ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 175

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
10 ta' Ġunju 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 175/01

L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

1

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 175/02

C-231/11 P sa C-233/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Siemens AG Österreich, VA Tech Transmission & Distribution GmbH & Co. KEG, Siemens Transmission & Distribution Ltd, Siemens Transmission & Distribution SA, Nuova Magrini Galileo SpA (Appell — Kompetizzjoni — Akkordju — Suq tal-proġetti relatati ma’ switchgear insulat bil-gass — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa — Kunċett ta’ impriża — Prinċipji ta’ responsabbiltà personali u ta’ individwalizzazzjoni tal-pieni u tas-sanzjonijiet — Ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali — Prinċipju ne ultra petita — Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament)

2

2014/C 175/03

Kawżi magħquda C-247/11 P u C-253/11 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Areva vs Alstom SA, T&D Holding, li kienet Areva T&D Holding SA, Alstom Grid SAS, li kienet Areva T&D SA, Alstom Grid AG, li kienet Areva T&D AG, Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Kompetizzjoni — Akkordju — Suq tal-proġetti relatati ma’ switchgear insulat bil-gass — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ sussidjarji lill-kumpanniji parent tagħhom — Obbligu ta’ motivazzjoni — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa — Kunċett ta’ impriża — Solidarjetà msejħa ta’ fatt — Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ individwalizzazzjoni tal-pieni u tas-sanzjonijiet — Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament)

3

2014/C 175/04

Kawża C-616/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – T-Mobile Austria GmbH vs Verein für Konsumenteninformation (Direttiva 2007/64/KE — Servizzi ta’ ħlas — Punt 23 tal-Artikolu 4 — Kunċett ta’ strument ta’ ħlas — Ordnijiet ta’ trasferiment mogħtija online u bl-għajnuna ta’ formola stampata — Artikolu 52(3) — Dritt ta’ min jitħallas li jitlob lil min iħallas tariffi għall-użu ta’ strument ta’ ħlas — Setgħa tal-Istati Membri li jadottaw projbizzjoni ġenerali — Kuntratt bejn operatur ta’ telefonija ċellulari u individwi)

4

2014/C 175/05

Kawża C-190/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company vs Dyrektor Izby Skarbowej w Bydgoszczy (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Libertà ta’ stabbiliment — Moviment liberu tal-kapital — Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE — Taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi — Differenza fit-trattament bejn id-dividendi mħallsa lil fondi ta’ investiment residenti u mhux residenti — Esklużjoni minn eżenzjoni fiskali — Restrizzjoni mhux ġustifikata)

5

2014/C 175/06

Kawża C-288/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 95/46/KE — Protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u l-moviment liberu ta’ din id-data — Artikolu 28(1) — Awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza — Indipendenza — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tittermina qabel it-tmiem tal-mandat tal-awtorità ta’ sorveljanza — Ħolqien ta’ awtorità ġdida ta’ sorveljanza u ħatra ta’ persuna oħra fil-kariga ta’ president)

6

2014/C 175/07

Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland, Verfassungsgerichtshof – l-Irlanda, l-Awstrija) – Digital Rights Ireland Ltd (C-293/12), Kärntner Landesregierung, Michael Seitlinger, Christof Tschohl et (C-594/12) vs Minister for Communications, Marine and Natural Resources, Minister for Justice, Equality and Law Reform, The Commissioner of the Garda Síochána, Ireland and the Attorney General (Komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2006/24/KE — Servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika — Żamma ta’ data ġġenerata jew ipproċessata fil-kuntest tal-provvista ta’ tali servizzi — Validità — Artikoli 7, 8 u 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea)

6

2014/C 175/08

Kawża C-435/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-10 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – ACI Adam BV et vs Stichting de Thuiskopie, Stichting Onderhandelingen Thuiskopie vergoeding (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà intellettwali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni — Direttiva 2001/29/KE — Artikolu 5(2)(b) u (5) — Dritt ta’ riproduzzjoni — Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet — Riproduzzjoni għal użu privat — Natura legali tal-oriġini tal-kopja — Direttiva 2004/48/KE — Kamp ta’ applikazzjoni)

7

2014/C 175/09

Kawża C-485/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Maatschap T. van Oosterom en A. van Oosterom-Boelhouwer vs Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie (Agrikoltura — Politika Agrikola Komuni — Skemi ta’ għajnuna diretta — Regolament (KE) Nru 73/2009 — Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna — Sistema għall-identifikazzjoni tal-ħbula agrikoli — Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna — Kontrolli amministrattivi — Kontrolli fuq il-post — Regolament (KE) Nru 796/2004 — Determinazzjoni ta’ żoni eliġibbli għall-għajnuna — Telerilevament — Spezzjoni fiżika tal-ħbula agrikoli)

8

2014/C 175/10

Kawża C-583/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – Estonja) – Sintax Trading OÜ vs Maksu- ja Tolliameti (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Regolament (KE) Nru 1383/2003 — Miżuri intiżi li jwaqqfu t-tqegħid fis-suq ta’ merkanzija ffalsifikata jew pirata — Artikolu 13(1) — Kompetenza tal-awtoritajiet doganali li jikkonstataw il-ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali)

9

2014/C 175/11

Kawża C-609/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Ehrmann AG vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Informazzjoni u protezzjoni tal-konsumaturi — Regolament (KE) Nru 1924/2006 — Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel — Ittikkettjar u preżentazzjoni ta’ dawn il-prodotti tal-ikel — Artikolu 10(2) — Applikazzjoni ratione temporis — Artikolu 28(5) u (6) — Miżuri tranżitorji)

10

2014/C 175/12

Kawża C-74/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – GSV kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Tariffa Doganali Komuni — Klassifikazzjoni tariffarja — Nomenklatura Magħquda — Kodiċi TARIC 7019590010 u 7019590090 — Regolamenti li jimponu dazji antidumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ li joriġinaw miċ-Ċina — Verżjonijiet lingwistiċi diverġenti — Obbligu ta’ ħlas tad-dazji antidumping)

11

2014/C 175/13

Kawża C-85/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Direttiva 91/271/KEE — Trattament tal-ilma urban mormi — Artikoli 3 sa 5 u 10 — Anness I, A u B)

11

2014/C 175/14

Kawża C-115/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu — Dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku — Direttiva 92/83/KEE — Iffissar tar-rati tas-sisa — Produzzjoni ta’ alkoħol etiliku f’distillerija suġġetta għal rata ta’ sisa ta’ 0 — Eżenzjoni mis-sisa għall-produzzjoni ta’ alkoħol etiliku minn persuni privati)

13

2014/C 175/15

Kawża C-225/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Il-Belġju) – Ville d’Ottignies-Louvain-la-Neuve, Michel Tillieut, Willy Gregoire, Marc Lacroix vs Région Wallonie (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Ambjent — Skart — Direttiva 75/442/KEE — Artikolu 7(1) — Pjan ta’ mmaniġġar — Siti jew installazzjonijiet xierqa għar-rimi tal-iskart — Kunċett ta’ pjan ta’ mmaniġġar tal-iskart — Direttiva 1999/31/KE — Artikoli 8 u 14 — Landfills li ġew mogħtija permess jew li kienu diġà qed jitħaddmu fid-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva)

13

2014/C 175/16

Kawża C-269/13 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Acino AG vs Il-Kummissjoni Ewropea [Appell — Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem — Sospensjoni tat-tqegħid fis-suq u rtirar ta’ ċerti lottijiet ta’ prodotti mediċinali li fihom l-ingredjent attiv Clopidogrel — Varjazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq — Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq — Regolament (KE) Nru 726/2004 u Direttiva 2001/83/KE — Prinċipju ta’ prekawzjoni — Proporzjonalità — Obbligu ta’ motivazzjoni]

14

2014/C 175/17

Kawża C-28/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 – Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) [Appell — Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Kontenut neċessarju tar-rikors tal-appell]

15

2014/C 175/18

Kawża C-33/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Łodzi – il-Polonja – Marcin Jagiełło vs Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Tassazzjoni — VAT — Sitt Direttiva — Dritt għal tnaqqis — Rifjut — Fattura maħruġa minn kumpannija li taġixxi prestanome)

16

2014/C 175/19

Kawżi magħquda C-91/13 u C-214/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Frar 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu, Curtea de Apel Bucureşti – Ir-Rumanija – Silvia Georgiana Câmpean vs Administraţia Finanţelor Publice a Municipiului Mediaş, Administraţia Fondului pentru Mediu (C-97/13), Administraţia Finanţelor Publice a Municipiului Alexandria vs George Ciocoiu (C-214/13) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Taxxi interni — Artikolu 110 TFUE — Taxxa fuq it-tniġġis miġbura mal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur — Newtralità tat-taxxa bejn vetturi bil-mutur użati importati u vetturi simili li diġà jinsabu fis-suq nazzjonali)

16

2014/C 175/20

Kawża C-223/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 – Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni Ewropea (Rikors għal annullament — Regolament (UE) Nru 93/2013 — Kawża mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea)

17

2014/C 175/21

Kawża C-301/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 – El Corte Inglés, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 207/2009 — Artikolu 8(1)(b) — Trade mark verbali CLUB GOURMET u CLUB DEL GOURMET — Oppożizzjoni miċħuda — Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Artikolu 181 — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

18

2014/C 175/22

Kawża C-372/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Polymeles Protodikeio Athinon – Il-Greċja) – Warner – Lambert Company LLC, Pfizer Ellas AE vs SiegerPharma Anonymi Farmakeftiki Etaireia (Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Domandi preliminari magħmula identiċi għal domandi li fuqhom il-Qorti tal-Ġustizzja diġà adottat deċiżjoni — Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPS) — Artikolu 27 — Oġġett li jista’ jiġi protett bi privattiva — Artikolu 70 — Protezzjoni ta’ oġġetti eżistenti)

18

2014/C 175/23

Kawża C-397/13 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Jannar 2014 – Simone Gbagbo vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire (Appell — Terminu — Rekwiżiti Proċedurali — Inammissibbiltà manifesta)

19

2014/C 175/24

Kawża C-462/13: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Polymeles Protodikeio Athinon – Il-Greċja) – Warner – Lambert Company LLC, Pfizer Ellas AE vs Minerva Farmakeftiki AE (Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja — Domandi preliminari magħmula li jkunu identiċi għal domandi li dwarhom il-Qorti tal-Ġustizzja tkun diġa ddeċidiet — Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPs) — Artikolu 27 — Oġġett li jista’ jiġi protett bi privattiva — Artikolu 70 — Protezzjoni ta’ oġġetti eżistenti)

20

2014/C 175/25

Kawża C-110/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Oradea (Ir-Rumanija) fis-7 ta’ Marzu 2014 – Horațiu Ovidiu Costea vs SC Volksbank România SA

21

2014/C 175/26

Kawża C-115/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Koblenz (Il-Ġermanja) fil-11 ta’ Marzu 2014 – RegioPost GmbH & Co. KG vs Stadt Landau

21

2014/C 175/27

Kawża C-124/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

22

2014/C 175/28

Kawża C-125/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (L-Ungerija) fit-18 ta’ Marzu 2014 – Iron & Smith vs Unilever NV

23

2014/C 175/29

Kawża C-126/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (Il-Litwanja) fis-17 ta’ Marzu 2014 – Sveda UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

24

2014/C 175/30

Kawża C-132/14: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

24

2014/C 175/31

Kawża C-133/14: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

25

2014/C 175/32

Kawża C-134/14: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

26

2014/C 175/33

Kawża C-135/14: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

26

2014/C 175/34

Kawża C-136/14: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

27

2014/C 175/35

Kawża C-146/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen săd Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-28 ta’ Marzu 2014 – Direktor na Direktsia Migratsia pri Ministerstvo na vătreshnite raboti vs Bashir Mohamed Ali Mahdi

28

2014/C 175/36

Kawża C-159/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Varna (il-Bulgarija) fl-4 ta’ April 2014 – Koela-N EOOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

29

2014/C 175/37

Kawża C-160/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varas Cíveis de Lisboa (5a Vara Cível) (il-Portugall) fl-4 ta’ April 2014 – João Filipe Ferreira da Silva e Brito et vs Stat Portugiż

30

2014/C 175/38

Kawża C-165/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-7 ta’ April 2014 – Alfredo Rendón Marín vs Administración del Estado

31

2014/C 175/39

Kawża C-168/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-7 ta’ April 2014 – Grupo Itevelesa S.L. et vs Oca Inspección Técnica de Vehículos SA et

31

2014/C 175/40

Kawża C-169/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sección Tercera de la Audiencia Provincial de Castellón (Spanja) fis-7 ta’ April 2014 – Juan Carlos Sánchez Morcillo y María del Carmen Abril García vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA

32

2014/C 175/41

Kawża C-451/12: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Salamanca – Spanja) – Josune Esteban Garcia vs Cachorros Plus CBF SCP

33

2014/C 175/42

Kawża C-460/12: Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove – Is-Slovakkja) – SKP k.s. vs Ján Bríla

33

2014/C 175/43

Kawża C-298/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance d’Orléan – Franza) – Facet SA, BNP Paribas Personal Finance SA vs Saïda Bouchelaghem, Nathalie Cousin, Clémentine Benoni, Hili Aziz, Mohamed Zouhir, Jean Morel, Jalid Anissa, Marine Bourreau, Anthony Cartier, Patrick Rousselière, Karine Lenfant

33

2014/C 175/44

Kawża C-444/13: Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Brașov – Ir-Rumanija) – Imre Solyom, Luiza Solyom vs Direcţia Generală a Finanţelor Publice a Judeţului Brașov

34

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 175/45

Kawża T-340/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni [Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet — Għajnuna għall-provvista ta’ servizzi għall-pubblikazzjoni u għall-komunikazzjoni fir-rigward tas-sit tal-internet CORDIS — Rifjut tal-offerti ta’ offerent u deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratti lil offerenti oħra — Klassifikazzjoni tal-offerta ta’ offerent — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 148(1) u (3) tar-Regoli ddettaljati għall-implementazzjoni — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Responsabbiltà mhux kuntrattwali]

35

2014/C 175/46

Kawża T-623/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 9 ta’ April 2014 – Pico Food vs UASI – Sobieraj (MILANÓWEK CREAM FUDGE) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja MILANÓWEK CREAM FUDGE — Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw baqra, Original Sahne Muh-Muhs HANDGESCHNITTEN HANDGEWICKELT u SAHNE TOFFEE LUXURY CREAM FUDGE — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

35

2014/C 175/47

Kawża T-144/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Comsa vs UASI – COMSA (COMSA) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COMSA — Isem kummerċjali preċedenti Comsa, SA — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali — Xebħ tas-servizzi — Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

36

2014/C 175/48

Kawża T-150/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni (Għajnuna mill-Istat — Self mingħajr interessi, flimkien ma’ garanzija mill-Istat, mogħti mill-awtoritajiet Elleniċi lil assoċjazzjonijiet ta’ kooperattivi agrikoli tas-settur taċ-ċereali — Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern — Obbligu ta’ motivazzjoni — Vantaġġ — Għajnuna intiża biex tirrimedja disturbi gravi fl-ekonomija ta’ Stat Membru)

37

2014/C 175/49

Kawża T-288/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – EI du Pont de Nemours vs UASI – Zueco Ruiz (ZYTeL) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva ZYTeL — Trade mark Komunitarja verbali preċ edenti u trade mark magħrufa fis-sens tal-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi, ZYTEL — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 — Dannu lill-karattru distintiv jew lir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nruo207/2009]

37

2014/C 175/50

Kawża T-386/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Elite Licensing vs UASI – Aguas De Mondariz Fuente del Val (elite BY MONDARIZ) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva elite BY MONDARIZ — Trade marks Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti ELITE — Lingwa tal-proċedura għat-tressiq ta’ kawża — Terminu — Ammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell — Regola 48(2), regola 49(1) u regola 96(1) tar-Regolament (KE) Nruo2868/95 — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Dannu għar-reputazzjoni — Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009]

38

2014/C 175/51

Kawża T-488/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – CITEB u Belgo-Metal vs Il-Parlament (Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u ta’ estensjoni tal-binja Eastman fi Brussell — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Komunikazzjoni tar-rapport tal-kumitat tal-evalwazzjoni — Obbligu ta’ motivazzjoni)

38

2014/C 175/52

Kawża T-501/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Farmaceutisk Laboratorium Ferring vs UASI – Tillotts Pharma (OCTASA) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali OCTASA — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti PENTASA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

39

2014/C 175/53

Kawża T-502/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Ferring vs UASI –Tillotts Pharma (OCTASA) [Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OCTASA — Trade marks nazzjonali, tal-Benelux u internazzjonali verbali preċedenti PENTASA u OCTOSTIM — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

40

2014/C 175/54

Kawża T-209/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2014 – Olive Line International vs UASI (OLIVE LINE) [Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva OLIVE LINE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

40

2014/C 175/55

Kawża T-249/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – MHCS vs UASI – Ambra (DORATO) (“Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DORATO — Trade marks figurattivi Komunitarji u nazzjonali preċedenti li jirrapreżenta tikketti għall-għonq ta’ flixkun — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Regola 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95)

41

2014/C 175/56

Kawża T-293/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – CNIEL vs Il-Kummissjoni Għajnuna mill-Istat — Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati — Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji — Deċiżjoni li tikklassifika l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Irtirar tad deċiżjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni

41

2014/C 175/57

Kawża T-302/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – CNIPT vs Il-Kummissjoni Għajnuna mill-Istat — Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati — Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji — Deċiżjoni li tikklassifika l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Irtirar tad deċiżjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni

42

2014/C 175/58

Kawża T-306/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – Val’hor vs Il-Kummissjoni Għajnuna mill-Istat — Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati — Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji — Deċiżjoni li tikklassifika l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Irtirar tad deċiżjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni

43

2014/C 175/59

Kawża T-313/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – Onidol vs Il-Kummissjoni Għajnuna mill-Istat — Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati — Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji — Deċiżjoni li tikklassifika l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Irtirar tad deċiżjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni

43

2014/C 175/60

Kawża T-314/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – Intercéréales u Grossi vs Il-Kummissjoni Għajnuna mill-Istat — Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati — Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji — Deċiżjoni li tikklassifika l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni — Irtirar tad deċiżjoni — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni

44

2014/C 175/61

Kawża T-270/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2014 – SACBO vs Il-Kummissjoni u INEA (Rikors għal annullament — Għajnuna finanzjarja Komunitarja favur proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija — Nuqqas ta’ interess dirett — Att li ma jistax jiġi kkontestat — Att preparatorju — Inammissibbiltà)

44

2014/C 175/62

Kawża T-644/13 R: Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tal-4 ta’ Frar 2014 – Serco Belgium et vs Il-Kummissjoni (Proċeduri għal miżuri provviżorji — Kuntratti pubbliċi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Ċaħda tal-offerta ta’ offerent — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni — Fumus boni juris)

45

2014/C 175/63

Kawża T-154/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta Marzu 2014 – ANKO vs Il-Kummissjoni

46

2014/C 175/64

Kawża T-155/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2014 – ANKO vs Il-Kummissjoni

46

2014/C 175/65

Kawża T-165/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2014 – ANKO vs Il-Kummissjoni u REA

47

2014/C 175/66

Kawża T-195/14: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2014 – Compagnie des gaz de pétrole Primagaz vs UASI – Reeh (PRIMA KLIMA)

48

2014/C 175/67

Kawża T-215/14: Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2014 – Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni

