ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.071.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 71

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
8 ta' Marzu 2014


Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

2014/C 71/01

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea ĠU C 61, 1.3.2014

1


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI TAL-QORTI

 

Il-Qorti tal-Ġustizzja

2014/C 71/02

Kawża C-567/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fil-5 ta’ Novembru 2013 — Nóra Baczó, János István Vizsnyiczai vs Raiffeisen Bank Zrt.

2

2014/C 71/03

Kawża C-573/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Novembru 2013 — Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs KG vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband eV

2

2014/C 71/04

Kawża C-586/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pesti Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fl-20 ta’ Novembru 2013 — Martin Meat Kft. vs Géza Simonfay u Ulrich Salburg

3

2014/C 71/05

Kawża C-589/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Novembru 2013 — F.E. Familienprivatstiftung Eisenstadt

3

2014/C 71/06

Kawża C-594/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Novembru 2013 — go fair Zeitarbeit OHG vs Finanzamt Hamburg-Altona

3

2014/C 71/07

Kawża C-609/13 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2013 minn Duravit AG et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-364/10, Duravit AG et vs Il-Kummissjoni Ewropea

4

2014/C 71/08

Kawża C-612/13 P: Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2013 minn ClientEarth kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-111/11, ClientEarth vs Il-Kummissjoni

5

2014/C 71/09

Kawża C-615/13 P: Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 minn ClientEarth, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-214/11, ClientEarth, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

6

2014/C 71/10

Kawża C-629/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Gliwicach (il-Polonja) fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Adarco Invest Sp. z o.o. w Petrosani w Rumuni Oddzial w Polsce w Tarnowskich Górach

6

2014/C 71/11

Kawża C-633/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-3 ta’ Diċembru 2013 — Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji z siedzibą w Warszawie vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

7

2014/C 71/12

Kawża C-645/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Barcelona (Spanja) fil-5 ta’ Diċembru 2013 — Cajas Rurales Unidas, Sociedad Cooperativa de Crédito vs Evaristo Méndez Sena et

7

2014/C 71/13

Kawża C-657/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Diċembru 2013 — Verder LabTec GmbH & Co. KG vs Finanzamt Hilden

8

2014/C 71/14

Kawża C-659/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Diċembru 2013 — C & J Clark International Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

8

2014/C 71/15

Kawża C-664/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fit-13 ta’ Diċembru 2013 — VAS Ceļu satiksmes drošības direkcija, Latvijas Republikas Satiksmes ministrija vs Kaspars Nīmanis

9

2014/C 71/16

Kawża C-671/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fis-17 ta’ Diċembru 2013 — VĮ Indėlių ir investicijų draudimas u Nemaniūnas

9

2014/C 71/17

Kawża C-673/13 P: Appell ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2013 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-8 ta’ Ottubru 2013 fil-Kawża T-545/11, Stichting Greenpeace Nederland u Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs Il-Kummissjoni Ewropea

10

2014/C 71/18

Kawża C-681/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ Diċembru 2013 — Diageo Brands BV vs Simiramida-04 EOOD

11

2014/C 71/19

Kawża C-686/13: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fis-27 ta’ Diċembru 2013 — X AB vs Skatterverket

11

2014/C 71/20

Kawża C-2/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Jannar 2014 — proċeduri kriminali kontra Thi Bich Ngoc Nguyen u Nadine Schönherr

12

2014/C 71/21

Kawża C-4/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fis-6 ta’ Jannar 2014 — Christophe Bohez vs Ingrid Wiertz

12

2014/C 71/22

Kawża C-44/14: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2014 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

13

 

Il-Qorti Ġenerali

2014/C 71/23

Kawża T-384/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — SKW Stahl-Metallurgie Holding u SKW Stahl-Metallurgie vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, minbarra l-Irlanda, Spanja, il-Portugall u r-Renju Unit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Drittijiet tad-difiża — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Obbligu ta’ motivazzjoni — Multi — Ugwaljanza fit-trattament — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Proporzjonalità — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa — Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi)

14

2014/C 71/24

Kawża T-391/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Evonik Degussa u AlzChem vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, minbarra l-Irlanda, Spanja, il-Portugall u r-Renju Unit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Multi — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Ċirkustanzi aggravanti — Reċidiva — Ċirkustanzi attenwanti — Proporzjonalità — Tul tal-ksur — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa — Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi)

14

2014/C 71/25

Kawża T-395/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Gigaset vs Il-Kummissjoni (Kompetizzjoni — Akkordji — Suq tal-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, minbarra l-Irlanda, Spanja, il-Portugall u r-Renju Unit — Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE — Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq — Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur — Obbligu ta’ motivazzjoni — Multi — Tul tal-ksur — Ugwaljanza fit-trattament — Ċirkustanzi attenwanti — Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva — Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa — Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi)

15

2014/C 71/26

Kawża T-528/09: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2014 — Hubei Xinyegang Steel vs Il-Kunsill (Dumping — Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw miċ-Ċina — Determinazzjoni ta’ theddida ta’ ħsara — Artikolu 3(9) u Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikolu 3(9) u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

15

2014/C 71/27

Kawża T-216/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2014 — Progust vs UASI — Sopralex & Vosmarques (IMPERIA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva IMPERIA — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti IMPERIAL — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Natura distintiva tat-trade mark preċedenti — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

16

2014/C 71/28

Kawża T-495/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2014 — Streng vs UASI — Gismondi (PARAMETRICA) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PARAMETRICA — Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Parameta — Raġuni relattiva għal rifjut — Nuqqas ta’ produzzjoni ta’ provi fil-lingwa tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni — Regola 19(2) u (3) u Regola 98(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)

17

2014/C 71/29

Kawża T-600/11: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2014 — Schuhhaus Dielmann vs UASI — Carrera (Carrera panamericana) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Reġistrazzjoni internazzjonali Carrera panamericana li tindika lill-Komunità Ewropea — Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti CARRERA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Obbligu ta’ motivazzjoni — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

17

2014/C 71/30

Kawża T-158/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2014 — European Dynamics Belgium et vs EMA (Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Proċedura ta’ sejħa għal offerti — Provvisti ta’ servizzi barranin fil-qasam tal-applikazzjonijiet tas-softwer — Deċiżjoni li tiġi kklassifikata l-offerta ta’ offerent fit-tieni pożizzjoni għall-finijiet ta’ kuntratt fi stadji — Kriterji ta’ għoti — Żieda ta’ kriterju ta’ għoti mhux ipprovdut mid-dokumenti kuntrattwali — Evalwazzjoni ta’ kriterju ta’ selezzjoni matul il-fażi ta’ għoti — Trasparenza)

18

2014/C 71/31

Kawża T-221/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Sunrider vs UASI — Nannerl (SUN FRESH) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SUN FRESH — Trade marks Komunitarji, Benelux u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti FRESH SUNNY, SUNRIDER SUNNY FRESH u SUNNYFRESH — Raġuni relattiva għal rifjut — Prova tal-użu ġenwin mit-trade marks preċedenti — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

18

2014/C 71/32

Kawża T-513/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 23 ta’ Jannar 2014 — NCL vs UASI (NORWEGIAN GETAWAY) (Trade mark Komunitarja — Talba għal trade mark Komunitarja verbali NORWEGIAN GETAWAY — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

19

2014/C 71/33

Kawża T-514/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali 23 ta’ Jannar 2014 — NCL vs UASI (NORWEGIAN BREAKAWAY) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali NORWEGIAN BREAKAWAY — Raġunijiet relattivi għal rifjut — Karattru deskrittiv — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

19

2014/C 71/34

Kawża T-551/12: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Coppenrath-Verlag vs UASI — Sembella (Rebella) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Rebella — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEMBELLA — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 — Użu serju tat-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 — Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009)

19

2014/C 71/35

Kawża T-47/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2014 — Goldsteig Käsereien Bayerwald vs UASI — Vieweg (goldstück) (Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva goldstück — Trade mark Komunitarja verbali preċedenti GOLDSTEIG — Raġuni relattiva għal rifjut — Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

20

2014/C 71/36

Kawża T-68/13: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Novartis vs UASI (CARE TO CARE) (Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CARE TO CARE — Raġuni assoluta għal rifjut — Assenza ta’ karattru distintiv — Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

20

2014/C 71/37

Kawża T-174/13 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni vs BO (Appell — Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Sigurtà soċjali — Rimbors tal-ispejjeż tat-trasport — Spejjeż tat-trasport għal raġunijiet lingwistiċi — Artikolu 19(2) tar-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ mard tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej — Titolu II, Kapitolu 12, punt 2.5, tad-direttivi ġenerali ta’ implementazzjoni relatati mar-rimbors tal-ispejjeż mediċi)

20

2014/C 71/38

Kawża T-134/12: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2014 — Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT vs Il-Kummissjoni (Rikors għal annullament u għad-danni — Kuntratti li jikkonċernaw għajnuna finanzjarja tal-Unjoni favur proġetti li jaqgħu fis-settur tar-riċerka u l-iżvilupp — Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà — Assenza ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tat-talbiet — Inammissibbiltà)

21

2014/C 71/39

Kawżi magħquda T-116/13 P u T-117/13 P: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2014 — Lebedef vs Il-Kummissjoni (Appell — Servizz pubbliku — Uffiċjali — Evalwazzjoni — Rapport tal-iżvilupp tal-karriera — Proċedura ta’ evalwazzjoni 2008 u 2009 — Eżenzjoni għal nofs il-ħin għal finijiet ta’ rappreżentazzjoni sindakali — Rapport ta’ evalwazzjoni li jkopri l-funzjonijiet eżerċitati fis-servizz ta’ assenjazzjoni — Nomina sindakali — Ċaħda ta’ rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament infondat — Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

21

2014/C 71/40

Kawża T-303/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2014 — Miettinen vs Il-Kunsill (Aċċess għad-dokumenti — Regolament (KE) Nru 1049/2001 — Opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kunsill — Rifjut ta’ aċċess — Żvelar wara l-preżentata ta’ rikors — Tmiem tas-suġġett tar-rikors — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni)

22

2014/C 71/41

Kawża T-650/13: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 — Lomnici vs Il-Parlament

22

2014/C 71/42

Kawża T-677/13: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2013 — Axa Versicherung vs Il-Kummissjoni

22

2014/C 71/43

Kawża T-717/13: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2013 — Chair Entertainment Group vs UASI — Libelle (SHADOW COMPLEX)

23

2014/C 71/44

Kawża T-718/13: Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2013 — The Directv Group vs UASI — Bolloré (DIRECTV)

24

2014/C 71/45

Kawża T-720/13: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2013 — Gat Microencapsulation vs UASI — BASF (KARIS)

24

2014/C 71/46

Kawża T-8/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2014 — Mogyi vs UASI (Just crunch it…)

25

2014/C 71/47

Kawża T-9/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2014 — Mogyi vs UASI (Just crunch it…)

25

2014/C 71/48

Kawża T-13/14: Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2014 — L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

25

2014/C 71/49

Kawża T-14/14: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2014 — Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill

26

2014/C 71/50

Kawża T-45/14: Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2014 — HTTS u Bateni vs Il-Kunsill

27

2014/C 71/51

Kawża T-54/14: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2014 — Goldfish et vs Il-Kummissjoni

28

2014/C 71/52

Kawża T-136/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2014 — Hanwha SolarOne et vs Il-Parlament et

28

2014/C 71/53

Kawża T-555/13: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Jannar 2014 — MHCS vs UASI — Compañía Vinícola del Norte de España (ICE IMPERIAL)

28

 

It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

2014/C 71/54

Kawża F-60/09 RENV: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17.10.2013 — Birkhoff vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Rinviju lill-Qorti Ġenerali wara annullament — Remunerazzjoni — Allowances tal-familja — Allowance għall-ulied dipendenti — Tarbija milquta b’marda gravi jew b’diżabbiltà li tipprekludiha milli twettaq ħtiġijietha — Talba għal proroga tal-għoti tal-allowance)

29

2014/C 71/55

Kawża F-15/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2013 — Andres et vs BĊE (Servizz pubbliku — Persunal tal-BĊE — Riforma tal-iskema ta’ previdenza — Iffriżar tal-pjan ta’ pensjoni — Implementazzjoni tal-iskema ta’ pensjonijiet — Konsultazzjoni tal-Kumitat ta’ Sorveljanza — Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal — Konsultazzjoni tal-Kunsill Ġenerali — Konsultazzjoni tal-Kunsill Regolatorju — Evalwazzjoni triennali tal-pjan ta’ pensjoni — Ksur tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg — Żball manifest ta’ evalwazzjoni — Prinċipju ta’ proporzjonalità — Drittijiet miksuba — Prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ prevedibbiltà — Dmir ta’ informazzjoni)

29

2014/C 71/56

Kawża F-92/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 — Faita vs KESE (Servizz pubbliku — Fastidju psikoloġiku — Talba għal assistenza — Motivi ta’ deċiżjoni)

30

2014/C 71/57

Kawża F-124/11: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2013 — Possanzini vs Frontex (Servizz pubbliku — Persunal tal-Frontex — Membru tal-persunal temporanju — Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera li jinkludi evalwazzjonijiet negattivi tal-validatur mhux ikkomunikati lill-persuna kkonċernata — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat — Deċiżjoni bbażata fuq l-opinjoni tal-validatur — Drittijiet tad-difiża — Ksur — Kawża ta’ natura pekunjarja — Ġurisdizzjoni sħiħa)

30

2014/C 71/58

Kawżi magħquda F-20/12 u F-43/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 — Wurster vs EIGE (Servizz pubbliku — Persunal tal-EIGE — Membru tal-persunal temporanju — Proċedura ta’ evalwazzjoni tal-kapaċitajiet maniġerjali tal-membri tal-persunal tal-EIGE li għadhom kif ġew assenjati f’pożizzjoni maniġerjali intermedjarja — Assenzjazzjoni mill-ġdid f’pożizzjoni mhux maniġerjali — Dritt għal smigħ — Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi — Konstatazzjoni ex officio — Sostituzzjoni tal-motivi li saret ex officio mill-qorti)

31

2014/C 71/59

Kawżi magħquda F-23/12 u F-30/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 — Glantenay et vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/204/10 — Għażla abbażi ta’ kwalifiki — Eliminazzjoni ta’ kandidati mingħajr eżami konkret tal-lawrji tagħhom u tal-esperjenza professjonali tagħhom)

31

2014/C 71/60

Kawża F-38/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2013 — BP vs FRA (Servizz pubbliku — Persunal tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat għal żmien indeterminat — Assenjazzjoni mill-ġdid f’servizz ieħor sal-iskadenza tal-kuntratt — Rikors għal annullament — Rikors għad-danni)

32

2014/C 71/61

Kawża F-46/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 — Höpcke vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Struzzjoni sabiex test jiġi redatt b’tul minimu — Nuqqas ta’ osservanza)

32

2014/C 71/62

Kawża F-52/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Cortivo vs Il-Parlament (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Pensjonijiet — Koeffiċjent ta’ korrezzjoni — Stat Membru ta’ residenza — Kunċett — Residenza prinċipali — Residenza mqassma bejn żewġ Stati Membri — Dokumenti ta’ sostenn — Aspettattivi leġittimi)

32

2014/C 71/63

Kawżi magħquda F-72/12 u F-10/13: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 — Roulet vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Remunerazzjoni — Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal — Ex membru tal-persunal temporanju fil-grad AD 12 — Reklutaġġ bħala uffiċjal fil-grad AD 6 — Ħlas tar-remunerazzjoni ekwivalenti għal uffiċjal fil-grad AD 12 — Żball manifest — Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament skont l-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal)

33

2014/C 71/64

Kawża F-84/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Settembru 2013 — CN vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal — Kumitat tal-Invalidità — Rapport mediku — Data medika ta’ natura psikjatrika jew psikoloġika — Sigriet mediku — Aċċess — Rikors għal annullament — Rikors għad-danni)

33

2014/C 71/65

Kawża F-113/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2013 — Balionyte-Merle vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali — Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/204/10 — Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva — Evalwazzjoni tal-kompetenzi ġenerali tal-kandidati — Evalwazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni tal-kandidati waqt l-eżami fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni — Koerenza bejn il-punteġġ numeriku u l-kummenti li jidhru fil-passaport tal-ħiliet)

34

2014/C 71/66

Kawża F-122/12: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 — Arguelles Arias vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Membru tal-persunal bil-kuntratt — Kuntratt għal żmien indeterminat — Rexissjoni — Pożizzjoni okkupata li teħtieġ approvazzjoni tas-sigurtà — Approvazzjoni rrifjutata mill-awtorità nazzjonali ta’ sigurtà — Deċiżjoni mibdula mill-korp tal-appell — Konklużjonijiet tal-awtorità nazzjonali ta’ sigurtà u tal-korp tal-appell li ma jorbtux lill-Awtorità awtorizzata tikkonkludi kuntratti)

