ISSN 1977-0987

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 95

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
1 ta' April 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

FTEHIMIET INTERISTITUZZJONALI

2014/C 095/01

Ftehim Interistituzzjonali tat-12 ta’ Marzu 2014 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-trasmissjoni lil u t-trattament mill-Parlament Ewropew ta’ informazzjoni klassifikata miżmuma mill-Kunsill dwar kwistjonijiet apparti dawk fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni

1

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 095/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Kawża COMP/M.7158 — GlencoreXstrata/Sumitomo/Clermont JV) ( 1 )

8

2014/C 095/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Kawża COMP/M.7107 — Cordes & Graefe/Pompac/Comafranc) ( 1 )

9


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 095/04

Rata tal-kambju tal-euro

10


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 095/05

Avviż għall-attenzjoni ta' Malik Muhammad Ishaq li żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 329/2014

11


 


 

(1)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

FTEHIMIET INTERISTITUZZJONALI

1.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/1


FTEHIM INTERISTITUZZJONALI

tat-12 ta’ Marzu 2014

bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar it-trasmissjoni lil u t-trattament mill-Parlament Ewropew ta’ informazzjoni klassifikata miżmuma mill-Kunsill dwar kwistjonijiet apparti dawk fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni

(2014/C 95/01)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL,

Billi:

(1)

L-Artikolu 14(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE) jipprevedi li l-Parlament Ewropew, flimkien mal-Kunsill, għandu jeżerċita funzjonijiet leġislattivi u baġitarji u li għandu jeżerċita funzjonijiet ta’ kontroll u konsultazzjoni politika kif stabbilit fit-Trattati.

(2)

L-Artikolu 13(2) tat-TUE jipprevedi li kull istituzzjoni għandha taġixxi fil-limiti tas-setgħat mogħtija lilha mit-Trattati, u f’konformità mal-proċeduri, il-kondizzjonijiet u l-finijiet stabbiliti fihom. Dik id-dispożizzjoni tipprevedi wkoll li l-istituzzjonijiet għandhom jipprattikaw kooperazzjoni sinċiera reċiproka. L-Artikolu 295 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jipprevedi li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, inter alia, għandhom jagħmlu arranġamenti għall-kooperazzjoni tagħhom u li, għal dak il-għan, huma jistgħu, f’konformità mat-Trattati, jikkonkludu ftehimiet interistituzzjonali li jistgħu jkunu ta’ natura vinkolanti.

(3)

It-Trattati u, kif adatt, dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn jipprevedu li jew fil-kuntest ta’ proċedura leġislattiva speċjali jew skont proċeduri oħrajn ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet, il-Kunsill għandu jikkonsulta jew jikseb il-kunsens tal-Parlament Ewropew qabel jadotta att legali. It-Trattati jipprevedu wkoll li, f’ċerti każijiet, il-Parlament Ewropew għandhu jiġi informat dwar il-progress jew ir-riżultati ta’ proċedura partikolari jew ikun involut fl-evalwazzjoni jew l-iskrutinju ta’ ċerti aġenziji tal-Unjoni.

(4)

B’mod partikolari, l-Artikolu 218(6) tat-TFUE jistipula li, minbarra meta ftehim internazzjonali huwa relatat esklużivament mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, il-Kunsill għandu jadotta d-deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehimiet konċernati wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew jew ikun ikkonsultah; il-ftehimiet internazzjonali kollha ta’ dan it-tip li mhumiex relatati esklużivament mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni huma għaldaqstant koperti minn dan il-Ftehim Interistituzzjonali.

(5)

L-Artikolu 218(10) TFUE jistipula li l-Parlament Ewropew għandu jinżamm informat immedjatament u kompletament fl-istadji kollha tal-proċedura; dik id-dispożizzjoni tapplika wkoll għal ftehimiet relatati mal-politika estera u ta’ sigurtà komuni.

(6)

F’każijiet fejn l-implimentazzjoni tat-Trattati u, kif adatt, ta’ dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn, tkun teħtieġ aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni klassifikata miżmuma mill-Kunsill, l-arranġamenti adatti li jirregolaw tali aċċess għandhom jiġu miftehma bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill.

