, iħallu impatt fuq il-forza tax-xogħol b'modi differenti, f'diversi Stati Membri kif ukoll fi ħdan l-ekonomiji individwali. Id-diversità tal-impatt trid titqies b'mod adatt fit-tfassil tal-politiki kontra l-ekonomija sewda u meta jiġu mnedija politiki soċjali kontroċikliċi.

4.4

Meta wieħed iqis in-natura kumplessa u multidimensjonali tal-ekonomija sewda u tax-xogħol mhux iddikjarat, il-kunsens huwa li hija meħtieġa taħlita ta' strumenti sabiex tiġi indirizzata l-problema, li tinkludi deterrenti, bħal kontrolli u pieni, kif ukoll inċentivi sabiex wieħed jobdi r-regoli. Il-KESE jappoġġa l-importanza dejjem tikber f'dawn l-aħħar ftit snin tal-miżuri preventattivi u ta' rimedju sabiex jitneħħew il-fatturi li fuqhom hija msejsa u tiġi inkoraġġuta l-ekonomija sewda, li aktarx jagħtu kontribut iżjed utli għall-ħruġ mill-kriżi ekonomika (16) (Tabella 4).

4.5

Ġeneralment, il-miżuri proposti jvarjaw u japplikaw għal aspetti differenti tal-problema:

jagħmluh iktar ekonomiku u faċli għall-kumpaniji li jobdu r-regoli, jirriformaw u jissimplifikaw proċeduri amministrattivi u fiskali;

iżidu r-riskju li wieħed jinqabad, jagħmlu l-kontrolli iżjed stretti (mhux l-inqas permezz ta' spezzjonijiet tripartitiċi li jinvolvu rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi kompetenti (17), dawk li jħaddmu u l-junjins) u jagħmlu l-pieni li diġà jeżistu iktar effiċjenti u effettivi;

jinkoraġġixxu t-tkabbir ta' negozji żgħar u ta' daqs medju u japplikaw politiki industrijali sabiex iħeġġu lis-setturi produttivi b'intensità għolja ta' xogħol ikkwalifikat;

jagħmlu x-xogħol mhux iddikjarat inqas attraenti għall-ħaddiema, pereżempju billi jipprovdu appoġġ għad-dħul u jagħmlu iktar ċara r-rabta bejn il-kontributi u l-benefiċċji soċjali;

jirregolaw forom ġodda ta' xogħol b'tali mod li ma jkunux soġġetti għall-abbuż iżda li jippermettu li jiġu kkombinati l-ħtiġijiet tal-kumpaniji u tal-ħaddiema;

jimmonitorjaw ir-regolarità tal-kontributi permezz ta' indikaturi tal-adegwazzjoni tal-prezz tal-forza tax-xogħol (18) (diversi skont is-settur, il-kategorija tal-impriża u t-territorju), maqsuma mal-partijiet soċjali;

inaqqsu l-aċċettabilità soċjali tal-ekonomija sewda u jħarsu l-etika fiskali, iżidu l-għarfien tal-pubbliku, ifittxu iktar ġustizzja fil-piż tat-taxxa u jżidu l-fiduċja fl-amministrazzjonijiet pubbliċi u fil-politika;

ifasslu rapporti ta' monitoraġġ regolari, jevalwaw xejriet attwali u l-effettività tal-miżuri meħuda;

isaħħu l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri fir-rigward tal-kumpaniji multinazzjonali, mhux l-inqas permezz ta' aġenziji ddedikati jew strutturi istituzzjonali (19).

4.6

Madankollu, dawn il-miżuri kollha għandhom għan komuni: għall-kumpaniji, sabiex l-ispejjeż f'termini ta' multi u telf tar-reputazzjoni jkunu ikbar minn kwalunkwe benefiċċju ggwadanjat mill-frodi jew prattiki illegali, u għaldaqstant inqas vallapena r-riskju; u għall-ħaddiema, sabiex jiġi żgurat li l-impjieg iddikjarat jitħallas aħjar mix-xogħol mhux iddikjarat f'termini ta' dħul fix-xahar u prospetti futuri. Dan se jinvolvi, neċessarjament, forom ta' appoġġ sabiex ix-xogħol mhux iddikjarat ikun jista' jiġi mibdul f'impjieg legali.

Brussell, 21 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi, COM(2012) 173 final, paragrafu 1.1; Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi, Linja Gwida 7.

(2)  COM(2007) 628. Definizzjoni ekwivalenti tintuża mill-OECD. Safrattant, il-Bank Dinji qed jipproponi li t-terminu “informali” jkopri l-impjegati mingħajr kuntratti u l-ħaddiema mhux professjonali li jaħdmu għal rashom b'ħames impjegati jew inqas.

(3)  

2013 Dokument ta' Ħidma tal-ILO “Labour Inspection and Undeclared Work in the EU”

Eurofound 2013 bażi tad-data u rapport, “Tackling undeclared work in 27 European Union Member States and Norway. Approaches and measures since 2008”;

2012 Pakkett tal-Impjieg, Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Lejn irkupru li jwassal għall-ħolqien abbundanti ta’ impjiegi;

Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni mill-2012 u l-2013 – Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir;

Rakkomandazzjonijiet speċifiċi skont il-pajjiż 2012;

2012 PROGRESS Programm ta’ Tagħlim Reċiproku, Evalwazzjoni bejn il-pari dwar il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat bħala sfida li qed tikber fil-kuntest ta' rata għolja ta' qgħad;

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni, 2010 – Aġenda għall-ħiliet ġodda u l-impjiegi: Kontribut Ewropew lejn livell massimu ta' impjiegi, COM(2010) 682 final;

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/707/UE tal-21 ta' Ottubru 2010 dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi;

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tal-2007 – L-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, COM(2007) 628 final;

Special Eurobarometer of 2007 on Undeclared Work in the European Union;

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni – Riżultat tal-Konsultazzjoni Pubblika dwar il-Green Paper tal-Kummissjoni “L-immodernizzar tal-liġi tax-xogħol biex jintlaqgħu l-isfidi tas-seklu 21”, COM(2007) 627;

Green Paper – Li timmodernizza l-liġi dwar ix-xogħol biex taffaċċa l-isfidi tas-seklu 21, COM(2006) 708;

2010 Regioplan study, Feasibility of establishing a European platform for cooperation between labour inspectorates, and other relevant monitoring and enforcement bodies with the aim of preventing and fighting undeclared work.

(4)  COM(2012) 629 final.

(5)  COM (2012) 173 final, 3(2.).

(6)  ĠU C 101, 12.4.1999, p. 30-37, segwitu tad-dokument COM(98) 219; ĠU C 255, 14.10.2005, p. 61-66. Madankollu, is-suġġett huwa indirizzat f'opinjonijiet oħra li jirrigwardaw b'mod iktar ġenerali is-suq tax-xogħol jew inkella fenomeni relatati mal-ekonomija sewda: fosthom ĠU C 175, 27.7.2007, p. 65–73ĠU C 204, 9.8.2008, p. 70–76.

(7)  Abbażi tar-Riżoluzzjoni tal-Kunsill Nru 13538/1/03 dwar xogħol mhux iddikjarat u d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta' Lulju 2003 dwar linji gwida dwar il-politika tal-impjieg.

(8)  ILO, Labour Inspection and Undeclared Work in the EU, Dokument ta' Ħidma Nru 29, Geneva, 2013, kap. 1.

(9)  Għalkemm dan għandu r-riskju li l-ekonomija sewda tkun sottorappreżentata minħabba tweġibiet mhux veri, il-vantaġġ huwa livell għoli ta' dettall soċjoekonomiku.

(10)  Ciccarone, G. et al., Study on indirect measurement methods for undeclared work in the EU, GHK & Fondazione G. Brodolini, Rapport Finali tal-Kummissjoni Ewropea, DĠ Impjieg, Affarijiet Soċjali u Opportunitajiet Ugwali, Diċembru 2009.

(11)  Schneider, F., The Shadow Economy and Work in the Shadow: What Do We (Not) Know?, IZA Discussion Paper, No 6423, Marzu 2012; Schneider, F., Size and Development of the Shadow Economy of 31 European and 5 other OECD Countries from 2003 to 2012: Some New Facts, Working Paper, 2012.

(12)  Hazans, M., Informal Workers across Europe. Evidence from 30 European Countries, Policy Research Working Paper, No 5912, World Bank, December 2011; Packard T. – Koettl J. – Montenegro C.E, In From the Shadow. Integrating Europe's Informal Labor, World Bank, 2012, Chapter 1.

(13)  Schneider, F., cit.; Hazans, M., cit., Packard, T., Koettl, J., Montenegro, C.E., cit.

(14)  Fil-pajjiżi Nordiċi fejn l-infiq fuq il-politiki tas-suq tax-xogħol, tal-ħarsien soċjali u tar-redistribuzzjoni huwa ogħla, u fejn, bħala riżultat ta' dan, hemm iktar ugwaljanza fid-dħul, l-istatistika turi inqas każi ta' xogħol mhux iddikjarat, li jirrelata b'mod predominanti għal nies li għandhom it-tieni impjieg biex iżidu d-dħul tagħhom. Fin-Nofsinhar tal-Ewropa, min-naħa l-oħra, l-ekonomija sewda taqdi rwol ta' sostituzzjoni minħabba l-limitazzjonijiet tal-politki attivi tal-impjieg u tal-assistenza soċjali, u għaldaqstant hija partikolarment prevalenti fost in-nies qiegħda u dawk li huma fil-periferiji tas-suq tax-xogħol formali. Ara Eurofound, “Tackling undeclared work in 27 European Union Member States and Norway. Approaches and measures since 2008”, Ġunju 2013, Kapitoli 1 u 4.

(15)  Hazans M., pp. 22-39.

(16)  Eurofound, kapitoli 2 u 3.

(17)  ILO, cit., kapitolu 3.

(18)  Jippermettu li jiġu identifikati impjiegi possibbli għall-forza tax-xogħol mhux iddikjarat jekk mill-kontijiet joħorġu li l-prezz tax-xogħol (salarju flimkien mal-kontribuzzjonijiet tal-benefiċji u l-assistenza soċjali) huwa inqas mill-limitu minimu stmat. Dawn huma msemmija bħala prattika tajba fid-dokument COM(2007) 628 final.

(19)  Dekker, H. et al., Joining up the fight against undeclared work in Europe, Regioplan, Final Report to the European Commission, DĠ Impjieg, Affarijiet Soċjali u Opportunitajiet Indaqs, Diċembru 2010, Kapitolu 5.


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/15


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-aċċessibilità bħala dritt tal-bniedem għal persuni b'diżabilità” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2014/C 177/03)

Relatur: is-Sur VARDAKASTANIS

Nhar l-14 ta’ Frar 2013, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jfassal opinjoni- fuq inizjattiva proprja dwar:

L-aċċessibilità bħala dritt tal-bniedem għal persuni b'diżabilitajiet.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar id-19 ta’ Novembru 2013.

Matul l-495 sessjoni plenarja tiegħu li nżammet fil-21 u t-22 ta’ Jannar 2014 (seduta tal-21 ta’ Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’152 vot favur u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jirrikonoxxu li l-Artikolu 9 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ta' persuni b'diżabilitajiet (UN CRPD) jikkostitwixxi dritt tal-bniedem fih innifsu u għaldaqstant l-implimentazzjoni sħiħa tiegħu trid twassal għall-ħolqien tal-kundizzjonijiet neċessarji permezz ta' miżuri legali u ta' politika sabiex il-persuni b'diżabilitajiet ikollhom aċċess għal kull tip ta' ambjent u aspett tal-ħajja. Dan huwa indispensabbli għat-tgawdija sħiħa tad-drittijiet ċivili u politiċi, kif ukoll id-drittijiet soċjali, ekonomiċi u kulturali. L-aċċessibilità tibbenefika s-soċjetà kollha.

1.2

Il-KESE jappella lill-istituzzjonijiet, lill-korpi politiċi u lill-aġenziji tal-UE, inkluż il-KESE, biex f'konsultazzjoni mal-moviment Ewropew għad-diżabilità, jippreparaw pjan konkret għall-ksib tal-aċċessibilità, inter alia, tal-bini, is-siti tal-internet u d-dokumenti tagħhom.

1.3

Il-KESE jirrikonoxxi lill-aċċessibilità bħala prerekwiżit bażiku għas-sostenibilità u d-dimensjoni soċjali tagħha, fil-ġlieda kontra l-faqar u l-marġinalizzazzjoni u l-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali.

1.4

Il-KESE jirrikonoxxi li ttieħdu passi pożittivi f'oqsma bħat-trasport u t-telekomunikazzjonijiet (pereżempju l-Aġenda Diġitali), iżda huma meħtieġa iktar azzjonijiet, inkluż fis-Suq Intern.

1.5

Il-KESE jirrikonoxxi li n-nuqqas ta' aċċessibilità huwa diskriminazzjoni fih innifsu, u għalhekk jenfasizza l-ħtieġa li l-UE tiżviluppa leġislazzjoni kontra d-diskriminazzjoni u jappella lill-Kunsill biex jiżblokka l-Proposta għal Direttiva dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sewwali COM(2008) 426 (Artikolu 19 TFUE).

1.6

Il-KESE jappella lill-Kummissjoni Ewropea (KE) biex twettaq l-impenn li ilha li ħadet u tippreżenta Att dwar l-Aċċessibilità Ewropew li huwa legalment vinkolanti.

1.7

Il-KESE jappella lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-UE biex jikkonkludu l-Proposta attwali għal Direttiva dwar l-Aċċessibilità tas-Siti Elettroniċi tal-Entitajiet tas-Settur Pubbliku skont l-Opinjoni tal-KESE dwar l-aċċessibilità tas-siti elettroniċi ta' entitajiet tas-settur pubbliku (1), kif ukoll il-Forum Ewropew tad-Diżabilità.

1.8

Il-KESE jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jaqblu dwar l-inklużjoni ta' kundizzjonalitajiet ex-ante obbligatorji dwar l-aċċessibilità u d-diżabilità fir-regolament attwali tad-dispożizzjonijiet komuni tal-Fondi Strutturali, u fl-istrumenti tal-għajnuna esterna u strumenti ta' finanzjament oħrajn.

1.9

Il-KESE huwa tal-fehma li l-kriżi u l-miżuri ta' awsterità li rrizultaw minnha m'għandhomx jintużaw mill-UE u l-Istati Membri bħala skuża biex idgħajfu r-rispett għall-aċċessibilità bħala dritt tal-bniedem.

1.10

Il-KESE jinnota li, meta tkun qed tiġi inforzata l-aċċessibilità bħala dritt tal-bniedem, għandhom jiġu kkunsidrati dawn il-prinċipji fundamentali li ġejjin: il-libertà li wieħed jagħżel u u l-libertà tal-moviment, il-ħajja indipendenti, akkomodazzjoni raġonevoli, il-parteċipazzjoni, id-disinn universali u l-obbligu antiċipatorju.

1.11

Il-KESE jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha biex jistabbilixxu mekkaniżmi ta' monitoraġġ u ta' infurzar bil-parteċipazzjoni ta' organizzazzjonijiet li jirrappreżentaw il-persuni b'diżabilitajiet.

1.12

Il-KESE jenfasizza li dawn l-oqsma ta' politika li ġejjin jeħtieġu dimensjoni ta' aċċessibilità: il-kapaċità legali, il-parteċipazzjoni politika, l-impjieg, l-għajnuna mill-Istat, it-trasport, l-edukazzjoni, l-aċċess għall-prodotti u s-servizzi, ir-riċerka, il-politika barranija u l-akkomodazzjoni.

1.13

Il-KESE huwa tal-fehma li l-istituzzjonijiet tal-UE, meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tas-CRPD, għandhom jinkludu l-aċċessibilità f'dawn l-istrumenti li ġejjin: l-istandardizzazzjoni, l-armonizzazzjoni, ir-rekwiżiti tekniċi, l-inċentivi għall-kumpaniji, il-politiki tat-trejdjunjins, u l-ftehimiet kollettivi.

1.14

Il-KESE jinnota li strateġiji ta' sensibilizzazzjoni huma mezz kruċjali kif jintlaħaq ir-rispett għall-aċċessibilità bħala dritt tal-bniedem min-naħa tas-soċjetà, inklużi ċ-ċittadini nfushom u l-atturi ewlenin bħall-iskejjel u l-mezzi tax-xandir, skont l-Artikolu 8 (UN CRPD).

1.15

Il-KESE jaħseb li l-aċċessibilità għandha tiġi inkluża fil-kurrikula ta' dixxiplini xjentifiċi (pereżempju l-arkitettura, l-inġinerija, ix-xjenza tal-kompjuters, eċċ.).

1.16

Il-KESE jaħseb li għad m'hemmx biżżejjed strumenti ta' statistika sabiex jiġi appoġġat l-infurzar tal-aċċessibilità bħala dritt tal-bniedem u għaldaqstant jappella lill-Eurostat biex jiżgura l-iżvilupp ta' dawn l-indikaturi.

1.17

Il-KESE jtenni l-impenn li esprima f'opinjonijiet preċedenti biex joħloq Kumitat ta' Tmexxija sabiex tiġi monitorjata l-implimentazzjoni tal-UN CRPD.

2.   Introduzzjoni

2.1

L-approċċ tad-drittijiet tal-bniedem għad-diżabilità jfisser li l-UE, bħala firmatarja għall-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilitajiet, (UN CRPD) u ċ-ċittadini kollha għandhom ir-responsabilità li jibnu soċjetà fejn il-bnedmin kollha, inklużi l-persuni b'diżabilitajiet, jistgħu jgawdu d-drittijiet ċivili, politiċi, ekonomiċi, soċjali u kulturali tagħhom.

2.2

Id-definizzjoni ta' persuna b'diżabilità, skont l-UN CRPD hija bbażata fuq l-approċċ tad-drittijiet tal-bniedem lejn id-diżabilità u ssaħħaħ dan l-istess approċċ: Persuni b’diżabilità jinkludu dawk li, fuq perjodu twil, għandhom limitazzjonijiet fiżiċi, mentali, intellettwali jew fis-sensi li, flimkien ma’ diversi ostakli, jistgħu jxekklu l-parteċipazzjoni sħiħa u effettiva tagħhom fis-soċjetà fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor.

2.3

L-UE akkumpanjat il-konklużjoni tagħha tal-UN CRPD b'lista ta' kompetenzi, li fosthom l-aċċessibilità tagħmel parti integrali. L-UN CRPD huwa l-uniku trattat dwar id-drittijiet tal-bniedem konkluż mill-UE s'issa.

2.4

Ir-Rapport Dinji dwar id-Diżabilità (2011) tad-WHO u tal-Bank Dinji jenfasizza li l-ambjent mibni, it-trasport, l-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet ta' sikwit huma inaċċessibbi għall-persuni b'diżabilitajiet (2).

2.5

L-aċċess għall-ambjent fiżiku u t-trasport pubbliku huwa prekundizzjoni għal-libertà tal-moviment tal-persuni b'diżabilitajiet, iggarantit fl-Artikolu 13 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 12 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR). Bl-istess mod, l-aċċess għall-informazzjoni u l-komunikazzjoni tqies bħala prekundizzjoni għal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni, iggarantit fl-Artikolu 19 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikolu 19(2) tal-ICCPR (3)

2.6

Il-punt fokali tal-UN CRPD (li jinsab fil-KE) għandu rwol fundamentali fl-implimentazzjoni tal-UN CRPD u jrid jitwettaq b'mod proattiv ħafna.

2.7

Fid-29 ta' Ottubru 2012, il-Kunsill tal-UE approva t-twaqqif ta' qafas għall-ħarsien, il-promozzjoni u l-monitoraġġ tal-implimetnazzjoni tal-UN CRPD, magħmul mill-Ombudsman Ewropew, il-Kumitat tal-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, l-Aġenzjija dwar id-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, il-Forum Ewropew dwar id-Diżabilità u l-Kummissjoni Ewropea.

2.8

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-parteċipazzjoni sħiħa tal-Forum Ewropew dwar id-Diżabilità fil-qafas iżda jenfasizza l-ħtieġa biex is-soċjetà ċivili tkun involuta mill-qrib ħafna f'xogħolu.

2.9

L-UN CRPD jirrikonoxxi l-aċċessibilità bħala dritt fl-Artikoli 9, 3 u 21.

2.10

L-artikoli tal-UN CRPD dwar l-aċċessibilità jistabbilixxu aġenda legali/politika importanti tiegħu stess li ma tistax titqies b'mod iżolat, u għalhekk l-aċċessibilità trid tiġi kkunsidrata bħala faċilitatur għall-aċċess ta' kwalunkwe dritt ċivili, ekonomiku, soċjali u kulturali.

2.11

F'dawn l-aħħar snin l-aċċessibilità ngħatat iktar attenzjoni mil-leġislatur Ewropew u ġiet inkluża, inter alia, f'oqsma ta' politika bħall-akkwist pubbliku, il-fondi strutturali u strumenti ta' finanzjament oħra, id-drittijiet tal-passiġġieri, is-settur tal-istandards tekniċi (TSI-PRM) u l-impjieg. Dan huwa importanti b'mod speċjali meta wieħed iqis li l-popolazzjoni Ewropea qed tixjiħ.

2.12

L-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità (EDS), l-istrument ta' politika speċifiku ewlieni dwar id-diżabilità, introduċiet miri tal-UE konkreti f'dan il-qasam. Permezz tal-EDS, il-KE impenjat ruħha li tippreżenta miżuri legalment vinkolanti sabiex jinkiseb l-għan l-aċċessibilità, inkluża l-aċċessibilità għall-internet u l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibilità (4).

2.13

L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa hijwa mudell tajjeb biex jiġu introdotti strateġiji ta' politika ġenerali, filwaqt li tinkludi wkoll azzjonijiet speċifiċi sabiex jiġi żgurat l-aċċess għall-persuni b'diżabilitajiet. Il-progress fil-qasam tal-aċċessibilità se jolqot ukoll lis-soċjetà u l-ekonomija inġenerali, billi joħloq impjiegi ġodda u jġib miegħu valur miżjud. L-implimentazzjoni sħiħa ta' din l-Aġenda għandha tirriżulta f'Ewropa diġitali mingħajr ostakli għall-persuni b'diżabilitajiet.

2.14

Jeħtieġ li jintuża l-potenzjal tal-aċċessibilità għas-suq intern peress li se ssaħħaħ il-mobilità transnazzjonali fl-Ewropa filwaqt li tiffaċilita l-mobilità tal-ħaddiema u tal-persuni b'diżabilitajiet. Għandu jiġi żgurat l-aċċess għall-iskemi ta' tagħlim tul il-ħajja. L-istrateġiji Ewropej għall-impjieg għandhom jinkludu wkoll il-ħtieġa għaż-żamma tal-impjiegi u t-taħriġ mill-ġdid għal dawk li jiżviluppaw diżabilità matul il-ħajja tax-xogħol tagħhom.

2.15

L-Istrateġija Ewropa 2020 setgħet ħadet approċċ iktar komprensiv lejn id-diżabilità, inkluż l-aċċessibilità u l-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilitajiet u l-organizzazzjonijiet li jirrappreżentawhom tagħhom. In-nuqqas ta' indikaturi komprensivi għad-diżabilità f'din l-istrateġija wassal għal nuqqas ta' attenzjoni, informazzjoni u allokazzjoni ta' riżorsi għad-diżabilità. Il-ħolqien tal-impjiegi huwa l-istrateġija fundamentali biex tiġi żgurata l-inklużjoni soċjali.

2.16

Il-KESE jenfasizza li għad hemm ħafna iktar xi jsir u għalhekk jilqa' b'sodisfazzjon il-Proposta tal-KE għal Direttiva dwar l-Aċċessibilità tas-Siti Elettroniċi tal-Entitajiet tas-Settur Pubbliku.

2.17

Il-KESE jappella lill-KE biex twettaq l-impenn tagħha li tipproponi Att dwar l-Aċċessibilità Ewropew legalment vinkolanti mingħajr iktar dewmien jew posponiment.

2.18

Il-kriżi ekonomika qed ikollha impatt drammatiku fuq it-tgawdija tad-drittijiet tal-bniedem tal-persuni b'diżabilitajiet, inkluża l-aċċessibilità. Il-livelli ta' aċċessibilità qed jonqsu, u b'riżultat ta' dan, qed jiżviluppaw iktar soċjetajiet inaċċessibbli. Wieħed għandu jinnota li l-familji kollha qed jintlaqtu mill-kriżi ekonomika, iżda li hemm effetti sproporzjonati fuq il-familji bi tfal b'diżabilitajiet (5).

2.19

L-UE trid tadotta programm speċifiku sabiex jiġi żgurat lit-tfal b'diżabilitajiet jkollhom aċċess għal kull ambjent u aspett tal-ħajja.

2.20

L-Ewropa teħtieġ it-tkabbir inklużiv u l-aċċessibilità bħala prerekwiżiti bażiċi għas-sostenibilità u b'mod speċjali għall-implimentazzjoni tad-dimensjoni soċjali tagħha, fil-ġlieda kontra l-faqar u l-marġinalizzazzjoni u l-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali permezz tal-inklużjoni tal-persuni b'diżabilitajiet.

3.   L-aċċessibilità bħala dritt tal-bniedem

3.1

Il-KESE jemmen li “l-aċċessibiità bħala dritt tal-bniedem” jeħtieġ li tiġi trasformata f'kunċett politiku u operattiv. Dan huwa kunċett validu għas-soċjetà kollha kemm hi u mhux biss għall-persuni b'diżabilitajiet.

3.2

Il-KESE jenfasizza li d-dritt għall-aċċessibilità bħala dritt tal-bniedem, u f'relazzjoni ma' aġenda politika, għandu jinfiehem f'żewġ modi:

bħala dritt tal-bniedem fih innifsu, b'referenza għall-possibilità li wieħed jipparteċipa, jaġixxi, jikkomunika u jkun informat b'mod awtonomu u sigur; u

bħala dritt tal-bniedem inerent fl-implimentazzjoni ta' drittijiet oħra tal-bniedem, li jfisser li huwa fattur u faċilitatur fundamentali.

3.3

Il-KESE jirrikonoxxi l-linji gwida tal-UN CRPD biex jiġi żviluppat il-kunċett tal-aċċessibilità u jemmen li t-tfassil ta' politika f'dan il-qasam għandu jinkludi:

li l-persuni b'diżabilitajiet ikunu jistgħu jgħixu indipendentement u jipparteċipaw bis-sħiħ f'kull aspett tal-ħajja; u

li jiġu adottati miżuri li jinkludu l-prevenzjoni, l-identifikar u l-eliminazzjoni ta' ostakli u xkiel għall-aċċessibilità.

3.4

Il-KESE jaqbel dwar il-ħtieġa li jiġi żgurat għajxien indipendenti (relatat mal-għajxien u l-ħajja fil-komunità), kif inhu msemmi fl-Artikolu 19 tal-UN CRPD, permezz ta' tliet azzjonijiet ewlenin:

li jiġi żgurat li l-persuni b'diżabilitajiet jistgħu jagħżlu jgħixu fejn jippreferu;

li jingħata l-appoġġ meħtieġ sabiex wieħed igawdi mill-istess drittijiet bħall-membri l-oħra tas-soċjetà; u

li jiġi żgurat l-aċċess għas-servizzi ġenerali fuq bażi ugwali għall-persuni b'diżabilitajiet.

3.5

Il-KESE jinnota li l-persuni b'diżabilitajiet iridu jkunu jistgħu jeżerċitaw il-libertà li jagħżlu b'mod indipendenti u awtonomu fuq bażi ugwali ma' ħaddieħor.

3.6

Il-KESE jieħu nota tar-“Rapport Globali dwar l-għajxien fil-komunità u li wieħed ikun inkluż fiha (6)” imfassal minn Inclusion International, li jirrimarka li persuni b'diżabilitajiet intellettwali huma mċaħħda minn drittijiet bażiċi ta' aċċessibilità, bħal li wieħed ikollu ċ-ċwievet tad-dar tiegħu, jew jiġu mċaħħda mid-dritt ta' aċċess għal servizzi kummerċjali, jew id-dritt li wieħed jiddeċiedi fejn irid joħroġ jimxi jew li jmur fil-bitħa tal-iskola ma' sħabu l-istudenti l-oħra.

3.7

Il-KESE jirrikonoxxi li l-istituzzjonalizzazzjoni tikser b'mod estrem id-drittijiet tal-bniedem u hija konsegwenza sfortunata tal-iżvilupp tas-servizzi soċjali fl-Ewropa, meta mqabbla ma' partijiet oħra tad-dinja, u taffettwa lill-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea, ikun xi jkun il-livell tal-għajxien tagħhom. L-istrateġiji ta' deistituzzjonalizzjoni jridu jiġu segwiti mill-iżvilupp ta' servizzi alternattivi bbażati fil-komunità, peress li mingħajr servizzi ma jistax ikun hemm titjib; persuni b'diżabilitajiet isiru persuni bla dar.

3.8

Il-KESE jaħseb li “ostaklu” għandu jinfiehem mhux bħala ostaklu fiżiku biss, iżda wkoll bħala ostakli attitudinali u leġislattivi, kif ukoll bħala politika, imġiba u drawwiet, nuqqas ta' għarfien u diskriminazzjoni kulturali. Il-KESE jfakkar li t-tneħħija ta' dawn l-ostakli tkun ta' benefiċċju għas-soċjetà kollha kemm hi.

3.9

Il-KESE jinnota li għandha tingħata iktar attenzjoni lill-għarfien tal-lingwa tas-sinjali u tipi oħra ta' komunikazzjoni għall-persuni neqsin mis-smigħ, kif ukoll formats ta' “vuċi għal test” għal persuni li għandhom diżabilitajiet ta' smigħ. Għandu jkun hemm ukoll faċilitajiet li jiżguraw l-għoti ta' dokumenti bil-braille u “screen readers” għall-persuni għomja u informazzjoni li tinqara faċilment għall-persuni b'diżabilitajiet intellettwali u ta' imġiba.

3.10

Il-KESE jixtieq jirrimarka li s-sinjali, l-informazzjoni aċċessibbli u l-komunikazzjoni, is-servizzi ta' appoġġ, l-orjentament u l-moviment fil-bini u minn bini għal ieħor huma kruċjali għal ħafna persuni b'diżabilitajiet, speċjalment dawk li jesperjenzaw għeja konjittiva.

3.11

Il-KESE jinnota żewġ strumenti fundamentali li għandhom jiġu kkunsidrati fl-analiżi tal-aċċessibilità bħala dritt tal-bniedem:

Akkomodazzjoni raġonevoli tfisser modifika neċessarja u adegwata u aġġustamenti li ma jimponux piż sproporzjonat jew eċċessiv, meta tkun meħtieġa f’każ partikolari, biex jiġi żgurat li l-persuni b’diżabilità jistgħu jgawdu u jeżerċitaw fuq bażi ugwali ma’ ħaddieħor id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali kollha (Artikolu 2 tal-CRPD). L-akkomodazzjoni raġonevoli bl-ebda mod ma tissostitwixxi l-obbligu li tiġi żgurata l-aċċessibilità tal-infrastruttura, tal-ambjent mibni u tas-servizzi u tal-prodotti skont il-prinċipji ta' disinn universali. L-akkomodazzjoni raġonevoli tfittex li tiżgura ġustizzja individwali fis-sens li jiġu pprovduti n-nondiskriminazzjoni u l-ugwaljanza, filwaqt li jitqiesu d-dinjità, l-awtonomija u l-għażliet tal-persuna. Il-KESE jemmen li tisħiħ ġenerali tal-istandards ta' aċċessibbilità jwassal għal akkomodazzjoni aktar raġonevoli;

Il-KESE jemmen li għandu jiġi implimentat il-prinċipju ta' “piż sproporzjonat jew eċċessiv” skont ir-regolamenti attwali, u għalhekk jappella lill-awtoritajiet pubbliċi biex jikkontrollaw u jappoġġaw l-implimentazzjoni ta' akkomodazzjoni raġonevoli permezz ta' mezzi alternattivi (fondi, akkwist, eċċ.). Dan għandu jinkludi valutazzjoni tal-impatt fejn id-dritt taċ-ċittadin għandu jingħata preċedenza fuq il-ħtiġijiet tal-provveditur. Huwa importanti li jiġi żgurat li jkunu rari l-eċċezzjonijiet għall-applikazzjoni tal-prinċipju ta' akkomodazzjoni raġonevoli.

3.12

Il-KESE jaħseb li d-disinn universali għandu jkun il-prinċipju ta' gwida biex jiġi żgurat l-aċċess sħiħ għas-soċjetà u li jrid jissarraf f'rekwiżit operattiv ta' politika fil-proċess tat-tfassil tal-politika, pereżempju permezz tal-inklużjoni tiegħu fl-artikoli ta' regolament (7). Hemm il-ħtieġa li d-disinn ġenerali jiġi akkumpanjat mill-iżvilupp ta' tagħmir u teknoloġiji ta' assistenza kumplimentari.

3.13

Il-konformità mal-obbligu antiċipatorju ta' aċċessibilità tista' ġġib magħha benefiċċji kbar lill-persuni b'diżabilitajiet billi tantiċipa l-ħtiġijiet tagħhom qabel ma joħorġu fid-dieher. Mill-perspettiva tal-prodotti jew is-servizzi, dan se jeħtieġ li dawn il-ħtiġijiet potenzjali jitqiesu matul il-fażi tad-disinn.

3.14

Irid ikun hemm distinzjoni, minn naħa, bejn l-obbligu li jiġi żgurat l-aċċess għal oġġetti, infrastruttura, prodotti u servizzi ddisinjati, mibnija u manifatturati mill-ġdid, u min-naħa l-oħra, l-obbligu li jitneħħew l-ostakli u li jiġi żgurat l-aċċess għall-ambjent fiżiku attwali, it-trasportazzjoni, l-informazzjoni u l-komunikazzjoni, u s-servizzi miftuħa għall-pubbliku ġenerali. Il-partijiet tal-Istat huma obbligati jiżguraw it-tnejn li huma, iżda peress li tal-ewwel irid jiġi implimentat b'mod gradwali, il-partijiet tal-Istat għandhom jistabbilixxu skedi definiti u fissi, u jallokaw riżorsi adegwati għat-tneħħija tal-ostakli eżistenti (8).

3.15

Il-KESE jinnota li l-għajnuna personali (inkluża l-għajnuna diretta (“live assistance”) kif imsemmi fil-CRPD tan-NU) hija azzjoni mmirata fundamentali li tiżgura li l-persuni b'diżabilitajiet ikollhom aċċess għal għadd ta' drittijiet.

3.16

Il-KESE jirrikonoxxi li n-nondiskriminazzjoni hija strument fundamentali sabiex jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem, iżda m'hijiex biżżejjed jekk ma tkunx akkumpanjata min strumenti oħrajn bħall-azzjoni pożittiva u l-istandardizzazzjoni, kif ukoll permezz tat-taħriġ u l-promozzjoni tad-drittijiet ta' persuni b'diżabilitajiet fost dawk li jħaddmu, l-inġinjiera ċivili, il-periti, l-avukati, l-ekonomisti, eċċ. Dan it-taħriġ għandu jkun inkluż fil-kurrikula edukattiva tagħhom. Il-KESE jemmen li għandu jsir progress bil-Proposta għal Direttiva, li bħalissa twarrbet, dwar l-implimentazzjoni tal-prinċipju tat-trattament ugwali bejn persuni irrispettivament mir-reliġjon jew it-twemmin, diżabilità, età jew orjentazzjoni sewwali COM(2008) 426 (abbażi tal-Artikolu 19 tat-TFUE).

3.17

Mhux ħa jkun hemm l-ebda implimentazzjoni fundamentali tal-obbligi ta' aċċessibilità bħala dritt tal-bniedem jekk ma jkunx hemm il-parteċipazzjoni sustantiva u li tagħmel sens tal-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilitajiet (DPOs) fl-implimentazzjoni tal-Artikoli 4(3) u 33 fl-indirizzar tal-aċċessibilità. Il-parteċipazzjoni tista' tiġi żgurata jekk l-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilitajiet jirċievu r-riżorsi finanzjarji meħtieġa biex jiżviluppaw l-attivitajiet li jippromovu drittijiethom tagħhom. Il-KESE jappella għall-programm dwar il-Drittijiet Fundamentali, li se jieħu post il-programm PROGRESS, sabiex jiggarantixxi l-istess livell ta' appoġġ finanzjarju għall-organizzazzjonijiet globali u speċifiċi tal-persuni b'diżabilitajiet.

3.18

Il-KESE jenfasizza li l-livell li fih il-persuni b'diżabilitajiet igawdu mid-drittijiet tal-bniedem huwa differenti minn żoni rurali għal żoni urbani, u dan l-iżbilanċ għandu jiġi indirizzat permezz ta' politiki effettivi fil-livell nazzjonali u reġjonali.

3.19

Il-kumpaniji u dawk li jħaddmu fl-UE għandhom jinkludu l-aċċessibilità fil-politiki ta' diversità tagħhom u għandhom jippromovu l-ħolqien ta' pjani ta' diversità.

3.20

Il-KESE jirrikonoxxi l-impatt tal-aċċessibilità fuq il-koeżjoni soċjali u għalhekk l-istrateġiji tal-UE għas-sostenibilità għandhom jinkludu l-aċċessibilità bħala mod kif jiġu implimentati l-objettivi tagħhom.

3.21

Il-KESE jinnota li n-nisa b'diżabilitajiet jiffaċċjaw restrizzjonijiet fl-aċċess għal drittijiethom f'oqsma bħas-saħħa, l-inklużjoni soċjali, l-edukazzjoni u l-impjieg. Dawn ir-restrizzjonijiet jirriżultaw f'kundizzjonijiet agħar tal-għajxien u s-saħħa, kif ukoll fil-qgħad u l-faqar. L-istess japplika għal persuni vulnerabbli oħrajn b'diżabilitajiet, bħat-tfal, l-anzjani u persuni li jeħtieġu livelli għoljin ta' appoġġ u li jiffaċċjaw restrizzjonijiet gravi biex ikollhom aċċess għad-drittijiet tagħhom.

3.22

Il-KESE jinnota li ż-żgħażagħ tal-lum huma l-ġejjieni u li kundizzjonijiet aċċessibbli jridu jinħolqu sabiex jippermettu lil dawk b'diżabilitajiet biex igawdu bis-sħiħ mid-drittijiet tagħhom. Il-KESE jappella lill-UE biex tiżgura li l-politiki taż-żgħażagħ tagħha jinkludu dimensjoni speċifika sabiex iż-żgħażagħ b'diżabilitajiet jiġu appoġġati.

4.   Impatt fuq il-leġislazzjoni t-tfassil tal-politika fl-UE

4.1

Il-KESE jinnota li wara li l-UE kkonkludiet l-UN CRPD, kull inizjattiva ta' politika/legali proporzjonata fl-UE għandha tiġi analizzata mill-perspettiva li jiġi żgurat għajxien indipendenti għall-persuni b'diżabilitajiet, parteċipazzjoni sħiħa u tneħħija tal-ostakli. Dan il-kunċett għandu jkollu impatt fuq ir-regolamenti attwali tal-UE, li wħud minnhom huma speċifikati fid-dikjarazzjoni ta' kompetenzi.

4.2

Il-KESE jqis li s-Suq Intern għandu jiġi żviluppat b'tali mod li jiġi żgurat li jinkludi d-diżabilità, l-istandardizzazzjoni u l-armonizzazzjoni tal-aċċessibilità bħala mod kif jiġi modernizzat kif ukoll biex isir iktar kompetittiv u inklużiv fil-ekonomija globali. Teżisti ekonomija ta' diżabilità.

4.3

Il-KESE jappella għall-ħolqien ta' aġenda tal-UE msejsa fuq żewġ elementi:

id-dritt tal-bniedem għall-aċċessibilità; u

l-inklużjoni tal-aċċessibilità f'każijiet oħra ta' tfassil ta' politika integrat.

4.4

Il-KESE huwa tal-fehma li l-aċċessibilità hija dritt fundamentali li jesiġi aġenda politika speċifika, u jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex tippreżenta proposta għal aġenda dwar l-aċċess għad-drittijiet b'rabta mat-tfassil ta' politika tagħha.

4.5

Il-KESE jappella għall-analiżi tal-oqsma li ġejjin, mill-perspettiva tal-aċċessibilità bħala dritt tal-bniedem:

l-aċċess għal ċerti servizzi u politiki soċjali jesiġi t-tgawdija sħiħa tal-kapaċità legali. L-UE għandha tiżgura l-armonizzazzjoni tal-priniċpji ta' kapaċità legali għal persuni b'diżabilitajiet fl-Unjoni Ewropea;

il-parteċipazzjoni politika u d-dritt tal-vot ta' persuni b'diżabilitajiet fl-elezzjonijiet kollha (lokali u nazzjonali), b'mod speċjali l-elezzjonijiet Ewropej, għandhom jiġu żgurati legalment billi jkun żgurat l-aċċess għall-postijiet tal-votazzjoni, il-lista tal-kandidati, informazzjoni minn partiti politiċi, eċċ.;

id-drittijiet ċivili (proprjetà, dritt għall-ħajja, awtonomija, sikurezza, eċċ.). L-aċċess għal dawn id-drittijiet ċivili bażiċi jrid jiġi żgurat minn azzjoni Ewropea, inkluża l-għajnuna personali sabiex il-persuni b'diżabilitajiet ikollhom il-libertà tal-għażla għat-tgawdija tal-aċċessibilità.

4.6

Il-KESE jappella biex jiġu żviluppati azzjonijiet konkreti fl-oqsma li ġejjin, mill-perspettiva tal-aċċessibilità bħala dritt tal-bniedem: il-prevenzjoni tal-effetti tal-kriżi ekonomika fuq l-istandards ta' aċċessibilità u l-għajxien indipendenti għall-persuni b'diżabilitajiet; il-forniment ta' aċċess għall-edukazzjoni (9); programm għall-aċċess għal drittijiet soċjali u kulturali (10) (relazzjonijiet soċjali, rikreazzjoni, turiżmu); kooperazzjoni internazzjonali, ftehimiet finanzjarji-kummerċjali u l-pożizzjoni tal-UE f'oqsma bħal diżastri naturali u l-kooperazzjoni fl-iżvilupp, l-MDGs, dawk li qed jitolbu l-ażil u n-NU u l-FMI; fil-qasam tar-riċerka, għandu jintuża l-Orizzont 2020; l-aċċess għall-akkomodazzjoni, inklużi d-djar tal-Istat; l-isport, bħala mezz ta' inklużjoni soċjali, għandu jitgawda, inkluż l-aċċess għal bini u programmi, eċċ.

4.7

L-inklużjoni tista' tintlaħaq inter alia permezz ta' azzjoni kollettiva mill-partijiet interessati kollha f'għadd ta' oqsma ta' drittijiet fundamentali:

Il-partiti politiċi tal-UE jridu jinkludu fil-proċeduri interni modi kif jippermettu l-parteċipazzjoni tal-persuni b'diżabilitajiet. L-imsieħba soċjali għandhom jiżguraw li l-ftehimiet kollettivi jinkludu l-persuni b'diżabilitajiet u modi kif dawn jaċċessaw l-impjieg u l-akkomodazzjoni raġonevoli. Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-Ftehim Qafas dwar Swieq tax-Xogħol Inklużivi u jappella għal implimentazzjoni sħiħa ta' dan il-ftehim fil-livell nazzjonali.

L-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandhom jippromovu azzjonijiet li jinkludu aċċess għall-persuni b'diżabilitajiet fil-ħtiġijiet soċjali ġenerali tagħhom.

Il-partijiet interessati kollha msemmija f'dan il-paragrafu għandhom jiżguraw li l-bini, is-siti tal-internet, il-proċeduri interni u l-politiki ta' reklutaġġ tagħhom ikunu aċċessibbli.

4.8

Il-KESE jappella għall-iżvilupp u t-tisħiħ tal-inklużjoni ta' strateġija dwar l-istandardizzazzjoni u l-aċċessibilità fl-iżvilupp tat-teknoloġija.

4.9

Il-KESE jinnota li l-aċċessibilità se tippermetti li tiġi żviluppata attività f'setturi ġodda, fejn huma meħtieġa ħiliet ġodda, b'mod partikolari fl-ICT. Persuni b'diżabilitajiet għandhom ikunu jistgħu jegħlbu d-distakk diġitali bl-appoġġ ta' politiki mmirati tal-UE.

4.10

Il-KESE jemmen li huwa meħtieġ il-bini ta' kapaċitajiet għall-partijiet interessati kollha: l-awtoritajiet pubbliċi, il-kumpaniji privati, is-soċjetà ċivili u l-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilitajiet. Għandha tingħata attenzjoni speċjali lill-SMEs.

4.11

Il-KESE jappella lill-Kummissjoni Ewropea biex twettaq l-impenn li ilha li ħadet u tippreżenta Att dwar l-Aċċessibilità Ewropew li jkun legalment vinkolanti.

4.12

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-preżentazzjoni tal-proposta dwar l-Aċċessibilità tas-Siti Elettroniċi tal-Entitajiet tas-Settur Pubbliku u jtenni r-rakkomandazzjonijiet ippreżentati fl-Opinjoni dwar l-aċċessibilità tas-siti elettroniċi ta' entitajiet tas-settur pubbliku (11):

l-Internet (jiġifieri servizzi u kontenut) sar l-għodda naturali biex wieħed ifittex impjieg, jikseb informazzjoni, ikollu aċċess għall-edukazzjoni, jixtri prodotti u jissoċjalizza;

il-kontenut ta' servizzi fuq l-internet għandu jkun aċċessibbli għall-operaturi kollha (il-kumpaniji jew is-settur pubbliku).

4.13

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon l-inklużjoni tal-kriterji ta' aċċessibilità u l-kundizzjonalità tad-diżabilità fir-regolamenti tal-Fondi Strutturali u f'oqsma oħra bħat-trasport u d-drittijiet tal-passiġġieri.

4.14

Il-KESE huwa tal-fehma li l-laqgħa tal-Presidenti tal-UE dwar id-diżabilità u l-laqgħa tad-DĠs tal-KE dwar l-implimentazzjoni tal-UN CRPD għandhom isiru perjodikament, kif tħabbar, bil-parteċipazzjoni ta' rappreżentanti tal-moviment Ewropew tad-diżabilità bil-għan li jsir monitoraġġ politiku u l-promozzjoni tal-implimentazzjoni tal-UN CRPD, inklużi d-dispożizzjonijiet ta' aċċessibilità tiegħu.

4.15

Il-KESE jinnota li filwaqt li huwa ċar li m'hemmx biżżejjed fondi, l-inklużjoni tal-aċċessibilità bħala kriterju għas-sistemi attwali ta' finanzjament għandha twassal għal titjib f'dan il-qasam: Fondi Strutturali, pakkett ta' investiment soċjali, eżenzjonijiet ta' kategorija ġenerali futuri fuq l-għajnuna mill-istat fl-impjieg, linji gwida dwar it-TEN-T.

4.16

Il-KESE jemmen ukoll li jridu jissaħħu l-aċċess għall-mezzi ta' komunikazzjoni tal-massa u l-viżibilità tal-ħtiġijiet ta' persuni b'diżabilitajiet f'dawn it-tipi ta' mezzi tax-xandir.

5.   Monitoraġġ

5.1

Il-KESE jappella biex tiġi żviluppata strateġija tal-għoti tas-setgħa taċ-ċittadini, bħala l-mod fundamentali biex tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa tal-aċċessibilità. Hemm bżonn li jiġu organizzati kampanji ta' sensibilizzazzjoni kif ukoll li jiġu edukati l-persuni b'diżabilitajiet, u ċ-ċittadini kollha l-oħra, dwar id-drittijiet ta' aċċessibilità tagħhom.

5.2

Il-KESE jiddispjaċih għan-nuqqas ta' indikaturi f'dan il-qasam u jappella lill-Eurostat biex jipprovdi strateġija sabiex jiġu żviluppati indikaturi speċifiċi msejsa fuq l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem (OHCHR) u fuq l-Abbozz tal-Kumment Ġenerali tal-Kumitat tal-UN CRPD dwar l-Artikolu 9.

5.3

Il-KESE jappella għall-inklużjoni fl-istandards ta' kriterji u mekkaniżmi ta' aċċessibilità ċara għall-monitoraġġ (ambjent mibni, infrastruttura, ICT modern, inter alia sistemi operattivi għal tablets u smartphones u l-Mandat tal-KE 376 dwar ir-rekwiżiti ta' aċċessibilità għal prodotti u servizzi tal-ICT). Persuni b'diżabilitajiet għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ f'kull stadju fl-iżvilupp ta' standards.

5.4

Il-KESE jemmen li jridu jinħolqu sistemi ta' infurzar b'saħħithom, billi bħalissa qed ifallu fl-Ewropa.