34

2014/C 71/67

Kawża F-60/09 DEP: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5.12.2013 — Birkhoff vs Il-Kummissjoni (Servizz Pubbliku — Proċedura — Intaxxar tal-ispejjeż — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

34

2014/C 71/68

Kawża F-49/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-2.12.2013 — Pachtitis vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/77/06 — Aċċess għal dokumenti — Talba għal aċċess għar-risposti tat-testijiet ta’ aċċess — Annullament tar-riżultati tat-testijiet — Nuqqas ta’ interess ġuridiku — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

35

2014/C 71/69

Kawża F-127/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors ippreżentat permezz ta’ fax fit-terminu għall-preżentata tar-rikors miżjud bit-terminu ta’ distanza ta’ għaxart ijiem — Rikors ippreżentat permezz ta’ posta elettronika fl-għaxart ijiem ta’ wara — Assenza ta’ identiċità bejn wieħed u l-ieħor — Tardività tar-rikors)

35

2014/C 71/70

Kawża F-133/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni — Kumpens għad-dannu li jirriżulta minħabba l-fatt li l-istituzzjoni tibgħat lill-avukat tar-rikorrent ittra dwar l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mir-rikorrent — Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat — Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)

35

2014/C 71/71

Kawża F-145/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura — Rikors ippreżentat bil-faks fit-terminu għall-preżentata tar-rikors miżjud bit-terminu ta’ għaxart ijiem għal raġunijiet ta’ distanza — Rikors ippreżentat bil-posta fl-għaxart ijiem ta’ wara — Assenza ta’ identiċità bejn wieħed u l-ieħor — Tardività tar-rikors)

36

2014/C 71/72

Kawża F-47/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — JJ (*1) vs Il-Kunsill (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Promozzjoni — Proċedura ta’ promozzjoni 2012 — Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss — Trasferiment interistituzzjonali matul il-proċedura ta’ promozzjoni li tippreċedi dik li matulha deċiżjoni ta’ promozzjoni possibbli kien ikollha effett — Istituzzjoni kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar il-promozzjoni tal-uffiċjal ittrasferit)

36

2014/C 71/73

Kawża F-134/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-27 ta’ Jannar 2014 — Loescher vs Il-Kunsill

36

2014/C 71/74

Kawża F-136/12: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-27 ta’ Jannar 2014 — Carpenito vs Il-Kunsill

37

2014/C 71/75

Kawża F-49/13: Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Moragrega Arroyo vs Il-Kunsill

37


 


MT

 

Għal raġunijiet ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità, xi informazzjoni li tinsab f’din il-ħarġa ma tistax tibqa’ tiġi żvelata, u għalhekk ġiet ippubblikata verżjoni awtentika ġdida.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea

8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/1


(2014/C 71/01)

L-Aħħar Pubblikazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

ĠU C 61, 1.3.2014

Pubblikazzjonijiet preċedenti

ĠU C 52, 22.2.2014

ĠU C 45, 15.2.2014

ĠU C 39, 8.2.2014

ĠU C 31, 1.2.2014

ĠU C 24, 25.1.2014

ĠU C 15, 18.1.2014

Dawn it-testi huma disponibbli fuq:

EUR-Lex: http://eur-lex.europa.eu


V Avviżi

PROĊEDURI TAL-QORTI

Il-Qorti tal-Ġustizzja

8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék (l-Ungerija) fil-5 ta’ Novembru 2013 — Nóra Baczó, János István Vizsnyiczai vs Raiffeisen Bank Zrt.

(Kawża C-567/13)

(2014/C 71/02)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Nóra Baczó u János István Vizsnyiczai

Konvenuta: Raiffeisen Bank Zrt.

Domandi preliminari

(1)

Il-proċedura għandha tiġi kkunsidrata bħala żvataġġuża għall-konsumatur meta dan ma jistax, fir-rikors promotur ta’ proċeduri quddiem il-qorti lokali għall-finijiet tal-konstatazzjoni tal-invalidità ta’ kuntratt (kundizzjonijiet ġenerali tal-kuntratt), jitlob ukoll li waħda mill-klawżoli ta’ dan l-istess kuntratt tiġi ddikjarata inġusta mingħajr ma dan jimplika kompetenza tal-qorti provinċjali (törvényszék)? Fil-fatt, fil-proċeduri mibdija mill-parti kontraenti tiegħu fil-kuntratt, il-konsumatur jista’ jeċċepixxi n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali (1) quddiem il-qorti lokali, u r-rinviju tal-kawża quddiem il-qorti provinċjali jimplika li għandu jħallas taxxa ogħla.

(2)

Is-sitwazzjoni tal-konsumatur terġa’ tkun ibbilanċjata jekk huwa jkollu l-possibbiltà, fil-kuntest ta’ proċeduri mibdija minnu quddiem il-qorti lokali għall-finijiet tal-konstatazzjoni tal-invalidità ta’ kuntratt, li jinvoka wkoll in-natura inġusta ta’ ċerti klawżoli ta’ dan il-kuntratt, bil-konsegwenza li din l-istess qorti lokali jkollha kompetenza li tieħu konjizzjoni tagħha?


(1)  Direttiva tal-Kunsill 93/13 KEE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/2


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Novembru 2013 — Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs KG vs Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband eV

(Kawża C-573/13)

(2014/C 71/03)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Air Berlin PLC & Co. Luftverkehrs KG

Konvenuti: Bundesverband der Verbraucherzentralen und Verbraucherverbände — Verbraucherzentrale Bundesverband eV

Domandi preliminari

(1)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 (1) għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-kuntest ta’ sistema ta’ reżervazzjoni elettronika, il-prezz finali li għandu jitħallas għandu jiġi indikat meta jintwera għall-ewwel darba l-prezz tas-servizzi bl-ajru?

(2)

It-tieni sentenza tal-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1008/2008 għandha tiġi interpretata fis-sens li, fil-kuntest ta’ sistema ta’ reżervazzjoni elettronika, il-prezz finali li għandu jitħallas għandu jiġi indikat biss għas-servizz bl-ajru magħżul mill-klijent jew ukoll għal kull servizz bl-ajru ieħor li jintwera?


(1)  Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-24 ta’ Settembru 2008, dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità (ĠU L 293, p. 3)


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Pesti Központi Kerületi Bíróság (l-Ungerija) fl-20 ta’ Novembru 2013 — Martin Meat Kft. vs Géza Simonfay u Ulrich Salburg

(Kawża C-586/13)

(2014/C 71/04)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Pesti Központi Kerületi Bíróság

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Martin Meat Kft.

Konvenuti: Géza Simonfay, Ulrich Salburg

Domandi preliminari

(1)

Huwa każ ta’ “provvista ta’ ħaddiema”, fis-sens tad-dritt tal-Unjoni u b’mod partikolari tad-definizzjoni tas-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C-307/09 sa C-309/09 (1), meta l-prestatarju jimpenja ruħu li jipproċessa karkassi taċ-ċanga permezz tal-ħaddiema tiegħu stess fil-biċċerija tal-klijent, fejn huwa jipproċessa n-nofs karkassi taċ-ċanga fil-bini li dan qiegħed jikrilu, u jippakkjahom f’pakketti ta’ laħam lesti għat-tqegħid fis-suq, u li huwa mħallas skont il-kilogrammi ta’ laħam ipproċessat, fejn huwa stabbilit li r-remunerazzjoni miftiehma titnaqqas f’każ ta’ kwalità insuffiċjenti, fid-dawl tal-fatt ukoll li l-prestatarju jipprovdi dan is-servizz, fl-Istat ospitanti, għall-uniku u l-istess klijent u li dan tal-aħħar iwettaq ukoll il-kontroll tal-kwalità tax-xogħol ta’ pproċessar tal-laħam?

(2)

Il-prinċipju fundamentali stabbilit fis-sentenza mogħtija mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawżi magħquda C307/09 sa C309/09, li permezz tiegħu il-provvista ta’ ħaddiema tista’ tiġi suġġetta għal restrizzjonijiet matul it-tul ta’ applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet tranżitorji dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema previsti mit-Trattati dwar l-adeżjoni tal-Istati Membri li ngħaqdu mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004, huwa wkoll applikabbli għall-kollokament ta’ ħaddiema lejn l-Awstrija, fil-kuntest ta’ provvista ta’ ħaddiema, minn impriża bl-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru li aderixxa mal-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004, meta dan il-kollokament ma jseħħx f’settur protett fis-sens ta’ trattati ta’ adeżjoni?


(1)  Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) tal-10 ta’ Frar 2011.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (l-Awstrija) fid-19 ta’ Novembru 2013 — F.E. Familienprivatstiftung Eisenstadt

(Kawża C-589/13)

(2014/C 71/05)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Verwaltungsgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: F.E. Familienprivatstiftung Eisenstadt

Konvenut: Unabhängiger Finanzsenat Außenstelle Wien

Domanda preliminari

L-Artikolu 56 KE (li issa sar l-Artikolu 63 TFUE) għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi sistema ta’ impożizzjoni ta’ dħul mill-kapital u ta’ dħul mit-trasferiment ta’ holdings ta’ fondazzjoni Awstrijaka, li tipprovdi l-issuġġettar tal-fondazzjoni għal “taxxa provviżorja”, sabiex tiġi ggarantita impożizzjoni unika nazzjonali, biss fil-każ fejn, minħabba ftehim kontra t-taxxa doppja, il-benefiċjarju ta’ donazzjonijiet tal-fondazzjoni jkun eżentat mit-taxxa fuq id-dħul mill-kapital li bħala prinċipju hija imposta fuq id-donazzjonijiet?


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/3


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesfinanzhof (il-Ġermanja) fil-21 ta’ Novembru 2013 — “go fair” Zeitarbeit OHG vs Finanzamt Hamburg-Altona

(Kawża C-594/13)

(2014/C 71/06)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesfinanzhof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti:“go fair” Zeitarbeit OHG

Konvenut: Finanzamt Hamburg-Altona

Domandi preliminari

(1)

Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-Artikolu 132(1)(g) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE (1), tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud:

(a)

Stat Membru jista’ jeżerċita s-setgħa diskrezzjonali tiegħu sabiex jirrikonoxxi entità bħala organu ta’ natura soċjali fis-sens li, filwaqt li bla dubju jirrikonoxxi persuni li jipprovdu s-servizzi tagħhom lil fondi soċjali u lil fondi ta’ assigurazzjoni għal dipendenza, ma jirrikonoxxix persunal li jipprovdi kura, gradwat tal-Istat, li jipprovdi s-servizzi tiegħu direttament lil persuni li jeħtieġu kura?

(b)

Jekk il-persunal li jipprovdi kura, gradwat tal-Istat, għandu jiġi rrikonoxxut bħala organu ta’ natura soċjali: ir-rikonoxximent ta’ aġenzija ta’ xogħol temporanju li tikri persunal li jipprovdi kura, gradwat tal-Istat, lil stabbilimenti ta’ kura rrikonoxxuti (stabbilimenti destinatarji) jirriżulta mir-rikonoxximent tal-persunal mikri?

(2)

Fir-rigward tal-Artikolu 134(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud:

Il-provvista ta’ persunal li jipprovdi kura, gradwat tal-Istat, bħala operazzjoni li hija strettament marbuta mal-assistenza u mas-sigurtà soċjali, hija indispensabbli għall-finijiet tal-provvista ta’ servizzi ta’ kura lill-istabbiliment destinatarju (l-utent tal-persunal), jekk l-istabbiliment ma jkunx jista’ jopera mingħajr tali persunal?


(1)  ĠU L 347, p. 1


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/4


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Novembru 2013 minn Duravit AG et mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fis-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-364/10, Duravit AG et vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-609/13 P)

(2014/C 71/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Appellanti: Duravit AG, Duravit SA, Duravit BeLux SPRL/BVBA (rappreżentanti: U. Soltész LL.M u C. von Köckritz, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

(1)

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-364/10 sa fejn tiċħad ir-rikors tar-rikorrenti;

(2)

tannulla, fl-intier tagħhom, l-Artikolu 1(1), l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 4185 finali, tat-23 ta’ Ġunju 2010, fil-Każ COMP/39.092 — Installazzjonijiet sanitarji għal kmamar tal-banju, skont ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, sa fejn jikkonċernaw lir-rikorrenti;

(3)

sussidjarjament (fit-tieni kap tat-talbiet) tannulla jew tnaqqas sostanzjalment il-multi imposti fuq ir-rikorrenti bid-deċiżjoni ċċitata;

(4)

iktar sussidjarjament (fit-tieni u fit-tielet kap tat-talbiet) tirrinvija l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi mill-ġdid skont il-prinċipji tad-dritt stabbiliti mill-Qorti Ġenerali;

(5)

Fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż tal-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali u l-Qorti tal-Ġustizzja.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw sitt aggravji.

L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 31 tar-Regolament Nru 1/2003, il-prinċipju ta’ preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt għal smigħ xieraq [dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 47 u tal-Artikolu 48 flimkien mal-Artikolu 52(3) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-“Karta”) u l-Artikolu 6(1) u (2) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (iktar ’il quddiem il-“KEDB”)] peress li naqset milli teżerċita l-istħarriġ ta’ ġurisdizzjoni sħiħa fuq id-deċiżjoni kkontestata, kif mitlub, peress li bbażat ruħha fuq preżunzjoni ta’ eżattezza tal-konstatazzjonijiet fattwali u legali stabbiliti mill-Kummissjoni u peress li ma għamlitx suffiċjentement użu mis-setgħa diskrezzjonali tagħha fir-rigward tal-impożizzjoni tal-multi.

It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali kisret l-Artikolu 263 TFUE, id-dritt għal rimedju effettiv tar-rikorrenti (l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta) u l-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet billi eżerċitat b’mod insuffiċjenti l-istħarriġ tal-legalità tagħha u billi marret lil hinn mil-limiti ta’ din tal-aħħar għad-detriment tar-rikorrenti.

It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali żnaturat il-kontenut tal-fajl b’diversi modi u b’mod li jista’ jkun rilevanti għas-soluzzjoni tal-kawża u kisret il-prinċipji rikonoxxuti li jirregolaw l-amministrazzjoni tal-provi.

Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żbalji proċedurali u kisret l-Artikolu 48(2) tar-Regoli tal-Proċedura, id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti, kif ukoll id-dritt tagħhom għal smigħ xieraq, u l-prinċipju ta’ opportunitajiet ugwali għall-partijiet billi użat għad-detriment tagħhom il-provi li ma jistgħux jintużaw u li ġew prodotti tardivament, u motiv invokat tardivament mill-Kummissjoni, u billi ċaħdet b’mod żbaljat u mingħajr motivazzjoni suffiċjenti l-miżuri ta’ istruzzjoni kollha mitluba minnhom.

Il-ħames nett, il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat l-Artikolu 101 TFUE u naqset mill-obbligu tagħha għal motivazzjoni billi kkonstatat li l-Kummissjoni kienet allegat, b’mod korrett, li r-rikorrenti kienu pparteċipaw fi ksur uniku li jikkonċerna diversi prodotti, tagħmir tal-pajpijiet, ħitan tad-doċċa u l-prodotti sanitarji taċ-ċeramika.

Is-sitt nett, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 101 TFUE billi bbażat ruħha fuq kriterju żbaljat sabiex tevalwa l-iskambju ta’ informazzjoni għall-finijiet tal-Artikolu 101(1) TFUE, billi qieset li r-rikorrenti kienu marbuta jitbiegħdu mid-diskussjonijiet bejn l-impriżi mhux kompetituri, u billi kkunsidraw bħala ksur diġà mwettaq tal-Artikolu 101 TFUE l-allegati “tentattivi ta’ konċertazzjoni” fi ħdan assoċjazzjonijiet interproduttivi f’okkażżjonijiet partikolari.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/5


Appell ippreżentat fis-26 ta’ Novembru 2013 minn ClientEarth kontra s-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-111/11, ClientEarth vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-612/13 P)

(2014/C 71/08)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ClientEarth (rappreżentant: P. Kirch, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-111/11;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

In sostenn tal-appell tagħha, l-appellanti tressaq tliet aggravji:

(1)

L-ewwel aggravju li jallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi, billi wettqet interpretazzjoni żbaljata tal-kliem “investigazzjoni” u “jdgħajjef il-ħarsien ta’ […] l-iskop ta’ […] investigazzjoni” skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 (1).