(7)

Fejn il-Kunsill jiddeċiedi li jagħti aċċess lill-Parlament Ewropew għal informazzjoni klassifikata miżmuma mill-Kunsill fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, huwa jieħu deċiżjonijiet ad hoc għal dak il-għan, jew juża l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Novembru 2002 bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill dwar l-aċċess mill-Parlament Ewropew għal informazzjoni sensittiva tal-Kunsill fil-qasam tal-politika tas-sigurtà u d-difiża (1) (minn issa ’l quddiem il-“Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Novembru 2002”), kif adatt.

(8)

Id-Dikjarazzjoni mir-Rappreżentant Għoli dwar ir-responsabbiltà politika (2), li saret meta ġiet adottata d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/427/UE tas-26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (3), tiddikjara li r-Rappreżentant Għoli ser jirrieżamina u fejn meħtieġ jipproponi biex jiġu aġġustati d-dispożizzjonijiet eżistenti dwar l-aċċess għall-Membri tal-Parlament Ewropew għal dokumenti u informazzjoni klassifikati fil-qasam tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (jiġifieri l-Ftehim Interistituzzjonali tal-20 ta’ Novembru 2002).

(9)

Huwa importanti li l-Parlament Ewropew ikun assoċjat mal-prinċipji, l-istandards u r-regoli għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata li huma meħtieġa sabiex jitħarsu l-interessi tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew ser ikun f’pożizzjoni li jipprovdi informazzjoni klassifikata lill-Kunsill.

(10)

Fil-31 ta’ Marzu 2011, il-Kunsill adotta Deċiżjoni 2011/292/UE dwar ir-regoli ta’ sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (4) (minn hawn ’il quddiem “ir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill”).

(11)

Fis-6 ta’ Ġunju 2011, il-Bureau tal-Parlament Ewropew adotta Deċiżjoni dwar ir-regoli li jirregolaw it-trattament ta’ informazzjoni kunfidenzjali mill-Parlament Ewropew (5) (minn hawn ’il quddiem “ir-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew”).

(12)

Ir-regoli ta’ sigurtà tal-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji jew l-aġenziji tal-Unjoni għandhom flimkien jikkostitwixxu qafas ġenerali komprensiv u koerenti fl-Unjoni Ewropea għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata, u għandhom jiżguraw l-ekwivalenza tal-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi. Il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi stabbiliti fir-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew u fir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill għandhom għaldaqstant ikunu ekwivalenti.

(13)

Il-livell ta’ protezzjoni mogħtija lill-informazzjoni klassifikata skont ir-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew għandu jkun ekwivalenti għal-livell mogħti lill-informazzjoni klassifikata taħt ir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill.

(14)

Is-servizzi rilevanti tas-Segretarjat tal-Parlament Ewropew u tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill ser jikkooperaw mill-qrib biex jiżguraw li jiġu applikati livelli ekwivalenti ta’ protezzjoni għall-informazzjoni klassifikata fiż-żewġ istituzzjonijiet,

(15)

Dan il-Ftehim huwa mingħajr preġudizzju għal: ir-regoli eżistenti u futuri dwar l-aċċess għad-dokumenti adottati f’konformità mal-Artikolu 15(3) TFUE; ir-regoli dwar il-protezzjoni tad-data personali adottati f’konformità mal-Artikolu 16(2) TFUE; ir-regoli dwar id-dritt ta’ inkjesta tal-Parlament Ewropew adottati f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 226 TFUE; u d-dispożizzjonijiet rilevanti relatati mal-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF),

FTEHMU KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Għan u kamp ta’ applikazzjoni

Dan il-Ftehim jistabbilixxi l-arranġamenti li jirregolaw it-trasmissjoni lil u t-trattament mill-Parlament Ewropew ta’ informazzjoni klassifikata miżmuma mill-Kunsill, dwar kwistjonijiet apparti dawk fil-qasam tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni, li hija rilevanti sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista’ jeżerċita s-setgħat u l-funzjonijiet tiegħu. Dan jikkonċerna, b’ mod partikolari, l-kwistjonijiet kollha bħal dawn:

(a)

proposti soġġetti għal proċedura leġislattiva speċjali jew għal proċedura oħra ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet skont liema l-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat jew huwa mitlub jagħti l-kunsens tiegħu;

(b)

ftehimiet internazzjonali li dwaru l-Parlament Ewropew għandu jiġi kkonsultat jew mitlub jagħti l-kunsens tiegħu skont l-Artikolu 218(6) TFUE;

(c)

direttivi ta’ negozjar għal ftehimiet internazzjonali msemmijin fil-punt (b);

(d)

attivitajiet, rapporti ta’ evalwazzjoni jew dokumenti oħrajn li dwarhom il-Parlament Ewropew għandu jiġi informat; u

(e)

dokumenti dwar l-attivitajiet ta’ dawk l-aġenziji tal-Unjoni li l-Parlament Ewropew għandu jkun involut fl-evalwazzjoni jew l-iskrutinju tagħhom.

Artikolu 2

Definizzjoni ta’ “informazzjoni klassifikata”

Għall-finijiet ta’ dan il-Ftehim, “informazzjoni klassifikata” għandha tfisser kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin, jew dawn kollha:

(a)

“Informazzjoni klassifikata tal-UE” (IKUE) kif definita fir-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew u fir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill u li jkollha waħda mill-marki ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà li ġejjin:

RESTREINT UE/EU RESTRICTED;

CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL;

SECRET UE/EU SECRET;

TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET;

(b)

informazzjoni klassifikata mogħtija lill-Kunsill mill-Istati Membri u li jkollha marka nazzjonali ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti għal waħda mill-marki ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà użati għall-IKUE elenkati fil-punt (a);

(c)

informazzjoni klassifikata mogħtija lill-Unjoni Ewropea minn Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali li jkollha marka ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà ekwivalenti għal waħda mill-marki ta’ klassifikazzjoni ta’ sigurtà użati għall-IKUE elenkati fil-punt (a), kif hemm previst fil-ftehimiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni jew l-arranġamenti amministrattivi rilevanti.

Artikolu 3

Protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata

1.   Il-Parlament Ewropew għandu jipproteġi, f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà tiegħu u ma’ dan il-Ftehim, kwalunkwe informazzjoni klassifikata mogħtija lilu mill-Kunsill.

2.   Minħabba li għandha tinżamm ekwivalenza bejn il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata stabbilita mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill fir-regoli ta’ sigurtà rispettivi tagħhom, il-Parlament Ewropew għandu jiżgura li l-miżuri ta’ sigurtà fis-seħħ fil-bini tiegħu jistgħu jkollhom livell ta’ protezzjoni għall-informazzjoni klassifikata ekwivalenti għal dak mogħti lil tali informazzjoni fil-bini tal-Kunsill. Is-servizzi rilevanti tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jikkooperaw mill-qrib għal dan il-għan.

3.   Il-Parlament Ewropew għandu jieħu l-miżuri adatti biex jiżgura li informazzjoni klassifikata mogħtija lilu mill-Kunsill ma għandhiex:

(a)

tintuża għal finijiet minbarra dawk li għalihom ingħata aċċess;

(b)

tingħata lil persuni li mhumiex dawk li ngħatalhom aċċess f’konformità mal-Artikoli 4 u 5, jew issir pubblika;

(c)

tiġi rilaxxata lil istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħrajn tal-Unjoni, jew lil Stati Membri, Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali mingħajr ma jkun ingħata kunsens bil-miktub minn qabel mill-Kunsill.

4.   Il-Kunsill jista’ jagħti lill-Parlament Ewropew aċċess għal informazzjoni klassifikata li toriġina f’istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji jew aġenziji oħrajn tal-Unjoni, jew fi Stati Membri, Stati terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali biss jekk ikun ingħata kunsens bil-miktub minn qabel mill-oriġinatur.

Artikolu 4

Sigurtà tal-persunal

1.   L-aċċess għal informazzjoni klassifikata għandha tingħata lill-Membri tal-Parlament Ewropew f’konformità mal-Artikolu 5(4).