48

2014/C 175/68

Kawża T-219/14: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2014 – Regione autonoma della Sardegna vs Il-Kummissjoni

49

2014/C 175/69

Kawża T-220/14: Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2014 – Saremar vs Il-Kummissjoni

50

2014/C 175/70

Kawża T-222/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2014 – Deluxe Laboratories vs UASI (deluxe)

51

2014/C 175/71

Kawża T-144/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ April 2014 – Hangzhou Zhejiang University Sunny Energy Science and Technology vs Il-Kummissjoni

52

2014/C 175/72

Kawża T-145/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ April 2014 – Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance vs Il-Kummissjoni

52

2014/C 175/73

Kawża T-146/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ April 2014 – Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology vs Il-Kummissjoni

52

2014/C 175/74

Kawża T-147/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ April 2014 – Zhejiang Yuhui Solar Energy Source vs Il-Kummissjoni

52

2014/C 175/75

Kawża T-575/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – Lesaffre et Compagnie vs UASI – Louis Baking Company (BAKING CENTER BY TECHNOLINE)

53

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 175/76

Kawża F-14/14: Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

54

2014/C 175/77

Kawża F-16/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

54

2014/C 175/78

Kawża F-20/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs KESE

55

2014/C 175/79

Kawża F-24/14: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs UASI

55

2014/C 175/80

Kawża F-26/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs Il-Parlament

56

2014/C 175/81

Kawża F-30/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

56

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/1


L-aħħar pubblikazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

2014/C 175/01

L-aħħar pubblikazzjoni

ĠU C 159, 26.5.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 151, 19.5.2014

ĠU C 142, 12.5.2014

ĠU C 135, 5.5.2014

ĠU C 129, 28.4.2014

ĠU C 112, 14.4.2014

ĠU C 102, 7.4.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/2


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Siemens AG Österreich, VA Tech Transmission & Distribution GmbH & Co. KEG, Siemens Transmission & Distribution Ltd, Siemens Transmission & Distribution SA, Nuova Magrini Galileo SpA

(C-231/11 P sa C-233/11 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq tal-proġetti relatati ma’ switchgear insulat bil-gass - Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa - Kunċett ta’ impriża - Prinċipji ta’ responsabbiltà personali u ta’ individwalizzazzjoni tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Ġurisdizzjoni sħiħa tal-Qorti Ġenerali - Prinċipju ne ultra petita - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament))

2014/C 175/02

Lingwa tal-proċedura: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, R. Sauer u N. von Lingen, aġenti) (C-231/11 P), Siemens Transmission & Distribution Ltd (C-232/11 P), Siemens Transmission & Distribution SA, Nuova Magrini Galileo SpA (C-233/11 P) (rappreżentanti: H. Wollmann u F. Urlesberger, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Siemens AG Österreich, VA Tech Transmission & Distribution GmbH & Co. KEG, Siemens Transmission & Distribution Ltd, Siemens Transmission & Distribution SA, Nuova Magrini Galileo SpA (rappreżentanti: H. Wollmann u F. Urlesberger, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Antoniadis, R. Sauer u N. von Lingen, aġenti)

Suġġett

Appelli mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011, Siemens Österreich et vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-122/07 sa T-124/07) – li għandha bħala suġġett, primarjament, talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.899 – Switchgear insulat bil-gass), kif ukoll, sussidjarjament, talba għal tnaqqis tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti

Dispożittiv

1)

Il-punt 2 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Marzu 2011, Siemens Österreich et vs Il-Kummissjoni (T-122/07 sa T-124/07), huwa annullat sa fejn jannulla l-Artikolu 2(j) u (k) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [81 KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.899 – Switchgear insulat bil-gass).

2)

L-ewwel inċiż tal-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011, Siemens Österreich et vs Il-Kummissjoni (T-122/07 sa T-124/07), huwa annullat.

3)

It-tieni sar-raba’ inċiżi tal-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011, Siemens Österreich et vs Il-Kummissjoni (T-122/07 sa T-124/07), huma annullati sa fejn jimplikaw l-iffissar tas-sehem tar-rikorrenti fl-ewwel istanza tal-ammonti tal-multa li għalihom huma kienu ġew ikkundannati li jħallsu in solidum.

4)

Il-kumplament tal-appelli huma miċħuda.

5)

Siemens AG Österreich, VA Tech Transmission & Distribution GmbH & Co. KEG, Siemens Transmission & Distribution Ltd, Siemens Transmission & Distribution SA u Nuova Magrini Galileo SpA huma kkundannati għall-ispejjeż relatati mal-appell fil-Kawża C-231/11 P.

6)

Siemens Transmission & Distribution Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell fil-Kawża C-232/11 P.

7)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż relatati mal-appell fil-Kawża C-233/11 P.

8)

L-ispejjeż relatati mal-proċedura tal-ewwel istanza jibqgħu mqassma skont il-punti 5 sa 7 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-3 ta’ Marzu 2011, Siemens Österreich et vs Il-Kummissjoni (T-122/07 sa T-124/07).


(1)  ĠU C ##, ##.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Areva vs Alstom SA, T&D Holding, li kienet Areva T&D Holding SA, Alstom Grid SAS, li kienet Areva T&D SA, Alstom Grid AG, li kienet Areva T&D AG, Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawżi magħquda C-247/11 P u C-253/11 P) (1)

((Appell - Kompetizzjoni - Akkordju - Suq tal-proġetti relatati ma’ switchgear insulat bil-gass - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur ta’ sussidjarji lill-kumpanniji parent tagħhom - Obbligu ta’ motivazzjoni - Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa - Kunċett ta’ impriża - Solidarjetà msejħa “ta’ fatt” - Prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ individwalizzazzjoni tal-pieni u tas-sanzjonijiet - Prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ ugwaljanza fit-trattament))

2014/C 175/03

Lingwa tal-proċedura: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Areva (rappreżentanti: A. Schild, C. Simphal u E. Estellon, avukati) (C-247/11 P), Alstom SA, T&D Holding SA, Alstom Grid SAS, Alstom Grid AG (C-253/11 P) (rappreżentanti: J. Derenne, A. Müller-Rappard u M. Lagrue, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Alstom SA, T&D Holding, li kienet Areva T&D Holding SA, Alstom Grid SAS, li kienet Areva T&D SA, Alstom Grid AG, li kienet Areva T&D AG (rappreżentanti: J. Derenne, A. Müller-Rappard u M. Lagrue, avukati), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u N. von Lingen, aġenti), Areva (rappreżentanti: A. Schild, C.Simphal u E. Estellon, avukati)

Suġġett

Appelli mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) tat-3 ta’ Marzu 2011, Areva et vs Il-Kummissjoni (Kawżi magħquda T-117/07 u T-121/07) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet parzjalment ir-rikors għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 KE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.899) – Switchgear insulat bil-gass – Ksur tad-drittijiet tad-difiża – Nuqqas ta’ osservanza tal-obbligu ta’ motivazzjoni – Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa- Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur

Dispożittiv

1)

It-tieni inċiż tal-punt 3 tad-dispożittiv tas-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tat-3 ta’ Marzu 2011, Areva et vs Il-Kummissjoni (T-117/07 u T-121/07), huwa annullat.

2)

L-Artikolu 2(c) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu [81 KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.899 – Switchgear insulat bil-gass), huwa annullat.

3)

Għall-ksur ikkonstatat fl-Artikolu 1(b) sa (f), tad-Deċiżjoni C(2006) 6762 finali, multa ta’ EUR 27 795 000 hija imposta fuq Alstom SA, in solidum ma’ Alstom Grid SAS, u multa ta’ EUR 20 400 000 hija imposta fuq Areva SA, fuq T & D Holding SA u fuq Alstom Grid AG, in solidum ma’ Alstom Grid SAS.

4)

Il-kumplament tal-appelli huma miċħuda.

5)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha stess kemm dwar il-proċedura tal-ewwel istanza kif ukoll tal-appelli, parti minn kull ħamsa tal-ispejjeż sostnuti minn Areva SA, Alstom SA, T & D Holding SA, Alstom Grid SAS u Alstom Grid AG relatati mal-proċedura tal-ewwel istanza u tal-appelli.

6)

Areva SA, Alstom SA, T & D Holding SA, Alstom Grid SAS u Alstom Grid AG għandhom ibatu erba’ minn kull ħames partijiet tal-ispejjeż tagħhom stess relatati mal-proċedura tal-ewwel istanza u tal-appelli.


(1)  ĠU C 211, 16.07.2011.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Oberster Gerichtshof – l-Awstrija) – T-Mobile Austria GmbH vs Verein für Konsumenteninformation

(Kawża C-616/11) (1)

((Direttiva 2007/64/KE - Servizzi ta’ ħlas - Punt 23 tal-Artikolu 4 - Kunċett ta’ strument ta’ ħlas - Ordnijiet ta’ trasferiment mogħtija online u bl-għajnuna ta’ formola stampata - Artikolu 52(3) - Dritt ta’ min jitħallas li jitlob lil min iħallas tariffi għall-użu ta’ strument ta’ ħlas - Setgħa tal-Istati Membri li jadottaw projbizzjoni ġenerali - Kuntratt bejn operatur ta’ telefonija ċellulari u individwi))

2014/C 175/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberster Gerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: T-Mobile Austria GmbH

Konvenut: Verein für Konsumenteninformation

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Oberster Gerichtshof – Interpretazzjoni tal-punt 23 tal-Artikolu 4 u tal-Artikolu 52(3) tad-Direttiva 2007/64/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE (ĠU L 319, p. 1) – Kamp ta’ applikazzjoni – Kunċett ta’ “strument ta’ ħlas”- Leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi projbizzjoni ġenerali fir-rigward tal-impożizzjoni ta’ spejjeż amministrattivi għall-użu ta’ strument ta’ ħlas – Kuntratt bejn operatur ta’ telefonija ċellulari u individwi – Ħlas permezz ta’ formola ta’ trasferiment ta’ ħlas iffirmata fuq il-karta, permezz ta’ sistema ta’ trasferiment ta’ ħlas fuq il-karta jew permezz ta’ sistema ta’ trasferiment ta’ ħlas bl-online banking

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 52(3) tad-Direttiva 2007/64 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-13 ta’ Novembru 2007, dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern, li temenda d-Direttivi 97/7/KE, 2002/65/KE, 2005/60/KE u 2006/48/KE u li tħassar id-Direttiva 97/5/KE, għandu jiġi interpretat fis-sens li japplika għall-użu ta’ strument ta’ ħlas fil-kuntest tar-relazzjoni kuntrattwali bejn operatur ta’ telefonija ċellulari, bħala min jitħallas, u l-klijent tiegħu, bħala min iħallas.

2)

Il-punt 23 tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2007/64 għandu jiġi interpretat fis-sens li kemm il-proċedura tal-ħruġ ta’ ordni tat-trasferiment permezz ta’ formola tat-trasferiment ta’ ħlas iffirmata bl-idejn ta’ min iħallas kif ukoll il-proċedura sabiex tinħareġ ordni ta’ trasferiment ta’ ħlas permezz tal-online banking jikkostitwixxu strumenti ta’ ħlas fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

3)

L-Artikolu 52(3) tad-Direttiva 2007/64 għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħti lill-Istati Membri s-setgħa li jipprojbixxu b’mod ġenerali lil min jitħallas milli jimponi tariffi fuq min iħallas, għall-użu ta’ kull strument ta’ ħlas, sakemm il-leġiżlazzjoni nazzjonali, fl-intier tagħha, tieħu inkunsiderazzjoni l-ħtieġa li jiġu inkoraġġuti l-kompetizzjoni u l-użu ta’ strumenti ta’ ħlas effiċjenti, liema fatt huwa l-obbligu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.


(1)  ĠU C 73, 10.03.2012.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny – il-Polonja) – Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company vs Dyrektor Izby Skarbowej w Bydgoszczy

(Kawża C-190/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Libertà ta’ stabbiliment - Moviment liberu tal-kapital - Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE - Taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi - Differenza fit-trattament bejn id-dividendi mħallsa lil fondi ta’ investiment residenti u mhux residenti - Esklużjoni minn eżenzjoni fiskali - Restrizzjoni mhux ġustifikata))

2014/C 175/05

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Emerging Markets Series of DFA Investment Trust Company

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Bydgoszczy

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Wojewódzki Sad Administracyjny w Bydgoszczy (il-Polonja) – Interpretazzjoni tal-Artikoli 63 u 65 TFUE – Libertà ta’ stabbiliment u moviment liberu tal-kapital – Leġiżlazzjoni fiskali li teżenta mit-taxxa fuq id-dħul tal-persuni ġuridiċi d-dividendi mħallsa lill-fondi ta’ investiment stabbiliti fit-territorju tal-Istati Membri, iżda li teskludi mill-benefiċċju ta’ din l-eżenzjoni l-fondi ta’ investiment stabbiliti fl-Istati terzi

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 63 TFUE, dwar il-moviment liberu tal-kapital japplika f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn, skont il-leġiżlazzjoni fiskali nazzjonali, id-dividendi mħallsa minn kumpanniji stabbiliti fi Stat Membru favur fond ta’ investiment stabbilit fi Stat terz ma humiex suġġetti għal eżenzjoni fiskali, filwaqt li l-fondi ta’ investiment stabbiliti fl-imsemmi Stat Membru jibbenefikaw minn tali eżenzjoni.

2)

L-Artikoli 63 TFUE u 65 TFUE għandhom ikunu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu leġiżlazzjoni fiskali ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li permezz tagħha ma jistgħux jibbenefikaw minn eżenzjoni fiskali d-dividendi mħallsa minn kumpanniji stabbiliti f’dak l-Istat Membru b’vantaġġ għal fond ta’ investiment li jinsab fi Stat terz, sakemm ma jkunx jeżisti obbligu fi ftehim, bejn dak l-Istat Membru u l-Istat terz inkwistjoni, ta’ assistenza amministrattiva reċiproka li jippermetti lill-awtoritajiet fiskali nazzjonali jivverifikaw l-informazzjoni possibbilment trażmessa mill-fond ta’ investiment. Hija l-qorti tar-rinviju, fil-kuntest tal-kawża prinċipali, li għandha teżamina jekk il-mekkaniżmu ta’ skambju ta’ informazzjoni previst b’dan il-qafas ta’ kooperazzjoni jistax effettivament jippermetti lill-awtoritajiet fiskali Pollakki li jivverifikaw, jekk ikun il-każ, l-informazzjoni pprovduta mill-fondi ta’ investiment stabbiliti fit-territorju tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar il-kundizzjonijiet tal-ħolqien u tal-eżerċizzju tal-attivitajiet tagħhom, sabiex jiġi stabbilit li dawn joperaw f’qafas leġiżlattiv ekwivalenti għal dak tal-Unjoni.


(1)  ĠU C 209, 14.07.2012.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-288/12) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 95/46/KE - Protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u l-moviment liberu ta’ din id-data - Artikolu 28(1) - Awtoritajiet nazzjonali ta’ sorveljanza - Indipendenza - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tittermina qabel it-tmiem tal-mandat tal-awtorità ta’ sorveljanza - Ħolqien ta’ awtorità ġdida ta’ sorveljanza u ħatra ta’ persuna oħra fil-kariga ta’ president))

2014/C 175/06

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Talabér-Ritz u B. Martenczuk, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija (rappreżentant: M. Z. Fehér, aġent)

Parti intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentanti: I. Chatelier, A. Buchta, Z. Belényessy u H. Kranenborg, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355) – Obbligu tal-Istati Membri li jipprevedu li l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet adottati skont id-direttiva tiġi ssorveljata minn awtorità pubblika jew minn diversi awtoritajiet pubbliċi li jeżerċitaw il-funzjonijiet mogħtija lilhom f’indipendenza sħiħa – Adozzjoni ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tittermina qabel it-tmiem tal-mandat ta’ sitt snin tal-Kummissarju għall-protezzjoni tad-data – Ħolqien ta’ Awtorità nazzjonali għall-protezzjoni tad-data u tal-libertà tal-informazzjoni – Ħatra, għal mandat ta’ disa’ snin, ta’ persuna oħra li ma hijiex il-Kummissarju għall-protezzjoni tad-data fil-pożizzjoni ta’ President tal-imsemmija Awtorità

Dispożittiv

1)

Billi tterminat b’mod antiċipat il-mandat tal-awtorità ta’ sorveljanza għall-protezzjoni tad-data personali, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi [persuni fiżiċi] fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data.

2)

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.

3)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 227, 28.07.2012.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-8 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-High Court of Ireland, Verfassungsgerichtshof – l-Irlanda, l-Awstrija) – Digital Rights Ireland Ltd (C-293/12), Kärntner Landesregierung, Michael Seitlinger, Christof Tschohl et (C-594/12) vs Minister for Communications, Marine and Natural Resources, Minister for Justice, Equality and Law Reform, The Commissioner of the Garda Síochána, Ireland and the Attorney General

(Kawżi Magħquda C-293/12 u C-594/12) (1)

((Komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2006/24/KE - Servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika - Żamma ta’ data ġġenerata jew ipproċessata fil-kuntest tal-provvista ta’ tali servizzi - Validità - Artikoli 7, 8 u 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea))

2014/C 175/07

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż u l-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

High Court of Ireland, Verfassungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Digital Rights Ireland Ltd (C-293/12), Kärntner Landesregierung, Michael Seitlinger, Christof Tschohl et (C-594/12)

Konvenuti: Minister for Communications, Marine and Natural Resources, Minister for Justice, Equality and Law Reform, The Commissioner of the Garda Síochána, Ireland and the Attorney General

Fil-preżenza ta’: Irish Human Rights Commission

Suġġett

(Kawża C-293/12)

Talba għal deċiżjoni preliminari – High Court of Ireland – Interpretazzjoni tal-Artikoli 3, 4 u 6 tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 106, p. 54) – Limitazzjoni tad-drittijiet tar-rikorrenti fil-qasam tat-telefonija mobbli – Kompatibbiltà mal-Artikoli 7, 8, 10 u 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-594/12)

Talba għal deċiżjoni preliminari – Verfassungsgerichtshof – Validità tal-Artikoli 3 sa 9 tad-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temendi d-Direttiva 2002/58/KE (ĠU L 105, p. 54) fid-dawl tal-Artikoli 7, 9 u 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea – Interpretazzjoni tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, tal-Artikoli 7, 8, 52 u 53 tagħha, tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Ottubru 1995, dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 355) kif ukoll tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102) – Rikors kostituzzjonali fuq l-eventwali inkostituzzjonalità ta’ ċerti dispożizzjonijiet tal-liġi federali fuq it-telekomunikazzjoni li tittrasponi d-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika

Dispożittiv

Id-Direttiva 2006/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal 15 ta’ Marzu 2006, dwar iż-żamma ta’ data ġenerata jew proċessata b’konnessjoni mal-provvista ta’ servizzi pubblikament disponibbli ta’ komunikazzjoni elettronika jew ta’ networks ta’ komunikazzjoni pubblika u li temenda d-Direttiva 2002/58/KE, hija invalida.