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi meta qalet, kategorikament, li “l-istudji kontenzjużi jagħmlu parti mill-kuntest ta’ attività ta’ investigazzjoni tal-Kummissjoni, fis-sens tat-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001”.

Fl-ewwel parti ta’ dan l-aggravju, il-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat it-terminu “investigazzjoni”.

It-tieni parti: anki jekk wieħed iqis li kien hemm investigazzjoni, il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi interpretat b’mod żbaljat il-kelma “jdgħajjef”. Il-Qorti Ġenerali rabtet il-kunċett ta’ żvelar mal-kunċett ta’ dgħufija, mingħajr ma pprovdiet dimostrazzjoni konkreta ta’ kif eżattament żvelar idgħajjef l-“iskop” tal-investigazzjonijiet.

(2)

It-tieni aggravju, li jallega li l-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi kisret l-Artikoli 4(1), (2) u (4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali, iffirmata f’Aarhus, id-Danimarka, fil-25 ta’ Ġunju 1998 u approvata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005 (2).

Dan l-aggravju jikkonsisti f’ħames argumenti. L-ewwel nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball billi applikat b’mod restrittiv l-obbligu li tinterpreta l-Artikolu 4(4)( ċ) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. It-tieni nett, il-Qorti Ġenerali wettqet żball fl-applikazzjoni tagħha tal-miżura fid-dawl tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. It-tielet nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat fl-obbligu tagħha li tinterpreta l-Konvenzjoni ta’ Aarhus skont id-dritt internazzjonali konswetudinarju. Ir-raba’ nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat billi rrifjutat l-applikabbiltà diretta tal-Artikoli 4 u 4(4)(ċ) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus. Fl-aħħar nett, il-Qorti Ġenerali żbaljat fl-applikazzjoni tagħha tal-liġi inkwantu aċċettat dergoa mill-applikazzjoni tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus ibbażata fuq l-“ispeċifiċitajiet” tal-Unjoni Ewropea.

(3)

It-tielet aggravju, li jallega l-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-Artikoli 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 (3) u 4(2) in fine u 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001.

Il-Qorti Ġenerali wettqet żball ta’ liġi billi bbażat ir-rifjut tagħha li tirrikonoxxi l-eżistenza ta’ interess pubbliku akbar fl-iżvelar biss fuq l-analiżi tal-argumenti mressqa mill-appellanti. Dan l-approċċ huwa kuntrarju għad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 1049/2001 kif ukoll għall-ġurisprudenza rilevanti. Fil-fatt, l-argumenti mressqa mill-appellanti f’dan ir-rigward ma jistgħux fihom infushom ikunu r-raġuni għalfejn tiġi miċħuda l-eżistenza ta’ interess pubbliku akbar, dan għaliex il-liġi ma tistabbilixxix l-oneru tal-prova ta’ ċirkustanzi ta’ natura superjuri. L-ibbilanċjar tal-interessi kkonċernati fl-iżvelar għandu jsir mill-istituzzjoni kkonċernata.


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331)

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/370/KE, tas-17 ta’ Frar 2005, dwar il-konklużjoni, f’isem il-Komunità Ewropea, tal-Konvenzjoni dwar l-aċċess għall-informazzjoni, il-parteċipazzjoni pubblika fit-teħid ta’ deċiżjonijiet u l-aċċess għall-ġustizzja fi kwistjonijiet ambjentali (ĠU L 164M, p. 17)

(3)  Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (ĠU L 264, p. 13)


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/6


Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2013 minn ClientEarth, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fit-13 ta’ Settembru 2013 fil-Kawża T-214/11, ClientEarth, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA)

(Kawża C-615/13 P)

(2014/C 71/09)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: ClientEarth, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) (rappreżentant: P. Kirch, avukat)

Partijiet oħra fil-proċedura: L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2013, fil-Kawża T-214/11;

tikkundanna lill-EFSA għall-ispejjeż kollha.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw tliet aggravji.

(1)

L-ewwel aggravju huwa bbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-kunċett legali ta’ “data personali”, kif iddefinit bl-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 45/2001 (1).

Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta kkonstatat li l-kombinazzjoni ta’ ismijiet u opinjoniet tikkostitwixxi data personali. Il-kunċett ta’ “data personali” ma jinkludix opinjonijiet mogħtija matul il-parteċipazzjoni f’kumitat pubbliku fejn esperti, li isimhom u dettalji personali oħra tagħhom jinsabu disponibbli pubblikament, jintalbu jipparteċipaw minħabba l-kompetenzi tekniċi rinomati tagħhom.

(2)

It-tieni aggravju huwa bbażat fuq applikazzjoni żbaljata tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 (2) u tal-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001 fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni, il-proċedura u l-kontenut ta’ dawn id-dispożizzjonijiet, b’mod partikolari billi l-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra u tibbilanċja l-interessi kollha protetti b’dawn il-miżuri.

Il-Qorti Ġenerali naqset milli tikkunsidra b’mod sħiħ l-aspetti kollha tad-dispożizzjonijiet applikabbli: l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 u l-Artikolu 8(b) tar-Regolament Nru 45/2001. Hija naqset milli tqis u tieħu inkunsiderazzjoni d-diversi interessi protetti taħt iż-żewġ miżuri.

(3)

It-tielet aggravju huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 5 TUE billi ġie impost oneru tal-prova sproporzjonat fuq l-appellanti billi ġie meħtieġ minhom li juru l-ħtieġa għat-trasferiment ta’ informazzjoni u l-portata tal-interessi leġittimi protetti.


(1)  Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-18 ta’ Diċembru 2000, dwar il-protezzjoni ta’ individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dak id-data (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 26, p. 102).

(2)  Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/6


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Okręgowy w Gliwicach (il-Polonja) fit-2 ta’ Diċembru 2013 — Adarco Invest Sp. z o.o. w Petrosani w Rumuni Oddzial w Polsce w Tarnowskich Górach

(Kawża C-629/13)

(2014/C 71/10)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Okręgowy w Gliwicach

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Adarco Invest sp. z o.o. w Petrosani w Rumunii Oddział w Polsce w Tarnowskich Górach [il-fergħa fil-Polonja, ta’ Tarnowskie Góry, tal-kumpannija b’responsabbiltà limitata Ardaco Invest, stabbilita f’Petrosani (ir-Rumanija)]

Domanda preliminari

L-Artikoli 49 u 54 TFUE, kif ukoll l-Artikolu 1 tal-Ħdax-il Direttiva tal-Kunsill, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-ħtiġiet tal-iżvelar rigward il-friegħi miftuħa fi Stat Membru minn ċerti tipi ta’ kumpanniji rregolati bil-liġijiet ta’ Stat ieħor (1) jipprekludu li, fi Stat Membru, it-tneħħija mill-Krajowy Rejestr Sądowy [reġistru tal-kummerċ] ta’ fergħa ta’ kumpannija stabbilita fi Stat Membru ieħor tiġi rrifjutata abbażi tal-fatt li din il-fergħa ma ġietx likwidata skont il-proċedura ta’ stralċ stabbilita għal kumpannija nazzjonali b’responsabbiltà limitata, filwaqt li tali proċedura ma hijiex prevista għat-tneħħija ta’ fergħa nazzjonali ta’ kumpannija, b’kunsiderazzjoni tal-fatt li fil-każ ta’ kumpanniji nazzjonali, il-fergħat jkunu inklużi biss fir-reġistru tal-kumpannija rregolata taħt id-dritt nazzjonali u din tal-aħħar tkun marbuta tissottometti kontijiet finanzjarji annwali kkonsolidati li jkopru l-kumpannija parent u l-fergħat tagħha, filwaqt li l-fergħat tal-kumpanniji barranin ikunu inklużi fir-reġistru tal-kummerċ u jiddepożitaw fir-reġistru biss il-kontijiet finanzjarji tal-fergħa?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 100.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Najwyższy (il-Polonja) fit-3 ta’ Diċembru 2013 — Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji z siedzibą w Warszawie vs Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

(Kawża C-633/13)

(2014/C 71/11)

Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

Qorti tar-rinviju

Sąd Najwyższy (il-Polonja)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Polska Izba Informatyki i Telekomunikacji z siedzibą w Warszawie

Konvenuta: Prezes Urzędu Komunikacji Elektronicznej

Domanda preliminari

L-Artikolu 13(1) tad-Direttiva 2002/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-aċċess għal, u l-interkonnessjoni ta’, networks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi u faċilitajiet assoċjati (Direttiva ta’ Aċċess) (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li, fil-kuntest tal-obbligi relatati mal-kontroll tal-prezzijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu fuq l-operaturi li għandhom saħħa sinjifikattiva fis-suq obbligu li jipprojbixxilhom li japplikaw, fuq in-netwerk telefoniċi tagħhom, tariffi eċċesivi għat-terminazzjoni ta’ komunikazzjonijiet bil-vuċi bħal dawn?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 323.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/7


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de Primera Instancia de Barcelona (Spanja) fil-5 ta’ Diċembru 2013 — Cajas Rurales Unidas, Sociedad Cooperativa de Crédito vs Evaristo Méndez Sena et

(Kawża C-645/13)

(2014/C 71/12)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Qorti tar-rinviju

Juzgado de Primera Instancia de Barcelona

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Cajas Rurales Unidas, Sociedad Cooperativa de Crédito

Konvenuta: Evaristo Méndez Sena, Edelmira Pérez Vicente, Daniel Méndez Senas, Victoriana Pérez Bicéntez

Domandi preliminari

(1)

Għandu jiġi kkunsidrat li mezzi xierqa u effettivi sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ klawżoli inġusti fil-kuntratti konklużi mal-konsumaturi minn negozjant ma humiex offerti, u li d-dritt li tittieħed azzjoni quddiem il-qrati kompetenti sabiex huma jistabbilixxu jekk klawżoli kuntrattwali, redatti bil-għan ta’ użu ġeneralizzat, għandhomx natura inġusta u li huma japplikaw mezzi xierqa u effettivi sabiex jitwaqqaf l-użu ta’ tali klawżoli ma huwiex osservat, meta l-leġiżlazjoni ta’ Stat Membru ma tipprevedix il-possibbiltà ta’ rikors quddiem qorti superjuri f’każ ta’ ċaħda ta’ talba intiza għall-esklużjoni tal-applikazzjoni ta’ klawżola kuntrattwali minħabba n-natura inġusta tagħha, fil-kuntest ta’ proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja?

(2)

F’każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda, il-qorti nazzjonali tista’, sabiex twassal għal protezzjoni xierqa u effettiva tal-konsumatur quddiem klawżoli inġusti, tagħti ex officio lill-konsumatur id-dritt li jitlob ir-reviżjoni, minn qorti superjuri, tad-deċiżjoni tal-qorti tal-ewwel istanza li tkun ċaħdet it-talba intiża sabiex tiġi eskluża l-applikazzjoni ta’ klawżola kuntrattwali minħabba l-allegata natura inġusta tagħha?


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-12 ta’ Diċembru 2013 — Verder LabTec GmbH & Co. KG vs Finanzamt Hilden

(Kawża C-657/13)

(2014/C 71/13)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Finanzgericht Düsseldorf

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Verder LabTec GmbH & Co. KG

Konvenut: Finanzamt Hilden

Domanda preliminari

Il-libertà ta’ stabbiliment skont l-Artikolu 49 TFUE tippermetti, fil-każ fejn stabbiliment li jinsab fit-territorju nazzjonali jittrasferixxi attiv lejn stabbiliment ieħor tal-istess impriża li jinsab barra mill-pajjiż, leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li jkun hemm ġbid mhux għal skopijiet operattivi, bir-riżultat li l-iżvelar ta’ riżervi moħbija jwassal għal profitt relatat mal-ġbid, u leġiżlazzjoni nazzjonali oħra li tagħti l-possibbiltà li dan il-profitt jitqassam f’partijiet ugwali fuq ħames jew għaxar snin finanzjarji?


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/8


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-First-tier Tribunal (Tax Chamber) (ir-Renju Unit) fit-13 ta’ Diċembru 2013 — C & J Clark International Ltd vs The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

(Kawża C-659/13)

(2014/C 71/14)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Qorti tar-rinviju

First-tier Tribunal (Tax Chamber)

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: C & J Clark International Ltd

Konvenut: The Commissioners for Her Majesty’s Revenue & Customs

Domandi preliminari

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 (1) huwa invalidu sa fejn jikser l-Artikoli 2(7)(b) u 9(5) tar-Regolament bażiku antidumping [Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 (2)] fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni la tat deċiżjoni dwar l-istatus ta’ kumpannija li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq u lanqas dwar it-trattament individwali mitlub mill-produtturi esportaturi taċ-Ċina u tal-Vjetnam li ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kampjun skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku?

(2)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 huwa invalidu sa fejn jikser l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku antidumping [Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96] fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni ma tatx deċiżjoni dwar l-istatus ta’ kumpanniji li joperaw fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq f’terminu ta’ tliet xhur mill-ftuħ tal-investigazzjoni bħalma talbuha l-produtturi esportaturi taċ-Ċina u tal-Vjetnam li ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kampjun skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku?

(3)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 huwa invalidu sa fejn jikser l-Artikolu 2(7)(ċ) tar-Regolament bażiku antidumping [Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96] fid-dawl tal-fatt li l-Kummissjoni ma tatx deċiżjoni f’terminu ta’ tliet xhur mill-ftuħ tal-investigazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-istatus ta’ kumpanniji li joperaw fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq bħalma kienu talbu l-produtturi esportaturi taċ-Ċina u tal-Vjetnam li ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kampjun skont l-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku?

(4)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 huwa invalidu sa fejn jikser l-Artikoli 3, 4(1), 5(4) u 17 tar-Regolament bażiku antidumping [Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96] fid-dawl tal-fatt li numru żgħir wisq ta’ produtturi Komunitarji kkooperaw b’tali mod li l-Kummissjoni setgħet twettaq evalwazzjoni korretta tad-dannu u, għaldaqstant, evalwazzjoni korretta tar-rabta kawżali?

(5)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 huwa invalidu sa fejn jikser l-Artikolu 3(2) tar-Regolament bażiku antidumping [Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96] u l-Artikolu 253 KE fid-dawl tal-fatt li l-provi fil-fajl tal-investigazzjoni urew li d-dannu subit mill-industrija Komunitarja ġie evalwat billi ntużat data materjalment ivvizzjata bi żbalji u tal-fatt li r-Regolament ma ta ebda spegazzjoni għaliex dawn il-provi ġew injorati?

(6)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 huwa invalidu sa fejn jikser l-Artikolu 3(7) tar-Regolament bażiku antidumping [Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96] fid-dawl tal-fatt li l-effetti ta’ fatturi oħrajn li huma magħrufa bħala li jistgħu jikkawżaw dannu ma kinux ġew isseparati b’mod korrett u distinti mill-effetti tal-importazzjonijiet li allegatament huma s-suġġett ta’ dumping?

(7)

Sa fejn jistgħu l-qrati tal-Istati Membri jibbażaw ruħhom fuq l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006 magħmula mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kuntest tal-kawżi Brosmann C-249/10 P u Zhejiang Aokang C-247/10 P sabiex qieset li d-dazji ma kinux legalment dovuti fis-sens tal-Artikolu 236 tal-Kodiċi Doganali tal-Komunità [Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 (3)] għal kumpanniji li, bħar-rikorrenti fil-kawżi Brosmann u Zhejiang Aokang, ma kinux ittieħdu inkunsiderazzjoni fil-kampjun iżda li t-talb tagħhom għall-istatus ta’ kumpannija li topera fil-kundizzjonijiet ta’ ekonomija tas-suq u ta’ trattament individwali ma kinux ġew eżaminati?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1472/2006, tal-5 ta’ Ottubru 2006, jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ lbies għar-riġlejn bil-parti ta’ fuq tal-ġilda li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina u l-Vjetnam (ĠU L 352M, 31.12.2008, p. 485).

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96, tat-22 ta’ Diċembru 1995, dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 10, p. 45).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, tat-12 ta’ Ottubru 1992, li jwaqqaf il-Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 2, Vol. 4, p. 307).