2.   Meta l-informazzjoni kkonċernata hija klassifikata fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL, SECRET UE/EU SECRET jew TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET jew l-ekwivalenti tiegħu, jista’ jingħata aċċess biss lill-Membri tal-Parlament Ewropew awtorizzati mill-President tal-Parlament Ewropew:

(a)

li jkunu ngħataw approvazzjoni tas-sigurtà f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew; jew

(b)

li dwarhom tkun saret notifika minn awtorità nazzjonali kompetenti li huma debitament awtorizzati permezz tal-funzjonijiet tagħhom f’konformità mal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, fejn l-informazzjoni kkonċernata hija klassifikata fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew l-ekwivalenti tiegħu, l-aċċess jista’ jingħata ukoll lil dawk il-Membri tal-Parlament Ewropew determinati f’konformità mal-Artikolu 5(4) li ffirmaw dikjarazzjoni solenni ta’ segretezza f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew. Il-Kunsill għandu jkun infurmat bl-ismijiet tal-Membri tal-Parlament Ewropew li ngħataw aċċess skont dan is-subparagrafu.

3.   Qabel ma jingħataw aċċess għal informazzjoni klassifikata, il-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom jiġu infurmati fil-qosor dwar u jirrikonoxxu r-responsabbiltajiet tagħhom li jipproteġu tali informazzjoni f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew, u għandhom jiġu infurmati dwar il-mezzi biex tiġi żgurata tali protezzjoni.

4.   L-aċċess għal informazzjoni klassifikata għandu jingħata biss lil dawk l-uffiċjali tal-Parlament Ewropew u impjegati oħra tal-Parlament li jaħdmu għall-gruppi politiċi li:

(a)

nħatru minn qabel bħala li jeħtieġu li jkunu infurmati mill-korp jew uffiċjal parlamentari determinati f’konformità mal-Artikolu 5(4);

(b)

ingħataw approvazzjoni tas-sigurtà għal-livell adatt f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew meta l-informazzjoni hija klassifikata fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL, SECRET UE/EU SECRET jew TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET jew l-ekwivalenti tiegħu; u

(c)

ingħataw informazzjoni fil-qosor u rċevew struzzjonijiet bil-miktub dwar ir-responsabbiltajiet tagħhom li jipproteġu tali informazzjoni kif ukoll dwar il-mezzi li jiżguraw tali protezzjoni, u li ffirmaw dikjarazzjoni fejn jirrikonoxxu li rċevew dawk l-istruzzjonijiet u li jimpenjaw rwieħhom li jaderixxu magħhom f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew.

Artikolu 5

Proċedura għall-aċċess għal informazzjoni klassifikata

1.   Il-Kunsill għandu jagħti l-informazzjoni klassifikata msemmija fl-Artikolu 1 lill-Parlament Ewropew meta jkun obbligat legalment li jagħmel dan, skont it-Trattati jew atti legali adottati abbażi tat-Trattati. Il-korpi jew uffiċjali parlamentari msemmija fil-paragrafu 3 jistgħu wkoll jippreżentaw talba bil-miktub għal tali informazzjoni.

2.   F’każijiet oħrajn, il-Kunsill jista’ jagħti l-informazzjoni klassifikata msemmija fl-Artikolu 1 lill-Parlament Ewropew, jew fuq l-inizjattiva tiegħu stess jew fuq talba bil-miktub mingħand wieħed mill-korpi jew uffiċjali parlamentari msemmija fil-paragrafu 3.

3.   Il-korpi jew uffiċjali parlamentari li ġejjin jistgħu jippreżentaw talbiet bil-miktub lill-Kunsill:

(a)

il-President;

(b)

il-Konferenza tal-Presidenti;

(c)

il-Bureau;

(d)

il-President(i) tal-kumitat(i) konċernat(i);

(e)

ir-relatur(i) konċernat(i).

It-talbiet minn Membri oħra tal-Parlament Ewropew għandhom isiru permezz ta’ wieħed mill-korpi jew uffiċjali parlamentari msemmija fl-ewwel subparagrafu.

Il-Kunsill għandu jwieġeb għal tali talbiet mingħajr dewmien.