5.5

Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa biex jintużaw mekkanizmi ta' monitoraġġ inklużi fir-regolament futur dwar id-dispożizzjonijiet komuni tal-Fondi Strutturali, sabiex jiġi żgurat li l-kundizzjonalitajiet ex-ante tad-diżabilità jkunu osservati u li l-imsieħba soċjali kif ukoll l-organizzazzjojnijiet tal-persuni b'diżabilitajiet jipparteċipaw bis-sħiħ f'dak il-monitoraġġ.

5.6

Il-KESE jaħseb li strateġiji ta' edukazzjoni Ewropej u nazzjonali għandhom jinkludu l-aċċessibilità għal persuni b'diżabilitajiet fil-kurrikula ta' skejjel u universitajiet.

5.7

Il-KESE jtenni l-impenn tiegħu li semma f'opinjonijiet preċedenti biex jinħoloq Kumitat ta' Tmexxija sabiex tiġi monitorjata l-implimentazzjoni tal-UN CRPD mill-KESE fl-iżvilupp tal-attivitajiet tiegħu bħala korp politiku.

5.8

Għandha tiġi promossa sistema Ewropea ta' mekkaniżmi ta' ċertifikazzjoni tal-aċċessibilità. Għandhom jiġu involuti l-organizzazzjonijiet tal-persuni b'diżabilitajiet.

5.9

Id-dimensjoni tal-aċċessibilità għandha tkun inkluża fil-valutazzjonijiet tal-impatt legali u politiċi tal-UE. Iridu jiġu stabbiliti għodod sabiex tiġi promossa l-inklużjoni b'mod armonizzat fl-Istati Membri kollha.

5.10

Il-KESE jappella biex tiġi monitorjata l-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità mill-istituzzjonijiet tal-UE (inkluż il-KESE) u jixtieq jirrimarka li għandhom jiġu żgurati l-ħtiġijiet ta' aċċessibilità tal-bini, tal-politiki ta' reklutaġġ u tal-informazzjoni (kemm fiżika kif ukoll elettronika). L-eżami tal-Istrateġija fl-2015 għandu jagħti attenzjoni speċjali lil dan il-qasam ta' politika.

Brussell, 21 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  ĠU C 271, 19.9.2013, p. 116-121.

(2)  Rapport Dinji dwar id-Diżabilità, Sommarju, p. 10.

(3)  Il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi fl-Artikolu 25(c) jistabbilixxi d-dritt ta' kull ċittadin li jkollu aċċess, fuq bażi ġeneralment ta' ugwaljanza, għas-servizz pubbliku f'pajjiżu/ha. Id-dispożizzjonijiet ta' dan l-artikolu jistgħu jkunu l-bażi sabiex jiġi inkorporat id-dritt għall-aċċess fit-trattati ewlenin dwar id-drittijiet tal-bniedem. Taqsima 2 u 3. Il-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Tip ta' Diskriminazzjoni Razzjali tiggarantixxi lil kulħadd id-dritt tal-aċċess għal kull post jew servizz maħsub għall-użu tal-pubbliku ġenerali, bħall-lukandi, it-trasport, ristoranti, kafeteriji, teatri u parks (ICERD, Artikolu 5(f)). B'dan il-mod ġie stabbilit preċedent fil-qafas legali internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem sabiex id-dritt tal-aċċess jitqies bħala dritt fih innifsu. (Abbozz ta' Kumment Ġenerali dwar l-Artikolu 9 – Kumitat UN CRPD).

.

(4)  Kif ippreżentat fil-Programm ta' Ħidma tal-KE, 2012, fil-punt 99.

(5)  Il-Kumitat dwar id-Drittijiet tat-Tfal adotta Kumment Ġenerali dwar Nru 9 (2006) dwar id-drittjiet tat-tfal b'diżabilitajiet. L-importanza tal-aċċessibilità ġiet imtennija mill-Kumitat dwar id-Drittijiet tat-Tfal permezz tal-Kumment Ġenerali Nru 17 (2013) tiegħu dwar id-dritt tat-tfal li jistrieħu, ikollhom il-passatempi, jilagħbu, jieħdu sehem f'attivitajiet rikreattivi, u fil-ħajja kulturali u fl-arti (Artikolu 31).

(6)  http://inclusion-international.org/living-in-community/.

(7)  Sabiex bini jsir aċċessibbli ab initio jista' jżid l-ispiża totali tal-kostruzzjoni b'0,5 % (jew l-ebda żieda, f'ħafna każijiet), filwaqt li l-ispiża ta' adattament sussegwenti tista' tkun ogħla mill-persentaġġ jekk meħuda ab initio. L-aċċessibilità ta' informazzjoni u komunikazzjoni, inkluż l-ICT, għandha tintlaħaq ukoll ab initio għaliex adattament sussegwenti tal-Internet u tal-ICT jista' jżid l-ispejjeż, u għaldaqstant huwa iżjed ekonomiku li jiġu inkorporati aspetti ta' aċċessibilità obbligatorji tal-ICT mill-istadji l-iżjed bikrin tad-disinn u l-kostruzzjoni. (Abbozz ta' Kumment Ġenerali dwar l-Artikolu 9 – Kumitat UN CRPD). It-tul ta' ħajja medja ta' bini jew kwalunkwe infrastruttura fiżika oħra huwa iżjed minn 50 sena, filwaqt li għall-infrastruttura diġitali ma jilħaqx iżjed minn 3-4 snin. Wieħed għandu jsemmi wkoll li l-ispejjeż tal-kostruzzjoni huma ħafna inqas.

(8)  (Abbozz ta' Kumment Ġenerali dwar l-Artikolu 9 – Kumitat UN CRPD).

(9)  Mingħajr trasport aċċessibbli lejn l-iskejjel, mingħajr bini tal-iskejjel aċċessibbli, mingħajr informazzjoni u komunikazzjonijiet aċċessibbli, il-persuni b'diżabilitajiet ikunu mċaħħda mill-opportunità li jeżerċitaw id-dritt tagħhom għall-edukazzjoni (Artikolu 24 tal-CRPD). B'hekk l-iskejjel iridu jkunu aċċessibbli, kif inhu pprovdut b'mod espliċitu fl-Artikolu 9(1)(a) tal-CRPD. Iżda l-proċess kollu ta' edukazzjoni inklużiva jrid ikun aċċessibbli, mhux biss il-bini iżda wkoll l-informazzjoni u l-komunikazzjonijiet, is-servizzi ta' appoġġ u akkomodazzjoni raġonevoli fl-iskejjel (Abbozz ta' Kumment Ġenerali dwar l-Artikolu 9 – Kumitat UN CRPD).

(10)  L-Artikolu 30 tal-CRPD jistabbilixxi li l-partijiet tal-Istat għandhom jirrikonoxxu d-dritt tal-persuni b'diżabilitajiet li jieħdu sehem fuq bażi ugwali ma' oħrajn fil-ħajja kulturali, u għandhom jieħdu l-miżuri adatt biex jiżguraw li persuni b'diżabiltiajiet:

(a)

Igawdu aċċess għal materjali kulturali f'formats aċċessibbli;

(b)

Igawdu aċċess għal programmi televiżivi, films, teatru u attivitajiet kulturali oħra, f’formats aċċessibbli;

(c)

Igawdu aċċess għal postijiet ta’ wirjiet jew servizzi kulturali, bħal teatri, mużewijiet, swali taċ-ċinema, libreriji u servizzi turistiċi, u, sa fejn possibbli, igawdu aċċess għal monumenti u siti ta’ importanza kulturali nazzjonali.

Tabilħaqq il-forniment ta' aċċess għal monumenti kulturali u storiċi kkunsidrati ta' patrimonju jista' jkun ta' sfida f'ċerti ċirkustanzi; madankollu, il-partijiet tal-Istat huma obbligati jaħdmu biex jipprovdu kemm jista' jkun aċċess għal dawk is-siti. Ħafna monumenti u siti ta' importanza kulturali nazzjonali saru aċċessibbli b'mod li ġiet ippreservata l-identità kulturali u storika kif ukoll il-karattru uniku tagħhom. (Abbozz ta' Kumment Ġenerali dwar l-Artikolu 9 – Kumitat UN CRPD).

It-Trattat internazzjonali dwar id-Dritt tal-Awtur tal-WIPO biex jiġi faċilitat l-aċċess għal xogħlijiet ippubblikati, u li ġie adottat f'Ġunju 2013, għandu jiżgura l-aċċess għal materjal kulturali mingħajr ostakli mhux raġonevoli jew diskriminatorji għal persuni b'diżabilitajiet, b'mod speċjali dawk li qed jiffaċċjaw sfidi fl-aċċess għal materjal stampat tradizzjonali.

(11)  ĠU C 271, 19.9.2013, p. 116-121.


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/24


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) bi prezz li jintlaħaq: definizzjoni, kejl, sfidi, inizjattivi Ewropej” (opinjoni fuq inizjattiva proprja)

(2014/C 177/04)

Relatur: is-Sur HENCKS

Nhar l-14 ta’ Frar 2013, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 29(2) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu, li jħejji opinjoni fuq inizjattiva proprja dwar

Servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SIEĠ) bi prezz li jintlaħaq: definizzjoni, kejl, sfidi, inizjattivi Ewropej

(Opinjoni fuq inizjattiva proprja).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar id-19 ta’ Novembru 2013.

Matul l-495 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta' Jannar 2014 (seduta tal-21 ta' Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’135 voti favur, 19-il vot kontra u 12-il astensjoni.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Għadd kbir ta' ċittadini fl-Unjoni Ewropea qed jiffaċċjaw gradi differenti ta' diffikultajiet ekonomiċi serji, skont l-Istat Membru, biex jiksbu aċċess għal servizzi essenzjali, fosthom fil-qasam tal-akkomodazzjoni, l-enerġija, il-komunikazzjoni elettronika, it-trasport, l-ilma, il-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali.

1.2

Dan meta, livell għoli ta' servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali li jkunu bi prezz li jintlaħaq ikun wieħed mill- valuri kondiviżi, jiġifieri mħaddna minn kull Stat Membru tal-Unjoni, li jinsabu fil-Protokoll 26 dwar is-Servizzi ta' interess ġenerali (anness mat-Trattati) li l-UE u l-Istati Membri jridu jqisu b'mod sħiħ skont is-setgħat rispettivi tagħhom, meta jimplimentaw il-politiki rilevanti kollha tagħhom.

1.3

Madankollu, fil-livell tal-Unjoni m'hemm l-ebda definizzjoni jew approċċ uniformi għal prezz li jintlaħaq jew għall-aċċessibbiltà ekonomika tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, bħalma ma jeżistux strumenti biex ikejlu dan, filwaqt li nżommu quddiem għajnejna l-fatt li l-Istati Membri, fil-kompetenza tagħhom li joħloqu servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali għandhom poter kbir ta' diskrezzjoni biex jimplimentawhom.

1.4

Għalhekk, il-KESE jipproponi li l-UE, minn naħa, tiċċara l-kunċett ta' prezz li jintlaħaq għas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali għal kulħadd u tadattah għall-eżiġenzi tat-trattat ta' Lisbona (Protokoll 26), kif ukoll dawk tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà u, min-naħa l-oħra tintroduċi miżuri leġislattivi sekondarji, li jobbligaw lill-Istati Membri:

jiddefinixxu indikaturi biex jiddeterminaw jekk servizz għandux prezz li jintlaħaq, kif ukoll mekkaniżmu ta' valutazzjoni indipendenti tal-prestazzjonijiet tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, bl-inklużjoni tar-rispett tal-aċċessibbiltà ekonomika;

jistabbilixxu pakkett ta' servizzi bażiċi li r-rata ta' affordabbiltà ta' familja għalihom hija stabbilita skont dak li huwa aċċettabbli, meta mqabbel mad-dħul disponibbli. Livell massimu tal-ispejjeż għal dawn is-servizzi essenzjali għandu jagħti bażi oġġettiva biex jiġi kwantifikat il-kunċett ta' prezz li jintlaħaq u biex jiġi deċiż il-perċentwali ġenerali tal-ispejjeż ta' dar li 'l fuq minnu jiġu spejjeż żejda, li jagħtu d-dritt, f'każ ta' bżonn għal għajnuniet pubbliċi;

li jiġi ċċarat il-kunċett ta' “persuni vulnerabbli” jew “gruppi żvantaġġati”. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea għandha tqis mill-ġdid il-mod kif tieħu d-deċiżjonijiet tagħha fil-qasam tal-kontroll tal-iżbalji evidenti fil-kwalifikazzjoni għall-għajnuna mill-Istat.

1.5

B'rispett sħiħ tar-responsabbiltà u l-kompetenza tal-Istati Membri, l-inklużjoni tad-data ewlenija tas-SIĠ fis-Semestru Ewropew hija kundizzjoni għat-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-UE u s-suq tagħha, b'mod partikolari fi żmien ta' kriżi.

2.   Introduzzjoni

2.1

Rigward is-servizzi ta' interess ġenerali (SIĠ), kemm jekk huma ta' natura ekonomika (SIEĠ) jew le (SINEĠ), kull abitant tal-pajjiż ikkonċernat għandu jiġi garantit aċċess għal dawn is-servizzi u għall-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali; dawn huma marbutin mill-qrib mal-għan tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali segwiti mill-Unjoni Ewropea.

2.1.1

L-Istati Membri għandhom poter kbir ta' diskrezzjoni biex jiddefinixxu, jorganizzaw u jiffinanzjaw is-SIĠ minn, u b'referenza għal azzjoni soċjali u ċivika, li tirrispondi għall-ħtiġijiet tal-utenti. F'dak li jirrigwarda is-SIEĠ, dawn is-servizzi huma bbażati fuq approċċ ta' kummerċ u soġġetti għar-regoli tal-UE tal-kompetizzjoni u tas-suq intern, ħlief jekk dawn jostakolaw it-twettiq tal-missjoni partikolari tas-SIEĠ. Fid-definizzjoni tagħhom, is-SINEĠ mhumiex marbuta bl-approċċ tas-suq u huma l-kompetenza esklużiva tal-Istati Membri, fuq il-bażi tal-Artikolu 2 tal-Protokoll 26.

2.1.2

L-Unjoni tirrikonoxxi u tirrispetta l-aċċess għal servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali kif previst fil-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali, skont l-Karta tad-drittijiet fundamentali annessa mat-Trattat ta' Lisbona, li ssemmi b'mod espliċitu li huma l-liġijiet u l-prattiki nazzjonali li jiffurmaw il-bażi għalihom. Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà ratifikata mill-Unjoni Ewropea b'mod globali tistabbilixxi livelli minimi ta' ħarsien u salvagwardja ta' firxa sħiħa ta' drittijiet ċivili, politiċi, soċjali u ekonomiċi li jgawdu l-persuni b'diżabbiltà, fosthom l-aċċessibbiltà għas-SIEĠ.

2.1.3

Għadd ta' Stati Membri jassoċjaw dan id-dritt ta' aċċess mal-kundizzjoni tal-prestazzjoni ta' servizz “b'kundizzjonijiet ekonomiċi aċċettabbli għal kulħadd”, u biex jilħqu dan, japplikaw programmi ta' għajnuna soċjali individwali u kollettivi bi gradi differenti.

Madankollu, fil-prattika, għadd kbir ta' ċittadini fl-Unjoni Ewropea jiffaċċjaw diffikultajiet serji biex jiksbu aċċess għal servizzi essenzjali, b'mod partikolari fil-qasam tal-akkomodazzjoni, l-enerġija, il-komunikazzjoni elettronika, it-trasport, l-ilma, il-kura tas-saħħa u s-servizzi soċjali.

2.2

Nuqqas ta' aċċessibbiltà tas-SIEĠ jista' jirriżulta minn fatturi differenti: jista' jiddependi mill-istorja nazzjonali li tvarja ħafna b'mudelli u servizzi soċjali differenti minn Stat Membru għall-ieħor. Jista' wkoll ikun ta' natura ekonomika (prezz tas-servizz li ma jintlaħaqx), ġeografika (servizz mhux offrut fiż-żona partikolari), soċjali (inugwaljanza fit-trattament), fiżika (konsiderazzjoni ta' diżabbiltà) jew nuqqas ta' adattament għall-ħtiġijiet u/jew il-progress tekniku (nuqqas ta' adegwatezza/livell insuffiċjenti tal-kwalità u/jew ta' sigurtà).

2.3

F'dak li jirrigwarda s-SIEĠ, livell għoli ta' kwalità, ta' sigurtà u prezzijiet li jintlaħqu tajjeb, l-ugwaljanza fit-trattament u l-promozzjoni tal-aċċess universali u tad-drittijiet tal-utenti jiffurmaw sitta mill-erbatax valuri komuni li jissemmew fil-Protokoll 26 dwar is-SIĠ (anness għat-Trattati ta' Lisbona, it-TUE u t-TFUE) li l-UE u l-Istati Membri, fir-rispett tas-setgħat tagħhom u mingħajr ma jinqabeż il-kamp ta' applikazzjoni tat-Trattati, iridu jqisu b'mod sħiħ meta jimplimentaw il-politiki tagħhom kollha li jirrigwardaw is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali fis-sens tal-Artikolu 14 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE.

2.3.1

Dawn l-erbatax-il valur, klassifikati fi tliet gruppi, huma interdipendenti kemm fi ħdan il-grupp kif ukoll bejniethom, b'tali mod li ma jistgħux jiġu klassifikati f'ġerarkija

2.3.2

Għalhekk SIEĠ kompletament affordabbli ma jkunx konformi mal-Protokoll 26 jekk ma jiġix żgurat livell għoli ta' kwalità jew sigurtà, jew jekk ma jiġix promoss l-aċċess universali għaċ-ċittadini tal-Istat Membru kkonċernat, kif ukoll jekk fil-livell nazzjonali ma ssirx distinzjoni bejn id-diversi sitwazzjonijiet ġeografiċi, soċjali jew kulturali, jew jekk pereżempju awtorità nazzjonali tipprojbixxi SIEĠ filwaqt li awtorità reġjonali jew lokali għandha d-dritt, skont id-drawwiet jew il-leġislazzjoni nazzjonali, li torganizza dan is-SIEĠ, u b'hekk tmur kontra r-rwol essenzjali u s-setgħa diskrezzjonali wiesgħa tagħhom.

2.4

Id-dispożizzjonijiet ta' dan il-Protokoll jinterpretaw b'mod espliċitu erbatax-il-valuri komuni tal-Unjoni rigward is-SIEĠ. Il-formulazzjoni pjuttost relattiva ta' ċerti valuri, b'mod partikolari l-livell għoli ta' kwalità, sigurtà jew prezz li jintlaħaq, kif ukoll il- promozzjoni tal-aċċess universali u tad-drittijiet tal-utenti, tista' tqajjem għadd ta' mistoqsijiet dwar il-valur legali jew vinkolanti u l-effetti ta' dawn id-dispożizzjonijiet. Iżda tkun xi tkun l-interpretazzjonijiet kollha, it-tweġiba għal dawn il-mistoqsijiet, bħal fil-każ tal-ewwel artikolu tal-Protokoll 26, hija waħda sempliċi u evidenti u hija l-istess bħall-artikolu interpretat: f'kull il-każ l-awtorità nazzjonali, reġjonali jew lokali kkonċernata għandha s-setgħa li tiddefinixxi r-relazzjonijiet differenti għad-diversi SIEĠ.

3.   Il-kunċett ta' prezz li jintlaħaq fil-liġijiet Ewropej

3.1

Fil-livell tal-Unjoni m'hemm l-ebda definizzjoni omoġenja jew approċċ uniformi għal prezz li jintlaħaq jew għall-aċċessibbiltà ekonomika tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, bħalma ma jeżistux strumenti biex ikejlu dan. Prezz li jintlaħaq spiss jiddependi minn perċezzjoni suġġettiva tal-utent ta' dak li jiswa u dak li jikkontribwixxi għall-benessri taċ-ċittadin.

3.2

B'mod ġenerali, servizz bi prezz li jintlaħaq għandu jippermetti liċ-ċittadini li “jħallsu għas-servizz b'mod faċli” (Green paper dwar l-iżvilupp tas-suq uniku tas-servizzi postali) (1).

3.3

Servizz jista' jintlaħaq minn kulħadd jekk jingħata b'xejn liċ-ċittadini, bħal pereżempju f'ċerti bliet jew reġjuni li joffru trasport pubbliku urban b'xejn.

3.4

Biex joħorġu fid-dieher il-kumplessità, id-diffikultajiet u d-diversitajiet tal-implimentazzjoni fil-prattika ta' prezz li jintlaħaq, il-KESE jikkwota hawn taħt, bħala eżempju, l-interpretazzjonijiet relatati applikati fis-setturi tal-akkomodazzjoni, tat-telekomunikazzjonijiet, tal-elettriku u tal-gass. Barra minn hekk, il-KESE jenfasizza li l-aċċess għall-kura tas-saħħa qiegħed jiġi mhedded f'għadd ta' Stati Membri b'rabta mad-dħul tal-persuni li meta jonqsulhom il-mezzi meħtieġa jirrinunċjaw għall-kura. Ir-rapport dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE “is-solidarjetà fis-saħħa:it-tnaqqis tal-inugwaljanzi fis-settur tas-saħħa fl-UE” tal-2009, josserva l-aktar rabta qawwija bejn in-nuqqas ta' mezzi u l-problemi fis-saħħa li jirriżultaw minnu.

3.5

Ir-rekwiżit bi prezz li jintlaħaq iddaħħal mal-liġijiet marbutin mal-liberalizzazzjoni tal-industriji li jużaw netwerk, bħala element indiviżibbli mis-servizz universali nazzjonali tat-telekomunikazzjonijiet, tal-elettriku u tas-servizzi postali, u b'rabta mill-qrib mal-għan tal-koeżjoni soċjali u territorjali segwit mill-UE.

3.6

L-approċċ tal-Unjoni huwa bbażat fuq żewġ kunċetti ta' prezz li jintlaħaq: wieħed b'dimensjoni universali, l-ieħor limitat għall-popolazzjonijiet li għandhom dħul baxx, li huma żvantaġġati jew vulnerabbli, bħall-persuni b'diżabbiltà jew li għandhom ħtiġijiet soċjali speċifiċi. Dan it-tieni kunċett m'għandux sens ħlief jekk jimmira għall-“promozzjoni ta' aċċess universali” b'konformità mal-Protokoll 26.

3.7

Madankollu, irid jiġi rikonoxxut li minkejja li prezz li jintlaħaq sar valur komuni tal-Unjoni Ewropea, u r-rispett tiegħu huwa obbligatorju għall-Istati Membri, tariffi bħal, pereżempju, il-prezz tal-enerġija, is-servizzi tar-roaming tal-komunikazzjoni mobbli, it-trasport, jew il-prezz u l-kiri tal-akkomodazzjoni, jibqgħu sproporzjonati meta mqabbla mad-dħul disponibbli ta' klassi tal-popolazzjoni li kulma tmur qed tikber. Barra minn hekk, id-definizzjonijiet ta' prezz li jintlaħaq, li jeżistu f'diversi regolamenti tal-UE, li l-KESE qed jikkwota hawn taħt bħala eżempji mhux eżawrjenti, ivarjaw ħafna u, qabel xejn, huma approssimattivi ħafna.

3.8

L-akkomodazzjoni

3.8.1

L-istħarriġ baġitarju tad-djar (UE-SILC), li sar fl-Istati Membri kollha, jistabbilixxi r-rata ta' affordabbiltà ekonomika massima għal akkomodazzjoni għal 40 % tad-dħul disponibbli f'dik id-dar. Jekk il-prezz ta' akkomodazzjoni jaqbeż dan il-livell, għandu jitqies bħala prezz li ma jintlaħaqx.

3.8.2

L-Istati Membri jintervjenu b'mod diversifikat ħafna u bi gradi varji ħafna fil-mod kif jaħdem is-suq tagħhom tal-akkomodazzjoni bil-għan li jippermettu lil kull ċittadini li jkollu aċċess għal akkomodazzjoni deċenti bi prezz li jintlaħaq, permezz ta' għajnuna għall-akkomodazzjoni, f'każ ta' bżonn. Il-maġġoranza l-kbira tal-Istati Membri stabbilixxew mekkaniżmi ta' għajnuna soċjali jew ta' għajnuna fiskali bil-għan li jibbilanċjaw dan l-aspett prinċipali tal-ispejjeż li huma ta' piż fuq id-djar u jissussidjaw offerta parallela ta' akkomodazzjoni msejħa “akkomodazzjoni soċjali” b'mod kumplementari għall-offerta li tinstab b'mod spontanju fis-suq privat.

3.8.3

L-akkomodazzjoni soċjali hija risposta tal-awtoritajiet pubbliċi għall-bżonnijiet tal-akkomodazzjoni li ma jiġux koperti mis-suq u tiggarantixxi l-aċċess għal akkomodazzjoni diċenti bi prezz jew kera li jintlaħqu minn kulħadd. 25 miljun familja Ewropea tgħix f'akkomodazzjoni soċjali.

3.8.4

Minkejja dawn id-dispożizzjonijiet, għal ħafna ċittadini fl-Unjoni Ewropea, l-aċċess għal akkomodazzjoni diċenti m’għadux jista' jintlaħaq mil-lat finanzjarju. Fl-2011, 15 % tal-popolazzjoni Ewropea kienet qed tgħix f’akkomodazzjoni b’wisq nies jew li mhijiex ta' livell diċenti u 17 % tad-djar irrapurtaw spiża għolja wisq għall-akkomodazzjoni meta mqabbla mad-dħul disponibbli li għandhom (2).

3.8.5

Bid-deċiżjoni tagħha tal-20 ta' Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta' kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, il-Kummissjoni illimitat il-provvista ta' akkomodazzjoni soċjali sussidjata għall-persuni żvantaġġati jew għal gruppi soċjali anqas vantaġġjati li huma identifikati b'mod ċar bħala tali, li, għal raġunijiet ta' likwidità, ma jistgħux isibu akkomodazzjoni bil-kundizzjonijiet tas-suq, u dan iqajjem dubji fir-rigward tal-valuri msemmija fil-Protokoll 26.

3.9

Telekomunikazzjoni

3.9.1

Jekk is-suq intern u l-kompetizzjoni ħielsa kkontribwew biex jonqsu t-tariffi unitarji tat-telekomunikazzjoni, dan it-tnaqqis huwa dovut ukoll, tal-anqas parzjalment, għall-iżvilupp teknoloġiku u għal-limiti imposti fuq il-prezzijiet tal-komunikazzjoni mobbli bir-roaming mill-awtoritajiet tal-UE.

3.9.2

Il-leġislazzjoni li tirrigwarda t-telekomunikazzjoni (3) tqis li l-kunċett tal-prezzijiet li jintlaħqu huwa marbut ma' prezz li jista' jintlaħaq, "fid-dawl ta' kondizzjonijiet nazzjonali speċifiċi, għall-użu tat-telefon u tal-kapaċità tal-utent li jiġġestixxi l-ispejjeż tiegħu. Din il-formolazzjoni tidher li hi aktar preċiża, solida u vinkolanti mill-indikatur ippjanat fin-nota metodoloġika tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-valutazzjoni orizzontali tas-SIEĠ (4) li tiddefinixxi l-kunċett ta' prezz li jintlaħaq bħala l-prezz tas-servizzi meta mqabbla mad-dħul tal-konsumaturi bi dħul baxx/dħul medju (għal livelli differenti ta' dħul).

3.10

Elettriku u gass

3.10.1

Fis-settur tal-elettriku u l-gass, il-Kummissjoni tqis li s-sussidji jew ir-regolazzjoni tal-prezzijiet li jimmiraw li jnaqqsu l-prezzijiet globali tal-enerġija għandhom it-tendenza li jnaqqsu l-inċentivi għall-użu effiċjenti tal-enerġija u ma jimmirawx speċifikament għal min għandu bżonn, u jistgħu jgħawġu l-kompetizzjoni (5).

3.10.2

B'hekk l-Istati Membri huma mistiedna li jieħdu l-miżuri li jiggarantixxu ħarsien adegwat tal-konsumaturi vulnerabbli (6). Sussidji diretti lill-konsumaturi minn awtorità pubblika mhumiex ammessi ħlief jekk il-kunċett tal-faqar enerġetiku jiġi definit b'mod ċar u jekk il-persuni vulnerabbli jiġu identifikati b'mod ċar fil-livell nazzjonali. Għall-konsumaturi li għaddejjin minn diffikultajiet finanzjarji, il-provvista tal-enerġija għandha, anke fil-każ li ma jsirx ħlas, tinżamm għal ċertu perjodu.

3.10.3

Għandu jiġi nnotat li l-kunċett ta' faqar enerġetiku ma jirrigwardax ħlief is-setturi tal-elettriku u tal-gass u ma jinkludix il-karburanti l-oħra użati b'mod partikolari għat-tisħin urban.

3.10.4

Il-politika tal-enerġija tal-UE tibbaża fuq it-tnaqqis tal-konsum tal-enerġija bl-appoġġ ta' miżuri ta' użu effikaċi tal-enerġija jew tal-iżolazzjoni termika tal-akkomodazzjonijiet biex iżżid l-aċċessibbiltà għas-servizzi tal-enerġija. Madankollu, it-titjib fil-prestazzjoni enerġetika titlob investiment sostanzjali li r-ritorn ekonomiku tiegħu bit-tnaqqis tal-ispejjeż tal-enerġija ma jinkisibx ħlief fuq perjodu twil. Fl-opinjoni fuq inizjattiva proprja tiegħu “Lejn azzjoni Ewropea kkoordinata għall-prevenzjoni u l-ġlieda tal-faqar fil-qasam tal-enerġija” (CES2517-2013), il-KESE żviluppa proposti konkreti f'dan il-qasam.

4.   Il-kejl ta' prezz li jintlaħaq

4.1

Fl-2004, fil-qafas tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-SIEĠ tal-industriji tan-netwerk, il-Kummissjoni kienet kejlet kemm it-tariffi ta' dawn in-netwerks jistgħu jintlaħqu faċilment permezz ta' indikatur li jibbaża fuq il-perċentwali tad-dħul annwali li utent għandu jonfoq kull sena biex jikseb ċertu pakkett ta' servizzi.

4.2

L-istħarriġ tal-Ewrobarometru dwar is-sodisfazzjon taċ-ċittadini Ewropej rigward is-servizzi tal-industriji li jużaw netwerk joffri biss valutazzjoni suġġettiva ta' kemm il-prezz ta' dawn is-servizzi jista' jintlaħaq u l-aktar li jista' jservi huwa bħala indikazzjoni ta' tendenza ġenerali.

4.3

Ma jeżistux kriterji uffiċjali tal-UE sabiex tiġi determinata l-aċċessibbiltà ekonomika tas-SIEĠ. It-testi tal-UE jiffukaw aktar fuq il-prinċipji u r-regoli armonizzati tal-iffissar tal-prezzijiet “ibbażati fuq l-ispejjeż”, jew “aktar relatati mal-ispejjeż”, jew aħjar fuq “il-kopriment tal-ispejjeż” (hekk kif timponi d-direttiva qafas dwar l-ilma), filwaqt li tkun assigurata l-provvista tas-SIEĠ għall-popolazzjoni kollha.

4.4

Madankollu, it-tariffi bbażati fuq l-ispejjeż, anke mingħajr profitt għall-fornitur, mhumiex sinonimi ma' aċċessibbiltà ekonomika u ma jiggarantux aċċess għas-servizzi kollha bi prezzijiet li jintlaħqu.

4.5

Skont il-Green Paper dwar is-servizzi ta' interess ġenerali fl-2003 l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu xi kriterji sabiex jiġi determinat kemm servizz ikun bi prezz li jintlaħaq. Huma għandhom jiżguraw li l-kriterji stabbiliti jirriflettu l-aderenza għal sett ta' drittijiet għall-konsumaturi u l-utenti, bħall-aċċessibbiltà għas-SIEĠ għall-persuni b'diżabbiltà, filwaqt li jdaħħlu fis-seħħ mekkaniżmu biex jikkontrollaw il-prezzijiet u/jew billi jipprovdu sussidji lil dawk ikkonċernati. Dawn il-kriterji jistgħu jkunu marbuta, pereżempju, mal-prezz ta' baskett ta' servizzi bażiċi, li jrid jiġi definit fil-livell tal-Istati Membri, fejn il-prezz massimu (ir-rata ta' affordabbiltà) huwa stabbilit skont dak li huwa aċċettabbli fir-rigward tad-dħul disponibbli għall-aktar ċittadini vulnerabbli.

5.   Ir-rwol tal-Unjoni Ewropea

5.1

Skont il-Green Paper dwar is-SIĠ “meta jkun hemm kompetizzjoni effettiva, il-mekkaniżmi tas-suq jistgħu jiżguraw il-forniment ta' servizzi bi prezz raġonevoli u ta' kwalità xierqa, li jnaqqas bil-kbir il-ħtieġa għal intervent regolatorju.”

5.2

Fir-rigward tal-kuntest il-ġdid tat-Trattati, il-Kummissjoni Ewropea tindika madankollu fil-Komunikazzjoni tagħha Qafas ta' kwalità għas-Servizzi ta' Interess Ġenerali fl-Ewropa (COM (2011) 900 final) “Dan se jiżgura – f'każ ta' bżonn bil-għajnuna ta' qafas ta' kwalità uniku – li fis-snin li ġejjin l-ambjent regolatorju fil-livell tal-UE jkompli jsaħħaħ id-dimensjoni soċjali tas-suq uniku, biex iqis aħjar in-natura speċifika ta’ dawn is-servizzi, u biex jilqa’ l-isfida sabiex dawn is-servizzi jitwasslu b'mod li jkun jinkorpora l-valuri ta’ kwalità, sigurtà u affordabbiltà, it-trattament ugwali, l-aċċess universali u d-drittijiet tal-utenti kif rikonoxxuti fil-Protokoll” 26, jiġifieri: livell għoli ta' kwalità u ta' sigurtà u, bi prezz li jintlaħaq, l-ugwaljanza tat-trattament u l-promozzjoni tal-aċċess universali u d-drittijiet tal-utenti.

5.3

Fost l-obbligi tas-servizz pubbliku previsti mil-leġislazzjoni tal-UE hemm wkoll l-aċċess u l-prezz li jintlaħaq għall-konsumaturi kollha b'dispożizzjonijiet speċifiċi għall-konsumaturi vulnerabbli u b'diżabbiltà.

5.4

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni għandha, minn naħa waħda toħloq koordinazzjoni aħjar bejn is-servizzi tagħha stess kif ukoll għodda ta' statistika ġenwina permezz ta' qsim u ġbir tad-data (b'konformità stretta mal-kunfidenzjalità tad-data). U min-naħa l-oħra għandha tiċċara l-kunċett ta' affordabbiltà għas-SIEĠ għal kulħadd u tadattah għall-ħtiġijiet tat-Trattat ta' Lisbona (Protokoll 26) u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, filwaqt li tipproponi miżuri leġislattivi li jinkorporaw fihom dan l-obbligu għall-Istati Membri:

jiddefinixxu indikaturi biex jiddeterminaw jekk servizz għandux prezz li jintlaħaq, kif ukoll mekkaniżmu ta' valutazzjoni indipendenti tal-prestazzjonijiet tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, bl-inklużjoni tar-rispett tal-aċċessibbiltà ekonomika;

li jiddeterminaw baskett ta' servizzi bażiċi, li għalihom hija determinata r-rata ta' affordabbiltà aċċettabbli ta' familja, meta mqabbla mad-dħul disponibbli. Biex tiġi determinata l-affordabbiltà ta' baskett ta' servizzi, jeħtieġ li ma jintrabtux is-servizzi differenti għad-dħul disponibbli skont is-settur. Għalhekk jeħtieġ li jiġu kkunsidrati s-servizzi kollha meqjusa essenzjali (għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà) sabiex jiġi determinat il-perċentwal globali tal-ispejjeż ta' familja fejn hemm spiża eċċessiva (simili għal dak li jsir għall-akkomodazzjoni) u f'dan il-każ, jiġu previsti modi ta' finanzjament alternattivi skont l-Artikolu 14 tat-TFUE sabiex jiġi żgurat l-aċċess għas-SIEĠ;

li jiġi ċċarat il-kunċett ta' “persuni vulnerabbli” jew “gruppi żvantaġġati”. F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea għandha tqis mill-ġdid il-mod kif tieħu d-deċiżjonijiet tagħha fil-qasam tal-kontroll tal-iżbalji evidenti fil-kwalifikazzjoni għall-għajnuna mill-Istat. Hija għandha tħalli f’idejn l-Istati Membri r-responsabbiltà tad-definizzjoni tal-kundizzjonijiet tal-aċċess bi prezz li jintlaħaq b’referenza għall-bżonnijiet taċ-ċittadini u l-preferenzi nazzjonali jew lokali, kif ukoll il-bżonnijiet reali taċ-ċittadini żvantaġġati jew tal-gruppi soċjali inqas vantaġġati fil-livell soċjali, b’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Protokoll 26 dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali.

5.5

B'rispett sħiħ tar-responsabbiltà u l-kompetenza tal-Istati Membri, l-inklużjoni tad-data ewlenija tas-SIĠ fis-Semestru Ewropew hija kundizzjoni għat-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-UE u s-suq tagħha, b'mod partikolari fi żmien ta' kriżi.

Brussell, 21 ta’ Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  COM(1991) 476 final.

(2)  Eurofound: Third European Quality of Life Survey – Quality of life in Europe: impacts of the crisis 2012Household debt advisory services in the Europe Union.

(3)  Id-Direttiva 2002/22/KE.

(4)  COM(2002) 331 final.

(5)  COM(2012) 663 final – Lejn suq intern tal-enerġija effiċjenti.

(6)  Direttiva 2009/72/KE (elettriku) u Direttiva 2009/73/KE (gass).


APPENDIĊI

għall-OpinjonI tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

L-emendi li ġejjin inċaħdu waqt id-diskussjoni iżda rċevew aktar minn kwart tal-voti:

Punt 1.4

L-emenda għal punt 1.4 hija relatata ma dik tal-punt 5.4 u l-vot għaż-żewġ emendi sar flimkien

Ibdel it-test kif ġej:

1.4

Għalhekk, i Il-KESE jipproponi li l-UE, minn naħa, tiċċara l-kunċett ta' prezz li jintlaħaq għas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali għal kulħadd u tadattah għall-eżiġenzi tat-trattat ta' Lisbona (Protokoll 26), kif ukoll dawk tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà u, min-naħa l-oħra tintroduċi miżuri leġislattivi sekondarji, li jobbligaw lill-Istati Membri:

jiddefinixxu li jiġu stabbiliti indikaturi biex jiddeterminaw jekk servizz għandux prezz li jintlaħaq, kif ukoll mekkaniżmu nazzjonali ta' valutazzjoni indipendenti tal-prestazzjonijiet tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, bl-inklużjoni tar-rispett tal-aċċessibbiltà ekonomika;

jistabbilixxu baskett ta' servizzi bażiċi li r-rata ta' affordabbiltà ta' familja għalihom hija stabbilita skont dak li huwa aċċettabbli, meta mqabbel mad-dħul disponibbli. Livell massimu tal-ispejjeż għal dawn is-servizzi essenzjali għandu jagħti bażi oġġettiva biex jiġi kwantifikat il-kunċett ta' prezz li jintlaħaq u biex jiġi deċiż il-perċentwali ġenerali tal-ispejjeż ta' dar li 'l fuq minnu jiġu spejjeż żejda, li jagħtu d-dritt, f'każ ta' bżonn għal għajnuniet pubbliċi;

li jiġi ċċarat il-kunċett ta' “persuni vulnerabbli” jew “gruppi żvantaġġati”sabiex . F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea, jekk ikun hemm bżonn, tkun tista' għandha tqis mill-ġdid il-mod kif tieħu d-deċiżjonijiet tagħha fil-qasam tal-kontroll tal-iżbalji evidenti fil-kwalifikazzjoni għall-għajnuna mill-Istat.’

Raġuni

Point 1.4, first paragraph:

 

It is not up to the Parliament, Council or Commission to establish definitions for values arising from Article 14 and interpreted by Protocol 26 (see also amendment to point 3.9.2, and associated reason). The reference to the UN convention in question (on the rights of persons with disabilities) is reinserted in the amendment to point 5.4, third bullet point.

Point 1.4 – second bullet point:

 

Delete the second bullet point, because it is not up to the Commission or the Member States to establish a specific package of SGEIs. For the sake of clarity, it is worth reiterating the argument in full here: in European primary legislation, ‘public services’ does not mean the same thing as ‘SGEIs’. In the Treaty of Rome, SGEIs are referred to in Article 90(2) (now Article 106(2) of the Lisbon Treaty); Article 77 (now Article 93), on transport, refers to ‘the concept of a public service’. This concept is a political term for a particular form of transport policy, and thus has nothing to do with a specific, concrete service, which is an essential precondition for being designated as an SGEI; this can only be done by a Member State or one of its subordinate authorities, and only for that country, region or local authority. Moreover, the changes that the Lisbon Treaty made to EU legislation on SGEIs weakened rather than strengthened the EU's influence in comparison with national competences (1). Indeed, the Council's and Parliament's new regulatory powers under Article 14 relate only to ‘principles and conditions, particularly economic and financial conditions’ to enable SGEIs to operate – a competence that was already held largely by the European Commission as the guardian of the Treaties. The Council and Parliament thus quite explicitly have no authority over the 14 ‘shared values’, of which affordability is one. They are, and remain, an exclusively national competence. It is therefore clear that providing all of Europe's inhabitants with an acceptable quality of life is not a question of national SGEIs, but of using sectoral legislation to bring all Member States up to the desired minimum level. This is the direction that the EESC's opinions should take, so that the objective can definitely be achieved with the agreement of and, more importantly, action from the European Commission (which has already rejected three own-initiative opinions advocating the SGI path).

Point 1.4 – third bullet point:

 

There is no logical connection between the first and second sentences of the third bullet point. The proposed amendments provide that connection. The reference to the UN convention in question (on the rights of persons with disabilities) is reinserted in the amendment to point 5.4, third bullet point.

Punt 5.4

Ibdel it-test kif ġej:

‘5.4

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, il-Kummissjoni, minn naħa waħda ser toħloq, bis-saħħa ta' koordinazzjoni aħjar bejn is-servizzi tagħha stess, kif ukoll għodda ta' statistika ġenwina permezz ta' qsim u ġbir tad-data (b'konformità stretta mal-kunfidenzjalità tad-data). U min-naħa l-oħra għandha tiċċara l-kunċett ta' affordabbiltà għas-SIEĠ għal kulħadd u tadattah għall-ħtiġijiet tat-Trattat ta' Lisbona (Protokoll 26) u l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet tal-persuni b'diżabbiltà, f Filwaqt li min-naħa l-oħra tkun tista' tipproponi miżuri leġislattivi li jinkorporaw fihom dan fil-leġislazzjoni sekondarja l-obbligu għall-Istati Membri:

li jiddefinixxu indikaturi biex jiddeterminaw jekk servizz għandux prezz li jintlaħaq, kif ukoll mekkaniżmu ta' valutazzjoni indipendenti tal-prestazzjonijiet tas-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, bl-inklużjoni tar-rispett tal-aċċessibbiltà ekonomika;

li jiddeterminaw baskett ta' servizzi bażiċi, li għalihom hija determinata r-rata ta' affordabbiltà aċċettabbli ta' familja, meta mqabbla mad-dħul disponibbli. Biex tiġi determinata l-affordabbiltà ta' baskett ta' servizzi, jeħtieġ li ma jintrabtux is-servizzi differenti għad-dħul disponibbli skont is-settur. Għalhekk jeħtieġ li jiġu kkunsidrati s-servizzi kollha meqjusa essenzjali (għandhom jiġu ddeterminati mill-Istati Membri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà) sabiex jiġi determinat il-perċentwal globali tal-ispejjeż ta' familja fejn hemm spiża eċċessiva (simili għal dak li jsir għall-akkomodazzjoni) u f'dan il-każ, jiġu previsti modi ta' finanzjament alternattivi skont l-Artikolu 14 tat-TFUE sabiex jiġi żgurat l-aċċess għas-SIEĠ;

li jiġi ċċarat il-kunċett ta' “persuni vulnerabbli” jew “gruppi żvantaġġjati”sabiex . F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni Ewropea, jekk ikun hemm bżonn, tkun tista' għandha tqis mill-ġdid il-mod kif tieħu d-deċiżjonijiet tagħha fil-qasam tal-kontroll tal-iżbalji evidenti fil-kwalifikazzjoni għall-għajnuna mill-Istat. Hija għandha tħalli f’idejn l-Istati Membri r-responsabbiltà tad-definizzjoni tal-kundizzjonijiet tal-aċċess bi prezz li jintlaħaq b’referenza għall-bżonnijiet taċ-ċittadini u l-preferenzi nazzjonali jew lokali, kif ukoll il-bżonnijiet reali taċ-ċittadini żvantaġġati jew tal-gruppi soċjali inqas vantaġġati fil-livell soċjali, b’konformità wkoll mad-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità tal-Protokoll 26 dwar is-servizzi ta’ interess ġenerali.’

Raġuni

Point 5.4, first paragraph:

The first sentence has the same objective but expresses it in a more elegant way. It is not for the EESC to express a view on the internal organisation of the European Commission.

It is not for the Commission to define values from Article 14, as interpreted by Protocol 26 (see also amendment to point 3.9.2 and reason).

The reference to the United Nations Convention is moved to the bullet points.

Point 5.4 – second bullet point:

 

This contradicts the third bullet point. It would be better to delete the second bullet point, as it is not for the Commission to oblige the Member States to establish a specific basket of SGEIs. For the sake of clarity the overall argument should be reiterated here: in European primary law ‘public services’ are not the same thing as SGEIs. SGEIs are already mentioned in Article 90(2) of the Treaty of Rome (now in the Treaty of Lisbon, Article 106(2)). Article 77 (now Article 93), on transport, deals with the concept of public services. This is a political name for a specific form of transport policy and therefore has nothing to do with the provision of a specific service, which is a precondition for being designated an SGEI, exclusively by a Member State or a delegated authority of the Member State, a designation which is valid only in the relevant country, region or local area. The changes to the rules on SGEIs introduced by the Treaty of Lisbon have weakened the European dimension of SGEIs rather than strengthened it, in favour of national competences (2). The new regulatory powers of the Council and the Parliament, based on Article 14, only concern the ‘principles and conditions, particularly economic and financial conditions, which enable (SGEIs) to fulfil their missions’, a power which previously resided mainly with the European Commission, the guardian of the Treaties. The Council and the Parliament thus have no powers with regard to the 14 ‘shared values’, of which affordability is one. The rules thus are, and remain, an exclusively national competence. In order to ensure that all Europeans can enjoy an acceptable quality of life, the path to take is thus clearly not that of national SGEIs but rather the route of sectoral legislation, requiring all Member States to achieve the desired minimum level. EESC opinions should focus on this and this approach will undoubtedly meet with approval and, more importantly, action by the European Commission, which has already rejected the previous three opinions arguing that the SGI route should be taken.

Point 5.4 – third bullet point:

There is no logical link between the first and second sentences of the third bullet point. This is corrected by the proposed amendment.

Protocol 26 contains no provisions on ‘disadvantaged citizens or socially less advantaged groups’. A call for compliance with a UN convention is never out of place, however.

Riżultat tal-votazzjoni:

Favur

:

110

Kontra

:

44

Astensjonijiet

:

12


(1)  As the texts came from the Dutch Government, reference should be made, with regard to their development and intent, primarily to the proceedings of the Dutch Parliament: Kamerstukken I, series 31384 (R1850) C, and Kamerstukken II, series 31384 (R1850) No 4, parliamentary term 2007-2008.

(2)  As the texts originated from the Dutch government, their history and significance can best be elucidated by reference to the proceedings of the Dutch parliament. Upper and Lower Chamber documents, series 31384 (R 1850) C, No. 4, 2007-2008.


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/32


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Strateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR)” (opinjoni esploratorja)

(2014/C 177/05)

Relatur Ġenerali: is-Sur DIMITRIADIS

Korelatur Ġenerali: is-Sur PALMIERI

Nhar l-20 ta’ Novembru 2013, is-Sur ŠEFČOVIČ, Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea, talab lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew ifassal opinjoni esploratorja dwar

Strateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR)

Nhar il-15 ta' Ottubru 2013 il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Koeżjoni Ekonomika u Soċjali sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-495 sessjoni plenarja tiegħu tal-21 u t-22 ta’ Jannar 2014 (seduta tal-21 ta' Jannar 2014) li jaħtar lis-Sur Dimitriadis bħala relatur ġenerali, u s-Sur Palmieri bħala korelatur ġenerali u adotta din l-Opinjoni b' 150 vot favur, 0 voti kontra u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon l-attenzjoni speċjali mogħtija lit-tfassil ta' Strateġija tal-Unjoni Ewropea għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR), sabiex jiġu appoġġati l-koeżjoni u l-kompetittività fid-dawl tal-isfidi li ma jistgħux jiġu solvuti b'mod sodisfaċenti minn reġjuni jew pajjiżi waħedhom permezz tal-mezzi tas-soltu.

