ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 135

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
5 ta' Mejju 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 135/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni EwropeaĠU C 129, 28.4.2014

1

2014/C 135/02

Deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-25 ta’ Marzu 2014 dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji

2

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 135/03

Kawża C-222/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tartu Ringkonnakohus – l-Estonja) – A Karuse AS vs Politsei- ja Piirivalveamet (Trasport bit-triq  — Regolament (KE) Nru 561/2006  — Obbligu li jintuża takografu  — Deroga għal vetturi użati fil-kuntest ta’ attivitajiet marbuta mal-manutenzjoni tat-toroq  — Vettura li tittrasporta żrar mill-post fejn issir it-tagħbija sal-post fejn isiru x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni tat-toroq)

3

2014/C 135/04

Kawża C-366/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Dortmund-West vs Klinikum Dortmund gGmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari  — Sitt Direttiva tal-VAT  — Eżenzjonijiet  — Artikolu 13A(1)(b)  — Provvista ta’ oġġetti  — Provvista ta’ mediċini ċitostatiċi għat-trattament ta’ out-patients  — Provvisti mogħtija minn persuni taxxabbli differenti  — Artikolu 13A(1)(ċ)  — Provvista ta’ kura medika  — Mediċini preskritti minn tabib li jeżerċita f’kapaċità indipendenti fl-isptar  — Tranżazzjonijiet relatati mill-viċin  — Provvisti anċillari għall-provvista ta’ kura medika  — Tranżazzjonijiet fiżikament u ekonomikament inseparabbli)

4

2014/C 135/05

Kawża C-375/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Grenoble – Franza) – Margaretha Bouanich vs Direction départementale des finances publiques de la Drôme (Rinviju għal deċiżjoni preliminari  — Artikolu 63 TFUE  — Moviment liberu tal-kapital  — Artikolu 49 TFUE  — Libertà ta’ stabbiliment  — Taxxa dovuta fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi  — Dispożittiv ta’ limitu massimu tat-taxxi diretti skont id-dħul  — Ftehim fiskali bilaterali intiż sabiex jiġi evitat intaxxar doppju  — Intaxxar tad-dividendi mqassma minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor u diġà suġġetti għat-taxxa f’ras il-għajn  — Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni jew teħid inkunsiderazzjoni parzjali tat-taxxa mħallsa f’dan l-Istat Membru ieħor għall-kalkolu tal-limitu massimu tat-taxxa  — Artikolu 65 TFUE  — Restrizzjoni  — Ġustifikazzjoni)

5

2014/C 135/06

Kawża C-456/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – O vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel, Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel vs B Direttiva 2004/38/KE  — Artikolu 21(1) TFUE  — Dritt ta’ moviment liberu u dritt ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri  — Benefiċjarji  — Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru li dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità tiegħu  — Ritorn taċ-ċittadin tal-Unjoni f’dan l-Istat Membru wara residenzi qosra fi Stat Membru ieħor

6

2014/C 135/07

Kawża C-457/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – S vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel, Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel vs G Artikoli 20 TFUE, 21(1) TFUE u 45 TFUE  — Direttiva 2004/38/KE  — Dritt ta’ moviment liberu u dritt ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri  — Benefiċjarji  — Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru li dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità tiegħu  — Ċittadin tal-Unjoni resident u ċittadin tal-istess Stat Membru  — Attivitajiet professjonali  — Spostament regolari lejn Stat Membru ieħor

7

2014/C 135/08

Kawża C-464/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – ATP Pension Service A/S vs Skatteministeriet (Sitt Direttiva tal-VAT  — Eżenzjonijiet  — Artikolu 13B(d)(3) u (6)  — Fondi speċjali ta’ investiment  — Skemi ta’ pensjonijiet tal-irtirar okkupazzjonali  — Amministrazzjoni  — Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw depożiti, kontijiet kurrenti, pagamenti u trasferimenti)

8

2014/C 135/09

Kawża C-512/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Octapharma France SAS vs Agence nationale de sécurité du médicament et des produits de santé (ANSM), Ministère des affaires sociales et de la santé Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet  — Direttiva 2001/83/KE  — Direttiva 2002/98/KE  — Kamp ta’ applikazzjoni  — Prodotti tad-demm mhux stabbli  — Plażma ppreparata skont proċessi industrijali  — Applikazzjoni simultanja jew esklużiva tad-direttivi  — Fakultà għal Stat Membru li jimplementa sistema iktar stretta għall-plażma milli għall-prodotti mediċinali

9

2014/C 135/10

Kawċa C-548/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Krefeld – il-Ġermanja) – Marc Brogsitter vs Fabrication de Montres Normandes Eurl., Karsten Fräßdorf (Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja  — Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali  — Regolament (KE) Nru 44/2001  — Ġurisdizzjoni speċjali  — Artikolu 5(1) u (3)  — Azzjoni għad-danni li jirriżultaw minn responsabbiltà ċivili  — Natura kuntrattwali jew delittwali)

10

2014/C 135/11

Kawża C-599/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge – il-Belġju) – BTW-eenheid BTWE Travel4you vs FOD Financiën (VAT  — Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar  — Tranżazzjonijiet magħmula barra mill-Unjoni Ewropea  — Sitt Direttiva 77/388/KEE  — Artikolu 28(3)  — Direttiva 2006/112/KE  — Artikolu 370  — Klawżoli ta’ standstill  — Emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali matul it-terminu ta’ traspożizzjoni)

10

2014/C 135/12

Kawżi Magħquda C-29/13 u C-30/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – Global Trans Lodzhistik OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna (Rinviju għal deċiżjoni preliminari  — Kodiċi Doganali tal-Komunità  — Artikoli 243 u 245  — Regolament (KEE) Nru 2454/93  — Artikolu 181a  — Deċiżjoni appellabbli  — Ammissibbiltà ta’ azzjoni ġudizzjarja mingħajr azzjoni amministrattiva minn qabel  — Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża)

11

2014/C 135/13

Kawża C-38/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Białymstoku – il-Polonja) – Małgorzata Nierodzik vs Samodzielny Publiczny Psychiatryczny Zakład Opieki Zdrowotnej im. dr Stanisława Deresza w Choroszczy (Rinviju għal deċiżjoni preliminari  — Politika soċjali  — Direttiva 1999/70/KE  — Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP  — Klawżola 4  — Kunċett ta’ kondizzjonijiet ta’ l-impjieg  — Perijodu ta’ preavviż ta’ rexissjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat  — Differenza fit-trattament mal-ħaddiema għal żmien indeterminat)

13

2014/C 135/14

Kawża C-52/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Posteshop SpA – Divisione Franchising Kipoint vs Autorità garante della concorrenza e del mercato, Presidenza del Consiglio dei Ministri (Rinviju għal deċiżjoni preliminari  — Direttiva 2006/114/KE  — Kunċetti ta’ reklamar qarrieqi u ta’ reklamar komparattiv  — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li r-reklamar qarrieqi u r-reklamar komparattiv illegali jikkostitwixxu żewġ fatti illegali distinti)

13

2014/C 135/15

Kawża C-107/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo – il-Bulgarija) – FIRIN OOD vs Direktor na Direktsia Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite (Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud  — Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa  — Pagamenti akkont  — Rifjut li jingħata t-tnaqqis  — Frodi  — Aġġustament tat-tnaqqis meta ma titwettaqx it-tranżazzjoni taxxabbli  — Kundizzjonijiet)

14

2014/C 135/16

Kawża C-132/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs ILME GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari  — Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet  — Direttiva 2006/95/KE  — Kunċett ta’ tagħmir elettriku  — Marka ta’ konformità CE  — Kejsings għal konnetturi multipolari tal-elettriku)

15

2014/C 135/17

Kawża C-155/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale di Mestre-Venezia – l-Italja) – Società Italiana Commercio e Servizi srl, fi stralċ (SICES) et vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Venezia (Agrikoltura  — Regolament (KE) Nru 341/2007  — Artikolu 6(4)  — Kwoti tariffarji  — Tewm ta’ oriġini Ċiniż  — Liċenzji ta’ importazzjoni  — Natura mhux trasferibbli tad-drittijiet li jirriżultaw minn ċerti liċenzji ta’ importazzjoni  — Evitar  — Abbuż ta’ dritt)

16

2014/C 135/18

Kawża C-190/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona – Spanja) – Antonio Márquez Samohano vs Universitat Pompeu Fabra (Politika soċjali  — Direttiva 1999/70/KE  — Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP  — Universitajiet  — Għalliema assoċjati  — Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi  — Klawżola 5(1)  — Miżuri li huma intiżi li jipprevjenu l-użu abbużiv tal-kuntratti għal żmien determinat  — Kunċett ta’ raġunijiet oġġettivi li jiġġustifikaw tali kuntratti  — Klawżola 3  — Kunċett ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat  — Sanzjonijiet  — Dritt għal kumpens  — Differenza fit-trattament bejn ħaddiema għal żmien indeterminat)

17

2014/C 135/19

Kawża C-204/13: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Saarlouis vs Heinz Malburg (Tassazzjoni  — Taxxa fuq il-valur miżjud  — Oriġini u skop tad-dritt ta’ tnaqqis  — Xoljiment ta’ kumpannija minn membru  — Xiri ta’ parti mill-klijentela ta’ din il-kumpannija  — Trasferiment in natura f’kumpannija oħra  — Ħlas tat-taxxa tal-input  — Tnaqqis possibbli)

18

2014/C 135/20

Kawża C-30/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Jannar 2014 – Ryanair Ltd vs PR Aviation BV

18

2014/C 135/21

Kawża C-42/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-27 ta’ Jannar 2014 – Minister Finansów vs Wojskowa Agencja Mieszkaniowa w Warszawie

19

2014/C 135/22

Kawża C-49/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Cartagena (Spanja) fit-3 ta’ Frar 2014 – Finanmadrid E.F.C, SA vs Jesús Vicente Albán Zambrano et

20

2014/C 135/23

Kawża C-54/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Madrid (Spanja) fil-5 ta’ Frar 2014 – Rafael Villafañez Gallego u María Pérez Anguio vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

20

2014/C 135/24

Kawża C-56/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Turnhout (il-Belġju) fil-5 ta’ Frar 2014 – Openbaar Ministerie vs Marc Emiel Melanie De Beuckeleer et

21

2014/C 135/25

Kawża C-61/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale regionale di giustizia amministrativa di Trento (l-Italja) fis-7 ta’ Frar 2014 – Orizzonte Salute – Studio Infermieristico Associato vs Azienda Pubblica di Servizi alla persona San Valentino et

21

2014/C 135/26

Kawża C-63/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

22

2014/C 135/27

Kawża C-70/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Viseu (il-Portugall) fl-10 ta’ Frar 2014 – Agrocaramulo – Empreendimentos Agropecuários do Caramulo SA vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)

23

2014/C 135/28

Kawża C-75/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 3 de Ávila (Spanja) fil-11 ta’ Frar 2014 – Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, SA vs Francisco Javier Rodríguez Barbero u María Ángeles Barbero Gutiérrez

23

2014/C 135/29

Kawża C-88/14: Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

24

2014/C 135/30

Kawża C-102/14 P: Appell ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2014 minn Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-13 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-134/12, Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT vs Il-Kummissjoni

25

2014/C 135/31

Kawża C-114/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

26

2014/C 135/32

Kawża C-116/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

27

2014/C 135/33

Kawża C-121/14: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2014 – Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

28

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 135/34

Kawża T-292/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Cemex et vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni  — Proċedura amministrattiva  — Deċiżjoni li tintalab informazzjoni  — Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba  — Obbligu ta’ motivazzjoni  — Proporzjonalità)

29

2014/C 135/35

Kawża T-293/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Holcim (il-Ġermanja) u Holcim vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni  — Proċedura amministrattiva  — Deċiżjoni dwar talba għal informazzjoni  — Natura neċessarja ta’ informazzjoni mitluba  — Obbligu ta’ motivazzjoni  — Proporzjonalità)

29

2014/C 135/36

Kawża T-296/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Cementos Portland Valderrivas vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni  — Proċedura amministrattiva  — Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni  — Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba  — Indizji suffiċjentement serji  — Stħarriġ ġudizzjarju  — Proporzjonalità)

30

2014/C 135/37

Kawża T-297/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Buzzi Unicem vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni  — Proċedura amministrattiva  — Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni  — Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba  — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba  — Obbligu ta’ motivazzjoni  — Proporzjonalità)

31

2014/C 135/38

Kawża T-302/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – HeidelbergCement vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni  — Proċedura amministrattiva  — Deċiżjoni li tintalab informazzjoni  — Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba  — Obbligu ta’ motivazzjoni  — Proporzjonalità)

31

2014/C 135/39

Kawża T-305/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Italmobiliare vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni  — Proċedura amministrattiva  — Deċiżjoni li tintalab informazzjoni  — Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba  — Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba  — Obbligu ta’ motivazzjoni  — Proporzjonalità)

32

2014/C 135/40

Kawża T-306/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Schwenk Zement vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni  — Proċedura amministrattiva  — Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni  — Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba  — Obbligu ta’ motivazzjoni  — Proporzjonalità)

32

2014/C 135/41

Kawża T-131/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Lardini vs UASI (Tqegħid ta’ fjura fuq pavru) [Trade mark Komunitarja  — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fit-tqegħid ta’ fjura fuq pavru  — Raġuni assoluta għal rifjut  — Assenza ta’ karattru distintiv  — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009]

33

2014/C 135/42

Kawża T-134/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2014 – FESI vs Il-Kunsill (“Rikors għal annullament  — Dumping  — Estensjoni tad-dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina miċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw  — Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil importaturi indipendenti  — Nuqqas ta’ interess individwali  — Att leġiżlattiv li jinkludi fih miżuri ta’ implementazzjoni  — Inammissibbiltà)

34

2014/C 135/43

Kawża T-430/10: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2014 – – Magnesitas de Rubián et vs Il-Kummissjoni (Ambjent  — Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis  — Dokument ta’ referenza dwar l-aħjar tekniki disponibbli fl-industriji tas-siment, tal-ġir u tal-manjesju  — Talba sabiex jiġi ddikjarat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni  — Ċaħda  — Rinunzja  — Tħassir)

34

2014/C 135/44

Kawża T-158/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2014 – Magnesitas de Rubián et vs Il-Parlament u Il-Kunsill (Ambjent  — Prevenzjoni u tnaqqis integrat tat-tniġġis  — Deċiżjoni individwali li tinsab fl-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2010/75/UE  — Talba għal konstatazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni  — Ċaħda  — Rinunzja  — Tħassir)

35

2014/C 135/45

Kawża T-411/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2014 – Hemofarm vs UASI – Laboratorios Diafarm (HEMOFARM) (Trade mark Komunitarja  — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni  — Irtirar tal-oppożizzjoni  — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

36

2014/C 135/46

Kawża T-240/12 u T-211/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2014 – Eni vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni  — Akkordji  — Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni  — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE  — Annullament parzjali u tibdil mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni  — Tkomplija tal-proċedura  — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida  — Għeluq tal-proċedura  — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

36

2014/C 135/47

Kawża T-241/12 u 210/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2014 – Versalis vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni  — Akkordji  — Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni  — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE  — Annullament parzjali u tibdil mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni  — Tkomplija tal-proċedura  — Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida  — Għeluq tal-proċedura  — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

37

2014/C 135/48

Kawża T-518/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2014 – Spirlea vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament  — Saħħa pubblika  — Deċiżjoni ta’ għeluq ta’ proċedura fil-kuntest tal-proġett EU Pilot  — Nuqqas ta’ azzjoni fuq ilment  — Nuqqas ta’ tressiq ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu  — Inammissibbiltà)

38

2014/C 135/49

Kawża T-187/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2014 – Jannatian vs Il-Kunsill (Rikors għal annullament  — Politika barranija u ta’ sigurtà komuni  — Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran  — Lista tal-persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi  — Terminu għall-preżentata ta’ rikors  — Tardività  — Inammissibbiltà)

38

2014/C 135/50

Kawża T-578/13 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2014 – Luxembourg Pamol (Ċipru) u Luxembourg Industries vs Il-Kummissjoni [Proċeduri għal miżuri provviżorji  — Proċedura għat- tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti  — Pubblikazzjoni ta’ dokumenti dwar l-inklużjoni ta’ sustanza attiva  — Ċaħda tat-talba għal trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni  — Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni  — Ammissibbiltà  — Urġenza  — Fumus boni juris  — Ibbilanċjar tal-interessi]

39

2014/C 135/51

Kawża T-1/14 R: Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2014 – Aluminios Cortizo u Cortizo Cartera vs Il-Kummissjoni [Proċeduri għal miżuri provviżorji  — Għajnuna mill-Istat  — Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli favur ċerti gruppi ta’ interess ekonomiku (GIE) u l-investituri tagħhom  — Sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehim ta’ leasing finanzjarju għall-akkwist ta’ vapuri (sistema Spanjola ta’ leasing fiskali)  — Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni  — Nuqqas ta’ rekwiżiti proċedurali  — Inammissibbiltà]

40

2014/C 135/52

Kawża T-506/12: Appell ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2014 minn Eva Cuallado Martorell mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Settembru 2012 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-96/09, Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni

40

2014/C 135/53

Kawża T-11/14: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2014 – Grundig Multimedia vs UASI (Pianissimo)

41

2014/C 135/54

Kawża T-36/14: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2014 – St’art et vs Il-Kummissjoni

42

2014/C 135/55

Kawża T-65/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill

43

2014/C 135/56

Kawża T-74/14: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2014 – Franza vs Il-Kummissjoni

44

2014/C 135/57

Kawża T-76/14: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 – Morningstar vs Il-Kummissjoni

45

2014/C 135/58

Kawża T-77/14: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 – EE Ltd vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond griż)

46

2014/C 135/59

Kawża T-78/14: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 – Benediktinerabtei St. Bonifaz vs UASI – Andechser Molkerei Scheitz (Genuß für Leib & Seele KLOSTER Andechs SEIT 1455)

46

2014/C 135/60

Kawża T-81/14: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2014 – Energy Brands vs UASI – Smart Wines (SMARTWATER)

47

2014/C 135/61

Kawża T-84/14: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2014 – Harrys Pubar vs UASI – Harry’s New York Bar (HARRY’S NEW YORK BAR)

48

2014/C 135/62

Kawża T-85/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2014 – Infocit vs UASI DIN (DINKOOL)

48

2014/C 135/63

Kawża T-89/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2014 – Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill

49

2014/C 135/64

Kawża T-90/14: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2014 – Secolux vs Il-Kummissjoni u CdT

50

2014/C 135/65

Kawża T-93/14: Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2014 – St’art et vs Il-Kummissjoni

51

2014/C 135/66

Kawża T-94/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2014 – EE vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ disinn ikkulurit)

52

2014/C 135/67

Kawża T-96/14: Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2014 – Vimeo vs UASI – PT Comunicações (VIMEO)

52

2014/C 135/68

Kawża T-130/14 P: Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2014 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-12 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża F-142/11, Simpson vs Il-Kunsill

53

2014/C 135/69

Kawża T-132/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2014 – Albis Plastic vs UASI- IQAP Masterbatch Group (ALCOLOR)

53

2014/C 135/70

Kawża T-135/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2014 – Kicktipp vs UASI – Società Italiana Calzature (kicktipp)

54

2014/C 135/71

Kawża T-136/14: Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2014 – Tilda Riceland Private vs UASI – Siam Grains (BASMALI LONG GRAIN RICE RIZ LONG DE LUXE)

55

2014/C 135/72

Kawża T-134/14: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2014 – I Castellani vs UASI – Chomarat (li tirrapreżenta ċirku)

55

2014/C 135/73

Kawża T-140/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Bora Creations vs UASI (gel nails at home)

56

2014/C 135/74

Kawża T-143/14: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2014 – EE vs UASI

57

2014/C 135/75

Kawża T-144/14: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2014 – EE vs UASI (Mudell b’disinn bit-tikek tal-avorju)

57

2014/C 135/76

Kawża T-156/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2014 – Volkswagen vs UASI (StartUp)

58

2014/C 135/77

Kawża T-162/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Canadian Solar Emea et vs Il-Kunsill

58

2014/C 135/78

Kawża T-163/14: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Canadian Solar Emea et vs Il-Kunsill

59

2014/C 135/79

Kawża T-168/14: Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2014 – Pérez Gutiérrez vs Il-Kummissjoni

60

2014/C 135/80

Kawża T-119/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2014 – USFSPEI u Loescher vs Il-Kunsill  1

61

2014/C 135/81

Kawża T-600/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2014 – Bimbo vs UASI (FIBRA PROTEÍNAS NUTRIENTES)  1

61

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/1


2014/C 135/01

L-aħħar pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 129, 28.4.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 112, 14.4.2014

ĠU C 102, 7.4.2014

ĠU C 93, 29.3.2014

ĠU C 85, 22.3.2014

ĠU C 78, 15.3.2014

ĠU C 71, 8.3.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/2


DEĊIŻJONI TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

tal-25 ta’ Marzu 2014

dwar il-jiem ta’ vaganza legali u l-vaganzi ġudizzjarji

2014/C 135/02

IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA

wara li rat l-Artikolu 24(2), (4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura,

billi tikkunsidra li, skont din id-dispożizzjoni, hemm lok li tiġi stabbilita l-lista tal-jiem ta’ vaganza legali u li jiġu ffissati d-dati tal-vaganzi ġudizzjarji,

TADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-lista tal-jiem ta’ vaganza legali fis-sens tal-Artikolu 24(4) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura hija stabbilita kif ġej:

l-1 ta’ Jannar,

it-Tnejn ta’ wara l-Għid,

l-1 ta’ Mejju,

l-Axxensjoni,

it-Tnejn ta’ wara Pentekoste,

it-23 ta’ Ġunju,

il-15 ta’ Awwissu,

l-1 ta’ Novembru,

il-25 ta’ Diċembru,

is-26 ta’ Diċembru.