4.   Fejn il-Kunsill ikun taħt obbligu legali li, jew ikun iddeċieda li jagħti lill-Parlament Ewropew aċċess għal informazzjoni klassifikata, huwa għandu jiddetermina bil-miktub, qabel ma din l-informazzjoni tintbagħat, flimkien mal-korp jew l-uffiċjal rilevanti kif elenkat fil-paragrafu 3:

(a)

li tali aċċess jista’ jingħata lil wieħed jew aktar minn dawn li ġejjin:

(i)

il-President;

(ii)

il-Konferenza tal-Presidenti;

(iii)

il-Bureau;

(iv)

il-President(i) tal-Kumitat(i) konċernat(i);

(v)

ir-relatur(i) konċernat(i);

(vi)

il-membri tal-kumitat(i) konċernati kollha jew uħud minnhom; u

(b)

kwalunkwe arranġament ta’ trattament speċifiku għall-protezzjoni ta’ tali informazzjoni.

Artikolu 6

Reġistrazzjoni, ħżin, konsultazzjoni u diskussjonita’ informazzjoni klassifikata fil-Parlament Ewropew

1.   Informazzjoni klassifikata pprovduta mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew, fejn din tkun klassifikata fil-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL, SECRET UE/EU SECRET jew TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET jew l-ekwivalenti tiegħu:

(a)

għandha tiġi rreġistrata għal finijiet ta’ sigurtà biex jiġi rrekordjat iċ-ċiklu ta’ ħajja tagħha u tiġi żgurata t-traċċabbiltà tagħha f’kull ħin;

(b)

għandha tinħażen f’żona sigura li tilħaq l-istandards minimi ta’ sigurtà fiżika stabbiliti fir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill u fir-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew, li għandhom ikunu ekwivalenti; u

(c)

tista’ tiġi kkonsultata mill-Membri tal-Parlament Ewropew, uffiċjali tal-Parlament Ewropew u l-impjegati oħra tal-Parlament rilevanti li jaħdmu għall-gruppi politiċi msemmijin fl-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 5(4) biss f’kamra sikura għall-qari ġewwa l-bini tal-Parlament Ewropew. F’dan il-każ, għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

(i)

l-informazzjoni m’għandha tiġi kkopjata bl-ebda mezz, bħall-fotokopji jew ritratti;

(ii)

m’għandhomx jittieħdu noti; u

(iii)

l-ebda apparat ta’ komunikazzjoni elettronika ma jista’ jittieħed fil-kamra.

2.   Informazzjoni klassifikata pprovduta mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew, fejn din tkun klassifikata fil-livell RESTREINT UE/EU RESTRICTED jew l-ekwivalenti tiegħu, għandha tiġi ttratata u maħżuna f’konformità mar-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew li għandhom joffru livell ta’ protezzjoni għal tali informazzjoni klassifikata ekwivalenti għal dak tal-Kunsill.

Minkejja l-ewwel subparagrafu, għal perijodu ta’ 12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, informazzjoni klassifikata fil-livell RESTREINT UE/EU RESTRICTED jew l-ekwivalenti tiegħu għandha tiġi ttratata u maħżuna f’konformità mal-paragrafu 1. L-aċċess għal tali informazzjoni klassifikata għandha tkun irregolata mill-punti (a) u (c) tal-Artikolu 4(4) u mill-Artikolu 5(4).

3.   L-informazzjoni klassifikata tista’ tiġi ttrattata biss fuq sistemi ta’ komunikazzjoni u informazzjoni li jkunu ġew debitament akkreditati jew approvati f’konformità ma’ standards ekwivalenti għal dawk stabbiliti fir-regoli ta’ sigurtà tal-Kunsill.

4.   L-informazzjoni klassifikata mogħtija bil-fomm lil dawk li jirċevuha fil-Parlament Ewropew għandha tiġi soġġetta għal-livell ekwivalenti ta’ protezzjoni bħal dak mogħti lil informazzjoni klassifikata f’forma miktuba.