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Administratīvā apgabaltiesa (il-Latvja) fit-13 ta’ Diċembru 2013 — VAS “Ceļu satiksmes drošības direkcija”, Latvijas Republikas Satiksmes ministrija vs Kaspars Nīmanis

(Kawża C-664/13)

(2014/C 71/15)

Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

Qorti tar-rinviju

Administratīvā apgabaltiesa

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: VAS “Ceļu satiksmes drošības direkcija”, Latvijas Republikas Satiksmes ministrija

Konvenuta: Kaspars Nīmanis

Domanda preliminari

L-Artikolu 12 tad-Direttiva 2006/126/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-20 ta’ Diċembru 2006 (1), dwar il-Liċenzji tas-Sewqan (Tfassil mill-Ġdid), moqri flimkien mal-ewwel sentenza tat-tieni premessa ta’ din id-direttiva, għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-uniku mezz sabiex jiġi ppruvat li persuna għandha r-residenza normali tagħha f’dan l-Istat (il-Latvja) huwa d-domiċilju ddikjarat ta’ din il-persuna? B’“domiċilju ddikjarat”, għandu jinftiehem l-obbligu tal-persuna, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, li tirreġistra ruħha f’reġistru nazzjonali sabiex tinforma li hija tista’ tiġi kkuntattjata fl-indirizz iddikjarat għall-finijiet tar-relazzjonijiet ġuridiċi tagħha mal-Istat u l-entitajiet lokali?


(1)  ĠU L 403, p. 18.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/9


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos Aukščiausiasis Teismas (il-Litwanja) fis-17 ta’ Diċembru 2013 — VĮ “Indėlių ir investicijų draudimas” u Nemaniūnas

(Kawża C-671/13)

(2014/C 71/16)

Lingwa tal-kawża: il-Litwan

Qorti tar-rinviju

Lietuvos Aukščiausiasis Teismas

Partijiet fil-kawża prinċipali

Appellanti fil-kassazjoni: VĮ “Indėlių ir investicijų draudimas” u Virgilijus Vidutis Nemaniūnas

Konvenuti: Vitoldas Guliavičius u l-bank “Snoras”, kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata fi falliment

Domandi preliminari

(1)

Id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 7(2) u tal-punt 12 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19 (1) għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li, meta Stat Membru jeskludi mill-benefiċċju tal-garanzija d-depożitanti ta’ istituzzjoni ta’ kreditu li għandhom strumenti ta’ dejn (ċertifikati ta’ depożitu) maħruġa minnha, din l-esklużjoni tista’ tiġi applikata biss fil-każijiet fejn l-imsemmija ċertifikati ta’ depożitu fihom (għandhom) il-karatteristiċi kollha ta’ strument finanzjarju fis-sens tad-Direttiva 2004/39 (2) (b’kont meħud, ukoll, ta’ atti oħra tad-dritt tal-Unjoni, bħar-Regolament Nru 25/2009 tal-Bank Ċentrali Ewropew), li n-negozjabbiltà tiegħu hija fis-suq sekondarju?

(2)

Jekk l-Istat Membru jagħżel li jittrasponi d-Direttivi 94/19 u 97/9 (3) fid-dritt nazzjonali b’tali mod li s-sistemi ta’ protezzjoni tad-depożitanti u tal-investituri jiġu implementati f’att leġiżlattiv wieħed (liġi waħda), id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikolu 7(2) u l-punt 12 tal-Anness I tad-Direttiva 94/19 u l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 97/9, fid-dawl tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva 97/9 għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li d-detenturi ta’ ċertifikati ta’ depożitu u ta’ bonds ma jistgħu jkunu koperti b’ebda waħda mis-sistemi ta’ protezzjoni (ta’ garanzija) għall-finijiet tad-direttivi ċċitati iktar il fuq?

(3)

Fid-dawl tal-fatt li, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, l-ebda waħda mis-sistemi ta’ protezzjoni possibbli previsti mid-Direttivi 94/19 u 97/9 ma tapplika għad-detenturi ta’ ċertifikati ta’ depożitu u bonds maħruġa minn istituzzjoni ta’ kreditu:

(a)

id-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 3(1), 7(1) (kif emendat bid- Direttiva 2009/14) u 10(1) tad-Direttiva 94/19 u l-Artikolu 1(1) ta’ din l-istess direttiva, li jiddefinixxi l-kunċett ta’ depożitu, huma suffiċjentement ċari, preċiżi, inkundizzjonati u joħolqu drittijiet suġġettivi li jistgħu jiġu invokati minn individwi quddiem il-qorti nazzjonali insostenn tat-talbiet tagħhom ta’ kumpens kontra l-organu ta’ garanzija stabbilita mill-Istat, responsabbli għall-ħlas tal-imsemmi kumpens?

(b)

L-Artikoli 2(2) u 4(1) tad-Direttiva 97/9 huma suffiċjentement ċari, preċiżi, inkundizzjonati u joħolqu drittijiet suġġettivi li jistgħu jiġu invokati minn individwi quddiem il-qorti nazzjonali insostenn tat-talbiet tagħhom ta’ kumpens kontra l-organu ta’ garanzija stabbilita mill-Istat, responsabbli għall-ħlas tal-imsemmi kumpens?

(c)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għad-domandi ta’ hawn fuq (“3a” u “3b”), liema waħda miż-żewġ sistemi possibbli ta’ protezzjoni l-qorti nazzjonali għandha tagħżel li tapplika sabiex issolvi l-kawża bejn individwu u istituzzjoni ta’ kreditu u li tinvolvi l-parteċipazzjoni tal-organu ta’ garanzija stabbilit mill-Istat, responsabbli mill-ġestjoni tas-sistemi ta’ protezzjoni tad-depożitatanti u tal-investituri?

(4)

Id-disposizzjonijiet tal-Artikoli 2(2) u 4(2) tad-Direttiva 97/9 (moqrija flimkien mal-Anness I tal-imsemmija direttiva) għandhom jinftiehmu u jiġu interpretati fis-sens li huma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali, li skontha s-sistema ta’ kumpens għall-investituri ma tapplikax għall-investituri li għandhom strumenti ta’ dejn maħruġa minn istituzzjoni ta’ kreditu, minħabba t-tip ta’ strumenti finanzjarji (strumenti ta’ dejn) u fid-dawl tal-fatt li l-assigurat (l-istituzzjoni ta’ kreditu) ma ttrasferiex jew ma użax il-fondi jew it-titoli ta’ investiment mingħajr il-kunsens ta’ dawn tal-aħħar? Il-fatt li l-istituzzjoni ta’ kreditu li ħarġet strumenti ta’ dejn — l-emittent — hija fl-istess ħin ukoll il-konservatur ta’ dawn l-istrumenti finanzjarji (intermedjarja) u li l-fondi investiti ma humiex distinti minn fondi oħra li għandha l-istituzzjoni ta’ kreditu huwa ta’ rilevanza għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet iċċitati iktar il fuq tad-Direttiva 97/9 dwar il-protezzjoni tal-investituri?


(1)  Direttiva 94/19/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 1994, dwar skemi ta’ garanzija għal depożiti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 252).

(2)  Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 263).

(3)  Direttiva 97/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-3 ta’ Marzu 1997, dwar skemi ta’ kumpens għall-investitur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 311).


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/10


Appell ippreżentat fis-17 ta’ Diċembru 2013 mill-Kummissjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fit-8 ta’ Ottubru 2013 fil-Kawża T-545/11, Stichting Greenpeace Nederland u Pesticide Action Network Europe (PAN Europe) vs Il-Kummissjoni Ewropea

(Kawża C-673/13 P)

(2014/C 71/17)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Smulders, P. Oliver, P. Ondrůšek, aġenti)

Appellati: Stichting Greenpeace Nederland, Pesticide Action Network Europe (PAN Europe)

Talbiet tal-appellanti

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali;

skont l-Artikolu 61 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, jew li tiddeċiedi hija stess b’mod definittiv fuq l-ewwel u t-tielet aggravju, jew inkella li tirrinvijja l-kawża quddiem il-Qorti Ġenerali bil-għan li din tiddeċiedi fuq dawn l-aggravji; u

tikkundanna lill-appellati għall-ispejjeż.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħha, ir-rikorrenti tinvoka aggravju wieħed, li jallega li l-Qorti Ġenerali interpretat b’mod żbaljat il-kunċett ta’ informazzjoni li “tkun konnessa ma’ emissjonijiet fl-ambjent” imsemmi fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 6(1) tar- Regolament (KE) Nru 1367/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Settembru 2006, dwar l-applikazzjoni għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità tad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (1) (ir-“Regolament ta’ Aarhus”) billi skartat it-teżi tal-Kummissjoni li dan il-kunċett għandu jiġi interpretat b’mod koerenti u armonjuż fid-dawl tad-dispożizzjonijiet l-oħra inkwistjoni. Dan l-aggravju huwa maqsum fi tliet partijiet:

(i)

il-Qorti Ġenerali wettqet żball billi ma ħaditx kont tan-neċessità li tiġi żgurata l-koerenza “interna” tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (2), flimkien mal-Artikolu 6(1) tar-regolament ta’ Aarhus, moqri flimkien mal-Artikolu 4(4) tal-Konvenzjoni ta’ Aarhus dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku fit-Teħid ta’ Deċiżjonijiet u l-Aċċess għall-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali (il-“Konvenzjoni ta’ Aarhus”);

(ii)

il-Qorti Ġenerali kellha tieħu inkunsiderazzjoni d-dispożizzjonijiet relatati mal-kunfidenzjalità inklużi fil-leġiżlazzjoni settorjali dwar il-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, jiġifieri d-Direttiva tal-Kunsill Nru 91/414/KE, tal-15 ta’ Lulju 1991, li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (3) u r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ Ottubru 2009, dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (4); u

(iii)

il-Qorti Ġenerali wettaq żball billi ma ħaditx kont tan-neċessità li tinterpreta l-Artikolu 6(1) tar-Regolament Aarhus b’mod konformi, safejn dan huwa possibbli, mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali relatati mal-kummerċ (“il-Ftehim TRIPs”).


(1)  ĠU L 264, p. 13.

(2)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331.

(3)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 11, p. 332.

(4)  ĠU L 309, p. 1.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-23 ta’ Diċembru 2013 — Diageo Brands BV vs Simiramida-04 EOOD

(Kawża C-681/13)

(2014/C 71/18)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Hoge Raad der Nederlanden

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Diageo Brands BV.

Konvenuta: Simiramida-04 EOOD.

Domandi preliminari

(1)

Għandu l-Artikolu 34(1) tar-Regolament Nru 44/2001 (1) jiġi interpretat fis-sens li dan il-motiv ta’ rifjut jirrigwarda wkoll il-każ li fih id-deċiżjoni tal-qorti tal-Istat Membru tal-oriġini hija manifestament kuntrarja għad-dritt tal-Unjoni u li l-imsemmi qorti rrikonoxxiet dan?

(2)

(a)

Għandu l-Artikolu 34(1) tar-Regolament Nru 44/2001 jiġi interpretat fis-sens li l-fatt li l-parti li tinvoka l-motiv ta’ rifjut li jidher fl-Artikolu 34(1) tar-Regolament Nru 44/2001, ma eżerċitat ebda rimedju ġudizzjarju għad-dispożizzjoni tagħha fl-Istat Membru tal-oriġini tad-deċiżjoni, jipprekludi li hija tinvoka b’mod utli dan il-motiv ta’ rifjut?

(b)

Jekk id-domanda 2(a) tingħata risposta affermattiva, ir-risposta tkun differenti jekk l-eżerċizzju ta’ rimedju ġudizzjarju fl-Istat Membru tal-oriġini tad-deċiżjoni kien inutli, peress li għandu jiġi ammess li dan l-eżerċizzju ma kienx iwassal għal deċiżjoni differenti?

(3)

L-Artikolu 14 tad-Direttiva 2004/48 (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li din id-dispożizzjoni tirrigwarda wkoll l-ispejjeż li jsiru mill-partijiet fil-kuntest ta’ talba għad-danni fi Stat Membru jekk it-talba u d-difiża jirrigwardaw l-allegata responsabbiltà tal-konvenuta minħabba sekwestri kawtelatorji u notifiki magħmula bil-għan li jiżguraw l-osservanza tad-dritt ta’ trade marks tagħha fi Stat Membru ieħor u li, f’dan ir-rigward, titqajjem il-kwistjoni tar-rikonoxximent fl-ewwel Stat Membru ta’ deċiżjoni mogħtija mill-qorti tat-tieni Stat Membru?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).

(2)  Direttiva 2004/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, fuq l-infurzar tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 2, p. 32).


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/11


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta förvaltningsdomstolen (l-Isvezja) fis-27 ta’ Diċembru 2013 — X AB vs Skatterverket

(Kawża C-686/13)

(2014/C 71/19)

Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

Qorti tar-rinviju

Högsta förvaltningsdomstolen

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: X AB

Konvenut: Skatterverket

Domanda preliminari

L-Artikolu 49 TFUE u l-Artikolu 63TFUE jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li permezz tagħha l-Istati ta’ residenza ta’ impriża ma tippermettix lil din tnaqqas telf fil-kambju li huwa parti integrali minn telf kapitali fuq sehem li għandha f’kumpanija residenti fi Stat Membru ieħor, fejn l-Istat Membru ta’ residenza tal-ewwel impriża japplika sistema li taħtha l-qligħ u t-telf kapitali fuq dawn l-ishma huma inklużi fil-kalkolu tal-bażi tat-taxxa?


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fit-3 ta’ Jannar 2014 — proċeduri kriminali kontra Thi Bich Ngoc Nguyen u Nadine Schönherr

(Kawża C-2/14)

(2014/C 71/20)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesgerichtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Thi Bich Ngoc Nguyen

Nadine Schönherr

Parti oħra fil-proċeduri: Generalbundesanwalt beim Bundesgerichtshof

Domanda preliminari

Prodotti mediċinali kif iddefiniti bid-Direttiva 2001/83/KEE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Novembru 2001, dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x’jaqsam ma’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (1), li fihom “sustanza klassifikata” skont ir-Regolamenti Nru 273/2004 (2) u Nru 111/2005 (3) huma dejjem esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn ir-regolamenti skont l-Artikolu 2(a) ta’ dawn ir-regolamenti, jew dan għandu biss jiġi preżunt jekk il-prodotti mediċinali jkunu komposti b’tali mod li s-sustanzi kklassifikati jistgħu jintużaw u jiġu estratti faċilment u ekonomikament biss fis-sens ta’ dawn ir-regolamenti?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 27, p. 69.

(2)  Regolament (KE) Nru 273/2004, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, dwar prekursuri tad-droga (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 8, p. 46).

(3)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 111/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, li jistabbilixxi regoli għall-monitoraġġ ta’ kummerċ fil-prekursuri ta’ drogi bejn il-Komunità u pajjiżi terzi (ĠU 2008, L 333M, p. 472).


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/12


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein oikeus (il-Finlandja) fis-6 ta’ Jannar 2014 — Christophe Bohez vs Ingrid Wiertz

(Kawża C-4/14)

(2014/C 71/21)

Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

Qorti tar-rinviju

Korkein oikeus

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Christophe Bohez

Konvenuta: Ingrid Wiertz

Domandi preliminari

(1)

L-Artikolu 1(2) tar-Regolament Brussell I (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kawżi li jikkonċernaw l-eżekuzzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità imposti għall-finijiet tal-osservanza tal-obbligu prinċipali impost f’deċiżjoni li tikkonċerna d-dritt ta’ kustodja jew id-dritt ta’ aċċess, ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-imsemmi regolament?

(2)

Jekk il-kawżi li hemm riferiment għalihom fid-domanda preċedenti jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Brussell I, l-Artikolu 49 ta’ dan l-istess regolament għandu jiġi interpretat fis-sens li, pagamenti ta’ penalità ta’ kuljum, li fl-Istat ta’ oriġini, huma fihom infushom direttament infurzabbli fl-ammont stabbilit, iżda li l-ammont definittiv tagħhom jista’ jinbidel fuq talba jew minħabba argumenti tal-parti kkundannata għall-pagamenti ta’ penalità, huma biss infurzabbli fi Stat Membru ieħor jekk l-ammont tagħhom ikun ġie speċifikament stabbilit b’mod definittiv fl-Istat ta’ oriġini?

(3)

Jekk il-kawżi identifikati iktar ’il fuq ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Brussell I, l-Artikolu 47(1) tar-Regolament Brussell IIa (2)’ għandu jiġi interpretat fis-sens li l-miżuri intiżi għall-osservanza ta’ deċiżjonijiet fil-qasam tad-dritt ta’ kustodja jew tad-dritt ta’ aċċess, jagħmlu parti mill-proċedura ta’ eżekuzzjoni msemmija f’din id-dispożizzjoni, jiġifieri mill-proċedura ta’ eżekuzzjoni ddeterminata mid-dritt tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, jew jistgħu jitqiesu li huma parti integrali mid-deċiżjoni li tikkonċerna d-dritt ta’ kustodja jew id-dritt ta’ aċċess u li, skont ir-Regolament Brussell IIa, hija infurzabbli f’dan l-Istat Membru l-ieħor?