Artikolu 2

Għall-perijodu bejn l-1 ta’ Novembru 2014 u l-31 ta’ Ottubru 2015, id-dati tal-vaganzi ġudizzjarji fis-sens tal-Artikolu 24(2) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura huma stabbiliti kif ġej:

Milied 2014: mit-Tnejn 15 ta’ Diċembru 2014 sal-Ħadd 4 ta’ Jannar 2015, biż-żewġ ġranet inklużi,

Għid 2015: mit-Tnejn 30 ta’ Marzu 2015 sal-Ħadd 12 ta’ April 2015, biż-żewġ ġranet inklużi,

Sajf 2015: mill-Ġimgħa 17 ta’ Lulju 2015 sal-Ħadd 30 ta’ Awwissu 2015, biż-żewġ ġranet inklużi.

Artikolu 3

Din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Adottat fil-Lussemburgu, il-25 ta’ Marzu 2014.

Ir-Reġistratur

A. CALOT ESCOBAR

Il-President

V. SKOURIS


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/3


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tartu Ringkonnakohus – l-Estonja) – A Karuse AS vs Politsei- ja Piirivalveamet

(Kawża C-222/12) (1)

((Trasport bit-triq - Regolament (KE) Nru 561/2006 - Obbligu li jintuża takografu - Deroga għal vetturi użati fil-kuntest ta’ attivitajiet marbuta mal-manutenzjoni tat-toroq - Vettura li tittrasporta żrar mill-post fejn issir it-tagħbija sal-post fejn isiru x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni tat-toroq))

2014/C 135/03

Lingwa tal-kawża: l-Estonjan

Qorti tar-rinviju

Tartu Ringkonnakohus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: A Karuse AS

Konvenut: Politsei- ja Piirivalveamet

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Tartu Ringkonnakohus – Interpretazzjoni tal-Artikolu 13(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġislazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85 (ĠU L 102, p. 1) – Obbligu li jintuża takografu – Deroga mill-obbligu għall-vetturi użati fil-kuntest ta’ attivitajiet marbuta mal-manutenzjoni tat-toroq – Trakk tat-tip “dumper”, li jimxi bil-magna tiegħu stess u b’piż massimu ta’ 25,5 tunnellata, li jittrasporta, billi juża t-triq pubblika, iż-żrar mill-barriera sal-post fejn ikunu qegħdin isiru x-xogħlijiet ta’ tiswija u ta’ manutenzjoni tat-toroq

Dispożittiv

Il-kunċett ta’ “vetturi wżati b’konnessjoni mal-manutenzjoni tat-toroq”, li jissemma fl-Artikolu 13(1)(h) tar-Regolament Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x’taqsam mat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 u (KE) Nru 2135/98 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3820/85, liema vetturi jistgħu jiġu eżentati mill-użu ta’ takografu, għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi vetturi li jittrasportaw materjal sal-post fejn ikunu qegħdin isiru x-xogħlijiet ta’ manutenzjoni tat-toroq, sakemm it-trasport ikun marbut kompletament u esklużivament mat-twettiq tal-imsemmija xogħlijiet u jikkostitwixxi attività anċillari għalihom. Hija l-qorti nazzjonali li għandha tevalwa jekk dan huwiex il-każ billi tieħu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha rilevanti fil-kawża prinċipali.


(1)  ĠU C 209, 14.07.2012.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/4


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Dortmund-West vs Klinikum Dortmund gGmbH

(Kawża C-366/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 13A(1)(b) - Provvista ta’ oġġetti - Provvista ta’ mediċini ċitostatiċi għat-trattament ta’ “out-patients” - Provvisti mogħtija minn persuni taxxabbli differenti - Artikolu 13A(1)(ċ) - Provvista ta’ kura medika - Mediċini preskritti minn tabib li jeżerċita f’kapaċità indipendenti fl-isptar - Tranżazzjonijiet relatati mill-viċin - Provvisti anċillari għall-provvista ta’ kura medika - Tranżazzjonijiet fiżikament u ekonomikament inseparabbli))

2014/C 135/04

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt Dortmund-West

Konvenuta: Klinikum Dortmund gGmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Bundesfinanzhof – Interpretazzjoni tal-Artikolu 13A(1)(b) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) – Kunċett ta’ tranżazzjonijiet relatati mill-viċin mas-servizzi ta’ kura b’soġġorn fi sptar u ta’ kura medika – Tranżazzjoni li ma tikkostitwixxix provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 6 tad-Direttiva – Tranżazzjoni li ssir minn persuna taxxabbli li ma hijiex dik li tipprovdi s-servizzi ta’ kura b’soġġorn fi sptar jew kura medika – Tranżazzjoni relatata mill-viċin mal-kura medika li ma hijiex eżenti

Dispożittiv

Provvista ta’ oġġetti, bħalma huma l-mediċini ċitostatiċi inkwistjoni fil-kawża prinċipali, preskritti għal trattament “out-patient” kontra l-kanċer minn tobba li jeżerċitaw f’kapaċità indipendenti fi sptar, ma tistax tiġi eżentata mit-taxxa fuq il-valur miżjud skont l-Artikolu 13A(1)(ċ) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2005/92/KE, tat-12 ta’ Diċembru 2005, sakemm din il-provvista ma tkunx fiżikament u ekonomikament inseparabbli mill-provvista ta’ kura medika prinċipali, li għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.


(1)  ĠU C 366, 24.11.2012.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/5


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tat-Tribunal administratif de Grenoble – Franza) – Margaretha Bouanich vs Direction départementale des finances publiques de la Drôme

(Kawża C-375/12) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Artikolu 63 TFUE - Moviment liberu tal-kapital - Artikolu 49 TFUE - Libertà ta’ stabbiliment - Taxxa dovuta fuq id-dħul tal-persuni fiżiċi - Dispożittiv ta’ limitu massimu tat-taxxi diretti skont id-dħul - Ftehim fiskali bilaterali intiż sabiex jiġi evitat intaxxar doppju - Intaxxar tad-dividendi mqassma minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor u diġà suġġetti għat-taxxa f’ras il-għajn - Nuqqas ta’ teħid inkunsiderazzjoni jew teħid inkunsiderazzjoni parzjali tat-taxxa mħallsa f’dan l-Istat Membru ieħor għall-kalkolu tal-limitu massimu tat-taxxa - Artikolu 65 TFUE - Restrizzjoni - Ġustifikazzjoni))

2014/C 135/05

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal administratif de Grenoble

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Margaretha Bouanich

Konvenuta: Direction départementale des finances publiques de la Drôme

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Tribunal administratif de Grenoble – Interpretazzjoni tal-Artikoli 49, 63 u 65 TFUE – Leġiżlazzjoni nazzjonali fil-qasam tat-taxxa fuq id-dħul ta’ persuni fiżiċi li jilħqu l-proporzjon massimu tat-taxxi diretti dovuti minn persuna taxxabbli – Mekkaniżmu msejjaħ “ilqugħ fiskali” – Ftehim fiskali bilaterali – Intaxxar tad-dividendi distribwiti minn kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor u li jkunu diġà ġew intaxxati f’ras il-għajn – Teħid inkunsiderazzjoni parzjali tas-somom imħallsa f’ras il-għajn għall-kalkolu tal-limitu massimu tat-taxxa – Ġustifikazzjoni ta’ tali leġiżlazzjoni abbażi tal-koerenza tas-sistema fiskali, tat-tqassim ibbilanċjat tas-setgħa ta’ impożizzjoni bejn l-Istati Membri, jew abbażi ta’ kull raġuni imperattiva oħra ta’ interess ġenerali

Dispożittiv

L-Artikoli 49 TFUE, 63 TFUE u 65 TFUE għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru skont liema, meta resident ta’ dan l-Istat Membru, azzjonist ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor, jirċievi dividendi intaxxati fiż-żewġ Stati u meta t-tassazzjoni doppja tkun irregolata bl-imputazzjoni fl-Istat ta’ residenza bi kreditu ta’ taxxa ta’ ammont li jikkorrispondi għal dak tat-taxxa mħallsa fl-Istat tal-kumpannija distributriċi, dispożittiv ta’ limitu massimu ta’ diversi taxxi diretti sa ċertu perċentwali tad-dħul irċevut matul sena ma jiħux inkunsiderazzjoni, jew jieħu inkunsiderazzjoni biss parzjalment, it-taxxa mħallsa fl-Istat tal-kumpannija distributriċi.


(1)  ĠU C 319, 20.10.2012.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – O vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel, Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel vs B

(Kawża C-456/12) (1)

(Direttiva 2004/38/KE - Artikolu 21(1) TFUE - Dritt ta’ moviment liberu u dritt ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri - Benefiċjarji - Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru li dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità tiegħu - Ritorn taċ-ċittadin tal-Unjoni f’dan l-Istat Membru wara residenzi qosra fi Stat Membru ieħor)

2014/C 135/06

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: O, Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel

Konvenut: Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel, B

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Interpretazzjoni tal-Artikoli 20, 21, 45 u 56 TFUE u tal-Artikoli 3(1), 6 u 7(1) u (2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fir-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) – Dritt ta’ dħul u ta’ residenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, membri tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni – Ritorn taċ-ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu wara residenza fi Stat Membru ieħor bħala ċittadin tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 21 TFUE u bħala destinatarju ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 56 TFUE – Applikazzjoni b’analoġija tad-Direttiva, bħal fil-Kawżi C-370/90 (Singh) u C-291/05 (Eind)

Dispożittiv

L-Artikolu 21(1) TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li, f’sitwazzjoni fejn ċittadin tal-Unjoni jkun żviluppa jew ikkonsolida ħajja tal-familja ma’ ċittadin ta’ Stat terz meta rrisjeda effettivament, skont u b’osservanza tal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 7(1) u (2) jew 16(1) u (2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, fi Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità tiegħu, id-dispożizzjonijiet ta’ din l-istess direttiva japplikaw b’analoġija meta l-imsemmi ċittadin tal-Unjoni jerġa’ lura, flimkien mal-membru tal-familja tiegħu kkonċernat, fl-Istat Membru ta’ oriġni tiegħu. Għaldaqstant, il-kundizzjonijiet għall-għoti ta’ dritt ta’ residenza derivat liċ-ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja tal-imsemmi ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru ta’ oriġini ta’ dan tal-aħħar, bħala regola, ma għandhomx ikunu iktar stretti minn dawk previsti mill-imsemmija direttiva għall-għoti ta’ dritt ta’ residenza derivat lil ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, li jkun eżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu billi joqgħod fi Stat Membru differenti minn dak tan-nazzjonalità tiegħu.


(1)  ĠU 26, 26.01.2013


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/7


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-12 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Raad van State – il-Pajjiżi l-Baxxi) – S vs Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel, Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel vs G

(Kawża C-457/12) (1)

(Artikoli 20 TFUE, 21(1) TFUE u 45 TFUE - Direttiva 2004/38/KE - Dritt ta’ moviment liberu u dritt ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri - Benefiċjarji - Dritt ta’ residenza ta’ ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, fl-Istat Membru li dan iċ-ċittadin għandu n-nazzjonalità tiegħu - Ċittadin tal-Unjoni resident u ċittadin tal-istess Stat Membru - Attivitajiet professjonali - Spostament regolari lejn Stat Membru ieħor)

2014/C 135/07

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Raad van State

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: S, Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel

Konvenut: Minister voor Immigratie, Integratie en Asiel, G

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Raad van State – Il-Pajjiżi l-Baxxi – Interpretazzjoni tal-Artikoli 20, 21, 45 u 56 TFUE u tal-Artikoli 3(1), 6 u 7(1) u (2) tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46) – Benefiċjarji tad-dritt ta’ moviment liberu u ta’ residenza libera fit-territorju tal-Istati Membri – Ċittadin ta’ pajjiż terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li jirresjedi fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu u li jaħdem fi Stat Membru ieħor għal persuna li timpjega li hija stabbilita hemmhekk – Ċittadin ta’ pajjiż terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni li jirresjedi u jaħdem fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu, iżda li jmur ta’ spiss, fil-kuntest ta’ xogħlu, fi Stat Membru ieħor

Dispożittiv

Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li ma jipprekludux Stat Membru milli jirrifjuta d-dritt ta’ residenza lil ċittadin ta’ Stat terz, membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, meta l-imsemmi ċittadin ikollu n-nazzjonalità tal-imsemmi Stat Membru u jkun joqgħod f’dan l-istess Stat, iżda jkun imur regolarment fi Stat Membru ieħor fil-kuntest tal-attivitajiet professjonali tiegħu.

L-Artikolu 45 TFUE għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkonferixxi lil membru tal-familja ta’ ċittadin tal-Unjoni, ċittadin ta’ Stat terz, dritt ta’ residenza derivat fl-Istat Membru tan-nazzjonalità ta’ dan iċ-ċittadin, meta l-imsemmi ċittadin ikun jirrisjedi f’dan l-aħħar Stat, iżda jkun imur regolarment fi Stat Membru ieħor bħala ħaddiem fis-sens tal-imsemmija dispożizzjoni, peress li r-rifjut ta’ tali dritt ta’ residenza għandu effett dissważiv fuq l-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet li l-ħaddiem ikkonċernat għandu skont l-Artikolu 45 TFUE, li hija l-qorti nazzjonali li għandha tivverifika.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/8


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Østre Landsret – id-Danimarka) – ATP Pension Service A/S vs Skatteministeriet

(Kawża C-464/12) (1)

((Sitt Direttiva tal-VAT - Eżenzjonijiet - Artikolu 13B(d)(3) u (6) - Fondi speċjali ta’ investiment - Skemi ta’ pensjonijiet tal-irtirar okkupazzjonali - Amministrazzjoni - Tranżazzjonijiet li jikkonċernaw depożiti, kontijiet kurrenti, pagamenti u trasferimenti))

2014/C 135/08

Lingwa tal-kawża: id-Daniż

Qorti tar-rinviju

Østre Landsret

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: ATP Pension Service A/S

Konvenut: Skatteministeriet

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Østre Landsret – Interpretazzjoni tal-Artikolu 13(B)(d)(3) u (6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KE, tas-17 ta’ Mejju 1997, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23.) – Eżenzjonijiet favur tranżazzjonijiet li jikkonċernaw depożiti jew kontijiet kurrenti u favur l-amministrazzjoni ta’ fondi speċjali ta’ investiment – Provvista ta’ servizzi relatati mal-ħlasijiet ta’ fondi lil fond ta’ rtirar

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, għandu jiġi interpretat fis-sens li jistgħu jaqgħu taħt din id-dispożizzjoni fondi ta’ irtirar, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, meta huma ffinanzjati mill-benefiċjarji tal-pensjonijiet imħallsa, li t-tfaddil huwa investit skont il-prinċipju ta’ tqassim tar-riskji u li r-riskju tal-investimenti jiġi sostnut mill-affiljati. F’dan ir-rigward ma tantx huwa ta’ rilevanza li l-kontribuzzjonijiet huma mħallsa mill-persuna li timpjega, li l-ammont tagħhom jirriżulta minn ftehim kollettivi bejn l-organizzazzjonijiet tal-persuni li jimpjegaw u s-sindakati, li l-modalitajiet finanzjarji tal-ħlas lura tat-tfaddil huma diversi, li l-kontribuzzjonijiet jistgħu jkunu s-suġġett ta’ tnaqqis skont ir-regoli applikabbli għat-taxxa fuq id-dħul jew li huwa possibbli li magħhom jiżdied element ta’ assigurazzjoni anċillari.

2)

L-Artikolu 13B(d)(6) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “maniġġjar ta’ fondi speċjali ta’ investiment”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, ikopri provvista ta’ servizzi li permezz tagħhom organu jinkorpora d-drittijiet tal-affiljati lejn il-fondi ta’ rtirar permezz tal-ħolqien ta’ kontijiet u l-inklużjoni f’dawn il-kontijiet tal-kontribuzzjonijiet imħallsa fis-sistema tal-iskemi ta’ pensjonijiet tal-irtirar. Dan il-kunċett ikopri wkoll is-servizzi ta’ kontabbiltà u ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet, bħal dawk li huma inklużi fl-Anness II tad-Direttiva tal-Kunsill 85/611/KEE, tal-20 ta’ Diċembru 1985, dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għal impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS), kif emendat bid-Direttivi 2001/107/KE u 2001/108/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Jannar 2002.

3)

L-Artikolu 13B(d)(3) tas-Sitt Direttiva 77/388 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżenzjoni mit-taxxa fuq il-valur miżjud prevista minn din id-dispożizzjoni għat-tranżazzjonijiet dwar pagamenti u trasferimenti tapplika għal provvista ta’ servizzi li permezz tagħhom organu jinkorpora d-drittijiet tal-affiljati lejn il-fondi ta’ irtirar permezz tal-ħolqien tal-kontijiet ta’ dawn l-affiljati fis-sistema tal-iskema ta’ pensjonijiet tal-irtirar u l-inklużjoni tal-kontribuzzjonijiet minn dawn l-affiljati fil-kont tagħhom kif ukoll tat-tranżazzjonijiet li huma anċillari għal tali servizzi jew li jikkostitwixxu servizz ekonomiku wieħed.


(1)  ĠU C 9, 12.01.2013.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Conseil d’État – Franza) – Octapharma France SAS vs Agence nationale de sécurité du médicament et des produits de santé (ANSM), Ministère des affaires sociales et de la santé

(Kawża C-512/12) (1)

(Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2001/83/KE - Direttiva 2002/98/KE - Kamp ta’ applikazzjoni - Prodotti tad-demm mhux stabbli - Plażma ppreparata skont proċessi industrijali - Applikazzjoni simultanja jew esklużiva tad-direttivi - Fakultà għal Stat Membru li jimplementa sistema iktar stretta għall-plażma milli għall-prodotti mediċinali)

2014/C 135/09

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Qorti tar-rinviju

Conseil d’État

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Octapharma France SAS

Konvenuti: Agence nationale de sécurité du médicament et des produits de santé (ANSM), Ministère des affaires sociales et de la santé

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Conseil d’État (Franza) – Interpretazzjoni tal-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69) kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 34, p. 262) – Interpretazzjoni tal-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Jannar 2003, li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-iproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 7, p. 346) u tal-Artikolu 168 TFUE – Prodotti tad-demm mhux stabbli – Plażma ppreparata skont proċessi industrijali – Applikazzjoni simultanja ta’ żewġ direttivi jew applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83/KE biss minħabba karattru inqas rigoruż tas-sistema stabbilita mid-Direttiva 2002/98/KE – Possibbiltà għal Stat Membru li jadotta jew iżomm dispożizzjonijiet nazzjonali li jimplementaw sistema iktar stretta għall-plażma ppreparata skont proċessi industrijali kif ukoll għall-prodotti mediċinali – Nuqqas ta’ applikazzjoni de facto tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2001/83/KE dwar il-kundizzjoni ta’ ksib minn qabel ta’ awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq

Dispożittiv

1)

Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem, kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, u d-Direttiva 2002/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Jannar 2003, li tistabbilixxi livelli stabbiliti ta’ kwalità u sigurtà għall-ġbir, l-ittestjar, l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim ta’ demm tal-bniedem u komponenti tad-demm u li temenda d-Direttiva 2001/83/KE, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-plażma meħuda minn demm sħiħ intiża għat-trasfużjoni li l-produzzjoni tagħha tinvolvi proċess industrijali taqa’, skont l-Artikolu 109 tad-Direttiva 2001/83, fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2002/98, f’dak li jikkonċerna l-ġbir u l-ittestjar tagħha, u f’dak tad-Direttiva 2001/83, kif emendata bid-Direttiva 2004/27/KE, f’dak li jikkonċerna l-ipproċessar, il-ħażna u t-tqassim tagħha, bil-kundizzjoni li jikkonforma mad-definizzjoni ta’ prodott mediċinali skont l-Artikolu 1(2) ta’ din id-direttiva.