(1)  ĠU C 258, 25.08.2012

ĠU C 79, 16.03.2013


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’Awla) tal-10 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – ACI Adam BV et vs Stichting de Thuiskopie, Stichting Onderhandelingen Thuiskopie vergoeding

(Kawża C-435/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà intellettwali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti tad-drittijiet tal-awtur u ta’ drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni - Direttiva 2001/29/KE - Artikolu 5(2)(b) u (5) - Dritt ta’ riproduzzjoni - Eċċezzjonijiet u limitazzjonijiet - Riproduzzjoni għal użu privat - Natura legali tal-oriġini tal-kopja - Direttiva 2004/48/KE - Kamp ta’ applikazzjoni))

2014/C 175/08

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ACI Adam BV, Alpha International BV, AVC Nederland BV, B.A.S. Computers & Componenten BV, Despec BV, Dexxon Data Media and Storage BV, Fuji Magnetics Nederland, Imation Europe BV, Maxell Benelux BV, Philips Consumer Electronics BV, Sony Benelux BV, Verbatim GmbH

Konvenuti: Stichting de Thuiskopie, Stichting Onderhandelingen Thuiskopie vergoeding

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Hoge Raad der Nederlanden – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(2) u (5) tad-Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230) u tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32) – Dritt ta’ riproduzzjoni – Eċċezzjonijiet u limiti – Rispett tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali – Spejjeż ġudizzjarji – Kamp ta’ applikazzjoni

Dispożittiv

1)

Id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Artikolu 5(2)(b) tad-Direttiva 2001/29, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni, moqri flimkien mal-paragrafu 5 ta’ dan l-artikolu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li ma tagħmilx distinzjoni bejn is-sitwazzjoni fejn is-sors li minnu ssir riproduzzjoni għal użu privat huwa legali u dik fejn dan is-sors huwa illegali.

2)

Id-Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tapplikax għal proċedura, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn il-persuni suġġetti għal ħlas tal-kumpens ġust jitolbu lill-qorti tar-rinviju tiddeċiedi kontra l-organizzazzjoni inkarigata mill-ġbir u mit-tqassim ta’ dan il-kumpens bejn id-detenturi tad-drittijiet tal-awtur, li qed tiddefendi ruħha kontra din it-talba.


(1)  ĠU C 399, 22.12.2012.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-10 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-College van Beroep voor het Bedrijfsleven – Il-Pajjiżi l-Baxxi) – Maatschap T. van Oosterom en A. van Oosterom-Boelhouwer vs Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

(Kawża C-485/12) (1)

((Agrikoltura - Politika Agrikola Komuni - Skemi ta’ għajnuna diretta - Regolament (KE) Nru 73/2009 - Sistema integrata ta’ ġestjoni u ta’ kontroll dwar ċerti skemi ta’ għajnuna - Sistema għall-identifikazzjoni tal-ħbula agrikoli - Kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna - Kontrolli amministrattivi - Kontrolli fuq il-post - Regolament (KE) Nru 796/2004 - Determinazzjoni ta’ żoni eliġibbli għall-għajnuna - Telerilevament - Spezzjoni fiżika tal-ħbula agrikoli))

2014/C 175/09

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

College van Beroep voor het Bedrijfsleven

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Maatschap T. van Oosterom en A. van Oosterom-Boelhouwer

Konvenuti: Staatssecretaris van Economische Zaken, Landbouw en Innovatie

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – College van Beroep voor het Bedrijfsleven – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Interpretazzjoni tal-Artikolu 32 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003 li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 44, p. 243) – Verifiki fuq il-post fir-rigward tal-applikazzjonijiet individwali li jinvolvu l-iskemi ta’ għajnuna marbuta ma’ “żoni” – Telerilevament – Awtorità kompetenti li kkonkludiet, fuq il-bażi ta’ ritratti mill-ajru, li d-dikjarazzjoni ta’ bidwi fil-kuntest ta’ applikazzjoni għal għajnuna kienet ineżatta.

Dispożittiv

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 796/2004, tal-21 ta’ April 2004, li jippreskrivi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ konformità, modulazzjoni u amministrazzjoni integrata u sistema ta’ kontroll kif hemm provvediment dwarhom fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1782/2003, tad-29 ta’ Settembru 2003, li jistabbilixi regoli komuni għal skemi ta’ sostenn dirett taħt il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ sostenn għall-bdiewa, kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 972/2007, tal-20 ta’ Awwissu 2007, għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta l-kontroverifiki awtomatiċi intiżi li jivverifikaw l-eliġibbiltà tal-għajnuna għall-ħbula ddikjarati fit-talba ta’ pagament uniku ta’ bidwi jiġu, minħabba l-aġġornament matul is-sistema għall-identifikazzjoni ta’ ħbula agrikoli, ikkompletati permezz ta’ verifika abbażi ta’ ritratti reċenti mill-ajru li jwasslu għall-konstatazzjoni ta’ ineżattezzi fid-dikjarazzjoni tal-istess bidwi, l-awtorità kompetenti ma hijiex obbligata tagħmel spezzjoni fuq il-post, iżda, skont l-Artikolu 24(2) ta’ dan ir-regolament, għandha setgħa diskrezzjonali fir-rigward tal-miżuri li għandhom jiġu adottati konsegwentement. B’mod partikolari, l-imsemmija awtorità ma hijiex obbligata li tagħmel kejl fuq il-post tal-ħbula inkwistjoni meta hija ma jkollha ebda dubju dwar l-informazzjoni ta’ kejl li hija tkun ġabret mir-ritratti mill-ajru għad-dispożizzjoni tagħha.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Riigikohus – Estonja) – Sintax Trading OÜ vs Maksu- ja Tolliameti

(Kawża C-583/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Regolament (KE) Nru 1383/2003 - Miżuri intiżi li jwaqqfu t-tqegħid fis-suq ta’ merkanzija ffalsifikata jew pirata - Artikolu 13(1) - Kompetenza tal-awtoritajiet doganali li jikkonstataw il-ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali))

2014/C 175/10

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Riigikohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sintax Trading OÜ

Konvenuta: Maksu- ja Tolliameti

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Riigikohus – Interpretazzjoni tal-Artikoli 13(1) u 17 kif ukoll il-premessi 1, 2 u 3 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003, tat-22 ta’ Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 13, p. 469) – Miżuri intiżi sabiex jostakolaw it-tqegħid fis-suq ta’ merkanzija ffalsifikata u pirata – Proċedura intiża sabiex jiġi stabbilit jekk kienx hemm ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali – Kompetenza tal-awtoritajiet doganali fil-qasam tal-konstatazzjoni tal-ksur ta’ dritt tal-proprjetà intellettwali – Dritt tal-awtoritajiet doganali li jibdew proċedura ex officio sabiex jiġi stabbilit jekk kienx hemm ksur ta’ dritt tal- proprjetà intellettwali mingħajr ma jkun neċessarju li d-detentur tad-dritt jibda l-imsemmija proċedura

Dispożittiv

L-Artikolu 13(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1383/2003, tat-22 ta’ Lulju 2003, li jikkonċerna azzjoni doganali kontra merkanzija suspettati li jiksru ċerti drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u l-miżuri li għandhom jittieħdu kontra merkanzija li jinsabu li jkunu kisru dawk id-drittijiet, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix li l-awtoritajiet doganali, fl-assenza ta’ kwalunkwe inizjattiva mid-detentur tad-dritt tal-proprjetà intellettwali, jibdew huma stess u jimplementaw il-proċedimenti intiżi b’din id-dispożizzjoni, bil-kundizzjoni li d-deċiżjonijiet meħuda f’dan il-qasam minn dawn l-awtoritajiet ikunu jistgħu jiġu suġġetti għal azzjonijiet li jiżguraw il-ħarsien tad-drittijiet li l-partijiet f’kawża jnisslu mid-dritt tal-Unjoni u, b’mod partikolari, minn dan ir-regolament.


(1)  ĠU C 55, 23.02.2013


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tal-10 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Ehrmann AG vs Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV

(Kawża C-609/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Informazzjoni u protezzjoni tal-konsumaturi - Regolament (KE) Nru 1924/2006 - Indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa fuq il-prodotti tal-ikel - Ittikkettjar u preżentazzjoni ta’ dawn il-prodotti tal-ikel - Artikolu 10(2) - Applikazzjoni ratione temporis - Artikolu 28(5) u (6) - Miżuri tranżitorji))

2014/C 175/11

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ehrmann AG

Konvenuta: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Bundesgerichtshof – Interpretazzjoni tal-Artikoli 10(1) u (2) u 2, 28(5) kif ukoll 29 tar-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel (ĠU L 404, p. 9), kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, tad-9 ta’ Frar 2010 (ĠU L 37, p. 16) – Vantaġġ għas-saħħa – Kundizzjonijiet speċifiċi – Kamp ta’ applikazzjoni ratione temporis

Dispożittiv

Ir-Regolament (KE) Nru 1924/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal 20 ta’ Diċembru 2006, dwar indikazzjonijiet dwar in-nutrizzjoni u s-saħħa mogħtija fuq l-ikel, kif emendata bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 116/2010, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-obbligi ta’ informazzjoni previsti fl-Artikolu 10(2) ta’ dan ir-regolament kienu diġà fis-seħħ matul is-sena 2010 għal dak li jirrigwarda l-indikazzjonijiet dwar is-saħħa li ma kinux ipprojbiti abbażi tal-Artikolu 10(1) tal-imsemmi regolament, moqri flimkien mal-Artikolu 28(5) u (6) tal-istess regolament.


(1)  ĠU C 101, 06.04.2013


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tad-Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – l-Ungerija) – GSV kft vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

(Kawża C-74/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Tariffa Doganali Komuni - Klassifikazzjoni tariffarja - Nomenklatura Magħquda - Kodiċi TARIC 7019590010 u 7019590090 - Regolamenti li jimponu dazji antidumping fuq l-importazzjoni ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ li joriġinaw miċ-Ċina - Verżjonijiet lingwistiċi diverġenti - Obbligu ta’ ħlas tad-dazji antidumping))

2014/C 175/12

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: GSV kft

Konvenuta: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Észak-alföldi Regionális Vám- és Pénzügyőri Főigazgatósága

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Debreceni Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság – Interpretazzjoni tal-premessa 14 u tal-Artikolu 1(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 138/2011, tas-16 ta’ Frar 2011, li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjoni ta’ ċerti drappijiet b’malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 43, p. 9) – Eżenzjoni tad-drittijiet antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ drappijiet tal-fibra tal-ħġieġ li ma jaqgħux taħt id-deskrizzjoni tal-kodiċi TARIC 7019590010 kif jirriżulta mir-regolamenti ppubblikati bil-lingwa tal-importatur – Merkanzija li tista’ tiġi kklassifikata fl-imsemmi kodiċi skont verżjonijiet lingwistiċi oħra

Dispożittiv

1)

It-tariffa integrata tal-Komunitajiet Ewropej stabbilita fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana, għandha tiġi interpretata fis-sens li jistgħu jaqgħu taħt il-kodiċi tagħha 7019 59 00 10 prodotti bħalma huma dawk deskritti mill-qorti tar-rinviju, magħmula b’mod partikolari minn drappijiet b’malja miftuħa tal-fibra tal-ħġieġ, b’toqob li d-daqs taċ-ċellola tagħhom huwa ta’ 4 mm kemm fit-tul kif ukoll fil-wisa’, li jiżnu iktar minn 35 g/m2 u huma intiżi għall-qasam tal-kostruzzjoni.

2)

Il-fatt li l-prodott imsemmi fid-dikjarazzjoni doganali inkwistjoni fil-kawża prinċipali, filwaqt li jissodisfa l-karatteristiċi previsti bil-kodiċi 7019 59 00 10 tat-tariffa integrata tal-Komunitajiet Ewropej u li jinsabu wkoll fir-regolamenti li jissuġġettawh għal dazji antidumping, ma jikkorrispondix għall-isem li huwa mogħti f’dan il-kodiċi u f’dawn ir-regolamenti kif ippubblikati bil-lingwa tal-Istat Membru ta’ oriġini tal-persuna li twettaq id-dikjarazzjoni u li fuqhom, din tal-aħħar ibbażat ruħha fid-dikjarazzjoni tagħha, b’mod esklużiv, ma jistax iwassal għall-annullament tal-klassifikazzjoni tariffarja tiegħu taħt l-imsemmi kodiċi li l-awtoritajiet doganali wettqu billi bbażaw ruħhom fuq verżjonijiet lingwistiċi oħra tal-istess kodiċi u tal-imsemmija regolamenti.


(1)  ĠU C 164, 08.06.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Għaxar Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-85/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Trattament tal-ilma urban mormi - Artikoli 3 sa 5 u 10 - Anness I, A u B))

2014/C 175/13

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaeve u L. Cimaglia, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, M. Russo, avvocato dello Stato)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Nuqqas milli jadotta jew jikkomunika, fit-terminu previst, id-dispożizzjonijiet neċessarji biex jikkonforma ruħu mal-Artikoli 3, 4, 5 u 10 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 26), kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1137/2008, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008 (ĠU L 311, p. 1)

Dispożittiv

1)

Billi ma adottatx id-dispożizzjonijiet neċessarji biex tiżgura li:

l-agglomerazzjonijiet ta’ Melegnano, Mortara, Olona Nord, Olona Sud, Robecco sul Naviglio, San Giuliano Milanese Est, Trezzano sul Naviglio u Vigevano (Lombardia), li n-numru ta’ ekwivalenti ta’ popolazzjoni tagħhom huwa superjuri għal 10 000 u li jarmu ilma mormi urban f’ilmijiet riċeventi kkunsidrati bħala “żoni sensittivi” fis-sens tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE, tal-21 ta’ Mejju 1991, dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1137/2008, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, ikunu pprovduti b’sistemi ta’ ġbir għall-ilma urban mormi, skont l-Artikolu 3 tal-imsemmija direttiva;

fl-agglomerazzjonijiet ta’ Pescasseroli (Abruzzo), Cormons, Gradisca d’Isonzo, Grado (Friuli-Venezia-Giulia), Broni, Calco, Casteggio, Melegnano, Mortara, Orzinuovi, Rozzano, Trezzano sul Naviglio, Valle San Martino, Vigevano (Lombardia), Pesaro, Urbino (Marche), Alta Val Susa (Piemonte), Nuoro (Sardegna), Castellammare del Golfo I, Cinisi, Terrasini (Sicilia), Courmayeur (Valle d’Aosta) u Thiene (Veneto), li n-numru ta’ ekwivalenti ta’ popolazzjoni tagħhom huwa superjuri għal 10 000, l-ilma urban mormi li jidħol f’sistemi ta’ ġbir ikun issuġġettat, qabel ma jintrema, għal trattament sekondarju jew għal trattament ekwivalenti, skont l-Artikolu 5 tad-Direttiva 91/271, kif emendata bir-Regolament Nru 1137/2008;

fl-agglomerazzjonijiet ta’ Pescasseroli (Abruzzo), Aviano Capoluogo, Cividale del Friuli, Codroipo/Sedegliano/Flaibano, Cormons, Gradisca d’Isonzo, Grado, Latisana Capoluogo, Pordenone/Porcia/Roveredo/Cordenons, Sacile, Udine (Friuli-Venezia-Giulia), Frosinone (Lazio), Francavilla Fontana, Trinitapoli (Puglia), Dorgali, Nuoro, ZIR Villacidro (Sardegna) u Castellammare del Golfo I, Cinisi, Partinico, Terrasini u Trappeto (Sicilia), li n-numru ta’ ekwivalenti ta’ popolazzjoni tagħhom huwa superjuri għal 10 000 u li jarmu f’ilmijiet riċeventi kkunsidrati bħala “żoni sensittivi” fis-sens tad-Direttiva 91/271/KEE, kif emendata bir-Regolament Nru 1137/2008, l-ilma urban mormi li jidħol f’sistemi ta’ ġbir ikun issuġġettat, qabel ma jintrema, għal trattament iktar rigoruż minn trattament sekondarju jew trattament ekwivalenti, skont l-Artikolu 5 tal-imsemmija direttiva, u

l-impjanti ta’ trattament ta’ ilma urban mormi mibnija biex jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti tal-Artikoli 4 sa 7 tad-Direttiva 91/271, kif emendata bir-Regolament Nru 1137/2008, ikunu ppjanati, mibnija, imħaddma u miżmuma b’mod li jiżguraw operat suffiċjenti taħt il-kundizzjonijiet klimatiċi normali kollha tal-post fejn jinsabu u sabiex l-impjanti ta’ trattament ikunu ppjanati b’mod li jittieħdu inkunsiderazzjoni varjazzjonijiet tat-toqol skont l-istaġuni fl-agglomerazzjonijiet ta’ Pescasseroli (Abruzzo), Aviano Capoluogo, Cividale del Friuli, Codroipo/Sedegliano/Flaibano, Cormons, Gradisca d’Isonzo, Grado, Latisana Capoluogo, Pordenone/Porcia/Roveredo/Cordenons, Sacile, Udine (Friuli-Venezia-Giulia), Frosinone (Lazio), Broni, Calco, Casteggio, Melegnano, Mortara, Orzinuovi, Rozzano, Trezzano sul Naviglio, Valle San Martino, Vigevano (Lombardia), Pesaro, Urbino (Marche), Alta Val Susa (Piemonte), Francavilla Fontana, Trinitapoli (Puglia), Dorgali, Nuoro, ZIR Villacidro (Sardegna), Castellammare del Golfo I, Cinisi, Partinico, Terrasini, Trappeto (Sicilia), Courmayeur (Valle d’Aosta) u Thiene (Venezia),

ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 3 u/jew l-Artikolu 4 u/jew l-Artikolu 5 kif ukoll taħt l-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/271, kif emendata bir-Regolament Nru 1137/2008.

2)

Ir-Repubblika Taljana hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 147, 25.05.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

(Kawża C-115/13) (1)

((Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Dazji tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku - Direttiva 92/83/KEE - Iffissar tar-rati tas-sisa - Produzzjoni ta’ alkoħol etiliku f’distillerija suġġetta għal rata ta’ sisa ta’ 0 - Eżenzjoni mis-sisa għall-produzzjoni ta’ alkoħol etiliku minn persuni privati))

2014/C 175/14

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Barslev u A. Sipos, aġenti)

Konvenuta: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér, K. Szíjjártó u K. Molnár, aġenti)

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikoli 19 sa 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, p. 21) moqrija flimkien mal-Artikolu 22(7) tal-istess direttiva, kif ukoll flimkien mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku (ĠU L 316, p. 29) – Iffissar tad-dazji tas-sisa – Produzzjoni ta’ alkoħol etiliku f’distillerija suġġetta għal rata ta’ sisa ta’ 0 – Eżenzjoni mis-sisa għall-produzzjoni ta’ alkoħol etiliku minn persuni privati

Dispożittiv

1)

Billi adottat u applikat regolament li jipprevedi li, fil-kundizzjonijiet li hija tiddefinixxi, il-produzzjoni ta’ alkoħol etiliku f’distillerija hija suġġetta għal rata ta’ sisa ta’ 0 u li l-produzzjoni ta’ alkoħol etiliku minn persuni privati hija eżentata mis-sisa, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 19 sa 21 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/83/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-armonizzazzjoni tal-istrutturi tat-taxxi tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku, kif emendata bl-Att dwar il-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u tar-Rumanija u l-aġġustamenti lit-Trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea, moqrija flimkien mal-Artikolu 22(7) ta’ din kif ukoll mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/84/KEE, tad-19 ta’ Ottubru 1992, dwar l-approssimazzjoni tar-rati tat-taxxa tas-sisa fuq l-alkoħol u x-xorb alkoħoliku.