(4)

Meta l-eżekuzzjoni ta’ pagamenti ta’ penalità tintalab fi Stat Membru ieħor, jeħtieġ li l-ammont tal-imsemmija pagamenti ta’ penalità jkun speċifikament stabbilit b’mod definittiv fl-Istat Membru ta’ oriġini, anki fis-sitwazzjoni fejn ir-Regolament Brussels I ma jkunx applikabbli fil-kuntest ta’ din l-eżekuzzjoni?

(5)

Jekk pagamenti ta’ penalità imposti għall-finijiet tal-osservanza tad-dritt ta’ aċċess huma infurzabbli fi Stat Membru ieħor mingħajr ma l-ammont tal-pagamenti ta’ penalità ma jkun speċifikament stabbilit b’mod definittiv fl-Istat Membru ta’ oriġini;

(a)

l-eżekuzzjoni tal-pagamenti ta’ penalità madankollu teħtieġ li jiġi eżaminat jekk l-osservanza tad-dritt ta’ aċċess tkun ġiet prekluża b’motivi li t-teħid inkunsiderazzjoni tagħhom kien indispensabbli sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tal-wild; u

(b)

liema qorti għandha għaldaqstant ġurisdizzjoni li teżamina l-preżenza ta’ tali fatturi, iktar preċiżament

(i)

il-ġurisdizzjoni tal-qorti tal-Istat ta’ eżekuzzjoni hija dejjem limitata esklużivament għall-eżami tal-allegat annullament tad-dritt ta’ aċċess, li toriġina minn raġuni li tkun espressament prevista fid-deċiżjoni tal-mertu; jew

(ii)

id-drittijiet tal-wild li huma ggarantiti mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea jimplikaw li l-qorti tal-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni għandha dritt jew obbligu iktar estiż li jiġi eżaminat jekk l-osservanza tad-dritt ta’ aċċess tkunx ġiet prekluża b’motivi li t-teħid inkunsiderazzjoni tagħhom kien indispensabbli sabiex jiġu ggarantiti d-drittijiet tal-wild?


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42)

(2)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2201/2003, tas-27 ta’ Novembru 2003, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-infurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet matrimonjali u kwistjonijiet ta' responsabbilità tal-ġenituri, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1347/2000 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6, p. 243)


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/13


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Jannar 2014 — Ir-Renju ta’ Spanja vs Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

(Kawża C-44/14)

(2014/C 71/22)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: A. Rubio González, aġent)

Konvenuti: Il-Parlament Ewropew u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1052/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Ottubru 2013 (1), li jistabbilixxi s-Sistema Ewropea ta’ Sorveljanza tal-Fruntieri (Eurosur).

tikkundanna lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ksur tad-dispożizzjonijiet magħquda tal-Artikoli 4 u 5 tal-Protokoll ta’ Schengen. L-Artikolu 19 tar-Regolament Eurosur jistabbilixxi proċedura ad hoc għall-parteċipazzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda ta’ Fuq fl-Eurosur permezz ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni. Għaldaqstant dan jipprovdi għal proċedura għall-parteċipazzjoni ta’ dawn l-Istati Membri fil-marġni tal-Artikolu 4 tal-Protokoll ta’ Schengen, li jittratta lir-Renju Unit u lill-Irlanda materjalment bl-istess mod bħal pajjiżi terzi barra mill-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU L 295, p. 11


Il-Qorti Ġenerali

8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — SKW Stahl-Metallurgie Holding u SKW Stahl-Metallurgie vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-384/09) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, minbarra l-Irlanda, Spanja, il-Portugall u r-Renju Unit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Drittijiet tad-difiża - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Obbligu ta’ motivazzjoni - Multi - Ugwaljanza fit-trattament - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Proporzjonalità - Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa - Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi)

(2014/C 71/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: SKW Stahl-Metallurgie Holding AG (Unterneukirchen, il-Ġermanja); u SKW Stahl-Metallurgie GmbH (Unterneukirchen) (rappreżentanti: inizjalment A. Birnstiel, S. Janka u S. Dierckens, avukati, sussegwentement A. Birnstiel u S. Janka)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. von Lingen u A. Antoniadis, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Gigaset AG (li kienet Arques Industries AG) (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Grave, A. Scheidtmann u B. Meyring, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 — Reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass), f’dak li jikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, b’mod sussidjarju, talba għall-annullament jew għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

SKW Stahl-Metallurgie Holding AG u SKW Stahl-Metallurgie GmbH għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

Gigaset AG għandha tbati l-ispejjeż tagħha.


(1)  ĠU C 297, 5.12.2009.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/14


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Evonik Degussa u AlzChem vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-391/09) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, minbarra l-Irlanda, Spanja, il-Portugall u r-Renju Unit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Multi - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Ċirkustanzi aggravanti - Reċidiva - Ċirkustanzi attenwanti - Proporzjonalità - Tul tal-ksur - Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa - Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi)

(2014/C 71/24)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Evonik Degussa GmbH (Essen, il-Ġermanja); u AlzChem AG, li kienet AlzChem Trostberg GmbH, li kienet AlzChem Hart GmbH (Trostberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Steinle, O. Andresen u I. Bodenstein, avukati)

Konvenuta: Il-Kummisjoni Ewropea (rappreżentanti: N. von Lingen u A. Antoniadis, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 — Reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass), f’dak li jikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, b’mod sussidjarju, talba għall-bidla tal-imsemmija deċiżjoni, intiża, minn naħa, għall-annullament tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti jew għat-tnaqqis tal-ammont tagħha u, min-naħa l-oħra, għar-responsabbiltà ta’ SKW Stahl-Technik GmbH & Co. KG tal-ammont sħiħ tal-multa, in solidum mar-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

L-Artikolu 2(g) u (h) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 — Reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass), huwa annullat, sa fejn dan jikkonċerna lil Evonik Degussa GmbH u AlzChem AG, filwaqt li madankollu jiġi ppreċiżat li dan l-annullament ma jaffettwax l-effett liberatorju ta’ kwalunkwe ħlas, minn waħda jew minn oħra minn dawn iż-żewġ kumpanniji, tal-multa imposta fuqhom in solidum għall-ksur ikkonstatat fl-Artikolu 1(f) tal-imsemmija deċiżjoni, fir-rigward ta’ SKW Stahl-Technik GmbH & Co. KG, u l-multa li ġiet imposta fuq din tal-aħħar fl-Artikolu 2(g) tal-istess deċiżjoni.

(2)

Għall-ksur ikkonstatat fir-rigward ta’ Evonik Degussa u AlzChem fl-Artikolu 1(f) tad-deċiżjoni C(2009) 5791 finali, huma imposti l-multi li ġejjin:

fuq Evonik Degussa u AlzChem in solidum: EUR 2.49 miljun, filwaqt li jiġi ppreċiżat li ser jitqies li Evonik Degussa u AlzChem ħallsu din il-multa bl-ammont identiku għal dak li ħallset SKW Stahl-Technik għall-multa imposta fuqha fl-Artikolu 2(f) u (g) tal-istess deċiżjoni;

fuq Evonik Degussa, l-unika waħda responsabbli għall-ħlas ta’ din il-multa, EUR 1.24 miljun;

(3)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(4)

Evonik Degussa u AlzChem għandhom ibatu żewġ terzi tal-ispejjeż tagħhom kif ukoll żewġ terzi ta’ dawk tal-Kummissjoni Ewropea. Il-Kummissjoni għandha tbati terz tal-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż sostnuti minn Evonik Degussa u AlzChem.


(1)  ĠU C 297, 5.12.2009.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Gigaset vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-395/09) (1)

(Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass fiż-ŻEE, minbarra l-Irlanda, Spanja, il-Portugall u r-Renju Unit - Deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Iffissar tal-prezzijiet u tqassim tas-suq - Imputabbiltà tal-aġir li jikkostitwixxi ksur - Obbligu ta’ motivazzjoni - Multi - Tul tal-ksur - Ugwaljanza fit-trattament - Ċirkustanzi attenwanti - Kooperazzjoni matul il-proċedura amministrattiva - Responsabbiltà in solidum għall-ħlas tal-multa - Linji Gwida tal-2006 għall-kalkolu tal-ammont tal-multi)

(2014/C 71/25)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Gigaset AG, li kienet Arques Industries (München, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Grave, B. Meyring u A. Scheidtmann, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. von Lingen u R. Sauer, aġenti, assistiti minn A. Böhlke, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 — Reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass), f’dak li jikkonċerna lir-rikorrenti, kif ukoll, b’mod sussidjarju, talba għat-tnaqqis tal-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti permezz tal-imsemmija deċiżjoni.

Dispożittiv

(1)

L-ammont tal-multa imposta fuq Gigaset AG skont l-Artikolu 2(f) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 5791 finali, tat-22 ta’ Lulju 2009, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 81 [KE] u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/39.396 — Reaġenti bbażati fuq il-karbur tal-kalċju u l-manjesju għall-industrija tal-azzar u tal-gass), huwa ffissat għal EUR 12.3 miljun.

(2)

Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

(3)

Gigaset għandha tbati 90 % tal-ispejjeż tagħha kif ukoll 90 % ta’ dawk tal-Kummissjoni Ewropea, minbarra l-ispejjeż relattivi għall-proċeduri għal miżuri provviżorji. Il-Kummissjoni għandha tbati 10 % tal-ispejjeż tagħha u 10 % tal-ispejjeż sostnuti minn Gigaset, minbarra l-ispejjeż relattivi għall-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 297, 5.12.2009.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/15


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2014 — Hubei Xinyegang Steel vs Il-Kunsill

(Kawża T-528/09) (1)

(Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw miċ-Ċina - Determinazzjoni ta’ theddida ta’ ħsara - Artikolu 3(9) u Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (li saru l-Artikolu 3(9) u l-Artikolu 9(4) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009))

(2014/C 71/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd (Huang Shi, iċ-Ċina) (rappreżentanti: F. Carlin, barrister, Q. Azau, A. MacGregor, solicitor, u N. Niejahr, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J.-P. Hix u B. Driessen, aġenti, assistiti minn B. O’Connor, solicitor)

Partijiet intervenjenti insotenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizzjalment minn H. van Vliet u M. França, sussegwentement minn M. França u J.-F. Brakeland, aġenti, assistiti minn R. Bierwagen, avukat); ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s. (Ostrava-Kunčice, ir-Repubblika Ċeka); ArcelorMittal Tubular Products Roman SA (Roman, ir-Rumanija); Benteler Stahl/Rohr GmbH (Paderborn, il-Ġermanja); Ovako Tube & Ring AB (Hofors, l-Isvezja); Rohrwerk Maxhütte GmbH (Sulzbach-Rosenberg, il-Ġermanja); Dalmine SpA (Dalmine, l-Italja); Silcotub SA (Zalău, ir-Rumanija); TMK-Artrom SA (Slatina, ir-Rumanija); Tubos Reunidos SA (Amurrio, Spanja); Vallourec Mannesmann Oil & Gas France (Aulnoye-Aymeries, Franza); V & M France (Boulogne-Billancourt, Franza); V & M Deutschland GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja); Voestalpine Tubulars GmbH (Linz, l-Awstrija); u Železiarne Podbrezová a.s. (Podbrezová, is-Slovakkja) (rappreżentanti: G. Berrisch, G. Wolf, avukati, u N. Chesaites, barrister)

Suġġett

Rikors għall-annullament parzjali tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009, li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (ĠU L 262, p. 19).

Dispożittiv

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 926/2009, tal-24 ta’ Settembru 2009, li jimponi dazju definittiv kontra d-dumping u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju provviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldatura, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, huwa annullat, inkwantu jimponi dazju antidumping fuq l-esportazzjonijiet ta’ prodotti mmanifatturati minn Hubei Xinyegang Steel Co. Ltd u jipprovdi għall-ġbir ta’ dazji provviżorji stabbiliti fuq dawn l-esportazzjonijiet.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk imġarrba minn Hubei Xinyegang Steel Co.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha.

(4)

ArcelorMittal Tubular Products Ostrava a.s., ArcelorMittal Tubular Products Roman SA, Benteler Stahl/Rohr GmbH, Ovako Tube & Ring AB, Rohrwerk Maxhütte GmbH, Dalmine SpA, Silcotub SA, TMK-Artrom SA, Tubos Reunidos SA, Vallourec Mannesmann Oil & Gas France, V & M France, V & M Deutschland GmbH, Voestalpine Tubulars GmbH u Železiarne Podbrezová a.s. għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


(1)  ĠU C 51, 27.2.2010.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/16


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2014 — Progust vs UASI — Sopralex & Vosmarques (IMPERIA)

(Kawża T-216/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva IMPERIA - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti IMPERIAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Natura distintiva tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2014/C 71/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Progust, SL (Gerona, Spanja) (rappreżentanti: inizjalment M. E. López Camba, J. L. Rivas Zurdo, E. Seijo Veiguela u I. Munilla Muñoz, sussegwentement J. L. Rivas Zurdo, E. Seijo Veiguela u I. Munilla Muñoz, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sopralex & Vosmarques SA (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: P. Maeyaert u V. Fossoul, avukati)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Jannar 2011 (Każ R 1036/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sopralex & Vosmarques SA u Progust, SL.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Progust, SL hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 194, 2.7.2011.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Jannar 2014 — Streng vs UASI — Gismondi (PARAMETRICA)

(Kawża T-495/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali PARAMETRICA - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Parameta - Raġuni relattiva għal rifjut - Nuqqas ta’ produzzjoni ta’ provi fil-lingwa tal-proċedimenti tal-oppożizzjoni - Regola 19(2) u (3) u Regola 98(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/95)

(2014/C 71/28)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Michael Streng (Erding, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Pappert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Fulvio Gismondi (Ruma, l-Italja) (rappreżentanti: A. Masetti Zannini de Concina, G. Petrocchi, M. Bucarelli u F. Bellan, avukati)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-19 ta’ Lulju 2011, (Każ R 1348/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Michael Streng u Fulvio Gismondi.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Michael Streng huwa kkundannat għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2014 — Schuhhaus Dielmann vs UASI — Carrera (Carrera panamericana)

(Kawża T-600/11) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali Carrera panamericana li tindika lill-Komunità Ewropea - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti CARRERA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)

(2014/C 71/29)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Schuhhaus Dielmann GmbH & Co. KG (Darmstadt, il-Ġermanja) (rappreżentant: W. Göpfert, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Carrera SpA (Caldiero, l-Italja)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-15 ta’ Settembru 2011 (Każ R 1989/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Carrera SpA u Schuhhaus Dielmann GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Schuhhaus Dielmann GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 32, 4.2.2012.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/18


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2014 — European Dynamics Belgium et vs EMA

(Kawża T-158/12) (1)

(Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvisti ta’ servizzi barranin fil-qasam tal-applikazzjonijiet tas-softwer - Deċiżjoni li tiġi kklassifikata l-offerta ta’ offerent fit-tieni pożizzjoni għall-finijiet ta’ kuntratt fi stadji - Kriterji ta’ għoti - Żieda ta’ kriterju ta’ għoti mhux ipprovdut mid-dokumenti kuntrattwali - Evalwazzjoni ta’ kriterju ta’ selezzjoni matul il-fażi ta’ għoti - Trasparenza)

(2014/C 71/30)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: European Dynamics Belgium SA (Brussell, il-Belġju); European Dynamics Luxembourg SA (Ettelbrück, il-Lussemburgu); Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai Tilematikis AE (Ateni, il-Greċja); u European Dynamics UK Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentant: V. Christianos, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA) (rappreżentanti: T. Jabłoński u C. Maignen, aġenti, assistiti inizjalment minn H.-G. Kamann u E. Arsenidou, sussegwentement minn H.-G. Kamann u A. Dritsa, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni EMA/67882/2012 tal-EMA, tal-31 ta’ Jannar 2012, li tikklassifika l-offerta tar-rikorrenti fit-tieni pożizzjoni għall-firma ta’ kuntratt-qafas, wara sejħa għal offerti EMA/2011/17/ICT, dwar il-provvista ta’ servizzi barranin fil-qasam tal-applikazzjonijiet tas-softwer, u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

European Dynamics Belgium SA, European Dynamics Luxembourg SA, Evropaïki Dynamiki — Proigmena Systimata Tilepikoinonion Pliroforikis kai u European Dynamics UK Ltd huma kkundannati għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 184, 23.6.2012.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/18


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Sunrider vs UASI — Nannerl (SUN FRESH)

(Kawża T-221/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali SUN FRESH - Trade marks Komunitarji, Benelux u nazzjonali verbali u figurattivi preċedenti FRESH SUNNY, SUNRIDER SUNNY FRESH u SUNNYFRESH - Raġuni relattiva għal rifjut - Prova tal-użu ġenwin mit-trade marks preċedenti - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2014/C 71/31)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Sunrider Corporation (Torrance, California, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: N. Dontas u K. Markakis, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant P. Bullock, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nannerl GmbH & Co. KG (Anthering bei Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentant: A. Thünken, avukat)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Marzu 2012 (Każ R 2401/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn The Sunrider Corporation u Nannerl GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

The Sunrider Corporation hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 217, 21.7.2012.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 23 ta’ Jannar 2014 — NCL vs UASI (NORWEGIAN GETAWAY)

(Kawża T-513/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Talba għal trade mark Komunitarja verbali NORWEGIAN GETAWAY - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2014/C 71/32)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NCL Corporation Ltd (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: N. Grüger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Settembru 2006 (Każ R 1014/2012-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali NORWEGIAN GETAWAY bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

NCL Corporation Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 26, 26.1.2013.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali 23 ta’ Jannar 2014 — NCL vs UASI (NORWEGIAN BREAKAWAY)

(Kawża T-514/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali NORWEGIAN BREAKAWAY - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2014/C 71/33)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: NCL Corporation Ltd (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: N. Grüger, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1017/2012-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali NORWEGIAN BREAKAWAY bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud

(2)

NCL Corporation Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).