1.2

Il-KESE jinnota li d-dokument ta' diskussjoni ma jsemmix il-valur strateġiku tal-kooperazzjoni Mediterranja. Il-KESE jixtieq jenfasizza li filwaqt li l-kooperazzjoni reġjonali Adrijatika u Jonika hija fundamentali biex tassisti l-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-proċess ta' qabel l-adeżjoni, u għat-tisħiħ tar-rabtiet mal-makroreġjuni tad-Danubju u tal-Baltiku, huwa essenzjali wkoll li ż-żona Adrijatika u Jonika titqies bħala żona funzjonali fil-baċir tal-Mediterran.

1.3

Il-KESE jemmen li l-EUSAIR trid tadotta programm komprensiv ta' lista ta' proġetti u skemi mmirati lejn l-azzjoni. L-istrateġija għandha tagħmel użu tal-aħjar prattiki li diġà ġew żviluppati fi strateġiji makroreġjonali oħra (Baħar Baltiku, Danubju u l-Atlantiku), l-Unjoni għall-Mediterran (1), l-Istrateġija Ewropa 2020, programmi attwali tal-UE u miżuri ta' finanzjament (2) u inizjattivi tal-UE bħal INTERACT sabiex jingħataw għajnuna teknika u taħriġ (3). Għandha tkun marbuta b'mod operattiv ukoll ma' politiki oħra tal-UE, bħall-Koeżjoni, il-Politika Agrikola Komuni u l-Politika Komuni tas-Sajd, il-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, in-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija, Orizzont 2020, l-Aġenda Diġitali, il-programm COSME, il-Politika Marittima Integrata, u l-politika dwar is-CEAS (4). Ir-riżultat finali għandu jkun lista prattika ta' miżuri, programmi u skemi sabiex tkun żgurata koeżjoni akbar għall-popli tar-reġjun.

1.4

Il-KESE jinnota l-assenza totali tas-settur privat fid-dokument ta' diskussjoni u jenfasizza r-rwol importanti li jaqdi dan is-settur bħala mutur għat-tkabbir u l-impjiegi. Huwa jenfasizza l-ħtieġa kemm għas-settur privat kif ukoll għall-partijiet interessati tas-soċjetà ċivili biex ikunu involuti b'mod iktar attiv fit-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-EUSAIR. Huwa rakkomandat bil-qawwa li jsir użu aħjar tal-potenzjal tas-settur privat biex jiġbed l-investiment (kemm lokali kif ukoll internazzjonali) u biex jinħolqu opportunitajiet ta' negozju.

1.5

Il-KESE jemmen li l-istrateġija għandha tinkludi dimensjoni soċjali iktar b'saħħitha, sabiex jiġi appoġġat aħjar it-tkabbir inklużiv fir-reġjun Adrijatiku u Joniku. Huwa ta' importanza vitali wkoll li jiġu involuti r-rappreżentanti ta' gruppi soċjali “esklużi” fid-djalogu soċjali bħall-komunitajiet tal-migranti, persuni b'diżabilitajiet u organizzazzjonijiet tan-nies, u li jiġu appoġġati bis-sħiħ politiki tal-UE mmirati lejn il-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni abbażi tal-oriġini razzjali jew etnika, diżabilità, età, orjentazzjoni sesswali jew ġeneru.

1.6

Il-KESE jiddispjaċih li d-dokument ta' diskussjoni ma jindirizzax b'mod adegwat il-kwistjonijiet madwar il-flussi ta' migrazzjoni irregolari u illegali. L-UE trid tagħmel aktar sforzi biex tgħin lir-reġjun Adrijatiku u Joniku biex jiffaċċja l-isfida tal-migrazzjoni u biex jintegra lill-immigranti fis-soċjetà.

1.7

Il-KESE jemmen li l-pulizija u s-sigurtà huma importanti ħafna għall-progress u l-prosperità tar-reġjun Adrijatiku u Joniku u jappella lill-Kunsill biex iżid il-baġit tal-FRONTEX u s-setgħa tiegħu li jieħu azzjoni (5).

1.8

Minkejja li f'dawn l-aħħar snin twettqu bosta inizjattivi u proġetti ta' sħubija relatati mal-kwsitjonijiet makroreġjonali fil-qasam ta' kooperazzjoni konċernat (l-Ewroreġjun Adrijatiku, il-Forum tal-Kmamar tal-Kummerċ tal-Adrijatiku u l-Joniku, il-Forum tal-Bliet Adrijatiċi u Joniċi, Uniadrion, eċċ), il-KESE jixtieq ukoll juri li din l-istrateġija ħadet żmien twil biex twettqet minkejja l-fatt li d-diskussjonijiet dwar l-Inizjattiva Adrijatika u Jonika ilhom li bdew minn Ottubru 1999 fuq talba tal-gvern Taljan u ġew stabbiliti uffiċjalment f'Mejju 2000 bid-Dikjarazzjoni ta' Ancona. Wara dan id-dewmien kollu, f'daqqa waħda l-iskadenza ta' żmien għall-approvazzjoni finali ġiet kkondensat b'mod li huwa diffiċli immens għall-membri tal-KESE biex jaħdmu b'mod adegwat fuq il-pożizzjoni tal-Kumitat.

2.   Strateġija tal-UE għar-Reġjun Adrijatiku u Joniku (EUSAIR): kuntest u problemi

2.1

L-ewwel sforz ta' kooperazzjoni fir-reġjun Adrijatiku u Joniku kien Il-Patt ta' Stabilità għax-Xlokk tal-Ewropa, li tnieda fl-1999. Dan kien qafas immirat lejn it-tisħiħ tal-paċi, id-demokrazija, id-drittijiet tal-bniedem u l-ekonomija f'pajjiżi fix-Xlokk tal-Ewropa, mill-1999 sal-2008. Taħt din l-inizjattiva, u fis-Summit Finlandiż tal-UE li sar f'Tampere f'Ottubru 1999, il-Gvern Taljan ippreżenta l-Inizjattiva Adrijatika u Jonika, li twaqqfet uffiċjalment f'Ancona (l-Italja) f'Mejju 2000 permezz tal-iffirmar tad-Dikjarazzjoni ta' Ancona. Din id-dikjarazzjoni rrappreżentat il-“politika ewlenija” għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni territorjali Adrijatika u Jonika, u l-promozzjoni tal-istabilità politika u ekonomika, u b'hekk ħolqot bażi solida għall-proċess tal-integrazzjoni Ewropea. Inizjalment iffirmata mill-Ministri għall-Affarijiet Barranin tal-Albanija, tal-Bosnja-Ħerzegovina, tal-Kroazja, tal-Greċja, tal-Italja u tas-Slovenja, l-Inizjattiva wara ġiet estiża għall-unjoni federattiva tas-Serbja u l-Montenegro.

2.1.1

B'referenza għad-Dikjarazzjoni ta' Ancona, diversi netwerks ta' kooperazzjoni istituzzjonali ġew attivati biex jappoġġaw il-koeżjoni u l-kompetittività fir-reġjun Adrijatiku u Joniku: l-Ewroreġjun Adrijatiku u Joniku, il-Forum tal-Bliet Adrijatiċi u Joniċi, il-Forum tal-Kmamar tal-Kummerċ Adrijatiċi u Joniċi, l-Uniadrion u l-Inizjattiva Adrijatika u Jonika.

2.2

Fid-19 ta' Novembru 2012, waqt laqgħa ministerjali bejn il-Kummissjoni u l-Ministri tal-Affarijiet Barranin mir-Reġjun Adrijatiku u Joniku, ġew adottati dawn id-deċiżjonijiet:

Appoġġ qawwi għall-istrateġija l-ġdida mogħti lill-partijiet kollha;

L-istrateġija l-ġdida għandha tuża l-aħjar prattiki u esperjenzi tal-istrateġiji makroreġjonali tad-Danubju (6) u tal-Baltiku (7);

Il-miżuri m'għandhomx ikunu duplikazzjoni ta' dawk tal-Istrateġija Marittima;

L-istrateġija għandha tingħata r-riżorsi umani neċessarji, u numru adatt ta' persunal għandu jkun dedikat għat-tfassil u l-implimentazzjoni tagħha;

Fil-pjan ta' azzjoni għandhom jiġu identifikati miżuri u proġetti konkreti;

Oqsma u membri addizzjonali jistgħu jiġu kkunsidrati fi stadju aktar tard.

2.3

Wara d-deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew tal-14 ta' Diċembru 2012 (8) biex tiġi stabbilita strateġija makroreġjonali ġdida għall-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju qabel tmiem l-2014 u, sabiex jiġi rispettat il-mandat mogħti, is-servizzi tal-Kummissjoni għandhom jibdew ifasslu komunikazzjoni u pjan ta' azzjoni, li għandhom jiġu approvati sa tmiem il-Presidenza Taljana.

2.4

Fit-22 ta' Ottubru 2013, il-Kunsill, għall-ewwel darba, adotta kriterji strateġiċi għall-karatteristiċi bażiċi tal-istrateġiji makroreġjonali. Dawn kienu:

It-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri kkonċernati, ma' stati interessati mhux ikkonċernati u ma' pajjiżi interessati li mhumiex fl-UE f'oqsma ta' interess komuni;

L-immobilizzar ta' diversità ta' sorsi ta' finanzjament disponibbli u l-partijiet interessati rilevanti lejn żvilupp ta' politika mtejjeb u l-implimentazzjoni ta' politiki differenti tal-UE, nazzjonali u reġjonali;

It-titjib ta' mekkaniżmi u netwerks ta' kooperazzjoni li diġà jeżistu;

Il-kontribut għall-iżviluppar u t-titjib tal-aċċess għall-finanzjament għal proġetti ġodda ta' kwalità għolja.

2.5

L-istrateġija Adrijatika u Jonika tgawdi minn impenn politiku qawwi u minn sensibilizzazzjoni fil-pajjiżi involuti, u tirrappreżenta mhux biss sfida, iżda wkoll opportunità kbira għall-UE stess. Il-missjoni tal-istrateġija hija “konnessjoni u protezzjoni”. Se tappoġġa l-koeżjoni lil hinn mill-fruntieri tal-UE, f'żona li hija importanti ħafna għall-istabbilità tal-kontinent.

2.6

L-istrateġija Adrijatika u Jonika tikkomplementa politikament u teknikament il-makroreġjun tad-Danubju (li jinkludi diversi stati involuti wkoll fl-istrateġija Adrijatika u Jonika) u l-makroreġjun tal-Baltiku.

2.7

Ir-reġjun Adrijatiku u Joniku qed jiffaċċja għadd ta' sfidi ewlenin, bħal kwistjonijiet ekoloġiċi u ambjentali, konnessjonijiet tat-trasport mhux effiċjenti u kooperazzjoni mhux adegwati għat-tisħiħ tal-koeżjoni, il-kompetittività u l-innovazzjoni. Fattur ewlieni sabiex dan jiġi indirizzat b'suċċess huwa li jissaħħu l-kultura moderna tan-negozju u l-iżvilupp tal-SMEs fir-reġjun billi tiġi promossa l-kooperazzjoni bejniethom u t-trasferiment tal-aħjar prattiki.

2.8

Strateġija bbażata fuq approċċ makroreġjonali tista' tipprovdi spinta ta' valur għall-appoġġ tal-integrazzjoni fl-Ewropa tal-Balkani u tal-pajjiżi tal-Lvant tal-Ewropa, għall-appoġġ ta' politiki ta' żvilupp integrati u użu aħjar tal-fondi tal-UE u dawk nazzjonali, u għat-tisħiħ ta' skambji u sħubiji bejn is-soċjetajiet ċivili fil-pajjiżi involuti.

2.8.1

Il-kooperazzjoni makroreġjonali tiffaċilita l-progress lejn l-allinjament mal-istandards tal-UE – l-“acquis communautaire” – u b'hekk għandha impatt pożittiv fuq it-triq lejn l-Ewropa u fuq l-istabbilità tal-pajjiżi Adrijatiċi u Joniċi, kif ukoll fil-livell reġjonali. Barra minn hekk, strateġija makroreġjonali hija essenzjali għall-promozzjoni tal-koeżjoni u tal-integrazzjoni soċjoekonomika bejn it-territorji.

2.8.2

Kwalunkwe approċċ makroreġjonali effettiv lejn it-tisħiħ ta' sinerġiji bejn politiki differenti tal-UE u l-koordinazzjoni tal-isforzi ta' firxa wiesgħa ta' partijiet interessati fir-reġjun Adrijatiku u Joniku għandhom jissejsu fuq ir-regola tat-tliet affermazzjonijiet (“three YESes rule”): iktar finanzjament komplementari, iktar koordinazzjoni istituzzjonali u iktar proġetti ġodda. F'dan ser jiġi allokat rwol importanti lis-settur privati.

2.8.3

Strateġija makroreġjonali strutturata tajjeb tista' tipprovdi qafas Ewropew komuni biex jiġi promoss l-arrikkament kulturali u l-għoti tas-setgħa lis-soċjetajiet ċivili nazzjonali fil-livell reġjonali. Dan huwa importanti b'mod partikolari għal reġjuni bħal fil-Lvant tal-Ewropa jew fil-Balkani, fejn il-konsolidazzjoni ta' prattiki demokratiċi timxi id f'id mal-iżvilupp ta' sfera pubblika attiva u dinamika.

2.8.4

Strateġija makroreġjonali tista' tagħmel possibbli li jiġi ppjanat l-iżvilupp tal-infrastruttura fuq skala ġeografika transnazzjonali, jiġi promoss l-iżvilupp ta' netwerks tal-ICT, awtostradi, linji ferrovjarji u portijiet, u b'hekk jiġu żgurati l-koeżjoni territorjali u l-kompetittività mingħajr ostakli u konġestjoni.

2.9

Minkejja l-bidu mtawwal tal-proġett, riċentement ġie dikjarat urġenti u l-aħħar xogħlijiet qed jiġu kompressati għad-detriment tar-riżultat finali.

3.   Id-dokument ta' diskussjoni: ambitu u objettivi

3.1

Fl-EUSAIR, il-Baħar Jonju jirrappreżenta fattur komuni u essenzjali. L-istrateġija għandha tiffoka fuq oqsma ta' interess reġjonali reċiproku b'relevanza qawwija għall-pajjiżi Adrijatiċi u Joniċi u tikkjarifika l-kwistjonijiet prattiċi kollha (pilastri bażiċi, governanza, eċċ.). L-oqsma ta' prijorità u l-objettivi tal-pjan ta' azzjoni għandhom jiġu żviluppati mill-gvernijiet u r-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali bħala aspirazzjonijiet komuni u soluzzjonijiet sostenibbli għal sfidi komuni, filwaqt li tingħata attenzjoni speċifika lill-investimenti marittimi u marini għat-tkabbir u l-impjieg.

3.2

L-għan globali tal-EUSAIR huwa li tippromovi l-prosperità ekonomika u soċjali sostenibbli tar-reġjun Adrijatiku u Joniku permezz tat-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, billi ttejjeb l-attrattività, il-kompetittività u l-konnettività tagħha, filwaqt li tippreżerva l-ambjent ta' żoni fl-intern u ekosistemi kostali u marini.

3.3

Dan l-għan se jintlaħaq permezz ta' attivitajiet imwettqa b'konformità ma' erba' pilastri tematiċi (9): l-ixprunar tat-tkabbir innovattiv marittimu u tal-baħar; il-konnessjonijiet tar-reġjun; il-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent u t-tisħiħ ta' kemm huwa attraenti r-reġjun.

3.3.1

L-ewwel pilastru: L-ixprunar tat-tkabbir innovattiv marittimu u tal-baħar. Is-sajd (10) huwa attività ekonomika importanti ħafna għaż-żoni kostali Adrijatiċi u Joniċi u l-abitanti tagħhom. L-għan bażiku ta' dan il-pilastru huwa li jiġi żviluppat settur tas-sajd u l-akkwakultura b'saħħtu u ta' kwalità għolja li jkun sostenibbli ambjentalment u ekonomikament u li joħloq impjiegi ġodda.

3.3.2

It-tieni pilastru: Il-konnessjonijiet tar-reġjun. Ir-reġjun huwa f'żona ġeostrateġika importanti ħafna fuq l-assi tat-tramuntana, tan-nofsinhar, tal-lvant u tal-punent tal-Ewropa. Il-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju jikkostitwixxu salib it-toroq importanti għall-prodotti, il-passiġġieri u l-enerġija. Diversi pajjiżi Ewropej jiddependu ħafna fuq dawn iż-żoni għall-importazzjonijiet u l-esportazzjonijiet. L-Awtostradi tal-Baħar tal-Adrijatiku ser ikunuservizz tat-trasport vijabbli, affidabbli u kompetittiv għall-prodotti u l-passiġġieri. Il-vjaġġi tal-bastimenti tal-passiġġieri u t-trasport taż-żejt u l-gass qed jiżdiedu minn sena għal sena. Sfortunatament, barra mit-traffiku marittimu kummerċjali, il-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju jintużaw ukoll minn netwerks kriminali involuti fit-traffikar illegali.

3.3.3

It-tielet pilastru: Il-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent. L-ambjent kostali u tal-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju jospita diversità enormi ta' abitati u speċijiet. L-azzjoni kkombinata ta' pressjoni antropoġenika għolja u karatteristiċi topografiċi tagħmel dawn l-abitati suxxettibbli ħafna għat-tniġġis. Il-kooperazzjoni bejn il-partijiet interessati kostali ssir fi ħdan l-oqfsa regolatorji tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, il-Konvenzjoni ta' Barċellona u l-protokolli tagħha, kif ukoll il-Kummissjoni Konġunta għall-Protezzjoni tal-Baħar Adrijatiku u ż-Żona Kostali tiegħu. Inċidenti ta' għargħar mix-xmajjar u t-trasport marittimu t-tnejn għandhom impatt sinifikanti fuq il-Baħar Adrijatiku.

3.3.4

Ir-raba' pilastru: It-tisħiħ ta' kemm huwa attraenti r-reġjun. Is-settur turistiku huwa sinifikanti mil-lat ekonomiku bħala wieħed mill-attivitajiet ewlenin u li qed jikber malajr fir-reġjun. F'ħafna każi, huwa s-sinsla ekonomika tar-reġjuni kostali u iżjed u iżjed taż-żoni interni wkoll. Is-settur tal-kruċieri waħdu biss qed juri potenzjal kbir għal tkabbir. Matul dawn l-aħħar 10 snin id-domanda għall-kruċieri bejn wieħed u ieħor irdoppjat madwar id-dinja kollha. Din ġiet riflessa fiż-żona Adrijatika u Jonika, li diġà qed tgħaddi minn tkabbir mgħaġġel. Barra minn hekk, il-wirt kulturali u arkitettoniku fir-reġjun jirrappreżenta ass b'saħħtu li għandu jiġi sfruttat bis-sħiħ. L-istrateġija makroreġjonali ġdida għandha tgħin lill-partijiet interessati fis-settur tat-turiżmu biex jindirizzaw sfidi interni u esterni bħal żieda fil-kompetizzjoni minn destinazzjonijiet oħra kif ukoll tibdil staġjonali u jippenetraw swieq ġodda li s'issa ġew injorati mill-industrija tat-turiżmu bħalma huma t-turisti b'diżabbiltajiet u t-turisti anzjani. Approċċ makroreġjonali għal turiżmu kostali, marittimu u forom oħra jista' jipprovdi inċentiv biex tissaħħaħ il-governanza u biex jiġu involuti atturi privati u istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali.

4.   Kummenti speċifiċi dwar id-dokument ta' diskussjoni

4.1

Il-KESE jinnota li s-sensibilità dwar il-kwistjonijiet differenti tvajra b'mod konsiderevoli fost in-nies tal-pajjiżi tar-reġjun. Id-diversità estrema ta' esperjenzi, b'erba' Stati Membri u erba' stati mhux memberi, kollha b'livelli differenti ta' sensibilizzazzjoni u żvilupp, teħtieġ strateġija għar-reġjun li tkun imfassla b'mod adegwat għall-potenzjal territorjali li f'kull wieħed.

4.1.1

Għaldaqstant, hemm il-ħtieġa li l-Kummissjoni tgħin biex tiżdied is-sensibilizzazzjoni u tiżgura l-involivment dirett tas-settur privat u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà aktar fil-wisa'. Fi kwalunkwe każ, din hija sfida kbira.

4.2

Il-KESE jaqbel fundamentalment mad-dokument ta' diskussjoni, li janalizza fid-dettall l-ingredjenti bażiċi għall-appoġġ ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv tar-reġjun Adrijatiku u Joniku. L-erba' pilastri jiddeskrivu b'mod adegwat il-problemi, l-isfidi u l-objettivi ewlenin.

4.3

Il-KESE jixtieq ifaħħar l-isforzi li saru biex titfassal strateġija għall-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju. L-abbozz għal diskussjoni identifika dgħufijiet, stabbilixxa sinerġiji u viżjoni komuni, u ressaq sensiela ta' proposti li jifformaw bażi soda għall-iżviluppar tal-istrateġija, inklużi sensiela ta' miżuri realistiċi u l-parteċipazzjoni attiva tal-partijiet interessati kollha.

4.3.1

Il-KESE jemmen fir-rwol kruċjali li l-istrateġiji makroreġjonali jistgħu jaqdu għall-pajjiżi tar-reġjun. Strateġija maħsuba tajjeb tista' tipprovdi qafas ta' referenza globali li tista' titqies bħala eżerċizzju li jsaħħaħ l-istabbilità, li hija dejjem prerekwiżit biex jiġu attratti investimenti tas-settur privat fir-reġjun u minn barra.

4.3.2

Il-KESE japprova l-prijoritajiet li ġew identifikati bħala l-vantaġġi tar-reġjun, bħall-importanza tiegħu bħala ċentru għall-moviment tal-prodotti, in-nies u l-enerġija u l-vantaġġi kompetittivi tiegħu għal attivitajiet blu u t-turiżmu. Jidher li dawn is-setturi jistgħu jsiru mutur reali għal investimenti, tkabbir u impjieg.

4.3.3

Il-KESE jaqbel ukoll mas-sejbiet tal-abbozz tal-istrateġija li jikkonfermaw li għandhom jissaħħu s-sinerġiji għal kooperazzjoni fir-reġjun. Għalhekk, il-KESE jemmen li l-pjan ta' azzjoni għandu jenfasizza l-importanza tat-twaqqif ta' pjattaformi ta' clustering u netwerking sabiex ikun involut f'inizjattivi komuni sabiex jiġu indirizzati dgħufijiet komuni u għandha tissawwar viżjoni komuni għall-iżvilupp ta' ekonomiji sostenibbli u kompetittivi ħafna fir-reġjun.

4.3.4

Il-KESE jinnota li d-dokument jonqos milli jindirizza b'mod adegwat uħud mill-aspetti importanti dwar il-koeżjoni territorjali, soċjali u ekonomika.

4.3.5

Il-KESE jirrakkomandali kwistjonijiet rilevanti bħar-riċerka, l-innovazzjoni u l-iżvilupp tal-SMEs u l-Bini tal-Kapaċità m'għandhomx jiġu proposti biss bħala aspetti trasversali, iżda għandhom jingħataw rwol iżjed prominenti sabiex isiru muturi reali għall-appoġġ tal-koeżjoni u l-kompetittività reġjonali.

4.3.6

Id-dokument ta' diskussjoni ma jsemmix il-valur strateġiku tal-kooperazzjoni Mediterranja. Filwaqt li l-kooperazzjoni reġjonali Adrijatika u Jonika hija fundamentali biex il-pajjiżi tal-Punent tal-Balkani jingħataw l-għajnuna fil-proċess ta' preadeżjoni, u biex jissaħħu r-rabtiet mal-makroreġjuni tad-Danubju u l-Baltiku, huwa essenzjali wkoll li ż-żona Adrijatika u Jonjika tiġi kkunsidrat bħala żona funzjonali tal-baċir tal-Mediterran.

4.3.7

Il-problemi relatati mal-flussi ta' migrazzjoni irregolari mhux qed jiġu indirizzati b'mod adegwat. B'mod partikolari, l-involviment tar-reġjuni tan-nofsinhar tal-Italja (Apulia, Basilicata, Calabria u Sqallija) fl-istrateġija Adrijatika u Jonika jfisser li huwa neċessarju li ssir enfasi ikbar fuq kwistjonijiet umanitarji u ta' sikurezza relatati mal-migrazzjoni minn pajjiżi tal-Afrika ta' Fuq.

4.3.8

Il-KESE jemmen li fil-forma preżenti tagħha, l-istrateġija fiha lista relattivament twila ta' oqsma problematiċi, dgħufijiet strutturali u objettivi. Il-lista estensiva ma sservi l-ebda għan utli u għandha tiġi mqassra għal lista ta' tul iktar ġestjonabbli ta' miżuri realistiċi. Għalhekk jixtieq jirrakkomanda li l-kontenut tal-istrateġija jiġi ristrett għall-oqsma ta' azzjoni l-iżjed importanti jew li l-attivitajiet jiġu prijorizzati skont jekk humiex fuq medda ta' żmien qasira, medja jew twila u jinbdew l-ewwel l-aktar kwistjonijiet attraenti.

4.3.9

Il-KESE jaħseb li l-istrateġija Adrijatika u Jonika għandha tinkludi bis-sħiħ il-partijiet interessati kollha, bħall-gvernijiet, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, l-universitajiet, l-istituti ta' riċerka, in-negozji tas-settur privat u l-SMEs, l-imsieħba soċjali, l-NGOs u s-soċjetà ċivili, bħala prova li l-istrateġija tirrispetta l-prinċipji ta' governanza fuq ħafna livelli u ta' ċittadinanza attiva (11).

4.3.10

Il-KESE jieħu nota tad-deċiżjonijiet meħuda mill-Kunsill b'mod li strateġija makroreġjonali m'għandhiex tesiġi iktar flus, iktar regolazzjoni jew iktar entitajiet ġestjonali (it-tliet rifjuti (the three NOs)), iżda jemmen li huwa meħtieġ iktar finanzjament għal għajnuna teknika sabiex tkun żgurata implimentazzjoni ta' suċċess tal-istrateġija fil-futur.

4.3.11

Il-KESE jemmen ukoll li l-finanzjament konsiderevoli li diġà ġie allokat mill-UE għal programmi reġjonali permezz tal-fondi strutturali jirrappreżenta mezzi adegwati, li jridu jintużaw b'mod effettiv għall-implimentazzjoni tal-istrateġija, permezz ta' azzjonijiet aktar koordinati, li jkunu soġġetti għal approċċ strateġiku unifikat.

5.   Aktar kummenti speċifiċi fir-rigward tal-erba' pilastri

5.1

Xprunar tat-tkabbir innovattiv marittimu u tal-baħar: Il-KESE jinnota li l-baħar huwa identifikat b'mod korrett bħala element fundamentali li jista' jgħin jipprovdi lill-pajjiżi kkonċernati b'setturi ekonomiċi dinamiċi u jgħin lin-nies isibu impjieg tajjeb. Huwa jaħseb li huwa essenzjali li jitfasslu mudelli ta' programmar ġodda li huma kapaċi jiżguraw l-integrazzjoni u l-komplementarjetà tal-katini ta' valur tal-ekonomija blu (Ikel Blu, Turiżmu Blu, Industrija Blu, Loġistika Blu u Riżorsi Blu).

5.1.1

L-istrateġija tidentifika tajjeb l-attivitajiet blu bħala setturi li fuqhom għandha ssir enfasi, meta wieħed iqis li l-akkwakultura diġà ġibdet investiment ta' ċertu daqs fil-pajjiżi l-kbar fir-reġjun u li oħrajn jistgħu jużaw bħala eżempji. Investiment ġdid f'faċilitajiet u attivitajiet supplementarji għalhekk għandu jkun mistenni jiġġenera dħul b'mod mgħaġġel, u b'hekk ikun attraenti li l-finanzjamenti jingħataw permezz tal-BEI u investiment privat barrani u lokali.

5.1.2

Il-KESE jaqbel dwar il-ħtieġa għal “kultura tan-negozju li tuża r-riżorsi b'effiċjenza”, bħala mezz kif jitjiebu l-prattiki ġestjonali fl-oqsma ewlenin ta' attività. Il-pajjiżi fir-reġjun, b'mod speċjali l-pajjiżi li mhumiex fl-UE, jiffaċċjaw limitazzjonijiet u filosfija tan-negozju restrittiva li tista' tibbenefika ħafna minn kooperazzjoni mill-qrib fl-adozzjoni ta' kultura tan-negozju ġdida. Il-KESE jaħseb li n-negozji privati għandhom ikunu muturi li jixprunaw is-suċċess ta' din l-intrapriża.

5.1.3

Il-KESE jirrakkomanda li l-idea proposta li dan ir-reġjun isir ċentru għal attivitajiet “innovattivi” tkun objettiv fit-tul ħafna. Bħalissa, ir-reġjun għandu biss kapaċità limitata. L-istrateġija għalhekk għandha timmira biex tibni sinerġiji u ttejjeb l-infrastruttura tat-taħriġ u edukattiva sabiex tiżviluppa b'mod gradwali attivitajiet blu u tnaqqas l-iżbilanċji fid-domanda u l-provvista ta' forza tax-xogħol ikkwalifikata u b'ħiliet. L-UE, bl-appoġġ tal-komunità tan-negozju, iż-żewġ naħat tal-industrija u s-soċjetà ċivili, tista' taqdi rwol importanti fit-trasferiment u l-appoġġ tal-aħjar prattiki u l-għarfien espert fir-reġjun.

5.1.4

Il-KESE jaħseb li s-sajd jaqdi rwol soċjali u ekonomiku importanti fil-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju, iżda li l-infrastruttura bażika f'xi pajjiżi mhijiex adegwata. Il-pjan ta' azzjoni għalhekk għandu jistudja s-sitwazzjoni bir-reqqa u jippreżenta pjan realistiku. Iħeġġeġ ukoll lill-pajjiżi li mhumiex fl-UE biex juru impenn akbar lejn il-leġislazzjoni Ewropea dwar is-sajd.

5.2

Konnessjonijiet tar-reġun: Il-KESE jaħseb li s'issa kien hemm nuqqas ċar ħafna ta' konnettività effiċjenti u kosteffettiv bejn il-pajjiżi tar-reġjun, b'mod partikolari sabiex jintlaħqu r-rekwiżiti tal-enerġija. Barra minn hekk, il-konnessjonijiet tat-trasport u tal-komunikazzjoni maż-żoni interni u l-gżejjer mhumiex adegwati. Il-KESE jaqbel li huwa neċessarju li jitjiebu l-konnessjonijiet marittimi u bl-ajru fir-reġjun u barra minnu, u b'hekk jaħseb li huwa essenzjali li l-Istrateġija Marittima għall-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju (12) adottata f'Novembru 2012 issir waħda mill-komponenti ewlenin tal-EUSAIR, u għalhekk ikun possibbli li tiġi żviluppata sistema ta' konnessjonijiet tat-trasport effiċjenti, partikolarment għal żoni li m'għandhomx aċċess għall-baħar u dawk imbegħda.

5.2.1

Il-KESE jappoġġa l-Awtostrada tal-Baħar għall-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju proposta sabiex tiġi ġestita aħjar il-konġestjoni tat-traffiku tat-triq, titnaqqas id-differenza fil-kompetittività għall-gżejjer u ż-żoni interni u jitjiebu l-konnessjonijiet ma' passaġġi ta' trasport oħra fil-Mediterran.

5.2.2

Il-KESE jaħseb li d-dokument ta' diskussjoni ma jagħtix il-prominenza neċessarja lill-kwistjonijiet tal-enerġija, peress li l-UE qed tfittex kontinwament għal sorsi ta' enerġija alternattivi u rotot ġodda ma' pajjiżi li jesportaw iż-żejt u l-gass. Pipelines ġodda ewlenin li joħolqu konnessjoni bejn l-Ewropa u l-produtturi tal-enerġija apparentament qed jiġu ppjanati li jgħaddi mir-Reġjun Adrijatiku u Joniku. Eżempju wieħed ta' dan huwa l-ftehim bejn l-Azerbajġan, il-Greċja u l-Italja fir-rigward tat-TAP.

5.2.3

Il-KESE jaħseb li meta wieħed iqis il-problemi tat-traffikar tad-droga u l-migrazzjoni irregolari li jikkaratterizzaw iż-żona, ir-reġjun Adrijatiku u Joniku jeħtieġ mudell ta' governanza aġġornat, sistema tal-pulizija effettiva u kooperazzjoni iktar mill-qrib bejn l-awtoritajiet reġjonali u tal-UE. Għalhekk il-KESE jappella lill-Kunsill Ewropew biex iżid il-baġit tal-FRONTEX u l-kapaċità tiegħu biex jieħu azzjoni.

5.3

Il-preservazzjoni, il-protezzjoni u t-titjib tal-kwalità tal-ambjent: F'konformità mal-politiki ambjentali tal-UE pjuttost stretti, l-istrateġija EUSAIR adottat miri ambizzjużi. Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon dan l-approċċ, meta wieħed iqis l-importanza tal-bijodiversità u l-eżistenza ta' abitati li huma suxxettibbli ħafna għat-tniġġis. Jappoġġa l-proposti għal kooperazzjoni mill-qrib bejn stati kostali, fi ħdan l-oqfsa regolatorji tad-Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina, il-Konvenzjoni ta' Barċellona, u l-Kummissjoni Konġunta għall-Protezzjoni tal-Baħar Adrijatiku u ż-Żoni Kostali tiegħu. Il-KESE jaħseb li xi pajjiżi tar-reġjun forsi għadhom mhux lesti għal politika daqstant ambizzjuża u jeħtieġu iktar inkoraġġiment inkluż finanzjament possibbli għall-kumpaniji sabiex jaġġustaw il-produzzjoni tagħhom b'konformità mal-istandards ekoloġiċi.

5.3.1

Il-KESE jaħseb li l-qasam ta' azzjoni ewlieni taħt dan il-pilastru huwa l-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva Qafas dwar l-Ilma (13) immirati lejn it-tnaqqis tal-emissjonijiet tan-nitrat, sabiex jitjieb l-ambjent tal-baħar.

5.3.2

Japprova wkoll l-adozzjoni ta' tekniki ta' ġestjoni avvanzati għat-traffiku, sabiex jitnaqqas l-iskart fil-baħar u tas-saborra u biex jiġu promossi proġetti għall-ġestjoni tal-iskart minn attivitajiet kostali bbażati fuq l-art.

5.3.3

Il-KESE jappoġġa l-implimentazzjoni ta' approċċi tal-Ippjanar Spazjali tal-Baħar, Żoni Protetti tal-Baħar, Natura 2000 u l-Ġestjoni Integrata taż-Żona Kostali.

5.3.4

Il-KESE jirrimarka li l-konformità hija neċessarja mhux biss għall-membri tal-UE iżda wkoll – u b'mod speċjali – għall-pajjiżi li mhumiex membri fl-UE sabiex jiġi faċilitat id-dħul tagħhom fl-Unjoni.

5.3.5

Il-KESE jaħseb ukoll li t-tisħiħ tal-kooperazzjoni fil-livelli kollha għall-iskambju tal-aħjar prattiki fost l-awtoritajiet ta' Żoni Protetti Marini huwa mod effettiv kif jiġi protett l-ambjent.

5.4   It-tisħiħ ta' kemm huwa attraenti r-reġjun

5.4.1

Il-KESE jappoġġa b'mod qawwi r-rwol tat-turiżmu li huwa mistenni jirreġistra aktar tkabbir fil-futur (14) sabiex isir l-attività ekonomika primarja tar-reġjuni kostali. It-turiżmu kien l-attrazzjoni li ġibed lejn ir-reġjun kumpaniji Ewropej ewlenin li qed jinvestu f'turiżmu ta' kwalità u qed jagħmlu possibbli li jiżdied ħafna t-traffiku tat-turisti. Huwa jipprovdi ħafna benefiċċji ekonomiċi, imexxi t-tkabbir u joħloq impjiegi mħallsin tajjeb, b'mod speċjali għaż-żgħażagħ. Madankollu, hekk kif it-turiżmu jsir intensiv, iridu jiġu implimentati miżuri ta' mitigazzjoni sabiex jitnaqqsu l-effetti negattivi fuq l-ambjenti kostali u tal-baħar, li fuqhom it-turiżmu jiddipendi tant.

5.4.2

Il-KESE jissuġġerixxi li t-turiżmu għandu jkun soġġett għal prattiki ta' ġestjoni stretti, sabiex ikun iżjed ekoloġiku kif ukoll aktar inklużiv. Il-Kumitat jixtieq jirrimarka li l-komunità tan-negozju, iż-żewġ naħat tal-industrija u s-soċjetà ċivili jistgħu jagħtu appoġġ ta' valur inestimabbli f'dan ir-rigward.

5.4.3

Il-KESE jaħseb li s-settur tal-kruċieri għandu jingħata rwol ikbar, filwaqt li jiġi ġestit aħjar u integrat fil-prodott turistiku, u jappoġġa enfasi iktar qawwija fuq it-turiżmu marittimu permezz ta' inizjattivi ta' politika ġodda u l-objettivi tal-Ewropa 2020 bħala parti mill-isforzi tal-Kummissjoni biex tiżviluppa strateġija integrata għat-turiżmu kostali u marittimu.

5.4.4

Il-KESE jixtieq jirrakkomanda li l-aspetti kulturali u arkitettoniċi jiġu integrati b'mod qawwi fl-attivitajiet turistiċi. It-turiżmu għandu jiġi divrenzjat billi jiġu involuti attivitajiet oħra bħal konferenza, l-ekoturiżmu, l-agroturiżmu, prodotti u rotot tematiċi, studji akkademiċi, in-negozju u l-industrija kreattiva. Il-KESE jemmen bis-sħiħ li l-attivitajiet kollha tat-turiżmu għandhom ikunu mmexxija mill-prinċipji tad-Disinn Universali.

5.4.5

Il-KESE jaħseb li l-istrateġija makroreġjonali għandha tgħin lill-partijiet interessati fis-settur tat-turiżmu biex jindirizzaw sfidi interni u esterni bħaż-żieda fi-kompetizzjoni minn destinazzjonijiet oħra u kwistjonijiet ta' tibdil fil-flussi staġjonali u jippenetraw swieq ġodda li s'issa ġew injorati mill-industrija tat-turiżmu bħalma huma t-turisti b'diżabbiltajiet u t-turisti anzjani billi jiġu adottati l-aħjar prattiki fl-iżviluppar ta' pjani ta' azzjoni integrati għall-iżvilupp territorjali.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  Opinjoni esploratorja tal-KESE dwar “L-iżvilupp ta’ strateġija makroreġjonali fil-Mediterran – il-vantaġġi għall-Istati Membri gżejjer”, ĠU C 44, 15.2.2013, p. 1.

(2)  Ara r-Regolament (KE) Nru 1638/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 2006 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għat-twaqqif ta’ Strument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija, ĠU L 310, 9.11.2006, p. 1.

(3)  http://www.interact-eu.net/about_us/about_interact/22/2911

http://www.interact-eu.net/ipvalencia/ipvalencia/117/619 (punt INTERACT għall-Mediterran f’Valensja).

(4)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, liil-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Programm ta’ politika dwar l-ażil – Approċċ integrat għall-protezzjoni fl-UE , COM(2008) 360 final.

(5)  Opinjoni fuq inizjattiva proprja tal-KESE dwar “L-immigrazzjoni irregolari bil-baħar fir-reġjun Ewro-Mediterranju”ĠU C 67, 6.03.2014, p. 32.

(6)  COM (2010) 715 final.

(7)  COM (2009) 248 final.

(8)  Konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew: EUCO 205/12/,14.12.2012.

(9)  Erba' pilastri: struttura indikattiva għal azzjoni miftiehma bejn it-8 Ministeri tal-Affarijiet Barranin u l-Kummissarju J. Hahn f'Novembru 2012.

(10)  Parlament Ewropew: Rapport dwar strateġija tas-sajd fil-Baħar Adrijatiku u l-Baħar Jonju (2012/2261 (INI), A7-0 234/2013.

(11)  COM(2011) 884 final.

(12)  COM(2012) 713 final.

(13)  Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000.

(14)  L-UNWTO jistenna li l-għadd ta' turisti fid-dinja kollha jiżdied b'3,3 % bħala medja fis-sena sal-2030. Ara iktar dwar dan fl-edizzjoni tal-2012 tal-punti ewlenin tas-sena tal-UNWTO: www.unwto.org. Iżjed minn nofs it-turisti internazzjonali jżuru l-Ewropa li hija r-reġjun li qed tikber l-iżjed malajr.


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/40


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi”

COM(2013) 803 final – 2013/0392 (NLE)

(2014/C 177/06)

Nhar il-25 ta' Novembru 2013, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 148(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-Linji gwida għall-politika tal-Istati Membri dwar l-impjiegi

COM(2013) 803 final – 2013/0392 (NLE)

Il-Kumitat iddeċieda, matul l-495 sessjoni plenarja tiegħu tal-21 u t-22 ta' Jannar 2014 (seduta tal-21 ta' Jannar), b'150 vot favur, l-ebda vot kontra u 5 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost.

Brussell, 21 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/41


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 260/2012 fir-rigward tal-migrazzjoni lejn trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti mal-Unjoni kollha”

COM(2013) 937 final – 2013/0449 (COD)

(2014/C 177/07)

Nhar l-14 ta’ Jannar 2014, il-Kunsill iddeċieda, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 260/2012 fir-rigward tal-migrazzjoni lejn trasferimenti ta' kreditu u debiti diretti mal-Unjoni kollha

COM(2013) 937 final – 2013/0449 (COD).

Billi l-Kumitat jikkunsidra li l-kontenut tal-proposta huwa sodisfaċenti u li barra minn hekk diġà ta fehmtu fl-Opinjoni tiegħu CESE 794/2011 – 2010/0373 (COD), adottata fil-5 ta’ Mejju 2011 (1), iddeċieda, matul l-495 sessjoni plenarja tiegħu tal-21 u tat-22 ta' Jannar 2014 (seduta tal-21 ta' Jannar), b’159 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 4 astensjonijiet, li jagħti opinjoni favorevoli għat-test propost u li jagħmel referenza għall-pożizzjoni li ħa fid-dokument imsemmi.

Brussell, 21 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  Opinjoni tal-KESE dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi għat-trasferimenti ta’ kreditu u debiti diretti bl-euro u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 924/2009, Ġ.U. C 218, 23 ta' Lulju 2011, p. 74.


III Atti preparatorji

IL-KUMITAT EKONOMIKU U SOĊJALI EWROPEW

L-495 sessjoni plenarja tal-KESE tal-21 u t-22 ta' Jannar 2014

11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/42


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji”

COM(2013) 641 final – 2013/0314 (COD)

(2014/C 177/08)

Relatur: is-Sur IOZIA

Nhar it-18 ta’ Ottubru 2013 u nhar l-10 ta’ Ottubru 2011, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar:

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji

COM(2013) 641 final – 2013/314 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għas-Suq Uniku, il-Produzzjoni u l-Konsum, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar is-16 ta' Diċembru 2013.

Matul l-495 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta' Jannar 2014 (seduta tal-21 ta' Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'140 vot favur u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-parametri referenzjarji finanzjarji għandhom rwol ewlieni fis-settur finanzjarju, kemm għall-ipprezzar ta’ prodotti differenti, kif ukoll biex il-kapital u l-kapital ta' riskju jitqassmu tajjeb. Għalhekk, għat-tħaddim effiċjenti tas-swieq finanzjarji, huwa kruċjali li l-parametri referenzjarji jkunu kredibbli u affidabbli.

1.2

In-numru ta' manipulazzjonijiet tal-parametri referenzjarji ħolqu inċertezzi u tħassib fir-rigward tal-integrità tal-parametri referenzjarji madwar id-dinja, u dgħajfu l-integrità tas-sistema u ċ-ċertezza fil-kummerċ. Il-KESE huwa mħasseb dwar in-natura serja tal-konsegwenzi li jirriżultaw minn dawn l-azzjonijiet. Effettivament, il-manipulazzjoni tista' tikkawża telf kbir ħafna għall-investituri, distorsjoni fl-ekonomija reali u, b’mod aktar ġenerali, iddgħajjef il-fiduċja fis-swieq. Il-KESE għalhekk jitlob u jirrakkomanda li l-miżuri ġodda proposti jiġu adottati b'urġenza kbira ħafna.

1.3

F’April 2013, ir-Renju Unit stabbilixxa l-Awtorità tal-Kondotta Finanzjarja (FCA), aġenzija li timmonitorja l-imġiba tal-istituzzjonijiet finanzjarji. L-FCA rregolat l-attivitajiet ta’ produzzjoni tal-LIBOR, stabbilixxiet rekwiżiti ġodda biex jissaħħu l-governanza u l-kontrolli, u daħħlet miżuri li jippenalizzaw lil dawk responsabbli għall-manipulazzjoni tal-LIBOR.

1.4

Permezz tal-emendi għall-proposti eżistenti għar-Regolament dwar l-abbuż tas-suq (Regolament dwar l-abbuż minn informazzjoni privileġġata u l-manipulazzjoni tas-suq – MAR) u għad-Direttiva dwar pieni kriminali għall-abbuż tas-suq (id-Direttiva dwar sanzjonijiet kriminali għal abbuż minn informazzjoni privileġġata u manipulazzjoni tas-suq – CSMAD), il-Kummissjoni Ewropea stabbilixxiet l-illegalità ta’ kwalunkwe manipulazzjoni tal-parametri referenzjarji finanzjarji, u tipprovdi għal sanzjonjiet amministrattivi jew kriminali. Il-mekkaniżmu tas-sanzjonijet, għalkemm meħtieġ, madankollu mhuwiex biżżejjed biex jiġi evitat ir-riskju ta’ manipulazzjonijiet ġodda fil-futur.

1.5

Għalhekk, il-KESE jfaħħar din il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament u jqis li bil-proposta se jintlaħaq l-għan li tittejjeb il-leġislazzjoni sabiex tassigura l-integrità meħtieġa tas-suq u tal-valuri li joħorġu mill-parametri referenzjarji, u se jiġi assigurat li huma ma jiġux imxekkla minn kwalunke kunflitt ta’ interess, jirriflettu r-realtà ekonomika u jintużaw sew. L-objettiv tal-ordni pubbliku ekonomiku jidher ċar.

1.6

Il-miżuri għall-protezzjoni tal-ħaddiema informaturi (whistleblowers) għandhom importanza partikolari. Il-KESE jirrakkomanda li fir-Regolament tiddaħħal referenza għall-proposta li temenda d-Direttiva 2003/6/KE dwar l-abbuż tas-suq li tipprevedi b'mod ċar l-obbligu tal-Istati Membri biex jadottaw regoli għall-protezzjoni tal-informaturi.

1.7

Il-KESE jinsab sodisfatt li l-Proposta hija konformi mal-prinċipji identifikati fis-sajf li għadda mill-IOSCO wara għadd kbir ta’ konsultazzjonijiet, u b’hekk tnaqqas b’mod sinifikanti l-ispejjeż ta’ implimentazzjoni.

1.8

L-iskandli li dehru fir-rigward tal-manipulazzjoni tal-LIBOR u l-EURIBOR, u dawk suċċessivi fir-rigward tal-manipulazzjoni tal-parametri referenzjarji tar-rati tal-kambju u tal-prezzijiet taż-żejt mhux raffinat, u tal-prodotti taż-żejt u l-bijofjuwils, jindikaw il-ħtieġa ta' regolazzjoni ta' firxa wiesgħa ta’ parametri referenzjarji, inkluż dawk użati għad-derivattivi tal-enerġija u tal-komoditajiet. Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ u jinkoraġġixxi b’mod qawwi l-kamp ta' applikazzjoni wiesa' fil-proposta għal Regolament, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità.

1.9

Dan ir-Regolament iġib żieda fit-trasparenza tas-suq flimkien ma' miżuri li jnaqqsu l-frammentazzjoni. Applikazzjoni uniformi tal-leġislazzjoni tneħħi r-riskju ta' arbitraġġ regolatorju, li huwa għoli ħafna fis-swieq finanzjarji, u għalhekk l-utenti aħħarin se jkollhom il-vantaġġ ta’ uniformità fil-parametri referenzjarji transkonfinali.

1.10

Il-KESE, li minn dejjem wera interess biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-konsumatur, iqis li dan ir-Regolament jikkumplementa b'mod adatt il-leġislazzjoni eżistenti li, fin-nuqqas t'hekk, ma toffri ebda miżura li tassigura evalwazzjoni xierqa u adatta tal-parametri referenzjarji. L-investituri għandhom id-dritt li jkollhom it-titoli (self, derivattivi, eċċ.) tagħhom protetti bil-quddiem kontra telf ikkawżat minn manipulazzjoni tas-suq.