2)

L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 129, 04.05.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tad-9 ta’ April 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Il-Belġju) – Ville d’Ottignies-Louvain-la-Neuve, Michel Tillieut, Willy Gregoire, Marc Lacroix vs Région Wallonie

(Kawża C-225/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ambjent - Skart - Direttiva 75/442/KEE - Artikolu 7(1) - Pjan ta’ mmaniġġar - Siti jew installazzjonijiet xierqa għar-rimi tal-iskart - Kunċett ta’ “pjan ta’ mmaniġġar tal-iskart” - Direttiva 1999/31/KE - Artikoli 8 u 14 - Landfills li ġew mogħtija permess jew li kienu diġà qed jitħaddmu fid-data tat-traspożizzjoni ta’ din id-direttiva))

2014/C 175/15

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ville d’Ottignies-Louvain-la-Neuve, Michel Tillieut, Willy Gregoire, Marc Lacroix

Konvenut: Région Wallonie

fil-preżenza ta’: Shanks SA

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Conseil d’État – Interpretazzjoni tal-Artikolu 7 tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 23), kif ukoll tal-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157) – Rimi ta’ skart – Kunċett ta’ pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart – Leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tawtorizzax landfill barra mis-siti previsti mill-imsemmi pjan ta’ mmaniġġar – Norma derogatorja li tippermetti t-tiġdid, wara d-dħul fis-seħħ tal-pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart, tal-awtorizzazzjonijiet mogħtija lil landfills qabel id-dħul fis-seħħ tal-imsemmi pjan – Kunċett ta’ pjan u programm.

Dispożittiv

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE, tal-24 ta’ Mejju 1996, għandu jiġi interpretat fis-sens li dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tipprovdi li, b’deroga mir-regola li l-ebda landfill ma tista’ tiġi awtorizzata barra mis-siti previsti mill-pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart mitlub minn dan l-artikolu, il-landfills awtorizzati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-pjan jistgħu, wara dan id-dħul fis-seħħ, jiġu awtorizzati mill-ġdid fuq l-istess artijiet, ma tikkostitwixxix “pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tad-Direttiva 75/442, kif emendata bid-Deċiżjoni 96/350.

L-Artikolu 8 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE, tas-26 ta’ April tal-1999, dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill], kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2011/97/UE, tal-5 ta’ Diċembru 2011, ma jipprekludix, madankollu, tali dispożizzjoni leġiżlattiva nazzjonali, li tista’ ssib il-bażi legali tagħha fl-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva u tapplika għal landfills li ġew mogħtija permess, jew li kienu diġà qed jitħaddmu fid-data tat-traspożizzjoni ta’ din tal-aħħar, bla ħsara għall-osservanza tal-kundizzjonijiet l-oħra msemmija f’dan l-Artikolu 14, u dan huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifikah.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-10 ta’ April 2014 – Acino AG vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-269/13 P) (1)

([Appell - Prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem - Sospensjoni tat-tqegħid fis-suq u rtirar ta’ ċerti lottijiet ta’ prodotti mediċinali li fihom l-ingredjent attiv Clopidogrel - Varjazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq - Projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq - Regolament (KE) Nru 726/2004 u Direttiva 2001/83/KE - Prinċipju ta’ prekawzjoni - Proporzjonalità - Obbligu ta’ motivazzjoni])

2014/C 175/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Acino AG (rappreżentanti: R. Buchner u E. Burk, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Šimerdová u B.-R. Killmann, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-7 ta’ Marzu 2013, Acino vs Il-Kummissjoni (T-539/10), sa fejn il-Qorti Ġenerali ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2010) 2203, C (2010) 2205, C (2010) 2210 u C (2010) 2218, tad-29 ta’ Marzu 2010, kif ukoll tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2010) 6430, C (2010) 6432, C (2010) 6434 u C (2010) 6435, tas-16 ta’ Settembru 2010, dwar is-sospensjoni tat-tqegħid fis-suq tal-prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem li fihom l-ingredjent attiv Clopidogrel immanifatturat f’ċertu post, dwar l-irtirar tal-lottijiet ta’ dawn il-prodotti mediċinali mis-suq, dwar il-varjazzjoni tal-awtorizzazzjonijiet ta’ tqegħid fis-suq kif ukoll dwar il-projbizzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-imsemmija prodotti mediċinali – Prinċipju ta’ prekawzjoni – Proporzjonalità – Obbligu ta’ motivazzjoni

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Acino AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 215, 27.07.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/15


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 – Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE)

(Kawża C-28/13) (1)

([Appell - Artikolu 181 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 169(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Kontenut neċessarju tar-rikors tal-appell])

2014/C 175/17

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Gabi Thesing, Bloomberg Finance LP (rappreżentanti: M. Stephens u R. Lands, solicitors, kif ukoll T. Pitt-Payne, QC)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Bank Ċentrali Ewropew (rappreżentanti: M. López Torres u S. Lambrinoc, aġenti)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tad-29 ta’ Novembru 2012 fil-Kawża T-590/10, Gabi Thesing u Bloomberg Finance LP vs Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet rikors għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew, tal-21 ta’ Ottubru 2010, li tirrifjuta li tagħti lill-appellanti l-aċċess għal żewġ dokumenti li jikkonċernaw id-dejn pubbliku u d-defiċit baġitarju

Dispożittiv

1.

L-appell huwa miċħud.

2.

Gabi Thesing u Bloomberg Finance LP huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  GU C 101, 06.04.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Wojewódzki Sąd Administracyjny w Łodzi – il-Polonja – Marcin Jagiełło vs Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

(Kawża C-33/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Tassazzjoni - VAT - Sitt Direttiva - Dritt għal tnaqqis - Rifjut - Fattura maħruġa minn kumpannija li taġixxi prestanome))

2014/C 175/18

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Wojewódzki Sąd Administracyjny w Łodzi

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marcin Jagiełło

Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Łodzi

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Wojewódzki Sąd Administracyjny w Łodzi – Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(1) u (2), moqri flimkien mal-Artikolu 5(1), kif ukoll tal-Artikolu 17(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) – Dritt għat-tnaqqis tal-VAT tal-input imħallsa – Rifjut tad-dritt għat-tnaqqis tal-VAT għal destinatarju ta’ kunsinni fil-każ fejn il-bejjiegħ juża isem persuna oħra – Ħabi tal-attività vera tal-bejjiegħ – Fattura maħruġa minn persuna li ma hijiex il-bejjiegħ – Assenza tal-ħtieġa li jiġi stabbilit l-għarfien mix-xerrej tal-fatt li t-tranżazzjoni inkwistjoni hija marbuta ma’ reat jew ma irregolarità oħra mwettqa mill-bejjiegħ jew mill-entità li tikkoopera miegħu

Dispożittiv

Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2001/115/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2001, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li persuna taxxabbli tiġi rrifjutata d-dritt li tnaqqas it-taxxa fuq il-valur miżjud dovuta jew imħallsa għal oġġetti lilha kkunsinnati, minħabba li, fid-dawl ta’ frodi jew ta’ irregolaritajiet imwettqa mill-persuna li toħroġ il-fattura marbuta ma’ din il-kunsinna, din tal-aħħar titqies li ma saritx realment mill-imsemmija persuna li toħroġ il-fattura, ħlief jekk jiġi stabbilit, fid-dawl ta’ elementi oġġettivi u mingħajr ma jkun meħtieġ li l-persuna taxxabbli twettaq verifiki li ma humiex imposti fuqha, li tali persuna taxxabbli kienet taf jew missha kienet taf li tali kunsinna kienet involuta fi frodi tat-taxxa fuq il-valur miżjud, fatt li huwa l-kompitu tal-qorti tar-rinviju li tivverifika.


(1)  ĠU C 141, 18.05.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/16


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-3 ta’ Frar 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Sibiu, Curtea de Apel Bucureşti – Ir-Rumanija – Silvia Georgiana Câmpean vs Administraţia Finanţelor Publice a Municipiului Mediaş, Administraţia Fondului pentru Mediu (C-97/13), Administraţia Finanţelor Publice a Municipiului Alexandria vs George Ciocoiu (C-214/13)

(Kawżi magħquda C-91/13 u C-214/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxi interni - Artikolu 110 TFUE - Taxxa fuq it-tniġġis miġbura mal-ewwel reġistrazzjoni ta’ vetturi bil-mutur - Newtralità tat-taxxa bejn vetturi bil-mutur użati importati u vetturi simili li diġà jinsabu fis-suq nazzjonali))

2014/C 175/19

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Tribunalul Sibiu, Curtea de Apel Bucureşti

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Silvia Georgiana Câmpean (C-97/13), Administraţia Finanţelor Publice a Municipiului Alexandria (C-214/13)

Konvenuti: Administraţia Finanţelor Publice a Municipiului Mediaş, Administraţia Fondului pentru Mediu (C-97/13), George Ciocoiu (C-214/13)

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunalul Sibiu, Curtea de Apel București – Taxxa fuq l-emissjonijiet li jniġġsu imposta fuq vetturi bil-mutur mal-ewwel reġistrazzjoni tagħhom jew fl-okkażjoni tal-ewwel reġistrazzjoni tad-dritt ta’ proprjetà fuqhom – Eżenzjoni ta’ vetturi suġġetti għal taxxi preċedenti – Possibbiltà ta’ rkurpu b’mezzi ġudizzjarji tat-taxxi li jkunu ġew suġġetti għalihom dawn l-aħħar vetturi – Skoraġġiment possibbli tat-tqegħid fiċ-ċirkulazzjoni ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra – Kompatibbiltà tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mal-Artikolu 110 TFUE

Dispożittiv

L-Artikolu 110 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema ta’ taxxa, bħal dik stabbilita u sussegwentement iddelimitata mil-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li permezz tagħha Stat Membru jissuġġetta l-vetturi bil-mutur għal taxxa fuq it-tniġġis li hija strutturata b’tali mod li tiskoraġġixxi t-tqegħid fiċ-ċirkolazzjoni, f’dan l-Istat Membru, ta’ vetturi użati mixtrija fi Stati Membri oħra, mingħajr madankollu ma tiskoraġġixxi x-xiri ta’ vetturi użati tal-istess żmien u kundizzjoni fis-suq nazzjonali.


(1)  ĠU C 129, 04.05.2013.

ĠU C 189, 29.06.2013


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/17


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 – Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-223/13) (1)

((Rikors għal annullament - Regolament (UE) Nru 93/2013 - Kawża mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea))

2014/C 175/20

Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi (rappreżentanti: M. Bulterman u J. Langer, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Clausen u P. Van Nuffel, aġenti)

Suġġett

Annullament tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 93/2013, tal-1 ta’ Frar 2013, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2494/95 dwar l-indiċijiet armonizzati tal-prezzijiet għall-konsumatur, fir-rigward tal-iffissar ta’ indiċijiet tal-prezzijiet tal-abitazzjonijiet okkupati mis-sidien (ĠU L 33, p. 14).

Dispożittiv

1)

Il-Kawża C-223/13 hija mibgħuta lura quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


(1)  ĠU C 189, 29.06.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-6 ta’ Frar 2014 – El Corte Inglés, SA vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

(Kawża C-301/13 P) (1)

((Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) - Trade mark verbali CLUB GOURMET u CLUB DEL GOURMET - Oppożizzjoni miċħuda - Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Artikolu 181 - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat))

2014/C 175/21

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (rappreżentanti: J. L. Rivas Zurdo u E. Seijo Veiguela, avukati)

Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: O. Mondéjar Ortuño, aġent)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tal-20 ta’ Marzu 2013, El Corte Inglés vs UASI – Chez Gerard (CLUB GOURMET)(T-571/11), li biha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-28 ta’ Lulju 2011 (Każ R 1946/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u Groupe Chez Gerard Restaurants Ltd

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

El Corte Inglés SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/18


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Polymeles Protodikeio Athinon – Il-Greċja) – Warner – Lambert Company LLC, Pfizer Ellas AE vs SiegerPharma Anonymi Farmakeftiki Etaireia

(Kawża C-372/13) (1)

((Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domandi preliminari magħmula identiċi għal domandi li fuqhom il-Qorti tal-Ġustizzja diġà adottat deċiżjoni - Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPS) - Artikolu 27 - Oġġett li jista’ jiġi protett bi privattiva - Artikolu 70 - Protezzjoni ta’ oġġetti eżistenti))

2014/C 175/22

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Polymeles Protodikeio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Warner – Lambert Company LLC, Pfizer Ellas AE

Konvenuta: SiegerPharma Anonymi Farmakeftiki Etaireia

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Polymeles Protodikeio Athinon – Interpretazzjoni tal-Artikoli 27 u 70 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (“TRIPS”) Anness mal-ftehim li jistabbilixxi l-“Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ” (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 80) – Distinzjoni bejn l-oqsma li jaqgħu taħt id-dritt Komunitarju u dawk li jaqgħu taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istati Membri – Qasam tal-privattivi – Prodotti kimiċi u farmaċewtiċi

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 27 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, li jinsabu fl-Anness 1 C tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), li ġie ffirmat f’Marrakech fil-15 ta’ April 1994 u approvat bid-deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, tat-22 ta’ Diċembru 1994, dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea f’dak li jirrigwarda l-kwistjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenzi tagħha, ta’ ftehimiet ta’ negozjati multilaterali taċ-ċiklu tal-Urugwaj (1986-1994), jifforma parti mill-politika kummerċjali komuni.

2)

L-Artikolu 27 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ għandu jiġi interpretat fis-sens li l-invenzjoni ta’ prodott farmaċewtiku, bħall-komponent kimiku attiv ta’ prodott mediċinali, tista’, fl-assenza ta’ deroga skont il-paragrafu 2 jew 3 ta’ dan l-artikolu, tiġi protetta bi privattiva fil-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 tal-imsemmi artikolu.

3)

Privattiva li nkisbet sussegwentement għal talba dwar l-invenzjoni kemm tal-proċess ta’ fabbrikazzjoni ta’ prodott farmaċewtiku kif ukoll ta’ dan il-prodott farmaċewtiku fih innifsu, iżda li ngħatat biss għal dak li jirrigwarda dan il-proċess ta’ fabbrikazzjoni, ma għandhiex, minħabba r-regoli msemmija fl-Artikoli 27 u 70 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, tkun ikkunsidrata, sa mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim, bħala li tkopri l-invenzjoni tal-imsemmi prodott farmaċewtiku.


(1)  ĠU C 78, 15.03.2014.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/19


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tad-29 ta’ Jannar 2014 – Simone Gbagbo vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire

(Kawża C-397/13 P) (1)

((Appell - Terminu - Rekwiżiti Proċedurali - Inammissibbiltà manifesta))

2014/C 175/23

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Simone Gbagbo (rappreżentant: J.-C. Tchikaya, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u M. Chavrier, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea, Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire (rappreżentant: J.-P. Mignard, avukat)

Suġġett

Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Il-Ħames Awla) tal-25 ta’ April 2013, Gbagbo vs Il-Kunsill (T-119/11) li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors li għandu bħala suġġett talba għal annullament, minn naħa, tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 36) u, min-naħa l-oħra, tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005 li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1), sa fejn jikkonċernaw lill-appellanti – Iffriżar ta’ fondi – Obbligu ta’ motivazzjoni – Żball manifest ta’ evalwazzjoni

Dispożittiv

1)

L-appell huwa miċħud.

2)

Simone Gbagbo hija kkundannata, minbarra għall-ispejjeż tagħha, għal dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Ir-Repubblika tal-Côte d’Ivoire għandha tbati l-ispejjeż tagħha nnifisha.


(1)  GU C 274, 21.09.2013


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/20


Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-30 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Polymeles Protodikeio Athinon – Il-Greċja) – Warner – Lambert Company LLC, Pfizer Ellas AE vs Minerva Farmakeftiki AE

(Kawża C-462/13) (1)

((Artikolu 99 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja - Domandi preliminari magħmula li jkunu identiċi għal domandi li dwarhom il-Qorti tal-Ġustizzja tkun diġa ddeċidiet - Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPs) - Artikolu 27 - Oġġett li jista’ jiġi protett bi privattiva - Artikolu 70 - Protezzjoni ta’ oġġetti eżistenti))

2014/C 175/24

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Qorti tar-rinviju

Polymeles Protodikeio Athinon

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Warner – Lambert Company LLC, Pfizer Ellas AE

Konvenuta: Minerva Farmakeftiki AE

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Polymeles Protodikeio Athinon – Interpretazzjoni tal-Artikoli 27 u 70 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (TRIPs), anness mal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 21, p. 305) – Distinzjoni bejn l-oqsma li jaqgħu taħt id-dritt Komunitarju u dawk li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati Membri – Qasam tal-privattivi – Prodotti kimiċi u farmaċewtiċi

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 27 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, li jifforma l-Anness 1 C tal-Ftehim li jistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO), iffirmat f’Marrakesh fil-15 ta’ April 1994, u li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 94/800/KE, tat-22 ta’ Diċembru 1994, dwar il-konklużjoni f’isem il-Komunità Ewropea, fejn għandhom x’jaqsmu affarijiet fil-kompetenza tagħha, fuq il-ftehim milħuq fil-Laqgħa ta’ Negozjati Multilaterali fl-Urugwaj (1986-1994), jaqa’ taħt il-qasam tal-politika kummerċjali komuni.

2)

L-Artikolu 27 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ għandu jiġi interpretat fis-sens li l-invenzjoni ta’ prodott farmaċewtiku, bħall-komponent kimiku attiv ta’ prodott mediċinali, fin-nuqqas ta’ deroga skont il-paragrafu 2 jew 3 ta’ dan l-artikolu, tista’ tkun is-suġġett ta’ privattiva skont il-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu.

3)

Privattiva li nkisbet sussegwentement għal applikazzjoni għall-invenzjoni kemm ta’ proċess ta’ fabbrikazzjoni ta’ prodott farmaċewtiku kif ukoll tal-prodott farmaċewtiku fih innifsu, iżda li ngħatat biss għal dak li jirrigwarda l-proċess ta’ fabbrikazzjoni, ma għandhiex, minħabba r-regoli stabbiliti fl-Artikoli 27 u 70 tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ, tkun ikkunsidrata, sa mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-ftehim, bħala li tkopri l-invenzjoni tal-imsemmi prodott farmaċewtiku.