2)

L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2002/98, moqri fid-dawl tal-Artikolu 168 TFUE, għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti ż-żamma jew l-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jissuġġettaw il-plażma li l-produzzjoni tagħha tinvolvi proċess industrijali għal sistema iktar stretta minn dik li huma suġġetti għaliha l-prodotti mediċinali għal dak li jikkonċerna l-ġbir u l-ittestjar tagħha biss.


(1)  ĠU C 26, 26.01.2013.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Krefeld – il-Ġermanja) – Marc Brogsitter vs Fabrication de Montres Normandes Eurl., Karsten Fräßdorf

(Kawċa C-548/12) (1)

((Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja - Ġurisdizzjoni f’materji ċivili u kummerċjali - Regolament (KE) Nru 44/2001 - Ġurisdizzjoni speċjali - Artikolu 5(1) u (3) - Azzjoni għad-danni li jirriżultaw minn responsabbiltà ċivili - Natura kuntrattwali jew delittwali))

2014/C 135/10

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Krefeld

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Marc Brogsitter

Konvenuti: Fabrication de Montres Normandes Eurl., Karsten Fräßdorf

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Landgericht Krefeld – Interpretazzjoni tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42) – Ġurisdizzjoni speċjali – Rikors ippreżentat quddiem qorti li għandha ġurisdizzjoni fil-qasam tar-responsabbiltà delittwali – Sitwazzjoni li fiha l-att delittwali twettaq fil-kuntest ta’ kuntratt bejn l-awtur tiegħu u l-persuna li tkun ġarrbet il-ħsara u l-qorti tal-post tat-twettiq tal-obbligu tinsab fi Stat Membru ieħor – Determinazzjoni tal-qorti li għandha ġurisdizzjoni

Dispożittiv

Azzjonijiet għad-danni, bħal dawk fil-kawża prinċipali, li jirriżultaw minn responsabbiltà ċivili ta’ natura delittwali fid-dritt nazzjonali, għandhom, madankollu, jitqiesu li jaqgħu taħt “materji li għandhom x’jaqsmu ma’ xi kuntratt”, fis-sens tal-Artikolu 5(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali, jekk l-aġir ikkritikat jista’ jitqies li huwa nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligi kuntrattwali, liema obbligi jistgħu jiġu stabbiliti fid-dawl tas-suġġett tal-kuntratt.


(1)  ĠU C 101, 06.04.2013


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tar-Rechtbank van eerste aanleg te Brugge – il-Belġju) – BTW-eenheid BTWE Travel4you vs FOD Financiën

(Kawża C-599/12) (1)

((VAT - Skema speċjali għall-aġenziji tal-ivvjaġġar - Tranżazzjonijiet magħmula barra mill-Unjoni Ewropea - Sitt Direttiva 77/388/KEE - Artikolu 28(3) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 370 - Klawżoli ta’ “standstill” - Emenda tal-leġiżlazzjoni nazzjonali matul it-terminu ta’ traspożizzjoni))

2014/C 135/11

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Brugge

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Jetair NV, BTW-eenheid BTWE Travel4you

Konvenuta: FOD Financiën

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Rechtbank van eerste aanleg te Brugge – Interpretazzjoni tal-Artikoli 49 u 63 TFUE, tal-Artikoli 26(3) u 28(3)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) – Interpretazzjoni u validità tal-Artikoli 153, 309 u 370 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) – Sistema partikolari tal-aġenziji tal-ivvjaġġar – Provvista ta’ servizzi li tinvolvi r-rikors għal persuni suġġetti oħra sabiex jitwettqu tranżazzjonijiet barra mill-Unjoni – Nuqqas ta’ eżenzjoni – Prinċipji ta’ ugwaljanza, ta’ newtralità fiskali u ta’ proporzjonalità

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 28(3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-taxxi fuq il-valur tal-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif ukoll l-Artikolu 370 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, ma jipprekludux l-introduzzjoni minn Stat Membru qabel l-1 ta’ Jannar 1978, matul il-perijodu ta’ traspożizzjoni tas-Sitt Direttiva, ta’ dispożizzjoni li temenda l-leġiżlazzjoni eżistenti tagħha billi tissuġġetta għat-taxxa fuq il-valur miżjud it-tranżazzjonijiet ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar relatati ma’ vjaġġi magħmula barra mill-Unjoni Ewropea.

2)

Stat Membru ma jiksirx l-Artikolu 309 tad-Direttiva 2006/112 billi ma jassimilax il-provvisti ta’ servizzi ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar ma’ attivitajiet ta’ intermedjarji eżenti meta dawn il-provvisti jirrigwardaw vjaġġi magħmula barra mill-Unjoni u jissuġġetta l-imsemmija provvisti għat-taxxa fuq il-valur miżjud, meta jissuġġetta dawn il-provvisti għat-taxxa fuq il-valur miżjud, fl-1 ta’ Jannar 1978.

3)

L-Artikolu 370 tad-Direttiva VAT, moqri flimkien mal-punt 4 tal-Parti A tal-Anness X tal-imsemmija direttiva ma jiksirx id-dritt tal-Unjoni meta jagħti lill-Istati Membri d-dritt li jibqgħu jintaxxaw il-provvisti ta’ servizzi ta’ aġenziji tal-ivvjaġġar marbuta mal-vjaġġi magħmula barra mill-Unjoni Ewropea.

4)

Stat Membru ma jiksirx id-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ ugwaljanza, ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità fiskali, meta jittratta l-aġenziji tal-ivvjaġġar, fis-sens tal-Artikolu 26(1) tas-Sitt Direttiva 77/388 u tal-Artikolu 306 tad-Direttiva 2006/112, b’mod differenti mill-intermedjarji u billi jipprevedi regola bħad-Digriet Irjali tat-28 ta’ Novembru 1999, li skontu l-provvisti ta’ servizzi ta’ dawn l-aġenziji tal-ivvjaġġar biss, u mhux dawk tal-intermedjarji, jiġu ntaxxati meta dawn jirrigwardaw vjaġġi magħmula barra mill-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 86, 23.03.2013.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/11


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Sofia-grad – il-Bulgarija) – Global Trans Lodzhistik OOD vs Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

(Kawżi Magħquda C-29/13 u C-30/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kodiċi Doganali tal-Komunità - Artikoli 243 u 245 - Regolament (KEE) Nru 2454/93 - Artikolu 181a - Deċiżjoni appellabbli - Ammissibbiltà ta’ azzjoni ġudizzjarja mingħajr azzjoni amministrattiva minn qabel - Prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża))

2014/C 135/12

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Sofia-grad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Global Trans Lodzhistik OOD

Konvenuta: Nachalnik na Mitnitsa Stolichna

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Administrativen sad Sofia-grad – Interpretazzjoni tal-Artikoli 243 u 245 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307.) kif ukoll tal-Artikolu 181a(2), tar-Regolament tal Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93, tat-2 ta’ Lulju 1993, li jiffissa d dispożizzjonijiet għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 6 p. 3) – Prinċipji tad-drittijiet tad-difiża u tal-awtorità tar-res judicata – Dritt ta’ azzjoni kontra deċiżjoni tal-Awtorità Doganali ta’ rkupru a posteriori ta’ djun doganali, anki fil-każ ta’ deċiżjonijiet finali tal-imsemmija awtorità – Ammissibbiltà ta’ azzjoni ġudizzjarja mingħajr azzjoni amministrattiva minn qabel – Deċiżjoni tal-Awtorità Doganali meħuda bi ksur tar-rekwiżiti proċedurali – Obbligu ta’ qorti, f’tali każ, li tiddeċiedi dwar ir-rikors mingħajr ma tieħu inkunsiderazzjoni l-obbligu ta’ azzjoni amministrattiva minn qabel.

Dispożittiv

1)

Minn naħa, deċiżjoni, bħal waħda minn dawk inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li għandha bħala suġġett rettifika, abbażi tal-Artikolu 30(2)(b) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità, kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 82/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Diċembru 1996, tal-valur doganali ta’ merkanzija bil-konsegwenza tan-notifika lill-persuna li għamlet id-dikjarazzjoni ta’ aġġustament fiskali fir-rigward tat-taxxa fuq il-valur miżjud, tikkostitwixxi att appellabbli, fis-sens tal-Artikolu 243 ta’ dan ir-Regolament Nru 2913/92. Min-naħa l-oħra, fid-dawl tal-prinċipji ġenerali rigward ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tal-awtorità tar-res judicata, l-Artikolu 245 tal-imsemmi Regolament Nru 2913/92 ma jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawżi prinċipali, li tipprevedi żewġ rimedji distinti sabiex jiġu kkontestati d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet doganali, sakemm din il-leġiżlazzjoni la tmur kontra l-prinċipju ta’ ekwivalenza u lanqas kontra dak ta’ effettività.

2)

L-Artikolu 243 tar-Regolament Nru 2913/92 ma jissuġġettax l-ammissibbiltà ta’ azzjoni ġudizzjarja kontra d-deċiżjonijiet adottati abbażi l-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 3254/94, għall-kundizzjoni li l-possibbiltajiet ta’ azzjoni amministrattiva kontra dawn id-deċiżjonijiet ikunu ġew eżawriti qabel.

3)

L-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 3254/94, għandu jiġi interpretat fis-sens li deċiżjoni adottata abbażi ta’ dan l-artikolu għandha titqies bħala definittiva u tista’ tkun is-suġġett ta’ appell dirett quddiem awtorità ġudizzjarja indipendenti, anki fil-każ li tkun ġiet adottata bi ksur tad-dritt tal-persuna kkonċernata li tinstema’ u li tagħmel oġġezzjonijiet.

4)

Fil-każ ta’ ksur tad-dritt tal-persuna kkonċernata li tinstema’ u li tqajjem oġġezzjonijiet previst fl-Artikolu 181a(2) tar-Regolament Nru 2454/93, kif emendat bir-Regolament Nru 3254/94, hija l-qorti nazzjonali li għandha tiddetermina, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-każ inkwistjoni mressaq quddiemha u fid-dawl tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, jekk, ladarba d-deċiżjoni li tkun ġiet adottata bi ksur tal-prinċipju relatat mar-rispett tad-drittijiet tad-difiża jkollha tiġi annullata għal din ir-raġuni, hijiex marbuta tiddeċiedi fuq l-appell minn din id-deċiżjoni jew jekk tistax tikkunsidra li tibgħat lura t-tilwima quddiem l-awtorità amministrattiva kompetenti.


(1)  ĠU C 108, 13.4.2013.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tas-Sąd Rejonowy w Białymstoku – il-Polonja) – Małgorzata Nierodzik vs Samodzielny Publiczny Psychiatryczny Zakład Opieki Zdrowotnej im. dr Stanisława Deresza w Choroszczy

(Kawża C-38/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP - Klawżola 4 - Kunċett ta’ “kondizzjonijiet ta’ l-impjieg” - Perijodu ta’ preavviż ta’ rexissjoni ta’ kuntratt ta’ xogħol għal żmien determinat - Differenza fit-trattament mal-ħaddiema għal żmien indeterminat))

2014/C 135/13

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Rejonowy w Białymstoku

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Małgorzata Nierodzik

Konvenut: Samodzielny Publiczny Psychiatryczny Zakład Opieki Zdrowotnej im. dr Stanisława Deresza w Choroszczy

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Sąd Rejonowy w Białymstoku – Interpretazzjoni tal-Artikolu 1 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) kif ukoll tal-Klawżoli 1 u 4 tal-Anness ta’ din id-direttiva – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi perijodi ta’ preavviż inqas favorevoli fil-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat milli fil-kuntratti għal żmien indeterminat

Dispożittiv

Il-Klawżola 4(1), tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali li tipprevedi, għar-rexissjoni tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat ta’ iktar minn sitt xhur, il-possibbiltà li jiġi applikat perijodu ta’ preavviż fiss ta’ ġimagħtejn indipendentement mill-anzjanità tal-ħaddiem ikkonċernat, filwaqt li l-perijodu ta’ preavviż għar-rexissjoni fil-każ tal-kuntratti għal żmien indeterminat jiġi stabbilit skont l-anzjanità tal-ħaddiem ikkonċernat u jista’ jvarja minn ġimagħtejn sa tliet xhur, meta dawn iż-żewġ kategoriji ta’ ħaddiema jkunu jinsabu f’sitwazzjonijiet komparabbli.


(1)  ĠU C 141, 18.05.2013.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/13


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Posteshop SpA – Divisione Franchising Kipoint vs Autorità garante della concorrenza e del mercato, Presidenza del Consiglio dei Ministri

(Kawża C-52/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2006/114/KE - Kunċetti ta’ “reklamar qarrieqi” u ta’ “reklamar komparattiv” - Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li r-reklamar qarrieqi u r-reklamar komparattiv illegali jikkostitwixxu żewġ fatti illegali distinti))

2014/C 135/14

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Posteshop SpA – Divisione Franchising Kipoint

Konvenut: Autorità garante della concorrenza e del mercato, Presidenza del Consiglio dei Ministri

Fil-preżenza ta’: Cg srl, Tacoma srl

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Consiglio di Stato – Interpretazzjoni tad-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv – Prattiki kummerċjali żleali bejn in-negozjanti (ĠU L 376, p. 21) – Kunċett ta’ “reklamar qarrieqi u komparattiv” – Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprojbixxi mhux biss ir-reklamar li jkun, fl-istess ħin, qarrieqi u bbażat fuq paragun illegali, iżda li tipprovdi wkoll li reklamar qarrieqi u reklamar komparattiv huma żewġ fatti illegali separati

Dispożittiv

Id-Direttiva 2006/114/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar reklamar qarrieqi u komparattiv, għandha tiġi interpretata fis-sens li, fir-rigward tal-protezzjoni tal-kummerċjanti, hija tqis ir-reklamar qarrieqi u r-reklamar komparattiv illegali bħala żewġ istanzi awtonomi ta’ ksur u li, bil-għan li tipprojbixxi u li tissanzjona reklamar qarrieqi, ma huwiex neċessarju li dan tal-aħħar ikun jikkostitwixxi kontemporanjament reklamar komparattiv illegali.


(1)  ĠU C 123, 27.04.2013.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/14


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Administrativen sad Veliko Tarnovo – il-Bulgarija) – FIRIN OOD vs Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

(Kawża C-107/13) (1)

((Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud - Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa - Pagamenti akkont - Rifjut li jingħata t-tnaqqis - Frodi - Aġġustament tat-tnaqqis meta ma titwettaqx it-tranżazzjoni taxxabbli - Kundizzjonijiet))

2014/C 135/15

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Administrativen sad Veliko Tarnovo

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: FIRIN OOD

Konvenut: Direktor na Direktsia “Obzhalvane i danachno-osiguritelna praktika” Veliko Tarnovo pri Tsentralno upravlenie na Natsionalnata agentsia za prihodite

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Administrativen sad Veliko Tarnovo – Interpretazzjoni tal-Artikolu 168(a), moqri flimkien mal-Artikoli 65, 90(1) u 185(1), kif ukoll tal-Artikolu 205, moqri flimkien mal-Artikoli 168(a) u 193, tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) – Prinċipji ta’ newtralità tal-VAT, ta’ effikaċità u ta’ proporzjonalità – Tnaqqis tat-taxxa tal-input imħallsa – Ħlas ta’ pagamenti akkont għal merkanzija identifikata bi preċiżjoni qabel il-kunsinna – Rifjut li jingħata t-tnaqqis meta jiġi rreġistrat il-ħlas ta’ pagament akkont minħabba li ma saritx il-kunsinna tal-merkanzija – Possibbiltà għall-fornitur li jirregolarizza t-tnaqqis magħmul inizjalment u impatt fuq ir-rifjut li jingħata tali tnaqqis – Rifjut tat-tnaqqis tal-VAT lid-destinatarju ta’ kunsinna minħabba r-responsabbiltà in solidum fir-rigward tal-ħlas tat-taxxa ta’ persuna taxxabbli li ma tkunx il-persuna responsabbli għall-ħlas tat-taxxa – Identifikazzjoni tal-persuna responsabbli in solidum fuq il-bażi ta’ preżunzjonijiet ibbażati fuq kunċetti legali tad-dritt ċivili

Dispożittiv

L-Artikoli 65, 90(1), 168(a), 185(1) u 193 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jeżiġu li t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud imwettaq mid-destinatarju ta’ fattura stabbilita sabiex isir pagament akkont fir-rigward tal-kunsinna ta’ merkanzija għandu jiġi aġġustat meta, f’ċirkustanzi bħal dawk fil-kawża prinċipali, din il-kunsinna fl-aħħar mill-aħħar qatt ma titwettaq, u dan anki jekk il-fornitur jibqa’ responsabbli għall-ħlas ta’ din it-taxxa u ma jkunx irrimborsa l-pagament akkont.


(1)  ĠU C 129, 04.05.2013


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/15


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Köln – il-Ġermanja) – Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV vs ILME GmbH

(Kawża C-132/13) (1)

((Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Direttiva 2006/95/KE - Kunċett ta’ “tagħmir elettriku” - Marka ta’ konformità CE - Kejsings għal konnetturi multipolari tal-elettriku))

2014/C 135/16

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Köln

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Zentrale zur Bekämpfung unlauteren Wettbewerbs eV

Konvenuta: ILME GmbH

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Landgericht Köln – Interpretazzjoni tal-Artikoli 1, 8 u 10, kif ukoll tal-Annessi II sa IV tad-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 374, p. 10) – Kunċett ta’ “tagħmir elettriku” – Projbizzjoni li titqiegħed il-marka ta’ konformità “CE” fuq kejsings għal konnetturi multipolari tal-elettriku mibjugħa bħala unitajiet separati

Dispożittiv

L-Artikolu 1 tad-Direttiva 2006/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri li għandhom x’jaqsmu mat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kejsings ta’ konnetturi multipolari għal użu industrijali, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jaqgħu taħt il-kunċett ta’ “tagħmir elettriku”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, u għandhom ikollhom, konsegwentement, il-marka CE bil-kundizzjoni li l-inkorporazzjoni tagħhom b’mod korrett u konformi mal-użu intiż tagħhom fl-ebda każ ma tkun tista’ twassal sabiex tiġi kompromessa l-konformità tagħhom mar-rekwiżiti fil-qasam tas-sigurtà li fir-rigward tagħhom ikunu ġew ikkontrollati.