1.11

Il-KESE jtenni d-dispjaċir tiegħu dwar l-użu żejjed ta' atti ddelgati li, f'din il-proposta għal Regolament, ma jidhrux li huma koerenti mad-dispożizzjonijiet tat-Trattati. Ħafna temi li huma mdaħħla bħala atti ddelegati, għandhom jiġu definiti fir-Regolament. Il-Kumitat adotta Opinjoni f'dan ir-rigward (1). Il-Kumitat jitlob lill-Kummissjoni sabiex tgħarrfu dwar il-miżuri futuri li jiġu adottati permezz ta' atti ddelegati f'dan fil-qasam.

2.   Ir-Regolament propost: sommarju

2.1

Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tintroduċi Regolament li jistabbilixxi regoli għall-parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji fi ħdan l-Unjoni Ewropea.

2.2

L-għan ġenerali tal-proposta huwa li tassigura l-integrità tal-parametri referenzjarji, u tiggarantixxi li: a. ma jiġux imxekkla minn kunflitti ta’ interess b. jirriflettu r-realtà ekonomika li suppost jirrappreżentaw u jkejlu; c. jintużaw b'mod adatt.

2.3

Il-karatteristiċi ewlenin tal-proposta jistgħu jinġabru fil-qosor f’dawn il-punti ewlenin:

jittejbu l-governanza u l-kontrolli fuq il-proċess li bih jiġu stabbiliti l-parametri referenzjarji. Ikunu meħtieġa awtorizzazzjoni bil-quddiem u superviżjoni kontinwa tal-proċess tal-għoti ta’ valuri referenzjarji. Dan kemm fuq il-livell nazzjonali kif ukoll f'dak Ewropew.

Il-proposta ddaħħal ukoll miżuri sabiex l-amministraturi tal-parametri referenzjarji jevitaw kunflitti ta’ interess, fejn possibbli, jew għall-anqas jamministrawhom b’mod adatt meta dan ikun inevitabbli;

tittejjeb il-kwalità tad-data u l-metodoloġiji użati mill-amministraturi tal-parametri referenzjarji. Skont il-proposta, sabiex jiġu determinati l-parametri referenzjarji, iridu jintużaw data suffiċjenti u preċiżi li jirrappreżentaw is-suq effettiv jew ir-realtà ekonomika li l-parametri referenzjarji jridu jkejlu. Id-data jridu jingħataw minn sorsi affidabbli u l-parametri referenzjarji għandhom jiġu stabbiliti b'mod robust u affidabbli. Id-data għall-kalkolu tal-parametri referenzjarji għandhom jiġu ppubblikati jew isiru disponibbli għall-pubbliku, l-istess bħall-informazzjoni li biha jitkejjel kull parametru refenzjarju, għajr meta dan jista' jkollu konsegwenzi negattivi ħafna.

Biex jiġu determinati l-parametri referenzjarji, meta jkun possibbli għandhom jintużaw id-data dwar t-transazzjonijiet, u, meta ma jkunux disponibbli, dan isir abbażi ta' stimi li jistgħu jiġu vverifikati;

jiġi assigurat li l-fornituri tad-data għall-parametri referenzjarji jipprovdu data adatta u jkunu soġġetti għall-kontrolli adegwati. L-amministratur tal-parametri referenzjarji għandu jabbozza kodiċi ta’ kondotta legalment obblilgatorju li jistipula l-obbligi u r-responsabbiltajiet tal-fornituri tad-data meta jibagħtu d-data użata biex jiġu stabbiliti l-parametri referenzjarji. Dawk l-obbligi jikkonċernaw ukoll il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess.

tiġi assigurata protezzjoni adegwata tal-konsumaturi u l-investituri li jużaw il-parametri referenzjarji. Il-proposta ssaħħaħ it-trasparenza tad-data użata għall-kalkolu tal-valur referenzjarju u tal-mod kif isir dan il-kalkolu, jiġifieri x'inhu dak li jitkejjel mid-data u kif għandhom jintużaw. Barra dan, il-banek għandhom jivvalutaw l-adegwatezza tal-parametru referenzjarju użat qabel ma jipproponu kuntratt finanzjarju, u jwissu lill-klijent jekk il-parametru referenzjarju ma jkunx adatt (eż. il-kuntratti tas-self ipotekarju);

tiġi kkoordinata s-supervizjoni u l-applikabilità ta’ parametri referenzjarji kritiċi. Is-superviżjoni tal-parametri referenzjarji kritiċi se tingħata f'idejn kulleġġi tas-superviżuri speċifiċi, mmexxija mill-awtorità superviżorja tal-amministraturi tal-parametri referenzjarji, li l-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (AESFEM) tagħmel parti minnha, u minn awtoritajiet oħrajn ta' superviżjoni minn ġurisdizzjonijiet oħra interessati. F'każ ta’ nuqqas ta’ ftehim fil-kulleġġi, l-AESFEM tiddeċiedi b’medjazzjoni vinkolanti. Għall-parametri referenzjarji meqjusin kritiċi tfasslu rekwiżiti ulterjuri “speċjali”, inkluża s-setgħa tal-awtorità kompetenti li ddaħħal l-obbligu ta' forniment ta’ data.

2.4

Il-banek ċentrali ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli minħabba li diġà għandhom skemi ta’ garanzija u regolazzjoni.

2.5

L-annessi tal-proposta fihom dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-parametri referenzjarji tal-oġġetti u għad-determinazzjoni tar-rati tal-imgħax.

2.6

Sabiex tiġi evitata regolamentazzjoni doppja, il-parametri referenzjarji li għalihom id-data jingħataw minn ċentri regolati, ma jkunux soġġetti għal ċerti obbligi sakemm dawn ikunu koperti minn dispożizzjonijiet leġislattivi Ewropej oħra u minn obbligi ta' superviżjoni.

3.   Kummenti

3.1

Il-KESE jirrikonoxxi, jappoġġa u japprezza l-impenn tal-Kummissjoni Ewropea li, bil-programm ta’ ħidma dettaljat tagħha u fi żmien limitat, qiegħda taħdem biex ittejjeb l-effiċjenza u l-istabbiltà tas-suq tas-servizzi finanzjarji. Il-KESE jtenni li dan huwa prerekwiżit bżonnjuż biex jiġi assigurat li d-dinja finanzjarja tkun għas-servizz tal-ekonomija reali.

3.2

Il-KESE jqis li dan ir-Regolament huwa skont l-għan tal-promozzjoni ta’ ambjent finanzjarju stabbli, sorveljat, aktar responsabbli, u għalhekk eqreb għall-ħtiġijiet tal-konsumatur u l-ekonomija b’mod ġenerali.

3.3

Il-KESE huwa mħasseb ħafna li r-Regolament inkwistjoni ma jkunux jista jiġi approvat malajr, u jiddiżappunta l-istennijiet taċ-ċittadini Ewropej, li qed jistennew tweġiba soda u rigoruża kontra l-manipulazzjoni tas-suq u l-istrumenti li jindikaw it-tendenzi fl-ishma, fil-valuri, u fil-parametri referenzjarji, u dan jikkawża ħsara enormi fil-kuntest ta' diffikultajiet kbar kumplessivi. Jittama għalhekk li jiġi approvat malajr, mingħajr ma jkun hemm għalfejn nistennew l-iskandlu finanzjarju li jmiss biex ifakkarna li hemm bżonn indaħħlu leġislazzjoni u b'mod tajjeb. Il-KESE jinnota li l-kumplessità u l-vastità tal-għanijiet fir-regolamentazzjoni proposta jistgħu jżommu lura l-proċess ta’ approvazzjoni.

3.4

Il-parametri referenzjarji differenti li huma attwalment preżenti fis-swieq finanzjarji (eż. il-LIBOR u l-EURIBOR għar-rati tal-imgħax interbankarji jew l-indiċi tal-borża) huma komponent importanti tas-sistema finanzjarja.

3.5

L-integrità tal-parametri finanzjarji hija essenzjali biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet ta’ diversi strumenti finanzjarji, bħal swap tar-rati tal-imgħax u ftehimiet ta' rati bil-quddiem, kuntratti kummerċjali u mhux kummerċjali, ftehimiet ta’ forniment u self. Il-valur tal-istrumenti finanzjarji u l-pagamenti li jirriżultaw mill-kuntratti finanzjarji jiddependi minn dawn il-parametri, li għalhekk jinfluwenzaw b'mod sostanzjali kemm lill-investituri kif ukoll lill-konsumaturi.

3.6

Skont l-BĊE, f'Marzu 2012, medja ta’ kważi 60 % tas-self totali lis-settur mhux finanzjarju fiż-żona tal-euro kienet ibbażata fuq rati tal-imgħax varjabbli u fl-istess perjodu l-proporzjon ta’ self lil familji bbażat fuq rati tal-imgħax varjabbli laħaq l-40 %.

3.7

L-iskandli reċenti rigward il-manipulazzjoni tal-LIBOR u l-EURIBOR (iżda hemm ukoll dawk li seħħew wara b'rabta mal-manipulazzjoni tal-parametri referenzjarji għar-rati tal-kambju jew il-prezzijiet tal-enerġija) qanqlu dubji u tħassib dwar l-integrità tal-parametri referenzjarji madwar id-dinja. Il-KESE jaqbel mal-objettiv tal-Kummissjoni li tirregola kull manipulazzjoni possibbli tal-parametri.

3.8

Jekk il-parametri referenzjarji jkollhom distorsjoni, minħabba li jkunu manipulati jew mhux affidabbli, dawn ma jirriflettux dak li jkunu maħsuba ikejlu, u l-investituri u l-konsumaturi jintlaqtu u jitilfu l-fiduċja fis-swieq.

3.9

Filwaqt li xi parametri referenzjarji huma nazzjonali, is-settur ta' referiment huwa b'mod ġenerali wieħed internazzjonali. Għalhekk is-suq tal-UE għas-servizzi finanzjarji għandu jkollu qafas komuni ta’ referenza, affidabbli, u li jintuża b'mod tajjeb fil-pajjiżi differenti tal-UE.

3.10

Il-bidliet li l-Kummissjoni pproponiet għad-Direttiva dwar l-abbuż tas-suq (2) u l-proposti għal sanzjonjiet kriminali jippermettu li kwalunkwe abbuż jiġi penalizzat adegwatament. Il-Kumitat itenni l-appoġġ tiegħu għal din is-soluzzjoni li ssemmiet kemm-il darba, partikolarment fil-kuntest tal-Opinjoni tiegħu dwar is-sanzjonijiet fis-servizzi finanzjarji (3).

3.11

Madankollu, kif issostni l-Kummissjoni stess, jekk issir biss modifika tar-reġim tas-sanzjonijiet din mhux se ttejjeb l-użu u l-mod kif jiġu stabbiliti l-parametri referenzjarji. Fil-fatt, is-sanzjonijiet ma jneħħux ir-riskji ta’ manipulazzjoni li jirriżultaw minn governanza mhux adatta fil-mod ta' kif jiġu stabbiliti l-parametri referenzjarji u li tkun karatterizzata minn kunflitti ta’ interess u ta' diskrezzjoni. Il-KESE jappoġġja bis-sħiħ din il-pożizzjoni u jħoss il-ħtieġa għal sistema ta’ regoli li jassiguraw it-trasparenza.

3.12

Barra minn hekk, sabiex jiġu protetti l-investituri u l-konsumaturi, huwa meħtieġ li l-parametri referenzjarji jkunu robusti, kredibbli u tajbin għall-iskop użati għalih.

3.13

Il-KESE, li minn dejjem kellu interess fil-protezzjoni għolja tal-interessi tal-investituri u l-konsumaturi, huwa sensittiv għal din il-problema u ma jistax ma jaqbilx bis-sħiħ ma’ dan il-bżonn. L-investituri jistgħu jibbenefikaw minħabba li jkollhom ċertezza li l-parametri referenzjarji użati fl-istrument finanzjarju li jkollhom ikunu robusti u ħielsa mill-manipulazzjoni.

Għal dan il-għan, ifakkar fit-talba tiegħu li għamel diversi drabi biex titwaqqaf Aġenzija Ewropea għall-protezzjoni tal-konsumatur tas-servizzi finanzjarji, bl-istess mod kif isir fl-Istati Uniti permezz tal-liġi magħrufa bħala l-Att Dodd-Frank.

3.14

F’dan il-kuntest, il-KESE jikkunsidra estremament importanti li r-Regolament ikun jipprevedi li tiżdied il-protezzjoni tal-investituri permezz ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-trasparenza. Fil-fatt, il-prinċipju tat-trasparenza ma jfissirx tixrid ta' informazzjoni proprjetarja u t-trażmissjoni tagħha lill-kompetituri. Għall-kuntrarju, it-trasparenza tiggarantixxi kuntest ta’ ċarezza u sigurtà fil-kummerċ, fejn il-kompetizzjoni tkun tista' taħdem aħjar.

3.15

Il-KESE jqis li l-proposta tista’ tittejjeb, fir-rigward tal-protezzjoni adatta tal-investituri u l-konsumaturi, u tassigura drittijiet ta' appell u ta' kumpens eżerċitabbli, ċari u aċċessibbli u li għandhom ikunu mqassma bejn:

drittijiet ta' appell tal-konsumatur għall-prodott jew is-servizz ikkuntrattat, bi proċeduri flessibbli u rapidi;

drittijiet ta' appell quddiem l-amministratur, skont l-Artikolu 5(d) tal-proposta u l-Anness II, Sezzjoni 5a. F’dan il-każ ta' appell quddiem l-amministratur, jeħtieġ li tinstab formula sabiex is-sistema tal-appell tkun ġestita minn partijiet terzi indipendenti li, b’mod oġġettiv, ikunu jistgħu jeżaminaw u jiddeċiedu dwar il-proċedura. Fil-proposta tal-Kummissjoni l-perjodi ta' żmien li ġew stabbiliti għal 6 xhur jidhru twal wisq.

3.16

Fir-rigward tal-protezzjoni tal-konsumatur, id-Direttiva dwar il-kreditu tal-konsumatur, tinkludi regoli dwar informazzjoni adatta; id-Direttiva dwar il-kreditu ipotekarju, li dalwaqt se tiġi adottata, tindirizza wkoll dan il-punt. Ir-regoli tal-UE għall-protezzjoni tal-konsumatur ma jqisux l-idoneità tal-parametri finanzjarji fil-kuntratti finanzjarji: hemm bżonn li l-proposta tkun koerenti mal-bqija tal-qafas legali tal-Unjoni.

3.17

Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jiġi ċċarat l-Artikolu. 18, jiġifieri li l-valutazzjoni tal-idoneità tal-parametri finanzjarji skont il-profil tal-konsumatur hija waħda obbligatorja (bl-istess mod kif stipulat fil-MiFID) u, f'każ li ma jkunx hekk, l-entità soġġetta għal superviżjoni għandha tipproponi parametru referenzjarju differenti u aktar adatt.

3.18

Il-KESE, f’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-IOSCO, jappoġġa l-pjani tal-Kummissjoni li tuża sistema aktar “oġġettiva” sabiex jiġu stabbiliti parametri referenzjarji li jkunu bbażati fuq transazzjonijiet imwettqa, aktar milli fuq stħarriġ uffiċjali.

3.19

Il-KESE jappoġġa l-kamp ta' applikazzjoni wiesa' tal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament, b'konformità mal-prinċipji proposti mill-IOSCO u ppubblikati f'Lulju 2013, li jista' jkopri firxa wiesgħa ta’ parametri referenzjarji.

3.20

Fl-istess ħin, il-KESE jissuġġerixxi li jiġu stabbiliti proċeduri li jistgħu jiġu applikati biex jassiguraw il-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-parametri referenzjarji huma differenti ħafna bejniethom, jiġifieri kemm huma mxerrdin jew sinifikanti, jew kemm huma suxxettibbli għall-manipulazzjoni. Għalhekk, il-KESE jikkunsidra li huwa xieraq li jiġu kkunsidrati l-karatteristiċi speċifiċi ta’ parametri referenzjarji individwali, l-proċess ta' kif jiġu stabbiliti, u l-amministratur.

3.21

Id-diskrezzjoni mogħtija lill-amministratur biex jadotta l-metodoloġiji tiegħu biex jistabbilixxi parametru finanzjarju tista’ ma tkunx biżżejjed biex tiggarantixxi l-applikazzjoni tal-proporzjonalità. Minflok, il-KESE jissuġġerixxi raffinament tal-approċċ diġà adottat fir-Regolament peress li dan jistipula regoli speċjali għal-parametri referenzjarji “kritiċi”, u jissuġġerixxi li mal-prinċipji aktar ġenerali jiddaħħal sett ta' prinċipji ddettaljati li jistgħu jieħdu kunsiderazzjoni tal-kategoriji differenti ta’ parametri referenzjarji u r-riskji potenzjali assoċjati magħhom.

3.22

Fil-fehma tal-KESE, dan il-metodu jista' jimla l-lakuni li jista' jkun hemm b’mod iktar effettiv billi jintroduċi prinċipji adatti, mingħajr ma jkun qed jipperikola l-kamp ta' applikazzjoni tar-regoli.

3.23

Il-KESE jenfasizza l-importanza li ssir distinzjoni bejn il-parametri referenzjarji inkluż fir-rigward tal-konsegwenzi possibbli li jistgħu jseħħu fis-swieq emerġenti, fejn il-parametri referenzjarji huma importanti għat-trasparenza fit-trasmissjoni tal-informazzjoni. Il-Kumitat għalhekk jirrakkomanda li l-leġislazzjoni tiġi adattata skont ir-rilevanza sistemika tal-parametru referenzjarju. Dan sabiex ma jixxekkilx l-iżvilupp ta’ ċerti swieq.

3.24

Il-KESE jemmen li huwa importanti ħafna li l-proċeduri previsti għall-istabbiliment tal-parametri referenzjarji jkunu soġġetti għal sanzjonjiet ċivili u kriminali f'każ ta' manipulazzjoni.

3.25

Il-KESE jemmen li l-proċeduri biex jiġu stabbiliti l-parametri referenzjarji jistgħu jkunu robusti u siguri biss jekk ikunu garantiti permezz ta’ governanza tajba. Għaldaqstant, il-Kumitat jaqbel mal-proposta li l-amministratur ikun responsabbli għall-integrità tal-parametru referenzjarju u jaqbel mal-Kummissjoni li r-rwoli u proċeduri ta’ governanza adottati jiġu adattati biex jindirizzaw kunflitti ta’ interess potenzjali.

3.26

Biex tittejjeb din id-dispożizzjoni, il-KESE jissuġġerixxi li jiddaħħal obbligu ta’ trasparenza anke dwar dawn l-aspetti.

3.27

Skont il-pożizzjonijiet mogħtija fil-konsultazzjonijiet tal-IOSCO, il-KESE jagħraf ukoll l-importanza ta’ parteċipazzjoni wiesgħa biex jiġu stabbiliti l-parametri referenzjarji u b'hekk jiġi garantit il-prinċipju tat-trasparenza u jkun assigurat li l-parametri referenzjarji jkun rappreżentattivi. L-għoti volontarju tad-data kif stipulat fir-Regolament jiffavorixxi din l-parteċipazzjoni, iżda l-Kumitat jipproponi li jiġu previsti regoli preċiżi rigward l-forniment ta' data biex jiġi assigurat li l-parametri referenzjarji jkollhom ċertezza u jkunu robusti.

3.28

Fir-rigward tal-Artikolu 8(3) dwar il-proċeduri interni għar-rappurtar ta’ ksur tar-Regolament, il-KESE jirrakkomanda li jiddaħħlu dispożizzjonijiet għal flessibbiltà, veloċità u ħeffa fil-proċess ta’ rappurtar tal-ksur imsemmi.

3.29

Il-miżuri għall-protezzjoni tal-ħaddiema informaturi (whistleblowers) għandhom importanza partikolari. Il-KESE jirrakkomanda li fir-Regolament tiddaħħal referenza għall-proposta li temenda d-Direttiva 2003/6/KE dwar l-abbuż tas-suq li tipprevedi l-obbligu tal-impjegati ta’ kumpanija biex jirrappurtaw imġiba illegali u, b'mod espliċitu, titlob l-Istati Membri jadottaw regoli għall-protezzjoni tal-informaturi.

3.30

Il-KESE jqis li jkun utli li jiġu stabbiliti regoli li jinċentivaw ir-rapportar b'bażi sostanzjata, kif ukoll jingħataw premji lil min jgħin biex issir ġustizzja.

3.31

Il-KESE jaqbel mad-dispożizzjoni dwar konsultazzjoni minn qabel mal-partijiet interessati li jintlaqtu minn tibdil metodoloġiku li jkun meqjus neċessarju. Dan l-approċċ, partikolarment għall-parametri referenzjarji li jkollhom bżonn jiġu kalibrati mill-ġdid hu adatt biex jiggarantixxi l-kontinwità fl-użu tal-parametru referenzjarju.

3.32

F’dan ir-rigward, jista’ jkun utli li jiddaħħlu dispożizzjonijiet dwar għodod adatti biex jassiguraw ċirkolazzjoni u sensibilizzazzjoni dwar il-metodoloġiji użati għall-kalkolu tal-parametri referenzjarji (pereżempju pubblikazzjoni fuq siti elettroniċi). Il-linji gwida tal-ESMA jistgħu jinkludu regolamenti ad hoc.

3.33

Il-KESE jirrakkomanda lill-Kummissjoni sabiex taħdem b’attenzjoni matul il-fażi ta’ transizzjoni għal parametri referenzjari ġodda u differenti. Din hija kwistjoni pjuttost sensittiva minħabba li tista’ toħloq inċertezza dwar l-kuntratti eżistenti, u b'hekk twassal għal kontroversji u fallimenti tas-suq. F’dawn is-sitwazzjonijiet, soluzzjoni possibbli tista’ tkun li jinżamm il-parametru referenzjarju eżistenti, filwaqt li l-ġdid jiġi applikat biss għall-kuntratti l-ġodda.

3.34

Il-KESE jenfasizza l-importanza li d-dikjarazzjoni tal-amministratur li tafferma l-konformità tal-Kodiċi ta’ Kondotta mar-Regolament, tkun tispeċifika wkoll jekk dan ikunx ġie kkonfermat minn partijiet terzi. Din l-informazzjoni addizzjonali tkun tista' tgħin fil-verifika tal-adegwatezza tal-kodiċi b'mod aktar effettiv, u biex sussegwentament tiġi stabbilita responsabbiltà f’każ ta’ ksur tal-prinċipji stabbiliti fir-Regolament.

Brussell, 21 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  ĠU C 67 of 6.3.2014, p. 104.

(2)  COM(2011) 651 final u COM(2011) 654 final.

(3)  ĠU C 248, 25.8.2011, p. 108.


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/48


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea”

COM(2013) 751 final – 2013/0365 (COD)

(2014/C 177/09)

Relatur Ġenerali: is-Sur PEZZINI

Nhar it-18 ta' Novembru u nhar l-10 ta' Diċembru 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jadatta għadd ta' atti legali li jipprevedu l-użu tal-proċedura regolatorja bi skrutinju mal-Artikoli 290 u 291 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

COM(2013) 751 final – 2013/0365 (COD).

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-495 sessjoni plenarja tiegħu tal-21 u t-22 ta' Jannar 2014 li jaħtar lis-Sur Pezzini bħala relatur ġenerali, u adotta din l-Opinjoni b' 112 voti favur, u 2 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni peress li toħloq ċertezza dwar is-sorsi tal-liġi tal-UE, twassal għas-semplifikazzjoni u żżid l-effiċjenza u tiggarantixxi t-tħaddim sħiħ tal-poter tal-kontroll demokratiku u informazzjoni ċara u trasparenti lil dawk kollha li huma kkonċernati.

1.2

Il-KESE huwa sodisfatt li fit-tfassil ta' din il-proposta, il-Kummissjoni qieset diversi fatturi li l-KESE kiteb dwarhom f'opinjonijiet preċedenti.

1.3

Il-KESE jinnota li l-proposta tal-Kummissjoni tkopri modifiki f'aktar minn 80 att ġuridiku, bejn regolamenti u direttivi, u jiddispjaċih li m'huwiex fil-pożizzjoni li jivvaluta kull att minħabba fil-varjetà ta' suġġetti li jintmessu fil-qasam ta':

Netwerks

Kontenut u Teknoloġija tal-Komunikazzjoni;

Azzjoni Klimatika;

Enerġija;

Intraprenditorija u Industrija;

Ambjent;

Statistika;

Suq Intern u Servizzi;

Mobilità u Trasport;

Saħħa u Konsumaturi;

Għajnuna Umanitarja.

1.4

Il-KESE jirrakkomanda li jsiru valutazzjonijiet iddettaljati oħra dwar l-għanijiet, il-kontenut, l-ambitu u t-tul tad-delega, li għandu jwassal għat-tħaddim sħiħ tal-kontroll demokratiku, fil-livell Ewropew, kif ukoll il-prerogattivi u l-funzjonijiet iggarantiti lill-parlamenti nazzjonali fil-proċess regolatorju Ewropew. Il-KESE jqis li l-kunċetti ta' “miżura mhux essenzjali” u ta' “poteri ta' kompetenza delegata” iridu jiġu definiti b'mod ċar, fid-dawl tal-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

1.5

Il-Kumitat jenfasizza l-importanza ta’:

parteċipazzjoni sħiħa tal-Parlament Ewropew,

razzjonalizzazzjoni u semplifikazzjoni tal-proċeduri ta' komitoloġija,

aktar informazzjoni, kemm dwar it-termini tad-delega lill-kumitati kif ukoll dwar il-miżuri rilevanti stabbiliti tul il-fażijiet tal-proċedura,

aċċess sħiħ għall-informazzjoni liċ-ċittadini u lis-soċjetà ċivili.

1.6

Il-Kumitat itenni li l-proċeduri ta' komitoloġija jridu jkunu kemm jista' jkun trasparenti u li jinftiehmu miċ-ċittadini kollha tal-UE, b'mod partikolari minn dawk il-persuni milqutin direttament minn dawn l-atti.

1.7

Il-Kumitat ifakkar li tenħtieġ applikazzjoni sħiħa tal-Artikolu 8(a) tat-Trattat ta' Lisbona, li jistipula li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista' jkun qrib iċ-ċittadini, u jiggarantixxi l-aċċess sħiħ għall-informazzjoni liċ-ċittadini u lis-soċjetà ċivili.

1.8

Fl-aħħarnett, il-Kumitat jitlob li jitqies l-impatt tal-appikazzjoni tal-qafas regolatorju l-ġdid, bil-preżentazzjoni lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kumitat stess ta' rapport perjodiku dwar l-effikaċja, it-trasparenza u t-tixrid tal-informazzjoni.

2.   Introduzzjoni

2.1

Bid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona ddaħħlet distinzjoni bejn il-poteri delegati lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati, jiġifieri atti mhux leġislattivi b'ambitu ġenerali, li jintroduċu jew jimmodifikaw aspetti mhux essenzjali ta' att leġislattiv bil-proċedura prevista fl-Artikolu 290 tat-TFUE (proċedura ta' delega), u l-poteri li l-Kummissjoni tingħata li tadotta 'l hekk imsejħa atti ta' implimentazzjoni, jiġifieri kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-atti legalment vinkolanti għall-UE permezz tal-proċedura prevista fl-Artikolu 291.

2.1.1

L-implimentazzjoni tas-setgħa ta' delega hija ppreċiżata minn strumenti li mhumiex vinkolanti, bħal:

Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1),

Il-ftehim interistituzzjonali komuni dwar l-atti delegati tal-2006,

l-Artikoli 87(a) u 88 tar-Regolament tal-Parlament Ewropew, emendat mid-Deċiżjoni tal-10 ta' Mejju 2012 (2).

2.2

Kif il-KESE fakkar fl-opinjoni tiegħu dwar il-proċeduri regolatorji bi skrutinju tal-2008 (3), f'Lulju 2006 (4), il-Kunsill kien diġà mmodifika d-deċiżjoni dwar il-metodi tal-eżerċizzju tal-kompetenzi ta' implimentazzjoni mogħtija lill-Kummissjoni (5), billi żied proċedura ġdida: ir-regolamentazzjoni bi skrutinju.

2.2.1

Permezz ta' din il-proċedura, il-leġislatur ikun jista' jopponi l-adozzjoni ta' miżuri “psewdoleġislattivi”, jiġifieri miżuri ta' ambitu ġenerali bil-għan li jbiddlu elementi mhux essenzjali ta' att bażiku adottat skont il-proċedura ta' kodeċiżjoni, kemm-il darba hu jqis li l-proġett ta' miżuri jeċċedi l-kompetenzi ta' implimentazzjoni stipulati mill-att bażiku, jew jekk l-abbozz ma jkunx kompatibbli mal-għan jew il-kontenut tal-att bażiku, jew ma jirrispettax il-prinċipji ta' sussidjarjetà jew ta' proporzjonalità.

2.2.2

Dawn huma provvedimenti tipiċi tal-proċess ta' komitoloġija, regolati mid-Deċiżjoni tal-Kunsill nru 1999/468/KE, modifikata mid-Deċiżjoni 2006/512/KE, li jipprevedu l-obbligu li l-Kummissjoni tressaq l-abbozzi ta' miżuri ta' implimentazzjoni lill-Kumitati magħmulin minn uffiċjali taċ-ċivil nazzjonali, b'konformità ma' ħames proċeduri ta' komitoloġija: konsultazzjoni, tmexxija, regolamentazzjoni, regolamentazzjoni bi skrutinju, protezzjoni. F'Diċembru 2006, il-Kummissjoni adottat il-25 proposta (6) li fuqhom il-Kumitat diġà kellu opportunità li jitkellem (7).

2.3

Il-proċedura ta' regolamentazzjoni bi skrutinju ġiet użata biex jiġu adottati miżuri ta' implimentazzjoni, maħsuba biex jimmodifikaw elementi mhux essenzjali tal-atti leġislattivi bażiċi. Bejn l-2009 u l-2014, l-Artikolu 5(a) tad-Deċizjoni dwar il-komitoloġija u l-proċedura ta' regolamentazzjoni bi skrutinju baqgħu validi, b'mod tranżitorju, sakemm id-dispożizzjonijiet attwali jiġu adattati għar-regoli tal-atti delegati, permezz ta' proċedura ta' allinjament ta' għadd ta' regolamenti, direttivi u deċiżjonijiet.

2.4

Reċentement ukoll, il-KESE kellu l-opportunità li jesprimi lilu nnifsu (8) dwar żewġ proposti ta' regolament omnibus fi 12-il settur differenti, billi appoġġja l-inizjattiva peress li “hija meħtieġa għas-sigurtà tas-sorsi tal-liġi tal-Unjoni u timmira li tikseb l-għan tas-semplifikazzjoni u l-effikaċja” filwaqt li rrakkomanda lill-Kunsill u lill-Parlament "li jkunu viġilanti kemm jista' jkun u li jevalwaw bir-reqqa l-atti kollha inklużi f'dan l-eżerċizzju ta' “allinjament” li jinkludi 165 att leġislattiv li fil-bidu kienu mmexxija mir-regoli ta' proċedura tar-regolamentazzjoni bi skrutinju u issa mir-regoli l-ġodda tal-atti delegati.

2.5

Il-KESE jfakkar li reċentement adotta rapport dettaljat dwar il-proċedura ta' delega u jirrakkomanda li jiġi kkunsidrat biex din l-Opinjoni tinfiehem.

3.   Il-proposti tal-Kummissjoni

3.1

Il-proposta attwali ssegwi l-istess metodoloġija li ntużat għall-proposti preċendenti, b'qafas regolamentarju.

3.2

Il-qafas regolamentarju propost ikopri modifiki f'76 att ġuridiku bejn regolamenti u direttivi f'oqsma differenti. Dejjem bil-għan tal-allinjament mad-dispożizzjonijiet tat-TFUE, huma previsti wkoll modifiki ta' tħassir għar-Regolamenti (KE nru 66/2020 u (KE) nru 1221/2009 fil-qasam tal-ambjent; għad-Direttiva 97/70/KE fil-qasam tat-trasport; għar-Regolament (KE) nru 1333/2008 u d-Direttiva 2002/46/KE dwar is-saħħa u l-konsumaturi (9); u għar-Regolament tal-Kunsill (KE) nru 1257/96 fil-qasam tal-għajnuna umanitarja.

4.   Kummenti ġenerali

4.1

Il-KESE jappoġġja l-inizjattiva tal-Kummissjoni peress li toħloq ċertezza dwar is-sorsi tal-liġi tal-UE, twassal għas-semplifikazzjoni, iżżid l-effiċjenza, u tiggarantixxi t-tħaddim sħiħ tal-poter tal-kontroll demokratiku tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

4.2

Filwaqt li l-KESE jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu għall-fatt li diversi elementi mill-opinjonijiet preċedenti tiegħu ttieħdu f'kunsiderazzjoni fil-proposti li qed jiġu diskussi, itenni dak li qal reċentement, jiġifieri “li skont l-Artikolu 290 tat-TFUE l-perjodu ta' żmien tas-setgħa ta' delega għandu jiġi previst espliċitament mill-att leġiżlattiv bażiku u li s'issa, apparti eċċezzjonijiet rari, id-delegi, fil-prinċipju, jiġu stabbiliti għal perjodu determinat, jekk hemm bżonn b'tiġdid, permezz ta' rapport dwar l-implimentazzjoni tad-delega” (10).

4.3

Il-KESE jfakkar li l-Parlament Ewropew stess, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Mejju 2010, dwar il-poter ta' delega leġislattiva, ħareġ fid-deher id-delikatezza tal-proċedura ta' delega, filwaqt li enfasizza kif “l-objettivi, il-kontenut, il-firxa ta' applikazzjoni u t-tul ta' żmien ta' din id-delegazzjoni skont l-Artikolu 290 TFUE għandhom jiġu definiti espressament u b'mod metikoluż f'kull att bażiku”: fil-fehma tal-KESE dawn l-elementi jridu jippermettu wkoll it-tħaddim sħiħ tal-prerogattivi u l-funzjonijiet iggarantiti lill-parlamenti nazzjonali fil-proċess leġislattiv Ewropew.

4.4

Barra minn hekk, fil-fehma tal-KESE, it-trasformazzjoni f'delega għandha tiġi kkonfermata biss quddiem il-ħtieġa “li tadotta atti mhux leġiżlattivi ta' natura ġenerali li jikkomplementaw jew li jimmodifikaw ċerti elementi mhux essenzjali ta' att leġiżlattiv” fis-sens tal-Artikolu 290 u fil-każ ta' atti ta' natura strettament eżekuttiva, irid isir rikors għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 291 tat-TFUE, filwaqt li minn kull possibbiltà ta' delega jridu jiġu esklużi l-atti li jirrigwardaw elementi essenzjali ta' settur. Barra minn hekk il-kunċett ta' “elementi mhux essenzjali” irid jerġa' jiġi definit u għandha ssir valutazzjoni preċiża tat-tħaddim ta' dan il-mekkaniżmu.

4.5

F'dan ir-rigward, il-KESE jtenni r-rakkomandazzjonijiet tiegħu lill-Kummissjoni “li tadatta l-eżerċizzju tagħha ta' ‘allinjament kollettiv’ b'mod li tagħti aktar każ tal-partikolarità ta' xi atti leġislattivi bażiċi” (11) u tqis l-interpretazzjoni tal-kunċett ta' “miżura mhux essenzjali” u ta' “poteri ta' kompetenza delegata tal-Kummissjoni” minn naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

4.6

Il-Kumitat jenfasizza l-importanza ta':

parteċipazzjoni sħiħa tal-Parlament Ewropew, bid-dritt li jopponi deċiżjoni fl-aħħar mument;

aktar informazzjoni mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fir-rigward, kemm dwar il-kumitati kif ukoll dwar il-miżuri mressqa lilhom tul il-fażijiet kollha tal-proċedura;

rwol imsaħħaħ tal-Parlament Ewropew permezz ta' proċedura ta' djalogu bejn il-PE u l-Kunsill f'każ ta' opinjoni negattiva tal-Parlament Ewropew;

4.7

Il-Kumitat itenni dak li diġà qal, li l-proċeduri tal-kumitat, li jinkludu biss ir-rappreżentanti tal-Kummissjoni u tal-gvernijiet tal-Istati Membri u li huma mmirati lejn il-ġestjoni, il-konsultazzjoni jew ir-regolamentazzjoni li joħorġu mis-segwitu tal-applikazzjoni tal-atti leġislattivi, għandhom ikunu aktar trasparenti u jinftiehmu aktar minn kulħadd, b'mod partikolari mill-persuni kkonċernati direttament minn dawn l-atti (12).

4.8

Il-KESE iqis importanti valutazzjoni perjodika tal-impatt tal-implimentazzjoni tal-qafas regolamentarju l-ġdid propost, bil-preżentazzjoni, lill-Parlament, lill-Kunsill u lill-Kumitat, ta' rapport perjodiku dwar l-effikaċja, iċ-ċarezza u t-tixrid ta' informazzjoni faċli li tintuża u aċċessibbli minn kulħadd tal-atti komunitarji delegati sabiex ikun jista' jitwettaq monitoraġġ ta' dan l-eżerċizzju li jiġbor flimkien r-regolamentazzazzjoni u implimentazzjoni reali u xierqa.

4.9

F'dan ir-rigward, il-Kumitat ifakkar li anke f'dan il-każ tenħtieġ applikazzjoni sħiħa tal-Artikolu 8(a) tat-Trattat ta' Lisbona, li jistipula li d-deċiżjonijiet jittieħdu kemm jista' jkun qrib iċ-ċittadini, u jiggarantixxi l-aċċess sħiħ għall-informazzjoni miċ-ċittadini u mis-soċjetà ċivili.

Brussell, 21 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  COM(20009) 673 final, 9.12.2009

(2)  Dok. A7-0072/2012.

(3)  ĠU C 224, 30.8.2008, p.35.

(4)  Deċiżjoni 2006/512/KE (ĠU L 200, 22.7.2006).

(5)  Deċiżjoni 1999/468/KE (ĠU L 184, 17.7.1999) (mhux disponibbli bil-Malti)

(6)  COM(2006) minn 901 final sa 926 final

(7)  ĠU Ċ 161 tal-13.7.2007, p. 45 (mhux disponibbli bil-Malti)

(8)  ĠU C 67 of 6.3.2014, P. 104.

(9)  Pereżempju, hemm bżonn ta' ċarezza akbar dwar it-tħassir tal-Artikolu 29 (i) “Proċedura tal-Komunita biex jiġu mgħarrfa reazzjonijiet u effetti serji ta' ħsara u format tan-notifika” fid-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Jannar 2003 li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta' kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta' demm tal-bniedem u komponenti tad-demm.

(10)  Ara nota 8 ta'qiegħ il-paġna.

(11)  Ara nota 8 ta'qiegħ il-paġna.

(12)  Ara n-Nota 7.


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/52


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq sustanzi psikoattivi ġodda”

COM(2013) 619 final – 2013/0305 (COD)

COM(2013) 618 final – 2013/0304 (COD)

(2014/C 177/10)

Relatur: is-Sur SEARS

Nhar l-4 ta' Ottubru 2013, is-7 ta' Ottubru 2013 u t-8 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni Ewropea, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq sustanzi psikoattivi ġodda

COM(2013) 619 final – 2013/0305 (COD) – COM(2013) 618 final – 2013/0304 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għax-Xogħol, l-Affarijiet Soċjali u ċ-Ċittadinanza, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar id-19 ta' Diċembru 2013.

Matul l-495 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta' Jannar 2014 (seduta tal-21 ta' Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'141vot favur, u 2 astensjonijiet.

1.   Sommarju u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jaqbel li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-2005 (1) dwar sustanzi psikoattivi ġodda (SPĠ) għandha bżonn tiġi aġġornata. Huwa jaqbel mal-ħtieġa għal azzjoni kkoordinata aħjar bejn l-aġenziji tal-UE involuti, skeda aktar ristretta għall-ġbir tad-data, u l-possibbiltà ta' klassifikazzjoni interna aktar dettaljata ta' sustanzi skont jekk jippreżentawx riskji baxxi, moderati jew serji. Kwalunkwe azzjoni li tillimita l-provvista għandha ssegwi dawn il-klassifikazzjonijiet fi żmien f'waqtu u b'mod proporzjonat.

1.2

Il-KESE jinnota wkoll li ta' spiss ma kinitx disponibbli data ta' appoġġ għall-valutazzjoni tal-impatt, li l-użu tas-SPĠ jvarja minn parti għal oħra tal-UE, u li l-attitudnijiet pubbliċi u t-tweġibiet politiċi jvarjaw drastikament. Il-Kummissjoni għandha raġun tenfasizza dak li huwa politikament possibbli fi ħdan it-Trattat tal-UE u l-limitazzjonijiet finanzjarji attwali iżda għandha tmur lil hinn minn dawn biex tidentifika dak li hu verament meħtieġ.

1.3

Il-KESE jemmen li jeżistu wkoll lezzjonijiet li wieħed jista' jitgħallem billi jsegwi l-iżviluppi f'pajjiżi barra l-UE; dawn għandhom jiġu enfasizzati f'kull valutazzjoni tal-impatt oħra. Sadanittant huwa meħtieġ il-ġbir aħjar u b'iktar riżorsi tad-data fl-UE mis-sorsi kollha (disponibbiltà tas-sustanzi, rotot ta' provvista, opportunitajiet ekonomiċi u bżonnijiet soċjali), ir-rotot ta' komunikazzjoni (internet u midja soċjali) u r-riżultati (mard li jista' jitkejjel u ħsara oħra).

1.4

Hemm għadd ta' punti tekniċi li jridu jiġu ċċarati jekk il-Proposta għal Regolament tibqa' kif inhi; dawn huma stipulati fit-Taqsima 5 ta' din l-Opinjoni. Is-suċċess se jiddependi mill-appoġġ politiku, il-provvista tad-data u l-finanzjament mill-Istati Membri. Irid ikun hemm qbil dwar l-għanijiet prattiċi. Għandha tkompli ssir ir-riċerka u l-aħjar (u l-agħar) prattiki għall-kontroll u t-trattament għandhom jiġu identifikati. Il-pjanijiet għall-programmi ta' riċerka ffinanzjati mill-UE bħal eSBIRTes, Orion u ALICE-RAP – u s-sejbiet tagħhom – għandhom jiġu kondiviżi b'mod regolari ma' partijiet oħra f'dan il-qasam u jiġu inkorporati aħjar fil-valutazzjonijiet tal-impatt u fil-proposti leġislattivi sussegwenti kollha. Il-ġbir tad-data, il-valutazzjoni tar-riskju u t-trasferiment tal-għarfien għandhom jissoktaw fil-ħin reali permezz tal-Forum tas-Soċjetà Ċivili dwar id-Drogi (jew forsi permezz ta' '“pjattaforma tas-SPĠ” usa'), li tinvolvi l-partijiet interessati kollha, b'mod partikolari l-NGOs involuti direttament u l-gruppi ta' appoġġ. Dan għandu jkopri s-SPĠ kollha, inklużi dawk diġà notifikati bħala li jiġu użati waħedhom, f'taħlitiet jew bħala adulteranti f'SPĠ oħra. Għandu jintlaħaq ftehim iżjed ta' spiss mal-Istati Membri dwar il-prijoritajiet u l-possibilitajiet għal azzjoni. L-alternattivi jew l-addizzjonijiet għal rispons uniformi madwar l-UE kollha ristretti għat-tnaqqis min-naħa tal-provvista għandhom ikunu kkunsidrati.

2.   Introduzzjoni

2.1

Sustanza, kemm jekk naturali u kemm jekk sintetizzata deliberatament għal kwalunkwe għan, leċitu jew illeċitu, tissejjaħ “psikoattiva” jekk, minbarra l-proprjetajiet oħra fiżiċi, kimiċi, tossikoloġiċi u ambjentali tagħha, għandha l-kapaċità, meta kkonsumata mill-bniedem għal kwalunkwe raġuni, li tinteraġixxi mas-sistema nervużi ċentrali tiegħu biex tipproduċi stimulazzjoni jew dipressjoni akkumpanjata minn alluċinazzjonijiet u/jew alterazzjonijiet fil-funzjonijiet motriċi, fil-ħsieb, fl-imġiba jew fil-burdata tiegħu.

2.2

Dawn l-effetti jistgħu jiġu meqjusa ta' għajnuna meta s-sustanzi jiġu fformulati, preskritti u użati taħt kundizzjonijiet kontrollati bħala prodotti mediċinali biex jikkuraw kundizzjonijiet speċifiċi – jew mhux ta' għajnuna u potenzjalment, jew fil-fatt, perikolużi, xi kultant serjament, jekk il-persuna tiddeċiedi li teħodhom minn rajha purament biex tibbenefika mill-effetti msemmija hawn fuq. Dawn ir-riskji jiżdiedu drastikament jekk is-sustanzi jwasslu wkoll għal dipendenza u jekk l-użu tagħhom huwa sfrutabbli ekonomikament.

2.3

Sustanzi bħall-morfina, l-eroina, il-kokaina, l-ekstasi u l-kannabis u d-derivattivi u l-prekursuri diversi tagħhom, flimkien ma' firxa ta' anfetamini, barbiturati, benzodiazepines u droga oħra “psikedelika”, għaldaqstant huma suġġetti għal kontroll, bi gradi differenti ta' suċċess, taħt żewġ konvenzjonijiet tan-NU (2) (1961, 1971) u Protokoll (3) (1972) tan-NU implimentati, f'livelli differenti, fil-livell nazzjonali madwar id-dinja.

2.4

Kwalunkwe sustanza psikoattiva (SP) mhux elenkata u kkontrollata kif spjegat hawn fuq, għall-għanijiet tal-leġislazzjoni tal-UE (u xi leġislazzjonijiet oħra), hija meqjusa bħala “ġdida” – irrispettivament minn kemm ilha magħrufa jew użata għal skopijiet oħra, f'ħafna każi leġittimi. Din is-sustanza tissejjaħ “sustanza psikoattiva ġdida” (SPĠ) biss meta tiġi identifikata (jew suspettata) bħala kummerċjalizzata jew distribwita biss għall-proprjetajiet psikoattivi tagħha, għall-użu minn konsumaturi individwali li jaġixxu barra s-superviżjoni medika jew superviżjoni oħra.

2.5

L-alkoħol, it-tabakk u l-kaffeina, li f'diversi dożi jissodisfaw il-kriterji kollha ta' hawn fuq għall-SPĠ u għall-ħsara fit-tul, huma speċifikament esklużi skont id-definizzjonijiet tan-NU u l-UE. Dan huwa inqas faċli biex isir “fit-triq” jew fi studji akkademiċi fejn l-użu u l-effetti tagħhom huma mħallta mal-oħrajn – u fejn l-impatti soċjali u tas-saħħa tal-alkoħol u t-tabakk jiżbqu sew dawk tal-parti l-kbira tas-SPĠ. Madanakollu, ir-riċerkaturi u r-regolaturi mhux dejjem jaqblu dwar dawn il-kwistjonijiet u hemm bżonn urġenti ta' proċess abbażi ta' ftehim reċiproku biex jiġi stmat id-dannu u r-riskju fuq bażi kwantitattiva.

2.6

Aktar minn 300 SPĠ ġew identifikati bħala li jintużaw (jew kienu jintużaw) okkażjonalment jew fit-tul madwar l-UE kollha. Bħalissa, bħala medja, tasal notifika ġdida fil-ġimgħa mill-Istati Membri. Peress li mhumiex ikkontrollati, l-użu tagħhom mhux illeċitu; għalhekk dawn huma leċiti u jistgħu jiġu deskritti bħala “legali” – bl-implikazzjoni żbaljata li huma wkoll “sikuri” jew “approvati”. Fil-biċċa l-kbira tal-każi ftit hemm data xjentifika sabiex tikkonferma jew tiċħad dawn is-suppożizzjonijiet. Molekuli ġodda, li jkunu varjanti ta' dawk ipprojbiti speċifikament, jistgħu jiġu sintetizzati u impurtati malajr miċ-Ċina jew l-Indja, f'xi każi, bi tweġiba għal ordnijiet minn gruppi organizzati jew individwi fl-UE. Molekuli eżistenti jistgħu wkoll jiġu ddevjati minn skopijiet leġittimi fi ħdan l-UE. Fil-maġġoranza tal-każi, il-motivazzjoni hija ekonomika; f'oħrajn l-isfida ewlenija tkun kif iddur mal-liġi. Il-Punti Fokali Nazzjonali tan-Netwerk Ewropew ttal-Informazzjoni dwar id-Droga u d-Dipendenza mid-Droga (“Reitox”) jipprovdu twissijiet bikrin u jaqsmu informazzjoni dwar is-SPĠ li għadhom kemm ġew identifikati.

2.7

Is-SPĠ huma kkummerċjalizzati taħt bosta ismijiet kummerċjali li jkunu mhux sistematiċi, imqassra u/jew eżotiċi, u ta' spiss f'taħlitiet ma' prodotti oħra pprojbiti, ġodda jew esklużi, inklużi prodotti tal-ħxejjex, ingredjenti medikament attivi, addittivi tal-ikel, tabakk, kaffeina u inert fillers (materjal inert miżjud bħala mili). Ma hemmx konsistenza jew kontroll fuq il-kontenut; it-twissijiet ta' sikurezza huma assenti jew inklużi biss biex jippermettu l-bejgħ (“mhux għall-konsum mill-bniedem”). L-ittikkettar jista' jqarraq deliberatament (“frak tal-melħ tal-banju” jew inċens, għall-prodotti li x'aktarx jinġibdu man-nifs, jitpepu jew jiġu injettati).