5.   Minkejja l-punt (c) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-informazzjoni klassifikata sal-livell CONFIDENTIEL UE/EU CONFIDENTIAL jew ekwivalenti tiegħu mogħtija mill-Kunsill lill-Parlament Ewropew tista’ tiġi diskussa f’laqgħat li jsiru in camera u li għalihom jattendu biss il-Membri u dawk l-uffiċjali tal-Parlament Ewropew u impjegati oħrajn tal-Parlament li jaħdmu għall-gruppi politiċi u li ngħataw aċċess għall-informazzjoni f’konformità mal-Artikolu 4(4) u l-Artikolu 5(4). Għandhom japplikaw il-kondizzjonijiet li ġejjin:

id-dokumenti għandhom jitqassmu fil-bidu tal-laqgħa u jerġgħu jinġabru fl-aħħar;

id-dokumenti m’għandhom jiġu kkopjati bl-ebda mezz, bħall-fotokopji jew ritratti;

m’għandhomx jittieħdu noti;

l-ebda apparat ta’ komunikazzjoni elettronika ma jista’ jittieħed fil-kamra; u

il-minuti tal-laqgħa m’għandhomx isemmu d-diskussjoni dwar il-punt li jkun fih informazzjoni klassifikata.

6.   Meta jkunu jinħtieġu laqgħat biex tiġi diskussa informazzjoni klassifikata fil-livell SECRET UE/EU SECRET jew TRÈS SECRET UE/EU TOP SECRET jew l-ekwivalenti tiegħu għandhom jiġu miftiehma arranġamenti speċifiċi bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill fuq bażi ta’ każ b’ każ.

Artikolu 7

Ksur tas-sigurtà, telf jew kompromess ta’ informazzjoni klassifikata

1.   Fil-każ ta’ telf jew kompromess ipprovat jew issuspettat ta’ informazzjoni klassifikata mogħtija mill-Kunsill, is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew għandu jinforma lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill b’dan immedjatament. Is-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew għandu jmexxi investigazzjoni u għandu jinforma lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill dwar ir-riżultati tal-investigazzjoni u tal-miżuri li ttieħdu biex dan ma jerġax iseħħ. Fejn huwa kkonċernat Membru tal-Parlament Ewropew, il-President tal-Parlament Ewropew għandu jaġixxi flimkien mas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew.

2.   Kwalunkwe Membru tal-Parlament Ewropew li jkun responsabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew jew f’dan il-Ftehim jista’ jkun soġġett għal miżuri u penali skont ir-Regoli 9(2) u 152 sa 154 tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Parlament Ewropew

3.   Kwalunkwe uffiċjal tal-Parlament Ewropew jew impjegat ieħor tal-Parlament li jaħdem għal grupp politiku li jkun responsabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew jew f’dan il-Ftehim jista’ jkun soġġett għall-pieni stabbiliti fir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjaliu l-Kondizzjonijiet ta’ Impjieg ta’ Impjegati Oħrajn tal-Unjoni Ewropea, stabbiliti fir-Regolament tal-Kunsill Regulation (KEE, Euratom, KEFA) No 259/68 (6).

4.   Persuni li jkunu responsabbli għat-telf jew il-kompromess ta’ informazzjoni klassifikata jistgħu jkunu soġġetti għal azzjoni dixxiplinarja u/jew legali f’konformità mal-liġijiet, ir-regoli u r-regolamenti applikabbli.

Artikolu 8

Dispożizzjonijiet finali

1.   Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, min-naħa tagħhom, għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw l-implimentazzjoni ta’ dan il-Ftehim. Huma għandhom jikkooperaw għal dan il-għan, b’mod partikolari billi jiġu organizzati żjarat biex tiġi sorveljata l-implimentazzjoni tal-aspetti tekniċi u ta’ sigurtà ta’ dan il-Ftehim.

2.   Is-servizzi rilevanti tas-Segretarjat tal-Parlament Ewropew u tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill għandhom jikkonsultaw lil xulxin qabel ma waħda mill-istituzzjonijiet timmodifika r-regoli ta’ sigurtà rispettivi tagħha, sabiex jiġi żgurat li tinżamm l-ekwivalenza tal-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata.

3.   L-informazzjoni klassifikata għandha tiġi pprovduta lill-Parlament Ewropew skont dan il-Ftehim ladarba l-Kunsill, flimkien mal-Parlament Ewropew, ikun iddetermina li tkun intlaħqet ekwivalenza bejn il-prinċipji bażiċi u l-istandards minimi għall-protezzjoni tal-informazzjoni klassifikata fir-regoli ta’ sigurtà tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, minn naħa, u bejn il-livell ta’ protezzjoni mogħti għall-informazzjoni klassifikata fil-bini tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, min-naħa l-oħra.