(1)  ĠU C 164, 08.06.2013.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/16


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Commissione Tributaria Regionale di Mestre-Venezia – l-Italja) – Società Italiana Commercio e Servizi srl, fi stralċ (SICES) et vs Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Venezia

(Kawża C-155/13) (1)

((Agrikoltura - Regolament (KE) Nru 341/2007 - Artikolu 6(4) - Kwoti tariffarji - Tewm ta’ oriġini Ċiniż - Liċenzji ta’ importazzjoni - Natura mhux trasferibbli tad-drittijiet li jirriżultaw minn ċerti liċenzji ta’ importazzjoni - Evitar - Abbuż ta’ dritt))

2014/C 135/17

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Commissione Tributaria Regionale di Mestre-Venezia

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Società Italiana Commercio e Servizi srl, fi stralċ (SICES), Agrima KG D. Gritsch Herbert & Gritsch Michael & Co., Agricola Lusia srl, Romagnoli Fratelli SpA, Agrimediterranea srl, Francesco Parini, Duoccio srl, Centro di Assistenza Doganale Triveneto Service srl, Novafruit srl, Evergreen Fruit Promotion srl

Konvenuta: Agenzia Dogane Ufficio delle Dogane di Venezia

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Commissione Tributaria Regionale di Mestre-Venezia – Interpretazzjoni tal-Artikolu 6 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 341/2007, tad-29 ta’ Marzu 2007, li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta’ oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi (ĠU L 56M, 29.02.2008, p. 218) – Nuqqas ta’ trasferiment ta’ drittijiet li jirriżultaw mil-liċenzji “A” – Kumpanniji detenturi ta’ liċenzji ta’ importazzjoni li xtraw, qabel kwalunkwe importazzjoni, tewm Ċiniż permezz tal-involviment ta’ kumpannija mhux detentriċi ta’ tali liċenzji u li biegħu mill-ġdid it-tewm inkwistjoni, wara l-ħlas ta’ dazji doganali, lil din l-istess kumpannija

Dispożittiv

L-Artikolu 6(4) tar-Regolament (KE) Nru 341/2007, tad-29 ta’ Marzu 2007, li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ kwoti tariffarji u li jintroduċi sistema għal liċenzji tal-importazzjoni u ċertifikati ta’ oriġini għat-tewm u għal ċerti prodotti agrikoli oħra importati minn pajjiżi terzi, għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ma jipprekludix, fil-prinċipju, operazzjonijiet li permezz tagħhom importatur, detentur ta’ liċenzji ta’ importazzjoni b’rata mnaqqsa, jixtri merkanzija barra mill-Unjoni Ewropea mingħand operatur, li huwa stess huwa importatur tradizzjonali fis-sens tal-Artikolu 4(2) ta’ dan ir-regolament iżda li eżawrixxa l-liċenzji tiegħu ta’ importazzjoni b’rata mnaqqsa, u sussegwentement ibigħha mill-ġdid lilu wara li jkun importaha fl-Unjoni. Madankollu, tali operazzjonijiet jikkostitwixxu abbuż ta’ dritt meta dawn ikunu nħolqu artifiċjalment bil-għan essenzjali li jittieħed vantaġġ mit-tariffa preferenzjali. Il-verifika tal-eżistenza ta’ prattika abbużiva teħtieġ lill-qorti tar-rinviju tieħu inkunsiderazzjoni l-fatti u ċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, inkluż l-operazzjonijiet kummerċjali preċedenti u sussegwenti għall-importazzjoni inkwistjoni.


(1)  ĠU C 178, 22.06.2013.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/17


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona – Spanja) – Antonio Márquez Samohano vs Universitat Pompeu Fabra

(Kawża C-190/13) (1)

((Politika soċjali - Direttiva 1999/70/KE - Ftehim qafas dwar xogħol għal żmien determinat konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP - Universitajiet - Għalliema assoċjati - Kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi - Klawżola 5(1) - Miżuri li huma intiżi li jipprevjenu l-użu abbużiv tal-kuntratti għal żmien determinat - Kunċett ta’ “raġunijiet oġġettivi” li jiġġustifikaw tali kuntratti - Klawżola 3 - Kunċett ta’ “kuntratt ta’ xogħol għal żmien indeterminat” - Sanzjonijiet - Dritt għal kumpens - Differenza fit-trattament bejn ħaddiema għal żmien indeterminat))

2014/C 135/18

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de lo Social no 3 de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Antonio Márquez Samohano

Konvenuta: Universitat Pompeu Fabra

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Juzgado de lo Social n. 3 de Barcelona – Interpretazzjoni tal-Klawżoli 3 u 5 tal-Anness għad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 368) – Kuntratti ta’ xogħol konklużi mal-amministrazzjoni pubblika – Professuri tal-università – Assenza ta’ miżuri li huma intiżi li jipprevjenu l-użu abbużiv ta’ kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi

Dispożittiv

Il-Klawżola 5 tal-Ftehim qafas dwar xogħol għal terminu fiss [żmien determinat], konkluż fit-18 ta’ Marzu 1999, li jinsab fl-Anness tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/70/KE, tat-28 ta’ Ġunju 1999, dwar il-ftehim qafas dwar xogħol għal żmien fiss [żmien determinat] konkluż mill-ETUC, mill-UNICE u mis-CEEP, għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li tippermetti lill-universitajiet li jwettqu tiġdidiet tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi ma’ għalliema assoċjati, mingħajr ebda limitu f’dak li jikkonċerna t-tul massimu u n-numru ta’ tiġdidiet ta’ dawn il-kuntratti, peress li tali kuntratti huma ġġustifikati minn raġuni oġġettiva, fis-sens tal-paragrafu 1(a) ta’ din il-klawżola, u dan għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju. Madankollu, hija wkoll din il-qorti li għandha tivverifika b’mod konkret li, fil-kawża prinċipali, it-tiġdid tal-kuntratti ta’ xogħol għal żmien determinat suċċessivi inkwistjoni effettivament kien intiż li jkopri bżonnijiet provviżorji u li leġiżlazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma ntużatx, fil-fatt, sabiex tissodisfa bżonnijiet permanenti u li jdumu fiż-żmien fil-qasam tar-reklutaġġ ta’ persunal li jgħallem.


(1)  ĠU C 189, 29.06.2013.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/18


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-13 ta’ Marzu 2014 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesfinanzhof – il-Ġermanja) – Finanzamt Saarlouis vs Heinz Malburg

(Kawża C-204/13) (1)

((Tassazzjoni - Taxxa fuq il-valur miżjud - Oriġini u skop tad-dritt ta’ tnaqqis - Xoljiment ta’ kumpannija minn membru - Xiri ta’ parti mill-klijentela ta’ din il-kumpannija - Trasferiment in natura f’kumpannija oħra - Ħlas tat-taxxa tal-input - Tnaqqis possibbli))

2014/C 135/19

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanzamt Saarlouis

Konvenuta: Heinz Malburg

Suġġett

Talba għal deċiżjoni preliminari – Bundesfinanzhof – Interpretazzjoni tal-Artikoli 4(1) u (2) kif ukoll 17(2)(a) tad-Direttiva 77/388/KEE: Is-Sitt Direttiva tal-Kunsill, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 23) – Oriġini u skop tad-dritt għat-tnaqqis – Akwiżizzjoni minn membru ta’ kumpannija li ġiet xolta, ta’ parti mill-klijentela ta’ din il-kumpannija, permezz ta’ kontribuzzjoni in natura, sabiex din il-klijentela tiġi inkluża f’kumpannija ġdida – Possibbiltà li titnaqqas it-taxxa tal-input imħallsa

Dispożittiv

L-Artikoli 4(1) u (2) kif ukoll 17(2)(a) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE, tas-17 ta’ Mejju 1977, fuq l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar taxxi fuq id-dħul mill-bejgħ – Sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta’ stima, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 95/7/KE, tal-10 ta’ April 1995, għandhom, fir-rigward tal-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud, jiġu interpretati fis-sens li membru ta’ kumpannija ta’ konsulenza fiskali rregolata mid-dritt ċivili li jakkwista mingħand din il-kumpannija parti mill-klijentela bl-uniku skop li jpoġġiha direttament u liberament għad-dispożizzjoni ta’ kumpannija ġdida ta’ konsulenza fiskali rregolata mid-dritt ċivili, li dan ikun il-membru prinċipali tagħha, sabiex din tuża l-klijentela msemmija għal skopijiet professjonali, madankollu mingħajr ma din tidħol fil-patrimonju tal-kumpannija l-ġdida, ma għandux dritt li jnaqqas it-taxxa tal-input fuq il-valur miżjud imħallsa fuq l-akkwist tal-klijentela inkwistjoni.


(1)  ĠU C 178, 22.06.2013.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-22 ta’ Jannar 2014 – Ryanair Ltd vs PR Aviation BV

(Kawża C-30/14)

2014/C 135/20

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Ryanair Ltd

Konvenuta: PR Aviation BV

Domanda preliminari

L-effett tad-[Direttiva dwar id-databases] (1) jestendi ruħu anki għall-online databases li ma humiex protetti, abbażi tal-Kapitolu II tad-Direttiva, bid-drittijiet tal-awtur, u li lanqas ma huma protetti, abbażi tal-Kapitolu III, minn dritt sui generis, u dan fis-sens li l-libertà li wieħed jagħmel użu minn tali databases ma tistax, b’applikazzjoni (analoga jew le) tal-Artikoli 6(1) u 8, flimkien mal-Artikolu 15 [tad-Direttiva dwar id-databases], tiġi limitata kuntrattwalment?


(1)  Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 96/9/KE, tal-11 ta’ Marzu 1996, dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 15, p. 459).


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/19


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Naczelny Sąd Administracyjny (il-Polonja) fis-27 ta’ Jannar 2014 – Minister Finansów vs Wojskowa Agencja Mieszkaniowa w Warszawie

(Kawża C-42/14)

2014/C 135/21

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Naczelny Sąd Administracyjny

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Minister Finansów

Konvenuta: Wojskowa Agencja Mieszkaniowa w Warszawie

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 14(1), l-Artikolu 15(1) u l-Artikolu 24(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1) (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2006/112”) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-provvista ta’ elettriku, ta’ enerġija għat-tisħin u ta’ ilma, kif ukoll is-servizzi ta’ ġbir ta’ skart, żgurati favur min jikri li juża direttament dawn l-oġġetti u servizzi minn operatur terz speċjalizzat, fir-realtà jitwettqu minn sid il-kera meta huwa jkun ikkonkluda l-kuntratt għall-provvista ta’ dawn l-oġġetti u servizzi u meta huwa sempliċement jgħaddi l-ispejjeż lil min jikri l-post li effettivament jagħmel użu minnhom?

2)

Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, l-ispejjeż tal-elettriku, tal-enerġija għat-tisħin, tal-ilma kif ukoll dawk tal-ġbir ta’ skart, li min jikri l-post jagħmel użu minnhom, iżidu l-ammont taxxabbli (il-kera) msemmi fl-Artikolu 73 tad-Direttiva 2006/112 fir-rigward tal-provvista tas-servizz ta’ kiri, jew il-provvisti ta’ oġġetti u servizzi inkwistjoni jikkostitwixxu provvisti differenti mis-servizz ta’ kiri tal-post?


(1)  ĠU L 347, p. 1


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Cartagena (Spanja) fit-3 ta’ Frar 2014 – Finanmadrid E.F.C, SA vs Jesús Vicente Albán Zambrano et

(Kawża C-49/14)

2014/C 135/22

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia de Cartagena

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Finanmadrid E.F.C, SA

Konvenuti: Jesús Vicente Albán Zambrano, María Josefa García Zapata, Jorge Luis Albán Zambrano, Miriam Elisabeth Caicedo Merino

Domandi preliminari

1)

Id-Direttiva 93/13/KEE (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik fis-seħħ li tirregola l-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas Spanjola – Artikoli 815 u 816 [tal-]LEC – li la tipprevedi b’mod mandatorju l-istħarriġ ta’ klawżoli inġusti u lanqas l-intervent ta’ qorti, sakemm is-Secretario Judicial ma jqisx li dan ikun opportun jew sakemm id-debituri ma jressqux oppożizzjoni, sa fejn din tagħmel l-istħarriġ ġudizzjarju ex officio ta’ kuntratti li x’aktarx jinkludu klawżoli abbużivi iktar diffiċli jekk mhux saħansitra impossibbli?

2)

Id-Direttiva 93/13/KEE għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-ordinament ġuridiku Spanjol li ma tippermettix l-istħarriġ ex officio [in] limine litis, fi proċedura ta’ implementazzjoni ulterjuri, tat-titolu eżekutorju ġudizzjarju – deċiżjoni motivata mogħtija mis-Secretario Judicial li ttemm il-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas –, fejn l-eżistenza ta’ klawżoli inġusti fil-kuntratt li ta lok għal din id-deċiżjoni motivata li tagħha qed tintalab l-eżekuzzjoni, minħabba li d-dritt nazzjonali jikkunsidra li din saret res judicata (dispożizzjonijiet ikkunsidrati flimkien tal-Artikoli 551, 552 u 816(2) tal-LEC)?

3)

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (2) għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħad-dispożizzjonijiet li jirregolaw il-proċedura ta’ ordni ta’ ħlas u l-proċedura ta’ eżekuzzjoni tat-titoli ġudizzjarji, li qatt ma tipprevedi stħarriġ ġudizzjarju matul il-fażi dikjaratorja u li lanqas ma tippermetti, fil-fażi eżekutorja, li l-qorti li quddiema titressaq il-kawża tistħarreġ id-deċiżjoni motivata diġà mogħtija mis-Secretario Judicial?

4)

Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippermettix l-istħarriġ ex officio tal-osservanza tad-dritt għal smigħ minħabba li d-deċiżjoni saret res judicata?


(1)  Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur, ĠU. Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.

(2)  ĠU 2000 C 364, p. 1.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/20


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Madrid (Spanja) fil-5 ta’ Frar 2014 – Rafael Villafañez Gallego u María Pérez Anguio vs Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

(Kawża C-54/14)

2014/C 135/23

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia no 34 de Madrid

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Rafael Villafañez Gallego u María Pérez Anguio

Konvenuta: Banco Bilbao Vizcaya Argentaria, S.A.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 3(1) u (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE, tal-5 ta’ April 1993 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jikkostitwixxi klawżola li tkun ġiet negozjata individwalment ftehim bejn il-bank u l-konsumatur li jissellef skont liema, minbarra l-emenda fil-kundizzjonijiet dwar il-limitazzjoni tar-rati ta’ interess, l-ispejjeż li jirriżultaw mill-emenda tal-att awtentiku ta’ self u ta’ kostituzzjoni ta’ ipoteka li jkun sar bejn il-bank u l-konsumatur jitħallsu mill-konsumatur, meta l-ftehim kien ġie propost mill-bank bħala waħda minn żewġ għażliet possibbli sabiex jiġu emendati l-kundizzjonijiet ekonomiċi tas-self ipotekarju u kien ġie aċċettat volontarjament mill-konsumatur, bħala konsegwenza tal-ftehim li kienu waslu għalih l-istabbiliment bankarju u l-mutual association li jappartjeni għaliha l-konsumatur, wara negozjati u fl-interess u għall-benefiċċju tal-membri tal-mutual association?

2)

Jekk ir-risposta għad-domanda preċedenti hija negattiva, id-dispożizzjonijiet magħqudin tal-Artikolu 3(1) u tal-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 93/13/KEE għandhom jiġu interpretati, f’dak li jikkonċerna n-natura inġusta tal-klawżola, fis-sens li, fir-rigward tal-għan u tas-suġġett tal-ftehim bejn il-bank u l-mutual association, huma jipprekludu ftehim bħal dak deskritt fid-domanda preċedenti?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Turnhout (il-Belġju) fil-5 ta’ Frar 2014 – Openbaar Ministerie vs Marc Emiel Melanie De Beuckeleer et

(Kawża C-56/14)

2014/C 135/24

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Rechtbank van eerste aanleg te Turnhout

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Openbaar Ministerie.

Konvenuti: Marc Emiel Melanie De Beuckeleer, Michiel Martinus Zeeuws, Staalbeton NV/SA

Domandi preliminari

L-obbligu tad-dikjarazzjoni minn qabel LIMOSA dwar l-impjegati, previst fl-Artikoli 137 sa 152 tal-Liġi ta’ pprogrammar tas-27 ta’ Diċembru 2006, huwa inkompatibbli mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi ggarantita mill-Artikolu 49 KE u mill-Artikolu 56 TFUE?


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/21


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale regionale di giustizia amministrativa di Trento (l-Italja) fis-7 ta’ Frar 2014 – Orizzonte Salute – Studio Infermieristico Associato vs Azienda Pubblica di Servizi alla persona “San Valentino” et

(Kawża C-61/14)

2014/C 135/25

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Tribunale regionale di giustizia amministrativa di Trento

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Orizzonte Salute – Studio Infermieristico Associato

Konvenuta: Azienda Pubblica di Servizi alla persona “San Valentino” – Città di Levico Terme, Ministero della Giustizia, Ministero dell’Economia e delle Finanze, Presidenza del Consiglio dei Ministri u Segretario Generale del Tribunale Regionale di Giustizia Amministrativa di Trento

Parti oħra fil-proċedura: Associazione Infermieristica D & F. Care

Domanda preliminari

Il-prinċipji stabbiliti mid-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE (1), tal-21 ta’ Diċembru 1989, kif sussegwentement emendata u kkompletata, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta' provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE (2), tat-18 ta’ Ġunju 1992 [u bid-Direttiva 2007/66/KE (3) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007], jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik li tirriżulta mill-Artikoli 13(1a), (1c) u (6a), u 14(3b) tad-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 115, tat-30 ta’ Mejju 2002 (hekk kif ġie progressivament aġġornat mill-interventi leġiżlativi suċċessivi), li timponi ammonti għolja ta’ kontribuzzjoni unifikata għall-aċċess għall-ġustizzja amministrattiva fil-qasam tal-kuntratti pubbliċi?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta' provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246).

(2)  Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322).

(3)  Direttiva 2007/66/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2007, li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/665/KEE u 92/13/KEE fir-rigward tat-titjib fl-effettività ta’ proċeduri ta’ reviżjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi (ĠU L 335, p. 31).


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/22


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Franċiża

(Kawża C-63/14)

2014/C 135/26

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstata li billi ma adottatx, fit-termini previsti, il-miżuri kollha neċessarji bil-għan li tirkupra, mingħand il-benefiċċjarju, l-għajnuna mill-Istat iddikjarata illegali u inkompatibbli mas-suq intern permezz tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2013/435/UE, tat-2 ta’ Mejju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.22843 implimentata minn Franza favur is-Société Nationale Corse Méditerranée u l-Compagnie Méridionale de Navigation (1), billi ma annullatx, fit-termini previsti, il-ħlasijiet kollha tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 2(1) u billi ma informatx lill-Kummissjoni, fit-terminu previsti, bil-miżuri adottati sabiex tikkonforma ruħha ma’ din id-deċiżjoni, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 288 TFUE u taħt l-Artikoli 3, 4 u 5 tal-imsemmija deċiżjoni;

tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

It-terminu li matulu r-Repubblika Franċiża kellha tirkupra l-għajnuna illegali mħallsa lis-SNCM skada erba’ xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni.


(1)  ĠU L 220, p. 20.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Viseu (il-Portugall) fl-10 ta’ Frar 2014 – Agrocaramulo – Empreendimentos Agropecuários do Caramulo SA vs Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)

(Kawża C-70/14)

2014/C 135/27

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Qorti tar-rinviju

Tribunal Administrativo e Fiscal de Viseu

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Agrocaramulo – Empreendimentos Agropecuários do Caramulo SA

Konvenut: Instituto de Financiamento da Agricultura e Pescas, IP (IFAP)

Domanda preliminari

Ġaladarba l-Ministeru tal-Agrikoltura, tal-Iżvilupp Rurali u tas-Sajd, IFAP – Instituto de Financiamento de Agricultura e Pescas, IP, iqis li “jistgħu jibbenefikaw minn ħlas lura fuq l-esportazzjoni biss il-prodotti msemmija:

fil-Kodiċi tan-Nomenklatura tal-Ħlasijiet Lura fuq l-Esportazzjoni 0207 12 10 9900 – fejn jiġu kklassifikati l-prodotti indikati bħala “tiġieġ 70 %” fejn il-ponta tal-isternu, il-wirk u t-tibja ma humiex kompletament ossifikati, jew

fil-Kodiċi tan-Nomenklatura tal-Ħlasijiet Lura fuq l-Esportazzjoni 0207 12 90 9190, li taħtu jaqgħu l-prodotti indikati bħala “tiġieġ 65 %” fejn il-ponta tal-isternu, il-wirk u t-tibja ma humiex kompletament ossifikati”, u, sa fejn l-impriża effettivament esportat tiġieġ hekk imsejjaħ riformat (tiġieġ li jbid maqtul fi tmiem il-perijodu ta’ riproduzzjoni tiegħu, mument li fih l-iskeletru tiegħu jkun kompletament ossifikat), li jaqa’ taħt il-merkanzija indikata bħala “Oħrajn”, bħall-kodiċi ta’ prodott “020712109900” u “020712909190”, indikati fl-Anness I tar-Regolament (KEE) Nru 3846/87 (1), emendat, rispettivament, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2319/2002 (2), tat-13 ta’ Diċembru 2002, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2180/2003 (3), tal-5 ta’ Diċembru 2003, bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE), Nru 2199/2004 (4), tal-10 ta’ Diċembru 2004 u bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE), Nru 2091/2005 (5), tal-15 ta’ Diċembru 2005, dwar il-pubblikazzjoni, rispettivament għas-snin 2003, 2004, 2005 u 2006, tan-nomenklatura tal-prodotti agrikoli għall-ħlasijiet lura fuq l-esportazzjoni, jinkludi, jew le, il-prodott “tiġieġ riformat”?