2.8

Il-bejgħ isir minn negozjanti speċjalizzati jew ħwienet (ħwienet imsejħin “head”, “smart” jew “smoke” shops, flimkien ma' “parafernalja” marbuta mat-tabakk), u fuq l-internet (bid-disponibbiltà ta' xiri permezz tal-karta ta' kreditu, riċensjonijiet tal-prodotti u tal-fornituri, u konsenja sad-dar fil-pront). Il-websajts anomini jġibu magħhom problemi speċjali. Il-prezzijiet għal kull doża għandhom ix-xejra li jkunu baxxi meta mqabbla mal-prezzijiet tad-drogi illeċiti. Il-midja soċjali tinkoraġġixxi xejriet ġodda u tgħin fl-iskambju tal-esperjenzi. L-użu (bħala “highs legali”, drogi li jittieħdu fil-clubs, fil-parties jew għal rikreazzjoni jew l-hekk imsejħa designer drugs) jvarja sew madwar l-UE u jidher li qed jiżdied bil-mod, b'użu iżjed mill-medja rappurtat fl-Irlanda, il-Polonja, il-Latvja u r-Renju Unit. L-għadd ta' persuni li ġew irrappurtati li ddaħħlu l-isptar b'konsegwenza diretta ta' dan għadu relattivament baxx (li, fin-nuqqas ta' data affidabbli, jista' jew jista' ma jkunx riflessjoni ġenwina tal-ħsara reali).

2.9

B'konsistenza ma' dak li ntqal hawn fuq, u meta mqabbel ma' utenti regolari u dipendenti ta' drogi illeċiti, l-utenti tas-SPĠ (b'mod partikolari, fir-Renju Unit, fejn isir ġbir tad-data konsiderevoli) s'issa għandhom it-tendenza li jkunu żgħażagħ, pjuttost għonja, mhux kriminali u huwa aktar probabbli li jippreżentaw ruħhom għal kura tas-saħħa meta meħtieġ. Minħabba li jkunu għadhom integrati fil-ħajja familjari u dik tax-xogħol, ir-rati ta' rkupru huma ġeneralment tajbin. Meta jseħħu inċidenti jew imwiet, normalment ikunu meqjusa bħala traġedji personali mhux mistennija u għandhom it-tendenza li jirċievu attenzjoni konsiderevoli fil-midja, u għalhekk politikament, għall-istess raġunijiet.

2.10

Minħabba dan, mhux ta' sorpriża li l-attitudnijiet pubbliċi u politiċi fl-Istati Membri tal-UE u madwar id-dinja dwar il-kontrolli fuq is-SPĠ ivarjaw ħafna. L-Urugwaj riċentament illegalizzat il-kannabis. In-New Zealand se jawtorizzaw SPĠ “aċċettabbli” ta' riskju baxx u ta' kwalità kkontrollata. L-Irlanda naqqset l-għadd ta' ħwienet drastikament; il-Pajjiżi l-Baxxi u l-Kanada qed jikkunsidraw li jagħmlu l-istess. Ir-Renju Unit tradizzjonalment ipprefera l-projbizzjoni tal-prodotti, wieħed wieħed jew fi gruppi, iżda issa qed jistudja strateġija alternattivi. Il-Beġju qed jippjana li jipprojbixxi gruppi ta' prodotti. Saru sforzi biex jirrestrinġu l-bejgħ ta' drogi illeċiti fuq l-internet minn siti anonimi; il-bejgħ leċitu madankollu aktarx joktor.

3.   Sommarju tal-proposta tal-Kummissjoni

3.1

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-2005 (4) stabbilixxiet il-qafas għall-iskambju ta' informazzjoni, il-valutazzjoni tar-riskju u l-kontroll fuq SPĠ. Ġie osservat li din hija reattiva, b'informazzjoni limitata miġbura, ftit li xejn kategorizzazzjoni tar-riskju u ftit li xejn għażla għal miżuri restrittivi. Fl-2011, il-Kunsill talab lill-Kummissjoni biex taġġorna d-Deċiżjoni.

3.2

Din il-proposta tistabbilixxi l-miżuri meqjusa neċessarji, inkluża Proposta għal Direttiva li tirrevedi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill (5) dwar dispożizzjonijiet minimi fil-qasam tat-traffikar tad-drogi. Dan iwessa' d-definizzjoni ta' “droga” sabiex is-SPĠ li għandhom riskji gravi għas-saħħa, is-soċjetà u s-sikurezza, ikunu soġġetti għal restrizzjoni tas-suq permanenti fl-UE taħt l-istess intestatura bħas-sustanzi li huma diġà elenkati taħt il-konvenzjonijiet u l-Protokoll rilevanti tan-NU.

3.3

Il-Proposta għal Regolament speċifikament fuq is-SPĠ hija akkumpanjata minn valutazzjoni tal-impatt interna li tenfasizza differenzi fid-disponibilità tad-data, l-użu attwali, l-ispejjeż tas-saħħa u r-reazzjonijiet pubbliċi u governattivi madwar l-UE. Fejn m'hemmx data disponibbli, huma pprovduti stimi. L-għażliet ta' politika huma vvalutati skont l-effettività tagħhom fit-tilħiq tal-għanijiet, l-impatti ekonomiċi, finanzjarji u soċjali, u l-proporzjonalità u l-aċċettabilità mill-partijiet interessati.

3.4

Il-proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE u għandha l-għan li tiżgura l-funzjonament tajjeb tas-suq intern b'livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa, is-sikurezza u l-konsumatur. Hija maħsuba biex tqassar iż-żmien ta' reazzjoni fil-livell tal-UE, biex tipprovdi opportunitajiet għal tweġibiet xierqa u ffukati, biex tindirizza l-problemi tal-użu doppju u n-nuqqas ta' ċertezza legali għall-operaturi tas-suq, u biex tgħaqqad is-suq tas-SPĠ mas-suq intern usa'.

3.5

Il-proposta tistabbilixxi skeda ta' żmien għall-ġbir tad-data għal rapport konġunt mill-Kummissjoni, iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA), l-Europol u aġenziji Ewropej oħra involuti mill-qrib (tal-Mediċini, tas-Sustanzi Kimiċi u tas-Sigurtà fl-Ikel) ibbażat fuq twissijiet bikrin mill-Istati Membri dwar is-SPĠ li jkunu għadhom kemm ġew identifikati.

3.6

Dan ir-rapport jista' jwassal għal valutazzjoni formali tar-riskju mill-EMCDDA bħala bażi għal azzjoni mill-Kummissjoni. Qed jiġu proposti kriterji biex jiddistingwu bejn riskji baxxi, moderati u gravi għass-saħħa, is-soċjetà u s-sikurezza. Meta r-riskji jkunu kkunsidrati li huma baxxi, mhi se tittieħed l-ebda azzjoni oħra. Fil-każ ta' riskji moderati jew gravi, il-Kummissjoni tista' timponi projbizzjonijiet temporanji jew permanenti fuq il-bejgħ ta' SPĠ speċifiċi u, f'każijiet partikolari, fuq il-produzzjoni, id-distribuzzjoni, l-importazzjoni jew l-esportazzjoni tagħhom.

3.7

Il-proposta tipprevedi r-rivalutazzjonijiet tal-livelli ta' riskju fid-dawl ta' tagħrif ġdid u r-rappurtar u l-evalwazzjoni regolari tal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-effettività tar-Regolament. Ir-riċerka u l-analiżi se jkomplu. L-Istati Membri se jkunu obbligati li jistipulaw is-sanzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jinforzaw ir-restrizzjoni tas-suq, u biex jiżguraw li dawn ikunu effikaċi, proporzjonati u dissważivi. Jingħad li din il-proposta mhi se jkollha l-ebda impatt dirett fuq il-baġit tal-Unjoni.

3.8

Ir-Regolament se jidħol fis-seħħ 20 jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-UE u għandu jorbot lill-Istati Membri. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill oriġinali (6) se titħassar u tinbidel.

4.   Kummenti ġenerali

4.1

Il-KESE laqa' l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-2011 “Lejn reazzjoni Ewropea aktar qawwija għad-drogi” u l-Proposta għal Regolament tal-2012 dwar il-prekursuri tad-droga. Il-KESE wera x-xewqa tiegħu li jitressqu proposti dwar “sustanzi psikoattivi ġodda” u ssuġġerixxa linji gwida ġenerali għal azzjoni effettiva fil-livell tal-UE u tal-Istati Membri.

4.2

Fil-każ tal-prekursuri tad-droga, ġie nnutat partikolarment sa liema punt il-partijiet involuti (il-Kummissjoni u numru limitat ta' manifatturi kummerċjanti u utenti aħħarin leġittimi) laqgħu bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-Artikolu 12 tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1988 (7) fir-rigward tal-ħidma flimkien biex jintlaħqu l-għanijiet mixtieqa. F'dan il-każ partikolari, li jirreferi għad-dirottament ta' kwantitajiet żgħar ta' anidride aċetiku meħtieġ għall-manifattura tal-eroina, dawn jistgħu jiġu definiti b'mod pjuttost preċiż.

4.3

Dan għadu mhux il-każ għas-SPĠ fejn is-sitwazzjonijiet fl-Istati Membri u globalment fir-rigward tal-użu attwali u t-tweġibiet pubbliċi u politiċi jvarjaw drastikament. Spiss ma tinġabarx data ewlenija; it-traġedji individwali jattiraw l-attenzjoni tal-mezzi tax-xandir; ir-reazzjonijiet politiċi mhumiex dejjem appoġġatimill-pariri xjentifiċi u professjonali, u jistgħu jkunu direttament kontrihom; fatturi oħra, inkluż l-użu ħafna aktar mifrux u dannuż tal-alkoħol u t-tabakk, huma meqjusa sensittivi wisq biex jiġu inkorporati f'approċċ regolatorju armonizzat; distakk ġenerazzjonali, fir-rigward tal-marketing fuq l-internet, ir-rwol tal-midja soċjali fil-formazzjoni tal-perċezzjoni, it-teħid tar-riskju u l-użu rikreattiv ta' sustanzi psikoattivi, kemm qodma kif ukoll ġodda, huwa evidenti.

4.4

F'dan il-kuntest diffiċli ħafna għal kull min ikun qed jipprova jwieġeb għas-SPĠ, huma rilevanti żewġ kummenti minn opinjonijiet preċedenti tal-KESE, jiġifieri li “Stat ma jistax joħloq danni jew riskji akbar minn dawk li għandu l-ħsieb li jħares minnhom” (8) u, bħal bosta kwistjonijiet oħra ta' tħassib għar-regolaturi, “il-politika għandha tkun ibbażata fuq data u evidenza – u mhux bil-kontra (9)”. Madanakollu, dan hu eħfef biex jingħad milli biex isir.

4.5

It-tħassib dwar il-proposti attwali ċertament mhux li se jagħmlu l-ħsara, pjuttost li jistgħu ma jagħmlux biżżejjed tajjeb – u li l-eżistenza tagħhom tista' tdewwem approċċi bbażati fuq id-data multidixxiplinari u minn soċjetajiet differenti usa', li huma meħtieġa biex jintlaħaq ftehim anke dwar is-sitwazzjoni attwali u dwar l-għanijiet għal perijodu fit-tul għall-popolazzjonijiet speċifiċi. F'każ li ma jintlaħaqx ftehim bil-quddiem dwar dawn, u ma jinkisbux l-appoġġ politiku u finanzjarju meħtieġa, dan għandu jkun rikonoxxut f'kull proposta tgħal regolament fil-livell tal-UE.

4.6

Il-KESE jinnota li l-proposta għandha għanijiet oħra, inkluż l-indirizzar tal-problemi tal-użu doppju, id-dirottament ta' sustanzi leċiti fi ħdan l-UE u n-nuqqas ta' ċertezza għall-“operaturi legali”. Madankollu dawn mhumiex kwantifikati fil-valutazzjoni tal-impatt u timngħatalhom ftit li xejn attenzjoni fil-proposta. Possibilitajiet oħra biex jimlew lakuni minn leġislazzjoni oħra lanqas biss ġew ikkunsidrati. Għalhekk hu diffiċli li wieħed ikun jaf jekk il-bażi tat-Trattat magħżul (l-Artikolu 114 tat-TFUE) huwiex xieraq jew le. Id-data statistika dwar it-300 sustanza li huma elenkati s'issa tista' tintuża biex tiċċara dan il-punt u punti oħra.

4.7

Il-KESE jemmen bil-qawwa, u stqarr diversi drabi, li r-regolazzjoni tal-provvista hija biss parti mis-soluzzjoni – u waħedha mhix probabbli li twassal għal riżultati utli jew li jistgħu jitkejlu. Għandu jkun hemm aktar attenzjoni biex tiftiehem id-domanda – u jiġu proposti modi aħjar biex jiġi żgurat li din tiġi ssodisfata bl-inqas riskju possibbli. Bħal dejjem, ir-riskju qatt ma jista' jiġi eskluż għalkollox – iżda jista' jitnaqqas konsiderevolment. Data aħjar, imxerrda b'mod xieraq, għandha tgħin.

4.8

Il-KESE jinnota wkoll li fejn huma applikati sanzjonijiet kriminali, dawn għandhom ikunu ristretti għal dawk li qed ifittxu li jagħmlu profitt kummerċjali minn bejgħ ta' sustanzi li huma diġà magħrufa li huma pprojbiti jew li x'aktarx jikkawżaw ħsara serja għas-saħħa tal-bniedem. Dan huwa partikolarment minnu għas-SPĠ fejn, s'issa, ir-riskji jidhru li huma aktar baxxi mis-SP “l-antiki” jew esklużi, u fejn il-priġunerija tal-utenti, li huma inevitabbilment esposti għas-SP “antiki”, tkun l-agħar riżultat personali u soċjali possibbli. Dan irid jiġi ddikjarat b'mod ċar fil-proposta jekk l-għan huwa li l-miżuri jkollhom kredibbiltà mal-popolazzjonijiet milquta fl-UE, speċjalment iż-żgħażagħ direttament involuti.

5.   Kummenti speċifiċi

5.1

Il-proposta tipprovdi definizzjonijiet ta' xi wħud (iżda mhux kollha) mit-termini ewlenin użati – iżda ma tispjegax kif għandhom japplikaw għal dan is-suq eċċezzjonalment strutturat, li qiegħed jikber malajr, parti legali, parti kriminali, parti trasparenti, parti regolat, ta' prodotti manifatturati l-aktar barra l-UE. “Operatur ekonomiku” mhuwiex definit – u jista' presumibilment jitqies bħala legali (bejjiegħ tas-SPĠ direttament, jew permezz ta' “head shop” jew l-internet) jew illegali (negozjant ta' drogi illeċiti). Xi jfisser “tqegħid fis-suq” fil-kuntest ta' bejgħ fuq l-internet fil-livell globali? Għalfejn “taħlita” għanda tkun limitata għal żewġ SPĠ jew aktar – pjuttost milli pereżempju SPĠ waħda flimkien ma' kwantitajiet li jvarjaw ta' tabakk, kaffeina, ħwawar u fillers? Ikun aħjar li tiffoka fuq “l-utenti” bħala “kull min jikkonsma s-SPĠ minbarra taħt superviżjoni medika” minflok fuq il-grupp usa' ta' “konsumaturi” (“persuni li jaġixxu għal għanijiet li ma għandhomx x’jaqsmu mal-kummerċ, negozju, jew professjoni tagħhom”) li l-biċċa l-kbira minnhom mhux affetwati minn din l-attività? Jekk il-proposta hija intiża li tkun proattiva u mhux reattiva, ma għandhiex tiffoka wkoll fuq is-SPĠ “li jidher li mistennija joħorġu, abbażi ta' ġudizzju u valutazzjoni xjentifiċi”? Għaliex il-piż tal-prova ċċaqlaq mill-fornituri, li għandhom ikunu obbligati juru li l-prodotti tagħhom huma ta' “riskju baxx”, għall-EMCDDA u l-Kummissjoni – li għalhekk jidhru bħala dawk li jagħtu l-approvazzjoni tagħhom?

5.2

Id-definizzjoni tas-SPĠ tista' wkoll tiġi ċċarata – forsi bis-sostituzzjoni ta' “ġodda” b'“notifikati” – skont din il-proposta tal-UE – aktar milli “ġodda” biss b'relazzjoni ma' konvenzjonijiet tan-NU eżistenti. Minħabba li s-sustanzi mhumiex (u ma jistgħux u m'għandhomx ikunu) ittestjati b'mod regolari fil-qafas tar-REACH jew leġislazzjoni oħra bbażata fuq is-sustanzi għall-proprjetajiet psikoattivi tagħhom, hemm ftit li xejn informazzjoni dwar liema kwantità ta' molekuli tista' eventwalment turi (jew tiġi kkummerċjalizzata li turi) dawn l-effetti f'livelli differenti, min iżjed u min inqas.. Minħabba li t-terminu “SP” japplika biss meta l-effetti jesperjenzahom il-bniedem, il-limitazzjonijiet ta' testijiet fuq l-annimali huma ovvji.

5.3

Il-KESE jinnota, b'ċertu tħassib, li l-proposta tiffoka fuq sustanzi individwali pjuttost milli fuq it-taħlitiet li huma kummerċjalizzati b'mod ġenerali. Hija definita skeda għat-tweġibiet tal-aġenziji – iżda mhux biex il-Kummissjoni tibda r-rapport konġunt jew il-valutazzjoni tar-riskju. Il-proċess jibda jekk “għadd” ta' Stati Membri jidentifikaw l-istess SPĠ; għaliex mhux Stat Membru wieħed biss, jekk ikun immirat b'mod sostanzjali? Kemm huma “għadd” ta' Stati? Mhuwiex ċar kif il-Kummissjoni se tiddeċiedi, fl-assenza (probabbli) ta' aktar informazzjoni mingħand l-aġenziji – u kritikament fin-nuqqas ta' kontribut politiku mill-Istati Membri. M'hemm l-ebda dispożizzjoni għal azzjoni taħt leġislazzjoni oħra tal-UE jew tal-Istati Membri, pereżempju, il-liġi dwar it-tikkettar, l-atti dwar il-bejgħ ta' merkanzija, il-protezzjoni ġenerali tal-konsumatur u leġislazzjoni oħra dwar kwistjonijiet kimiċi u mediċi, ikel, saħħa u sigurtà. Il-“head shops”, jekk jibqgħu jiġu permessi, għandhom jiġu konformi mal-liġi eżistenti dwar il-protezzjoni tal-konsumatur.

5.4

Il-KESE huwa partikolarment imħasseb dwar in-nuqqas ta' fondi addizzjonali allokati għal din il-ħidma. Jekk dan jista' jitwettaq fuq baġits eżistenti, għaliex dawn il-proċeduri mhux qed ikunu segwiti fil-preżent? Jistgħu jinkisbu riżultati sinifikanti mingħajr tali finanzjament? Hemm bżonn Regolament (dirett lejn l-Istati Membri) biex jiġi stabbilit kif id-diversi aġenziji tal-UE jinteraġixxu – jew dawn il-proċessi interni jistgħu jiġu modifikati b'mod aktar f'waqtu b'kunsens reċiproku fid-dawl tal-esperjenza?

5.5

Il-KESE jinnota li l-valutazzjoni tal-impatt li fuqha hija bbażata din il-proposta għandha nuqqas ta' data komparabbli mill-Istati Membri kollha dwar l-użu, l-impatti u l-ispejjeż tal-kura tas-saħħa tas-SPĠ. Jekk jintwera li dawn huma ġenerali u sinifikanti, allura l-azzjoni mill-aġenziji tal-UE tagħti soluzzjoni kosteffiċjenti. Il-KESE huwa mħasseb li l-proposta ma tistabbilixxix standards minimi għar-rappurtar – li, min-naħa tiegħu, jista; jeħtieġ rikonoxximent aħjar tal-Punti Fokali Nazzjonali – li huma primarjament volontarji u jipprovdu data essenzjali permezz ta' “Reitox” – u appoġġ aħjar għalihom.

5.6

Il-KESE jaqbel li s-SPĠ għandhom jiġu kklassifikati internament abbażi ta' kriterji li jkun intlaħaq ftehim dwarhom minn qabel bħala ta' riskju baxx, moderat jew qawwi skont evidenza disponibbli bħalissa. Madanakollu dan m'għandhux jiftiehem bħala għotja ta' approvazzjoni għall-bejgħ leċitu jew sikur u kwalukwe listi disponibbli għall-pubbliku għandhom juru dan b'mod ċar. Minħabba n-nuqqas ta' data disponibbli u d-diffikultajiet tal-valutazzjoni kwantitattiva tar-riskju, għandha tkun mistennija r-riklassifikazzjoni mill-ġdid ibbażata fuq evidenza addizzjonali.

5.7

Il-KESE jaqbel ukoll man-noti ta' gwida attwali tal-EMCDDA dwar il-valutazzjoni tar-riskju tas-SPĠ, li s-SP “antiki” jew esklużi iżda li jintużaw ħafna u u magħrufa sew għandhom ikunu inklużi bħala markaturi fuq l-istess skala – inklużi, pereżempju, l-eroina, il-kokaina, il-kannabis, l-ekstasi, l-alkoħol u t-tabakk. Jekk dan ma jistax isir, fid-dawl tal-evidenza kollha faċilment disponibbli, lanqas ma jkun jista' jsir għas-SPĠ fejn l-evidenza hija skarssa, mhux kompluta u ħafna drabi kontradittorja; is-SPĠ kummerċjalizzati għall-ewwel darba jista' jkollhom impatt soċjali, kriminali jew ambjentali baxx iżda xorta jistgħu jkunu severament perikolużi għas-saħħa tal-bniedem jekk jintużaw b'dan il-mod.

5.8

Il-KESE jemmen li dan l-approċċ aktar olistiku għall-vizzju tad-drogi u d-dipendenza mid-drogi jista' jwassal ukoll għal approċċi preventivi u kura ta' rimedju ffinanzjati aħjar fil-livell nazzjonali. Huwa essenzjali li wieħed jifhem il-prattiki u l-attitudnijiet ta' gruppi ta' etajiet differenti (10-18, 18-25 u 25 +). Ir-rwol tal-midja soċjali u l-marketing onlajn u s-servizzi ta' konsulenza fil-formazzjoni ta' xejriet jew fl-iskambju tat-twissijiet diġà huma importanti u se jkomplu jiddominaw dejjem iktar it-teħid ta' deċiżjonijiet personali f'dan il-qasam. Proġetti li jissorveljaw dan għandhom ikunu mħeġġa u ffinanzjati mija fil-mija. Il-protezzjoni tajba tas-saħħa għandu jkollha prijorità fuq il-ġustizzja u s-suq intern.

5.9

Il-KESE jagħraf li eventwalment tista' tkun meħtieġa regolamentazzjoni; madankollu il-ħtieġa u l-forma ta' din il-leġislazzjoni mhuma ċari xejn. L-Istati Membri jaraw il-problemi b'mod differenti, jippreferu soluzzjonijiet differenti u għandhom ikunu jistgħu jieħdu azzjoni f'waqtiet differenti. Madwar id-dinja hemm kuntrast qawwi bejn ir-restrizzjoni u l-awtorizzazzjoni. Ikun utli li nsegwu l-iżviluppi f'żewġ pajjiżi qrib xulxin, ekonomikament u kulturalment simili, fl-Emisfera tan-Nofsinhar, l-Awstralja u n-New Zealand. Il-kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Uniti u pajjiżi oħra li joffru provvisti mill-internet se jkunu essenzjali. It-taħditiet kummerċjali maċ-Ċina u l-Indja għandhom jinkludu miżuri biex jillimitaw il-manifattura u l-bejgħ tas-SP antiki, esklużi u ġodda.

5.10

Din hija fuq kollox problema tassew globali – u kwalunkwe valutazzjoni tal-impatt u proposta għal regolament oħra għandha tinkludi dawn id-dimensjonijiet u tikkunsidra firxa usa' ta' għażliet, anke jekk dawn huma inizjalment meqjusa bħala diffiċli biex jiġu implimentati fil-livell tal-UE. L-EMCDDA se jkollu rwol ewlieni f'dan. Jekk ikun hemm bżonn iktar fondi, dawn għandhom jiġu pprovduti. Il-programmi ta' riċerka rilevanti għandhom ikunu kkoordinati iktar mill-qrib u r-riżultati tagħhom kondiviżi b'mod iżjed ġenerali Meta tkun meħtieġa legislazzjoni, fi kwalunkwe livell, huwa ttamat li jkollha bażi ta' evidenza iktar b'saħħitha biex issolvi l-kwistjonijiet imqajma hawn fuq.

Brussell, 21 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  2005/387/ĠAI, ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 30–35 (edizzjoni speċjali bil-Malti).

(2)  Konvenzjoni Unika tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drogi Narkotiċi (1961),

(3)  Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti tal-1972, li jemenda l-Konvenzjoni Unika dwar id-Drogi Narkotiċi

(4)  Ara n-nota nru 1 f'qiegħ il-paġna.

(5)  2004/757/ĠAI, ĠU L 153M, 7.6.2006, p. 94–97 (edizzjoni speċjali bil-Malti).

(6)  Ara n-nota nru 1 f'qiegħ il-paġna.

(7)  Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu fi Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi (1988).

(8)  Ara l-Opinjoni tal-KESE, ĠU C 229, 31.7.2012, p.85.

(9)  Ara l-Opinjoni tal-KESE, ĠU C 76, 14.3.2013, p.54.


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/58


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar il-Pakkett NAIADES II, magħmul mit-tliet dokumenti li ġejjin: “il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 tad-29 ta' Marzu 1999 dwar il-politika ta' kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex tippromwovi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni”

COM(2013) 621 final – 2013/0303 (COD)

“il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill”

COM(2013) 622 final – 2013/0302 (COD)

“il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn il-kwalità fit-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni – NAIADES II”

COM(2013) 623 final

(2014/C 177/11)

Relatur: is-Sur SIMONS

Nhar l-10 ta' Settembru 2013, is-7 u l-31 ta' Ottubru 2013, u t-8 u t-22 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 91(1) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Pakkett NAIADES II,

magħmul mit-tliet dokumenti li ġejjin:

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/1999 tad-29 ta' Marzu 1999 dwar il-politika ta' kapaċità tal-flotta tal-Komunità biex tippromwovi t-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni

COM(2013) 621 final – 2013/0303 (COD)

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva 2006/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

COM(2013) 622 final – 2013/0302 (COD)

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Lejn il-kwalità fit-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni – NAIADES II

COM(2013) 623 final.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-18 ta' Diċembru 2013.

Matul l-495 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta' Jannar 2014 (seduta tal-21 ta' Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'140 vot favur, 2 voti kontra u 10 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-Kumitat jilqa' u jappoġġja l-miżuri proposti mill-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni u ż-żewġ Proposti leġislattivi skont ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin.

1.2

Il-Kumitat iqis li r-raġuni għalfejn in-navigazzjoni interna naqset milli żżid sehemha fis-suq tat-trasport hija dovuta l-iktar għan-nuqqas ta' appoġġ politiku u finanzjaru għas-settur fis-snin li għaddew.

1.3

Għalhekk il-Kumitat jappella lill-Kummissjoni biex tagħmel disponibbli biżżejjed fondi – li jistenna li jkunu mill-inqas 20 % – mill-baġit tal-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa (FNE) u ċerti partijiet tal-Orizzont 2020, b'mod partikolari dawk favur l-innovazzjoni, għall-passaġġi fuq l-ilma interni u għas-settur tan-navigazzjoni interna biex jitwettqu l-għanijiet tal-programm tagħha. Huwa jappella wkoll lill-Kummissjoni biex tappoġġja u tħeġġeġ lill-Istati Membri fil-manutenzjoni u l-estensjoni tal-infrastruttura. Barra minn hekk għandhom jiġu żviluppati wkoll mekkaniżmi ġodda ta' finanzjament.

1.4

Fid-dawl tal-importanza kbira tal-infrastruttura fit-twettiq tal-għanijiet tal-Kummissjoni, il-Kumitat jappella lill-Istati Membri biex jassumu r-responsabbiltà tagħhom fil-qafas ta' din il-kompetenza. F'dan ir-rigward il-Kumitat ifakkar, fost affarijiet oħra, fl-“Istrateġija tad-Danubju” li tippromovi l-iżvilupp tal-pajjiżi tad-Danubju (2010) u fid-Dikjarazzjoni li sadanittant ġiet iffirmata fl-2012.

1.5

Il-Kumitat jappoġġja l-Istrateġija tad-Danubju, iżda jinnota li s'issa din l-Istrateġija u d-Dikjarazzjoni ffirmata fl-2012 għadhom ma ġewx implimentati b'mod sodisfaċenti. Għalhekk, huwa jappella lill-Kummissjoni biex twaqqaf grupp ta' ħidma biex jimmonitorja li jiġu rispettati l-wegħdiet li saru f'din l-Istrateġija u d-Dikjarazzjoni.

1.6

Il-Kumitat jappoġġja bil-qawwa d-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal dwar il-Programm NAIADES sabiex jiġu implimentati l-miżuri għall-ekoloġizzazzjoni fil-livell settorjali. Huwa jixtieq li anke hawnhekk jiġu pprovduti biżżejjed fondi biex jinħataf iċ-ċans mitluf tal-Programm NAIADES I.

1.7

B'referenza għall-Opinjoni preċedenti tiegħu dwar is-sigurtà soċjali fis-settur, il-Kumitat jappella lill-partijiet kollha interessati biex jiżviluppaw iktar inizjattivi f'dan il-qasam. L-armonizzazzjoni ppjanata, abbażi ta' djalogu soċjali, tal-profili professjonali u l-koordinazzjoni fil-livell Ewropew tal-kwalifiki professjonali jaqdu rwol prominenti, u l-Kummissjoni ser tikkoopera mill-qrib mal-kummissjonijiet tax-xmajjar, bħall-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu.

1.8

Il-Kumitat iqis il-proposti fir-rigward tal-kooperazzjoni istituzzjonali bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-kummissjonijiet tax-xmajjar bħala żvilupp importanti. Huwa jappella lill-istituzzjonijiet involuti biex jikkoordinaw id-diversi reġimi legali mill-qrib u b'hekk jiksbu l-armonizzazzjoni mixtieqa.

2.   Introduzzjoni

2.1

Bin-navigazzjoni interna jiġu trasportati mal-500 miljun tunnellata ta' merkanzija fis-sena, li huma ekwivalenti għal 25 miljun trakk u servizz ta' trasport ta' 140 biljun tunnellata/km. Madankollu, in-navigazzjoni interna taqdi wkoll rwol importanti fil-qasam tat-trasport tal-passiġġieri, kemm fit-turiżmu (vapuri tal-kruċieri u żjarat ta' ġurnata) kif ukoll, b'mod dejjem jiżdied, fit-trasport bejn il-bliet u r-reġjuni (pereżempju l-laneċ).

2.2

Is-swieq tradizzjonali tat-trasport, bħat-trasport ta' prodotti bl-ingrossa fuq distanzi twal, qed jiġu estiżi b'servizzi ġodda innovattivi fejn in-navigazzjoni interna, anke fuq distanzi qosra, qed taqdi rwol dejjem iktar importanti.

2.3

Permezz tal-ekonomiji ta' skala tagħha u l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija, in-navigazzjoni interna toffri l-inqas spejjeż esterni fir-rigward ta' emissjonijiet CO2, storbju, aċċidenti u traffiku. Peress li għandha l-ogħla standard dinji ta' sigurtà, din il-modalità ta' trasport hija l-ikbar trasportatur ta' prodotti perikolużi fl-Ewropa.

2.4

Is-settur tan-navigazzjoni interna jħaddem mal-44 000 persuna u hemm mat-12 000 impjieg marbuta indirettament miegħu. Dan is-settur ibati minn nuqqas ta' persunal kwalifikat u għalhekk joffri lil min qed ifittex impjieg opportunità biex jidħol fis-suq tax-xogħol. Permezz tal-programmi ġodda ta' taħriġ u opportunitajiet għal karriera, in-navigazzjoni interna toffri liż-żgħażagħ impjiegi interessanti.

2.5

In-navigazzjoni interna topera f'suq kompletament liberalizzat, li madankollu mill-2008 'l hawn intlaqat ħażin mill-konsegwenzi tal-kriżi ekonomika. Minħabba r-reċessjoni ekonomika, fis-snin li għaddew il-volumi trasportati naqsu u dan wassal biex is-settur tan-navigazzjoni interna spiċċa b'kapaċità żejda u tnaqqis fil-prezzijiet tat-trasport. Diversi studji juru li din is-sitwazzjoni mhux ser tittejjeb qabel ma jgħaddu ftit tas-snin.

2.6

Fin-netwerk vast tal-passaġġi fuq l-ilma fl-Ewropa, li jħaddan mas-37 000 km ta' xmajjar u kanali, għad hemm kapaċità biżżejjed biex jiġu assorbiti iktar flussi ta' trasport. Iżda dan jiddependi minn manutenzjoni tajba tas-sistema tal-passaġġi fuq l-ilma. Anke matul il-perjodu tal-programm ta' azzjoni NAIADES I (2006-2014) kien hemm passaġġi fuq l-ilma li ma kinux miżmuma sew u kien hemm nuqqas ta' konnessjonijiet li ma ġiex indirizzat, l-iktar minħabba tnaqqis fil-baġits nazzjonali. Barra minn hekk, it-twettiq tal-proġetti ta' infrastruttura tal-passaġġi fuq l-ilma ffaċċja tfixkil minħabba proċeduri twal u bil-mod u piżijiet amministrattivi evitabbli.

3.   Kontenut tal-Komunikazzjoni

3.1

Fl-10 ta' Settembru 2013, il-Kummissjoni ħarġet il-Komunikazzjoni “Lejn il-kwalità fit-trasport bil-passaġġi fuq l-ilma interni – NAIADES II”. Fiha l-Kummissjoni osservat li l-predeċessur, NAIADES I, ħoloq momentum imma l-prospetti ekonomiċi u ekoloġiċi tan-navigazzjoni interna sejrin għall-agħar u m'hemm kważi l-ebda progress fir-rigward tat-titjib tal-infrastruttura. Barra minn hekk, is-settur għaddej minn kriżi ekonomika li qed twassal għal kapaċità żejda.

3.2

L-opportunitajiet u l-isfidi ta' din il-modalità ta' trasport wasslu biex il-Kummissjoni tiddeċiedi testendi l-programm ta' azzjoni preċedenti tagħha għan-navigazzjoni interna. Permezz ta' NAIADES II, il-Kummissjoni qed timmira lejn bidliet strutturali fit-tul fis-settur tan-navigazzjoni interna mingħajr ma taffettwa s-suq ħieles.

3.3

Taħt NAIADES ġew proposti l-azzjonijiet konkreti li ġejjin:

infrastruttura ta' kwalità, fosthom anke konnessjonijiet u integrazzjoni aħjar tan-navigazzjoni interna ma' modalitajiet oħra. Hawnhekk il-portijiet (tal-baħar u l-portijiet interni) jaqdu rwol importanti bħala punti ta' konnessjoni;

l-innovazzjoni;

suq li jaħdem sew;

tnaqqis tal-piż fuq l-ambjent permezz ta' emissjonijiet iktar baxxi;

ħaddiema kwalifikati u impjiegi ta' kwalità;

integrazzjoni tan-navigazzjoni interna fil-katina tal-loġistika multimodali.

3.4

Dan il-programm ta' azzjoni ser ikun akkumpanjat minn żewġ proposti leġislattivi, waħda dwar ir-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tan-navigazzjoni interna u oħra biex temenda r-regolament tal-kapaċità tan-navigazzjoni interna. Iż-żewġ strumenti diġà ilhom jintużaw għal ħafna żmien fin-navigazzjoni interna. Permezz tal-proposti l-ġodda l-Kummissjoni qed timmira li timmodernizza dawn l-istrumenti legali. Barra minn hekk, fil-Komunikazzjoni hemm ukoll Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dettaljat dwar l-ekoloġizzazzjoni tal-flotta.

3.4.1

Il-Proposta tal-Kummissjoni għal direttiva teknika ġdida li tissostitwixxi d-Direttiva 2006/87 għandha l-għan li jkun hemm koordinazzjoni aħjar bejn id-diversi entitajiet regolatorji u tipprevedi mekkaniżmu għal dan l-iskop. Din hija l-ewwel miżura konkreta tal-kooperazzjoni istituzzjonali pjanata fil-livell regolatorju.

3.4.2

Il-Proposta tal-Kummissjoni biex temenda r-Regolament 718/1999 dwar il-politika ta' kapaċità tal-flotta tipprevedi li jinfirxu l-opportunitajiet li għalihom jistgħu jintużaw il-flus mill-fond ta' riżerva mill-organizzazzjonijiet rappreżentattivi tan-navigazzjoni, partikolarment għal finijiet ekoloġiċi. Din il-proposta taqa' taħt il-qafas tal-pakkett sħiħ tal-miżuri proposti.

3.5

Il-Komunikazzjoni tipproponi atturi diversi sabiex jimplimentaw dawn il-miżuri. L-iżvilupp ta' infrastruttura ta' kwalità jaqa' taħt ir-responsabbiltà tal-UE u l-Istati Membri. L-istess jgħodd għat-twettiq ta' qafas legali aħjar li jrid joħloq sitwazzjoni ta' opportunitajiet indaqs fis-suq intern. Ir-responsabbiltà għat-trasparenza fis-suq u l-innovazzjoni taqa' f'idejn is-settur.

3.6

Il-Komunikazzjoni tinkludi wkoll parti dwar governanza aħjar. Tradizzjonalment in-navigazzjoni interna taqa' taħt diversi reġimi legali. Il-prinċipju tal-moviment ħieles fix-xmajjar prinċipali Ewropej huwa mnaqqax fit-trattati internazzjonali u r-regolamenti li jirriżultaw minnhom. Barra minn hekk l-UE għandha wkoll kompetenzi fil-qasam tan-navigazzjoni interna. Sabiex jiġu indirizzati dawn is-setgħat u l-attivitajiet, li xi kultant jidħlu f'xulxin, il-Kummissjoni tipproponi approċċ ġdid. Hija qed timmira għal kooperazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu li ffirmat ftehim magħha dwar dan.

3.7

NAIADES II m'għandu l-ebda baġit proprju għall-finanzjament tal-miżuri proposti. Għalhekk fil-livell Ewropew, il-Komunikazzjoni tirreferi għall-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa għall-miżuri tal-infrastruttura u għall-Orizzont 2020 għall-finanzjament tar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Barra minn hekk, iż-żewġ strumenti għandhom joffru għajnuna finanzjarja għall-programm ta' appoġġ ta' politika u għall-ekoloġizzazzjoni tal-flotta.

3.8

Il-Kummissjoni tixtieq iżżid l-ambizzjoni tagħha għall-promozzjoni tan-navigazzjoni interna billi tikkonċentra fuq l-oqsma bl-ogħla valur miżjud. Għal dan il-għan hija tistenna kontribut mill-Istati Membri u mis-settur.

4.   Kummenti ġenerali

4.1

Il-Kumitat jappoġġja bil-qawwa l-użu aħjar tal-kapaċitajiet tan-navigazzjoni interna, iktar u iktar fid-dawl tal-vantaġġi enormi li din il-modalità ta' trasport toffri mil-lat ta' prestazzjoni tas-servizzi tat-trasport, sostenibbiltà u spejjeż esterni. L-importanza u l-potenzjal tan-navigazzjoni interna huma kbar, sew fir-rigward tat-trasport tal-oġġetti u sew tat-trasport tal-passiġġieri. Apparti l-vapuri tal-kruċieri, ir-rwol tat-trasport bl-ilma qed isir dejjem iktar distint f'żoni urbani b'densità għolja fejn jintużaw is-servizzi tal-laneċ.

4.2

Il-Kumitat jaqbel mal-osservazzjonijiet tal-Kummissjoni li n-navigazzjoni interna ma tintużax biżżejjed u jappoġġja lill-Kummissjoni fil-ġlieda biex jiżdied sehem dan is-settur fis-settur sħiħ tat-trasport. Iżda fil-ġlieda tagħha biex in-navigazzjoni interna tiġi integrata aħjar u toħloq il-kundizzjonijiet għaliha l-Kummissjoni ma qisitx sew l-importanza ta' bażi finanzjarja soda għall-programm ta' azzjoni. Il-Kumitat jinnota li permezz tal-programm NAIADES II ġie propost pjan ġdid ambizzjuż li madankollu s'issa għad m'hemmx ċarezza biżżejjed dwar il-finanzjament tiegħu. Il-Kumitat iqis importanti wkoll id-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar il-finanzjament ta' dan il-Programm u jappella lill-Kummissjoni biex tqis in-nuqqasijiet preċedenti.

4.3

Fir-rapport tal-Kummissjoni dwar il-valutazzjoni intermedja tal-programm NAIADES I ġie nnotat li l-programm ħoloq il-momentum u wassal għal sensibilizzazzjoni aħjar tal-potenzjal tas-settur, partikolarment fost il-persuni li jfasslu l-politika fil-livell nazzjonali.

4.4

Barra minn hekk, mill-esperjenza tal-programm NAIADES I u l-iktar linji gwida reċenti tat-TEN-T huwa ċar li l-Istati Membri ma jistgħux ma jimpenjawx lilhom innifishom wara li jkunu approvaw l-għanijiet ta' din il-Komunikazzjoni. Il-Kumitat iħeġġeġ ukoll lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni biex jistabbilixxu dan b'mod ċar u konkret.

4.5

Għall-Kumitat huwa ċar li biex tiġi promossa n-navigazzjoni interna jrid ikun hemm kooperazzjoni mill-qrib u ta' kwalità bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-kummissjonijiet tax-xmajjar. Il-Kumitat jappoġġja l-proposti rilevanti u f'dan il-kuntest jenfasizza r-rwol importanti tal-Kummissjoni Ċentrali għan-Navigazzjoni fuq ir-Renu fl-iżvilupp tan-navigazzjoni interna u l-istandard għoli tekniku u tas-sigurtà.

4.6

Il-Kumitat jisħaq fuq l-importanza kbira li għandha l-infrastruttura sabiex jitwettqu l-għanijiet tal-Kummissjoni. Sabiex tiġi promossa integrazzjoni aħjar tan-navigazzjoni interna u biex l-affidabbiltà tagħha tiġi garantita, huwa kruċjali li jiġi żgurat netwerk ta' passaġġi miżmum sew u mingħajr punti ta' konġestjoni u konnessjonijiet miksura. Il-Kumitat jappella lill-Istati Membri biex jassumu r-responsabbiltà tagħhom f'dan il-qasam ta' kompetenza.

4.7

Minħabba l-baġits limitati fil-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Kumitat jistenna li l-Kummissjoni talloka mill-inqas 20 % tar-riżorsi disponibbli għall-passaġġi fuq l-ilma u li tappoġġja u timmotiva l-Istati Membri fil-manutenzjoni u t-twessigħ ta' din l-infrastruttura. Il-passaġġi fuq l-ilma fl-Ewropa, għall-kuntrarju tat-toroq u l-ferroviji, għad għandhom biżżejjed kapaċità biex jassorbu ħafna aktar mill-volum ta' trasport attwali b'tali mod li l-investiment fil-passaġġi fuq l-ilma jista' jrodd lura l-massimu.

4.8

Il-Kumitat ħa nota tal-intenzjoni li tinbeda konsultazzjoni dwar l-iffissar ta' prezzijiet tal-infrastruttura biex tiġi kalkulata l-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni tan-navigazzjoni interna. Il-Kumitat jenfasizza li s-suġġett tal-internalizzazzjoni tal-ispejjeż esterni tan-navigazzjoni interna għandu jiġi ttrattat bl-iktar kawtela u li dan l-istrument għandu jkun jista' jintuża biss biex jiżdiedu l-volumi ta' trasport tan-navigazzjoni interna u biex tittejjeb il-pożizzjoni kompetittiva tagħha.

4.9

Il-programm NAIADES II huwa intiż, fost affarijiet oħra, biex jagħmel lis-settur aktar attraenti fuq is-suq tax-xogħol u biex joħloq impjiegi ta' kwalità għolja, kif ukoll jistimula l-mobbiltà tax-xogħol. Għalhekk hemm il-ħsieb li ssir armonizzazzjoni tal-profili professjonali u koordinazzjoni Ewropea tal-kwalifiki professjonali. Dan jista' jsolvi n-nuqqas ta' persunal kwalifikat fin-navigazzjoni interna.

4.10

Fir-rigward tas-sigurtà soċjali, il-Kumitat jirreferi għall-Opinjoni tiegħu tal-2005 (TEN/200), fejn appella biex titfassal politika soċjali Komunitarja għan-navigazzjoni interna. B'hekk, fis-snin li għaddew, fil-qafas tad-djalogu soċjali saret ħidma f'dan il-qasam u din wasslet għat-tfassil ta' regoli speċifiċi fil-qasam tal-ħin tax-xogħol fin-navigazzjoni interna, li l-imsieħba soċjali ffirmaw ftehim dwaru. Il-Kumitat iħeġġeġ inizjattivi oħra fil-kuntest tad-djalogu soċjali sabiex il-karrieri f'dan is-setturi jkunu aktar attraenti.

5.   Kummenti speċifiċi

5.1

Fir-rigward tal-linji gwida l-ġodda tat-TEN-T il-Kumitat jappella lill-Kummissjoni biex, fl-implimentazzjoni tal-approċċ il-ġdid għall-kurituri multimodali, tiżgura li l-passaġġi fuq l-ilma jkunu integrati sew. Il-pjani għall-kurituri multimodali għandhom jieħdu ħsieb li l-modalitajiet jingħataw l-istess opportunitajiet. Fit-tfassil ta' dawn il-pjani għandu jinħoloq rwol importanti għas-settur tan-navigazzjoni interna.

5.2

Il-Kumitat iqis li huwa ferm importanti li l-passaġġi kollha tal-ilma bi klassifika IV u ogħla għandhom jiddaħħlu fin-netwerk ċentrali tat-TEN-T. Għalhekk l-Istati Membri għandhom id-dmir li jiżguraw il-manutenzjoni u t-titjib ta' dawn il-passaġġi fuq l-ilma u li jagħtu l-appoġġ kollu biex jitneħħew il-punti ta' konġestjoni biex il-kapaċità żejda tal-passaġġi fuq l-ilma Ewropej tintuża kompletament. Il-Kumitat jixtieq jiġbed l-attenzjoni lix-xmajjar li għad għandhom biżżejjed kapaċità biex jassorbu t-trasport, bħad-Danubju u l-Elbe. Huwa jappella lill-Istati Membri biex, bl-appoġġ tal-Kummissjoni, minnufih isibu soluzzjonijiet għall-punti ta' konġestjoni f'dawn ix-xmajjar u biex ilestu l-konnessjonijiet miksura – bħall-interkonnessjoni Seine-Scheldt.

5.3

F'dan il-qafas, id-Danubju jaqdi rwol speċjali fl-iżvilupp tat-trasport fil-pajjiżi tal-Ewropa Ċentrali u tal-Lvant. Il-Kummissjoni għarfet dan fl-2010 fl-Istrateġija tad-Danubju, li tippromovi l-iżvilupp tal-pajjiżi tad-Danubju. It-trasport fuq id-Danubju huwa wieħed mill-pilastri ta' din l-istrateġija u għandu jikkontribwixxi għat-tkabbir tan-navigazzjoni interna f'din ix-xmara importanti. Għal dan il-għan, fl-2012, il-pajjiżi tad-Danubju – b'xorti ħażina b'eċċezzjoni waħda – iffirmaw dikjarazzjoni fejn ħadu l-impenn li jagħmlu l-manutenzjoni tad-Danubju abbażi tal-istandards rilevanti biex jiġu evitati l-imblokki futuri għan-navigazzjoni interna minħabba li l-ilma ma jkunx fond biżżejjed.

5.4

Il-Kumitat jappoġġja din l-Istrateġija tal-Kummissjoni, iżda jinnota li s'issa l-istess strateġija u d-dikjarazzjoni ffirmata fl-2012 għadhom ma ġewx implimentati b'mod sodisfaċenti. Għalhekk, huwa jappella lill-Kummissjoni biex twaqqaf grupp ta' ħidma biex jimmonitorja li jiġu rispettati l-wegħdiet li saru f'din l-Istrateġija u Dikjarazzjoni u jsolvi l-problemi notati mingħajr xkiel sabiex l-iżvilupp mixtieq tan-navigazzjoni interna f'dan il-kuritur importanti ma jkunx mhedded.