(1)  ĠU C 78, 15.03.2014.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Judecătoria Oradea (Ir-Rumanija) fis-7 ta’ Marzu 2014 – Horațiu Ovidiu Costea vs SC Volksbank România SA

(Kawża C-110/14)

2014/C 175/25

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Qorti tar-rinviju

Judecătoria Oradea

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Horațiu Ovidiu Costea

Konvenuta: SC Volksbank România SA

Domanda preliminari

Għall-finijiet tad-definizzjoni tal-kunċett ta’ “konsumatur”, l-Artikolu 2(b) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi jew fis-sens li jeskludi minn din id-definizzjoni persuna fiżika li teżerċita l-professjoni ta’ avukat li tikkonkludi kuntratt ta’ kreditu ma’ bank, mingħajr ma huwa speċifikat f’dan il-kuntratt l-għan tal-kreditu, li jsemmi l-kwalità ta’ garanzija ipotekarja tal-uffiċċju ta’ avukat tal-imsemmija persuna fiżika?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Koblenz (Il-Ġermanja) fil-11 ta’ Marzu 2014 – RegioPost GmbH & Co. KG vs Stadt Landau

(Kawża C-115/14)

2014/C 175/26

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Oberlandesgericht Koblenz

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: RegioPost GmbH & Co. KG

Konvenuta: Stadt Landau

Partijiet oħra: PostCon Deutschland GmbH, Deutsche Post AG

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 56(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, flimkien mal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 1996, dwar l-impjieg ta’ ħaddiema fil-qafas ta’ prestazzjoni ta’ servizzi (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tobbliga lil awtorità kontraenti pubblika tagħti kuntratti biss lil impriżi li jimpenjaw ruħhom, b’subappaltaturi li wkoll jimpenjaw ruħhom bil-miktub, meta tiġi ppreżentata l-offerta, li jħallsu lill-impjegati tagħhom inkarigati bl-eżekuzzjoni tal-kuntratt, salarju minimu li jiġi stabbilit mill-Istat għall-kuntratti pubbliċi biss, iżda mhux għall-kuntratti privati, meta la jkun jeżisti salarju minimu ġenerali legali u lanqas ftehim kollettiv ta’ portata ġenerali li jorbot lill-eventwali offerent magħżul u lill-eventwali subappaltaturi tiegħu?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

Id-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, b’mod partikolari l-Artikolu 26 tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 3(1) LTTG li jipprevedi l-esklużjoni obbligatorja ta’ offerta fil-każ fejn operatur ekonomiku ma jimpenjax ruħu, mal-preżentazzjoni tal-offerta, f’dikjarazzjoni separata, għal att li, fil-każ tal-għoti tal-kuntratt, ikun kuntrattwalment marbut iwettaq anki jekk ma jkunx ippreżenta din id-dikjarazzjoni.


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 431.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/22


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana

(Kawża C-124/14)

2014/C 175/27

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Cattabriga u M. van Beek, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li r-Repubblika Taljana, billi eskludiet il-persunal “eżekuttiv” (jiġifieri t-tobba) tas-servizz tas-saħħa nazzjonali mid-dritt għal tul medju massimu tal-ħin tax-xogħol ta’ 48 siegħa fil-ġimgħa, kif ukoll il-persunal tas-saħħa kollu tal-istess servizz mid-dritt għal 11-il siegħa konsekuttiva ta’ mistrieħ ta’ kuljum mingħajr ma żgurat lil dawn tal-aħħar perijodu ekwivalenti ta’ mistrieħ kumpensatorju, naqset milli tosserva l-obbligi tagħha skont l-Artikoli 3, 6 u17(2) tad-Direttiva 2003/88/KE (1);

tikkundanna lil Ir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

L-Artikoli 3 u 6 tad-Direttiva 2003/88/KE jobbligaw lill-Istati Membri li jadottaw il-miżuri neċessarji sabiex, minn naħa, kull ħaddiem jibbenefika, matul kull perijodu ta’ 24 siegħa, minn perijodu minimu ta’ mistrieħ ta’ 11-il siegħa konsekuttiva u, min-naħa l-oħra, it-tul medju tal-ħin tax-xogħol, għal kull perijodu ta’ 7 ijiem, ma jeċċedix 48 siegħa, inklużi s-sigħat ta’ sahra. Id-derogi minn tali dispożizzjonijiet, għalkemm ma humiex esklużi għal kollox, huma madankollu suġġetti għal kundizzjonijiet preċiżi.

Meta implementa d-Direttiva 2003/88, il-leġiżlatur Taljan kiser tali dispożizzjonijiet billi eskluda t-tobba “eżekuttivi” tas-servizz tas-saħħa nazzjonali mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli relatati mat-tul medju massimu fil-ġimgħa tal-ħin tax-xogħol u l-persunal tas-saħħa kollu ta’ tali servizz mir-regoli relatati mal-mistrieħ ta’ kuljum.

B’mod partikolari, il-Kummissjoni tosserva li, fl-ewwel lok, fl-Italja t-tobba kollha li jaħdmu mas-servizz tas-saħħa nazzjonali huma kklassifikati uffiċjalment bħala “eżekuttivi” mil-leġiżlazzjoni u mill-ftehimiet kollettivi nazzjonali relatati ma’ dan is-servizz, mingħajr ma jibbenefikaw neċessarjament minn prerogattivi eżekuttivi jew minn awtonomija fir-rigward tal-ħin tax-xogħol tagħhom. Fit-tieni lok, l-awtoritajiet Taljani ma kinux f’pożizzjoni li juru li, minkejja li huwa eskluż mid-dritt għal mistrieħ ta’ kuljum ta’ 11-il siegħa konsekuttiva, il-persunal tas-saħħa tas-servizz tas-saħħa nazzjonali xorta jibbenefika, immedjatament wara t-tmiem tal-perijodu ta’ xogħol, minn perijodu adegwat ta’ mistrieħ kumpensatorju kontinwattiv.


(1)  Id-Direttiva 2003/88/KE, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381)


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (L-Ungerija) fit-18 ta’ Marzu 2014 – Iron & Smith vs Unilever NV

(Kawża C-125/14)

2014/C 175/28

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Iron & Smith

Konvenut: Unilever NV

Domandi preliminari

1)

Għall-finijiet tal-prova tar-reputazzjoni ta’ trade mark Komunitarja fis-sens tal-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2008/95/KE biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (1) (iktar ’il quddiem: id-“Direttiva”), huwa suffiċjenti li din it-trade mark tkun tgawdi minn reputazjoni fi Stat Membru wieħed, inkluż il-każ fejn l-applikazzjoni għal trade mark nazzjonali, li fir-rigward tagħha tkun saret l-oppożizzjoni fuq il-bażi ta’ din ir-reputazzjoni, tkun ġiet ippreżentata f’pajjiż ieħor li ma jkunx l-Istat Membru inkwistjoni?

2)

Fil-kuntest tal-kriterji territorjali użati fl-eżami tar-reputazzjoni ta’ trade mark Komunitarja, jista’ jsir użu mill-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-użu ġenwin tat-trade mark Komunitarja?

3)

Meta l-proprjetarju tat-trade mark Komunitarju preċedenti jkun ipprova r-reputazzjoni tat-trade mark tiegħu f’pajjiżi – li jkopru parti sostanzjali mit-territorju tal-Unjoni Ewropea – li ma jinkludux l-Istat Membru fejn ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għal trade mark nazzjonali, jista’ dan jiġi obbligat, minkejja dan il-fatt, li jressaq prova konklużiva wkoll fir-rigward ta’ dan l-Istat Membru?

4)

Fil-każ li r-risposta għad-domanda preċedenti tkun negattiva, jista’ jkun il-każ, fid-dawl tal-karatteristiċi speċifiċi tas-suq intern, li trade mark li tkun ġiet użata b’mod intensiv f’parti sostanzjali mill-Unjoni Ewropea ma tkunx magħrufa mill-pubbliku nazzjonali rilevanti u li, minħabba f’hekk, it-tieni kundizzjoni meħtieġa għar-raġuni ta’ rifjut ta’ reġistrazzjoni prevista fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva ma tkunx ġiet issodisfatta, jiġifieri ma jkunx hemm probabbiltà li t-trade mark nazzjonali tieħu vantaġġ żleali mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni ta’ din it-trade mark preċedenti jew li tippreġudikahom; u jekk iva, liema huma l-elementi li tagħhom il-proprjetarju tat-trade mark Komunitarja għandu jġib il-prova sabiex il-kundizzjoni hawn fuq imsemmija tkun issodisfatta?


(1)  Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2008, biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 299, p. 25)


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/24


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (Il-Litwanja) fis-17 ta’ Marzu 2014 – Sveda UAB vs Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

(Kawża C-126/14)

2014/C 175/29

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Sveda UAB

Konvenuta: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos

Terza persuna interessata: Klaipėdos apskrities valstybinė mokesčių inspekcija

Domanda preliminari

L-Artikolu 168 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud jista’ jiġi interpretat bħala li jagħti lill-persuna taxxabbli id-dritt li tnaqqas il-VAT input, imħallsa bil-produzzjoni ta’ (akkwist) assi mhux kurrenti intiżi għal attività kummerċjali bħal dawk fil-kawża prinċipali, li 1) huma direttament intiżi sabiex jiġu użati mingħajr ħlas mill-pubbliku, 2) iżda li jistgħu jiġu kkunsidrati mezz ta’ kif il-viżitaturi jiġu mħajjra sabiex jmorru fil-lok fejn il-persuna taxxabbli, filwaqt li teżerċita l-attività ekonomika tagħha, tixtieq tipprovdi merkanzija u/jew servizzi?


(1)  ĠU 2006, L 347, p. 1.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/24


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-132/14)

2014/C 175/30

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: I. Liukkonen u L. Visaggio, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1385/2013, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (1);

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Parlament Ewropew jitlob l-annullament tar-Regolament (UE) Nru 1385/2013 li ġie adottat mill-Kunsill fuq il-bażi legali tal-Artikolu 349 TFUE.

Il-Parlament jikkontesta l-għażla ta’ bażi legali użata mill-Kunsill, peress li l-Artikolu 349 TFUE ma jistax ikun bażi legali għall-miżuri kollha adottati iżda biss għal xi wħud minnhom li jikkonsistu f’derogi għall-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni f’Mayotte. Barra dan, ir-regolament ikkontestat jimplementa wkoll materji li jaqgħu taħt il-politika komuni tas-sajd u tal-protezzjoni tas-saħħa pubblika, mingħajr ma dawn il-miżuri jirriżultaw mis-sitwazzjoni ekonomika u soċjali strutturali ta’ Mayotte speċifikament.

Skont il-Parlament, l-att inkwistjonigħaldaqstant kellu jiġi adottat, bi qbil mad-diversi suġġetti li jirregola, abbażi tal-Artikoli 43(2), 168(4)(b), u 349 TFUE konġuntament, u mhux abbażi ta’ dan l-aħħar artikolu biss.


(1)  ĠU L 354, p. 86


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/25


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-133/14)

2014/C 175/31

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, W. Mölls, u D. Martin, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Direttiva tal-Kunsill 2013/64/UE, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/271/KEE u 1999/74/KE, u d-Direttivi 2000/60/KE, 2006/7/KE, 2006/25/KE u 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (1);

iżżomm l-effetti tad-Direttiva 2013/64/UE sad-dħul fis-seħħ ta’ direttiva ġdida bbażata fuq il-bażijiet legali xierqa;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni titlob l-annullament tad-Direttiva 2013/64/UE li l-Kunsill adotta fuq il-bażi legali tal-Artikolu 349 TFUE.

Il-Kummissjoni tikkritika lill-Kunsill talli adotta din id-direttiva filwaqt li hija kienet ipproponiet li dan l-att jiġi bbażat fuq bażijiet legali settorjali, jiġifieri l-Artikoli 43(2), 114, 153(2), 168 u 192(1) TFUE.

Hija tqis li, skont l-iskop u l-għan tad-direttiva kkontestata, l-Artikolu 349 TFUE ma jistax jintuża b’mod validu bħala bażi legali. Dan l-aħħar Artikolu 349 TFUE japplika biss meta jkun hemm deroga mill-prinċipju ta’ applikazzjoni tad-dritt primarju għar-reġjuni ultraperiferiċi, kif stabbilit fl-Artikolu 355(1) TFUE. Issa, kulma tagħmel id-direttiva inkwistjoni, mingħajr ma tidderoga mit-Trattati, huwa li tadatta d-dritt sekondarju sabiex tirrispondi għas-sitwazzjoni maħluqa bil-bdil tal-istatus tal-Majott. Din l-interpretazzjoni hija appoġġata mhux biss mill-formulazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE, iżda wkoll mis-sistema tal-bażijiet legali tat-Trattat, kif ukoll mill-oriġini storiċi ta’ dan l-artikolu.


(1)  ĠU L 353, p. 8.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/26


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-134/14)

2014/C 175/32

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, W. Mölls, u D. Martin, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Direttiva tal-Kunsill 2013/62/UE, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li temenda d-Direttiva [tal-Kunsill] 2010/18/UE li timplimenta l-Ftehim Qafas rivedut dwar il-leave tal-ġenituri konkluż minn BUSINESSEUROPE, UEAPME, CEEP u ETUC, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (1);

iżżomm l-effetti tad-Direttiva 2013/62/UE sad-dħul fis-seħħ ta’ direttiva ġdida bbażata fuq il-bażi legali xierqa;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni titlob l-annullament tad-Direttiva 2013/62/UE li l-Kunsill adotta fuq il-bażi legali tal-Artikolu 349 TFUE.

Il-Kummissjoni tikkritika lill-Kunsill talli adotta din id-direttiva filwaqt li hija kienet ipproponiet li dan l-att jiġi bbażat fuq bażi legali settorjali, jiġifieri l-Artikolu 155(2) TFUE.

Hija tqis li, skont l-iskop u l-għan tad-direttiva kkontestata, l-Artikolu 349 TFUE ma jistax jintuża b’mod validu bħala bażi legali. Dan l-aħħar Artikolu 349 TFUE japplika biss meta jkun hemm deroga mill-prinċipju ta’ applikazzjoni tad-dritt primarju għar-reġjuni ultraperiferiċi, kif stabbilit fl-Artikolu 355(1) TFUE. Issa, kulma tagħmel id-direttiva inkwistjoni, mingħajr ma tidderoga mit-Trattati, huwa li tadatta d-dritt sekondarju sabiex tirrispondi għas-sitwazzjoni maħluqa bil-bdil tal-istatus tal-Majott. Din l-interpretazzjoni hija appoġġata mhux biss mill-formulazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE, iżda wkoll mis-sistema tal-bażijiet legali tat-Trattat, kif ukoll mill-oriġini storiċi ta’ dan l-artikolu.


(1)  ĠU L 353, p. 7.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/26


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-135/14)

2014/C 175/33

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: R. Lyal, W. Mölls, u D. Bianchi, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1385/2013, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 850/98 u (KE) Nru 1224/2009, u r-Regolamenti (KE) Nru 1069/2009, (UE) Nru 1379/2013 u (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (1);

iżżomm l-effetti tar-Regolament (UE) Nru 1385/2013 sad-dħul fis-seħħ ta’ regolament ġdid ibbażat fuq il-bażijiet legali xierqa;

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni titlob l-annullament tar-Regolament (UE) Nru 1385/2013 li l-Kunsill adotta fuq il-bażi legali tal-Artikolu 349 TFUE.

Il-Kummissjoni tikkritika lill-Kunsill talli adotta dan ir-regolament filwaqt li hija kienet ipproponiet li dan l-att jiġi bbażat fuq bażijiet legali settorjali, jiġifieri l-Artikoli 43(2) u 168(4)(b) TFUE.

Hija tqis li, skont l-iskop u l-għan tar-regolament ikkontestat, l-Artikolu 349 TFUE ma jistax jintuża b’mod validu bħala bażi legali. Dan l-aħħar Artikolu 349 TFUE japplika biss meta jkun hemm deroga mill-prinċipju ta’ applikazzjoni tad-dritt primarju għar-reġjuni ultraperiferiċi, kif stabbilit fl-Artikolu 355(1) TFUE. Issa, kulma jagħmel ir-regolament inkwistjoni, mingħajr ma jidderoga mit-Trattati, huwa li jadatta d-dritt sekondarju sabiex jirrispondi għas-sitwazzjoni maħluqa bil-bdil tal-istatus tal-Majott. Din l-interpretazzjoni hija appoġġata mhux biss mill-formulazzjoni tal-Artikolu 349 TFUE, iżda wkoll mis-sistema tal-bażijiet legali tat-Trattat, kif ukoll mill-oriġini storiċi ta’ dan l-artikolu.


(1)  ĠU L 354, p. 86.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/27


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – Il-Parlament Ewropew vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-136/14)

2014/C 175/34

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: J. Rodrigues u L. Visaggio, aġenti)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-Direttiva tal-Kunsill 2013/64/UE, tas-17 ta’ Diċembru 2013, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 91/271/KEE u 1999/74/KE, u d-Direttivi 2000/60/KE, 2006/7/KE, 2006/25/KE u 2011/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, wara l-emenda tal-istatus tal-Majott fir-rigward tal-Unjoni Ewropea (1)

tikkundanna lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Parlament Ewropew jitlob l-annullament tad-Direttiva 2013/64/UE li l-Kunsill adotta fuq il-bażi legali tal-Artikolu 349 TFUE.

Skont il-Parlament, l-għażla tal-bażi legali tal-Kunsill hija żbaljata, peress li l-miżuri li huma s-suġġett tad-direttiva kkontestata jagħmlu parti mill-attribuzzjonijiet tal-Unjoni skont il-politiki differenti komuni. Għalhekk, dawn il-miżuri kellhom jiġu adottati skont bażijiet legali settorjali dwar l-oqsma tal-ambjent, tal-agrikoltura, tal-politika soċjali u tas-saħħa pubblika, jiġifieri skont l-Artikoli 43(2), 114, 153(2), 168 u 192(1) TFUE u mhux skont il-bażi tal-Artikolu 349 TFUE.

Għall-Parlament, miżuri li ma għandhomx bħala għan li jindirizzaw restrizzjonijiet ta’ natura ekonomika jew soċjali li qiegħed iġarrab reġjun ultraperiferiku permezz ta’ deroga mill-applikazzjoni sħiħa tad-dritt tal-Unjoni fir-reġjun ikkonċernat, ma jistgħux validament jiġu adottati skont il-bażi legali tal-Artikolu 349 TFUE. Għalhekk, ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, miżuri li huma intiżi biss li jipprorogaw l-applikazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni għal reġjun ultraperiferiku.


(1)  ĠU L 353, p. 8


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/28


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen săd Sofia-grad (il-Bulgarija) fit-28 ta’ Marzu 2014 – Direktor na Direktsia “Migratsia” pri Ministerstvo na vătreshnite raboti vs Bashir Mohamed Ali Mahdi

(Kawża C-146/14)

2014/C 175/35

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen săd Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Direktor na Direktsia “Migratsia” pri Ministerstvo na vătreshnite raboti

Konvenut: Bashir Mohamed Ali Mahdi

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 15(3) u (6) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (1), moqri flimkien mal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, dwar id-dritt għal stħarriġ ġudizzjarju u għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

a)

jekk, bis-saħħa tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru inkwistjoni, awtorità amministrattiva tkun obbligata tirrevedi kull xahar iż-żamma f’detenzjoni amministrattiva, mingħajr ma tkun espliċitament obbligata tadotta att amministrattiv, u jekk din l-awtorità nazzjonali tkun obbligata tipproduċi ex officio quddiem il-qorti l-lista taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li nżammu f’detenzjoni għal żmien itwal mit-tul legali tad-detenzjoni inizjali, minħabba li jkun hemm ostakoli għat-tneħħija tagħhom, l-imsemmija awtorità amministrattiva tkun obbligata tadotta, fid-data meta tintemm id-detenzjoni prevista mid-deċiżjoni individwali ta’ detenzjoni inizjali, att espliċitu sabiex tiġi rriveduta d-detenzjoni fid-dawl tar-raġunijiet għall-estensjoni tat-tul tad-detenzjoni previsti mid-dritt tal-Unjoni, jew tkun obbligata tordna li l-persuna kkonċernata tinħeles mid-detenzjoni?

b)

jekk, bis-saħħa tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru inkwistjoni, il-qorti adita jkollha s-setgħa li tordna l-estensjoni tad-detenzjoni amministrattiva, li tissostitwixxiha b’miżura inqas oneruża għal-libertà jew li tordna li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jinħeles mid-detenzjoni, fejn din is-setgħa tiġi eżerċitata wara li jintemm it-tul massimu tad-detenzjoni inizjali bil-għan tat-tneħħija skont l-imsemmi dritt nazzjonali, l-imsemmija qorti tkun obbligata teżerċita, f’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, stħarriġ tal-legalità ta’ att ta’ reviżjoni tad-detenzjoni li jindika raġunijiet ta’ dritt u ta’ fatt dwar il-ħtieġa li tiġi estiża d-detenzjoni u dwar it-tul tagħha, filwaqt li tiddeċiedi fil-mertu sabiex tordna l-estensjoni tad-detenzjoni, miżuri li jissostitwixxu d-detenzjoni jew li l-persuna kkonċernata tinħeles mid-detenzjoni?

c)

jekk att ta’ reviżjoni tad-detenzjoni amministrattiva jindika biss ir-raġunijiet għaliex ma huwiex possibbli li tiġi eżegwita d-deċiżjoni ta’ tneħħija taċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, dawn id-dispożizzjonijiet jippermettu lill-qorti adita li teżerċita stħarriġ tal-legalità ta’ dan l-att fid-dawl tar-raġunijiet għall-estensjoni tat-tul tad-detenzjoni previsti mid-dritt tal-Unjoni, u, filwaqt li tibbaża ruħha biss fuq fatti u provi prodotti mill-awtorità amministrattiva, kif ukoll fuq oġġezzjonijiet u fatti ppreżentati miċ-ċittadin ta’ pajjiż terz, li tiddeċiedi fil-mertu billi tagħti deċiżjoni li tordna l-estensjoni tad-detenzjoni, miżuri li jissostitwixxu d-detenzjoni jew li l-persuna kkonċernata tinħeles mid-detenzjoni?