(1)  Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 3846/87, tas-17 ta’ Diċembru 1987, li jistabbilixxi nomenklatura ta’ prodotti agrikoli għal rifużjoni tal-esportazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 7, p. 325).

(2)  ĠU L 325, p. 35.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 41, p. 440.

(4)  ĠU L 380, p. 1.

(5)  ĠU L 343, p. 1.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/23


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia e Instrucción no 3 de Ávila (Spanja) fil-11 ta’ Frar 2014 – Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, SA vs Francisco Javier Rodríguez Barbero u María Ángeles Barbero Gutiérrez

(Kawża C-75/14)

2014/C 135/28

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia e Instrucción de Ávila

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Banco de Caja España de Inversiones, Salamanca y Soria, SA

Konvenuti: Francisco Javier Rodríguez Barbero u María Ángeles Barbero Gutiérrez

Domandi preliminari

1)

Skont id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), u b’mod partikolari skont l-Artikolu 6(1) tagħha, u sabiex tiġi ggarantita l-protezzjoni tal-konsumaturi u tal-utenti bi qbil mal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività, meta qorti nazzjonali tiddeċiedi li hemm klawżola inġusta dwar interessi moratorji f’self ipotekarju, għandha l-imsemmija qorti tiddikjara n-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha jew inkella għandha, bil-kontra ta’ dan, timmodera l-klawżola dwar l-interessi billi tinkariga lill-kreditur li qed jitlob l-eżekuzzjoni jew lis-sellief jikkalkolaw l-interessi mill-ġdid?

2)

It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013, tal-14 ta’ Mejju 2013, tikkostitwixxi biss limitazzjoni ċara tal-protezzjoni tal-interessi tal-konsumatur, sa fejn din timponi impliċitament fuq il-qrati l-obbligu li jimmoderaw klawżola dwar interessi moratorji li tista’ tiġi kklassifikata bħala inġusta, billi jikkalkolaw mill-ġdid l-interessi stipulati u billi jżommu fis-seħħ dispożizzjoni li kienet ta’ natura inġusta, minflok ma jiddikjaraw in-nullità tal-klawżola u n-natura mhux vinkolanti tagħha fil-konfront tal-konsumatur?

3)

It-tieni dispożizzjoni tranżitorja tal-Liġi 1/2013 [...] tmur kontra d-Direttiva 93/13/KEE [...], u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha, sa fejn din tipprekludi l-applikazzjoni tal-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività fil-qasam tal-protezzjoni tal-konsumatur u tevita l-applikazzjoni tas-sanzjoni li tikkonsisti fid-dikjarazzjoni tan-nullità u tan-natura mhux vinkolanti tal-klawżoli dwar interessi moratorji li jistgħu jiġu kklassifikati bħala inġusti, stipulati f’self ipotekarju konkluż qabel id-dħul fis-seħħ tal-Liġi 1/2013?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/24


Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Frar 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-88/14)

2014/C 135/29

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, B. Martenczuk, G. Wils, bħala aġenti)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 1(1), kif ukoll l-Artikolu 1(4), sa fejn dan jintroduċi Artikolu 4b ġdid, tar-Regolament (UE) Nru 1289/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2013, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa (1);

tiddikjara li l-effetti tad-dispożizzjonijiet annullati u ta’ kull miżura adottata b’applikazzjoni tagħhom huma definittivi sakemm id-dispożizzjonijiet imsemmija jiġu sostitwiti, f’terminu raġonevoli, b’atti adottati b’mod konformi mat-Trattat kif interpretat mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq ma jistgħux jiġu sseparati mill-bqija tar-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla r-Regolament (UE) Nru 1289/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2013, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa, fl-intier tiegħu;

tiddikjara li l-effetti tar-regolament annullat u ta’ kull miżura adottata b’applikazzjoni tiegħu huma definittivi sakemm ir-regolament imsemmi jiġi sostitwit, f’terminu raġonevoli, b’atti adottati b’mod konformi mat-Trattat kif interpretat mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja;

tikkundanna lill-konvenuti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni titlob l-annullament tal-Artikolu 1(1), kif ukoll tal-Artikolu 1(4), sa fejn dan jintroduċi Artikolu 4b ġdid, tar-Regolament (UE) Nru 1289/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Diċembru 2013, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 539/2001 li jelenka l-pajjiżi terzi li ċ-ċittadini tagħhom għandu jkollhom viża fil-pussess tagħhom meta jaqsmu l-fruntieri esterni u dawk li ċ-ċittadini tagħhom huma eżentati minn dik il-ħtieġa. Sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li d-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq ma jistgħux jiġu sseparati mill-bqija tar-regolament ikkontestat, il-Kummissjoni titlob l-annullament tar-regolament imsemmi fl-intier tiegħu.

Il-Kummissjoni tqis li d-dispożizzjonijiet imsemmija iktar ’il fuq huma inkompatibbli mal-Artikoli 290 u 291 TFUE sa fejn dawn jipprovdu għall-użu ta’ atti delegati, għaliex l-atti delegati inkwistjoni la jikkompletaw u lanqas ma jemendaw l-att leġiżlattiv, iżda jimplementawh.


(1)  ĠU L 347, p. 74.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/25


Appell ippreżentat fl-4 ta’ Marzu 2014 minn Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, S.A. mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-13 ta’ Jannar 2014 fil-Kawża T-134/12, Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-102/14 P)

2014/C 135/30

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellanti: Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, S.A. (rappreżentant: M. Jiménez Perona, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla, fit-totalità tiegħu, id-digriet mogħti mill-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) fit-13 ta’ Jannar 2014, fil-Kawża T-134/12, sa fejn dan jiddikjara inammissibbli r-rikors għal annullament;

sussidjarjament, tannulla parti jew diversi partijiet tal-imsemmi digriet:

tannulla d-digriet sa fejn dan jirrigwarda l-għajnuna rċevuta għall-proġetti elenkati fl-ewwel paġna tar-rikors promotur tar-rikors għal annullament;

tannulla d-digriet sa fejn dan jirrigwarda l-inammissibbiltà tat-talba għad-danni relatata mal-proġett BeyWatch;

tannulla d-digriet sa fejn dan jirrigwarda l-inammissibbiltà tat-talba għad-danni relatata mal-proġett Indect;

tannulla d-digriet sa fejn dan jirrigwarda l-inammissibbiltà tat-talbiet għad-danni relatati ma proġetti oħra;

tibgħat lura d-digriet fit-totalità tiegħu quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex din tiddeċiedi fuq il-mertu;

sussidjarjament, tibgħat lura parti jew diversi partijiet, li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis opportun, sabiex jiġu eżaminati fuq il-mertu mill-Qorti Ġenerali;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż ta’ din il-proċedura kif ukoll għal dawk tal-Kawża T-134/12, li tirrigwarda l-istess motivi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ fatt fl-evalwazzjoni tal-provi, sa fejn il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni ċerti atti li r-rikorrenti pproduċiet fil-kuntest tar-rikors tagħha. Ir-rikorrenti tqis li l-Qorti Ġenerali injorat fatti, ommissjonijiet u atti li kienu ta’ importanza kbira għall-motivazzjoni tad-digriet.

Id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, sa fejn il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li seta jintuża biss ir-rimedju previst fl-Artikolu 272 TFUE u mhux dak previst fl-Artikolu 263 TFUE.

Id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi sa fejn il-Qorti Ġenerali ma eżaminatx il-fatt li l-Kummissjoni qarrqet bir-rikorrenti meta tagħtha x’tifhem li n-noti ta’ debitu kienu jikkostitwixxu att definittiv adottat fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tagħha u li għalhekk setgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors. Il-Qorti Ġenerali kisret il-prinċipju ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni stipulat fl-Artikolu 20 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, sa fejn il-Qorti Ġenerali ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-fatti, l-ommissjonijiet u l-atti msemmija fl-ewwel paragrafi tal-appell.

Id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tan-nuqqas ta’ motivazzjoni u tal-assenza ta’ kwalunkwe kumment mill-Kummissjoni dwar parti kbira mill-argumenti magħmula mir-rikorrenti fil-kuntest tar-rikors għal annullament tagħha.

Id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ fatt u ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, fir-rigward tal-inammissibbiltà tat-talba għal kumpens relatata mal-proġett BeyWatch, li tipperikola s-sostennibbiltà tiegħu. Ir-rikorrenti wriet li r-rikors għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali huwa fondat u li r-rekwiżiti kollha imposti mill-ġurisprudenza Komunitarja għall-preżentata ta’ tali rikors huma sodisfatti.

Id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, fir-rigward tal-inammissibbiltà tat-talba għal kumpens relatata mal-proġett Indect, sa fejn il-Qorti Ġenerali kkunsidrat li l-uniku rimedju disponibbli kien dak tar-responsabbiltà kuntrattwali filwaqt li skont il-ġurisprudenza Komunitarja, l-uniku rimedju li jippermetti li l-Kummissjoni tinżamm responsabbli għal nuqqas ta’ motivazzjoni huwa dak tar-responsabbiltà mhux kuntrattwali.

Id-digriet huwa vvizzjat minn żball ta’ liġi fl-evalwazzjoni tal-provi, fir-rigward tal-inammissibbiltà tat-talbiet għal kumpens relatati ma proġetti oħra, sa fejn il-Qorti tal-Ġustizzja estendiet il-ġurisdizzjoni tagħha bħal li kieku kienet adita ex officio.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/26


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

(Kawża C-114/14)

2014/C 135/31

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Enegren u L. Lozano Palacios, bħala aġenti)

Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja

Talbiet tar-rikorrenti

tikkonstatata li, billi ma eżentax il-provvisti ta’ servizzi postali magħmula mis-servizzi postali pubbliċi, u l-provvista ta’ oġġetti inċidentali għal dawn il-provvisti, u meta ma eżentax il-provvisti, għall-valur nominali tagħhom, ta’ bolli tal-posta validi għall-pustaġġ fit-territorju nazzjonali, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikoli 132(1)(a) u 135(1)(h) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (1).

tikkundanna lir-Renju tal-Isvezja għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat rikors kontra r-Renju tal-Isvezja skont l-Artikolu 258 TFUE għall-motivi li ġejjin.

L-Artikolu 132(1)(a) tad-Direttiva 2006/112 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jeżentaw il-provvisti ta’ servizzi u l-provvisti ta’ oġġetti inċidentali għal dawn il-provvisti magħmula mis-servizzi postali pubbliċi.

L-Artikolu 135(1)(h) tad-Direttiva 2006/112 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jeżentaw il-provvisti, għall-valur nominali tagħhom, ta’ bolli tal-posta validi għall-pustaġġ.

Ir-Renju tal-Isvezja afda lil Posten AB bl-obbligi ta’ servizz universali li jikkorrispondu għal offerta ta’ servizzi postali ta’ kwalità ddeterminata pprovduti b’mod permanenti fil-punti kollha tat-territorju bi prezzijiet raġonevoli għall-utenti kollha, skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 97/67/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, dwar regoli komuni għall-iżvilupp tas-suq intern tas-servizzi postali tal-Komunità u t-titjib fil-kwalità tas-servizz (2).

Il-Kummissjoni tikkunsidra li Posten AB, peress li hija nkarigata mill-obbligi ta’ servizz universali msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 97/67, tikkostitwixxi servizz pubbliku skont l-Artikolu 132 tad-Direttiva 2006/112.

Ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jeżenta l-provvisti ta’ servizzi postali pprovduti minn Posten AB kif ukoll il-provvisti, għall-valur nominali tagħhom, ta’ bolli tal-posta validi għall-pustaġġ fit-territorju nazzjonali.


(1)  ĠU L 347, p. 1.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 3, p. 71.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/27


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Marzu 2014 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Portugiża

(Kawża C-116/14)

2014/C 135/32

Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

Partijiet

Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Yerrell u P. Guerra e Andrade, aġenti)

Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara li, billi ma addotatx u ma kkomunikatx il-linji gwida neċessarji, ir-Repubblika Portugiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 8(1) u (2) tad-Direttiva 2008/96/KE (1), tal-Parlament u tal-Kunsill, tad-19 ta’ Novembru 2008, dwar il-ġestjoni tas-sikurezza fl-infrastruttura tat-toroq.

tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Skont l-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 2008/96, l-Istati Membri għandhom jiżguraw l-adozzjoni ta’ linji gwida, fil-każ fejn dawn ma jkunux jeżistu, sad-19 ta’ Diċembru 2011, bil-għan li jgħinu lill-entitajiet kompetenti fl-applikazzjoni tad-Direttiva.

Wara li għaddew iktar minn sentejn minn tmiem it-terminu għall-adozzjoni tal-imsemmija linji gwida, l-Istat Portugiż għadu ma adottahomx.

Skont l-Artikolu 8(2) tad-Direttiva 2008/96, l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw l-imsemmija linji gwida lill-Kummissjoni, f’terminu ta’ tliet xhur mid-data ta’ adozzjoni tagħhom.

Peress li ma’ adotta ebda linji gwida, konsegwentement, l-Istat Portugiż naqas mill-imsemmi obbligu ta’ notifika.


(1)  ĠU L 319, p. 59.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/28


Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2014 – Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-121/14)

2014/C 135/33

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: M. Holt, agent, D.J. Rhee, barrister)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla l-Artikolu 29 tal-att ikkontestat, kif ukoll l-Anness II ta’ dan tal-aħħar, sa fejn id-dispożizzjonijiet tagħhom jestendu lil hinn minn Londra dak li kien il-kuritur Nru 2 fl-anness l-antik tar-Regolament (UE) Nru 913/2010 (bħalissa msejjaħ il-kuritur Baħar tat-Tramuntana – Mediterran) u

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Id-dispożizzjonijiet tal-att ikkontestat imsemmija minn dan ir-rikors għall-annullament għandhom bħala effett li jemendaw ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Settembru 2010, dwar netwerk ferrovjarju Ewropew għat-trasport ta’ merkanzija kompetittiv (1) b’tali mod li l-lista ta’ “kurituri inizjali tal-merkanzija” annessa ma’ dan ir-regolament hija ssostitwita b’lista ġdida ta’ dawn il-“kurituri inizjali tal-merkanzija” fl-Anness II tal-att ikkontestat.

Wieħed mill-effetti ta’ din l-emenda huwa l-obbligu fuq ir-Renju Unit sabiex jipparteċipa għall-implementazzjoni ta’ kuritur ta’ merkanzija “Baħar tat-Tramuntana – Mediterran”, li jimplika l-obbligu li jiġi implementat sal-10 ta’ Novembru 2016 rotot bejn Londra u l-Istati Membri fuq il-kuritur u, sal-20 ta’ Novembru 2018, rotot minn Londres għal Glasgow, Edinburgh, Southampton u Felixstowe. Ir-Renju Unit ma tax il-kunsens tiegħu għal tali estensjoni tal-kuritur li inizjalment kien fir-Regolament (UE) Nru 913/2010.

Ir-Renju Unit għaldaqstant ressaq it-talbiet imsemmija iktar ’il fuq għar-raġunijiet li ġejjin:

a)

L-estensjonijiet tal-“kurituri inizjali tal-merkanzija”, li jirriżultaw mill-Artikolu 29 tal-att ikkontestat, bil-għan li jitwettqu l-għanijiet tal-Artikolu 170 TFUE li jirrigwarda l-politika trans-Ewropea tat-trasport. Konsegwentement, peress li l-Artikoli 170 sa 172 TFUE jikkostitwixxu lex specialis għal tali miżuri, dawn tal-aħħar jistgħu jiġu adottati biss abbażi ta’, u skont, dawn id-dispożizzjonijiet.

b)

L-estensjonijiet tal-“kurituri inizjali tal-merkanzija”, li jirriżultaw mill-Artikolu 29 tal-att ikkontestat, (a) huma proġetti ta’ interess komuni (fis-sens tal-Artikolu 171(1) TFUE) u (b) jikkonċernaw it-territorju ta’ kull Stat Membru obbligat li jipparteċipa għall-implementazzjoni tagħhom. Fuq din il-bażi, l-estensjonijiet, sa fejn jirrigwardaw lir-Renju Unit, kienu ġew adottati bi ksur tar-rekwiżit għal kunsens tal-Istat Membru kkonċernat, rekwiżit li huwa pprovdut fl-Artikolu 172(2) TFUE.

c)

Id-dispożizzjonijiet tal-Anness II tal-att ikkontestat, li jeżiġu lir-Renju Unit jipparteċipa fl-implementazzjoni tal-kuritur tal-Baħar tat-Tramuntana – Mediterran fuq it-territorju tiegħu (i) lil hinn minn Londra (jiġifieri lejn Glasgow, Edinburgh, Felixstowe u Southampton) jew (ii) fi kwalunkwe miżura tkun xi tkun, huma separati mill-bqija ta’ dan l-anness. Barra minn hekk u fi kwalunkwe każ, l-Anness II kollu tal-att ikkontestat (kif ukoll tal-Artikolu 29 kollu) huwa distint u separat mill-bqija tar-regolament inkwistjoni.


(1)  ĠU 2010, L 276, p. 22.


Il-Qorti Ġenerali

5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Cemex et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-292/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tintalab informazzjoni - Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”))

2014/C 135/34

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cemex SAB. de CV (Monterrey, il-Messiku); New Sunward Holding BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); Cemex España, SA (Madrid, Spanja); Cemex Deutschland AG (Ratingen, il-Ġermanja); Cemex UK (Egham, ir-Renju Unit); Cemex Czech Operations s.r.o. (Praga, ir-Repubblika Ċeka); Cemex France Gestion (Rungis, Franza); Cemex Austria AG (Langenzersdorf, l-Awstrija) (rappreżentanti: J. Folguera Crespo, P. Vidal Martínez, H. González Durántez u B. Martínez Corral, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier, F. Castilla Contreras u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2360 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 – Siment u prodotti relatati).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cemex SAB de CV, New Sunward Holding BV, Cemex España, SA, Cemex Deutschland AG, Cemex UK, Cemex Czech Operations s.r.o., Cemex France Gestion u Cemex Austria AG huma kkundannati għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/29


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Holcim (il-Ġermanja) u Holcim vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-293/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni dwar talba għal informazzjoni - Natura neċessarja ta’ informazzjoni mitluba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”))

2014/C 135/35

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Holcim (il-Ġermanja) AG (Hamburg, il-Ġermanja); u Holcim Ltd (Zürich, l-Isvizzera) (rappreżentanti: P. Niggemann u K. Gaßner, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2363 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament (KE) tal-Kunsill Nru 1/2003 (Każ 39520 – Siment u prodotti relatati)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Holcim (Deutschland) AG u Holcim Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 238, 13.8.2011.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/30


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Cementos Portland Valderrivas vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-296/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni - Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba - Indizji suffiċjentement serji - Stħarriġ ġudizzjarju - Proporzjonalità”))

2014/C 135/36

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Cementos Portland Valderrivas, SA (Pamplona, Spanja) (rappreżentanti: L. Ortiz Blanco, A. Lamadrid de Pablo u N. Ruiz García, avukati)

Konvenuta: il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Castilla Contreras, C. Urraca Caviedes u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn A. Rivas, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2368 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 – Siment u prodotti reletati).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Cementos Portland Valderrivas, SA hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Buzzi Unicem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-297/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni - Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”))

2014/C 135/37

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Buzzi Unicem SpA (Casale Monferrato, l-Italja) (rappreżentanti: C. Osti u A. Prastaro, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn B. Gencarelli, L. Malferrari u C. Hödlmayr, sussegwentement minn L. Malferrari u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn M. Merola, avukat)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2356 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Kawża 39520 – Siment u prodotti relatati).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Buzzi Unicem SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 226, 30.07.2011.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/31


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – HeidelbergCement vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-302/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tintalab informazzjoni - Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”))

2014/C 135/38

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HeidelbergCement AG (Heidelberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: U. Denzel, T. Holzmüller u P. Pichler, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2361 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1/2003, (Każ 39520 – Siment u prodotti relatati)

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud

2)

HeidelbergCement AG hija kkundannata għall-ispejjeż, inklużi dawk marbuta mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 238, 13.8.2011.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Italmobiliare vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-305/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni li tintalab informazzjoni - Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”))

2014/C 135/39

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Italmobiliare SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: inizjalment M. Siragusa, F. Moretti, L. Nascimbene, G. Rizza u M. Piergiovanni, sussegwentement minn M. Siragusa, F. Moretti, L. Nascimbene u G. Rizza, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment B. Gencarelli, L. Malferrari, É. Gippini Fournier u C. Hödlmayr, sussegwentement minn L. Malferrari, É. Gippini Fournier u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn M. Malaguti, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2364 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 – Siment u prodotti relatati).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Italmobiliare SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 232, 06.08.2011.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/32


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Schwenk Zement vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-306/11) (1)

((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Deċiżjoni ta’ talba għal informazzjoni - Natura neċessarja tal-informazzjoni mitluba - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”))

2014/C 135/40

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Schwenk Zement KG (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Raible, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, R. Sauer u C. Hödlmayr, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 2367 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 – Siment u prodotti relatati).