5.5

Il-Kummissjoni tinnota li n-navigazzjoni interna għadha lura meta mqabbla mal-modalitajiet l-oħra fir-rigward tal-innovazzjoni. Fost affarijiet oħra dan huwa dovut għat-tul ta' ħajja tat-tagħmir. Barra minn hekk m'hemmx biżżejjed kultura ta' innovazzjoni f'dan is-settur. Il-Kummissjoni tappella lis-settur biex jassumi rwol mexxej f'dan il-qasam u jiżviluppa politika tal-innovazzjoni.

5.6

Il-Kumitat jaqbel ma' dawn l-osservazzjonijiet imma jenfasizza kemm il-ħajja twila tat-tagħmir kif ukoll il-livell għoli ta' investiment fis-settur tan-navigazzjoni interna, u li minħabba f'hekk l-innovazzjoni f'dan is-settur timxi iktar bil-mod. Minħabba l-ispejjeż ta' investiment għoljin l-innovazzjoni trid tiġi stimulata b'inċentivi finanzjarji u ekonomiċi suffiċjenti u titjib fl-aċċess għall-finanzjament, ħaġa li s'issa l-programm ma jipprevedix b'mod sodisfaċenti.

5.7

Il-Kumitat jinnota li s-settur innifsu, bl-introduzzjoni tal-bastimenti li jaħdmu b'LNG, ta bidu għal inizjattivi avvanzati ħafna mil-lat tal-innovazzjoni. Il-Kumitat jappella lill-istituzzjonijiet responsabbli biex mill-iktar fis jipprevedu l-qafas legali anke għall-fjuwils alternattivi u biex jiżviluppaw l-infrastruttura biex din l-innovazzjoni tiġi implimentata b'mod mifrux u tkompli tiġi stimulata.

5.8

Il-Kummissjoni akkumpanjat il-Komunikazzjoni tagħha b'Dokument ta' Ħidma tal-Persunal dwar l-ekoloġizzazzjoni tal-flotta. F'dan id-dokument il-Kummissjoni tippreżenta xenarji dwar kif jistgħu jitnaqqsu l-emissjonijiet u l-attitudni li għandha tiġi adottata fir-rigward tas-sustanzi li jniġġsu l-arja. Il-Kumitat jaf li n-navigazzjoni interna għandha livell ta' emissjonijiet CO2 ħafna iktar baxx mit-trasport bit-triq u bil-ferrovija, iżda f'dan id-dokument dan ma jissemmiex.

5.9

Minħabba l-attenzjoni fuq sustanzi oħra li jniġġsu, apparti s-CO2, il-Kummissjoni tasal għall-konklużjoni li hemm ir-riskju li n-navigazzjoni interna issa tista' ssir l-ikbar niġġiesa. Il-Kumitat jinnota f'dan ir-rigward li waqt li jkunu qed jiġu żviluppati standards ta' emissjonijiet futuri għandha tiġi indirizzata l-kompetizzjoni inġusta u għandha tiġi kkunsidrata offerta adatta għall-muturi adatti għas-settur tan-navigazzjoni interna.

5.10

Il-Kumitat huwa tal-fehma li hija u tistimola s-settur lejn l-innovazzjoni u l-ekoloġizzazzjoni l-Kummissjoni tista' taqdi rwol importanti u għandha tagħti appoġġ finanzjarju sostanzjali. Peress li huwa ta' benefiċċju għas-soċjetà li n-navigazzjoni interna hija aħjar għall-ambjent, tkun ħaġa ġusta li tingħata l-appoġġ mill-fondi Ewropej u nazzjonali. Dan jista' jkollu effett qawwi ta' katalista.

5.11

Għalhekk, il-Kumitat jappella lill-Kummissjoni biex, ladarba jiġi stabbilit il-baġit pluriennali tal-Unjoni Ewropea, jintużaw il-possibbiltajiet kollha biex jiġu rilaxxati l-fondi mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u l-Orizzont 2020 għall-implimentazzjoni tal-ekoloġizzazzjoni abbord il-bastimenti u miżuri oħra mill-proposta għall-programm NAIADES.

5.12

Barra minn hekk, il-Kumitat jappella lis-settur biex juża wkoll il-fondi disponibbli mill-fond ta' riżerva sabiex tittejjeb ir-reputazzjoni tal-kumpaniji tas-settur għall-finijiet ta' ekoloġizzazzjoni. Din il-possibbiltà nħolqot permezz tal-emendi proposti għar-Regolament dwar il-politika tal-kapaċità tal-flotta, li jagħmel parti mill-pakkett NAIADES II.

5.13

Il-professjonalizzazzjoni u kooperazzjoni iktar mill-qrib f'dan is-settur żgur li jservu bħala kontribut għal titjib strutturali tal-pożizzjoni ekonomika tagħha, issa li l-kriżi ekonomika fin-navigazzjoni interna dan l-aħħar wasslet għal kapaċità żejda strutturali mill-ġdid f'dan is-settur.

Brussell, 21 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/64


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “Miżuri ġodda għas-Suq Uniku tal-UE tat-Telekomunikazzjonijiet” abbażi ta' dawn iż-żewġ dokumenti: il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012

COM(2013) 627 final – 2013/0309 (COD)

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-Suq Uniku tat-Telekomunikazzjonijiet

COM(2013) 634 final

(2014/C 177/12)

Relatur: is-Sinjura NIETYKSZA

Nhar it-23 ta' Settembru 2013 u t-12 ta' Settembru 2013, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament Ewropew, rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 114 u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar Miżuri ġodda għas-Suq Uniku tal-UE tat-Telekomunikazzjonijiet abbażi ta' dawn iż-żewġ dokumenti:

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi miżuri biex jitlesta s-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjoni elettronika u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012

COM(2013) 627 final – 2013/0309 (COD)

il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar is-Suq Uniku tat-Telekomunikazzjonijiet

COM(2013) 634 final.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għat-Trasport, l-Enerġija, l-Infrastruttura u s-Soċjetà tal-Informazzjoni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar it-18 ta' Diċembru 2013.

Matul l-495 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta' Jannar 2014 (seduta tal-21 ta' Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'152 vot favur, 2 voti kontra u 5 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea għal regolament u l-miżuri speċifiċi biex jitħaffef il-ħolqien ta' suq uniku għall-komunikazzjoni elettronika bħala bażi għat-tkabbir dinamiku u sostenibbli fis-setturi kollha tal-ekonomija u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda. Dan ser jiżgura wkoll livell għoli ta' protezzjoni tal-konsumaturi.

1.2

Il-KESE jqis li l-proposta għat-tnaqqis tal-ostakli għall-provvedituri Ewropej tal-komunikazzjoni elettronika permezz:

tal-introduzzjoni ta' awtorizzazzjoni unika Ewropea li tkun valida fl-UE kollha,

tal-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet regolatorji u l-assenjazzjoni tal-ispettru,

ser tagħmilha iktar faċli biex il-provvedituri joffru servizzi tal-komunikazzjoni elettronika kompetittivi u siguri għall-individwi, l-intrapriżi u l-istituzzjonijiet fl-UE kollha.

1.3

Il-KESE jenfasizza li l-Kummissjoni għandha terġa' tqis li tinkludi s-servizzi tal-broadband fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Provvista ta' Servizz Universali.

1.4

Fl-istess ħin, il-KESE jenfasizza li t-tnaqqis tal-ostakli regolatorji ser jiftaħ swieq għall-provvedituri ż-żgħar tal-komunikazzjoni elettronika. L-ikbar xpruni għall-iżvilupp tal-provvedituri ser ikunu:

l-awtorizzazzjoni unika;

is-semplifikazzjoni tal-proċess ta' investiment fin-netwerks;

l-opportunità li jipprovdu servizzi transkonfinali f'kull pajjiż tal-UE;

l-inċentivi għall-investiment.

1.5

Il-KESE josserva li r-regolamenti u l-inċentivi ġenerali tal-Kummissjoni għandhom jipprevjenu l-frammentazzjoni addizzjonali tas-suq, peress li dawn ixekklu l-iżvilupp ta' servizzi transkonfinali u jdgħajfu l-UE fir-rigward tal-kompetituri internazzjonali.

1.6

Il-KESE jqis li aċċessibbiltà mtejba u t-tnaqqis tal-ispejjeż għall-bini u t-tħaddim ta' netwerks b'links veloċi ser:

joħolqu impjiegi f'kumpaniji Ewropej, inklużi l-SMEs u l-istart-ups li jiżviluppaw u jipprovdu prodotti u servizzi innovattivi fis-suq globali,

iħaffu l-iżvilupp ta' servizzi moderni fil-kummerċ elettroniku u l-edukazzjoni elettronika kif ukoll servizzi pubbliċi avvanzati bħall-amministrazzjoni elettronika s-saħħa elettronika,

iħaffu l-iżvilupp ta' servizzi moderni Ewropej tal-cloud computing, kif tiddeskrivi l-Opinjoni tal-Kumitat “Lejn strateġija Ewropea tal-Cloud Computing” (TEN/494),

jippermettu l-opportunitajiet enormi għall-ħolqien ta' servizzi ġodda li jintużaw f'oqsma fejn l-iżvilupp rapidu huwa mistenni, bħall-Internet tal-Oġġetti u l-komunikazzjoni bejn magna u oħra (machine-to-machine).

1.7

Il-KESE jagħraf li l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet regolatorji ser tistimola l-investimenti fil-provvedituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Ewropa.

1.8

Il-KESE jappoġġja l-armonizzazzjoni proposta tal-garanziji tad-drittijiet tal-konsumaturi u l-utenti, inkluż:

għażla eħfef ta' provveditur tas-servizzi u l-iffaċilitar ta' bidla bejn provvedituri,

it-tneħħija ta' spejjeż għoljin tat-telefonija roaming bil-mowbajl u tat-telefonija transkonfinali fl-UE b'linja fissa (Ara r-Rapport ta' informazzjoni tal-KESE “Inwaqqfu t-tariffi roaming minnufih”, CES5263-2013, relatur: is-Sur Hencks).

1.9

Il-KESE huwa favur l-armonizzazzjoni tal-kundizzjonijiet tal-kuntratti għall-utenti aħħarin tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fl-Istati Membri kollha.

1.10

Il-KESE jqis li l-possibbiltà tal-aċċess miftuħ għan-netwerk u l-użu ta' servizzi avvanzati tal-komunikazzjoni elettronika fit-territorju sħiħ tal-UE ser iżidu l-mobbiltà tal-konsumaturi u l-intraprendituri, u jiffaċilitaw l-aċċess għall-wirt kulturali Ewropew u l-iżvilupp ta' industriji kreattivi.

1.11

Ir-regolament futur għandu jipprovdi iktar sigurtà finanzjarja u legali għall-operaturi. Bħala kumpens, il-KESE jirrakkomanda li jipprovdi wkoll lill-utenti b'iktar sigurtà legali billi jħares aħjar id-drittijiet tagħhom.

1.12

Il-KESE jenfasizza l-importanza tad-dritt ta' protezzjoni tajba tad-data personali, id-dritt li wieħed jintesa u drittijiet oħra tal-utenti aħħarin tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika li ġew notati f'opinjonijiet preċedenti tal-KESE (1).

1.13

Il-KESE josserva li t-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) huma sors ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli li jikkontribwixxu għal 50 % tat-tkabbir fil-produttività fis-setturi kollha tal-ekonomija fejn huma stabbiliti. Anke jekk l-użu tagħhom iwassal għat-telf ta' ċerti impjiegi, għal kull żewġ impjiegi li jintilfu, jinħolqu ħamsa ġodda (Ara l-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, COM(2013) 627 final 2013/0309 (COD), p. 2). Il-KESE jenfasizza l-bżonn li jiġu provduti l-edukazzjoni, it-taħriġ mill-ġdid u t-tagħlim tul il-ħajja għal kulħadd, b'implimentazzjoni ta' mekkaniżmi edukattivi ġodda.

1.14

Il-KESE jisħaq li hemm bżonn li jiġu rispettati r-regoli tal-kompetizzjoni u n-newtralità tan-netwerk, speċjalment rigward il-provvedituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika fis-settur tal-SME – peress li t-tisħiħ tal-ikbar provvedituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u l-konsolidazzjoni tar-riżorsi tal-ispettru jistgħu jheddu l-kompetittività tas-swieq fl-Istati Membri.

1.15

Ir-regolazzjoni tal-prodotti tal-aċċess virtwali għall-broadband (tip ta' aċċess ġenerali għan-netwerk tal-broadband li jikkonsisti f'link ta' aċċess virtwali għal kwalunkwe arkittetura ta' netwerk fiss jew mingħajr fil, minbarra d-diżaggregazzjoni (unbundling) fiżiku taċ-ċirkwiti lokali, flimkien ma' servizz ta' trasmissjoni għal settijiet definiti ta' punti tat-trasferiment flimkien ma' elementi u funzjonalitajiet tan-netwerk u sistemi tal-IT relatati) tidher li hija prematura. Il-KESE jemmen li jkun aħjar li nistennew sakemm il-kundizzjonijiet għall-provvista ta' dawn is-servizzi u l-prezzijiet ikunu ġew regolati mis-suq. Madankollu, ir-rekwiżit li jiġi provdut prodott ta' konnettività b'servizz ta' kwalità żgurat (ASQ) għandu jiġi regolat b'tali mod li jiġi żgurat tqassim tal-piż bilanċjat bejn l-operaturi l-kbar u l-provvedituri ta' servizzi żgħar mis-settur tal-SME.

1.16

Il-KESE jinsab imħasseb sew dwar is-soluzzjonijiet dettaljati dwar l-aċċess għan-netwerks lokali tar-radju, b'mod partikolari l-possibbiltà li l-utenti aħħarin jagħtu aċċess għan-netwerks tar-radju lil utenti oħra mhux magħrufa u anonimi.

1.17

Il-KESE jwissi li r-regolament propost jistabbilixxi għanijiet ferm ambizzjużi. Il-perjodu ta' żmien qasir għall-introduzzjoni tiegħu (mill-1 ta' Lulju 2014), ser jeħtieġ sforz kbir mill-partijiet interessati ewlenin, jiġifieri l-Kummissjoni Ewropea, ir-regolaturi nazzjonali tal-komunikazzjoni elettronika, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni u l-provvedituri Ewropej tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.

1.18

Peress li hemm bżonn li jiġu koordinati l-ambiti u l-proċeduri għall-għoti tal-awtorizzazzjonijiet Ewropej u r-riservazzjonijiet għall-użu tal-ispettru tar-radju u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom, il-KESE jirrakkomanda li jissaħħaħ ir-rwol tal-BEREC sakemm tittieħed id-deċiżjoni dwar il-ħolqien ta' regolatur uniku Ewropew.

2.   Introduzzjoni u sfond

2.1

L-operaturi l-kbar fl-Istati Uniti, il-Ġappun u l-Korea t'Isfel għamlu investimenti enormi fl-infrastruttura tal-konnessjonijiet b'veloċità għolja tal-broadband, kemm fissi kif ukoll mingħajr fil. Għall-Unjoni Ewropea huwa tal-ikbar importanza li żżomm il-kompetittività globali fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika.

2.2

L-aċċess b'veloċità għolja affidabbli u rapida huwa partikolarment kruċjali għall-provvista ta' servizzi ta' informazzjoni innovattivi, inkluż il-cloud computing. Għalhekk, il-fatt li l-UE għandha settur tal-komunikazzjoni elettronika b'saħħtu u l-kapaċitajiet proprji biex tipprovdi lill-konsumaturi b'servizzi moderni, u li għandha kapaċità sostanzjali li tipproduċi tagħmir, soluzzjonijiet u servizzi ta' komunikazzjoni elettronika, iservi l-interessi strateġiċi tagħha.

2.3

L-ekonomija diġitali u l-prodotti li tipprovdi jirrappreżentaw sehem dejjem ikbar tal-PGD u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika huma essenzjali għat-tkabbir tal-produttività fis-setturi kollha tal-ekonomija, mill-kura tas-saħħa u s-servizzi pubbliċi sal-enerġija. Fattur ieħor kruċjali fl-iżvilupp huwa l-possibbiltà ta' investiment fin-netwerks tal-komunikazzjoni mingħajr fil (jiġifieri r-raba' ġenerazzjoni ta' teknoloġija u teknoloġiji sussegwenti tal-komunikazzjoni ċellulari li jipprovdu aċċess għall-internet mobbli b'veloċità għolja) u n-netwerks fissi b'veloċità għolja (pereżempju netwerks fibrottiċi FTTH – fiber-to-the-home).

2.4

Sabiex jiġi żgurat li n-netwerks tal-komunikazzjoni elettronika jrendu sew jeħtieġ li jkunu jistgħu joperaw fuq skala kbira biżżejjed. Madankollu, is-suq tal-komunikazzjoni elettronika tal-Istati Membri tal-UE huwa frammentat sew: hemm iktar minn 1 000 operatur ta' netwerks fissi u mijiet ta' operaturi ta' netwerks tal-mowbajl. Anke l-ikbar gruppi ta' operaturi jipprovdu servizzi f'pajjiżi individwali mingħajr ma joffru servizzi transkonfinali lill-konsumaturi u lill-utenti aħħarin żgħar (l-ikbar klijenti korporattivi biss jibbenefikaw minn dawn is-servizzi transkonfinali). L-ebda operatur m'għandu attività f'iktar minn nofs l-Istati Membri. Is-suq tan-netwerks tat-televiżjoni bil-cable huwa frammentat ukoll: hemm iktar minn 1 500 operatur attiv fih.

2.5

Il-frammentazzjoni tas-suq tissarraf fi prezzijiet għoljin, speċjalment għat-telefonija bejn pajjiżi individwali tal-UE (roaming fin-netwerks tal-mowbajl u t-telefonija b'linji fissi internazzjonali).

2.6

L-ispettru tar-radju huwa riżorsa limitata. Il-livell ta' effikaċja li bih jintuża għandu impatt konsiderevoli fuq l-implimentazzjoni tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (ADE) u l-kundizzjonijiet operattivi tal-provvedituri tas-servizzi. Fl-istess ħin, il-kundizzjonijiet għall-użu tal-ispettru (bħar-regoli ta' assenjazzjoni, it-tul tar-riservazzjonijiet, il-possibbiltajiet għat-tqassim mill-ġdid (refarming) – it-tibdil fl-assenjazzjoni tal-ispettru kellu l-għan, fost oħrajn, li jindirizza l-ħtiġiet tas-suq jew li jżid l-effiċjenza tal-użu tal-ispettru) u l-qsim tal-ispettru) ivarjaw sew bejn l-Istati Membri individwali. Hemm differenzi fil-kundizzjonijiet tal-assenjazzjoni, il-perjodu ta' skadenza u l-possibbiltà tat-tiġdid tar-riservazzjonijiet tal-ispettru. Dawn id-differenzi jagħmluha diffiċli li jsir investiment u li jinħolqu netwerks mingħajr fil integrati transkonfinali.

2.7

Għalkemm fis-snin disgħin l-Ewropa kienet il-mexxejja dinjija fit-telefonija tal-mowbajl, bħalissa għadha lura meta mqabbla mal-pajjiżi msemmija hawn fuq fl-implimentazzjoni tal-aħħar teknoloġiji ta' trasmissjoni tal-mowbajl.

2.8

F'dawn l-aħħar snin ir-rata tal-iżvilupp tas-settur tal-ICT fl-Ewropa kienet baxxa ħafna, (0,3 % fis-sena) speċjalment meta mqabbla mal-Istati Uniti (15 %) u pajjiżi ewlenin tal-Asja (26 %).

2.9

Il-bidliet proposti jolqtu oqsma li huma regolati minn atti li jirfdu r-regolazzjoni tal-komunikazzjoni elettronika fl-UE: id-Direttiva tal-UE 2002/20/KE (direttiva dwar l-awtorizzazzjoni), 2002/21/KE (direttiva qafas), 2002/22/KE (direttiva dwar is-servizzi universali u d-drittijiet tal-utenti), 2002/58/KE (direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjoni elettronika), id-Direttiva (KE) nru 1211/2009 (twaqqif tal-BEREC – Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-komunikazzjonijiet elettroniċi), id-Direttiva (UE) nru 531/2012 (dwar ir-roaming) u d-Deċiżjoni 243/2012/UE (programm politiku dwar l-ispettru tar-radju) (2).

3.   Għan ġenerali tar-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea

3.1

L-għan fundamentali tar-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea hu li jiġi stabbilit suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fejn:

iċ-ċittadini, l-istituzzjonijiet u l-kumpaniji jista' jkollhom aċċess għas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika fit-territorju kollu tal-UE, b'kundizzjonijiet indaqs, mingħajr restrizzjonijiet jew spejjeż addizzjonali,

l-operaturi u l-provvedituri tas-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika jistgħu jipprovdu servizzi b'kundizzjonijiet kompetittivi barra l-konfini tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti biex jilħqu konsumaturi fl-UE kollha,

tiġi żviluppata t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija, li għandha tirriżulta fi tkabbir ekonomiku mill-ġdid u ż-żamma tiegħu, kompetittività globali msaħħa fil-pajjiżi tal-UE, u l-ħolqien ta' impjiegi ġodda fl-ekonomija diġitali, l-industriji kreattivi u l-oqsma kollha tal-ekonomija fejn il-komunikazzjoni elettronika taqdi rwol importanti.

3.2

Fl-abbozz ta' regolament il-Kummissjoni Ewropea tipproponi dawn is-soluzzjonijiet:

awtorizzazzjoni unika tal-UE għall-provvedituri tat-telekomunikazzjonijiet elettroniċi, ibbażata fuq sistema ta' notifikazzjoni unika fl-Istat Membru tas-sede prinċipali tal-provveditur;

l-armonizzazzjoni tar-regoli tad-disponibbiltà, il-kundizzjonijiet tal-assenjazzjoni u t-tul ta' żmien għall-użu tal-ispettru;

l-introduzzjoni ta' prodotti tal-aċċess virtwali għall-broadband u prodotti tal-komunikazzjoni elettronika armonizzati b'servizz ta' kwalità żgurat (ASQ);

l-armonizzazzjoni tar-regoli dwar id-drittijiet tal-utenti/konsumaturi aħħarin (trasparenza tal-informazzjoni u l-kuntratti, kundizzjonijiet definiti b'mod ċar għall-bidu u t-tmiem ta' kuntratti, newtralità tan-netwerk, kwalità ta' servizz garantit, tibdil faċilitat u portabbiltà tan-numri);

setgħat ta' sanzjonar tal-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u regoli dwar is-setgħa tal-Kummissjoni biex tadotta atti ddelegati u atti ta' implimentazzjoni;

regoli dwar it-telefonija roaming fin-netwerks tal-mowbajl;

limitazzjoni tal-prezzijiet għat-telefonija b'linji fissi fl-UE, biex ma jaqbżux it-tariffa nazzjonali tal-komunikazzjoni fuq distanza twila (national long distance);

iktar stabbiltà għall-BEREC bħala korp konsultattiv tal-Kummissjoni Ewropea għat-telekomunikazzjonijiet elettroniċi.

3.3

Kif enfasizza l-Kunsill Ewropew fil-Konklużjonijiet tiegħu tal-24 u l-25 ta' Ottubru 2013, it-tegħlib tal-frammentazzjoni tas-suq tal-komunikazzjoni elettronika, il-promozzjoni effettiva tal-kompetizzjoni u l-ġbid ta' investiment privat permezz ta' qafas legali affidabbli u stabbli, filwaqt li jiġu mħarsa l-konsumaturi, u anke l-armonizzazzjoni tal-assenjazzjoni tal-ispettru huma kruċjali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-Istati Membri (Dokument tal-Kunsill Ewropew tal-25 ta' Ottubru 2013 (EUCO 169/13, CO EUR 13 CONCL 7), punti 5 u 9).

3.4

Iż-żieda fl-aċċess u t-tnaqqis fl-ispejjeż fil-komunikazzjonijiet veloċi ser jippermettu lill-provvedituri kollha tas-servizzi, inkluż l-SMEs Ewropej, biex joħolqu u joffru prodotti u servizzi innovattivi fis-suq globali.

4.   Kummenti speċifiċi dwar ir-Regolament tal-Kummissjoni Ewropea

4.1   Awtorizzazzjoni unika tal-UE

4.1.1

Il-KESE jqis li l-provvista ta' servizzi transkonfinali bħalissa qed tixxekkel minn burokrazija minħabba l-frammentazzjoni ta' sistemi nazzjonali għall-għoti ta' awtorizzazzjonijiet, l-assenjazzjoni tal-ispettru tar-radju, ir-regolazzjoni tal-prodotti għall-aċċess u r-regoli dwar id-drittijiet tal-konsumatur.

4.1.2

L-operaturi qed jisfruttaw il-frammentazzjoni tas-suq askapitu tal-utenti aħħarin, billi jipprovdu servizzi transkonfinali bi prezz ogħla.

4.1.3

Il-KESE jinnota li l-Proposta għal Regolament ser tippromovi l-konsolidazzjoni tal-operaturi u l-ħolqien ta' provvedituri pan-Ewropej ta' servizzi tal-komunikazzjoni elettronika. Dan il-proċess huwa ta' benefiċċju mil-lat tal-kompetittività tal-ekonomiji tal-Istati Membri fis-swieq globali.

4.1.4

It-tisħiħ tal-provvedituri tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika u l-kundizzjonijiet legali armonizzati jagħmlu lill-provvedituri iktar attraenti għall-investituri istituzzjonali, inklużi l-fondi tal-ekwità privata. Il-provvista ta' kapital addizzjonali għall-operaturi ssaħħaħ il-kapaċità tagħhom għall-investiment.

4.1.5

Il-KESE jilqa' l-introduzzjoni ta' awtorizzazzjoni unika tal-UE bħala kundizzjoni essenzjali biex jittejjeb it-tħaddim tas-sistema. Il-proċeduri u l-prinċipji tal-kooperazzjoni għandhom jiġu definiti b'mod ċar.

4.1.6

Il-KESE kien jilqa' l-proposta li kieku ħadet pożizzjoni favur regolatur Ewropew uniku, kif ġie propost u difiż mill-Kumitat f'ħafna mill-opinjonijiet tiegħu.

4.2   Koordinazzjoni tal-użu tal-ispettru tar-radju

4.2.1

L-armonizzazzjoni tal-assenzjazzjoni tal-ispettru abbażi ta' kundizzjonijiet uniformi għall-użu tal-ispettru (regoli għall-assenjazzjoni, tul ta' żmien għar-riservazzjonijiet, possibbiltajiet ta' tqassim mill-ġdid (refarming) u qsim tal-ispettru) ser tiffaċilita l-introduzzjoni ta' teknoloġiji ġodda mingħajr fil b'aċċess għall-broadband (4G u teknoloġiji sussegwenti).

4.2.2

Il-KESE huwa tal-fehma li r-Regolament jantiċipa l-eżami ppjanat għall-2016 dwar l-effikaċja tar-regoli eżistenti tar-roaming u d-deċiżjonijiet dwar l-allokazzjonijiet tal-bandi ta' frekwenza, li huma mistennija jittieħdu matul il-Konferenza Dinjija tal-ITU-R (ITU-R – (ITU Radiocommunication Sector) – wieħed mit-tliet setturi (unitajiet) tal-Unjoni Internazzjonali tat-Telekomunikazzjoni (International Telecommunication Union (ITU)), responsabbli għall-komunikazzjoni tar-radju) dwar ir-Radjukomunikazzjoni fl-2015 (WRC-2015).

4.3   Prodotti Ewropej tal-aċċess virtwali

4.3.1

Il-KESE jqis li r-regoli dwar l-aċċess virtwali għall-broadband qed jiġu proposti f'kuntest ta' inċertezza kbira dwar ir-regoli tan-netwerks NGN/NGA (Next Generation Networks/Next Generation Access – netwerks tal-ġenerazzjoni li jmiss ta' veloċità għolja) u differenzi fil-prattiki regolatorji fl-Istati Membri individwali. Prinċipji regolatorji stabbli li jħeġġu lill-operaturi jinvestu f'infrastruttura tal-NGN/NGA li tqum il-flus għandha tiddaħħal b'kawtela kbira, peress li l-prattiki regolatorji għal dawn il-kwistjonijiet għadhom qed jibdew jissawru. Il-prodotti għall-bejgħ bl-ingrossa għandhom jiġu żviluppati b'kunsiderazzjoni tal-ħtiġijiet tal-klijenti fis-swieq nazzjonali individwali, u m'għandhomx jitfasslu għall-“pajjiż medju Ewropew” (“average European country”).

4.4   Prodott ta' konnettività b'Servizz ta' Kwalità Żgurat (ASQ)

4.4.1

L-introduzzjoni ta' prodotti ta' konnettività b'Servizz ta' Kwalità Żgurat (ASQ) tista' tkun ferm utli għall-ħolqien u l-provvista ta' servizzi diġitali speċjalizzati avvanzati.

4.4.2

Fil-fehma tal-KESE, l-obbligu tal-provvista ta' prodott ASQ għandu jiġi regolat b'tali mod li jiġi żgurat tqassim tal-piż bilanċjat bejn l-operaturi l-kbar u l-provvedituri ż-żgħar tas-servizzi fis-settur tal-SME.

4.5   Drittijiet armonizzati tal-utenti aħħarin

4.5.1

Fil-fehma tal-KESE l-armonizzazzjoni tad-drittijiet tal-utenti aħħarin, l-obbligi dwar it-trasparenza u l-informazzjoni ċara għall-konsumatur dwar il-kundizzjonijiet, il-kwalità, id-drittijiet, it-tariffi u r-regoli biex jiġi faċilitat it-tibdil minn provveditur għal ieħor ser iġibu magħhom benefiċċji konsiderevoli għall-konsumaturi tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Hija għandha ssaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom fir-rigward tal-provvedituri tas-servizzi u t-tnaqqis tal-asimetrija tal-informazzjoni.

4.5.2

Il-KESE japprova l-għoti ta' informazzjoni speċifika u obbligi kuntrattwali li jkopru:

il-provvista ta' servizzi għall-utenti aħħarin b'diżabbiltà, dettalji ta' prodotti u servizzi,

it-tip ta' azzjoni li jista' jieħu l-provveditur b'reazzjoni għal inċidenti ta' sigurtà jew integrità jew theddid u vulnerabbiltajiet,

il-kontroll mill-utenti aħħarin tal-konsum tagħhom tas-servizzi elettroniċi.

4.5.3

Il-KESE japprova l-obbligu propost li l-provvedituri tas-servizzi elettroniċi jiddistribwixxu informazzjoni ta' interess pubbliku dwar:

l-iktar użijiet komuni tas-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika għal attivitajiet illegali jew it-tixrid ta' kontenut dannuż u l-konsegwenzi legali tagħhom;

il-mezzi ta' protezzjoni mir-riskji għas-sigurtà personali u mill-aċċess illegali għad-dejta personali meta jintużaw is-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika.

4.5.4

Madankollu, il-KESE jiddispjaċih għall-mod ambigwu kif tfasslu l-Kapitoli IV u V tar-Regolament propost, b'mod partikolari fir-rigward tal-fatturi soġġettivi li ċerti drittijiet tal-konsumatur għadhom jiddependu fuqhom; kien ittamat li dawn isiru garanziji vinkolanti, u dan jirrigwarda b'mod partikolari l-Artikoli 23(3), 27, 28 u 30 tal-Proposta.

4.6   Roaming u telefonija internazzjonali

4.6.1

Għad li l-għan aħħari stabbilit fl-Aġenda Diġitali għall-Ewropa hu li tiġi eliminata d-differenza bejn it-tariffi nazzjonali u t-tariffi tar-roaming sabiex jiġi stabbilit suq intern tas-servizzi tal-komunikazzjonijiet mobbli, il-prezzijiet iċċarġjati għall-komunikazzjonijiet mobbli tar-roaming fl-Ewropa għadhom għoljin wisq u ogħla b'mod konsiderevoli mir-rati ċċarġjati għall-istess servizz nazzjonali.

4.6.2

Peress li t-tariffi medji ċċarġjati mill-operaturi ftit li xejn jitbiegħdu mil-limiti tariffarji regolati u b'hekk ifixklu l-kompetizzjoni b'saħħitha, minkejja li ġew stabbiliti limiti tariffarji fil-livell tal-Unjoni, il-Kummissjoni tgħid li kienet obbligata tintroduċi pakkett leġislattiv ġdid li jipproponi li jiġu eliminati l-ispejjeż addizzjonali fuq is-sejħiet li jiġu riċevuti bir-roaming barra filwaqt li l-ispejjeż l-oħra tar-roaming suppost jgħibu gradwalment billi titħeġġeġ il-kompetizzjoni bejn l-operaturi, jew tal-anqas bejn l-alleanzi ta' operaturi.

4.6.3

Fil-prinċipju, il-KESE jaqbel mat-tneħħija tat-tariffi kollha tar-roaming (sejħiet, SMS, data) u mhux biss tat-tariffi tas-sejħiet riċevuti. Barra minn hekk, iqis li biex jinħoloq suq intern Ewropew ġenwin tal-komunikazzjoni elettronika mobbli jeħtieġ li jiġu riveduti wkoll it-tariffi ċċarġjati fil-kuntest tal-komunikazzjonijiet mobbli fi tranżitu fl-UE.

4.6.4

Madankollu, fid-dawl tal-fatt li r-riformi strutturali mhux ser jidħlu fis-seħħ qabel Lulju 2014, il-KESE jqis li d-data tat-tneħħija tat-tariffi tar-roaming għandha tiġi stabbilita skont ir-riżultat tar-riformi strutturali previsti fir-Regolament tal-2012, wara li dawn ikunu ġew implimentati bis-sħiħ.

4.6.5

Din l-iskeda għandha tippermetti lill-awtoritajiet regolatorji jieħdu miżuri preventivi biex jiġi evitat li l-operaturi jikkumpensaw it-tnaqqis fid-dħul, minħabba l-eliminazzjoni tat-tariffi tar-roaming, billi jżidu t-tariffi nazzjonali. Kumpens bħal dan jista' jippenalizza lill-konsumaturi kollha, speċjalment dawk in-nies li, għal raġunijiet personali, ma joħorġux mill-pajjiż ta' residenza tagħhom jew li meta jsiefru ma jużawx is-servizz tal-komunikazzjonijiet bir-roaming.

4.6.6

Barra minn hekk, il-KESE jipproponi li, sabiex ikun hemm aktar trasparenza fil-prezzijiet u speċjalment fl-offerti fissi, l-awtoritajiet regolatorji jfasslu, b'kollaborazzjoni mal-organizzazzjonijiet tal-konsumaturi, tip ta' informazzjoni standardizzata dwar il-kompożizzjoni tat-tariffi sabiex l-offerti jkunu jistgħu jitqabblu u tiġi ffaċilitata t-tfittxija tal-aħjar offerta.

4.6.7

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni għandha tiżgura b'mod rigoruż ferm li s-sħubijiet bejn l-operaturi, li hija tirrakkomanda bis-sħiħ, ma jwasslux għal ftehimiet jew oligopolji li jirriżultaw f'abbuż ta' pożizzjonijiet dominanti fis-suq.

4.7   Tibdil fl-istatus tal-BEREC

4.7.1

Fil-fehma tal-KESE, il-bidliet proposti dwar l-istatus tal-BEREC, pereżempju l-pożizzjoni ta' President full-time tal-Bord tar-Regolaturi, jistgħu ma jkunux biżżejjed fid-dawl tal-isfidi tal-kompetittività u l-bżonn li jinħolqu inċentivi għall-investiment, b'mod partikolari fir-rigward tal-komunikazzjoni broadband u n-netwerk NGN/NGA.

Brussell, 21 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  ĠU C 271 – 19.09.2013, pp. 133-137, ĠU C 229 – 31.07.2012, pp. 1-6 , ĠU C 351 – 15.11.2012, pp. 31-35.

(2)  ĠU C 123, 25.4.2001, pp. 55-56 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 123, 25.4.2001, pp. 56-61 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 123, 25.4.2001, pp. 53-54 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU 24, 28.1.2012, pp. 131-133; ĠU C 133, 9.5.2013, pp. 22-26.


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/71


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “L-edukazzjoni ogħla Ewropea fid-dinja”

COM(2013) 499 final

(2014/C 177/13)

Relatur: is-Sur SOARES

Nhar il-11 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b’konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

L-edukazzjoni ogħla Ewropea fid-dinja

COM(2013) 499 final.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għar-Relazzjonijiet Esterni, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar is-17 ta' Diċembru 2013.

Matul l-495 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta' Jannar 2014 (seduta tal-21 ta' Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’158 vot favur, u 3 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jappoġġja l-prijoritajiet strateġiċi, li jqis bħala rilevanti, li tipproponi l-Kummissjoni fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla, b'mod partikolari l-mobbiltà tal-istudenti, tal-għalliema u tar-riċerkaturi, l-internazzjonalizzazzjoni fil-pajjiż permezz tal-integrazzjoni fil-programmi ta' studju ta' temi marbuta mal-kuntest dinji u dwar l-importanza li jissaħħu l-assoċjazzjonijiet u l-alleanzi internazzjonali bejn l-istabbilimenti tal-edukazzjoni ogħla fi żmien fejn id-disponibbiltà enormi ta' tagħlim bla ħlas permezz tal-internet qed ibiddel b'mod sostanzjali l-aċċess għall-għarfien.

1.2

Il-KESE japprezza li l-Komunikazzjoni tirrikonoxxi l-importanza li tiġi stabbilita strateġija globali għall-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla Ewropea, filwaqt li jiddispjaċih li din il-Komunikazzjoni hija limitata peress li tissintesizza l-azzjonijiet li diġà niedet l-Unjoni Ewropea mingħajr ma żżid l-ebda element ġdid u li ftit li xejn hija adatta għall-kundizzjonijiet li japplikaw bħalissa f'dan is-settur fir-rigward tal-kompetittività.

1.3

Bl-istess mod, il-KESE japprezza li jiġi rikonoxxut il-fatt li din mhijiex kwistjoni purament xjentifika jew teknika, iżda sfida li hija relatata mill-qrib mal-ambjent politiku, ekonomiku u soċjali nazzjonali, Ewropew u dinji.

1.4

Il-KESE jistenna li l-Kummissjoni tippreżenta proposti u azzjonijiet li jippromovu b'mod aktar effikaċi l-preżenza tal-universitajiet Ewropej fix-xena internazzjonali u li jeliminaw kwalunkwe ostaklu li jfixkel l-iskambju tal-għarfien u l-mobbiltà tal-istudenti u tal-għalliema bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla ta' pajjiżi terzi, b'mod partikolari fir-rigward tal-ksib tal-viżi u, b'mod ġenerali, tal-politika dwar l-immigrazzjoni.

1.5

Il-mobbiltà tal-istudenti, l-għalliema u r-riċerkaturi hija valur miżjud għall-pajjiż ta' oriġini kif ukoll il-pajjiż ta' akkoljenza u għalhekk huwa importanti li tiġi promossa mobbiltà bilaterali b'tali mod li jiġi evitat tnaqqis fir-riżorsi umani kkwalifikati indispensabbli għall-iżvilupp tas-soċjetà.

1.6

Il-KESE jissuġġerixxi l-possibbiltà li tiġi stabbilita skola Ewropea reali b'riżultat tal-kooperazzjoni li diġà tnediet minn diversi universitajiet Ewropej u li tista' tikkostitwixxi spazju ta' eċċellenza universitarja u ta' riċerka.

1.7

Il-KESE jtenni r-rakkomandazzjoni tiegħu li ressaq f'opinjonijiet preċedenti li l-proċess ta' internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla jiġi akkumpanjat mill-preservazzjoni u t-tixrid tal-valuri li kkaratterizzaw l-edukazzjoni ogħla, li jiġu rikonoxxuti l-kontributi, l-assimetriji u d-diversità tal-atturi kollha kkonċernati, u li jitqies il-fatt li dan ma jikkonċernax biss l-interessi universitarji, iżda wkoll l-interessi politiċi, ekonomiċi u kulturali.

1.8

Il-KESE jafferma mill-ġdid li peress li dan huwa objettiv strateġiku għandu jkollu r-riżorsi finanzjarji u umani meħtieġa li jippermettulu jikkontribwixxi għall-iżvilupp soċjali u ekonomiku u għall-benesseri tal-partijiet ikkonċernati kollha.

1.9

Bħal diversi istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, il-KESE għaldaqstant jinsab imħasseb dwar l-impatt negattiv prevedibbli li l-politiki ta' awsterità jista' jkollhom fis-settur tal-edukazzjoni. Il-KESE jħossu obbligat li jenfasizza li t-tnaqqis previst fis-settur tal-edukazzjoni jipperikola l-objettivi nnifishom li ġew stabbiliti fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni.

1.10

Il-KESE huwa tal-fehma li l-proċess ta' internazzjonalizzazzjoni għandu jippromovi l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u l-intrapriżi billi joħloq sinerġiji li jistgħu jippromovu l-kapaċitajiet intraprenditorjali u kreattivi tal-istudenti u tal-għalliema u li jista' joħloq ambjent ta' innovazzjoni li s-soċjetà tal-lum il-ġurnata tant għandha bżonn.

1.11

L-użu fuq skala kbira u bla ħlas ta' teknoloġiji ġodda fil-programmi internazzjonali biddel b'mod sostanzjali l-aċċess għall-għarfien u ppermetta li miljuni ta' studenti jsiru “mobbli”, li mingħajru ma kienx ikollhom il-possibbiltà li jkunu ġenwinament mobbli. F'dan ir-rigward, il-KESE jwissi kontra l-isfidi tekniċi, pedagoġiċi u etiċi li l-użu tagħhom jista' jqajjem, pereżempju fir-rigward tar-rispett tal-proprjetà intellettwali tal-għalliema u tar-riċerkaturi li jfasslu lezzjonijiet jew dwar l-istabbiliment ta' żewġ tipi ta' rikonoxximenti divrenzjati u diskriminatorji bejn dawk li jwettqu eżerċizzju ta' internazzjonalizzazzjoni fiżiku u dawk li jwettquh onlajn.

1.12

Il-KESE jafferma mill-ġdid il-konvinzjoni tiegħu li l-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla Ewropea għandha tikkontribwixxi għall-affermazzjoni tal-valuri essenzjali tal-kultura Ewropea bħad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, ir-rikonoxximent tal-patrimonju kulturali tas-soċjetajiet u l-promozzjoni ta' koeżjoni soċjali msaħħa.

1.13

Il-KESE jistieden lill-Kummissjoni biex tipprovdi informazzjoni dettaljata b'mod regolari dwar l-eżekuzzjoni tal-impenji li ttieħdu fil-Komunikazzjoni u jqis li din il-kwistjoni għandha tagħmel parti mir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal kull pajjiż fil-qafas tas-Semestru Ewropew.

1.14

Fl-aħħar, il-KESE jirrakkomanda li r-riżorsi allokati għal din it-tema jiżdiedu b'mod sostanzjali matul l-eżerċizzji baġitarji li jmiss tal-UE u li għandha tingħata attenzjoni partikolari lill-bżonnijiet tar-riċerka.

2.   Introduzzjoni

2.1

F'soċjetà globalizzata u kompetittiva bħal dik tal-lum il-ġurnata, l-għarfien huwa għodda essenzjali għall-iżvilupp tal-bniedem fid-dimensjonijiet kollha tiegħu, sew mil-lat soċjali u ekonomiku u sew mil-lat ta' benesseri. Naturalment, l-edukazzjoni ogħla għadha tiġi rikonoxxuta bħala element essenzjali għall-ħolqien u t-tixrid ta' għarfien ġdid u bħala fattur ta' innovazzjoni li jista' jikkontribwixxi għall-iżviupp tal-individwi u tas-soċjetà b'mod ġenerali. L-innovazzjoni u l-għarfien huma fatturi deċiżivi għat-tkabbir ekonomiku iżda wkoll għall-iżivlupp soċjali u l-koeżjoni tas-soċjetajiet.

2.2

Naturalment, il-forom u l-mezzi ta' kif jinkiseb l-għarfien minn dejjem kienu varjati ħafna iżda llum il-ġurnata qed jieħdu xeħta għalkollox ġdida, mhux biss minħabba li numru dejjem akbar ta' ċittadini qed imorru l-iskola iżda wkoll minħabba l-użu dejjem akbar ta' teknoloġiji ġodda u din hija sfida enormi għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla Ewropea.

2.3

L-universitajiet mhumiex biss (jew m'għandhomx biss ikunu) fil-qofol tal-politiki ta' riċerka xjentifika u ta' innovazzjoni teknoloġika, iżda wkoll fil-qofol tar-riċerka li tista' tipproduċi politiki soċjali innovattivi, tippromovi l-koeżjoni soċjali u twassal għal strateġiji intraprenditorjali aktar effikaċi, kompetittivi u sostenibbli

2.4

Fl-Ewropa hemm madwar 4 000 istituzzjoni tal-edukazzjoni ogħla, aktar minn 19-il miljun student u 1,5 miljun impjegat (għalliema u impjegati oħra) li jikkooperaw u qegħdin f'kompetizzjoni mal-universitajiet ta' reġjuni u kontinenti oħra biex jipproduċu u jaqsmu l-għarfien, iżda wkoll f'perspettiva ta' innovazzjoni u ħolqien ta' valur għas-soċjetajiet li qegħdin fihom.

2.5

Illum, l-istudenti tal-edukazzjoni ogħla jammontaw għal 99 miljun fil-livell dinji – u din iċ-ċifra għandha tiżdied sa 414-il miljun fl-2030. Għadd dejjem akbar ta' studenti qed ifittxu li jibdew jew ikomplu l-istudji tagħhom f'pajjiż ieħor u minn dan il-lat, l-Ewropa tattira 45 % tal-popolazzjoni tal-istudenti migranti. Skont il-previżjonijiet tal-Kummissjoni n-numru ta' studenti mobbli għandu jiżdied minn 4 għal 7 miljuni minn issa sal-aħħar tad-deċennju. Minkejja l-importanza ta' dawn iċ-ċifri, huwa possibbli u mixtieq li nagħmlu aktar b'mod aħjar (1).

2.6

L-edukazzjoni, u b'mod partikolari l-edukazzjoni ogħla, hija fil-qofol tal-Istrateġija Ewropa 2020 u tal-ambizzjoni li l-Ewropa jkollha ekonomija sostenibbli, intelliġenti u inklużiva. Waħda mill-kundizzjonijiet preliminari għall-ksib ta' din l-ekonomija hija t-tnedija mill-ġdid ta' politika industrijali ġenwina li tirrikonoxxi li t-taħriġ tal-kapital uman huwa assolutament essenzjali. Għal din ir-raġuni wkoll l-universitajiet ser ikunu dejjem aktar importanti.

2.7

Il-kooperazzjoni internazzjonali għalhekk hija ta' importanza eċċezzjonali biex taqbad u tħarreġ talenti essenzjali ġodda għal dinja li għaddejja minn bidliet profondi.

2.8

Huwa f'dan il-kuntest li tfasslet il-Komunikazzjoni “L-edukazzjoni ogħla Ewropea fid-dinja”, li l-Kummissjoni indirizzat lill-Parlament, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

3.   Sinteżi tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni

3.1

Fil-Komunikazzjoni l-Kummissjoni tiddefendi l-ħtieġa li jiġu stabbiliti tliet prijoritajiet strateġiċi għall-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u għall-Istati Membri bil-għan li tiġi stabbilita strateġija ta' internazzjonalizzazzjoni globali (2):

fir-rigward tal-kwistjonijiet ta' mobbiltà jeħtieġ li l-istrateġiji ta' internazzjonalizzazzjoni jiġu orjentati b'mod rigoruż biex jintegraw komponent importanti relatat mal-mobbiltà tal-istudenti, ir-riċerkaturi u l-persunal f'qafas ta' kwalità li jinkludi servizzi ta' orjentazzjoni u ta' għoti ta' pariri; jiġu stabbiliti programmi ta' mobbiltà bidirezzjonali mal-pajjiżi terzi; jiġi garantit rikonoxximent ġust u formali tal-kompetenzi miksuba barra mill-pajjiż għall-istudenti, ir-riċerkaturi u l-persunal li jipparteċipa fil-mobbiltà internazzjonali;

fir-rigward tal-internazzjonalizzazzjoni fil-pajjiż (integrazzjoni tal-komponenti ta' natura dinjija fil-konfigurazzjoni u l-kontenut tal-kurrikuli u fil-proċess ta' tagħlim) u tal-edukazzjoni diġitali għandu jittieħed vantaġġ mill-esperjenza u l-kompetenzi internazzjonali tal-persunal tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla sabiex jitfasslu programmi u kurrikuli internazzjonali li jibbenefikaw minnhom kemm l-istudenti li jipprattikaw il-mobbiltà kif ukoll dawk li ma jagħmlux użu minn din il-possibbiltà; għandha tiġi offruta lill-istudenti, lir-riċerkaturi u lill-għalliema l-possibbiltà li jwessgħu l-kompetenzi lingwistiċi tagħhom, b'mod partikolari billi jiġu proposti kurrikuli ta' tagħlim tal-lingwa lokali u billi jiġu massimizzati l-vantaġġi tad-diversità lingwistika Ewropea; għandha tiġi promossa l-kollaborazzjoni internazzjonali permezz tal-ICT u riżorsi edukattivi b'aċċess ħieles;

fir-rigward tas-sħubijiet, jeħtieġ li tissaħħaħ il-kapaċità tal-edukazzjoni ogħla u tar-riċerka billi jiġu identifikati l-isfidi li jeżistu fil-livell dinji u billi jiġu stabbiliti sħubijiet u alleanzi internazzjonali bbażati fuq l-innovazzjoni; għandhom jingħelbu l-ostakli li jfixklu r-rikonoxximent tal-lawrji konġunti u doppji; għandhom jiġu proposti kurrikuli innovattivi li jistimolaw l-ispirtu intraprenditorjali billi jinkludu l-possibbiltà ta' taħriġ internazzjonali ma' intraprendituri fl-UE u f'pajjiżi terzi; għandha tinżamm koerenza b'saħħitha bejn l-istrateġiji ta' internazzjonalizzazzjoni u l-politiki ta' kooperazzjoni għall-iżvilupp li tnedew mill-Unjoni Ewropea.