4.   Dan il-Ftehim jista’ jiġi rieżaminat fuq talba ta’ istituzzjoni waħda jew l-oħra fid-dawl tal-esperjenza miksuba fl-implimentazzjoni tiegħu.

5.   Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell u fi Strasburgu, 12 ta’ Marzu 2014.

Għall-Parlament Ewropew 

Il-President 

Image

Għall-Kunsill

Il-President

Image


(1)  ĠU C 298, 30.11.2002, p. 1.

(2)  ĠU C 210, 3.8.2010, p. 1.

(3)  ĠU L 201, 3.8.2010, p. 30.

(4)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 17.

(5)  ĠU C 190, 30.6.2011, p. 2.

(6)  ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1.


KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/8


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Kawża COMP/M.7158 — GlencoreXstrata/Sumitomo/Clermont JV)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 95/02)

Fil-11 ta’ Marzu 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta’ amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7158. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


1.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/9


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Kawża COMP/M.7107 — Cordes & Graefe/Pompac/Comafranc)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 95/03)

Fit-18 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq intern. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1). It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7107. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-Internet għal-liġi Ewropea.


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

1.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/10


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-31 ta’ Marzu 2014

(2014/C 95/04)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3788

JPY

Yen Ġappuniż

142,42

DKK

Krona Daniża

7,4659

GBP

Lira Sterlina

0,82820

SEK

Krona Żvediża

8,9483

CHF

Frank Żvizzeru

1,2194

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,2550

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,442

HUF

Forint Ungeriż

307,18

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1719

RON

Leu Rumen

4,4592

TRY

Lira Turka

2,9693

AUD

Dollaru Awstraljan

1,4941

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5225

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6973

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,5952

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7366

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 465,98

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,5875

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,5754

HRK

Kuna Kroata

7,6475

IDR

Rupiah Indoneżjan

15 663,17

MYR

Ringgit Malażjan

4,4976

PHP

Peso Filippin

61,726

RUB

Rouble Russu

48,7800

THB

Baht Tajlandiż

44,709

BRL

Real Brażiljan

3,1276

MXN

Peso Messikan

18,0147

INR

Rupi Indjan

82,5784


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

1.4.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 95/11


Avviż għall-attenzjoni ta' Malik Muhammad Ishaq li żdied mal-lista msemmija fl-Artikoli 2, 3, u 7 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta’ Al-Qaida, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 329/2014

(2014/C 95/05)

1.

Il-Pożizzjoni Komuni 2002/402/PESK (1) titlob lill-Unjoni biex tiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi tal-membri tal-organizzazzjoni Al-Qaida u ta' individwi, gruppi, impriżi u entitajiet oħrajn assoċjati magħhom, imsemmijin fil-lista mħejjija skont l-UNSCR 1267(1999) u 1333(2000) li għandha tiġi aġġornata b'mod regolari mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1267(1999).

Il-lista mħejjija minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi lil:

Al Qaida;

persuni naturali jew ġuridiċi, entitajiet, korpi u gruppi assoċjati mal-Al Qaida; kif ukoll

persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi proprjetà ta', jew li huma kkontrollati minn, jew li b'xi mod iservu ta' appoġġ lil kwalunkwe waħda minn dawn il-persuni, entitajiet, korpi u gruppi.

Atti jew attivitajiet li jindikaw li individwu, grupp, impriża, jew entità hija “assoċjata ma'” Al-Qaida, jinkludu:

(a)

il-parteċipazzjoni fl-iffinanzjar, fl-ippjanar, fl-iffaċilitar, fit-tħejjija jew fit-twettiq ta' atti jew attivitajiet li jsiru minn Al-Qaida jew minn kwalunkwe ċellola, grupp affiljat, grupp żgħir li jinqata' minnha jew derivat minnha, jew ta' atti jew attivitajiet li jsiru magħhom, taħt isimhom, f'isimhom jew b'appoġġ għalihom;

(b)

il-forniment, il-bejgħ jew it-trasferiment ta' armi u materjal relatat ma' kwalunkwe wieħed minnhom;

(c)

ir-reklutaġġ għal kwalunkwe wieħed minnhom; jew

(d)

xi forma oħra ta' appoġġ għall-atti jew l-attivitajiet ta' xi wieħed minnhom.