(1)  ĠU C 26, 26.1.2013.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Coppenrath-Verlag vs UASI — Sembella (Rebella)

(Kawża T-551/12) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali Rebella - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SEMBELLA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Użu serju tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 - Il-punt (a) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 207/2009)

(2014/C 71/34)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Coppenrath-Verlag GmbH & Co. KG (Münster, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Pohl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sembella GmbH (Timelkam, l-Awstrija)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tal-5 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1681/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sembella GmbH u Coppenrath-Verlag GmbH & Co. KG.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Coppenrath-Verlag GmbH & Co. KG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 55, 23.2.2013


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2014 — Goldsteig Käsereien Bayerwald vs UASI — Vieweg (goldstück)

(Kawża T-47/13) (1)

(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva goldstück - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti GOLDSTEIG - Raġuni relattiva għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2014/C 71/35)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Goldsteig Käsereien Bayerwald GmbH (Cham, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Biagosch, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Christin Vieweg (Sonneberg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Pröll, avukat)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Novembru 2006 (Każ R 2589/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Goldsteig Käsereien Bayerwald GmbH u Christin Vieweg.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud

(2)

Goldsteig Käsereien Bayerwald GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 86, 23.3.2013.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Novartis vs UASI (CARE TO CARE)

(Kawża T-68/13) (1)

(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CARE TO CARE - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)

(2014/C 71/36)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Novartis AG (Basel, l-Isvizzera) (rappreżentant: M. Douglas, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: M. Rajh u J. Crespo Carrillo, aġenti)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tad-29 ta’ Novembru 2012 (Każ R 953/2012-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali CARE TO CARE bħala trade mark Komunitarja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Novartis AG hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 108, 13.4.2013.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/20


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Jannar 2014 — Il-Kummissjoni vs BO

(Kawża T-174/13 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Sigurtà soċjali - Rimbors tal-ispejjeż tat-trasport - Spejjeż tat-trasport għal raġunijiet lingwistiċi - Artikolu 19(2) tar-Regoli komuni dwar l-assigurazzjoni għar-riskji ta’ mard tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej - Titolu II, Kapitolu 12, punt 2.5, tad-direttivi ġenerali ta’ implementazzjoni relatati mar-rimbors tal-ispejjeż mediċi)

(2014/C 71/37)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti)

Parti oħra fil-proċedura: BO (Amman, il-Ġordan) (rappreżentanti: L. Levi, M. Vandenbussche u C. Bernard-Glanz, avukati)

Suġġett

Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-15 ta’ Jannar 2013, BO vs Il-Kummissjoni (F-27/11, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament ta’ din is-sentenza.

Dispożittiv

(1)

L-appell huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti minn BO fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 164, 8.6.2013.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2014 — Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-134/12) (1)

(Rikors għal annullament u għad-danni - Kuntratti li jikkonċernaw għajnuna finanzjarja tal-Unjoni favur proġetti li jaqgħu fis-settur tar-riċerka u l-iżvilupp - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Assenza ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tat-talbiet - Inammissibbiltà)

(2014/C 71/38)

Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

Partijiet

Rikorrenti: Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, SA (Alicante, Spanja) (rappreżentant: M. Jiménez Perona, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentani: R. Lyal u B. Conte, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés u X. García García, avukati)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Jannar 2012 dwar l-irkupru tal-ammonti msemmija fin-noti ta’ debitu li jikkorrispondu għall-awditu finanzjarju li ġiet suġġetta għalih ir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni mhux kuntrattwali intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ħlas tad-danni fl-ammont ta’ EUR 732 768.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.


(1)  ĠU C 157, 2.6.2012.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/21


Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2014 — Lebedef vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda T-116/13 P u T-117/13 P) (1)

(Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Evalwazzjoni - Rapport tal-iżvilupp tal-karriera - Proċedura ta’ evalwazzjoni 2008 u 2009 - Eżenzjoni għal nofs il-ħin għal finijiet ta’ rappreżentazzjoni sindakali - Rapport ta’ evalwazzjoni li jkopri l-funzjonijiet eżerċitati fis-servizz ta’ assenjazzjoni - Nomina sindakali - Ċaħda ta’ rikors fl-ewwel istanza bħala manifestament infondat - Appell parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat)

(2014/C 71/39)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellant: Giorgio Lebedef (Senningerberg, il-Lussemburgu) (rappreżentant: F. Frabetti, avukat)

Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Berscheid, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

Żewġ appelli mid-digrieti tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tielet Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2012, Lebedef vs Il-Kummissjoni (F-70/11 u F-109/11, li għadhom ma ġewx ippubblikati fil-Ġabra), u intiżi għall-annullament ta’ dawn id-digrieti.

Dispożittiv

(1)

L-appelli huma miċħuda.

(2)

Giorgio Lebedef għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.


(1)  ĠU C 147, 25.5.2013.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/22


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2014 — Miettinen vs Il-Kunsill

(Kawża T-303/13) (1)

(Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kunsill - Rifjut ta’ aċċess - Żvelar wara l-preżentata ta’ rikors - Tmiem tas-suġġett tar-rikors - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni)

(2014/C 71/40)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Samuli Miettinen (Espoo, il-Finlandja) (rappreżentanti: O. Brouwer, E. Raedts, avukati, u A. Villette, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Pellinghelli u É. Sitbon, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill, tal-25 ta’ Marzu 2013, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent l-aċċess għall-opinjoni tas-Servizz Legali tal-Kunsill bir-referenza 15309/12, fl-intier tagħha.

Dispożittiv

(1)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.

(2)

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

(3)

Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent mir-Renju tal-Isvezja u mir-Repubblika tal-Finlandja.


(1)  ĠU C 215, 27.7.2013.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/22


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Diċembru 2013 — Lomnici vs Il-Parlament

(Kawża T-650/13)

(2014/C 71/41)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrent: Zoltán Lomnici (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: Z. Lomnici Jr., avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew

Talbiet tar-rikorrent

tannulla d-deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Ewropew, tas-17 ta’ Ottubru 2013 dwar il-Petizzjoni Nru 1298/2012.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka l-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u l-ksur tad-dritt ta’ kull ċittadin tal-Unjoni għal smigħ xieraq. F’dan ir-rigward huwa jindika, fost ilmenti oħra, li l-petizzjoni tiegħu ngħalqet mingħjar motivazzjoni, li ma ġiex mistieden jattendi għal-laqgħa u li d-deċiżjoni ma ntbagħtitlux.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/22


Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Diċembru 2013 — Axa Versicherung vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-677/13)

(2014/C 71/42)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: Axa Versicherung AG (Köln, il-Ġermanja) (rappreżentanti: C. Bahr, S. Dethof u A. Malec, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla r-rifjut ikkontestat;

sussidjarjament, tannulla parzjalment ir-rifjut inkwistjoni;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti tikkontesta d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni, tad-29 ta’ Ottubru 2013, li tirrigwarda it-tieni talba għall-aċċess għall-fajl tal-Kummissjoni fil-Każ COMP/39.125 — Ħġieġ tal-karozzi.

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ eżami konkret u individwali tad-dokumenti mitluba taħt l-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 (1)

F’dan il-punt, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni ma osservatx l-obbligu tagħha li teżamina b’mod konkret u individwali d-dokumenti mitluba taħt l-Artikoli 2 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. Minflok, hija illegalment ikklassifikat id-dokumenti kkonċernati bl-użu ta’ kriterji formali.

(2)

It-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tal-ewwel u tat-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) kif ukoll tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001 minħabba ċ-ċaħda ta’ aċċess għal dokumenti speċifiċi fil-fajl

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni żbaljat meta interpretat b’mod wiesa’ l-portata tal-eċċezzjoni tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Ir-rikorrenti hija tal-fehma li la l-interessi kummerċjali skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma huma affettwati, u lanqas ma l-Kummissjoni tista’ tirreferi għall-protezzjoni tal-iskop tal-investigazzjonijiet taħt it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001.

Barra minn hekk, il-proċess deċiżjonali ma huwiex ser jiġi serjament affettwat (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament Nru 1049/2001).

Barra minn hekk, il-Kummissjoni żbaljat meta ċaħdet li kien hemm interess pubbliku ikbar fl-iżvelar tad-dokumenti mitluba.

(3)

It-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001 minħabba ċ-ċaħda kompleta tal-aċċess għal dokumenti speċifiċi

F’dan il-punt, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni lanqas biss tat aċċess parzjali għad-dokumenti rilevanti u għalhekk kisret l-Artikolu 4(6) tar-Regolament Nru 1049/2001. Ir-rikorrenti tiddikjara li l-Kummissjoni lanqas ma eżaminat l-aċċess parzjali għad-dokumenti skont ir-rekwiżiti tar-Regolament Nru 1049/2001.

(4)

Ir-raba’ motiv, ibbażat fuq ksur tal-ewwel u tat-tielet inċiżi tal-Artikolu 4(2) kif ukoll tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4(3) u tal-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001 minħabba ċ-ċaħda ta’ aċċess għat-test sħiħ tal-werrej tal-fajl tal-Kummissjoni

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, qiegħed jiġi sostnut li l-Kummissjoni żbaljat meta interpretat b’mod wiesa’ l-portata tal-eċċezzjonijiet tal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 fid-dawl tat-talba tar-rikorrenti għal aċċess għall-verżjoni mhux kunfidenzjali tal-werrej. Ir-rikorrenti hija tal-fehma li l-interessi kummerċjali skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 u l-iskop tal-investigazzjonijiet taħt it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma humiex affettwati.

Barra minn hekk, hija targumenta li lanqas ma kienet ser tiġi affettwata l-protezzjoni tal-privatezza skont l-Artikolu 4(1)(b) tar-Regolament Nru 1049/2001.

(5)

Il-ħames motiv, ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Ir-rikorrenti ssostni, f’dan ir-rigward, li l-Kummissjoni sempliċement inkludiet dikjarazzjonijiet ġenerali għaċ-ċaħda tat-talba għall-aċċess għall-fajl u naqset milli tiżgura t-trattament ta’ dokumenti individwali jew li tistabbilixxi b’mod korrett kategoriji ta’ dokumenti, hekk kif kienet legalment obbligata li tagħmel


(1)  Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/23


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2013 — Chair Entertainment Group vs UASI — Libelle (SHADOW COMPLEX)

(Kawża T-717/13)

(2014/C 71/43)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Chair Entertainment Group LLC (Utah, l-Istati Uniti tal-Amerika) (rappreżentant: E. Armijo Chávarri, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Libelle AG (Stuttgart, il-Ġermanja)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-1 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 776/2011-2;

tikkundanna lill-konvennut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “SHADOW COMPLEX” għal prodotti u servizzi fil-klassi 9 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 8 235 434

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark jew sinjal invokat: it-trade mark verbali “DBShadow” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42 — Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 457 944, it-trade mark verbali “BusinessShadow” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42 — Reġistrazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 3 749 439, it-trade mark verbali Ġermaniża “BusinessShadow” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42 u t-trade mark verbali Ġermaniża “FSShadow” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 9 u 42

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trade mark


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/24


Rikors ippreżentat fis-27 ta’ Diċembru 2013 — The Directv Group vs UASI — Bolloré (DIRECTV)

(Kawża T-718/13)

(2014/C 71/44)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: The Directv Group, Inc. (El Segundo, l-Istati Uniti) (rappreżentant: F. Valentin, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Bolloré SA (Érgue Gaberic, Franza)

Talbiet

tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-11 ta’ Ottubru 2013 fil-Każ R 1812/2012-2 u għaldaqstant tirrikonoxxi l-validità tat-trade mark ikkontestata.

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal revoka: It-trade mark verbali “DIRECTV” għal oġġetti u servizzi fil-klassijiet 9, 16, 35, 38, 41 u 42 — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 1 163 138

Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

Parti li qed titlob ir-revoka tat-trade mark Komunitarja: il-parti l-oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: trade mark Komunitarja parzjalment revokata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata annullata u trade mark Komunitarja revokata fl-intier tagħha

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/24


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Diċembru 2013 — Gat Microencapsulation vs UASI — BASF (KARIS)

(Kawża T-720/13)

(2014/C 71/45)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Gat Microencapsulation AG (Ebenfurth, l-Awstrija) (rappreżentanti: S. Soler Lerma u M. C. March Cabrelles, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: BASF SE (Ludwigshafen am Rhein, il-Ġermanja)

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla d-deċiżjoni kkontestata sa fejn l-appell ippreżentat mir-rikorrenti ġie miċħud;

tikkundanna lill-UASI u lill-intervenjenti għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Applikanti għat-trade mark Komunitarja: Gat Microencapsulation AG

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “KARIS”, għal lista ta’ prodotti u servizzi fil-klassijiet 1, 5 u 35

Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: BASF SE

Trade mark jew sinjal invokat: trade mark Komunitarja “CARYX”, għal prodotti fil-klassijiet 1 u 5; trade mark internazzjonali “CARYX”, għal prodotti fil-klassijiet 1 u 5; trade mark irreġistrata fl-Ungerija, fl-Italja u fil-Benelux “AKRIS”, għal prodotti fil-klassi 5

Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: applikazzjoni għal trade mark Komunitarja rrifjutata

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: oppożizzjoni miċħuda parzjalment

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 207/2009


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/25


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2014 — Mogyi vs UASI (Just crunch it…)

(Kawża T-8/14)

(2014/C 71/46)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Mogyi Kft. (Csávoly, l-Ungerija) (rappreżentanti: Zs. Klauber, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet tar-rikorrenti

tordna l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark, ħlief f’dak li jikkonċerna l-“ħobż, għaġina tal-kejk u ħelu” (klassi 30) u l-“prodotti tar-raba’, żerriegħa” (klassi 31)

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark verbali “Just crunch it.” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 29, 30, 31 u 35 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 713 485.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: ċaħda parzjali tal-applikazzjoni.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata bid-Deċiżjoni Nru R 1921/2012-1.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009/KE.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/25


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2014 — Mogyi vs UASI (Just crunch it…)

(Kawża T-9/14)

(2014/C 71/47)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: Mogyi Kft. (Csávoly, l-Ungerija) (rappreżentant: Zs. Klauber, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

Talbiet

tordna l-pubblikazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark, ħlief fir-rigward tal-“ħobż, għaġina u ħlewwiet” (klassi 30) u l-“prodotti agrikoli, qmuħ” (klassi 31)

Motivi u argumenti prinċipali

Trade mark Komunitarja kkonċernata: it-trade mark figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Just crunch it…” għal oġġetti u servizzi fil-klassijiet 29, 30, 31 u 35 — applikazzjoni għal trade mark Komunitarja Nru 10 716 711.

Deċiżjoni tal-eżaminatur: applikazzjoni miċħuda parzjalment.

Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: deċiżjoni kkontestata bid-Deċiżjoni Nru R 1922/2012-1 annullata parzjalment.

Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 7(1)(1)(b) u (c) tar-Regolament Nru 207/2009/KE.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/25


Rikors ippreżentat fis-7 ta’ Jannar 2014 — L-Ungerija vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-13/14)

(2014/C 71/48)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Partijiet

Rikorrenti: L-Ungerija (rappreżentanti: M.Z. Fehér u K. Szíjjártó, bħala aġenti)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni C(2013) 7136 finali, tal-31 ta’ Ottubru 2013, dwar ir-rimbors parzjali tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali mħallsa lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi għall-programmi operazzjonali implementati fl-Ungerija fl-2011;

tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka l-fatt li l-Kummissjoni marret lil hinn mill-kompetenzi tagħha u kisret id-dispożizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni metastabbilixxiet l-ammont dovut mill-Ungerija bħala rimbors parzjali tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali mħallsa lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi ta’ frott u ħaxix għall-programmi operazzjonali implementati fl-Ungerija fl-2011.

Skont ir-rikorrenti, id-dritt tal-Unjoni ma joffrix il-possibbiltà lill-Kummissjoni, fil-kuntest tad-deċiżjoni dwar ir-rimbors Komunitarju parzjali tal-għajnuna finanzjarja nazzjonali mħallsa, skont l-Artikolu 103e tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1234/2007 (1), lill-organizzazzjonijiet ta’ produtturi ta’ frott u ta’ ħaxix, li tawtorizza r-rimbors biss sal-ammonti li fil-mument tat-talba għal awtorizzazzjoni ta’ għoti ta’ għajnuna nazzjonali, l-Ungerija pprovdiet bħala l-ammonti “stmati” jew “previsti”.

Ir-rikorrenti tqis li skont l-Artikolu 103e tar-Regolament Nru 1234/2007, l-awtorizzazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni għal dak li jikkonċerna l-għajnuna nazzjonali tirrigwarda biss l-għoti ta’ din l-għajnuna u li l-Kummissjoni ma tistax tiffissa l-limitu massimu tal-għajnuna li tista’ tingħata. Għar-rikorrenti, dan il-limitu massimu huwa ffissat, b’mod ċar, mir-Regolament Nru 1234/2007 peress li jipprevedi li l-għajnuna nazzjonali ma tistax teċċedi 80 % tal-kontribuzzjoni finanzjarja mħallsa mill-membri jew mill-organizzazzjoni ta’ produttri għall-fond operazzjonali.

Ir-regoli dwar ir-rimbors Komunitarju parzjali tal-għajnuna nazzjonali ma jippermettux lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-awtorizzazzjoni tar-rimbors parzjali, li tiffissa bħala limitu massimu tar-rimbors l-ammont li l-Istat Membru, fil-kuntest tat-talba għal awtorizzazzjoni, ikun ikkomunika lill-Kummissjoni, kemm bħala ammont totali tal-għajnuna jew bħala ammont ta’ għajnuna li għandha titħallas lil kull organizazzjoni ta’ produtturi. Dan huwa partikolarment il-każ peress li meta pprovda dawn l-ammonti, il-Gvern Ungeriż ippreċiża li dawn kienu biss ammonti previsti jew stmati.

Barra minn hekk, ir-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni għandha d-dritt tivverifika jekk l-ammont tal-għajnuna effettivament imħallsa jeċċediex il-limitu massimu ċċitat iktar ’il fuq ta’ 80 % jew jekk ir-rimbors mitlub jeċċedix 60 % tal-għajnuna mħallsa, iżda hija ma għandhiex id-dritt timponi l-ammonti li jinsabu fit-talba, b’mod partikolari jekk in-natura tal-ammonti antiċipati jew stmati tad-data ġiet enfasizzata fit-talba. Jekk, għal raġunijiet speċifiċi, matul is-sena jinbidel l-ammont tal-għajnuna nazzjonali mogħtija lil kull organizzazzjoni ta’ produtturi, ir-rimbors Komunitarju parzjali għandu jsir skont l-ammont tal-għajnuna effettivament imħallas, sakemm il-kundizzjonijiet applikabbli tad-dritt tal-Unjoni jkunu ssodisfatti.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007, tat-22 ta’ Ottubru 2007, li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (ĠU L 299, p. 1).


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/26


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Jannar 2014 — Islamic Republic of Iran Shipping Lines et vs Il-Kunsill

(Kawża T-14/14)

(2014/C 71/49)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Islamic Republic of Iran Shipping Lines (Tehran, l-Iran), Hafize Darya Shipping Lines (HDSL) (Tehran), Khazar Shipping Lines (Anzali Free Zone, l-Iran), IRISL Europe GmbH (Hamburg, il-Ġermanja), IRISL Marine Services and Engineering Co. (Qeshm Island, l-Iran), Irano — Misr Shipping Co. (Tehran), Safiran Payam Darya Shipping Lines (SAPID) (Tehran), Shipping Computer Services Co. (Tehran), Soroush Sarzamin Asatir Ship Management (Tehran), South Way Shipping Agency Co. Ltd (Tehran); u Valfajr 8th Shipping Line Co. (Tehran) (rappreżentanti: F. Randolph, QC, M. Lester, barrister, u M. Taher, solicitor)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/497/PESK, tal-10 ta’ Ottubru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 272, p. 46) u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 971/2013, tal-10 ta’ Ottubru 2013, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 272, p. 1);

tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti jinvokaw ħames motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ bażi legali valida għall-miżuri kkontestati, li jinkludu bħala kriterji ta’ inklużjoni fil-lista rabta mal-ewwel rikorrenti (IRISL), ftit żmien wara li ntlaqa’ r-rikors ta’ din tal-aħħar għal annullament.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser l-aspettattivi leġittimi tar-rikorrenti kif ukoll il-prinċipji ta’ finalità, ta’ ċertezza legali, ta’ ne bis in idem, tal-awtorità ta’ res judicata u ta’ nondiskriminazzjoni.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill kiser id-drittijiet tad-difiża tar-rikorrenti billi ma informax lil IRISL u lanqas lir-rikorrenti l-oħra bl-intenzjoni tiegħu li jadotta l-miżuri kkontestati u billi ma tax lir-rikorrenti l-opportunità li jagħmlu osservazzjonijiet.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri kkontestati jiksru d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti, b’mod partikolari d-dritt tagħhom għar-rispett tar-reputazzjoni tagħhom u tal-proprjetà tagħhom.

(5)

Il-ħames motiv ibbażat fuq il-fatt li l-Kunsill abbuża mis-setgħat tiegħu meta adotta l-miżuri kkontestati; il-fatt li indirizza lil IRISL u lill-kumpanniji marbuta magħha filwaqt li evita sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ma huwiex użu xieraq tas-setgħat tiegħu.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/27


Rikors ippreżentat fl-20 ta’ Jannar 2014 — HTTS u Bateni vs Il-Kunsill

(Kawża T-45/14)

(2014/C 71/50)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrenti: HTTS Hanseatic Trade Trust & Shipping GmbH (Hamburg, il-Ġermanja); u Naser Bateni (Hamburg) (rappreżentanti: M. Schlingmann und F. Lautenschlager, avukati)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

L-ewwel rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn tikkonċernaha,

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn jikkonċernaha,

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura, b’mod partikolari għal dawk sostnuti mill-ewwel rikorrenti.

It-tieni rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/661/PESK, tal-15 ta’ Novembru 2013, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn tikkonċernaha,

tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 1154/2013, tal-15 ta’ Novembru 2013, li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran, sa fejn jikkonċernaha,

tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż tal-proċedura, b’mod partikolari għal dawk sostnuti mit-tieni rikorrent.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw erba’ motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq l-illegalità u l-inapplikabbiltà tal-verżjoni emendata tad-Deċiżjoni 2010/413/PESK u tar-Regolament (UE) Nru 267/2012 (1) skont l-Artikolu 277 TFUE

F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jsostnu, inter alia, li l-Kunsill biddel il-bażi legali għall-inklużjoni tar-rikorrenti fil-listi ta’ sanzjonijiet sabiex ikun jista’ jissanzjonahom. Għaldaqstant, billi emenda l-bażi legali, il-Kunsill abbuża s-setgħa diskrezzjonali tiegħu b’mod manifest.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-obbligu ta’ motivazzjoni

Ir-rikorrenti essenzjalment isostnu li l-Kunsill ma mmotivax b’mod suffiċjenti l-inklużjoni tagħhom fil-listi ta’ sanzjonijiet. Tali inklużjoni hija nieqsa minn kull ġustifikazzjoni tal-elementi essenzjali li fuqhom il-Kunsill ibbaża d-deċiżjoni tiegħu.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq in-nuqqas ta’ bażi tal-inklużjoni tar-rikorrenti fil-listi ta’ sanzjonijiet

Fil-kuntest ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti jirrilevaw li l-motivazzjoni tal-Kunsill ma tiġġustifikax sostanzjalment l-inklużjoni mill-ġdid tar-rikorrenti fil-listi ta’ sanzjonijiet.

(4)

Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt tal-proprjetà, tad-dritt tal-libertà ta’ intrapriża, tad-dritt tar-rispett għall-ħajja tal-familja kif ukoll tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-inklużjoni mill-ġdid tagħhom fil-listi ta’ sanzjonijiet tikser id-dritt tagħhom għall-proprjetà u għal-libertà ta’ intrapriża kif ukoll id-dritt għar-rispett tal-ħajja tal-familja tat-tieni rikorrent. Huma jikkunsidraw li l-inklużjoni tagħhom fil-listi ta’ sanzjonijiet tikkostitwixxi ksur sproporzjonat, li b’mod manifest ma huwiex adatt sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-atti kkontestati, u li fi kwalunkwe każ imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju għat-twettiq tal-imsemmija għanijiet.


(1)  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012, tat-23 ta’ Marzu 2012, dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU L 88, p. 1).


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/28


Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Jannar 2014 — Goldfish et vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-54/14)

(2014/C 71/51)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Partijiet

Rikorrenti: Goldfish BV (Zoutkamp, il-Pajjiżi l-Baxxi), Heiploeg BV (Zoutkamp), Heiploeg Beheer BV (Zoutkamp) u Heiploeg Holding BV (Zoutkamp) (rappreżentanti: P. Glazener u B. Winters, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tannulla totalment jew parzjalment id-deċiżjoni indirizzata lir-rikorrenti;

tannulla jew tnaqqas il-multa imposta fuq ir-rikorrenti;

tadotta l-miżuri li l-Qorti Ġenerali tqis li huma xierqa;

tikkundanna lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Ir-rikorrenti jikkontestaw id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-27 ta’ Novembru 2013 dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE (Każ AT.39633 — Gambli).

Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jinvokaw tliet motivi.

(1)

L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1/2003 (1) minħabba l-użu mill-Kummissjoni ta’ reġistrazzjonijiet awdjo rreġistrati bil-moħbi bħala prova ta’ ksur tal-Artikolu 101 TFEU.

(2)

It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1/2003 minħabba l-użu mill-Kummissjoni ta’ noti minn reġistrazzjonijiet awdjo rreġistrati bil-moħbi bħala prova tal-ksur tal-Artikolu 101 TFEU.

(3)

It-tielet motiv ibbażat fuq rifjut illegali tal-applikazzjoni tal-paragrafu 35 tal-Linji gwida dwar multi (2) minħabba r-rifjut mill-Kummissjoni li tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li r-rikorrenti ma humiex f’pożizzjoni li jħallsu l-multa.


(1)  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).

(2)  Linji gwida għall-kalkolu tal-multi imposti skont l-Artikolu 23(2)(a) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (ĠU C 210, p 2).


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Jannar 2014 — Hanwha SolarOne et vs Il-Parlament et

(Kawża T-136/13) (1)

(2014/C 71/52)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tal-Ħames Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 123, 27.4.2013.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/28


Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Jannar 2014 — MHCS vs UASI — Compañía Vinícola del Norte de España (ICE IMPERIAL)

(Kawża T-555/13) (1)

(2014/C 71/53)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 377, 21.12.2013.


It-Tribunal għas-Servizz Pubbliku

8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/29


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17.10.2013 — Birkhoff vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-60/09 RENV)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Rinviju lill-Qorti Ġenerali wara annullament - Remunerazzjoni - Allowances tal-familja - Allowance għall-ulied dipendenti - Tarbija milquta b’marda gravi jew b’diżabbiltà li tipprekludiha milli twettaq ħtiġijietha - Talba għal proroga tal-għoti tal-allowance)

(2014/C 71/54)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Gerhard Birkhoff (Wietnau, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Inzillo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Rinviju wara annullament — Servizz pubbliku — Annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba tar-rikorrent intiża li tinkiseb proroga tal-ħlas tal-allowance għall-ulied dipendenti skont il-ħames paragrafu tal-Artikolu 2 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn G. Birkhoff fil-Kawża F-60/09 u fil-Kawża T-10/11 P.

(3)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha sostnuti fil-Kawża F-60/09 RENV.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/29


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2013 — Andres et vs BĊE

(Kawża F-15/10) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-BĊE - Riforma tal-iskema ta’ previdenza - Iffriżar tal-pjan ta’ pensjoni - Implementazzjoni tal-iskema ta’ pensjonijiet - Konsultazzjoni tal-Kumitat ta’ Sorveljanza - Konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal - Konsultazzjoni tal-Kunsill Ġenerali - Konsultazzjoni tal-Kunsill Regolatorju - Evalwazzjoni triennali tal-pjan ta’ pensjoni - Ksur tal-kundizzjonijiet ta’ impjieg - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Prinċipju ta’ proporzjonalità - Drittijiet miksuba - Prinċipju ta’ ċertezza legali u ta’ prevedibbiltà - Dmir ta’ informazzjoni)

(2014/C 71/55)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Carlos Andres et (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenut: Il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) (rappreżentanti: C. Kroppenstedt u F. Malfrère, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett tal-kawża

Minn naħa, talba għall-annullament tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju tar-rikorrenti ta’ Ġunju 2009, kif ukoll tad-dikjarazzjonijiet tas-salarju sussegwenti u futuri, sa fejn dawn id-dikjarazzjonijiet jikkostitwixxu l-implementazzjoni tar-riforma tal-iskema ta’ pensjonijiet deċiżi fl-4 ta’ Mejju 2009. Min-naħa l-oħra, it-talba intiża għal kumpens għad-dannu subit mir-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

C. Andres u l-168 rikorrent ieħor li isimhom jinsabu fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom u huma kkundannati jbatu l-ispejjeż esposti mill-Bank Ċentrali Ewropew.


(1)  ĠU C 134, 22.5.2010, p. 54


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/30


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 — Faita vs KESE

(Kawża F-92/11) (1)

(Servizz pubbliku - Fastidju psikoloġiku - Talba għal assistenza - Motivi ta’ deċiżjoni)

(2014/C 71/56)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Carla Faita (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: D. Abreu Caldas, S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis u É. Marchal, avukati)

Konvenut: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Arsène u L. Camarena Januzec, aġenti, assistiti minn M. Troncoso Ferrer u F.-M. Hislaire, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali li tirrifjuta t-talba tar-rikorrenti għar-rikonoxximent tal-iżbalji mwettqa fir-rigward tagħha minħabba nuqqas ta’ assistenza u nuqqas ta’ dmir ta’ premura kif ukoll għat-teħid ta’ miżuri ta’ natura li jistabbilixxu pubblikament il-merti u l-kompetenzi tagħha u talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Carla Faita għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għal tliet kwarti mill-ispejjeż sostnuti mill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(3)

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew huwa kkundannat għal kwart mill-ispejjeż tiegħu.


(1)  ĠU C 347, 26.11.2011, p. 46.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/30


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2013 — Possanzini vs Frontex

(Kawża F-124/11) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-Frontex - Membru tal-persunal temporanju - Rapport ta’ evalwazzjoni tal-karriera li jinkludi evalwazzjonijiet negattivi tal-validatur mhux ikkomunikati lill-persuna kkonċernata - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat - Deċiżjoni bbażata fuq l-opinjoni tal-validatur - Drittijiet tad-difiża - Ksur - Kawża ta’ natura pekunjarja - Ġurisdizzjoni sħiħa)

(2014/C 71/57)

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Daniele Possanzini (Pisa, l-Italja) (rappreżentant: S. Pappas, avukat)

Konvenuta: Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) (rappreżentanti: S. Vuorensola u H. Caniard, aġenti, assistiti minn D. Waelbroeck u A. Duron, avukati)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tħassar id-deċiżjoni li jiġġedded il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju tar-rikorrenti.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tat-28 ta’ Marzu 2011 li ma jiġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal temporanju ta’ D. Possanzini, adottata mid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, hija annullata.

(2)

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea hija kkundannata tħallas lil D. Possanzini s-somma ta’ EUR 5 000 bħala danni.

(3)

L-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti minn D. Possanzini.