3.2

Bir-raġun il-Kummissjoni tinnota li l-globalizzazzjoni u l-evoluzzjoni teknoloġika wasslu għall-ħolqien ta' atturi ġodda fir-rigward tal-edukazzjoni ogħla, bħall-pajjiżi emerġenti bħaċ-Ċina, l-Indja u l-Brażil fost l-oħrajn.

3.3

Bl-istess mod, il-Kummissjoni tenfasizza r-riżultati li nkisbu minn diversi inizjattivi (il-proċess ta' Bolonja, il-programmi bħall-Erasmus, Tempus, Erasmus Mundus u Marie Curie, u ċerti strumenti ta' trasparenza bħas-Sistema Ewropea għall-Akkumulazzjoni u t-Trasferiment ta' Kreditu (ECTS) u l-Qafas Ewropew tal-Kwalifiki (QEK)) li diġà tnedew bil-għan li s-sistemi tal-edukazzjoni ogħla tal-pajjiżi tal-UE jiksbu livell għoli ta' internazzjonalizzazzjoni fil-livell intra-Ewropew.

3.4

Il-Kummissjoni ttenni dak li diġà ddikjarat fil-Komunikazzjoni (3)“Intejbu u niffukaw il-kooperazzjoni internazzjonali tal-UE fir-riċerka u l-innovazzjoni”, jiġifieri li l-mobbiltà internazzjonali toffri lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla possibbiltajiet ġodda li jistabbilixxu assoċjazzjonijiet strateġiċi.

3.5

Sabiex tikkontribwixxi finanzjarjament għall-istrateġiji ta' internazzjonalizzazzjoni, il-Kummissjoni, permezz tal-programm il-ġdid Erasmus+ u l-miżuri Maria Sklodowska-Curie, ser tipprovdi finanzjament akbar li ser jippermetti l-mobbiltà ta' 135 000 student u għalliem, it-tkomplija tal-karriera ta' 15 000-il riċerkatur, 60 000 borża ta' studju ta' livell għoli u appoġġ għal 1 000 sħubija ta' tisħiħ tal-kapaċitajiet bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla tal-UE u l-pajjiżi terzi.

4.   Kummenti ġenerali

4.1

Il-KESE jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni kkonċernata fil-fatt ma tipprovdi xejn ġdid fir-rigward tal-istrateġija tal-internazzjonalizzazzjoni li diversi istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla tal-UE ilhom diversi snin isegwu. Madankollu, il-KESE jilqa' b'mod favorevoli u jappoġġja l-fatt li l-Kummissjoni, permezz ta' din il-Komunikazzjoni, tistabbilixxi sinteżi li tirrikonoxxi l-importanza ta' strateġija globali tal-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla Ewropea u tħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla biex tkompli u ssaħħaħ din l-istrateġija.

4.2

F'Opinjoni preċedenti, il-KESE esprima l-interess li għandu f'dan ir-rigward u stqarr li, “il-mira li l-universitajiet Ewropej jsiru ċentri ta’ eċċellenza li jiġbdu studenti minn madwar id-dinja hija ta’ importanza kbira u għandha tgħin biex turi l-kwalità għolja ta’ l-edukazzjoni ogħla u r-riċerka fl-Ewropa.”  (4)

4.3

Illum huwa kruċjali li jiġi attirat talent ġdid biex ikollna ekonomija dinamika u nkunu nistgħu nipprevedu tkabbir sostenibbli tas-soċjetajiet. Għal dan il-għan, l-universitajiet Ewropej għandhom isaħħu l-kooperazzjoni bejniethom b'mod li l-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla Ewropea tibqa' żżomm livell għoli ta' kompetittività u tkun ta' benefiċċju għall-Unjoni Ewropea kollha kif ukoll għall-atturi li jipparteċipaw fiha (5).

4.4

Din il-kooperazzjoni tista' tissaħħaħ ukoll permezz ta' koordinazzjoni msaħħa u ta' kwalità mtejba bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla tad-diversi pajjiżi Ewropej li jinsabu fid-dinja kollha. Il-ħolqien ta' skola ġenwinament Ewropea b'riżultat ta' din il-kooperazzjoni tista' tkun pass importanti fl-affermazzjoni tal-Unjoni bħala żona ta' eċċellenzza.

4.5

F'din l-istrateġija ta' internazzjonalizzjoni, jeħtieġ li jiġu rikonoxxuti d-diversità ġeografika u l-varjetà tal-approċċi possibbli kif ukoll l-isfidi politiċi, ekonomiċi u akkademiċi. Fir-rigward tal-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla, jeħtieġ li jiġu kkunsidrati wkoll l-interessi ta' fakultà, jew saħansitra ta' dipartiment speċifiku, jekk din tkun ta' servizz għall-istrateġija tagħha ta' riċerka u innovazzjoni.

4.6

Barra minn hekk, fid-dawl tal-każ reċenti fejn ridna li tiġi stabbilita ġerarkija bejn ix-xjenzi, jeħtieġ li tiġi evitata l-marġinalizzazzjoni tax-xjenzi soċjali u umani u li jiġu kkunsidrati bħala sekondarji meta mqabbla ma' oqsma oħra ta' għarfien.

4.7

Jeħtieġ ukoll li jiġu kkunsidrati l-interessi tal-istudenti, tal-għalliema u tar-riċerkaturi jekk irridu niksbu viżjoni olistika tal-internazzjonalizzazzjoni. F'dan is-sens, huwa kruċjali li jingħelbu l-ostakli differenti li jfixklu t-twettiq effettiv tal-mobbiltà, u għal din ir-raġuni hemm bżonn li tingħata attenzjoni partikolari lir-rikonoxximent u l-valorizzazzjoni tal-kompetenzi miksuba fil-qasam tar-riċerka, it-tagħlim u t-taħriġ.

4.8

F'dan ir-rigward, jeħtieġ li tissaħħaħ l-implimentazzjoni ta' ftehimiet bilaterali dwar ir-rikonoxximent tal-kwalifiki u tal-lawrji u li jiġu analizzati u inklużi l-klawżoli relatati ma' dan il-kwistjonijiet fid-diversi ftehimiet ta' skambju kulturali u edukattiv li jiġu stabbiliti fil-pajjiżi terzi u l-universitajiet tagħhom. Dawn il-ftehimiet għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjonijiet regolari bl-involviment tad-dinja akkademika.

4.9

Barra minn hekk, jeħtieġ li tiġi rikonoxxuta l-eżistenza ta' asimmetrija bejn is-sistemi edukattivi tal-pajjiżi ta' akkoljenza u l-pajjiżi tal-oriġini sabiex jinstabu l-aħjar soluzzjonijiet, bl-istess mod huwa fundamentali li jiġu rikonoxxuti l-kontributi li saru fuq il-livell xjentifiku u l-valuri soċjokulturali tal-iskambji tal-għalliema u r-riċerkaturi li s-soċjetajiet ikkonċernati kollha għandhom jikkunsidraw bħala arrikkiment fl-usa' sens tal-kelma.

4.10

Il-KESE japprezza għaldaqstant ir-referenza li ssir għar-responsabbiltajiet kondiviżi bejn il-Kummissjoni, il-Kunsill, l-Istati Membri, is-settur edukattiv u l-pajjiżi u l-universitajiet ekstrakomunitarji parteċipanti.

4.11

Il-koerenza tal-istrateġiji Ewropej, nazzjonali, tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla, tal-intrapriżi u ta' setturi oħra tas-soċjetà fir-rigward tal-internazzjonalizzazzjoni tal-interessi tagħhom hija ta' importanza fundamentali għas-suċċess globali tal-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla. F'dan ir-rigward, il-fatt li minn azzjoni internazzjonali settorjali mmorru lejn strateġija istituzzjonali tal-internazzjonalizzazzjoni huwa pass li ta' min iwettqu u li għandu jitħeġġeġ.

4.12

L-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla għandha tkun marbuta ma' riċerka ta' kwalità li tippromovi l-ġid komuni u l-iżvilupp soċjali u ekonomiku. Tirrikjedi wkoll il-parteċipazzjoni tal-għalliema u r-riċerkatur permezz ta' strutturi magħżula b'mod demokratiku fl-istituzzjonijiet kollha tal-edukazzjoni ogħla u fiċ-ċentri ta' riċerka Ewropej u ekstra-Ewropej, kif ukoll ta' parteċipanti oħra (assoċjazzjonijiet tal-istudenti, intrapriżi u assoċjazzjonijiet tal-intrapriżi, l-awtoritajiet pubbliċi lokali u/jew reġjonali, eċċ.).

4.13

Fl-aħħar, il-KESE ifakkar li fl-opinjoni tiegħu l-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla Ewropea għandha tikkontribwixxi għall-affermazzjoni tal-valuri essenzjali tal-kultura Ewropea bħad-difiża tad-drittijiet tal-bniedem, il-valorizzazzjoni tal-patrimonju kulturali tas-soċjetajiet u l-promozzjoni ta' koeżjoni soċjali msaħħa.

5.   Kummenti speċifiċi

5.1

Il-KESE jinnota li l-prinċipju tas-sussidjarjetà (ir-responsabbiltà nazzjonali) jiġi rikonoxxut fil-Komunikazzjoni, mingħajr ma tiġi injorata l-importanza tal-kontribut tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tal-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla Ewropea.

5.2

Wieħed mill-istrumenti li għandha l-UE huwa li, fid-definizzjoni tal-prijoritajiet għall-finanzjament ta' proġetti, jiġi previst appoġġ speċifiku u li tiġi kkompletata l-ħidma li l-aġenziji nazzjonali tal-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla jwettqu fid-diversi pajjiżi Ewropej, kif ukoll li jitħeġġeġ il-ħolqien ta' korpi fil-pajjiżi ta' dan it-tip fejn dawn ma jeżistux. Fil-fehma tal-KESE, it-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn dawn l-aġenziji jista' jistimola b'mod siewi t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-universitajiet Ewropej.

5.3

Fir-rigward tal-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla Ewropea u biex jiġi attirat it-talent żagħżugħ minn pajjiżi terzi, wieħed mill-aktar aspetti importanti huwa dak tal-politiki ta' immigrazzjoni u l-għoti ta' viżi lill-istudenti u l-għalliema li jiġu minn barra. Il-KESE jitlob li jingħelbu l-ostakli li ġew identifikati minn żmien ilu u li minħabba fihom l-Ewropa mhijiex id-destinazzjoni magħżula minn bosta studenti, professuri u riċerkaturi.

5.4

Il-KESE dejjem appoġġa l-idea li l-mobbiltà tal-istudenti, l-għalliema u r-riċerkaturi tikkostitwixxi valur miżjud għall-pajjiż tal-oriġini u għal dak ta' akkoljenza. Għaldaqstant, jeħtieġ li tiġi promossa mobbiltà bidirezzjonali sabiex jiġi evitat tnaqqis tar-riżorsi umani kwalifikati indispensabbli għall-iżvilupp tas-soċjetajiet.

5.5

Barra minn hekk, huwa aktar importanti li jiġu analizzati r-riżultati tal-mobbiltà tal-istudenti, tal-għalliema u tar-riċerkaturi milli tiġi stabbilita l-kompatibbiltà. Il-biċċa l-kbira tal-investiment għaldaqstant għandha tiġi allokata essenzjalment lill-programmi ta' kooperazzjoni, b'mod li jkunu jistgħu jiġu integrati l-boroż ta' mobbiltà u jkunu jistgħu jitwaqqfu netwerks b'valur għoli ta' ħolqien.

5.6

Il-KESE jiġbed l-attenzjoni wkoll għall-ħtieġa li tissaħħaħ il-parteċipazzjoni tan-nisa, b'mod partikolari fir-rigward tal-mobbiltà tar-riċerkatur peress li n-numru tar-riċerkaturi li jokkupaw funzjonijiet universitarji ta' livell għoli bħala individwi inkarigati minn istituzzjonijiet xjentifiċi u ta' universitajiet għadu baxx wisq minkejja ż-żieda reġistrata matul dawn l-aħħar snin.

5.7

Għal min jibbenefika minnha, il-mobbiltà għandha tkun ukoll opportunità ta' arrikkiment kulturali u saħansitra lingwistiku li l-Ewropa biss tista' toffri bħala spazju plurikulturali u plurilingwu. B'hekk, l-inklużjoni ta' lezzjonijiet tal-lingwa lokali fil-kurrikulu tal-istudenti, tal-professuri u tar-riċerkaturi migranti, kif ukoll it-tfassil ta' strateġija ta' integrazzjoni ta' dawn kollha fil-komunitajiet lokali żgur li jwasslu biex jinfetħu orizzonti kulturali wiesa' u tippermettilhom jgħixu bis-sħiħ ir-realtà li jkunu qed jgħixu fiha matul l-istudji jew ir-riċerka tagħhom (6).

5.8

Kwistjoni importanti oħra għas-suċċess tal-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla hija dik tar-rikonoxximent, taċ-ċertifikazzjoni u tal-validazzjoni tal-kwalifiki u l-kompetenzi miksuba. Dan l-aħħar il-KESE fassal Opinjoni fejn stqarr li, “Ir-rikonoxximent ta’ kwalifiki professjonali minn Stati Membri oħra huwa strument ewlieni għall-promozzjoni tal-mobbiltà taċ-ċittadini tal-UE u għall-implimentazzjoni tas-suq intern. Dan ser isaħħaħ il-kompetittività tal-Istati Membri, jappoġġja tkabbir sostenibbli u jnaqqas il-qgħad. L-ekonomiji nazzjonali ser jibbenefikaw minn esperjenzi professjonali varjati miksuba miċ-ċittadini tagħhom huma u jaħdmu fi Stati Membri differenti.”  (7)

5.9

Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tiġbed l-attenzjoni għall-importanza tal-pajjiżi emerġenti fil-globalizzazzjoni u l-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla. Għalkemm il-KESE jqis huwa wkoll li dawn l-atturi ġodda tax-xena internazzjonali għandhom jiġu kkunsidrati kif xieraq, jenfasizza wkoll il-ħtieġa li tingħata attenzjoni kostanti lill-“kompetituri” ġodda li jistgħu jfeġġu jew lill-pajjiżi oħra jew żoni ġeografiċi oħra li magħhom ċerti pajjiżi tal-Ewropa ilhom is-snin iħaddnu relazzjonijiet privileġġjati għal diversi raġunijiet.

5.10

Il-KESE jinnota li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni ftit li xejn tirreferi għall-kooperazzjoni neċessarja bejn l-universitajiet u d-dinja intraprenditorjali, liema kooperazzjoni għandha tirrispetta l-awtonomija u l-mod ta' funzjonament ta' kull wieħed minn dawn is-setturi, iżda li tista' tagħti kontribut importanti għall-innovazzjoni u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali.

5.11

Fil-fatt, fil-livell internazzjonali jeħtieġ ukoll li titħeġġeġ il-kollaborazzjoni bejn l-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla u l-intrapriżi. Jeħtieġ li fl-attivitajiet internazzjonali tagħhom l-universitajiet japplikaw ir-riżultati tar-riċerka, li jħeġġu l-innovazzjoni fl-attivitajiet pedagoġiċi tagħhom u jippromovu l-kapaċitajiet kreattivi u innovattivi tal-istudenti u l-għalliema tagħhom. Madankollu, il-KESE jiġbed l-attenzjoni għar-riskju li r-riċerka fundamentali tkun soġġetta għal applikazzjonijiet immedjati tax-xjenza.

5.12

Il-KESE japprezza li jiġi rikonoxxut il-fatt li din mhijiex kwistjoni purament xjentifika jew teknika, iżda sfida li hija relatata mill-qrib mal-ambjent politiku nazzjonali u Ewropew.

5.13

Għaldaqstant, jesprimi t-tħassib serju tiegħu fir-rigward tas-sitwazzjoni baġitarja li għaddejjin minnha diversi pajjiżi Ewropej, b'mod partikolari dawk li bħalissa huma s-suġġett ta' intervent tal-UE u tal-FMI, li huwa sinonimu ta' tnaqqis kbir fil-baġit tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla li jista' jkollu effett negattiv fuq l-intenzjonijiet iddikjarati fil-Komunikazzjoni. Fil-prattika, il-forza tal-attrattiva tal-universitajiet Ewropej hija bbażata essenzjalment fuq il-kwalità u l-eċċellenza tal-lawrji tagħhom.

5.14

Il-KESE jenfasizza l-ħtieġa li jkun hemm data statistika Ewropea affidabbli u komparabbli sabiex jiġi stabbilit djalogu fuq bażi soda mal-interlokuturi ekstrakomunitarji u jiġu stabbiliti alleanzi ġenwini bbażati fuq l-għarfien.

5.15

Fir-rigward tas-segwitu tas-sitwazzjoni tal-edukazzjoni ogħla u l-internazzjonalizzazzjoni tagħha, il-KESE jqis li din il-kwistjoni għandha tiġi inkluża fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi skont il-pajjiżi stabbiliti fil-qafas tas-Semestru Ewropew.

5.16

Kif jiġi enfasizzat fil-Komunikazzjoni, l-użu ta' teknoloġiji ġodda fil-programmi internazzjonali jista' jagħmel “mobbli” lil miljuni ta' studenti li m'għandhomx il-possibbiltà li jkunu mobbli fil-prattika. Fil-fatt, id-disponibbiltà kbira ta' lezzjonijiet bla ħlas permezz tal-internet tbiddel b'mod sostanzjali l-aċċess għall-għarfien, u toħloq opportunitajiet ġodda kif ukoll sfidi pedagoġiċi u metodoloġiċi ġodda.

5.17

F'dan ir-rigward, il-KESE jwissi kontra l-kwistjonijiet tekniċi u etiċi li l-użu tagħhom jista' jqajjem, pereżempju fir-rigward tar-rispett tal-proprjetà intellettwali tal-għalliema u tar-riċerkaturi li jfasslu lezzjonijiet jew dwar l-istabbiliment ta' żewġ tipi ta' rikonoxximent divrenzjati u diskriminatorji bejn dawk li jwettqu eżerċizzju ta' internazzjonalizzazzjoni fiżika u dawk li jwettquh onlajn.

5.18

Il-Kummissjoni tipprevedi li, mill-2014 'il quddiem, jiġi introdott U-Multirank, mudell ġdid għall-klassifikazzjoni tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla li jirrifletti d-diversità tal-profili differenti bil-għan li jkun hemm aktar trasparenza. Il-KESE, għalkemm jaqbel ma' dawn l-objettivi, jistaqsi dwar l-effikaċja ta' dan il-mekkaniżmu meta mqabbel mas-sistemi li diġà huma rikonoxxuti u dwar il-bżonn li jiġu allokati għal dan il-għan tant riżorsi f'perjodu ta' diffikultajiet ekonomiċi u finanzjarji.

5.19

Il-KESE jilqa' b'mod favorevoli li l-grupp ta' livell għoli dwar il-modernizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla jirrikonoxxi li diversità kulturali, ekonomika u soċjali akbar fost l-istudenti turi l-bżonn ta' taħriġ pedagoġiku speċifiku. Bl-istess mod kif l-Ewropa ddefinixxiet l-objettiv kwantitattiv li 40 % taż-żgħażagħ Ewropej fl-2020 ikollhom lawrja tal-edukazzjoni ogħla, jeħtieġ li sa din id-data kull għalliem tal-istituzzjonijiet tal-edukazzjoni ogħla jkun professjonist kapaċi jiggarantixxi l-kwalità tas-suġġetti mgħallma u tal-lawrji mogħtija.

5.20

Il-Patt internazzjonali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-drittijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali jipprevedi li l-pajjiżi għandhom jassumu bis-sħiħ ir-responsabbiltà għall-finanzjament tal-edukazzjoni, u f'dan ir-rigward, jiddikjara li: L-edukazzjoni ogħla għandha tkun aċċessibbli għal kulħadd b'mod totalment ugwali, skont il-kapaċitajiet ta' kull individwu, bil-mezzi adatti kollha u b'mod partikolari billi tiġi stabbilita b'mod gradwali mingħajr ħlas.

5.21

Il-finanzjament previst mill-Kummissjoni għall-istrateġija tal-internazzjonalizzazzjoni tal-edukazzjoni ogħla fil-qafas baġitarju 2014-2020 huwa ta' EUR 3 biljun (minn pakkett globali ta' EUR 16-il biljun previsti għall-programmi rilevanti tal-Erasmus+). Bis-saħħa ta' dan il-finanzjament, il-Kummissjoni timpenja lilha nnifisha li tiżgura l-mobbiltà ta' 135 000 student u membru tal-persunal fil-qasam tal-edukazzjoni, ta' 15 000-il riċerkatur u ta' 60 000 parteċipant fil-programmi tal-masters jew tad-dottorat ta' livell għoli. Il-KESE jispera li jirċievi informazzjoni dettaljata b'mod regolari dwar l-edukazzjoni ta' dan l-impenn u jirrakkomanda li r-riżorsi allokati għal dan il-għan jiżdiedu fil-futur.

Brussell, 21 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  Skont id-data tal-Uffiċċju tal-Istatistika tal-UNESCO.

(2)  Il-Presidenza Litwana organizzat b'mod konġunt mal-Kummissjoni Ewropea konferenza dwar din it-tema. Il-konklużjonijiet ta' din il-konferenza huma disponibbli hawnhekk: http://ec.europa.eu/education/news/30082013-euuropean-higher-education-confrence_en.htm.

(3)  COM(2012) 497 final.

(4)  ĠU C 191, 29.6.2012, p. 103.

(5)  Skont il-Kummissjoni Ewropea, tliet pajjiżi jilqgħu 63 % tal-għadd totali tal-istudenti ta' pajjiżi terzi li jidħlu fl-UE: ir-Renju Unit, Franza u l-Ġermanja.

(6)  “All persons have (...) the right to express themselves and to create and disseminate their work in the language of their choice, and particularly in their mother tongue; all persons are entitled to quality education and training that fully respect their cultural identity;” Dikjarazzjoni Universali tal-UNESCO dwar id-diversità kulturali tal-2001 (mhux disponibbli bil-Malti).

(7)  ĠU C 204, 9.8.2008, p. 85.


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/78


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Komunikazzjoni Konsultattiva dwar l-Użu Sostenibbli tal-Fosfru”

COM(2013) 517 final

(2014/C 177/14)

Relatur: is-Sur SEARS

Nhar it-8 ta' Lulju 2013, il-Kummissjoni Ewropea ddeċidiet, b'konformità mal-Artikolu 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni – Komunikazzjoni Konsultattiva dwar l-Użu Sostenibbli tal-Fosfru

COM(2013) 517 final.

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar is-7 ta' Jannar 2014.

Matul l-495 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta' Jannar 2013 (seduta tal-21 ta' Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b'155 vot favur, l-ebda vot kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Sommarju u konklużjonijiet

1.1

Din il-Komunikazzjoni Konsultattiva tagħmel parti minn dibattitu usa' dwar kif l-UE tista' żżomm il-provvisti ta' materja prima kritika b'mod kosteffettiv u tajjeb għall-ambjent kemm għall-manifattura kif ukoll għas-sostenn tal-ħajja tal-annimali u tal-bniedem f'dinja globalizzata popolata u kompetittiva. Din tipprovdi sommarju infurmat tajjeb, bilanċjat u suffiċjenti dwar is-sitwazzjoni li tapplika għall-importazzjoni u l-użu ta' prodotti b'bażi ta' fosfru, għall-produzzjoni ta' prodotti tal-ikel u applikazzjonijiet essenzjali oħra.

1.2

Il-Kummissjoni tistaqsi 11-il mistoqsija li għalihom il-KESE jagħti tweġibiet u rakkomandazzjonijiet speċifiċi. Il-KESE jinnota l-kontribut li qed isir mill-Pjattaforma Ewropea għall-Fosfru Sostenibbli (PESF) u li mistenni jirriżulta mill-ħidma tas-Sħubija Ewropea għal Innovazzjoni (EIP) dwar il-produttività u s-sostenibbiltà agrikola. Il-KESE japprova dawn l-inizjattivi u għandu fiduċja li ser isir użu tajjeb mill-ħidma tagħhom.

1.3

Il-KESE jfaħħar dan l-approċċ li, hekk kif tinnota l-Kummissjoni, mhuwiex neċessarjament immirat biex jipproduċi leġislazzjoni speċifika. Jaf ikun aktar adegwat li jiġu mistoqsija l-mistoqsijiet it-tajba u li jkun żgurat li d-data t-tajba hija disponibbli sabiex oħrajn ikunu jistgħu jieħdu deċiżjonijiet aktar informati. Għandhom jiġu identifikati l-aqwa prattiki u jiġu komunikati b'mod tajjeb sabiex oħrajn ikunu jistgħu jsegwuhom.

1.4

Dan jaf ikun jeħtieġ appoġġ tas-suq fuq medda qasira ta' żmien għal teknoloġiji ġodda u, fejn ikun meħtieġ, appoġġ regolatorju fuq medda itwal ta' żmien għal bidliet li hemm qbil dwarhom li huma essenzjali. X'aktarx il-miri għall-ġestjoni u r-riċiklaġġ tal-fosfru ikunu utli; l-implimentazzjoni fil-livell nazzjonali għandha titħalla f'idejn dawk ikkonċernati aktar mill-qrib.

2.   Introduzzjoni

2.1

Il-fosfru huwa element essenzjali għall-ħajja. Dan jista' jiġi riċiklat indefinittivament iżda ma jistax jiġi sostitwit. Huwa mifrux sew fil-qoxra tad-dinja, iżda riżervi operabbli ta' blat fosfat jinsabu biss fi ftit pajjiżi, u kollha ħlief wieħed minn dawn (il-Finlandja) jinsabu barra mill-UE.

2.2

Il-prodotti ta' skart inklużi l-bijosolidi mill-pjanti, l-annimali u l-bnedmin kollha fihom il-fosfru; dawn jiġu riċiklati għall-użu tal-art fi gradi differenti bħala għajnuna għar-rimi ta' skart u bħala nutriment għall-uċuħ tar-raba'. Xi żoni jkollhom iżżejjed u dan huwa meqjus bħala problema li twassal għal deterjorament fil-kwalità tal-ilma u l-ewtrofikazzjoni (it-tkabbir ta' veġetazzjoni minħabba eċċess ta' nutrijenti), oħrajn għandhom defiċit u ma jistgħux jiksbu livelli għolja ta' uċuh tar-raba'. Il-konċentrazzjonijiet tal-persuni u l-annimali li qed jinbidlu jaggravaw dawn id-diffikultajiet.

2.3

Il-problemi u l-opportunitajiet li jirriżultaw minn dan t'hawn fuq ingħataw ftit attenzjoni fl-ewwel 50 snin ta' użu ta' blat fosfat. Il-provvisti dehru adegwati, il-prezzijiet baqgħu stabbli u baxxi u żdiedu sew l-għelejjel mill-uċuħ tar-raba' u l-annimali. Fl-2008 dan kollu nbidel f'daqqa. Iċ-Ċina, meta rat nuqqas domestiku potenzjali, imponiet taxxa fuq l-esportazzjonijiet; il-prezzijiet dinjija żdiedu b'mod drammatiku; intlaqtu l-prezzijiet tal-ikel; il-possibbiltà tal-“punt massimu tal-fosfru” diġà ġiet diskussa.

2.4

Sentejn wara ġew eżaminati mill-ġdid ir-riżervi dinjija u dawn żdiedu għaxar darbiet iżjed. Il-problema kienet donnha għebet, minkejja li ssaħħew id-dubji dwar il-qagħda veru tal-affarijiet Kienet x'kienet is-sitwazzjoni, kien wasal iż-żmien li nibdew nistaqsu mistoqsijiet serji.

3.   Tweġibiet għall-mistoqsijiet

3.1   Taħseb li kwistjonijiet ta' sigurtà tal-provvista għall-UE relatati mat-tqassim tal-blat tal-fosfati huma kwistjoni ta' tħassib? Jekk iva, x'għandu jsir biex tinvolvi ruħha mal-pajjiżi produtturi sabiex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet?

3.1.1

Il-blat tal-fosfati huwa s-sors ewlieni tal-fosfru sabiex jiżdiedu l-għelejjel mill-uċuħ tar-raba' u t-tkabbir tal-annimali, u b'hekk jiġu sostnuti popolazzjonijiet dejjem ikbar. Ir-riżervi li nafu bihom huma konċentrati fi ftit pajjiżi. Dawk biss li għandhom sew aktar milli jeħtieġu huma dawk li x'aktarx jesportaw. Huwa meqjus li parti żgħira biss (16 %) tat-tunnellaġġ estratt huwa kkummerċjalizzat (Rosemarin & Jensen, Konferenza Ewropea dwar il-Fosfru Sostenibbli, Marzu 2013). Ħafna mill-pajjiżi fornituri huma meqjusa bħala politikament vulnerabbli. Is-suq la huwa trasparenti kollu kemm hu u lanqas mhu qed jiffunzjona perfettament. L-UE mhijiex awtosuffiċjenti u tilfet l-impjiegi meta l-produzzjoni ta' prodotti lesti (fertilizzanti u kimiki b'bażi ta' fosfru) iċċaqilqet lejn il-pajjiżi fornituri.

3.1.2

Dan jista' jiġi indirizzat biss fuq bażi globali; jekk pajjiż b'domanda għolja, li huwa popolat sew u/jew għani, iqis lilu nnifsu fil-periklu fir-rigward tal-provvista ta' materja prima, inkluż l-ikel, mela l-pajjiżi jew ir-reġjuni kollha li jiddependu fuq l-importazzjonijiet qed jitpoġġew fil-periklu. Dan japplika wkoll għall-oġġetti manifatturati mill-materja prima. Kwalunkwe studju għandu jqis dan kollu, b'mod partikolari fejn inbidlu t-tendenzi tal-manifattura u d-domanda primarja issa tinsab barra mill-UE.

3.1.3

It-tweġiba għall-ewwel mistoqsija hija, ċarament, “iva”. L-isfida hija li jinsabu modi kosteffettivi sabiex tiżdied l-awtosuffiċjenza. L-iżviluppi ta' wara ż-żieda qawwija fil-prezzijiet b'700 % fl-2008 kienu importanti ħafna. Minkejja li minn dak iż-żmien 'l hawn il-prezzijiet naqsu, is-sensibilizzazzjoni dwar ir-riskji kontinwi għenet biex jiġi stimolat investiment tul il-katina tal-provvista. Is-sensibilizzazzjoni dwar l-impatti ambjentali fil-fażijiet kollha tal-katina tal-provvista, u l-fehim dwar kif dawn jistgħu jiġu minimizzati b'mod kosteffettiv, huma importanti bl-istess mod. Ser ikun vitali l-appoġġ tal-Kummissjoni għar-riċerka u l-involviment tal-gruppi tal-partijiet interessati permezz tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni (EIP) u l-Pjattaforma Ewropea għall-Fosfru Sostenibbli (PEFS).

3.1.4

75 % tar-riżervi li nafu bihom jinsabu fil-Marokk u s-Saħara tal-Punent (Rosemarin & Jensen, Konferenza Ewropea dwar il-Fosfru Sostenibbli, Marzu 2013). L-esportazzjonijiet mill-Marokk jiddominaw il-kummerċ dinji. Pajjiżi oħra li jfornixxu lill-UE jinkludu t-Tuneżija u s-Sirja. Ir-Russja hija fornitur kbir tal-blat u prodotti finali. Il-Ġordan u l-Eġittu jesportaw kwantitajiet kbar. L-inċentivi sabiex jissaħħu t-trattati tal-viċinat u trattati bilaterali oħra huma ovvji.

3.1.5

Dan is-suġġett ġie diskuss bis-sħiħ f'Opinjoni tal-KESE “Niggarantixxu l-importazzjonijiet essenzjali għall-UE bil-politika kummerċjali attwali tal-UE u l-politiki relatati l-oħra” (1), li ġiet adottata f'Ottubru 2013. Hija ovvja wkoll il-ħtieġa għal approċċ li jkun koerenti, kollaborattiv, olistiku, ibbażat fuq data, fil-ħin, politikament konxju u pprovdut b'mod tattiku madwar l-istituzzjonijiet kollha tal-UE f'isem l-Istati Membri.

3.2   L-istampa tal-provvista u d-domanda ppreżentata hawnhekk hija preċiża? X’tista' tagħmel l-UE biex tħeġġeġ il-mitigazzjoni tar-riskji tal-provvista permezz tal-promozzjoni tal-attivitajiet sostenibbli fil-minjieri jew l-użu ta' teknoloġiji ġodda tal-minjieri?

3.2.1

Il-KESE jappoġġja lill-Kummissjoni fl-użu ta' data attwali, ta' wara l-2010, dwar il-provvista – u, f'termini wesgħin, dwar id-domanda – iżda kollhox għandu jitqies bħala “indikattiv” iktar milli “preċiż”. Skont il-KESE, minħabba li r-riżervi li nafu bihom jirrappreżentaw inqas minn 1 ppm tat-total tal-fosfru fil-qoxra tad-dinja, mhux daqshekk probabbli li r-riżervi aggregati u li jistgħu jiġu sfruttati ġew skoperti kollha – u inqas probabbli li t-tekniki ta' estrazzjoni u rkupru mhux ser ikomplu jitjiebu. Id-domana tista' tonqos bit-tkomplija tat-tneħħija mid-deterġenti u b'użu aktar effiċjenti fil-fertilizzanti jew b'bidla lejn dieti li fihom inqas laħam jew billi jiġu stabbilizzati l-popolazzjonijiet.

3.2.2

Minħabba d-diversi varjabbiltajiet u inċertezzi dwar ir-riżervi attwali, huwa diffiċli li wieħed iqis li l-“kurva Hubbert” u t-tbassir tal-“punt massimu tal-fosfru” jistgħu jkun għodod possibbli ta' għajnuna għat-tbassir fuq medda qasira ta' żmien.

3.2.3

Il-KESE jappoġġja l-kooperazzjoni teknika u finanzjarja mal-pajjiżi fornituri sabiex jiġu identifikati riżervi ġodda, jitnaqqsu l-impatti ambjentali tal-attivitajiet fil-minjieri, id-distribuzzjoni u l-ipproċessar, tinbenda l-infrastruttura meħtieġa inklużi l-ferroviji u l-portijiet, u jiżdied il-livell tal-ipproċessar lokali għal prodotti fertilizzanti b'valur miżjud ogħla.

3.2.4

Madankollu dan ma jaffettwax l-għanijiet primarji tal-politika tal-UE dwar il-fosfru – li tiżdied l-awtosuffiċjenza ġewwa l-UE u jitnaqqsu l-effetti ta' użu żejjed. Data mtejba dwar il-flussi ġewwa l-UE, b'mod partikolari fi Stati Membri fejn qed tiżdied id-domanda, ser tkun kritika għal prattiki u politiki kosteffettivi li qed jiżviluppaw. Il-progress lejn is-sigurtà alimentari sostenibbli ser tiddependi fuq dan.

3.3   Taħseb li l-informazzjoni fuq il-forniment mad-dinja kollha u d-domanda għall-blat tal-fosfati u fertilizzant, hija disponibbli b'mod suffiċjenti, trasparenti u affidabbli? Jekk le, liema jkun l-aħjar mod biex tinkiseb aktar informazzjoni trasparenti u affidabbli fuq il-livell tal-UE u fuq il-livell globali?

3.3.1

Id-data mid-dinja kollha, speċjalment dwar ir-riżervi, toħroġ mill-Istħarriġ Ġeoloġiku tal-Istati Uniti b'kontribut mill-International Fertilizer Development Center u minn organizzazzjonijiet oħra bħalma huwa l-Joint Ore Resources Committee Awstraljan. Minħabba l-avvenimenti ta' dawn l-aħħar snin, wieħed jista' biss jittama li dawn itejbu l-prestazzjoni tagħhom. L-Organizzazzjoni tal-Ikel u l-Agrikoltura tan-NU għandha interess qawwi fil-ksib ta' data affidabbli; l-UE tista' tiffoka l-isforzi tagħha hawnhekk, inklużi l-isforzi sabiex tonqos id-domanda fil-pajjiżi b'konsum għoli, essenzjalment fl-Ażja, u li tappoġġja l-valutazzjoni mill-ġdid tar-riżervi fil-pajjiżi fornituri kollha.

3.3.2

Huma essenzjali wkoll data mtejba dwar il-flussi tad-domanda u l-opportunitajiet sabiex jiġu ottimizzati kemm il-provvista kif ukoll id-domanda fl-Ewropa; il-PEFS tipprovdi l-aktar rotta ovvja. Il-kontribut infurmat u aġġornat mill-partijiet interessati affettwati kollha, inkluża l-Ferilisers Europe, ikompli jibqa' kritiku.

3.4   Kif għandna nimmaniġġjaw ir-riskju tal-kontaminazzjoni tal-ħamrija marbuta mal-użu tal-fosfru fl-UE?

3.4.1

Id-depożitit tal-fosfati jinkludu kwantitajiet li jvarjaw ta' traċċi ta' metall, inklużi l-kadmju, l-uranju u l-kromju. Dawn jistgħu jitneħħew għall-użu fl-ikel u dak tekniku, iżda l-proċessi huma għalja u jiġġeneraw skart. Depożiti sedimentarji komuni jinkludu 25-150 mg Cd/kg P205. Depożiti iġnej (fir-Russja, il-Finlandja u l-Afrika t'isfel) għandhom madwar 10 mg Cd/kg P205. L-importazzjonijiet tal-UE huma tipikament baxxi fil-kadmju, iżda l-użu fit-tul jista' jwassal żieda ta' dan fil-ħamrija, il-pjanti u l-annimali u għaldaqstant jista' jikkostitwixxi riskju għas-saħħa tal-bniedem. Id-dekadmjazzjoni żżid l-ispejjeż għall-bdiewa fl-UE, u tnaqqas il-kompetittività ma' prodotti tar-raba' importati fejn ma japplikawx dawn ir-restrizzjonijiet. Il-fosfat mill-iskart tal-annimali u tal-bniedem huma baxx fil-kadmju iżda jista' jkun kontaminat f'diversi modi. Id-determinazzjoni ta' livelli siguri għall-kontaminanti kollha hija għaldaqstant kritika.

3.4.2

Għalhekk il-KESE tħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex din tkompli u tlesti l-istudji pendenti kollha, twettaq valutazzjonijiet ġodda dwar ir-riskju fejn dawn huma meħtieġa, u tagħmel rakkomandazzjonijiet adegwati, b'mod partikolari dwar it-teknoloġiji ta' dekadmjazzjoni disponibbli, l-ispejjeż u l-applikabbiltà għal rotot ta' produzzjoni differenti.

3.4.3

Il-KESE jagħraf li l-prattiki tal-biedja ta' spiss huma lokalizzati u jistgħu ma jidhrux preċiżi. Il-parir tekniku u l-aqwa prattiki jkomplu jevolvu, iżda dawn mhux dejjem jiġu komunikati tajjeb. Fin-nuqqas ta' inċentivi finanzjarji b'saħħithom it-tendenza hi li l-bidla sseħħ bil-mod. Il-bejgħ u l-użu tal-fertilizzanti N, P u K mħalltin ma jqisux il-ħtiġijiet li jistgħu jvarjaw minn għalqa għall-oħra. Bħal f'oqsma oħra, it-tagħlim tul il-ħajja huwa essenzjali.

3.4.4

Il-bidla lejn “agrikoltura ta' preċiżjoni”, b'aktar attenzjoni għall-ħtiġijiet lokali, id-disponibbiltajiet u t-tendenzi ta' rilaxx, sabiex jiġu inklużi kemm il-fertilizzanti naturali kif ukoll dawk sintetiċi, issa saret essenzjali, u jenħtieġu inċentivi sabiex titħeġġeġ il-bidla. Id-DĠs tal-UE responsabbli għar-Riċerka u l-Agrikoltura ser ikollhom rwoli prinċipali f'dan il-proċess.

3.5   Liema teknoloġiji għandhom l-akbar potenzjal globali biex itejbu l-użu sostenibbli tal-fosfru? X’inhuma l-ispejjeż u l-benefiċċji?

3.5.1

Il-fosfru huwa element mhux radjuattiv stabbli, u għaldaqstant jista' jiġi riċiklat u użat b'mod indefinit. Ma jeżistix b'mod sinifikanti fl-atmosfera iżda jista' jintilef permezz ta' erożjoni tal-ħamrija jew trasferiment tal-ilma, u ġeneralment il-ħajja tiegħu tispiċċa f'qiegħ il-baħar. Qed jiġi investigat l-irkupru mis-sistemi tal-ilmijiet interni bħala pass lejn il-purifikazzjoni; jeħtieġ li l-irkupru għall-użu mill-ġdid jingħata aktar attenzjoni.

3.5.2

L-użu sostenibbli jirrikjedi analiżi taċ-ċiklu tal-ħajja (LCA) mill-“minjieri” sal-“farm” sal-“furketta” u sal-“baħar”. L-estrazzjoni minerali teħtieġ ammonti kbar ta' enerġija u ilma, ta' spiss f'żoni li għandhom skarsezza fit-tnejn. It-trasport u l-ipproċessar jeħtieġu l-idrokarburi u jiġġeneraw gassijiet b'effett ta' serra. Attwalment, l-ammont ta' skart huwa kbir; madwar 15 % biss ta' fosfru mill-minjieri jasal fl-ikel li nieklu (Rosemarin & Jensen, Konferenza Ewropea dwar il-Fosfru Sostenibbli, Marzu 2013 jgħidu li kontribut ta' 20-25 % mill-PEFS ifisser biss 15 %). Madankollu, dan l-użu huwa essenzjali għal kwalunkwe tip ta' ħajja. Il-proċess jista' jiġi ottimizzat iżda mhux sostitwit.

3.5.3

L-użu mhux għall-ikel huwa differenti. Id-deterġenti domestiċi jistgħu jsiru mingħajr fosfati u l-użu naqas sew. Il-bidla tal-uċuħ tar-raba' għall-bijokarburanti toħloq theddida ħafna ikbar. L-ispejjeż tal-enerġija u l-benefiċċji fil-fażijiet kollha għandhom jiġu kwantifikati aħjar. Il-KESE eżamina uħud mill-impatti soċjali u ekonomiċi; issa tenħtieġ LCA kompluta li tinkludi l-użu tal-fosfru kif ukoll għandhom jiġu adattati l-politiki fejn meħtieġ.

3.5.4

Fil-każijiet kollha, għandhom isiru sforzi sabiex jitnaqqas il-konsum tal-fosfru primarju (kontributi ġodda, li jirrikjedu importazzjonijiet lejn l-UE) u jiżdied l-użu mill-ġdid tal-materjali organiċi (ikel, skart ipproċessat u komposti) u r-riċiklaġġ sigur tal-materjali rikki fil-fosfru li attwalment jitqiesu bħala “skart” (eskrementi tal-annimali u tal-bniedem, skart tal-ilma u ħama tad-dranaġġ). Għandhom jiġu żviluppati użi għal prodotti sekondarji prodotti waqt l-ipproċessar.

3.5.5

Jeħtieġ li jiġu identifikati r-rotot adegwati sabiex jinkiseb t'hawn fuq u biex jiġu edukati r-regolaturi, il-fornituri, il-bdiewa, il-bejjiegħa bl-imnut u x-xerrejja tagħhom biex jadottaw il-prodotti u l-prattiki l-ġodda mixtieqa. Il-ħidma għaddejja sabiex jiġu identifikati soluzzjonijiet kummerċjalment vijabbli. Il-PEFS u korpi oħra qed jaħdmu mill-qrib mal-Kummissjoni sabiex dawn jagħtu l-frott.

3.5.6

Il-Kummissjoni u istituzzjonijiet, aġenziji u korpi ta' konsulenza oħra tal-UE għandhom ikomplu jidentifikaw il-leġislazzjoni li tirrikjedi jew reviżjoni jew implimentazzjoni aħjar fid-dawl tal-esperjenza jew tal-ħtiġijiet esterni li qed jinbidlu. Għadnu jiġi – u qed jiġi – ikunsidrat mill-ġdid l-approċċ kollu lejn l-“iskart”. Kif ġie notat fil-Komunikazzjoni, l-approċċ attwali huwa fframmentat u ma jgħinx anzi jfixkel ir-riżultati mixtieq tal-użu mill-ġdid u r-riċiklaġġ.

3.6   X'għandha tippromwovi l-UE f'termini ta' aktar riċerka u innovazzjoni fl-użu sostenibbli tal-fosfru?

3.6.1

Il-Kummissjoni għandha tħeġġeġ ir-riċerka fejn jistgħu jinkisbu riżultati mixtieqa, iżda l-inċentivi kummerċjali mmexxija mis-suq mhumiex ċari (eż. minħabba d-disponibbiltà kontinwa ta' fosfru primarju bi prezz relattivament baxx) jew fejn jista' jkun hemm kunflitti ta' interess mhux riżolti (eż. fir-rigward tal-istandards ta' kwalità għal fertilizzanti ta' fosfat riċiklat kontra fertilizzanti ta' fosfat verġni) jew fejn il-prattiki nazzjonali fi ħdan l-UE ivarjaw ħafna (eż. fir-rigward tal-użu ta' fosfat u tendenzi fil-konsum attwali) jew fejn ma jistgħux jinkisbu faċilment sinerġiji ovvji (eż. fir-rigward tat-trasferiment ta' skart tal-annimali u skart ieħor rikk fil-fosfat minn Stati Membri li għandhom fosfat żejjed għal dawk li għandhom in-nieqes).

3.6.2

Għandhom jiġu rikonoxxuti wkoll il-ħtieġa għal komunikazzjoni mtejba fost is-setturi involuti, il-leġislazzjoni differenti li tapplika, u r-responsabbiltajiet maqsuma, u kultant konfliġġenti, fi ħdan il-Kummissjoni u korpi regolatorji oħra.

3.7   Taħseb li l-informazzjoni disponibbli dwar l-effiċjenza tal-użu tal-fosfru u tal-użu tal-fosfru rriċiklat fl-agrikoltura hija adegwata? Jekk le, '’aktar informazzjoni ta' statistika tista' tkun meħtieġa?

3.7.1

Hawnhekk, ir-risposta hija “le”. Hemm ħtieġa ċara għal informazzjoni awtorevoli u inqas frammentata u aktar kompleta dwar kontaminanti oħra u s-sorsi u l-użu tagħhom fl-ikel, inklużi metalli tqal (u eħfef), mediċina u metaboliti, patoġeni, nutrijenti assoċjati, disponibbiltà, tendenzi ta' rilaxx, effiċjenza agronomika ġenerali, teknoloġiji ta' riċiklaġġ, impatti ambjentali, eċċ.

3.7.2

Id-data mill-istatistika, jekk din tkun disponibbli, tkun punt tat-tluq tajjeb. L-edukazzjoni, is-sjieda u l-aċċettazzjoni tal-bidla huma essenzjali. Is-sħubija bejn il-Kummissjoni u korpi bħall-PEFS tidher bħala l-aktar rotta probabbli biex jinkiseb dan.

3.8   Kif tista' l-Isħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar “produttività u sostenibbiltà agrikola” tgħin biex tmexxi 'l quddiem l-użu sostenibbli tal-fosfru?

3.8.1

Tniedu 5 EIPs fi ħdan il-qafas tal-Ewropa 2020. 3 minn dawn, dwar il-produttività agrikola, l-ilma u l-materja prima, ser ikollhom impatt fuq is-settur tal-biedja inġenerali u l-fosfru b'mod partikolari – kif ukoll, iżda fuq skala iżgħar, iż-2 EIPs l-oħra dwar il-bliet intelliġenti u t-tixjieħ attiv u f'saħħtu. Bħala problema ġdida li għandha tiġi riżolta, l-approċċ għall-fosfru jista' jkun ta' mudell sabiex jiġi segwit minn oħrajn.