2)

F’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 15(1) u (6) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, għandu jiġi interpretat fis-sens li r-raġuni awtonoma għall-estensjoni tad-detenzjoni li “il-persuna ma għandhiex dokumenti ta’ identità”, prevista mid-dritt nazzjonali inkwistjoni, hija kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni minħabba li tkopri ż-żewġ każijiet imsemmija fl-Artikolu 15(6) tad-Direttiva, sa fejn, skont id-dritt nazzjonali tal-Istat Membru inkwistjoni, jista’ jiġi kkunsidrat li, f’tali sitwazzjoni, hemm raġuni plawżibbli sabiex wieħed jissuspetta li l-imsemmija persuna tista’ tevita l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ tneħħija, raġuni li timplika riskju ta’ ħarba fis-sens tad-dritt nazzjonali tal-Istat Membru inkwistjoni?

3)

F’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 15(1)(a) u (b) u (6) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqri flimkien mal-premessi 2 u 13 tad-Direttiva, dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u tad-dinjità taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti li jiġi leġittimament konkluż li hemm riskju ta’ ħarba għar-raġuni li l-persuna inkwistjoni ma għandhiex dokumenti ta’ identità, qasmet il-fruntiera nazzjonali b’mod illegali u ddikjarat li ma tixtieqx tirritorna lejn il-pajjiż ta’ oriġini tagħha, minkejja li preċedentement imliet dikjarazzjoni ta’ ritorn volontarju lejn il-pajjiż tagħha u indikat l-identità tagħha b’mod eżatt, ċirkustanzi li jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “riskju ta’ ħarba” tad-destinatarju tad-deċiżjoni ta’ ritorn fis-sens tad-Direttiva li, fid-dritt nazzjonali, huwa ddefinit bħala raġuni plawżibbli li wieħed jissuspetta li l-imsemmija persuna tista’ tevita l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn fuq il-bażi ta’ punti ta’ fatt?

4)

F’sitwazzjoni bħal dik fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 15(1)(a) u (b), (4) u (6) tad-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, moqri flimkien mal-premessi 2 u 13 tad-Direttiva, dwar ir-rispett tad-drittijiet fundamentali u tad-dinjità taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi u dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandu jiġi interpretat fis-sens li:

a)

iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ma jikkooperax għall-finijiet tal-preparazzjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn lejn l-Istat ta’ oriġini tiegħu jekk jiddikjara oralment, quddiem uffiċjal tal-ambaxxata tal-Istat inkwistjoni, li ma jixtieqx jirritorna lejn il-pajjiżi ta’ oriġini tiegħu, minkejja li preċedentement mela dikjarazzjoni ta’ ritorn volontarju u indika l-identità tiegħu b’mod eżatt, u fis-sens li jkun hemm dewmien fil-kisba tad-dokumentazzjoni neċessarja minn pajjiż terz u li jeżisti prospett raġonevoli ta’ eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn, sa fejn, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ambaxxata tal-pajjiż inkwistjoni ma toħroġx id-dokument meħtieġ għall-vjaġġ ta’ ritorn tal-persuna kkonċernata sal-pajjiż ta’ oriġini tagħha, minkejja li tkun ikkonfermat l-identità tal-persuna?

b)

fil-każ li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz jinħeles mid-detenzjoni minħabba l-assenza ta’ prospett raġonevoli ta’ eżekuzzjoni ta’ deċiżjoni ta’ tneħħija, peress li l-imsemmi ċittadin ma jkollux dokumenti ta’ identità, ikun qasam il-fruntiera nazzjonali b’mod illegali u ddikjara li ma jixtieqx jirritorna lejn il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu, u meta, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-ambaxxata tal-pajjiż inkwistjoni ma toħroġx id-dokument meħtieġ għall-vjaġġ ta’ ritorn tal-persuna kkonċernata sal-pajjiż ta’ oriġini tagħha, minkejja li tkun ikkonfermat l-identità tal-persuna, għandu jitqies li l-Istat Membru inkwistjoni huwa obbligat joħroġ dokument temporanju dwar l-istatus tal-persuna?


(1)  ĠU L 348, p. 98.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/29


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administrativen sad – Varna (il-Bulgarija) fl-4 ta’ April 2014 – “Koela-N” EOOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-159/14)

2014/C 175/36

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad – Varna

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“Koela-N” EOOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Varna pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dritt li wieħed jiddisponi minn proprjetà tanġibbli bħala s-sid tagħha jinkludi d-dritt li wieħed iqabbad trasportatur sabiex il-merkanzija tiġi kkunsinnata lil persuna terza li ma tkunx il-persuna indikata bħala d-destinatarju fuq il-fattura u li, f’dan is-sens, il-fatt li l-persuna terza tirċievi l-merkanzija huwa waħdu prova ta’ kunsinna preċedenti ta’ merkanzija?

2)

L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2006/112 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-fornitur dirett tal-merkanzija ma kienx effettivament is-sid tagħha – irrispettivament minn jekk ix-xerrej irċeviex il-merkanzija – jimplika li l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-eżistenza ta’ kunsinna fis-sens tad-Direttiva ma humiex issodisfatti?

3)

Il-fatt li l-fornituri preċedenti fil-katina ta’ provvista ma jkunux ikkooperaw mal-awtoritajiet fiskali u n-nuqqas ta’ data oġġettiva dwar it-trasbord tal-merkanzija jikkostitwixxu elementi oġġettivi li minnhom jista’ jiġi konkluż li l-persuna taxxabbli kienet taf jew kien imissha kienet taf li t-tranżazzjoni li fuqha kien ibbażat id-dritt għal tnaqqis kienet involuta fi frodi fiskali?


(1)  ĠU L 347, p. 1.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/30


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Varas Cíveis de Lisboa (5a Vara Cível) (il-Portugall) fl-4 ta’ April 2014 – João Filipe Ferreira da Silva e Brito et vs Stat Portugiż

(Kawża C-160/14)

2014/C 175/37

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Varas Cíveis de Lisboa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: João Filipe Ferreira da Silva e Brito et

Konvenut: Stat Portugiż

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva tal-Kunsill 2001/23/KE, tat-12 ta’ Marzu 2001, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mas-salvagwardja tad-drittijiet tal-impjegati fil-każ ta’ trasferiment ta’ impriżi, negozji jew partijiet ta’ impriżi jew negozji (1), b’mod partikolari l-Artikolu 1(1) tiegħu, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “trasferiment ta’ negozji” jinkludi sitwazzjoni fejn impriża attiva fis-suq tat-titjiriet ċarter hija stralċata permezz ta’ deċiżjoni tal-azzjonist maġġoritarju tagħha, li huwa nnifsu huwa impriża attiva fis-settur tal-avjazzjoni u, fil-kuntest tal-istralċ, l-impriża parent:

i)

tassumi l-pożizzjoni tal-kumpannija stralċata fil-kuntratti ta’ kiri ta’ ajruplani u fil-kuntratti ta’ titjiriet ċarter li jkunu għadhom fis-seħħ ma’ operaturi turistiċi;

ii)

tiżviluppa l-attività li qabel kienet tipprattika l-kumpannija stralċata;

iii)

terġa’ timpjega ċerti ħaddiema li sa dak il-mument kienu tkeċċew mill-kumpannija stralċata u tqiegħdhom jeżerċitaw funzjonijiet identiċi;

iv)

tirċievi tagħmir żgħir mill-kumpannija stralċata?

2)

L-Artikolu 267 (li qabel kien l-Artikolu 234) tat-TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li s-Supremo Tribunal de Justiça, fid-dawl tal-fatt deskritt fid-domanda preċedenti u l-fatt li l-qrati nazzjonali inferjuri li quddiemhom tressaq il-każ adottaw deċiżjonijiet kunfliġġenti, kellu l-obbligu li jressaq rinviju għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar l-interpretazzjoni korretta tal-kunċett ta’ “trasferiment ta’ negozji” fis-sens tal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 2001/23/KE?

3)

Id-Dritt Komunitarju u, b’mod partikolari, il-prinċipji fformulati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza Köbler (2) dwar ir-responsabbiltà tal-Istat għal danni kkawżati fuq l-individwi bis-saħħa ta’ ksur tad-Dritt Komunitarju imwettaq minn organu ġudizzjarju nazzjonali li jiddeċiedi fl-aħħar istanza, jipprekludi l-applikazzjoni ta’ regola nazzjonali li tirrikjedi bħala bażi għal talba għal kumpens kontra l-Istat ir-revoka minn qabel tad-deċiżjoni li tikkawża preġudizzju?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 98

(2)  C-224/01, EU:C:2003:513


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-7 ta’ April 2014 – Alfredo Rendón Marín vs Administración del Estado

(Kawża C-165/14)

2014/C 175/38

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo, Sala de lo Contencioso Administrativo, Sección Tercera

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Alfredo Rendón Marín

Konvenuta: Administración del Estado

Domanda preliminari

Leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi l-possibbiltà li jingħata permess ta’ residenza lil ġenitur ta’ ċittadin tal-Unjoni Ewropea, li huwa minuri u dipendenti fuqu, minħabba preċedent kriminali fil-pajjiż li fih jippreżenta l-applikazzjoni tiegħu, minkejja li dan iwassal għad-deportazzjoni tal-minuri mit-territorju tal-Unjoni, b’teħid inkunsiderazzjoni tal-fatt li jrid jakkumpanja lill-ġenitur tiegħu, hija kompatibbli mal-Artikolu 20 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, interpretat fid-dawl tas-sentenzi tad-19 ta’ Ottubru 2004 (C-200/02) (1) u tat-8 ta’ Marzu 2011 (C-34/09) (2)?


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Zhu u Chen, EU:C:2004:639

(2)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Ruiz Zambrano, EU:C:2011:124


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/31


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fis-7 ta’ April 2014 – Grupo Itevelesa S.L. et vs Oca Inspección Técnica de Vehículos SA et

(Kawża C-168/14)

2014/C 175/39

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Tribunal Supremo, It-Tielet Taqsima tal-Awla tal-Kontenzjuż Amministrattiv

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Grupo Itevelesa S.L., Applus Iteuve Technology, Certio ITV S.L. u Asistencia Técnica Industrial SAE

Konvenuti: Oca Inspección Técnica de Vehículos SA u Generalidad de Cataluña

Domandi preliminari

1.

L-Artikolu 2(2)([d]) tad-Direttiva 2006/123/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar is-servizzi fis-suq intern jeskludi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva t-testijiet li jiċċertifikaw li l-vetturi huma tajba għat-triq meta dawn jitwettqu, skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali, minn entitajiet kummerċjali privati taħt is-superviżjoni tal-amministrazzjoni ta’ Stat Membru?

2.

Fil-każ ta’ risposta negattiva għad-domanda preċedenti (jiġifieri jekk it-testijiet li jiċċertifikaw li l-vetturi huma tajba għat-triq jaqgħu, bħala prinċipju, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2006/123/KE), il-motiv ta’ esklużjoni previst fl-Artikolu 2(2)(i) ta’ din id-direttiva jista’ japplika minħabba l-fatt li l-entitajiet privati li jipprovdu s-servizz għandhom is-setgħa, bħala miżura kawtelatorja, li jimmobilizzaw il-vetturi li għandhom difetti ta’ sigurtà tali li ċ-ċirkulazzjoni tagħhom twassal għal periklu imminenti?

3.

Jekk id-Direttiva 2006/123/KE tapplika għat-testijiet li jiċċertifikaw li l-vetturi huma tajba għat-triq, l-interpretazzjoni tagħha flimkien ma’ dik tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/40/KE (2) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar testijiet tal-kondizzjoni ta’ vetturi u tal-karrijiet tagħhom għat-triq (jew mad-dispożizzjoni analoga tad-Direttiva 96/96/KE li ppreċedietha) tippermetti, f’kull każ, li dawn it-testijiet jiġu suġġetti għal awtorizzazzjoni amministrattiva minn qabel? Il-kunsiderazzjonijiet magħmula fil-punt 26 tas-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Ottubru 2009 ([Il-Kummissjoni vs Il-Portugall]) C-438/08) (3) għandhom effett fuq ir-risposta?

4.

Leġiżlazzjoni nazzjonali li tissuġġetta n-numru ta’ awtorizzazzjonijiet sabiex jiġu stabbiliti ċentri fejn isiru t-testijiet li jiċċertifikaw li l-vetturi huma tajba għat-triq għall-kontenut ta’ pjan territorjali li jindika, bħala motivi li jiġġustifikaw ir-restrizzjoni kwantitattiva, il-garanzija tal-kopertura territorjali adatta, il-garanzija tal-kwalità tas-servizz u l-promozzjoni tal-kompetizzjoni bejn l-operaturi, u għal dan il-għan tinkludi elementi ta’ ppjanar ekonomiku, hija konformi mal-Artikoli 10 u 14 tad-Direttiva 2006/123/KE u, skont il-każ, jekk din id-direttiva ma hijiex applikabbli, mal-Artikolu 43 KE (attwalment l-Artikolu 49 TFUE)?


(1)  ĠU L 376, p. 36.

(2)  ĠU L 141, p. 12.

(3)  EU:C:2099:651.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/32


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sección Tercera de la Audiencia Provincial de Castellón (Spanja) fis-7 ta’ April 2014 – Juan Carlos Sánchez Morcillo y María del Carmen Abril García vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA

(Kawża C-169/14)

2014/C 175/40

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Audiencia Provincial de Castellón

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Juan Carlos Sánchez Morcillo u María del Carmen Abril García

Konvenuta: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, SA

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 93/13/KEE (1), li jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jiżguraw li, fl-interessi tal-konsumaturi, jeżistu mezzi adegwati u effettivi biex jipprevjenu li jibqgħu jintużaw klawżoli inġusti f’kuntratti konklużi mal-konsumaturi mill-bejjiegħa jew fornituri, jipprekludi dispożizzjoni proċedurali bħall-Artikolu 695(4) tal-kodiċi proċedurali Spanjol (Ley de Enjuiciamiento Civil), li, fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw rikors kontra d-deċiżjoni li tiddeċiedi dwar l-oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ beni ipotekati jew mogħtija b’rahan, jippermetti li jitressaq appell biss mid-digriet li jiddeċiedi t-tmiem tal-proċedura jew li klawżola abbużiva ma tiġix applikata, u li jeskludi t-tressiq ta’ appell fil-każijiet l-oħra, bil-konsegwenza immedjata li, filwaqt li l-persuna li titlob l-eżekuzzjoni tista’ tappella fil-każijiet fejn l-oppożizzjoni tal-konvenut għall-eżekuzzjoni tintlaqa’ u fejn jiġi deċiż li l-proċedura tintemm jew li ma tiġix applikata klawżola inġusta, il-konsumatur li huwa konvenut għall-eżekuzzjoni ma jistax jappella meta l-oppożizzjoni tiegħu tiġi miċħuda?

2)

Fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumaturi li tinsab fid-Direttiva 93/13, il-prinċipji ta’ dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, ta’ dritt għal smigħ xieraq u għal opportunitajiet ugwali għall-partijiet stabbiliti fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2) jipprekludu dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali bħall-Artikolu 695(4) tal-kodiċi proċedurali Spanjol (Ley de Enjuiciamiento Civil), li, fid-dispożizzjonijiet li jirregolaw rikors kontra d-deċiżjoni li tiddeċiedi dwar l-oppożizzjoni għall-eżekuzzjoni ta’ beni ipotekati jew mogħtija b’rahan, jippermetti li jitressaq appell biss mid-digriet li jiddeċiedi t-tmiem tal-proċedura jew li klawżola abbużiva ma tiġix applikata, u li jeskludi t-tressiq ta’ appell fil-każijiet l-oħra, bil-konsegwenza immedjata li, filwaqt li l-persuna li titlob l-eżekuzzjoni tista’ tappella fil-każijiet fejn l-oppożizzjoni tal-konvenut għall-eżekuzzjoni tintlaqa’ u fejn jiġi deċiż li l-proċedura tintemm jew li ma tiġix applikata klawżola inġusta, il-konvenut għall-eżekuzzjoni ma jistax jappella meta l-oppożizzjoni tiegħu tiġi miċħuda?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU 2010, C83, p. 389


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Audiencia Provincial de Salamanca – Spanja) – Josune Esteban Garcia vs Cachorros Plus CBF SCP

(Kawża C-451/12) (1)

2014/C 175/41

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 399, 22.12.2012


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/33


Digriet tal-President tat-Tmien Awla tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-7 ta’ Frar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Krajský súd v Prešove – Is-Slovakkja) – SKP k.s. vs Ján Bríla

(Kawża C-460/12) (1)

2014/C 175/42

Lingwa tal-kawża: is-Slovakk

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 46, 16.02.2013


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/33


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-31 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal d’instance d’Orléan – Franza) – Facet SA, BNP Paribas Personal Finance SA vs Saïda Bouchelaghem, Nathalie Cousin, Clémentine Benoni, Hili Aziz, Mohamed Zouhir, Jean Morel, Jalid Anissa, Marine Bourreau, Anthony Cartier, Patrick Rousselière, Karine Lenfant

(Kawża C-298/13) (1)

2014/C 175/43

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 215, 27.07.2013


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/34


Digriet tal-President tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-16 ta’ Jannar 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunalul Brașov – Ir-Rumanija) – Imre Solyom, Luiza Solyom vs Direcţia Generală a Finanţelor Publice a Judeţului Brașov

(Kawża C-444/13) (1)

2014/C 175/44

Lingwa tal-kawża: ir-Rumen

Il-President tal-Qorti tal-Ġustizzja ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 325, 09.11.2013


Il-Qorti Ġenerali

10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ April 2014 – Evropaïki Dynamiki vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-340/09) (1)

([“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet - Għajnuna għall-provvista ta’ servizzi għall-pubblikazzjoni u għall-komunikazzjoni fir-rigward tas-sit tal-internet CORDIS - Rifjut tal-offerti ta’ offerent u deċiżjoni ta’ għoti tal-kuntratti lil offerenti oħra - Klassifikazzjoni tal-offerta ta’ offerent - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 148(1) u (3) tar-Regoli ddettaljati għall-implementazzjoni - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”])

2014/C 175/45

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: N. Korogiannakis u M. Dermitzakis, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Delaude u N. Bambara, sussegwentement minn S. Delaude, aġenti, assistiti minn C. Erkelens, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Komunitajiet Ewropej innotifikata lir-rikorrenti b’ittra tad-9 ta’ Ġunju 2009 li ma tilqax l-offerti tagħha, ippreżentati b’risposta għas-sejħa għal offerti Nru 10 017 (CORDIS), rispettivament għal-Lott B, intitolat “Servizzi Editorjali u ta’ Pubblikazzjoni”, u għal-Lott C, intitolat “Provvista ta’ Servizzi Ġodda ta’ Informazzjoni Diġitali”, u li tagħżel l-offerta tar-rikorrenti, ippreżentata b’risposta għall-istess sejħa għal offerti, bħala t-tielet kuntrattur għal-Lott E, intitolat “Żvilupp u Manteniment ta’ Servizzi Ċentrali”, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE għandha tbati 90 % mill-ispejjeż tagħha u 90 % mill-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea, filwaqt li din tal-aħħar għandha tbati 10 % mill-ispejjeż tagħha u 10 % mill-ispejjeż ta’ Evropaïki Dynamiki – Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis.