Dispożittiv

1)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2011) 2367 finali, tat-30 ta’ Marzu 2011, dwar proċedura skont l-Artikolu 18(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (Każ 39520 – Siment u prodotti relatati), hija annullata sa fejn tikkonċerna l-ħdax-il sensiela ta’ mistoqsijiet tal-kwestjonarju li jikkostitwixxi l-Anness I.

2)

Schwenk Zement KG għandha tbati żewġ terzi tal-ispejjeż tagħha kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha kif ukoll terz tal-ispejjeż ta’ Schwenk Zement.

3)

Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.


(1)  ĠU C 238, 13.08.2011.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/33


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Marzu 2014 – Lardini vs UASI (Tqegħid ta’ fjura fuq pavru)

(Kawża T-131/13) (1)

([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fit-tqegħid ta’ fjura fuq pavru - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])

2014/C 135/41

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Lardini Srl (Filottrano, l-Italja) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti, F. Rossi u N. Parrotta, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock u N. Bambara, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-13 ta’ Diċembru 2012 (Każ R 2578/2011-1), li tikkonċerna talba għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jikkonsisti fit-tqegħid ta’ fjura fuq pavru bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Lardini Srl hija kkundannata għall-ispjjeż.


(1)  ĠU C 141, 18.05.2013.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2014 – FESI vs Il-Kunsill

(Kawża T-134/10) (1)

((“Rikors għal annullament - Dumping - Estensjoni tad-dazju antidumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina miċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw - Assoċjazzjoni li tirrappreżenta lil importaturi indipendenti - Nuqqas ta’ interess individwali - Att leġiżlattiv li jinkludi fih miżuri ta’ implementazzjoni - Inammissibbiltà))

2014/C 135/42

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Fédération européenne de l’industrie du sport (FESI) (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: E. Vermulst u Y. van Gerven, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn J. P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn G. Berrisch, avukat, u minn N. Chesaites, barrister, sussegwentement minn J. P. Hix u B. Driessen, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet u M. França, avukati)

Suġġett

Talba għal annullament tar-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill ([UE]) Nru 1294/2009, tat-22 ta’ Diċembru 2009, li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq importazzjonijiet ta’ ċertu xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li ġej mill-Vjetnam u li joriġina fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, kif estiż għal importazzjonijiet ta’ ċertu tipi ta’ xedd tas-saqajn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda kkunsinnati mill-Makaw SAR, sew jekk dikjarati li joriġinaw fil-Makaw SAR sew jekk le, wara reviżjoni tal-iskadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (ĠU L 352, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Il-Fédération européenne de l’industrie du sport (FESI) hija kkundannata għall-ispejjeż tagħha kif ukoll għal dawk tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 148, 05.06.2010.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/34


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2014 – – Magnesitas de Rubián et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-430/10) (1)

((“Ambjent - Prevenzjoni u tnaqqis integrati tat-tniġġis - Dokument ta’ referenza dwar l-aħjar tekniki disponibbli fl-industriji tas-siment, tal-ġir u tal-manjesju - Talba sabiex jiġi ddikjarat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Ċaħda - Rinunzja - Tħassir”))

2014/C 135/43

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Magnesitas de Rubián, SA (Incio, Spanja); Magnesitas Navarras, SA (Zubiri, Spanja); u Ellinikoi Lefkolithoi Anonymos Metalleftiki, Viomichaniki, Naftiliaki kai Emporiki Etaireia (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u P. Martínez-Lage Sobredo, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Alcover San Pedro, S. Petrova u E. Sanfrutos Cano, avukati)

Suġġett

B’mod prinċipali, talba għall-annullament tal-Kapitolu 3 tad-dokument ta’ referenza dwar l-aħjar tekniki disponibbli fl-industriji tas-siment, tal-ġir u tal-manjesju (ĠU C 166, p. 5), intitolat “Industrija tal-ossidju tal-manjesju (bi proċess niexef mill-magnesite naturali estratta)”, kif ukoll tar-riferimenti għall-industrija tal-ossidju tal-manjesju fl-imsemmi dokument u, b’mod sussidjarju, talba għall-annullament tal-paragrafu 3.5.5.4 tal-imsemmi dokument.

Dispożittiv

1)

It-talba sabiex jiġi ddikjarat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni hija miċħuda.

2)

Il-Kawża T-430/10 għandha titħassar mir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.

3)

Magnesitas de Rubián, SA, Magnesitas Navarras, SA u Ellinikoi Lefkolithoi Anonymos Metalleftiki, Viomichaniki, Naftiliaki kai Emporiki Etaireia għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 317, 20.11.2010.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/35


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2014 – Magnesitas de Rubián et vs Il-Parlament u Il-Kunsill

(Kawża T-158/11) (1)

((“Ambjent - Prevenzjoni u tnaqqis integrat tat-tniġġis - Deċiżjoni individwali li tinsab fl-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2010/75/UE - Talba għal konstatazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Ċaħda - Rinunzja - Tħassir”))

2014/C 135/44

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Magnesitas de Rubián, SA (Incio, Spanja); Magnesitas Navarras, SA (Zubiri, Spanja); u Ellinikoi Lefkolithoi Anonymos Metalleftiki, Viomichaniki, Naftiliaki kai Emporiki Etaireia (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: H. Brokelmann u P. Martínez-Lage Sobredo, avukati)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment minn M. Gómez-Leal, I. Anagnostopoulou u L. Visaggio, sussegwentement minn M. Gómez-Leal u L. Visaggio, aġenti); u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Florindo Gijón u K. Michoel, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn A. Alcover San Pedro u L. Banciella Rodríguez-Miñón, sussegwentement minn S. Petrova u E. Sanfrutos Cano, aġenti)

Suġġett

Talba għal annullament tad-deċiżjoni individwali li tinsab fl-Artikolu 13(7) tad-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Novembru 2010, dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, p. 17), sa fejn din toħloq l-obbligu għall-Istati Membri li josservaw il-konklużjonijiet fuq l-aħjar metodi tekniċi disponibbli, li jinsabu fil-paragrafu 3.5 tad-dokument ta’ referenza dwar l-aqwa tekniki disponibbli fl-Industriji tal-Manifattura tas-Siment, il-Ġir u l-Ossidu tal-Manjeżju (ĠU 2010, C 166, p. 5), fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti lill-installazzjonijiet tal-manifattura tal-Ossidu tal-Manjeżju suġġetti għal awtorizzazzjoni skont id-direttiva msemmija.

Dispożittiv

1)

It-talba għal konstatazzjoni li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni hija miċħuda.

2)

Il-Kawża T-158/11 tħassret mir-reġistru tal-Qorti Ġenerali.

3)

Magnesitas de Rubián, SA, Magnesitas Navarras, SA u Ellinikoi Lefkolithoi Anonymos Metalleftiki, Viomichaniki, Naftiliaki kai Emporiki Etaireia għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.

4)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 139, 07.05.2011.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2014 – Hemofarm vs UASI – Laboratorios Diafarm (HEMOFARM)

(Kawża T-411/11) (1)

((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 135/45

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Hemofarm AD farmaceutsko-hemijska industrija Vršac (Vršac, is-Serbja) (rappreżentant: D. Cañadas Arcas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Laboratorios Diafarm, SA (Barberà del Vallès, Spanja) (rappreżentant: E. Sugrañes Coca, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Mejju 2011 (Każ R 298/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn il-Laboratorios Diafarm, SA u Hemofarm AD farmaceutsko-hemijska industrija Vršac.

Dispożittiv

1)

Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 311, 22.10.2011.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/36


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2014 – Eni vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-240/12 u T-211/13) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Annullament parzjali u tibdil mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Tkomplija tal-proċedura - Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida - Għeluq tal-proċedura - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 135/46

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Eni SpA (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: G. M. Roberti u I. Perego, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, G. Conte, R. Striani u T. Vecchi, aġenti)

Suġġett

Fil-Kawża T-240/12, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni inkluża f’ittra tat-23 ta’ April 2012, li tesprimi lir-rikorrenti l-intenzjoni tal-Kummissjoni li titkompla l-proċedura u li tadotta dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida u, fil-Kawża T-210/13, talba għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2013) 1200 finali, tas-26 ta’ Frar 2013, u C (2013) 1199 finali, tas-27 ta’ Frar 2013, li titkompla l-proċedura u li r-rikorrenti tiġi kkomunikata b’dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida fil-Każ AT. 40032 – BR/ESBR – Reċidiva, wara l-annullament parzjali mill-Qorti Ġenerali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5700 finali, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 – Gomma butadiene u gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-240/12 u T-211/13 huma magħquda għall-finijiet tad-digriet.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq dan ir-rikors.

3)

Eni SpA u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 217, 21.7.2012.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/37


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2014 – Versalis vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-241/12 u 210/13) (1)

((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-gomma butadiene u tal-gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Annullament parzjali u tibdil mill-Qorti Ġenerali tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni - Tkomplija tal-proċedura - Dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida - Għeluq tal-proċedura - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))

2014/C 135/47

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Versalis SpA (San Donato Milanese, l-Italja) (rappreżentanti: F. Moretti, L. Nascimbene u M. Siragusa, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka, G. Conte, R. Striani, u T. Vecchi, aġenti)

Suġġett

Fil-Kawża T-241/12, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni inkluża fl-ittra tat-23 ta’ April 2012 li tifforma parti għar-rikorrenti mill-intenzjoni tal-Kummissjoni li tkompli l-proċedura u li tadotta dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida u, fil-Kawża T-210/13, talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni C (2013) 1200 finali, tas-26 ta’ Frar 2013, u C (2013) 1199 finali, tas-27 ta’ Frar 2013, li titkompla l-proċedura u li r-rikorrenti tiġi kkomunikata b’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet ġdida fil-Każ AT. 40032 – BR/ESBR – Reċidiva, wara l-annullament parzjali mill-Qorti Ġenerali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2006) 5700 finali, tad-29 ta’ Novembru 2006, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/F/38.638 – Gomma styrene-butadiene magħmula bil-proċess ta’ polimerizzazzjoni permezz ta’ emulsjoni).

Dispożittiv

1)

Il-Kawżi T-241/12 u T-210/13 huma magħquda għall-finijiet tad-digriet.

2)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq dawn ir-rikorsi.

3)

Versalis SpA u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


(1)  ĠU C 227, 28.07.2012.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Marzu 2014 – Spirlea vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-518/12) (1)

((“Rikors għal annullament - Saħħa pubblika - Deċiżjoni ta’ għeluq ta’ proċedura fil-kuntest tal-proġett EU Pilot - Nuqqas ta’ azzjoni fuq ilment - Nuqqas ta’ tressiq ta’ proċedura għal nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu - Inammissibbiltà”))

2014/C 135/48

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Darius Nicolai Spirlea (Capezzano Pianore, l-Italja) u Mihaela Spirlea (Capezzano Pianore) (rappreżentanti: V. Foerster u T. Pahl, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Sipos u G. Wilms, aġenti)

Parti intervenjenti insostenn tal-konvenuta: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: inizjalment minn S. Centeno Huerta, sussegwentement minn J. García-Valdecasas Dorrego, abogados del Estado)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tagħlaq il-proċedura EU Pilot 2070/11/SNCO, kif imsemmi fl-ittra tas-27 ta’ Settembru 2012, mibgħuta lir-rikorrenti bir-referenza SANCO/A2/AM/kvs (2012) 1245353.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħuda bħala inammissibbli.

2)

Darius Nicolai Spirlea u Mihaela Spirlea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

3)

Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 32, 02.02.2013.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/38


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2014 – Jannatian vs Il-Kunsill

(Kawża T-187/13) (1)

((“Rikors għal annullament - Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Lista tal-persuni u entitajiet li għalihom japplikaw dawn il-miżuri restrittivi - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Tardività - Inammissibbiltà”))

2014/C 135/49

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Mahmoud Jannatian (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: E. Rosenfeld u S. Monnerville, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Naert u M. Bishop, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrent, ta’: il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/479/PESK, tat-23 ta’ Ġunju 2008, li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163 p. 43); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/475/KE, tat-23 ta’ Ġunju 2008, li timplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 163, p. 29); il- Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/652/PESK, tas-7 ta’ Awwissu 2008, li temenda l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 213, p. 58); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/840/PESK, tas-17 ta’ Novembru 2009, li timplimenta l-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 303, p. 64); ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1100/2009, tas-17 ta’ Novembru 2009, li jimplimenta l-Artikolu 7(2) tar-Regolament (KE) Nru 423/2007 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar id-Deċiżjoni 2008/475/KE (ĠU L 303, p. 31); id- Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39); id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/644/PESK, tal-25 ta’ Ottubru 2010, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413(ĠU L 281, p. 81); ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 961/2010, tal-25 ta’ Ottubru 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 423/2007 (ĠU L 281, p. 1) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.

2)

Mahmoud Jannatian għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 171, 15.06.2013.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/39


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Frar 2014 – Luxembourg Pamol (Ċipru) u Luxembourg Industries vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-578/13 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Proċedura għat- tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti - Pubblikazzjoni ta’ dokumenti dwar l-inklużjoni ta’ sustanza attiva - Ċaħda tat-talba għal trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni - Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Ammissibbiltà - Urġenza - Fumus boni juris - Ibbilanċjar tal-interessi”])

2014/C 135/50

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Luxembourg Pamol (Cyprus) Ltd (Nikosija, Ċipru); u Luxembourg Industries Ltd (Tel Aviv, l-Iżrael) (rappreżentanti: C. Mereu u K. Van Maldegem, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. von Rintelen u P. Ondrůšek, aġenti)

Suġġett

Talba għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ikkomunikata lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) tat-8 ta’ Ottubru 2013, li tiċħad it-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni inkluża fir-rapport ta’ reviżjoni mill-pari u fl-addendum finali dwar l-inklużjoni tas-sustanza attiva fosfonati tal-potassju, imressqa skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332), u skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 188/2011, tal-25 ta’ Frar 2011, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414 fir-rigward tal-proċedura għall-valutazzjoni ta’ sustanzi attivi li ma kinux fis-suq sentejn wara d-data ta’ notifika ta’ dik id-Direttiva (ĠU L 53, p. 51).

Dispożittiv

1)

L-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, ikkomunikata lil Luxembourg Pamol (Cyprus) Ltd u lil Luxembourg Industires Ltd permezz ta’ ittra tal-Awtorità Ewropea għas-Sigurtà tal-Ikel (EFSA) tat-8 ta’ Ottubru 2013 u li tiċħad it-talba tagħhom għal trattament kunfidenzjali ta’ ċerta informazzjoni inkluża fir-rapport ta’ reviżjoni mill-pari u fl-addendum finali dwar l-inklużjoni tas-sustanza attiva fosfonati tal-potassju, hija sospiża.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija ordnata ma tippermettix il-pubblikazzjoni, mill-EFSA, ta’ verżjoni tar-rapport ta’ reviżjoni mill-pari u tal-addendum finali dwar l-inklużjoni tas-sustanza attiva fosfonati tal-potassju, li tkun iktar dettaljata mill-verżjoni b’partijiet imħassra inkluża fl-ittra ta’ Luxembourg Pamol (Cyprus) u ta’ Luxembourg Industries tal-25 ta’ Frar 2013, kif jidhru fl-Anness A 3 tar-rikors prinċipali.

3)

L-ispejjeż huma rriżervati.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/40


Digriet tal-President tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Marzu 2014 – Aluminios Cortizo u Cortizo Cartera vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-1/14 R)

([“Proċeduri għal miżuri provviżorji - Għajnuna mill-Istat - Għajnuna mogħtija mill-awtoritajiet Spanjoli favur ċerti gruppi ta’ interess ekonomiku (GIE) u l-investituri tagħhom - Sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehim ta’ leasing finanzjarju għall-akkwist ta’ vapuri (sistema Spanjola ta’ leasing fiskali) - Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni - Nuqqas ta’ rekwiżiti proċedurali - Inammissibbiltà”])

2014/C 135/51

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Aluminios Cortizo, SA (Padrón, Spanja); u Cortizo Cartera, SL (Padrón) (rappreżentant: A. Beiras Cal, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Di Bucci, M. Afonso, É. Gippini Fournier u P. Němečková, aġenti)

Suġġett

Talba għal sospensjoni tal-eżekuzzjoni, b’mod partikolari, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2013) 4426 finali, tas-17 ta’ Lulju 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat SA.21233 C/2011 (ex NN/2011, ex CP 137/2006) – Sistema fiskali applikabbli għal ċerti ftehim ta’ leasing finanzjarju.

Dispożittiv

1)

It-talba għal miżuri provviżorji hija miċħuda.

2)

L-ispejjeż huma rriżervati.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/40


Appell ippreżentat fit-12 ta’ Marzu 2014 minn Eva Cuallado Martorell mis-sentenza mogħtija fit-18 ta’ Settembru 2012 mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fil-Kawża F-96/09, Cuallado Martorell vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-506/12)

2014/C 135/52

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Appellant: Eva Cuallado Martorell (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Pinto Cañón, avukat)

Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tilqa’ l-appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, It-Tieni Awla, fil-Kawża F-96/09, u tannullaha parzjalment, speċifikatament f’dak li jirrigwarda d-deċiżjoni li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li l-appellanti ma tiġix ammessa għall-eżami orali u d-deċiżjoni li permezz tagħha ġiet miċħuda t-talba għall-annullament tad-deċiżjonijiet li jirriffjutaw il-komunikazzjoni lill-appellanti tal-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti tagħha, kif ukoll tal-iskeda ta’ evalwazzjoni individwali relatata ma dawn l-eżamijiet;

tilqa’ totalment it-talbiet magħmula fl-ewwel istanza, ħlief f’dak li jirrigwarda l-annullament tad-deċiżjonijiet relatati mal-eżamijiet bil-miktub b) u ċ), sa fejn dawn id-deċiżjonijiet kienu jirrifjutaw il-komunikazzjoni tad-dokumenti miktuba mir-rikorrenti u tal-iskedi ta’ evalwazzjoni, ta’ kull wieħed minn dawn l-eżamijiet, redatta mill-Bord tal-Għażla, peress li dawn kienu ġew trażmessi lir-rikorrenti permezz ta’ ittra tal-EPSO tas-16 ta’ Ġunju 2010, paragrafi 72 u 73, u

tikkonferma l-kundanna tal-appellata għall-ispejjeż għall-proċedura fl-ewwel istanza u tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż tal-appell.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tinvoka tliet aggravji.

1.

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq l-allegazzjoni li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta ċaħad uħud mit-talbiet magħmula mill-appellanti fir-rikors, u b’hekk kiser id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva previst fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

f’dan ir-rigward qed jiġi affermat li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku qies li r-rikors kien tardiv fir-rigward ta’ wħud mit-talbiet magħmula fih, jiġifieri, bi ksur tal-prinċipju pro actione, li għall-kalkolu tat-terminu għall-preżentata, mill-azzjoni li kkawżat id-dannu, ma kellux jittieħed inklusiderazzjoni l-ilment amministrattiv ippreżentat mill-appellanti, skont l-Artikolu 9(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika.

2.