3.8.2

Twaqqaf Bord tat-Tmexxija ta' Livell Għoli u ntlaħaq ftehim dwar Pjan ta' Implimentazzjoni Strateġika (SIP). Dan għandu jkun ta' suċċess jekk il-partijiet interessati jaġixxu flimkien u jekk il-partijiet interessati huma rappreżentati u impenjati attivament. Il-punt fokali huwa fuq l-azzjonijiet possibbli fi ħdan l-UE – b'mod ġenerali mill-“farm” sal-“furketta” – u għaldaqstant ma jinkludix xi suġġetti, bħal hawn fuq.

3.8.3

Il-KESE jaqbel mal-kontenut wiesa' tal-SIP, li jiġbor fih kollox, iżda jinnota li huwa nieqes minn prijoritajiet definiti ċarament, mekkaniżmi biex jiġu riżolti tilwimiet leġittimi, jew skadenza sabiex tittieħed azzjoni. Hemm ftit li xejn diskussjoni dwar oqsma fejn il-politiki eżistenti tal-UE jew tal-Istati Membri (sabiex jiġu sussidjati, jew la jiġu sussidjati u lanqas permessi attivitajiet speċifiċi fil-kisba ta' għanijiet oħra) wasslu għal riżultati ekonomikament mhux sostenibbli jew mhux mixtieqa fl-UE jew barra.

3.8.4

Il-KESE jispera li l-EIP tikseb l-objettivi tagħha fil-ħin; dawn ikun riżultat utli għall-fosfru. Id-diskussjoni għandha tinkludi l-użu tan-nutrijenti, l-effiċjenza tal-fertilizzant, ir-riċiklaġġ, il-livelli tal-kontaminant, it-trattament, it-trasport u l-użu tad-demel u ta' skart organiku ieħor. Dan għandu jappoġġja l-programm ta' ħidma tal-PEFS. Naturalment dawn it-tnejn għandhom jinteraġixxu.

3.9   X’jista' jsir biex tiġi żgurata l-ġestjoni aħjar u ż-żieda fl-ipproċessar tad-demel f'żoni ta' provvista żejda u biex jitħeġġeġ aktar użu ta' demel ipproċessat barra minn dawn l-oqsma?

3.9.1

“Skart” huwa kwalunkwe materjal meqjus mill-proprjetarji immedjati tiegħu li m'għandux valur jew li għandu valur negattiv; malli jingħatalu valur, dan isir prodott li jista' jiġi kummerċjalizzat. Proċess effiċjenti bis-sħiħ jista' jivvalorizza u juża l-flussi ta' output tiegħu kollha. Il-globalizzazzjoni wasslet biex dan isir aktar ikkumplikat meta jiġi analizzat, iżda hemm aktar pressjoni biex jiġi riżolt. Il-flussi ta' skart mill-pjanti, l-annimali u l-bnedmin f'format likwidu u solidu issa jistgħu jitqiesu bħala opportunitajiet kummerċjali iktar milli problemi bi spiża għolja.

3.9.2

Dan huwa iktar faċli jingħad milli jinkiseb. Ser ikunu meħtieġa r-riċerka u t-teknoloġija ġdida; ir-regolamenti għandhom jiġu adattati sabiex jiżguraw aktar ċarezza u ċertezza tal-kontenut għal ċaqliq transkonfinali u intern. L-inċentivi finanzjarji għandhom ikunu ċari. Jidher li s-soluzzjonijiet lokali li jinkludu demel, ipproċessat jew le, u fertilizzanti sintetiċi huma l-aktar li jistgħu jkunu ta' suċċess. Jistgħu jiġu żviluppati proġetti Komunitarji jew reġjonali sabiex isolvu problemi speċifiċi, li jagħmlu użu tajjeb mill-investimenti u li jimminimizzaw l-impatti ambjentali.

3.9.3

Il-partijiet interessati fl-EIP jew il-PEFS ser ikollhom rwol ewlieni biex iqabblu soluzzjonijiet globali ma' opportunitajiet reali fil-livell tal-farm, tal-komunità, f'dak muniċipali jew reġjonali; ser jeħtieġ li l-Istati Membri u rappreżanti tas-soċjetà ċivili jkunu impenjati bis-sħiħ.

3.10   X’jista' jsir biex jitjieb l-irkupru tal-fosfru mill-iskart tal-ikel u skart bijodegredabbli ieħor?

3.10.1

L-aħjar mod kif jitnaqqas l-iskart mill-ikel huwa li jiġi żgurat li l-ikel jitqassam u jittiekel bħala parti minn dieta bilanċjata u tajba għas-saħħa minn dawk li jeħtieġu n-nutrimenti. Il-liġi dwar it-tikkettar u l-prattiki tal-bejgħ bl-imnut li jikkonċernaw il-“kwalità” (forma, dehra u daqs kontra togħma u kontenut nutrittiv), id-daqsijiet tal-porzjonijiet, id-dati ta' skadenza (“best-by” jew “sell-by”), u r-rimi ta' ikel mhux mibjugħ kollha jeħtieġu jiġu riveduti. L-utenti kummerċjali fuq skala kbira (proċessuri tal-ikel, fornituri tal-ikel, ristoranti) għandhom jimminimizzaw l-iskart fuq bażi kummerċjali normali – u għandhom jintalbu biex jikkompostaw dak li ma jistgħux jużaw direttament. Għandhom jitħeġġu iniżjattivi mifruxa mal-industrija li jinvolvu lill-bejjiegħa bl-imnut. L-iskart tal-ikel domestiku jista', u għandu, jiġi minimizzat permezz ta' xiri effettiv u użu fil-ħin – u din hija prinċipalment kwistjoni ta' edukazzjoni tal-konsumatur. Il-kompostar individwali tal-fdalijiet hija possibbli fil-kampanja, iżda mhux tant faċli fil-bliet kbar.

3.10.2

Il-ġbir separat ta' skart bijodegradabbli, apparti mill-iskart tal-ġnien, ġeneralment huwa pjuttost limitat u suġġett għall-baġits u l-prijoritajiet disponibbli. Il-kompostar ta' kwalunkwe ħaġa li ma tistax tiġi kkonsmata jżomm il-fosfru fil-katina tal-ikel u, fejn meħtieġ, itejjeb il-kwalità tal-ħamrija. Għandha tingħata attenzjoni biex jiżdied il-valur iktar milli jintrema l-iskart.

3.11   Għandu xi forma t' rkupru ta' fosfru mit-trattament tad-drenaġġ isir obbligatorju jew jitħeġġeġ? X'jista' jsir biex il-ħama tad-dranaġġ u l-iskart bijodegradabbli jsir aktar disponibbli u aċċettabbli għall-biedja tal-għelieqi?

3.11.1

Diġà jeżistu soluzzjonijiet għal applikazzjonijiet domestiċi żgħar, primarjament sabiex jiġu riżolti problemi ta' fosfru eċċessiv f'lokalitajiet remoti li jwassal għall-ewtrofikazzjoni f'ilma qiegħed fil-viċinanza. Dawn huma, madankollu, għaljin u jidhru diffiċli jadattaw għal popolazzjonijiet urbani b'densità ogħla. Id-daqs tal-bliet ta' spiss jiddetermina xi jkun possibbli.

3.11.2

Ir-rimi tal-ilma tal-iskart urban huwa rregolat minn regolamenti dwar il-kwalità tal-post fejn jinġabar id-dranaġġ fih u mhux il-valur potenzjali tal-komponenti speċifiċi. Din għandha tiġi riveduta bħala kwistjoni ta' urġenza. L-aġġornament ta' sistemi eżistenti għar-rimi tad-dranaġġ jista' jqum il-flus; iktar tagħmel sens li jiġu provduti disinnji għal investimenti ġodda li jżidu valur akbar għall-operaturi. L-użu tal-bijosolidi fuq l-art għandu jiffoka fuq l-ottimizzazzjoni tal-għelejjel tal-uċuħ tar-raba' kontra li jintlaħqu l-limiti tar-rimi.

3.11.3

Ser jenħtieġu standards ġodda għal applikazzjonijiet tal-użu tal-ikel, inkluża l-biedja ta' art li tinħadem, li jintużaw flimkien ma' fertilizzanti sintetiċi (u għaldaqstant ikunu jistgħu jiġu kkontrollati aktar faċilment mil-lat ta' kwalità u prestazzjoni). Applikazzjonijiet mhux tal-ikel (ġonna pubbliċi, korsi tal-golf, tisbiħ tal-pajsaġġ urban u industrijali, reklamazzjoni ambjentali, forestrija, il-ħarsien mill-erożjoni, id-difiża kontra l-baħar, eċċ.) jipprovdu stabbilimenti aktar faċli.

3.11.4

Hemm ħtieġa kontinwa għal riċerka ffokata u l-iżvilupp ta' teknoloġiji kosteffettivi ġodda. Huwa għall-benefiċċju ta' kulħadd jekk dan jitħeġġeġ, jiġi finanzjat u rriklamat fil-livell tal-UE u appoġġjat bl-identifikazzjoni u t-trasferiment effettiv ta' prattiki tajba eżistenti. Teknoloġiji ta' suċċess jiġġeneraw impjiegi u jiftħu s-swieq. L-effiċjenzi fil-produzzjoni, distribuzzjoni, użu, u ġestjoni tal-iskart tal-ikel jgħinu sabiex jitnaqqsu l-ispejjeż għall-konsumaturi u jassistu sabiex jintlaħqu miri oħra dwar l-enerġija u t-tibdil fil-klima.

3.11.5

Għandhom jitneħħew l-ostakli għall-progress. Għandhom jiġu żviluppati kriterji armonizzati għat-“tmiem tal-istadju tal-iskart” u approċċ ġdid għad-definizzjoni u l-kontroll tal-iskart. Direttivi qafas dwar il-kimiki (REACH), il-kwalità tal-ħamrija u tal-ilma, l-użu u r-rimi tal-iskart mill-fertilizzant u l-ikel għandhom jiġu valutati mill-ġdid sabiex ikun żgurat li l-għanijiet tagħhom għadhom rilevanti u kompluti u li jissodisfaw il-prijoritajiet tal-UE kif inhi llum, fid-dinja globalizzata li ngħixu fiha. Ser tkun importanti l-implimentazzjoni tajba u proporzjonata fil-livell nazzjonali u lokali. Il-KESE huwa lest jassisti f'dan il-proċess.

Brussell, 21 ta' Jannar 2014.

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  ĠU C 67, 06.03.2014, p. 47-52


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/84


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-ispeċijiet aljeni invażivi”

COM(2013) 620 final – 2013/0307 (COD)

(2014/C 177/15)

Relatur: is-Sur CINGAL

Nhar it-12 ta’ Settembru 2013 u nhar l-20 ta’ Settembru 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b’konformità mal-Artikoli 192(1) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsultaw lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar

il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-introduzzjoni u t-tixrid tal-ispeċijiet aljeni invażivi

COM(2013) 620 final – 2013/0307 (COD).

Is-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent, inkarigata sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett, adottat l-Opinjoni tagħha nhar is-7 ta' Jannar 2014.

Matul l-495 sessjoni plenarja tiegħu li saret fil-21 u t-22 ta' Jannar 2014 (seduta tat-22 ta' Jannar), il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew adotta din l-Opinjoni b’143 vot favur, vot wieħed (1) kontra u 4 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni u r-rieda li jiġi adottat strument legali Komunitarju, li huwa partikolarment meħtieġ minħabba l-problemi tal-klima (migrazzjoni naturali lejn it-Tramuntana), iżda jenfasizza li jista' jidher li r-risposta waslet tard wisq għal dawk li bdew iwissu dwar dan żmien twil ilu. Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni jaqblilha tiżgura li t-titolu tal-Komunikazzjoni bil-lingwi differenti tal-Unjoni jkollu l-approvazzjoni tax-xjenzjati. Il-Kumitat jippreferi t-terminu “espèces allogènes invasives” (jew “envahissantes”) għall-verżjoni Franċiża.

1.2

Il-KESE huwa tal-fehma li l-ġlieda kontra l-ispeċijiet invażivi għandha titqies bħala Kawża Ewlenija Ewropea. Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon l-impenn tal-Kummissjoni li tistabbilixxi mekkaniżmu ġenerali għall-ġlieda kontra l-ispeċijiet aljeni invażivi. Madankollu, il-KESE jagħti parir lill-Kummissjoni li tispjega b'mod iżjed ċar il-kawżi ta' dawn il-problemi, sabiex joħroġ biċ-ċar il-bżonn ta' mobilizzazzjoni fuq skala wiesgħa tal-partijiet interessati biex jipprovdu d-dettalji rilevanti kollha lill-korp inkarigat mill-kwistjoni. Il-KESE jagħti parir ukoll lill-Kummissjoni li tfakkar fl-isforzi li diġà saru biex jitwettqu esperimenti fil-ġlieda kontra t-tixrid tal-ispeċijiet introdotti li joħolqu l-problemi, pereżempju l-programmi LIFE. Il-Kumitat għandu d-dubji dwaril-fatt li l-lista tal-ispeċijiet invażivi tiġi lmitata għal ħamsin speċi.

1.3

Il-KESE japprezza r-rieda tal-Kummissjoni li tinvolvi ċ-ċittadini fil-ġlieda kontra t-tixrid tal-ispeċijiet aljeni osservati attwalment. Iżda l-KESE japprezza kieku l-Kummissjoni tistieden ukoll liċ-ċittadini jinfurmaw ruħhom dwar il-ġlieda preventiva u jipparteċipaw fiha. Il-KESE jenfasizza r-rwol importanti li jaqdu l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, b'mod partikolari fil-ġestjoni taż-żoni naturali jew rikreattivi.

1.4

Għalhekk, il-KESE jitlob lill-Kummissjoni teżamina l-possibbiltà li jinħoloq osservatorju Ewropew tal-pjanti aljeni invażivi, li jkun responsabbli kemm għat-tabella Ewropea ta' valutazzjoni kif ukoll għall-iskambju mal-pajjiżi barra l-UE. B'“osservatorju”, il-KESE jifhem punt fokali identifikat biċ-ċar li jlaqqa' flimkien lix-xjenzjati u ċ-ċittadini tal-UE billi jimmobilizzahom dwar problemi konkreti. B'hekk ikun possibbli li ssir ħidma msejsa fuq l-inizjattivi lokali u li jiġu enfasizzati l-punti ta' konverġenza fi programm sempliċi ta' komunikazzjoni (paġni f'sit tal-internet). Il-KESE huwa tal-fehma li t-twaqqif ta' osservatorju, li jkun responsabbli għall-ġestjoni ta' kwistjonijiet trasversali u transdixxiplinari, probabbilment jiffavorixxi l-mobilizzazzjoni ġenerali meħtieġa tal-esperti, l-animaturi fil-post u dawk responsabbli għall-implimentazzjoni tal-proġetti.

1.5

Il-KESE jittama li l-mekkaniżmu jiġi ppreżentat b'mod effettiv matul il-mandat attwali tal-Parlament Ewropew, li jagħmilha possibbli li jkun operattiv qabel l-2016. Is-sistema ta' sorveljanza proposta għandha tiġi vvalidata mill-komunitajiet xjentifiċi u tikkontribwixxi għad-definizzjoni ta' lista ta' indikaturi rakkomandati mill-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika, b'mod partikolari fl-għan 9 li jgħid li mil-lum sal-2020, għandhom jiġu identifikati u kklassifikati skont ordni ta' prijorità l-ispeċijiet aljeni invażivi u l-modi li permezz tagħhom jiġu introdotti; l-ispeċijiet prijoritarji għandhom jiġu kontrollati jew meqruda u jittieħdu miżuri għall-ġestjoni tal-modi li bihom jippenetraw, bil-għan li jiġu evitati l-introduzzjoni u l-istabbiliment ta' dawn l-ispeċijiet. Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra t-twaqqif ta' Grupp ta' Studju Xjentifiku (Scientific Study Group) abbażi tar-Regolament (KE) Nru 338/97 li jista' jibdel il-lista.

1.6

Il-KESE jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni, permezz tal-kwistjoni tal-ispeċijiet aljeni invażivi, tinteressa ruħha fiż-żoni abbundunati (art ħażina, linji tal-ferrovija antiki, eċċ.) li ta' spiss huma sors ta' infestazzjoni, u mezz ta' tifrix u kolonizzazzjoni. Il-KESE jittama li l-inizjattiva biex jinqerdu l-ispeċijiet pijunieri problematiċi tagħmilha possibbli li jiġu żviluppati intrapriżi speċjalizzati u impjiegi.

2.   Sfond u kontenut fil-qosor tal-Komunikazzjoni

2.1

L-impatt tal-ispeċijiet aljeni invażivi (invasive alien species – IAS) fuq il-bijodiversità huwa sinifikanti. L-IAS huma waħda mill-kawżi ewlenin, u li qed tkompli tikber, għat-telf tal-bijodiversità u l-estinzjoni tal-ispeċijiet. F'dak li għandu x'jaqsam mal-impatti soċjali u ekonomiċi, l-IAS jistgħu jkunu vetturi ta’ mard jew jikkawżaw problemi ta’ saħħa direttament (eż. id-dermatite, l-ażma u l-allerġiji). Jistgħu jagħmlu ħsara fl-infrastruttura u fil-faċilitajiet rikreattivi, ixekklu l-foresti jew jikkawżaw telf agrikolu, biex insemmu ftit mill-ħsarat li jistgħu jikkawżaw. Huwa stmat li l-IAS jiswew lill-Unjoni tal-anqas EUR 12-il biljun fis-sena u l-ispejjeż tal-ħsarat qed ikomplu jiżdiedu (1).

2.2

L-Istati Membri qed jieħdu għadd ta' miżuri sabiex jindirizzaw l-IAS, iżda l-miżuri huma essenzjalment reattivi bil-għan li titnaqqas kemm jista' jkun il-ħsara li diġà qed tiġi kkawżata, u ma jikkunsidrawx biżżejjed il-prevenzjoni jew l-identifikazzjoni, u lanqas il-ġlieda kontra t-theddid ġdid. L-isforzi huma frammentati u sikwit mhumiex koordinati sew, u jonqsu milli jkopru bosta speċijiet. L-IAS ma jirrispettawx il-fruntieri u jistgħu jinxterdu faċilment minn Stat Membru għal ieħor. Għalhekk, azzjoni meħuda fil-livell nazzjonali mhix biżżejjed biex tħares l-Unjoni mit-theddid ta' ċerti IAS. Barra minn hekk, dan l-approċċ frammentat jista' jwassal biex Stat Membru jiddgħajjef minħabba nuqqas ta' azzjoni fi Stati Membri ġirien.

2.3

Din il-proposta għandha l-għan li tistabbilixxi qafas għal azzjoni ta' prevenzjoni, tnaqqis u mitigazzjoni tal-impatti negattivi tal-IAS fuq il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistemi. Barra minn hekk, se tfittex li tnaqqas il-ħsara ekonomika u soċjali. Dan se jintlaħaq permezz ta' miżuri li jiżguraw azzjoni koordinata, iffukar tar-riżorsi fuq speċijiet ta' prijorità u żieda fil-miżuri ta' prevenzjoni, skont l-approċċ tal-Konvenzjoni fuq id-Diversità Bijoloġika u skont ir-reġimi tas-saħħa tal-pjanti u tal-annimali tal-Unjoni. F'termini prattiċi, il-proposta tfittex li tilħaq dawn l-għanijiet permezz ta' miżuri li jindirizzaw l-introduzzjoni intenzjonata tal-IAS fl-Unjoni u r-rilaxx intenzjonat tagħhom fl-ambjent, l-introduzzjoni u r-rilaxx mhux intenzjonati tal-IAS, il-ħtieġa li tiġi stabbilita sistema ta' twissija bikrija u rispons rapidu u l-ħtieġa li jkun ġestit it-tixrid tal-IAS madwar l-Unjoni.

2.4

It-“Taqsira għall-Pubbliku” li ġiet prodotta wara l-konsultazzjoni u li hija disponibbli fis-sit tal-internet tal-Kummissjoni hija ċara.

3.   Kummenti ġenerali

3.1

Il-Kummissjoni qed twieġeb għat-twissijiet tan-naturalisti kemm professjonali kif ukoll dilettanti, li kemm-il darba jissemmew mill-ġurnalisti fil-mezzi kollha tax-xandir. Il-Kummissjoni qed twieġeb ukoll lil dawk inkarigati fi ħdan l-awtoritajiet lokali u reġjonali li diġà bdew jieħdu l-miżuri meħtieġa fil-post. Il-Kummissjoni tipproponi applikazzjoni ġusta tal-prinċipju ta' prekawzjoni biex tiġi definita politika ta' prevenzjoni meta jkun hemm riskju jew tiġi identifikata problema ġdida. Il-Kumitat jilqa' b'sodisfazzjon partikolari l-fatt li l-Komunikazzjoni hija ambizzjuża, u li hija adatta għall-kompitu enormi involut. L-Opinjoni NAT/433 (2) ġiet adottata fil-11 ta' Ġunju 2009 mingħajr l-ebda oppożizzjoni. Dak iż-żmien, konna diġà fassalna rakkomandazzjonijiet adatti. Jiddispjaċina li hemm bżonn tant żmien biex jiġu implimentati pjani ta' azzjoni favur il-bijodiversità, l-iżjed meta attivitajiet soċjali jew ekonomiċi jissejsu fuq ekosistemi importanti.

3.2

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li, permezz ta' Regolament, tniedi l-ġlieda kontra kull invażjoni bijoloġika, fenomenu li jinvolvi t-tixrid ta' speċijiet introdotti li jattakkaw territorju u jikkawżaw ħsara (definizzjoni tal-Unjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tan-Natura u tar-Riżorsi Naturali (UICN)). Hemm tliet tipi ta' ħsara: theddida għall-bijodiversità tal-ekosistemi tagħna, theddida xi drabi għas-saħħa ta' ċerti popolazzjonijiet u theddida għal ċerti attivitajiet ekonomiċi. Il-każijiet fejn it-tixrid ta' speċi minn reġjun joħloq problema f'reġjun ieħor għandhom jiġu indirizzati direttament mill-Istati Membri; għalhekk, il-problemi kkawżati mill-popolazzjonijiet tal-lupu tal-baħar (catfish) għandhom jiġu ttrattati bħala każijiet individwali, u jiġi applikat il-prinċipju tas-sussidjarjetà.

3.3

Il-Kumitat apprezza l-isforzi pedagoġiċi tal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u tad-DĠ għall-Ambjent, li dan l-aħħar ippubblika fuljett tematiku dwar l-IAS (Science For Environment Policy: Thematic issue on Invasive Alien Species, 18/09/2013).

3.4

Il-Kummissjoni għażlet bħala linja gwida l-limitu massimu inizjali tan-numru ta' speċijiet prijoritarji li huwa 3 % ta' madwar 1500 speċi aljena invażiva li jinsabu fl-Ewropa. Il-KESE josserva li din l-għażla mhija msejsa fuq l-ebda bażi xjentifika, iżda hija dovuta għal riżorsi baġitarji limitati. Il-KESE japprezza l-fatt li l-Kummissjoni qed taħdem fil-livell internazzjonali u qed ikollha djalogi mal-Istati Membri li diġà huma mobilizzati għall-ġestjoni tal-IAS. Il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra t-twaqqif ta' Grupp ta' Studju Xjentifiku (Scientific Study Group) abbażi tar-Regolament (KE) Nru 338/97 li jista' jibdel il-lista.

4.   Kummenti speċifiċi

4.1

Il-Kumissjoni analizzat bir-reqqa l-problemi kollha. Madankollu, jidher li hemm problema ta' terminoloġija bil-Franċiż (u forsi bil-lingwi l-oħra wkoll). Tajjeb infakkru fid-differenza bejn “espèce invasive” (speċi invażiva mhux indiġena) u “espèce envahissante” (speċi invażiva indiġena). L-ewwel speċi tiġi minn inħawi oħra, filwaqt li t-tieni waħda tista' tkun speċi indiġena b'potenzjal ta' riproduzzjoni tant li tista' tiddomina ambjent b'mod eċċessiv u, għalhekk, tfaqqru. Jekk naċċettaw din id-definizzjoni, jeħtieġ niżguraw li t-titolu Franċiż tal-Komunikazzjoni jkun aċċettat minn kulħadd. Il-Kummissjoni użat l-espressjoni “espèces allogènes envahissantes” (speċijiet aljeni invażivi) fit-Taqsira għall-Pubbliku. Għalhekk, jidher li hemm bżonn li jiġi żgurat li l-espressjoni “espèce exotique envahissante”, użata ta' spiss (pereżempju fil-Wallonja), ma tqanqalx reazzjoni negattiva minn ċerti bijoloġisti li jispeċjalizzaw fil-qasam. Il-mistoqsija dwar it-test Franċiż għandha titqajjem ukoll għal-lingwi l-oħra tal-UE.

4.2

Il-Komunikazzjoni għandha tindika aħjar ir-raġunijiet għall-gravità tas-sitwazzjoni, l-iżjed peress li s-sitwazzjoni qed taggrava. Huwa assolutament meħtieġ li jiġi spjegat li t-tixrid essenzjalment jiġri meta l-ispeċijiet ma jqanqlu l-ebda interess fil-konsumaturi (predaturi), meta ma jfixklux l-attivitajiet tal-bniedem (żoni urbani) u, fl-aħħar nett, għax ikunu qed jinfirxu f'żoni b'aċċess diffiċli. F'dawn il-każijiet kollha, il-problema hija marbuta mas-sorsi ta' kontaminazzjoni: il-water primrose, il-millefolju, il-Japanese knotweed, eċċ. fiż-żoni umdi u l-wild cane, il-buddleia, il-box elder u l-Japanese varnish tree, eċċ li jinsabu ftit jew wisq kullimkien. Min-naħa l-oħra, il-Komunikazzjoni tgħid tajjeb li ċerti speċijiet intlaqgħu tajjeb ħafna. Hawn ukoll, huwa tajjeb forsi li niftakru li l-prodotti miġjuba minn barra kellhom valur kbir peress li adattaw tajjeb: l-akaċja falza (Robinia pseudoacacia) għadha tiġi apprezzata ħafna u tintuża biex jiġu prodotti lasti, injam reżistenti għal għamara li tintuża fuq barra, għasel, eċċ. Min-naħa l-oħra, huwa ta' dispjaċir li l-pjanta Sosnowsky's Hogweed (Heracleum spp.) saret komuni bħala għalf għall-bhejjem, peress li t-tixrid tagħha jagħmel ħsara lill-bijodiversità u t-tossini li tipproduċi jistgħu jikkawżaw ħruq sever.

4.3

Il-Kummissjoni ma tenfasizzax biżżejjed il-problemi ambjentali kruċjali li ġew identifikati b'mod ċar minn dawk responsabbli għas-siti ta' Natura 2000, pereżempju. Il-KESE jistaqsi hemmx sens ta' ħtija f'dan kollu. L-NGOs jiftakru li għal snin sħaħ talbu ta' xejn biex jiġu pprojbiti l-importazzjonijiet ta' varjetajiet eżotiċi ta' fkieren. Din it-talba ntlaqgħet biss meta ngħatat prova ta' riproduzzjoni f'ambjenti naturali. Il-KESE huwa tal-fehma li din il-Komunikazzjoni damet ma waslet, iżda jilqagħha b'sodisfazzjon għax qatt mhuwa tard wisq biex l-affarijiet isiru kif imiss.

4.4

Il-Kummissjoni ssemmi r-regolamentazzjoni f'pajjiżi oħra. Din hija ħaġa tajba, imma kien ikun aħjar forsi kieku ntqal bl-akbar onestà li ttieħdet deċiżjoni abbażi tal-aħjar esperjenzi barranin. Tajjeb insemmu hawnhekk inizjattiva internazzjonali: Jum l-Ambrosja (Ragweed Day) li tiġi ċċelebrata nhar l-ewwel Sibt tas-sajf u tippromovi l-ġlieda kontra t-tixrid tal-pjanti allerġeniċi (Ragweed (Ambrosia artemisifolia) hija pjanta li tikkolonizza li tikber fi kwalunkwe ambjent fejn ma jkollhiex kompetizzjoni qalila wisq. L-UE xeħtet dawl fuq id-direzzjoni t-tajba fl-industrija billi stiednet lill-Istati Membri jidentifikaw u jibnu fuq l-aqwa tekniki disponibbli (best available techniques – BATs).

4.5

Il-Kummissjoni tenfasizza li: “l-azzjoni eżistenti fil-livell tal-Unjoni ma tindirizzax il-maġġoranza tal-IAS”. Il-KESE jikkundanna din is-sitwazzjoni daqs il-Kummissjoni, iżda jfakkarha li, normalment, l-ambjent għandu jiġi inkluż fil-politiki settorjali kollha. Il-KESE japprezza jekk il-Kummissjoni tispjega, pereżempju, kif il-problema tista' tiġi indirizzata fil-qafas tal-Politika Agrikola Komuni. Pereżempju, il-problema tal-bwar (grasslands) attakkati mill-water primrose (Ludwigia grandiflora).

4.6

Il-Kummissjoni analizzat perfettament il-problema, iżda b'mod astratt. Il-KESE jistaqsi jekk ikunx utli li l-argumenti jkunu spjegati għal darb'oħra permezz ta' eżempji, pereżempju, in-nannakola msejħa harlequin ladybird (Harmonia axyridis) jew il-wild black cherry (Prunus serotina) bħala eżempju ta' introduzzjoni intenzjonata u l-Caulerpa taxifolia, (speċi ta' alka tal-baħar) u l-Vespa velutina (speċi ta' żunżan magħruf bħala l-Asian predatory wasp) bħala eżempji ta' introduzzjoni mhux intenzjonata. Forsi ma' dawn għandna nżidu l-introduzzjonijiet attwali irresponsabbli tal-lupu tal-baħar (każ speċifiku ta' introduzzjoni intenzjonata). Jekk dan ma jseħħx, il-KESE jagħti parir lill-Kummissjoni tikkwota x-xogħlijiet tagħha stess (il-fuljett eċċellenti ppubblikat f'Mejju 2009) u żżid links għal siti tal-internet interessanti.

4.7

L-analiżi tal-mudelli tal-proposti għal regolament hija ċara u r-raġuni li ntgħażlet l-Għażla 24 hija ovvja: ser tkun ir-responsabbiltà tal-Istati Membri li jaġixxu malli tiġi identifikata problema ġdida (trażmissjoni tal-informazzjoni, analiżi tas-sitwazzjoni, azzjoni proposta).

4.8

L-elementi legali jidhru ġusti u l-proposta għanda tagħmilha possibbli li tiġi indirizzata kwalunkwe sitwazzjoni tal-passat, tal-preżent u tal-futur. Il-Kumitat għandu d-dubji jekk hux leġittimu li l-lista ta' speċijiet aljeni invażivi li jistgħu jkunu ta' ħsara għall-Unjoni tiġi limitata għal massimu ta' ħamsin speċi.

4.9

Madankollu, l-analiżi finanzjarja tidher ottimista wisq. Fil-fatt, meta l-mekkaniżmu jidħol fis-seħħ, il-flussi tal-informazzjoni ser ikunu tant li, mingħajr dubju, is-servizz rilevanti ser ikollu problema jipproċessa l-informazzjoni kollha. F'dak il-każ, il-Kumissjoni jkollha tħallas qares għas-suċċess tagħha stess!

4.10

Fl-istadju attwali tal-proposta, għad jonqos li jiġu ċċarati ċerti dettalji, u l-Istati Membri ser ikollhom jagħtu tweġibiet konkreti għall-mistoqsijiet differenti; mingħajr dubju, l-iżjed waħda frekwenti ser tkun l-iżjed mezz adatt għall-qerda ta' speċi eżistenti. Il-KESE jibża' li dan jista' jwassal għal polemiki lokali.

4.11

Il-kwistjoni tal-informazzjoni u tal-parteċipazzjoni pubblika tidher fil-Kapitolu 5 tal-proposta meta jiġu indirizzati l-aspetti orizzontali tal-problema. Il-prevenzjoni ma għandhiex tkun biss fil-kompetenza tal-ispeċjalisti. Il-KESE jfakkar li t-twissijiet ta' spiss waslu minn atturi lokali u kienu indirizzati direttament lill-gvernijiet u/jew lid-DĠ għall-Ambjent. Ikun opportun li t-talbiet taċ-ċittadini, li ta' spiss ma jkollhomx kuntatt mal-korpi ta' riċerka, allavolja dawn ta' spiss jistiednu liċ-ċittadini jipprovdulhom l-informazzjoni, jagħmlu kontribut attiv. Barra minn hekk, il-każ taż-żunżan Asjatiku jesprimi tajjeb ħafna l-problema: huwa jikkompeti kontra ż-żunżan Ewropew, jagħti x-xewka u huwa predatur tan-naħal qrib id-doqqajs. Iċ-ċittadini ppruvaw il-mezzi kollha biex jeqirdu l-invażur u mbagħad, wara li ammettew li kien impossibbli, fittxew mezzi kimiċi nodfa biżżejjed (SO2), u fl-aħħar nett skoprew li kien biżżejjed li madwar id-doqqajs jitpoġġew it-tiġieġ li jipprovdu difiża bijoloġika. Għalhekk, il-KESE jitlob lill-Kummissjoni tinvolvi l-akbar għadd possibbli ta' ċittadini permezz tal-organizzazzjonijiet tagħhom (junjins, NGOs, eċċ.).

4.12

L-applikazzjoni tar-Regolament (Artikolu 27) tidher sodisfaċenti fis-sens li l-UE ma għandhiex terġa' tuża l-iskadenzi li ħolqu problema għal prodotti oħra, pereżempju għal ċerti prodotti kimiċi. Il-qerda tal-ispeċijiet mingħajr interess kummerċjali kbir u t-tibdil fil-proċessi għall-oħrajn jidhru li ngħataw il-konsiderazzjoni meħtieġa.

Brussell, 22 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  COM(2013) 620 final.

(2)  Opinjoni tal-KESE dwar “Lejn strateġija tal-UE dwar speċijiet invażivi”, ĠU C 306, 16.12.2009, p. 42


11.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 177/88


Opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar “il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità, fid-dawl tal-implimentazzjoni sal-2020 ta' ftehim internazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq għal emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali”

COM(2013) 722 final – 2013/0344 (COD)

(2014/C 177/16)

Relatur Ġenerali: is-Sur SIMONS

Nhar l-24 ta' Ottubru 2013 u nhar it-18 ta' Novembru 2013, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill rispettivament iddeċidew, b'konformità mal-Artikoli 192(1) u 304 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li jikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar

il-Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2003/87/KE li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità, fid-dawl tal-implimentazzjoni sal-2020 ta' ftehim internazzjonali li japplika miżura globali unika bbażata fuq is-suq għal emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali

COM(2013) 722 final – 2013/0344 (COD).

Nhar it-12 ta' Novembru 2013, il-Bureau tal-Kumitat ta istruzzjonijiet lis-Sezzjoni Speċjalizzata għall-Agrikoltura, l-Iżvilupp Rurali u l-Ambjent sabiex tipprepara l-ħidma tal-Kumitat dwar is-suġġett.

Minħabba l-urġenza tal-ħidma, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew iddeċieda matul l-495 sessjoni plenarja tiegħu tal-21 u t-22 ta' Jannar 2014 (seduta tat-22 ta' Jannar) li jaħtar lis-Sur Simons bħala relatur ġenerali u adotta din l-Opinjoni b'173 vot favur, 4 voti kontra u 7 astensjonijiet.

1.   Konklużjonijiet u rakkomandazzjonijiet

1.1

Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru u għall-awtoritajiet nazzjonali, il-Kumitat jirrakkomanda li jiġu adottati l-proposti li d-deċiżjoni li “jitwaqqaf l-arloġġ” tiġi estiża għall-2013 u li l-iskadenza għar-rappurtar u r-restituzzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-2013 tiġi posposta b'sena.

1.2

Għandhom jiġu aċċettati wkoll l-eżenzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali ż-żgħar li ftit li xejn jemettu CO2 kif ukoll il-possibbiltà li l-kumpaniji ż-żgħar li mhumiex koperti mill-eżenzjoni jużaw proċeduri amministrattivi ssemplifikati.

1.3

Però dan ma japplikax għall-partijiet tal-Proposta li jikkonċernaw it-titjiriet minn u lejn pajjiżi terzi għall-perjodu 2014-2020. Huwa fl-interess tal-partijiet kollha li tiġi evitata gwerra tal-avjazzjoni u/jew tal-kummerċ u għalhekk l-ewwel għandhom jiġu inkoraġġuti n-negozjati biex tinsab soluzzjoni globali.

1.4

Peress li t-titjiriet bejn l-ajrudromi fiż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) ser jibqgħu fl-iskema EU ETS għall-avjazzjoni, il-Kumitat jappella lill-istituzzjonijiet taż-ŻEE biex:

ilestu minnufih l-“Ajru Uniku Ewropew” bil-għan li jiġu eliminati l-emissjonijiet bla bżonn minħabba d-devjazzjonijiet u d-dewmien permezz tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru (1);

iwettqu diskussjonijiet multilaterali u bilaterali intensivi bil-għan li fid-dinja jinħolqu aktar sistemi interreġjonali ta' miżuri bbażati fuq is-suq apparti dik taż-ŻEE sal-2016.

2.   Introduzzjoni

2.1

L-emissjonijiet mill-avjazzjoni, għalkemm b'madwar 5 % mit-total huma relattivament baxxi, huma wieħed mis-sorsi ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra li qed jikber l-aktar malajr u f'dawn l-aħħar 20 sena kważi rduppjaw. Il-potenzjal teknoloġiku għat-tnaqqis tal-emissjonijiet huwa wkoll limitat fis-settur tal-avjazzjoni, iżda l-linji tal-ajru fid-dinja kollha jistgħu u jixtiequ jikkontribwixxu, anke permezz ta' miżuri bbażati fuq is-suq (Market-Based Measures – MBMs), għat-tnaqqis tal-emissjonijiet billi jpattu għaż-żieda qawwija tal-emissjonijiet tagħhom permezz tal-finanzjament tat-tnaqqis tal-emissjonijiet f'setturi oħra.

2.2

Parzjalment bis-saħħa tal-azzjonijiet tal-UE, fosthom is-sospensjoni – jew kif inhi magħrufa d-deċiżjoni li “jitwaqqaf l-arloġġ” mill-bidu tal-2013 – tad-Direttiva 2008/101/KE (li tinkludi l-attivitajiet tal-avjazzjoni fl-iskema għall-iskambju ta' kwoti tal-emissjonijiet ta' gassijiet serra) għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru li joperaw titjiriet lejn jew miż-ŻEE, fl-4 ta' Ottubru 2013 l-ICAO ħadet id-deċiżjoni li sal-2016 (meta ser issir il-laqgħa trijennali li jmiss tal-ICAO) tfassal, permezz tal-pjan ta' azzjoni approvat, mekkaniżmu dinji bbażat fuq is-suq għall-emissjonijiet tal-avjazzjoni internazzjonali li, jekk jiġi approvat, ikun japplika mill-2020 'l hemm. Sadanittant, il-pajjiżi jew gruppi ta' pajjiżi, bħall-UE, jistgħu jadottaw miżuri interim, iżda ma ntlaħaqx kompromess dwar kif u x'jista' jsir bl-eżatt.

2.3

Dawn l-iżviluppi huma konformi mal-Opinjonijiet preċedenti (2) tal-Kumitat: fl-2006 il-Kumitat qal li sabiex l-iskema tal-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet tiġi applikata fil-livell dinji, jeħtieġ li tiġi introdotta mill-Organizzazzjoni tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO); jekk fin-negozjati tidher li tkun għażla fattibbli, jista' jkun possibbli li tiġi introdotta sistema bħal din għat-traffiku tal-ajru intra-Ewropew, bħala l-ewwel pass prattiku f'din id-direzzjoni; fl-2007 qal li “[l]-integrazzjoni tal-avjazzjoni fis-Sistema Ewropea tal-Iskambju tal-Emissjonijiet (ETS) potenzjalment issaħħaħ din is-sistema u tagħtiha aktar saħħa bħala mudell prinċipali għall-ġlieda kontra l-emissjonijiet tas-CO2 fil-livell globali”; u dan l-aħħar fl-2013 intqal li “[g]ħaldaqstant, il-Kumitat jaqbel mal-inizjattiva, li tipprevedi moratorju fuq l-applikazzjoni tas-sistema ETS fil-kumpaniji tal-avjazzjoni, kemm fid-dħul u fil-ħruġ miż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE), sakemm jintemmu n-negozjati globali.”

3.   Sinteżi tal-proposta tal-Kummissjoni

3.1

Fid-dawl tar-riżultati tal-Assemblea tal-Organizzazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-Avjazzjoni Ċivili Internazzjonali (ICAO) li saret mill-24 ta' Settembru sal-4 ta' Ottubru 2013, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li l-kamp ta' applikazzjoni ġeografiku tal-iskema tal-UE għall-iskambju tal-kwoti tal-emissjonijiet (ETS) tiġi aġġustata għall-avjazzjoni sa ma tiġi introdotta sistema ta' skambju fuq livell dinji.

3.2

L-għan tal-Proposta tal-Kummissjoni hu li tkompli tagħti spinta lill-iżvilupp ta' sistema fuq livell dinji. Il-Proposta ma tagħmilx distinzjoni bejn il-kumpaniji abbażi tan-nazzjonalità.

3.3

Oriġinarjament l-iskema EU ETS għall-avjazzjoni kienet tapplika għad-distanza kollha koperta mit-titjiriet minn u lejn l-ajruporti fiż-ŻEE, inklużi t-titjiriet minn u lejn pajjiżi terzi. Fl-2012, b'konformità mad-Deċiżjoni Nru 377/2013/UE (magħrufa bħala d-deċiżjoni li “jitwaqqaf l-arloġġ”), b'mod temporanju l-iskema kienet tapplika biss għat-titjiriet fiż-ŻEE u mhux għat-titjiriet minn u lejn pajjiżi terzi.

3.4

Il-Kummissjoni tipproponi li dan il-kamp ta' applikazzjoni jkun jgħodd ukoll għall-2013. Tipproponi wkoll li l-iskadenza tal-linji tal-ajru għar-rappurtar u r-restituzzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-2013 tiġi posposta b'sena.

3.5

Il-kamp ta' applikazzjoni propost għas-snin 2014 sa 2020, flimkien mal-kamp ta' applikazzjoni għall-2013, ikopri wkoll it-titjiriet minn u lejn pajjiżi barra ż-ŻEE li jgħaddu minn fuq it-territorju tal-pajjiżi taż-ŻEE. Il-Proposta tiddeskrivi kif dan jista' jitwettaq fil-prattika.

3.6

Din il-Proposta għandha wkoll it-tliet konsegwenzi li ġejjin:

it-titjiriet bejn ajrudromi fiż-ŻEE jibqgħu koperti b'mod sħiħ, kif kien il-każ fid-Direttiva oriġinali u d-Deċiżjoni Nru 377/2013/UE;

it-titjiriet lejn u minn pajjiżi terzi li mhumiex pajjiżi żviluppati u li jkollhom emissjonijiet ta' inqas minn 1 % tal-emissjonijiet tal-avjazzjoni globali jiġu eżentati. Dan jeskludi r-rotot lejn madwar 80 pajjiż fuq bażi mhux diskriminatorja;

mill-2014, it-titjiriet lejn u minn pajjiżi terzi jkunu responsabbli għall-emissjonijiet li jsiru mhux lil hinn mill-pajjiżi taż-ŻEE. Ġiet proposta proċedura ssemplifikata sabiex jiġi ddeterminat il-proporzjon ta' emissjonijiet ta' titjira speċifika li tkun koperta mill-ETS. Ġie propost ukoll li l-operaturi jkunu jistgħu jagħżlu bejn approċċi metodoloġiċi differenti tal-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika (MRV) sabiex ikun hemm konformità.

3.7

Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tipproponi li l-operaturi tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali ż-żgħar li ftit li xejn jemettu CO2 jiġu eżentati mill-iskema UE ETS għall-avjazzjoni. Il-kumpaniji ż-żgħar li mhumiex koperti mill-eżenzjoni huma offruti l-possibbiltà li jużaw proċeduri amministrattivi ssemplifikati.

4.   Kummenti ġenerali

4.1

Skont id-deċiżjoni li “jitwaqqaf l-arloġġ”, b'mod temporanju l-iskema UE ETS għall-avjazzjoni tapplika biss għat-titjiriet fiż-ŻEE u mhux għat-titjiriet minn u lejn pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni tipproponi li dan il-kamp ta' applikazzjoni jkun jgħodd ukoll għall-2013. Tipproponi wkoll li l-iskadenza tal-linji tal-ajru għar-rappurtar u r-restituzzjoni tal-kwoti tal-emissjonijiet tal-2013 tiġi posposta b'sena. Il-Kumitat jemmen li sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali għall-operaturi tal-inġenji tal-ajru u għall-awtoritajiet nazzjonali, dawn il-proposti huma tajbin ħafna u għalhekk jissuġġerixxi li jiġu adottati.

4.2

Peress li t-titjiriet bejn l-ajrudromi fiż-ŻEE ser jibqgħu fl-iskema UE ETS għall-avjazzjoni, il-Kumitat jappella lill-istituzzjonijiet tal-UE u taż-ŻEE biex ilestu minnufih l-Ajru Uniku Ewropew (3) bil-għan li ma jkunx hemm aktar emissjonijiet bla bżonn minħabba d-devjazzjonijiet u d-dewmien permezz tal-kontroll tat-traffiku tal-ajru.

4.3

Il-Kumitat huwa sodisfatt ħafna bl-eżenzjoni tal-operaturi tal-inġenji tal-ajru mhux kummerċjali ż-żgħar li ftit li xejn jemettu CO2 kif ukoll bil-possibbiltà li l-kumpaniji ż-żgħar li mhumiex koperti mill-eżenzjoni jużaw proċeduri amministrattivi ssemplifikati.

4.4

Però dan ma japplikax għall-partijiet tal-Proposta li jikkonċernaw it-titjiriet minn u lejn pajjiżi terzi għall-perjodu 2014-2020. Huwa fl-interess tal-partijiet kollha li tiġi evitata gwerra tal-avjazzjoni u/jew tal-kummerċ u għalhekk l-ewwel għandhom jiġu inkoraġġuti n-negozjati biex tinsab soluzzjoni globali.

4.4.1

L-informazzjoni ppreżentata fil-valutazzjoni tal-impatt dwar id-diskussjonijiet li saru fl-2013 fl-ICAO turi li, fid-dawl tar-relazzjonijiet u l-pożizzjonijiet attwali, l-azzjoni li tittieħed għandha tkun kawta ħafna sabiex fl-2016 jinkiseb ir-riżultat mixtieq fuq livell dinji. Qatt ma konna daqshekk qrib li niksbu l-objettiv, iżda bir-rekord storiku tad-dewmien is-suċċess ma jistax jiġi garantit!

4.4.2

Li lill-pajjiżi terzi f'daqqa waħda naqbdu u ngħidulhom – għax fil-fatt hekk ikun qed isir b'azzjoni unilaterali tal-UE f'każ li din il-parti tal-Proposta tiġi adottat – li l-linji tal-ajru tagħhom iridu jħallsu għall-emissjonijiet tas-CO2 tagħhom fl-ajru taż-ŻEE huwa diffikultuż u għandu jitqies biss wara li jsiru negozjati bilaterali u/jew multilaterali b'konformità mal-Artikolu 16 a) tar-Riżoluzzjoni tal-ICAO, sabiex jiġi evitat ir-riskju ta' gwerra tal-avjazzjoni/tal-kummerċ.

4.4.3

Minkejja li legalment iż-ŻEE għandha d-dritt tapplika il-proposti, l-Amministrazzjoni tal-Istati Uniti għandha d-dritt ukoll li, abbażi tal-Emissions Trading Scheme Prohibition Act (“Thune Bill”), tipprojbixxi lil-linji tal-ajru rreġistrati fl-Amerika milli jagħmlu parti mill-iskema UE ETS, biex ma ngħidu xejn dwar ir-reazzjonijiet taċ-Ċina u l-Indja fid-dawl tal-oppożizzjoni tagħhom għar-riżoluzzjoni tal-ICAO tal-4 ta' Ottubru 2013. Madankollu, f'dan l-istadju m'hemmx bżonn li jinbidel il-kontenut tal-Proposta tal-Kummissjoni.

5.   Kummenti speċifiċi

5.1

Jidher li fl-Anness I (il-Glossarju tal-valutazzjoni tal-impatt, SWD(2013) 430 final, p. 51, disponibbli bl-Ingliż) inqalbu d-defizzjonijiet ta' “extra-EEA flights” u “intra-EEA flights”.

Brussell, 22 ta' Jannar 2014

Il-President tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Henri MALOSSE


(1)  KE/549/2004.

KE/1070/2009.

(2)  ĠU C 185, 8.8.2006, p. 97 (mhux disponibbli bil-Malti); ĠU C 175, 27.7.2007, p. 47ĠU C 133, 9.5.2013, pp. 30-32.

(3)  KE/549/2004.

KE/1070/2009.