2.

Il-Kumitat tan-NU ddeċieda fl-14 ta’ Marzu 2014 li jżid lil Malik Muhammad Ishaq mal-lista rilevanti. Malik Muhammad Ishaq jistà f'kull mument jissottometti talba lill-Ombudsman tan-NU, flimkien ma' kwalunkwe dokumentazzjoni ta' sostenn, sabiex terġa' tiġi kkunsidrata d-deċiżjoni li jiġi inkluż fil-lista tan-NU msemmija hawn fuq. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:

United Nations - Office of the Ombudsperson

Room TB-08041D

New York, NY 10017

United States of America

Tel: +12129632671

Faks: +12129631300/3778

Posta elettronika: ombudsperson@un.org

Għal aktar tagħrif ara http://www.un.org/sc/committees/1267/delisting.shtml.

3.

Barra mid-deċiżjoni tan-NU msemmija fil-paragrafu 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 329/2014 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati man-netwerk ta' Al-Qaida (3). L-emenda, magħmula skont l-Artikolu 7(1)(a) u 7a(1) tar-Regolment (KE) Nru 881/2002, iżżid lil Malik Muhammad Ishaq mal-lista fl-Anness I ta' dak ir-Regolament (“Anness I”).

Il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 japplikaw għall-persuni u l-entitajiet li jinsabu fl-Anness I:

(1)

l-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lill-individwi u l-entitajiet ikkonċernati, jew huma proprjetà ta' jew miżmuma minnhom, u l-projbizzjoni (fuq kulħadd) milli jagħmlu disponibbli fondi u riżorsi ekonomiċi lil kwalunkwe mill-individwi u entitajiet ikkonċernati jew għall-benefiċċju tagħhom, sew jekk direttament kif ukoll jekk indirettament (l-Artikoli 2 u 2a (4)); kif ukoll

(2)

il-projbizzjoni tal-għoti, il-bejgħ, il-forniment jew it-trasferiment ta' pariri tekniċi, assistenza jew taħriġ relatati ma' attivitajiet militari lil kwalunkwe mill-individwi jew entitajiet ikkonċernati, kemm direttament kif ukoll indirettament (l-Artikolu 3).

4.

L-Artikolu 7a tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 (5) jipprevedi proċedura ta' rieżami fejn jiġu ppreżentati osservazzjonijiet dwar ir-raġunijiet għall-inklużjoni fil-lista minn dawk li jkunu elenkati. L-individwi u l-entitajiet miżjudin mal-Anness I permezz tar-Regolament (UE) Nru 329/2014 jistgħu jagħmlu talba lill-Kummissjoni biex isiru jafu r-raġunijiet għall-inklużjoni tagħhom fil-lista. Din it-talba għandha tintbagħat lil:

European Commission

“Restrictive measures”

Rue de la Loi/Wetstraat 200

B-1049 Bruxelles/ Brussel

Belgium

5.

Qed tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li jikkontestaw ir-Regolament (UE) Nru 329/2013 quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fir-raba' u fis-sitt paragrafi tal-Artikolu 263 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

6.

Biex ikun hemm ordni tajba, qed tinġibed l-attenzjoni tal-individwi u l-entitajiet inklużi fl-Anness I għall-possibbiltàli jressqu applikazzjoni quddiem l-awtoritajiet kompetenti fl-Istat/i Membru/i rilevanti, kif elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, sabiex jiksbu awtorizzazzjoni biex jużaw fondi ffriżati u riżorsi ekonomiċi għal bżonnijiet essenzjali jew pagamenti speċifiċi skont l-Artikolu 2a ta' dak ir-Regolament.


(1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 4.

(2)  ĠU L 98, 1.4.2014, p. 11.

(3)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.

(4)  L-Artikolu 2a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2003 (ĠU L 82, 29.3.2003, p. 1).

(5)  L-Artikolu 7a ddaħħal mir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1286/2009 (ĠU L 346, 23.12.2009, p. 42).