It-tieni aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tal-Artikolu 296 TFUE, sa fejn ġie ddikjarat li s-sempliċi komunikazzjoni lill-kandidat tal-marki miksuba, mingħajr raġunijiet ulterjuri, f’żewġ eżamijiet bil-miktub fil-kuntest ta’ kompetizzjoni ġenerali, tikkostitwixxi motivazzjoni suffiċjenti.

fid-dawl tal-kunsiderazzjoni tal-qorti tal-ewwel istanza li tgħid li l-Bord tal-Għażla huwa protett, fir-rigward tal-azzjonijiet kollha tiegħu, mis-segretezza, li jippresupponi protezzjoni tal-immunitajiet ta’ deċiżjoni, l-appellanti tallega l-possibbiltà ta’ stħarriġ ġudizzjarju tad-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Għażla fir-rigward tad-distinzjoni, fl-azzjonijiet tiegħu ta’ evalwazzjoni teknika, bejn in-“nukleu materjali tad-deċiżjoni” u l-“akwati” tagħha.

3.

It-tielet aggravju bbażat fuq ksur tal-Artikoli 42 u 45 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea

f’dan ir-rigward qed jiġi affermat li t-Tribunal għas-Servizz Pubbliku wettaq żball ta’ liġi meta kkunsidra li l-kandidata għall-kompetizzjoni ġenerali, li ma taqbilx mal-marki miksuba, ma għandhiex dritt ta’ aċċess għall-eżamijiet bil-miktub ikkoreġuti, u għalhekk kiser id-dritt tagħha ta’ aċċess għad-dokumenti.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/41


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Jannar 2014 – Grundig Multimedia vs UASI (Pianissimo)

(Kawża T-11/14)

2014/C 135/53

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Grundig Multimedia AG (Stansstad, l-Isvizzera) (rappreżentant: S. Walter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-5 ta’ Novembru 2013, fil-Każ R 441/2013-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż, inklużi dawk sostnuti quddiem l-UASI.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Pianissimo” għal prodotti fil-klassi 7 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 102 266

Deċiżjoni tal-eżaminatur: trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/42


Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Jannar 2014 – St’art et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-36/14)

2014/C 135/54

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: St’art – Fonds d’investissement dans les entreprises culturelles (Mons, il-Belġju); Stichting Cultuur – Ondernemen (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Angel Capital Innovations Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Dehin u C. Brüls, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat u sussegwentement tannulla l-atti kkontestati:

kemm id-deċiżjoni ta’ data mhux magħrufa tal-Kummissjoni Ewropea li ttemm il-proġett “Factor SI.2.609157-2/G/ENT/CIP/11/C/N03C011” u li ttemm konsegwentement l-għoti tas-sussidju lill-konsorzju magħmul mir-rikorrenti;

kif ukoll id-deċiżjoni li tikkonfermaha adottata fid-29 ta’ Novembru 2013;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż inklużi l-ispejjeż tal-avukati tar-rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u fuq ksur tad-dritt ta’ trattament ekwu u tal-prinċipju ġenerali tal-eżekuzjoni bona fides tal-ftehim u tal-kundizzjonijiet tal-kuntratt, sa fejn il-motivazzjoni pprovduta mill-Kummissjoni ma hijiex adegwata u sa fejn l-ebda kundizzjoni ta’ rexissjoni tal-kuntratt ma hija ssodisfatta. Ir-rikorrenti jargumentaw li l-fatt li l-għanijiet li kellhom jinkisbu mill-proġett ġew miksuba permezz ta’ mezzi oħra biex b’hekk ċaħdu lill-proġett mill-għan tiegħu ma kinitx raġuni valida sabiex ikun hemm rexissjoni tal-kuntratt ta’ sussidju.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq eċċess u fuq użu ħażin ta’ poter, kif ukoll fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, tal-prinċipju ta’ kontradittorju u tal-prinċipju ġenerali “patere legem quam ipse fecisti”, peress li l-Kummissjoni ma pprovdietx l-elementi li, minn naħa, jagħmluha possibbli li jiġi kkunsidrat jekk hija eżaminatx l-osservazzjonijiet magħmula mill-konsorzju li jiffurmaw parti minnu r-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, li jkunu magħrufa l-motivi għaliex ċaħdet dawn l-osservazzjonijiet.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/43


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill

(Kawża T-65/14)

2014/C 135/55

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bank Refah Kargaran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrent

tannulla r-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, sa fejn dan jikkonċerna lir-rikorrent;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, sa fejn din tikkonċerna lir-rikorrent;

tiddikjara r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012 inapplikabbli fir-rigward tiegħu;

tiddikjara d-Deċiżjoni 2010/413/PESK inapplikabbli fir-rigward tiegħu;

sussidjarjament, tannulla r-Regolament ta’ Implementazzjoni u d-Deċiżjoni msemmija fl-ewwel żewġ inċiżi ta’ dawn it-talbiet, b’effett mill-20 ta’ Jannar 2014;

tordna li l-Kunsill ikun ikkundannat għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tmien motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni bi ksur tal-Artikolu 296 TFUE, sa fejn ir-Regolament ta’ Implementazzjoni li jipproċedi għall-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet koperti minn miżuri restrittivi ma jindikax espressament il-bażi legali li fuqha dan ittieħed.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ bażi legali, sa fejn il-bażi legali tar-Regolament ta’ Implementazzjoni kkontestat hija r-Regolament Nru 267/2012 (1), li għandu jiġi ġġudikat inapplikabbli fir-rigward tar-rikorrent sa fejn, minn naħa, huwa ġie adottat bi ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni stabbilit fl-Artikolu 296 TFUE u bi ksur tal-Artikolu 215 TFUE u sa fejn, min-naħa l-oħra, l-Artikolu 23(2)(d) tiegħu li jikkostitwixxi l-bażi legali tal-inklużjoni tar-rikorrent fil-lista tal-Anness IX tar-Regolament Nru 267/2012, jikser it-Trattati u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

3.

It-tielet, ir-raba’, il-ħames u s-sitt motivi bbażati rispettivament i) fuq żball ta’ liġi, ii) fuq żball ta’ fatt u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni, iii) fuq ksur tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u iv) fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.

4.

Is-seba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Artikolu 20(1)(c) tad-Deċiżjoni 2010/413 (2), li jikkostitwixxi l-bażi legali tas-sanzjoni li hija imposta fuq ir-rikorrent għandu jiġi ddikjarat inapplikabbli fir-rigward tiegħu għaliex din id-dispożizzjoni tmur kontra t-Trattati, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u l-prinċipju ta’ proporzjonalità. Ir-rikorrent isostni li d-deċiżjoni li jiġi inkluż fil-lista tal-persuni u tal-entitajiet koperti minn miżuri restrittivi għandha għaldaqstant tiġi annullata.

5.

It-tmien motiv ibbażat fuq il-fatt li s-sanzjoni kkontestata saret illegali b’effett mill-20 ta’ Jannar 2014 peress li l-Kunsill irrikonoxxa f’din id-data li l-Iran kien waqqaf l-attivitajiet nukleari li huma l-kawża tas-sanzjoni. Ir-rikorrent isostni li għaldaqstant is-sanzjoni titlef l-iskop tagħha.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK, tas-26 ta’ Lulju 2010, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, p. 39).


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/44


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Jannar 2014 – Franza vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-74/14)

2014/C 135/56

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. Belliard, G. de Bergues, D. Colas u J. Bousin, aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla fl-intier tagħha d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea Nru C(2013) 7066 finali, tal-20 ta’ Novembru 2013, dwar l-għajnuna mill-Istat Nru SA.16237 implementata minn Franza favur is-Société Nationale Corse Méditerranée;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Permezz tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7066 finali, tal-20 ta’ Novembru 2013, li permezz tagħha l-Kummissjoni qieset li, minn naħa, il-bqija li fadal mill-għajnuna għar-ristrutturazzjoni, innotifikata fit-18 ta’ Frar 2002 mill-awtoritajiet Franċiżi, fl-ammont ta’ EUR 15,81 miljun, u min-naħa l-oħra, it-tliet miżuri implementati mill-awtoritajiet Franċiżi fl-2006 favur is-Société nationale maritime Corse Méditerranée (iktar 'il quddiem is-“SNCM”), jiġifieri, it-trasferiment ta’ 75 % tas-SNCM bil-prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun, iż-żieda tal-kapital ta’ EUR 8,75 miljun allokata lill-Compagnie générale maritime et financière (iktar 'il quddiem is-“CGMF”) u l-ħlas bil-quddiem f’kont kurrenti ta’ EUR 38,5 miljun, jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat u huma inkompatibbli mas-suq intern. Konsegwentement, il-Kummissjoni ordnat l-irkupru tagħhom.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel aggravju jallega ksur tad-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, peress li l-Kummissjoni rrifjutat li tiftaħ mill-ġdid il-proċedura ta’ investigazzjoni formali wara s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Settembru 2012, Corsica Ferries France vs Il-Kummissjoni (T-565/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra).

2.

It-tieni motiv jallega, sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li l-Kummissjoni kellha raġun ma tiftaħx mill-ġdid il-proċedura ta’ investigazzjoni formali wara s-sentenza tal-11 ta’ Settembru 2012, ksur tal-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, sa fejn il-Kummissjoni qieset li l-miżuri tal-2006 kellhom jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Dan il-motiv huwa diviż fi tliet partijiet. Ir-rikorrenti tqis li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 107(1) TFUE:

sa fejn hija qieset li t-trasferiment ta’ 75 % tas-SNCM bil-prezz negattiv ta’ EUR 158 miljun kellu jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat u li l-eżami tal-investitur privat ma ġiex sodisfatt f’dan il-każ;

sa fejn hija qieset li l-kontribuzzjoni fil-forma ta’ kapital ta’ EUR 8,75 miljun kellha tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat;

sa fejn hija qieset li l-ħlas bil-quddiem f’kont kurrenti ta’ EUR 38,5 miljun favur l-impjegati tas-SNCM kellu jiġi kklassifikat bħala għajnuna mill-Istat fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.

3.

It-tielet motiv jallega, sussidjarjament, fil-każ li l-Qorti Ġenerali tqis li l-Kummissjoni kellha raġun ma tiftaħx mill-ġdid il-proċedura ta’ investigazzjoni formali wara s-sentenza tal-11 ta’ Settembru 2012, ksur tal-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE sa fejn il-Kummissjoni qieset li l-kontribuzzjoni fil-forma ta’ kapital EUR 15,81 miljun innotfikata fl-2002 bħala għajnuna għar-ristrutturazzjoni kellha tiġi kklassifikata bħala għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq intern.

4.

Ir-raba’ motiv jallega nuqqas ta’ motivazzjoni.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/45


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 – Morningstar vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-76/14)

2014/C 135/57

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Morningstar, Inc. (Chicago, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: S. Kinsella, K. Daly u P. Harrison, Solicitors)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Kummisjoni fil-Każ COMP/39.654 – Kodiċijiet tal-Istrumenti Reuters, tal-20 ta’ Diċembru 2012, u ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali fit-12 ta’ Novembru 2013 (ĠU C 326, p. 4);

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż; u

tordna kwalunkwe miżura oħra li l-Qorti Ġenerali tqis xierqa.

Motivi u argumenti prinċipali

F’din il-kawża, ir-rikorrenti titlob l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata fil-qafas tal-Każ COMP/39.654 – Kodiċijiet tal-Istrumenti Reuters dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 102 tat-TFEU u tal-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE, dwar prattiki minn Thomson Reuters li taw lok għal ostakoli biex tinbidel il-provvista tad-data kkonsolidata f’ħin reali. Permezz tad-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni għamlet ċertu rbit vinkolanti fuq Thomson Reuters skont l-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 (1) u ddeċidiet li ma kienx hemm iktar raġuni għal azzjoni. Ir-rikorrenti hija kompetitur ta’ Thomson Reuters.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta adottat id-Deċiżjoni peress li dan l-irbit manifestament jonqos milli jindirizza l-kwistjonijiet relatati mal-kompetizzjoni identifikati fid-Deċiżjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq li l-Kummissjoni aġixxiet ultra vires peress li eċċediet il-poteri mogħtija lilha mill-Kunsill Ewropew u għalhekk id-Deċiżjoni hija mingħajr bażi legali xierqa.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq li d-Deċiżjoni naqset milli tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq li d-Deċiżjoni tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni tal-Kummissjoni.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/46


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 – EE Ltd vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond griż)

(Kawża T-77/14)

2014/C 135/58

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EE Ltd (Hatfield, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-24 ta’ Ottubru 2013, fil-Każ R 704/2013-1.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva b’rappreżentazzjoni ta’ tikek bojod fuq sfond griż għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 16, 25, 35-39, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 388 386

Deċiżjoni tal-eżaminatur: it-trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni ma hijiex idonea sabiex tiġi rreġistrata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/46


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Frar 2014 – Benediktinerabtei St. Bonifaz vs UASI – Andechser Molkerei Scheitz (Genuß für Leib & Seele KLOSTER Andechs SEIT 1455)

(Kawża T-78/14)

2014/C 135/59

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Benediktinerabtei St. Bonifaz Köperschaft des öffentlichen Rechts (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Würtenberger u R. Kunze, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Andechser Molkerei Scheitz GmbH (Andechs, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tal-14 ta’ Novembru 2013, fil-Każ R 1272/2012-1 dwar il-proċedimenti ta’ oppożizzjoni Nru B 1 754 228 (Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 255 811);

tikkundanna lill-Uffiċċju għal-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elment verbali “Genuß für Leib & Seele KLOSTER Andechs SEIT 1455”, għal prodotti fil-klassi 28 (Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 255 811)

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: Andechser Molkerei Scheitz GmbH

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva nazzjonali u t-trade mark figurattiva Komunitarja li jinkludu l-element verbali “ANDECHSER NATUR” u “ANDECHSER NATUR SEIT 1908”, għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29 u 35

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

Ksur tal-ewwel sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tat-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/47


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2014 – Energy Brands vs UASI – Smart Wines (SMARTWATER)

(Kawża T-81/14)

2014/C 135/60

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Energy Brands, Inc. (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Stone u R. Allos, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Smart Wines GmbH (Köln, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tad-19 ta’ Novembru 2013 mogħtija fil-Każ R 903/2013-2;

tikkundanna lill-UASI u lill-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell għall-ispejjeż rispettivi tagħhom kif ukoll għal dawk tar-rikorrenti.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SMARTWATER” għal prodotti fil-klassijiet 30, 32 u 33 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 400 194

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja preċedenti Nru 5 853 601 għat-trade mark verbali “SMART WINES” għal prodotti fil-klassijiet 30 u 33

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa kollha kemm hi

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikoli 8(1)(a) u (b) u 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/48


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Frar 2014 – Harrys Pubar vs UASI – Harry’s New York Bar (HARRY’S NEW YORK BAR)

(Kawża T-84/14)

2014/C 135/61

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Harrys Pubar AB (Gothenburg, l-Isvezja) (rappreżentant: L.-E. Ström, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Harry’s New York Bar SA (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Novembru 2013, mogħtija fil-Każijiet magħquda R 1038/2012-1 u R 1045/2012-1;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “HARRY’S NEW YORK BAR” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 30, 32 u 43 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 3 383 445

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade marks Svediżi rreġistrati bin-numri 356 009, 320 026, 315 142 u 55 6513-1066 għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni ddikjarata parzjalment fondata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors iddikjarat parzjalment fondat fil-Każ R 1038/2012-1 u miċħud fil-Każ R 1045/2012-1

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u (4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/48


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Frar 2014 – Infocit vs UASI DIN (DINKOOL)

(Kawża T-85/14)

2014/C 135/62

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Infocit – Prestação de Serviços, Comércio e Indústria, Lda (Luwanda, l-Angola) (rappreżentant: A. Oliveira, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: DIN – Deutsches Institut für Normung eV (Berlin, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-12 ta’ Novembru 2013 mogħtija fil-Każ R 1106/2012-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “DINKOOL” għal prodotti fil-klassijiet 7, 9 u 11 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 768 061

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: ir-reġistrazzjoni bħala trade mark internazzjonali Nru 229 048 tat-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “DIN” għal prodotti fil-klassijiet 1 sa 34 u trade mark verbali preċedenti mhux irreġistrata “DIN” fil-Ġermanja

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni totalment miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell milqugħ, deċiżjoni kkontestata annullata u applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja kkontestata miċħuda fl-intier tagħha

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b), (4) u (5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/49


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2014 – Export Development Bank of Iran vs Il-Kunsill

(Kawża T-89/14)

2014/C 135/63

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Export Development Bank of Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentant: J.-M. Thouvenin, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, sa fejn jirrigwarda lir-rikorrenti;

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti;

tiddikjara inapplikabbli fil-konfront tagħha r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012;

tiddikjara inapplikabbli fir-rigward tagħha d-Deċiżjoni 2010/413 PESK;

sussidjarjament, tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni u d-Deċiżjoni msemmija fl-ewwel żewġ inċiżi ta’ dawn it-talbiet, mill-20 ta’ Jannar 2014;

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka disa’ motivi li tmienja minnhom huma essenzjalment identiċi jew jixbhu lil dawk invokati fil-kuntest tal-Kawża T-65/14, Bank Refah Kargaran vs Il-Kunsill.

Ir-rikorrenti tinvoka barra minn hekk motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza u ta’ nondiskriminazzjoni.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/50


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Frar 2014 – Secolux vs Il-Kummissjoni u CdT

(Kawża T-90/14)

2014/C 135/64

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Secolux, Association pour le contrôle de la sécurité de la construction (Capellen, il-Lussemburgu) (rappreżentant: N. Prüm-Carré, avukat)

Konvenuti: Iċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea (CdT) u Il-Kummissjoni Ewropea.

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-3 ta’ Diċembru 2013 adottata mill-Kummissjoni Ewropea, f’isimha kif ukoll f’isem awtoritajiet kontraenti oħra, jiġifieri ċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea u l-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti għal-lot 1, “Kontrolli leġiżlattivi ta’ sigurtà, benesseri u ambjentali” fil-kuntest tas-sejħa għal offerti nru 02/2013/OIL “Kontrolli ta’ sigurtà” u li tattribwixxi l-kuntratt kontenzjuż lil offerent ieħor;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ħlas tas-somma ta’ EUR 467 186,08 bħala ħlas ta’ kumpens għad-dannu subit, flimkien mal-interessi legali mid-data li fiha l-kuntratt ġie attribwit sal-likwidazzjoni tas-somom dovuti;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka erba’ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq irregolaritajiet proċedurali, informazzjoni kontradittorja li biha ġiet mgħarrfa r-rikorrenti dwar l-ammont tal-offerta magħżula għal-lot nru 1. Ir-rikorrenti ssostni li:

jew l-ammont tal-offerta tal-offerent magħżul, imsemmi fl-ittra tal-Kummissjoni, tal-11 ta’ Diċembru 2013, li tinforma lir-rikorrenti dwar il-karatteristiċi u l-vantaġġi relatati mal-offerta magħżula, huwa ineżatt peress li huwa baxx wisq. F’dan il-każ, ir-rikorrenti ma kellhiex aċċess għal informazzjoni attendibbli fir-rigward tal-prezz tal-offerta magħżula, liema fatt jippreġudika l-obbligu ta’ motivazzjoni;

jew il-valur tal-kuntratt li ġie attribwit u li jinsab fl-avviż ta’ għoti ta’ kuntratt ippubblikat fl-24 ta’ Diċembru 2013 (1) huwa żbaljat peress li huwa għoli wisq. F’dan il-każ, l-avviż ta’ għoti ta’ kuntratt ma jirriflettix il-valur tal-offerta magħżula, liema fatt jikkostitwixxi ksur tal-obbligu ta’ trasparenza;

jew l-ammont tal-offerta magħżula kif indikata fl-ittra tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2013 u l-valur tal-kuntratt hekk kif indikat fl-avviż ta’ għoti tal-kuntratt huma eżatti. F’dan il-każ, il-kuntratt ġie attribwit għal ammont ogħla mill-offerta magħżula, liema fatt jikkostitwixxi ksur gravi tal-prinċipji ta’ trasparenza, ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq irregolarità tal-offerta magħżula, inkwantu l-offerent magħżul ma jistax, bil-prezz offert, jissodisfa korrettament is-servizzi kollha mitluba, u dan, b’persunal li għandu l-kwalifiki meħtieġa.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq offerta anormalment baxxa. Ir-rikorrenti ssostni li fil-każ inkwistjoni jeżisti numru ta’ ħjiel li jindika li l-offerta magħżula ma hijiex konkordanti ma’ realtà ekonomika. Għalhekk il-Kummissjoni jmissha talbet preċiżazzjonijiet mingħand l-offerent magħżul dwar il-kompożizzjoni tal-offerta tiegħu, skont l-Artikolu 151 tar-Regolament ta’ Delega Nru 1268/2012 (2).