(1)  ĠU C 267, 7.11.2009.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/35


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 9 ta’ April 2014 – Pico Food vs UASI – Sobieraj (MILANÓWEK CREAM FUDGE)

(Kawża T-623/11) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja MILANÓWEK CREAM FUDGE - Trade marks nazzjonali figurattivi preċedenti li jirrappreżentaw baqra, Original Sahne Muh-Muhs HANDGESCHNITTEN HANDGEWICKELT u SAHNE TOFFEE LUXURY CREAM FUDGE - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 76(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 175/46

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Pico Food GmbH (Tamm, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Vuijst u P. Geroulakos, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Bogumił Sobieraj (Milanówek, il-Polonja) (rappreżentant: O. Bischof, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-UASI tat-8 ta’ Settembru 2011 (Każ R 553/2010-1), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Pico Food GmbH u Bogumił Sobieraj.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Pico Food GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 4.2.2012.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/36


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Comsa vs UASI – COMSA (COMSA)

(Kawża T-144/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali COMSA - Isem kummerċjali preċedenti Comsa, SA - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ użu fil-kummerċ ta’ sinjal li l-portata tiegħu ma hijiex biss lokali - Xebħ tas-servizzi - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 175/47

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Comsa, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment M. Aznar Alonso, sussegwentement A. Gómez López, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Constructora de obras municipales, SA (COMSA) (Madrid, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Jannar 2012 (Każijiet magħquda R 518/2011-2 u R 795/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Comsa, SA u Constructora de obras municipales, SA (COMSA).

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-10 ta’ Jannar 2012 (Każijiet magħquda R 518/2011-2 u R 795/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Comsa, SA u Constructora de obras municipales, SA (COMSA) hija annullata, sa fejn din annullat id-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni għas-servizzi li jaqgħu taħt il-klassi 42 u awtorizzat ir-reġistrazzjoni tat-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal dawn l-istess servizzi.

2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3)

Comsa għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll tliet kwarti tal-ispejjeż sostnuti mill-UASI. Dan tal-aħħar għandu jbati kwart tal-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 194, 30.06.2012.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Il-Greċja vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-150/12) (1)

((“Għajnuna mill-Istat - Self mingħajr interessi, flimkien ma’ garanzija mill-Istat, mogħti mill-awtoritajiet Elleniċi lil assoċjazzjonijiet ta’ kooperattivi agrikoli tas-settur taċ-ċereali - Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq intern - Obbligu ta’ motivazzjoni - Vantaġġ - Għajnuna intiża biex tirrimedja disturbi gravi fl-ekonomija ta’ Stat Membru”))

2014/C 175/48

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: I. Chalkias, X. Basakou u A. Vasilopoulou, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Thomas u D. Triantafyllou, sussegwentement minn M. Triantafyllou u P. Němečkova, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/320/UE, tal-25 ta’ Jannar 2012, dwar l-għajnuna mogħtija mill-Greċja lill-bdiewa li jipproduċu ċ-ċereali u lill-kooperattivi tal-ġbir taċ-ċereali (ĠU L 164, p. 10)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Ir-Repubblika Ellenika hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 184, 23.06.2012.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/37


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – EI du Pont de Nemours vs UASI – Zueco Ruiz (ZYTeL)

(Kawża T-288/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva ZYTeL - Trade mark Komunitarja verbali preċ edenti u trade mark magħrufa fis-sens tal-Artikolu 6a tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi, ZYTEL - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009 - Dannu lill-karattru distintiv jew lir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nruo207/2009”])

2014/C 175/49

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EI du Pont de Nemours and Company (Wilmington, Delaware, l-Istati Uniti) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Enrique Zueco Ruiz (Zaragoza, Spanja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Marzu 2012 (Każ R 464/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn EI du Pont de Nemours and Company u E. Zueco Ruiz.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

EI du Pont de Nemours and Company hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 273, 08.09.2012.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Elite Licensing vs UASI – Aguas De Mondariz Fuente del Val (elite BY MONDARIZ)

(Kawża T-386/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva elite BY MONDARIZ - Trade marks Komunitarji u internazzjonali figurattivi preċedenti ELITE - Lingwa tal-proċedura għat-tressiq ta’ kawża - Terminu - Ammissibbiltà tal-appell quddiem il-Bord tal-Appell - Regola 48(2), regola 49(1) u regola 96(1) tar-Regolament (KE) Nruo2868/95 - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Assenza ta’ xebh bejn is-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dannu għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])

2014/C 175/50

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Elite Licensing Company SA (Fribourg, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Aguas De Mondariz Fuente del Val, SL (Mondariz, Spanja) (rappreżentant: T. Andrade Boué, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 9/2011-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Elite Licensing Company SA u Aguas de Mondariz Fuente del Val, SL.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 9/2011-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Elite Licensing Company SA u Aguas de Mondariz Fuente del Val, SL hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk tal-Elite Licensing Company.

3)

Aguas de Mondariz Fuente del Val għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 355, 17.11.2012.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/38


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – CITEB u Belgo-Metal vs Il-Parlament

(Kawża T-488/12) (1)

((“Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u ta’ estensjoni tal-binja Eastman fi Brussell - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Komunikazzjoni tar-rapport tal-kumitat tal-evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”))

2014/C 175/51

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Cit Blaton SA (CITEB) (Schaerbeek, il-Belġju); u Belgo-Metal (Wetteren, il-Belġju) (rappreżentant: R. Simar, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Poilvache u L. Fedel, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, tas-7 ta’ Settembru 2012, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ avviż ta’ kuntratt tad-19 ta’ Mejju 2012, ippubblikat fis-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2012/S 92-1563620) u bir-referenza INLO.AO-2012-005-BRU-UPIB-02, dwar it-twettiq ta’ xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u ta’ estensjoni tal-binja Eastman fi Brussell (il-Belġju) u li tagħti dan il-kuntratt lil offerent ieħor.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cit Blaton SA (CITEB) u Belgo-Metal huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 9, 12.01.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/39


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Farmaceutisk Laboratorium Ferring vs UASI – Tillotts Pharma (OCTASA)

(Kawża T-501/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali OCTASA - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti PENTASA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 175/52

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S (Kopenħagen, id-Danimarka) (rappreżentanti: inizjalment minn I. Fowler, solicitor, A. Renck u J. Fuhrmann, avukati, sussegwentement minn I. Fowler, A. Renck u D. Slopek, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tillotts Pharma AG (Ziefen, l-Isvizzera) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1214/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S u Tillotts Pharma AG.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI) tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1214/2011-4) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Farmaceutisk Laboratorium Ferring A/S.

3)

Tillotts Pharma AG għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż sostnuti minn Farmaceutisk Laboratorium Ferring.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – Ferring vs UASI –Tillotts Pharma (OCTASA)

(Kawża T-502/12) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali OCTASA - Trade marks nazzjonali, tal-Benelux u internazzjonali verbali preċedenti PENTASA u OCTOSTIM - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 175/53

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Ferring BV (Haarlem, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: I. Fowler, solicitor, A. Renck u J. Fuhrmann, avukati, sussegwentement minn I. Fowler, A. Renck u D. Slopek, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tillotts Pharma AG (Ziefen, l-Isvizzera) (rappreżentant: T. Alkin, barrister)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1216/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Ferring BV u Tillotts Pharma AG.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1216/2011-4) hija annullata.

2)

L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess kif ukoll in-nofs ta’ dawk sostnuti minn Ferring BV.

3)

Tillotts Pharma AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll in-nofs ta’ dawk sostnuti minn Ferring.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/40


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ April 2014 – Olive Line International vs UASI (OLIVE LINE)

(Kawża T-209/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva OLIVE LINE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 175/54

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Olive Line International, SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: M. Aznar Alonso, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: Ó. Mondéjar Ortuño, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-31 ta’ Jannar 2013 (Każ R 1447/2012-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv OLIVE LINE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Olive Line International, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 178, 22.06.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/41


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – MHCS vs UASI – Ambra (DORATO)

(Kawża T-249/13) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva DORATO - Trade marks figurattivi Komunitarji u nazzjonali preċedenti li jirrapreżenta tikketti għall-għonq ta’ flixkun - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Regola 50(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2868/95))

2014/C 175/55

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: MHCS (Épernay, Franza) (rappreżentanti: P. Boutron, N. Moya Fernández u L. É. Balleydier, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock, N. Bambara u A. Folliard-Monguiral, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Ambra S.A. (Varsavja, il-Polonja) (rappreżentant: M. Kaczan-Parchimowicz, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-19 ta’ Frar 2013 (Każ R 1877/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn MHCS u Ambra S.A.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

MHCS hija kkundatnnata għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż indispensabbli ta’ Ambra S.A. għall-finijiet tal-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/41


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – CNIEL vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-293/09) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati - Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji - Deċiżjoni li tikklassifika l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Irtirar tad deċiżjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2014/C 175/56

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Centre national interprofessionnel de l’économie laitière (CNIEL) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn A. Cabanes u V. Kostrzewski-Pugnat, sussegwentement minn A. Cabanes, A.-C. Jeux u L. Sersiron u finalment minn A. Cabanes, L. Sersiron u M. Spy, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, sussegwentement minn B. Stromsky u S. Thomas u finalment minn B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 7846 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2008, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat Nru 561/2008, dwar l-iskema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/42


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – CNIPT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-302/09) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati - Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji - Deċiżjoni li tikklassifika l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Irtirar tad deċiżjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2014/C 175/57

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Comité national interprofessionnel de la pomme de terre (CNIPT) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: V. Ledoux u B. Néouze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, sussegwentement minn B. Stromsky u S. Thomas u finalment minn M. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 7846 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2008, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat Nru 561/2008, dwar l-iskema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – Val’hor vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-306/09) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati - Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji - Deċiżjoni li tikklassifika l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Irtirar tad deċiżjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2014/C 175/58

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Val’hor (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: V. Ledoux u B. Néouze, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, sussegwentement minn B. Stromsky u S. Thomas u finalment minn M. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 7846 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2008, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat Nru 561/2008, dwar l-iskema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/43


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – Onidol vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-313/09) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati - Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji - Deċiżjoni li tikklassifika l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Irtirar tad deċiżjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2014/C 175/59

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Organisation nationale interprofessionnelle des graines et fruits oléagineux (Onidol) (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn B. Le Bret u L. Olza Moreno, sussegwentement minn B. Le Bret u C. Renner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, sussegwentement minn B. Stromsky u S. Thomas u finalment minn B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 7846 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2008, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat Nru 561/2008, dwar l-iskema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – Intercéréales u Grossi vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-314/09) (1)

(“Għajnuna mill-Istat - Skema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati - Finanzjament bil-kontribuzzjonijiet volontarji li saru obbligatorji - Deċiżjoni li tikklassifika l-iskema ta’ għajnuna kompatibbli mas-suq komuni - Irtirar tad deċiżjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

2014/C 175/60

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Intercéréales (Pariġi, Franza) u Alain Grossi (Nîmes, Franza) (rappreżentanti: inizjalment minn B. Le Bret u L. Olza Moreno, sussegwentement minn B. Le Bret u C. Renner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Stromsky u C. Urraca Caviedes, sussegwentement minn B. Stromsky u S. Thomas u finalment minn B. Stromsky, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2008) 7846 finali, tal-10 ta’ Diċembru 2008, li tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat Nru 561/2008, dwar l-iskema qafas ta’ azzjonijiet immexxija mill-interprofessjonisti agrikoli rikonoxxuti fi Franza favur membri tas-sussidjarji agrikoli rrappreżentati.

Dispożittiv

1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar dan ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 244, 10.10.2009.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/44


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Marzu 2014 – SACBO vs Il-Kummissjoni u INEA

(Kawża T-270/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Għajnuna finanzjarja Komunitarja favur proġetti ta’ interess komuni fil-qasam tan-netwerks trans-Ewropej tat-trasport u tal-enerġija - Nuqqas ta’ interess dirett - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Att preparatorju - Inammissibbiltà”))

2014/C 175/61

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA) (Grassobbio, l-Italja) (rappreżentanti: M. Muscardini u G. Greco, avukati)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Hottiaux u E. Montaguti, aġenti); u L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA) (rappreżentanti: I. Ramallo, aġent, u M. Merola, C. Santacroce u L. Armati, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-18 ta’ Marzu 2013, tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (TENT-T EA), dwar ċerti spejjeż esposti mat-twettiq ta’ studju tal-fattibbiltà li jikkonċerna n-natura intermodali tal-ajruport ta’ Bergamo-Orio al Serio (l-Italja) wara għajnuna finanzjarja mogħtija mill-Kummissjoni lill-Ente Nazionale per l’Aviazione Civile (ENAC, awtorità nazzjonali tal-avjazzjoni ċivili Taljana).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent tar-Repubblika tal-Polonja.

3)

Is-Società per l’aeroporto civile di Bergamo-Orio al Serio SpA (SACBO SpA) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess, kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA).


(1)  ĠU C 207, 20.07.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/45


Digriet tal-Imħallef għal miżuri provviżorji tal-4 ta’ Frar 2014 – Serco Belgium et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-644/13 R)

((“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Kuntratti pubbliċi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Fumus boni juris”))

2014/C 175/62

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Serco Belgium SA (Brussell, il-Belġju); SA Bull NV (Brussell); u Unisys Belgium SA (Brussell) (rappreżentanti: V. Ost u M. Vanderstraeten, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Delaude, L. Cappelletti u F. Moro, aġenti)

Suġġett

L-ewwel nett, talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-30 ta’ Ottubru 2013 li tiċħad l-offerta magħmula mill-konsorzju fformat mir-rikorrenti fil-kuntest tas-seħja għal offerti DIGIT/R2/PO/2012/026 – ITIC-Stat Membru (ġestjoni tas-servizz informatiku għall-ambjent tal-uffiċju integrat u kkonsolidat tal-Kummissjoni) (ĠU 2012/S 69 -112095) u li tagħti l-kuntratt lil konsorzju ieħor, it-tieni nett, li tipprojbixxi lill-Kummissjoni milli tikkonkludi l-kuntratt-qafas inkwistjoni kif ukoll kuntratti speċifiċi fil-kuntest ta’ dan u, it-tielet nett, li tordna kwalunkwe miżura provviżorja oħra li tkun xierqa.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/46


Rikors ippreżentat fis-7 ta Marzu 2014 – ANKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-154/14)

2014/C 175/63

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO Anonymos Etairia Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li l-ammont totali ta’ EUR 185 664,10 li l-Kummissjoni diġà ħalset lir-rikorrenti għall-proġett OASIS kif ukoll l-ammont totali ta’ EUR 465 062,84 li l-Kummissjoni diġà ħallset għall-proġett PERFORM jikkostitwixxu spejjeż eliġibbli;

tikkonstata li l-ammont ta’ EUR 1 824,05 li l-Kummissjoni ma ħallsitx għall-proġett OASIS u l-ammont ta’ EUR 637 117,17 li l-Kummissjoni ma ħallsitx bħala għajnuna finanzjarja għall-proġett PERFORM jikkostitwixxu spejjez eliġibbli li l-Kummissjoni għandha konsegwentement tħallas lil ANKO;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż esposti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jittratta r-responsabbiltà tal-Kummissjoni, abbażi tal-Artikolu 272 TFUE, inkonnessjoni mal-kuntratti a) Nru 215 754 u b) Nru 215 952 maħsuba rispettivament sabiex jeżegwixxu l-proġetti a) OASIS u b) PERFORM.

B’mod iktar preċiż, ir-rikorrenti ssostni li, għalkemm eżegwiet l-obbligi kuntrattwali tagħha, il-Kummissjoni, bi ksur tal-kuntratti ċċitati iktar 'il fuq, tal-prinċipju tal-aspettattivi leġittimi, tal-projbizzjoni tal-abbuż mid-dritt u tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, talbet ir-rimbors tal-ammonti mħallsa lil ANKO, abbażi tal-allegazzjoni li dawn ma humiex spejjeż eliġibbli, u rrifjutat li tħallas l-għajnuna finanzjarja rimanenti. Għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti ssostni, fl-ewwel lok, li l-Kummissjoni qiegħda tonqos mill-obbligi kuntrattwali tagħha applikabbli fil-konfront ta’ ANKO billi tiċħad in-natura eliġibbli fir-rigward tal-għajnuna finanzjarja kważi kollha tal-Kummissjoni għall-proġetti OASIS u PERFORM. Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-irkupru tal-ammonti kollha huwa sproporzjonat u abbużiv.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/46


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2014 – ANKO vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-155/14)

2014/C 175/64

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO Anonymos Etairia Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li l-ammont totali ta’ EUR 325 823,16 li l-Kummissjoni tixtieq li tirkupra bħala spejjeż li ma humiex eliġibbli u li diġà ngħata lir-rikorrenti għall-proġett PERSONA kif ukoll l-ammont totali ta’ EUR 280 747,45 li l-Kummissjoni tixtieq tirkupra bħala spejjeż li ma humiex eliġibbli u li diġà ingħata għall-proġett TERREGOV jikkostitwixxu spejjeż eliġibbli;

tikkonstata li l-ammont ta’ EUR 6 752,74 jikkostitwixxi spejjeż eliġibbli sostnuti minn ANKO fil-kuntest tal-proġett PERSONA u li l-Kummissjoni għaldaqstant għandha tħallas lil ANKO;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tar-rikorrenti

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors jirrigwarda r-responsabbiltà tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 272 TFUE, għall-kuntratti a) Nruo045 459 u b) Nruo507 749 intiżi li jwettqu rispettivament il-proġetti a) PERSONA u b) TERREGOV.