(1)  ĠU C 25, 28.1.2012, p. 72.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/31


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 — Wurster vs EIGE

(Kawżi magħquda F-20/12 u F-43/12) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-EIGE - Membru tal-persunal temporanju - Proċedura ta’ evalwazzjoni tal-kapaċitajiet maniġerjali tal-membri tal-persunal tal-EIGE li għadhom kif ġew assenjati f’pożizzjoni maniġerjali intermedjarja - Assenzjazzjoni mill-ġdid f’pożizzjoni mhux maniġerjali - Dritt għal smigħ - Kamp ta’ applikazzjoni tal-liġi - Konstatazzjoni ex officio - Sostituzzjoni tal-motivi li saret ex officio mill-qorti)

(2014/C 71/58)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Barbara Wurster (Vilnjus, il-Litwanja) (rappreżentanti: inizjalment T. Bontinck u S. Woog, avukati, sussegwentement T. Bontinck u S. Greco, avukati)

Konvenut: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-konvenut li jassenja mill-ġdid lir-rikorrenti mill-pożizzjoni ta’ kap tal-operazzjonijiet għal pożizzjoni ta’ kap ta’ tim li ma teħtieġx kompetenzi maniġerjali. Min-naħa l-oħra, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tad-direttriċi tal-EIGE li tiċħad it-talba tar-rikorrenti sabiex tikseb l-allowance maniġerjali għall-perijodu mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2011.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjoni tad-Direttriċi tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, tat-8 ta’ Settembru 2011, li tassenja lil Barbara Wurst mill-ġdid fil-pożizzjoni ta’ kap ta’ tim taċ-Ċentru tar-Riżorsi u ta’ Dokumentazzjoni, hija annullata.

(2)

Il-kumplament tar-rikorsi huwa miċħud.

(3)

L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti minn Barbara Wurster.


(1)  ĠU C 138, 12.5.2012, p. 35; ĠU C 200, 7.7.2012, p. 21.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/31


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 — Glantenay et vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda F-23/12 u F-30/12) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/204/10 - Għażla abbażi ta’ kwalifiki - Eliminazzjoni ta’ kandidati mingħajr eżami konkret tal-lawrji tagħhom u tal-esperjenza professjonali tagħhom)

(2014/C 71/59)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Jérôme Glantenay et (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Rikorrent: Marco Cecchetto (Rovigo, l-Italja) (rappreżentant: C. Mourato, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talna għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/204/10 li r-rikorrenti ma jiġux ammessi għall-istadju segwenti tal-kompetizzjoni.

Dispożittiv

(1)

Id-deċiżjonijiet tal-Bord tal-Ġħażla tal-kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/204/10 li jiġu esklużi l-kandidaturi ta’ Bonagurio, Cecchetto, Gecse, Glantenay, Gorgol, Kalamees u Skrobich kif ukoll ta’ Venckunaite u Zaleska mill-proċedura ta’ kompetizzjoni, mingħajr ma dawn ikunu eżaminati fil-kuntest tat-tieni fażi tal-għażla abbażi tal-kwalifiki stipulati fl-avviż ta’ kompetizzjoni, huma annullati.

(2)

Il-kumplament tar-rikorsi fil-Kawżi F-23/12 u F-30/12 huwa miċħud.

(3)

Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati disa’ minn għaxra tal-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti minn Bonagurio, Cecchetto, Gecse, Glantenay, Gorgol, Kalamees u Skrobich kif ukoll minn Venckunaite u Zaleska.

(4)

Cruceru għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati wieħed min għaxra tal-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 138, 12.5.2012, p. 35, ĠU C 138, 12.5.2012, p. 36.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/32


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-30 ta’ Settembru 2013 — BP vs FRA

(Kawża F-38/12) (1)

(Servizz pubbliku - Persunal tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Nuqqas ta’ tiġdid ta’ kuntratt għal żmien determinat għal żmien indeterminat - Assenjazzjoni mill-ġdid f’servizz ieħor sal-iskadenza tal-kuntratt - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)

(2014/C 71/60)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: BP (Barcelona, Spanja) (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) (rappreżentanti: M. Kjærum, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)

Suġġett

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali li ma ġġeddidx il-kuntratt ta’ membru tal-persunal bil-kuntratt tar-rikorrenti u d-deċiżjoni li din tiġi ttrasferita f’dipartiment ieħor tal-aġenzija kif ukoll talba għad-danni għad-dannu materjali u morali allegatament sostnut.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

BP għandha tbati l-ispejjeż kollha tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż kollha sostnuti mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali.


(1)  ĠU C 138, 12.5.2012, p. 37.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/32


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-16 ta’ Settembru 2013 — Höpcke vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-46/12) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Struzzjoni sabiex test jiġi redatt b’tul minimu - Nuqqas ta’ osservanza)

(2014/C 71/61)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Dagmar Höpcke (Brussell, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

It-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni EPSO/AST/111/10 li l-isem tar-rikorrenti ma jiġix inkluż fil-lista tal-kandidati magħżula ta’ din il-kompetizzjoni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

D. Höpcke għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 184, 23.6.2012. p. 25.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/32


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-7 ta’ Novembru 2013 — Cortivo vs Il-Parlament

(Kawża F-52/12) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjonijiet - Koeffiċjent ta’ korrezzjoni - Stat Membru ta’ residenza - Kunċett - Residenza prinċipali - Residenza mqassma bejn żewġ Stati Membri - Dokumenti ta’ sostenn - Aspettattivi leġittimi)

(2014/C 71/62)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Maria Luisa Cortivo (Sagone, Franza) (rappreżentant: A Salerno, avukat)

Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: M. Ecker u S. Alves, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni li tistabbilixxi r-residenza prinċipali tar-rikorrenti fil-Lussemburgu u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni li tinkludi l-avviż ta’ emenda tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti u li tneħħi l-koeffiċjent ta’ korrezzjoni għal Franza mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

M. L. Cortivo għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Parlament Ewropew.


(1)  ĠU C 200, 7.7.2012, p. 22.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/33


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 — Roulet vs Il-Kummissjoni

(Kawżi magħquda F-72/12 u F-10/13) (1)

(Servizz pubbliku - Remunerazzjoni - Artikolu 66 tar-Regolamenti tal-Persunal - Ex membru tal-persunal temporanju fil-grad AD 12 - Reklutaġġ bħala uffiċjal fil-grad AD 6 - Ħlas tar-remunerazzjoni ekwivalenti għal uffiċjal fil-grad AD 12 - Żball manifest - Irkupru ta’ ammonti mħallsa indebitament skont l-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal)

(2014/C 71/63)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Josiane Roulet (Ottignies, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J.-N. Louis, É. Marchal u D. Abreu Caldas, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Gattinara u D. Martin, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad talba għal kumpens għad-dannu mressqa mir-rikorrenti abbażi tal-Artikolu 90(1) tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba żbalji mwettqa matul l-iffissar tad-drittijiet tagħha fid-dħul fis-servizz tagħha u għad-dewmien sabiex jiġu kkoreġuti dawn l-iżbalji. Min-naħa l-oħra, it-talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tipprovdi għall-irkupru ta’ somma mir-remunerazzjoni tar-rikorrenti, li preċedentement kienet membru tal-persunal temporanju fil-grad A4 (AD12) u sussegwentement uffiċjal fil-grad AD6, skont l-Artikolu 85 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikorsi fil-kawżi magħquda F-72/12 u F-10/13 huma miċħuda.

(2)

J Roulet għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata għall-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 258, 25.8.2012, p. 29; ĠU C 108, 13.4.2013, p. 39.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/33


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-16 ta’ Settembru 2013 — CN vs Il-Kunsill

(Kawża F-84/12) (1)

(Servizz pubbliku - Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Kumitat tal-Invalidità - Rapport mediku - Data medika ta’ natura psikjatrika jew psikoloġika - Sigriet mediku - Aċċess - Rikors għal annullament - Rikors għad-danni)

(2014/C 71/64)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: CN (Brumath, Franza) (rappreżentant: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill (rappreżentanti: J. Herrmann u M. Bauer, aġenti)

Suġġett

Annullament tad-deċiżjoni li tirrifjuta lir-rikorrent l-aċċess dirett għar-rapport finali tal-konklużjonijiet tal-Kumitat tal-Invalidità u l-aċċess għad-dijanjosi tat-tielet tabib ta’ dan il-Kumitat.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

CN għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 295, 29.9.2012, p. 35.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/34


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-11 ta’ Diċembru 2013 — Balionyte-Merle vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-113/12) (1)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali - Avviż ta’ kompetizzjoni EPSO/AD/204/10 - Nuqqas ta’ inklużjoni fil-lista ta’ riżerva - Evalwazzjoni tal-kompetenzi ġenerali tal-kandidati - Evalwazzjoni bbażata fuq il-prestazzjoni tal-kandidati waqt l-eżami fiċ-ċentru ta’ evalwazzjoni - Koerenza bejn il-punteġġ numeriku u l-kummenti li jidhru fil-passaport tal-ħiliet)

(2014/C 71/65)

Lingwa tal-kawża:l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Vilija Balionyte-Merle (Auderghem, il-Belġju) (rappreżentanti: L. Levi u A. Tymen, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Eggers u G. Gattinara, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla li r-rikorrenti ma tkunx inkluża fil-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni EPSO/AD/204/10 u għall-annullament tad-deċiżjoni li biha ġie miċħud l-ilment.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

V. Balionyte-Merle għandha tbati l-ispejjeż tagħha u hija kkundannata tbati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2013, p. 710.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/34


Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-21 ta’ Novembru 2013 — Arguelles Arias vs Il-Kunsill

(Kawża F-122/12) (1)

(Servizz pubbliku - Membru tal-persunal bil-kuntratt - Kuntratt għal żmien indeterminat - Rexissjoni - Pożizzjoni okkupata li teħtieġ approvazzjoni tas-sigurtà - Approvazzjoni rrifjutata mill-awtorità nazzjonali ta’ sigurtà - Deċiżjoni mibdula mill-korp tal-appell - Konklużjonijiet tal-awtorità nazzjonali ta’ sigurtà u tal-korp tal-appell li ma jorbtux lill-Awtorità awtorizzata tikkonkludi kuntratti)

(2014/C 71/66)

Lingwa tal-kawża:Il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Bruno Arguelles Arias (Awans, il-Belġju) (rappreżentanti: J. Lecuyer, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill li tkeċċi lir-rikorrenti u talba għal kumpens għad-danni materjali u morali subiti minnu.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud.

(2)

Arguelles Arias għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2013, p. 72.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/34


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tal-5.12.2013 — Birkhoff vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-60/09 DEP)

(Servizz Pubbliku - Proċedura - Intaxxar tal-ispejjeż - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2014/C 71/67)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Gerhard Birkhoff (Isny, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Inzillo, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u B. Eggers, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Dispożittiv tad-Diġriet

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għall-intaxxar tal-ispejjeż fil-Kawża F-60/09, Birkhoff vs Il-Kummissjoni.

(2)

Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha sostnuti għal din il-kawża dwar l-intaxxar tal-ispejjeż.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/35


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-2.12.2013 — Pachtitis vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-49/12)

(Servizz pubbliku - Kompetizzjoni ġenerali EPSO/AD/77/06 - Aċċess għal dokumenti - Talba għal aċċess għar-risposti tat-testijiet ta’ aċċess - Annullament tar-riżultati tat-testijiet - Nuqqas ta’ interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

(2014/C 71/68)

Lingwa tal-kawża: il-Grieg

Partijiet

Rikorrenti: Dimitrios Pachtitis (Ateni, il-Greċja) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Giatagantzidis u K. Kyriazi, sussegwentement minn P. Giatagantzidis u A. Féréti, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn M. J. Currall u I. Chatzigiannis, sussegwentement minn J. Currall u D. Triantafyllou, aġenti)

Intervenjenti: Ir-Repubblika Ellenika (rappreżentanti: E.-M. Mamouna u K. Boskovits, aġenti)

Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: A. Falk u S. Johannesson, aġenti)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) (rappreżentant: H. Hijmans, aġent)

Dispożittiv

(1)

Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni.

(2)

D. Pachtitis u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.

(3)

Ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju tal-Isvezja u Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, l-intervenjenti, għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/35


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-127/12)

(Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat permezz ta’ fax fit-terminu għall-preżentata tar-rikors miżjud bit-terminu ta’ distanza ta’ għaxart ijiem - Rikors ippreżentat permezz ta’ posta elettronika fl-għaxart ijiem ta’ wara - Assenza ta’ identiċità bejn wieħed u l-ieħor - Tardività tar-rikors)

(2014/C 71/69)

Lingwa tal-kawża:it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament tar-rifjut li jiġi kkumpensat id-dannu li huwa kien issubixxa minħabba li ntbagħat tard id-dokument imsejjaħ “bill of lading” relatat mat-trasport tal-proprjetà personali tiegħu minn Luanda (l-Angola), fejn huwa kien assenjat, sal-Italja.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/35


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-133/12)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali tal-Unjoni - Kumpens għad-dannu li jirriżulta minħabba l-fatt li l-istituzzjoni tibgħat lill-avukat tar-rikorrent ittra dwar l-ispejjeż li għandhom jitħallsu mir-rikorrent - Rikors parzjalment manifestament inammissibbli u parzjalment manifestament infondat - Artikolu 94 tar-Regoli tal-Proċedura)

(2014/C 71/70)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Berardis-Kayser u G. Gattinara, aġenti, assistiti minn A. Dal Ferro, avukat)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiġi miċħuda t-talba tar-rikorrent sabiex jikseb kumpens għad-danni sostnuti minħabba li l-konvenuta bagħtet ittra rigward ir-rikorrent lill-avukat tiegħu flimkien ma’ talba għad-danni.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala, parzjalment, manifestament inammissibbli u, parzjalment, manifestament infondat.

(2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat ibati l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.

(3)

L. Marcuccio huwa kkundannat iħallas lit-Tribunal is-somma ta’ EUR 2 000.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/36


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tas-17 ta’ Ottubru 2013 — Marcuccio vs Il-Kummissjoni

(Kawża F-145/12)

(Servizz pubbliku - Artikolu 34(1) u (6) tar-Regoli tal-Proċedura - Rikors ippreżentat bil-faks fit-terminu għall-preżentata tar-rikors miżjud bit-terminu ta’ għaxart ijiem għal raġunijiet ta’ distanza - Rikors ippreżentat bil-posta fl-għaxart ijiem ta’ wara - Assenza ta’ identiċità bejn wieħed u l-ieħor - Tardività tar-rikors)

(2014/C 71/71)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrent: Luigi Marcuccio (Tricase, l-Italja) (rappreżentant: G. Cipressa, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni ta’ ċaħda tat-talba tar-rikorrent fir-rigward taż-żieda tal-pensjoni tal-invalidità tiegħu.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament inammissibbli.

(2)

L. Marcuccio għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/36


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (It-Tieni Awla) tat-12 ta’ Diċembru 2013 —  JJ (*1) vs Il-Kunsill

(Kawża F-47/13) (1)

(Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2012 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss - Trasferiment interistituzzjonali matul il-proċedura ta’ promozzjoni li tippreċedi dik li matulha deċiżjoni ta’ promozzjoni possibbli kien ikollha effett - Istituzzjoni kompetenti sabiex tiddeċiedi dwar il-promozzjoni tal-uffiċjal ittrasferit)

(2014/C 71/72)

Lingwa tal-kawża:il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: JJ (*1) (rappreżentanti: M. Velardo, avukat)

Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u A. Bisch, aġenti)

Suġġett

Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali tal-grupp ta’ funzjonijiet AD proposti għal promozzjoni fl-2012.

Dispożittiv

(1)

Ir-rikors huwa miċħud bħala manifestament infondat fid-dritt.

(2)

 JJ (*1) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu u huwa kkundannat għall-ispejjeż sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.


(*1)  Informazzjoni mħassra jew mibdula fil-qafas ta’ protezzjoni ta’ data personali u/jew kunfidenzjalità.

(1)  ĠU C 207, 20.7.2013, p. 63.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/36


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-27 ta’ Jannar 2014 — Loescher vs Il-Kunsill

(Kawża F-134/12) (1) 1

(2014/C 71/73)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-president tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2013, p. 74.


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/37


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tas-27 ta’ Jannar 2014 — Carpenito vs Il-Kunsill

(Kawża F-136/12) (1)

(2014/C 71/74)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tielet Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 26, 26.1.2013, p. 75


8.3.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 71/37


Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tat-23 ta’ Ottubru 2013 — Moragrega Arroyo vs Il-Kunsill

(Kawża F-49/13) (1)

(2014/C 71/75)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Il-President tat-Tieni Awla ordna t-tħassir tal-kawża.


(1)  ĠU C 215, 27.7.2013, p.20