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tal-prinċipji ta’ ugwaljanza fit-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni kemm waqt it-tfassil tal-offerti kif ukoll waqt l-evalwazzjoni tagħhom. Ir-rikorrenti ssostni:

minn naħa li, inkwantu l-offerent magħżul huwa wkoll il-persuna li attribwiet kuntratti preċedenti, dan kien jibbenefika minn informazzjoni privileġġjata dwar il-postijiet, is-servizzi li għandhom jitwettqu u l-kwantitajiet realment mitluba mill-Kummissjoni, liema fatt imissu wassal lill-Kummissjoni titlob kjarifiki mir-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 160(3) tar-Regolament ta’ Delega Nru 1268/2012;

u, min-naħa l-oħra, li l-Kummissjoni ħadet inkunsiderazzjoni l-kwalità tas-servizzi pprovduti preċedentement mill-persuna li attribwiet il-kuntratti preċedenti waqt l-evalwazzjoni tal-offerti sottomessi għall-kuntratt li kellu jiġi attribwit.


(1)  ĠU 2013/S 249-433951

(2)  Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012, tad-29 ta’ Ottubru 2012, dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, p. 1).


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/51


Rikors ippreżentat fl-10 ta’ Frar 2014 – St’art et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-93/14)

2014/C 135/65

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: St’art – Fonds d’investissement dans les entreprises culturelles (Mons, il-Belġju); Stichting Cultuur – Ondernemen (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi); u Angel Capital Innovations Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: L. Dehin u C. Brüls, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat u għaldaqstant tannulla l-att ikkontestat:

jiġifieri d-deċiżjoni tal-Kummissjoni, li d-data tagħha ma hijiex magħrufa iżda li ġiet ifformalizzata fid-29 ta’ Novembru 2013, li tirkupra s-somma ta’ EUR 140 500,01 mingħand il-kumpannija EDC fil-kuntest tal-kuntratt “Factor SI.2.609157-2/G/ENT/CIP/11/C/N03C011”, li toħroġ nota ta’ debitu f’dan ir-rigward u li teżiġi f’dan ir-rigward, jekk ikun hemm bżonn, ir-responsabbiltà in solidum tal-membri l-oħra tal-konsorzju.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u b’mod partikolari tal-obbligu ta’ motivazzjoni, kif ukoll fuq ksur tal-prinċipju ta’ legalità, sa fejn id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirkupra l-ħlasijiet bil-quddiem magħmula lill-kumpannija EDC fil-kuntest tal-proġett “C-I Factor” u li teżiġi f’dan ir-rigward ir-responsabbiltà in solidum tar-rikorrenti, membri tal-konsorzju, hija allegatament ibbażata fuq id-deċiżjoni illegali li jitwaqqaf il-kuntratt ta’ sussidju.

2.

It-tieni motiv huwa bbażat fuq abbuż u fuq użu ħażin ta’ poter, kif ukoll fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba, tal-prinċipju ta’ kontradittorju u tal-prinċipju ġenerali “patere legem quam ipse fecisti”, sa fejn il-Kummissjoni ma pprovdietx elementi li permezz tagħhom, minn naħa, jista’ jkun magħruf jekk eżaminatx l-osservazzjonijiet magħmula mill-konsorzju li minnu jagħmlu parti r-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, jistgħu jkunu magħrufa r-raġunijiet għaliex il-Kummissjoni ċaħdet dawn l-osservazzjonijiet. Ir-rikorrenti jikkritikaw ukoll lill-Kummissjoni talli ma tathomx il-possibbiltà jeżegwixxu huma stess l-obbligi li jirriżultaw mill-kuntratt sabiex jiġu rrimedjati n-nuqqasijiet eventwali min-naħa tal-kumpannija EDC.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/52


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2014 – EE vs UASI (rappreżentazzjoni ta’ disinn ikkulurit)

(Kawża T-94/14)

2014/C 135/66

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EE Ltd (Hatfield, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-20 ta’ Novembru 2013 mogħtija fil-Każ R 495/2013-1.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta disinn ikkulurit għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 16, 25, 28, 35-39, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru. 11 177 631

Deċiżjoni tal-eżaminatur: it-trade mark li saret applikazzjoni għaliha nstabet li ma hijiex adatta għar-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/52


Rikors ippreżentat fil-11 ta’ Frar 2014 – Vimeo vs UASI – PT Comunicações (VIMEO)

(Kawża T-96/14)

2014/C 135/67

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vimeo LLC (New York, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: A. Poulter u M. Macdonald, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: PT Comunicações, SA (Lisbona, il-Portugall)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Novembru 2013 fil-Każ R 1092/2013-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “VIMEO” għal servizzi fil-klassijiet 38, 41 u 42 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 9 843 061

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-element verbali “meo” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 37, 38, 41 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/53


Appell ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2014 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku fit-12 ta’ Diċembru 2013 fil-Kawża F-142/11, Simpson vs Il-Kunsill

(Kawża T-130/14 P)

2014/C 135/68

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Bauer u A. Bisch, bħala aġenti)

Il-parti l-oħra fil-proċeduri: Erik Simpson (Brussell, il-Belġju)

Talbiet tal-appellant

Tannulla s-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tat-12 ta’ Diċembru 2013, mogħtija fil-Kawża F-142/11, Erik Simpson vs Il-Kunsill, sa fejn tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tad-9 ta’ Diċembru 2010 u li tiddikjara li l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll l-ispejjeż ta’ E. Simpson;

Tirrinvija l-kawża quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku; u

Tordna li r-rikorrent fl-ewwel istanza jbati l-ispejjeż ta’ din il-proċedura.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tiegħu, l-appellant jinvoka aggravju wieħed, li jallega li l-konklużjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku, li tgħid li d-deċiżjoni kkontestata hija illegali minħabba li tikser l-obbligu ta’ motivazzjoni, hija bbażata fuq premessi żbaljati dovuti għad-distorsjoni tal-provi, u għalhekk ma tistax tiġi milqugħa.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/53


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2014 – Albis Plastic vs UASI- IQAP Masterbatch Group (ALCOLOR)

(Kawża T-132/14)

2014/C 135/69

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Albis Plastic GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Klawitter, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: IQAP Masterbatch Group, SL (Masíes de Roda, Spanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni li t-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat fit-3 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ R 1015/2012-2;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: it-trade mark verbali “ALCOLOR” għal prodotti u servizzi fil-klassi 1 – trade mark Komunitarja Nru 3 073 889

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: IQAP Masterbatch Group, SL

Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: it-trade mark figurattiva nazzjonali li tinkludi l-element verbali “ALCOLOR” għal prodotti fil-klassi 2, kif ukoll l-isem tal-kumpannija “ALCOLOR” użat fil-kummerċ fi Spanja fir-rigward ta’ “koloranti”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità miċħuda.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: rikors milqugħ u rinviju tal-kawża quddiem id-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 53(1) tar-Regolament Nru 207/2009 u tal-modalitajiet ta’ applikazzjoni tagħha.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/54


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Frar 2014 – Kicktipp vs UASI – Società Italiana Calzature (kicktipp)

(Kawża T-135/14)

2014/C 135/70

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Kicktipp GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Dreyer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Società Italiana Calzature Sr (Milano, l-Italja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-12 ta’ Diċembru 2013, fil-Każ R 1061/2012-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikant għal trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “kicktipp” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 25, 35, 38 u 41 – Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja Nru 8 874 281

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trademarks Taljani Nri 348 149, 905 554, 905 554 għal prodotti fil-klassi 25

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) u tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/55


Rikors ippreżentat fl-24 ta’ Frar 2014 – Tilda Riceland Private vs UASI – Siam Grains (BASMALI LONG GRAIN RICE RIZ LONG DE LUXE)

(Kawża T-136/14)

2014/C 135/71

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Tilda Riceland Private Ltd (Gurgaon, l-Indja) (rappreżentanti: S. Malynicz, Barrister, N. Urwin u D. Sills, Solicitors)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Siam Grains Co. Ltd (Bangkok, it-Tajlandja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni), tat-18 ta’ Diċembru 2013, mogħtija fil-Każ R 1086/2012-4;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva bl-iswed u bl-abjad li tinkludi l-elementi verbali “BASMALI LONG GRAIN RICE RIZ LONG DE LUXE” għal prodotti fil-klassi 30 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 520 641

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: ir-rikorrenti

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark preċedenti mhux irreġistrata u s-sinjal preċedenti “użat fil-kummerċ u li jindika klassi ta’ prodotti”“BASMATI” użati fir-Renju Unit fir-rigward tar-“ross”

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni miċħuda fl-intier tagħha

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/55


Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Frar 2014 – I Castellani vs UASI – Chomarat (li tirrapreżenta ċirku)

(Kawża T-134/14)

2014/C 135/72

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: I Castellani Srl (Meldola, l-Italja) (rappreżentanti: M. Caramelli, F. Boscariol de Roberto, I. Gatto u D. Martucci, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Compagnie Chomarat (Pariġi, Franza)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tat-13 ta’ Diċembru 2013 fil-Każ R 1001/2012-2;

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta ċirku għal prodotti fil-klassi 19 – Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 2 844 033

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal revoka tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Nru 2 844 033 milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 51(2) tar-Regolament Nru 207/2009.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/56


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Bora Creations vs UASI (gel nails at home)

(Kawża T-140/14)

2014/C 135/73

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Bora Creations, SL (Ceuta, Spanja) (rappreżentanti: R. Lange, G. Hild u E. Schalast, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-5 ta’ Diċembru 2013, fil-Każ R 450/2013-1; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “gel nails at home”, għal prodotti fil-klassijiet 3, 8, 11 u 21 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 331 634

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell micħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/57


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2014 – EE vs UASI

(Kawża T-143/14)

2014/C 135/74

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EE Ltd (Hatfield, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, Solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-27 ta’ Novembru 2013 mogħtija fil-Każ R 703/2013-2.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva li tirrappreżenta apparat b’disinn safrani għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 16, 25, 35-39, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 388 311

Deċiżjoni tal-eżaminatur: trade mark li għaliha saret l-applikazzjoni għal reġistrazzjoni mhux eliġibbli għal reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/57


Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Marzu 2014 – EE vs UASI (Mudell b’disinn bit-tikek tal-avorju)

(Kawża T-144/14)

2014/C 135/75

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: EE Ltd (Hatfield, ir-Renju Unit) (rappreżentant: P. Brownlow, solicitor)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta’ Jannar 2014 mogħtija fil-Każ R 705/2013-1.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tirrappreżenta mudell b’disinn tal-avorju għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 7, 9, 16, 25, 35-39, 41, 42 u 45 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 381 493

Deċiżjoni tal-eżaminatur: it-trade mark li għalija saret l-applikazzjoni mhux eliġibbli għar-reġistrazzjoni

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/58


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Marzu 2014 – Volkswagen vs UASI (StartUp)

(Kawża T-156/14)

2014/C 135/76

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Volkswagen AG (Wolfsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Sander, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tas-7 ta’ Jannar 2014, fil-Każ R 1335/2013-4; u

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “StartUp” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 12, 28, 35 u 37 – Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 11 792 009

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati:

ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009;

ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/58


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Canadian Solar Emea et vs Il-Kunsill

(Kawża T-162/14)

2014/C 135/77

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Canadian Solar Emea GmbH (München, il-Ġermanja); Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc. (Changshu, iċ-Ċina); Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc. (Luoyang, iċ-Ċina); Csi Cells Co. Ltd (Suzhou, iċ-Ċina); u Csi Solar Power (iċ-Ċina), Inc. (Suzhou) (rappreżentanti: A. Willems, S. De Knop u J. Charles, avukati).

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1238/2013 li jimponi dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw fi jew li huma kkonsinjati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 1), sa fejn japplika għar-rikorrenti;

tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw sitt motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li permezz ta’ impożizzjoni ta’ miżuri antidumping fuq moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina filwaqt li n-notifika tal-bidu ta’ proċedimenti kienet issemmi biss moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 5(10) u (11) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 (1).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li permezz ta’ impożizzjoni ta’ miżuri antidumping fuq moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li ma kinux suġġetti għal investigazzjoni antidumping, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikoli 1 u 17 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li billi applikaw metoloġija ta’ ekonomija mhux tas-suq għall-kalkolu tal-marġni tad-dumping ta’ prodotti minn pajjiżi li għandhom ekonomija tas-suq, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.

4.

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li permezz tat-twettiq ta’ investigazzjoni waħda biss għal żewġ prodotti distinti (jiġifieri, moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelloli), l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 1(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.

5.

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li billi naqqsu milli jeżaminaw it-talbiet tar-rikorrenti sabiex jiksbu l-istatus ta’ impriża li topera f’ekonomija tas-suq, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.

6.

Is-sitt motiv ibbażat fuq il-fatt li billi naqqsu milli jikkwantifikaw separatament id-dannu subit mill-industrija tal-Unjoni kkawżat kemm mill-importazzjonijiet suġġetti għal dumping kif ukoll fatturi oħra magħrufa u, b’konsegwenza, billi imponew rata ta’ dazju f’eċċess ta’ dak li huwa neċessarju biex jitneħħa d-dannu kkawżat mill-importazzjonijiet suġġetti għal dumping lill-industrija tal-Unjoni, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikoli 3 u 9(4) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009, tat-30 ta’ Novembru 2009, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 343, p. 51).


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/59


Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Frar 2014 – Canadian Solar Emea et vs Il-Kunsill

(Kawża T-163/14)

2014/C 135/78

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Canadian Solar Emea GmbH (München, il-Ġermanja); Canadian Solar Manufacturing (Changshu), Inc. (Changshu, iċ-Ċina); Canadian Solar Manufacturing (Luoyang), Inc. (Luoyang, iċ-Ċina); Csi Cells Co. Ltd (Suzhou, iċ-Ċina); u Csi Solar Power (iċ-Ċina), Inc. (Suzhou) (rappreżentanti: A. Willems, S. De Knop u J. Charles, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tiddikjara r-rikors ammissibbli;

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1239/2013, tat-2 ta’ Diċembru 2013, li jimponi dazju kumpensatorju definittiv fuq importazzjonijiet ta’ moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin (jiġifieri ċelloli) li joriġinaw jew li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 325, p. 66), sa fejn japplika għar-rikorrenti;

tikkundanna l-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li permezz ta’ impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji fuq moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li huma kkunsinnati mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina filwaqt li n-notifika tal-bidu ta’ proċedimenti kienet issemmi biss moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 10(12) u (13) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009 (1).

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li permezz ta’ impożizzjoni ta’ miżuri kumpensatorji fuq moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u komponenti ewlenin li ma kinux suġġetti għal investigazzjoni kontra s-sussidji, l-istituzzjonijiet kisru l-Artikoli 1 u 27 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009.

3.

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li permezz tat-twettiq ta’ investigazzjoni waħda biss għal żewġ prodotti distinti (jiġifieri, moduli fotovoltajċi tas-siliċju kristallin u ċelloli), l-istituzzjonijiet kisru l-Artikolu 2(c) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 597/2009, tal-11 ta’ Ġunju 2009, dwar il-protezzjoni kontra importazzjonijiet sussidjati minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea (ĠU L 188, p. 93).


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/60


Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Marzu 2014 – Pérez Gutiérrez vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-168/14)

2014/C 135/79

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Ana Pérez Gutiérrez (Mataró, Spanja) (rappreżentant: J. Soler Puebla, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tiddikjara interferenza illeġittima fid-dritt għall-unur, għall-intimità tal-familja u għall-proprja immaġni, bl-użu mingħajr kunsens tal-immaġni ta’ Patrick Johannes Jacquemyn, meta l-Kummissjoni Ewropea inkludiet ir-ritratt tiegħu fil-librerija ta’ immaġni tat-twissijiet għas-saħħa għall-prodotti ta’ tabakk fl-Unjoni Ewropea.

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 181 104 fil-kuntest ta’ lucrum cessans.

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas lir-rikorrenti s-somma ta’ EUR 0.01 għal kull pakkett jew prodott tat-tabakk fejn tidher l-immaġni ta’ Patryck Jacquemyn, liema total għandu jiġi ddeterminat fiż-żmien tal-eżekuzzjoni tas-sentenza, u li f’dan il-mument jammonta għal sebgħa u għoxrin miljun ħames mija tmienja u tmenin elf ħames mija u erbgħa u għoxrin euro (EUR 27 588 524).

tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas kumpens għall-benefiċċju miksub mill-użu illegali tal-immaġni ta’ Patrick Jacquemyn, li jitla’ għal EUR 13 790 000 fi Spanja, post ta’ residenza tar-rikorrenti u ta’ Patrick Jacquemyn.

Motivi u argumenti prinċipali

Is-suġġett ta’ dawn il-proċeduri huwa r-rikors għad-danni għar-responsabbiltà mhux kuntrattwali ppreżentat għall-kumpens għad-dannu kkawżat mill-użu illegali mill-Kummissjoni Ewropea tal-immaġni ta’ Patrick Johannes Jacquemyn, konjuġi tar-rikorrenti, fit-twissijiet għas-saħħa li għandhom obbligatorjament jidhru fuq il-prodotti kollha tat-tabakk fl-Unjoni Ewropea.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tallega li d-Direttiva 2001/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Ġunju 2001, u l-Artikolu 5(3) tagħha, ġew implementati permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/641/KE, tal-5 ta’ Settembru 2003, dwar l-użu ta’ ritratti bil-kulur u u stampi oħra bħala twissijiet dwar is-saħħa fuq pakketti tat-tabakk. Sussegwentement ġiet adottata d-Deċiżjoni C (2005) 1452, tas-26 ta’ Mejju 2005, dwar il-librerija ta’ dokumenti sors magħżula, li jinkludi r-ritratti għal kull waħda mit-twissijiet addizzjonali elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2001/37/KE, li ġiet sussegwentement modifikata bid-Deċiżjoni C (2006) 1502, tat-13 ta’ April 2006/

L-imsemmija direttiva u d-deċiżjonijiet bl-immaġni li kellhom jiġu inklużi fil-pakketti ta’ tabakk ġew inkorporati fid-drittijiet ta’ kull wieħed mill-Istati Membri. Konkretament, fi Spanja, ġew inkorporati permezz tad-Digriet Irjali 639/2010, tal-14 ta’ Mejju. L-Istat Spanjol, mill-42 immaġni proposti mill-Kummissjoni Ewropea, għażel 14, u fosthom kien hemm dik ta’ Patrick Jacquemyn.

Ir-rikorrenti tkompli ssostni li P. Jacquemyn kien l-isptar ta’ Barcelona mill-21 ta’ Ġunju sas-16 ta’ Awwissu 2002, fejn għamel 22 ġurnata f’koma. Sa minn dak iż-żmien dehru diversi immaġni ta’ P. Jacquemyn fuq l-internet, peress li kien każ kliniku ta’ bronko-pnewmopatija kronika ostruttiva [chronic obstructive pulmonary disease (COPD)], kien sofra intubazzjoni diffiċli u traketomija, li kien każ ta’ studju, mingħajr ma kien ta l-kunsens tiegħu għax-xandir tal-immaġni.

Kien permezz ta’ dan l-użu mingħajr kunsens tal-immaġni tiegħu matul il-koma li waħda mill-immaġni tiegħu ddaħlet fil-librerija ta’ immaġni tat-twissijiet sanitarji, wara li r-ritratt ġie proċessat mill-kumpannija ta’ pubbliċità li kienet tqabbdet għall-kampanja.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2014 – USFSPEI u Loescher vs Il-Kunsill

(Kawża T-119/12) (1) 1

2014/C 135/80

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tmien Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  1 ĠU C 165, 09.06.2012.


5.5.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 135/61


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Frar 2014 – Bimbo vs UASI (FIBRA PROTEÍNAS NUTRIENTES)

(Kawża T-600/13) (1) 1

2014/C 135/81

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  1 ĠU C 31, 01.02.2014.