Ir-rikorrenti ssostni b’mod iktar partikolari li, minkejja l-fatt li hija kienet wettqet l-obbligi kuntrattwali tagħha, il-Kummissjoni talbet, bi ksur tal-kuntratti msemmija iktar 'il fuq, tal-prinċipju ta’ protezzjoni tal-aspettattivi leġittimi, tal-projbizzjoni tal-abbuż ta’ dritt, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, ir-rimbors tal-ammonti mħallsa lil ANKO peress li ma humiex spejjeż eliġibbli. Għal din ir-raġuni, ir-rikorrenti ssostni l-ewwel nett li l-Kummissjoni naqset milli twettaq l-obbligi kuntrattwali tagħha fil-konfront ta’ ANKO meta ċaħdet in-natura eliġibbli tal-ammonti kollha mogħtija minnha għall-proġetti PERSONA u TERREGOV u meta talbet sabiex tirkupra l-ammonti mogħtija indebitament. It-tieni nett, il-fatt li tixtieq tirkupra dawn l-ammonti kollha huwa sproporzjonat u abbużiv.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/47


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2014 – ANKO vs Il-Kummissjoni u REA

(Kawża T-165/14)

2014/C 175/65

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: ANKO AE Antiprosopeion, Emporiou kai Viomichanias (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka (REA)

Talbiet

tikkonstata li s-sospensjoni tal-ħlas, imposta u miżmuma fis-seħħ mill-REA, li qiegħda taġixxi skont poteri iddelegati lilha mill-Kummissjoni, tikkostitwixxi, fir-rigward tal-ammont dovut mill-Kummissjoni lir-rikorrenti minħabba l-parteċipazzjoni tagħha fil-proġett ESS, ksur tal-obbligi kuntrattwali ta’ din tal-aħħar;

tiddikjara li l-ammont ta’ EUR 125 253,82 li l-Kummissjoni tibqa’ ma tħallasx u li huwa dovut għall-parteċipazzjoni tagħha fil-proġett ESS, jikkostitwixxi spejjeż eliġibbli, li l-Kummissjoni għandha konsegwentement tħallas lil ANKO;

tikkonstata li l-ammont totali ta’ EUR 216 172,68 li l-Kummissjuoni diġà ħallset lir-rikorrenti għall-parteċipazzjoni tagħha fil-proġett ESS, jikkostitwixxi spejjeż eliġibbli; u

tikkundanna lil REA u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors għandu bħala suġġett ir-responsabbiltà tal-REA u tal-Kummissjoni, skont l-Artikolu 272 TFUE, għall-kuntratt Nru 217 951 intiż għall-eżekuzzjoni tal-proġett ESS.

B’mod iktar speċifiku, ir-rikorrenti ssostni li l-REA, li qiegħda taġixxi skont poteri ddelegati lilha mill-Kummissjoni, issospendiet il-ħlas lil ANKO mingħajr ġustifikazzjoni u bi ksur tal-ftehim tal-proġett ESS. Barra minn hekk, ir-rikorrenti tqis li, billi pprovat tapplika l-metodu ta’ “estrapolazzjoni”, il-Kummissjoni kkontestat, mingħajr bażi legali u bi ksur kemm tal-kuntratt kif ukoll tad-dritt applikabbli, l-eliġibbiltà ta’ kważi l-ispejjeż kollha ddikjarati minn ANKO fir-rigward tal-proġett ESS.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/48


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Marzu 2014 – Compagnie des gaz de pétrole Primagaz vs UASI – Reeh (PRIMA KLIMA)

(Kawża T-195/14)

2014/C 175/66

Lingwa tar-rikors: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Compagnie des gaz de pétrole Primagaz SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: D. Régnier, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Gerhard Reeh (Radnice, ir-Repubblika Ċeka)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern tas-7 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 2304/2012-1

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: Gerhard Reeh

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “PRIMA KLIMA” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 11 u 42

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “PRIMAGAZ” u t-trade marks verbali nazzjonali “PRIMALOTISSEMENT”, “PRIMACOMPTEUR”, “PRIMAVILLAGE”, “PRIMAFAMILLE”, “PRIMAPAC”, “PRIMAENERGY”, “PRIMA CHAUFFAGE”, “PRIMA CLIM”, “PRIMAGRILL” u “PRIMAWATT”, għal prodotti fil-klassi 11

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/48


Rikors ippreżentat fit-8 ta’ April 2014 – Gmina Miasto Gdynia u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-215/14)

2014/C 175/67

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Partijiet

Rikorrenti: Gmina Miasto Gdynia (Gdynia, il-Polonja) u Port Lotniczy Gdynia Kosakowo sp. z o.o. (Gdynia) (rappreżentant: T. Koncewicz, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni ppubblikata fil-Każ SA. 35 388 mill-Kummissjoni Ewropea, fil-11 ta’ Frar 2014, li tordna lill-Polonja tirkupra mill-ajruport Gdynia-Kosakowo għajnuna mill-Istat imħallsa indebitament;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż tal-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw il-motivi li ġejjin.

1.

L-ewwel motiv

Arbitrarjetà u żball flagranti fil-konstatazzjonijiet ta’ fatt li abbażi tagħhom ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, nuqqas konsegwenti min-naħa tal-Kummissjoni li tibqa’ fil-limiti tad-diskrezzjoni tagħha, u żbalji manifesti fl-evalwazzjoni tal-provi.

2.

It-tieni motiv

Nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni fatturi u ċirkustanzi li huma rilevanti għall-evalwazzjoni ġuridika tal-investiment fl-ajruport Gdynia-Kosakowo.

3.

It-tielet motiv

Nuqqas min-naħa tal-Kummissjoni li tibqa’ fil-limiti tad-diskrezzjoni tagħha fis-sens tal-ġurisprudenza li tenfasizza l-obbligu ta’ istituzzjoni li għandha diskrezzjoni li tispjega għalfejn provi u fatti speċifiċi ttieħdu inkunsiderazzjoni, filwaqt li oħrajn ġew miċħuda.

4.

Ir-raba’ motiv

Ksur tal-Artikolu 107(1) TFUE flimkien ma’ prinċipju ġenerali tad-dritt Ewropew – il-prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ lealtà tal-istituzzjoni fil-konfront ta’ persuni suġġetti għal-liġi – minħabba applikazzjoni u interpretazzjoni żbaljati.

5.

Il-ħames motiv

Ksur minħabba klassifikazzjoni legali żbaljata tal-fatti u tal-provi, li rriżultat fi ksur mid-deċiżjoni kkontestata tal-Artikolu 107(1) TFUE għaliex ġie kkonstatat li f’dan il-każ, il-kundizzjonijiet għar-rikonoxximent li l-azzjonijiet tar-rikorrenti jissodisfaw it-test tal-investitur privat ma ġewx sodisfatti u ma ġiex stabbilit li l-proġett ta’ investiment kien ser jitwettaq minn investitur privat, bil-konsegwenza li l-investiment Gdynia-Kosakowo kien jiddependi fuq għajnuna pubblika mhux awtorizzata.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/49


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2014 – Regione autonoma della Sardegna vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-219/14)

2014/C 175/68

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Regione autonoma della Sardegna (rappreżentanti: T. Ledda, S. Sau, G. Roberti, G. Bellitti u I. Perego, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, totalment u parzjalment, id-deċiżjoni kkontestata sa fejn:

il-Kummissjoni kklassifikat il-kumpens imħallas għas-servizz pubbliku skont il-liġi reġjonali Nru 15, tas-7 ta’ Awwissu 2012, u l-kontribuzzjoni ta’ kapital approvat mil-laqgħa tal-azzjonisti ta’ Saremar fil-15 ta’ Ġunju 2012 bħala għajnuna mill-Istat;

ikkunsidrat li dawn il-miżuri kienu inkompatibbli mas-suq intern, u ordnat l-irkupru tagħhom;

tiddikjara, skont l-Artikolu 277 TFUE, illegali u inapplikabbli l-Artikolu 4(f) tad-Deċiżjoni 2012/21/UE u l-punt 9 tar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku (2011);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Dan ir-rikors huwa dirett kontra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea, tat-22 ta’ Jannar 2014, dwar il-miżuri ta’ għajnuna SA.32014 (2011/C), SA.32015 (2011/C), SA.32016 (2011/C) li r-Regione Sardegna implementat favur Saremar. Din id-deċiżjoni tiddikjara li tmur kontra s-suq intern l-għajnuna li r-rikorrenti tat lil Saremar sabiex tiżgura l-provvista ta’ servizz ta’ interess ġenerali fit-trasport ta’ kabotaġġ bejn Sardegna u l-kontinent, imwettaq fl-2011-2012, intiż sabiex tittejjeb kemm jista’ jkun l-aċċessibbiltà ekonomika għall-utenti.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka sitt motivi.

1.

Il-konvenuta kisret l-Artikolu 106(2), [TFUE] peress li wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u ma mmotivatx suffiċjentement id-deċiżjoni tagħha, sa fejn, minbarra li ddefiniet b’mod mhux eżatt l-obbligi ta’ servizz pubbliku ta’ Saremar, hija ma llimitatx ruħha li twettaq sempliċi żball manifest ta’ evalwazzjoni, iżda interveniet fuq il-mertu tad-deċiżjonijiet tal-Istat Membru, u b’hekk indaħlet fl-għażliet tiegħu ta’ politika ekonomika u soċjali;

2.

Il-konvenuta kisret l-Artikolu 107(1) TFUE u l-Artikolu 106(2) TFUE billi kkunsidrat li, f’dan il-każ, ma ġewx issodisfatti r-rekwiżiti previsti mill-ġurisprudenza Altmark. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u ma mmotivatx suffiċjentement id-deċiżjoni tagħha, billi kkunsidrat, inter alia, li s-suq kellu garanziji xierqa u suffiċjenti sabiex jiġu sodisfatti l-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku ddefiniti mir-Regione;

3.

Il-konvenuta kisret ukoll l-Artikolu 106(2) TFUE u d-Deċiżjonijiet Nri 2005/824/KE u 2012/21/UE, wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u ma mmotivatx suffiċjentement id-deċiżjoni tagħha sa fejn (i) ikkunsidrat li d-Deċiżjoni 2005/824/KE ma kinitx applikabbli ratione temporis u sa fejn (ii) fi kwalunkwe każ, ikkonkludiet li l-prinċipji stabbiliti permezz tad-deċiżjonijiet invokati ma ġewx osservati f’dan il-każ;

4.

Il-konvenuta kisret l-Artikolu 106(2) TFUE, wettqet evalwazzjoni żbaljata tal-fatti u ma mmotivatx suffiċjentement id-deċiżjoni tagħha sa fejn ikklassifikat il-kumpannija Saremar bħala impriża f’diffikultà, fis-sens tal-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u ristrutturar ta’ impriżi f’diffikultà;

5.

Il-konvenuta kisret l-Artikolu 106(2) TFUE peress li wettqet evalwazzjoni żbaljata fil-fatt u fid-dritt, sa fejn qieset li l-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà tal- miżura prevista fir-regolamenti tal-Unjoni Ewropea applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku (2011) ma ġewx issodisfatti;

6.

Fl-aħħar nett, il-konvenuta kisret l-Artikolu 107(1) TFUE, u wettqet evalwazzjoni żbaljata fil-fatt u fid-dritt tan-natura tar-rikapitalizzazzjoni tal-kumpannija Saremar magħmula mir-Regione Sardegna, peress li kkunsidrat li din kienet toħloq vantaġġ għal Saremar u kienet, f’kull każ, mhux konformi mal-prinċipju tal-investitur f’ekonomija tas-suq.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/50


Rikors ippreżentat fit-2 ta’ April 2014 – Saremar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-220/14)

2014/C 175/69

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Saremar – Sardegna Regionale Marittima SpA (Cagliari, l-Italja) (rappreżentanti: G. Roberti, G. Bellitti u I. Perego, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla, totalment u parzjalment, id-deċiżjoni kkontestata sa fejn:

ikklassifikat il-kumpens imħallas għas-servizz pubbliku skont il-liġi reġjonali Nru 15, tas-7 ta’ Awwissu 2012, u l-kontribuzzjoni ta’ kapital approvat mil-laqgħa tal-azzjonisti ta’ Saremar fil-15 ta’ Ġunju 2012 bħala għajnuna mill-Istat;

ikkunsidrat li dawn il-miżuri kienu inkompatibbli mas-suq intern, u ordnat l-irkupru tagħhom;

tiddikjara, skont l-Artikolu 277 TFUE, illegali u inapplikabbli l-Artikolu 4(f) tad-Deċiżjoni 2012/21/UE u l-punt 9 tar-regolamenti tal-Unjoni Ewropea applikabbli għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għas-servizz pubbliku (2011);

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-motivi u l-argumenti prinċipali huma dawk invokati fil-Kawża T-219/14, Regione autonoma della Sardegna vs Il-Kummissjoni.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/51


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ April 2014 – Deluxe Laboratories vs UASI (deluxe)

(Kawża T-222/14)

2014/C 175/70

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Deluxe Laboratories, Inc. (Burbank, l-Istati Uniti) (rappreżentant: S. Serrat Viñas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-22 ta’ Jannar 2014 fil-Każ R 1250/2013-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “deluxe” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 35, 37, 39, 40, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 253 044

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-prinċipju ta’ aspettativi leġittimi, tad-drittijiet miksuba u tal-legalità tal-atti Komunitarji.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ April 2014 – Hangzhou Zhejiang University Sunny Energy Science and Technology vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-144/13) (1)

2014/C 175/71

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ April 2014 – Ningbo Qixin Solar Electrical Appliance vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-145/13) (1)

2014/C 175/72

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ April 2014 – Zhejiang Sunflower Light Energy Science & Technology vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-146/13) (1)

2014/C 175/73

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/52


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-1 ta’ April 2014 – Zhejiang Yuhui Solar Energy Source vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-147/13) (1)

2014/C 175/74

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/53


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-2 ta’ April 2014 – Lesaffre et Compagnie vs UASI – Louis Baking Company (BAKING CENTER BY TECHNOLINE)

(Kawża T-575/13) (1)

2014/C 175/75

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tas-Sitt Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 31, 01.02.2014.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/54


Rikors ippreżentat fis-17 ta’ Frar 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-14/14)

2014/C 175/76

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: A. Carrozzini, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

L-annullament tal-irkupru ta’ diversi ammonti mnaqqsa mill-allowance ta’ invalidità tar-rikorrenti għax-xhur ta’ April sa Settembru 2013.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjonijiet, inklużi fir-rendikont tal-pensjoni għax-xhur ta’ April sa Settembru 2013, dwar it-tnaqqis tal-allowance ta’ invalidità li kellu dritt għaliha r-rikorrent matul l-imsemmija xhur ta’ EUR 504,67 għax-xahar ta’ April, ta’ EUR 504,72 għax-xahar ta’ Mejju u ta’ EUR 508,38 għax-xhur ta’ Ġunju sa Settembru;

sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjonijiet, irrispettivament mill-forom tagħhom, li jiċħdu l-ilmenti tas-16 ta’ Lulju 2013 u tas-7 ta’ Ottubru 2013, ippreżentati kontra d-deċiżjonijiet iċċitati;

tannulla kull deċiżjoni inkluża fl-ittra tal-24 ta’ Ottubru 2013, li tinkludi r-referenza “Ref. Ares(2013)3327388 – 24/10/2013” fin-naħa ta’ fuq tal-lemin tal-ewwel paġna;

tannulla kull deċiżjoni inkluża fl-ittra tas-17 ta’ Mejju 2013;

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrent is-somom segwenti: (1) EUR 504,67, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Mejju 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas; (2) EUR 504,72, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Ġunju 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas; (3) EUR 508,38, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Lulju 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas; (4) EUR 508,38, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Awwissu 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas; (5) EUR 508,38, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Settembru 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas; (6) EUR 508,38, flimkien mal-interessi bir-rata ta’ 10 % fis-sena b’kapitalizzazzjoni annwali, dekorribbli mill-1 ta’ Ottubru 2013 u sal-jum li fih is-somma effettivament titħallas;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/54


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-16/14)

2014/C 175/77

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: S. Orlandi, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrent fl-iskema tal-pensjoni tal-Unjoni li tapplika d-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni l-ġodda fir-rigward tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

jiddikjara l-illegalità tal-Artikolu 9 tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal;

jannulla d-deċiżjoni tal-24 ta’ Mejju 2013 li d-drittijiet għall-pensjoni li r-rikorrent kiseb qabel id-dħul fis-servizz tiegħu jiġu akkreditati, fil-kuntest tat-trasferiment ta’ dawn id-drittijiet fl-iskema tal-pensjoni tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, skont id-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni tal-Artikoli 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tat-3 ta’ Marzu 2011;

jikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/55


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs KESE

(Kawża F-20/14)

2014/C 175/78

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: ZZ (rappreżentant: N. Nikolajsen, avukat)

Konvenuta: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni tal-KESE li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tibbenefika minn irtirar antiċipat mingħajr tnaqqis tad-drittijiet għall-pensjoni tagħha, skont l-Artikolu 9(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Talbiet tar-rikorrenti

jannulla d-deċiżjoni tal-KESE li tiċħad lir-rikorrenti, għas-sena 2013, il-benefiċċju mogħti mill-Artikolu 9(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal fil-verżjoni tagħhom applikabbli sal-31 ta’ Diċembru 2013;

tikkundanna lill-KESE għall-ispejjeż.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/55


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs UASI

(Kawża F-24/14)

2014/C 175/79

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tar-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera tar-rikorrent li jkopri l-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Ottubru 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2012 u talba għad-danni.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera maħruġ fir-rigward tar-rikorrent għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Ottubru 2011 u l-31 ta’ Diċembru 2012 kif iffinalizzat u ffirmat mill-uffiċjal tal-evalwazzjoni;

jordna lill-UASI jħallas kumpens adegwat li għandu jiġi ddeterminat mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku – ta’ mhux inqas minn EUR 500 – lir-rikorrent għad-danni morali u mhux materjali subiti minnu b’riżultat tar-rapport ikkontestat ta’ evalwazzjoni tal-karriera;

jikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/56


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs Il-Parlament

(Kawża F-26/14)

2014/C 175/80

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentanti: L. Levi, C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Suġġett u deskrizzjoni tat-tilwima

Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għal assistenza mressqa mir-rikorrent minħabba fastidju psikoloġiku.

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni impliċita li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrent tat-13 ta’ Frar 2013;

tannulla d-deċiżjoni tat-18 ta’ Diċembru 2013 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent tas-26 ta’ Awwissu 2013;

tagħti lir-rikorrent kumpens ta’ natura li jiġi kkumpensat id-dannu subit minnu ta’ ammont ta’ EUR 7 500 għad-dannu materjali u ta’ ammont ta’ EUR 50 000 għad-dannu morali;

tikkundanna lill-Parlament għall-ispejjeż.


10.6.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 175/56


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Marzu 2014 – ZZ vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-30/14)

2014/C 175/81

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: ZZ (rappreżentant: V. Wellens, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

Annullament tad-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni dixxiplinari ta’ tniżżil fil-grad.

Talbiet tar-rikorrent

jannulla d-deċiżjoni li timponi fuq ir-rikorrent tniżżil fil-grad minħabba li naqas milli jiddikjara lill-Kummissjoni li, minbarra l-allowance tal-familja għal ulied dipendenti skont l-Artikolu 67(2) tar-Regolamenti tal-Persunal, kien jirċievi allowance nazzjonali tal-istess natura.

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.