ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.038.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 38

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
8 ta' Frar 2014


Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 38/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7103 – USS/Optrust/PGGM/Global Via Infraestructuras/Globalvia) ( 1 )

1


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 38/02

Rata tal-kambju tal-euro

2

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2014/C 38/03

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Infurzar tal-Liġi, il-Kooperazzjoni u t-Taħriġ (Europol) u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI

3

2014/C 38/04

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-KEPD dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-użu tas-sistema eCall u l-emenda tad-Direttiva 2007/46/KE

8

2014/C 38/05

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku

11

2014/C 38/06

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula miżuri li jikkonċernaw is-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012

12

2014/C 38/07

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2006/48/KE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE, u għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għal transazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq il-kards

14

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 38/08

Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) ( ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85 , ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15 ; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18 ; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7 ; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 6 ; ĠU C 273, 16.9.2011, p. 11 ; ĠU C 357, 7.12.2011, p. 3 ; ĠU C 88, 24.3.2012, p. 12 ; ĠU C 120, 25.4.2012, p. 4 ; ĠU C 182, 22.6.2012, p. 10 ; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 4 ; ĠU C 238, 8.8.2012, p. 5 ; ĠU C 255, 24.8.2012, p. 2 ; ĠU C 242, 23.8.2013, p. 13 )

16


 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 38/09

Pubblikazzjoni skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu – Sommarju tad-deċiżjoni dwar miżuri straordinarji imposti fuq Nova Ljubljanska banka d.d. fit-18 ta’ Diċembru 2013

25

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 38/10

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7168 – Lukoil/ISAB/ISAB Energy/ISAB Energy Services) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

27


 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7103 – USS/Optrust/PGGM/Global Via Infraestructuras/Globalvia)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 38/01)

Fid-29 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7103. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/2


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-7 ta’ Frar 2014

(2014/C 38/02)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3574

JPY

Yen Ġappuniż

138,79

DKK

Krona Daniża

7,4623

GBP

Lira Sterlina

0,83140

SEK

Krona Żvediża

8,8595

CHF

Frank Żvizzeru

1,2237

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,4120

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,503

HUF

Forint Ungeriż

308,81

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1875

RON

Leu Rumen

4,4825

TRY

Lira Turka

3,0162

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5178

CAD

Dollaru Kanadiż

1,5025

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5532

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6462

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7223

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 459,46

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

15,0675

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2310

HRK

Kuna Kroata

7,6495

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 507,53

MYR

Ringgit Malażjan

4,5295

PHP

Peso Filippin

61,081

RUB

Rouble Russu

47,1200

THB

Baht Tajlandiż

44,612

BRL

Real Brażiljan

3,2395

MXN

Peso Messikan

18,1125

INR

Rupi Indjan

84,7270


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/3


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Infurzar tal-Liġi, il-Kooperazzjoni u t-Taħriġ (Europol) u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-EN, FR u DE fuq il-websajt tal-KPDE http://www.edps.europa.eu)

(2014/C 38/03)

I.   Introduzzjoni

I.1.   Kuntest tal-opinjoni

1.

Fis-27 ta’ Marzu 2013, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Infurzar tal-Liġi, il-Kooperazzjoni u t-Taħriġ (Europol) u li jħassar id-Deċiżjonijiet 2009/371/ĠAI u 2005/681/ĠAI (“il-Proposta”). Il-Proposta ntbagħtet mill-Kummissjoni lill-KEPD għall-konsulatazzjoni fl-istess jum u waslet fl-4 ta’ April 2013.

2.

Qabel l-adozzjoni tal-Proposta, il-KEPD ingħata l-opportunità li jagħti kummenti informali. Il-KEPD jilqa’ l-fatt li tqiesu ħafna minn dawn il-kummenti.

3.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li ġie kkonsultat mill-Kummissjoni u li hemm inkluża referenza għall-konsultazzjoni fil-preamboli tal-Proposta.

4.

Il-KEPD ġie kkonsultat ukoll dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni li tistabbilixxi Skema Ewropea ta’ Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, adottata b’mod parallel mal-Proposta (1). Madankollu, huwa sejjer joqgħod lura milli joħroġ reazzjoni separata dwar din il-komunikazzjoni, peress li għandu biss kummenti limitati ħafna li huma inklużi fil-Parti IV ta’ din l-opinjoni.

I.2.   Għan tal-Proposta

5.

Il-Proposta hija bbażata fuq l-Artikolu 88 u l-Artikolu 87(2)(b) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u għandha l-għanijiet li ġejjin (2):

tallinja l-Europol mar-rekwiżiti tat-Trattat ta’ Lisbona, billi tadotta qafas legali skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja;

tilħaq l-għanijiet tal-Programm ta’ Stokkolma billi tagħmel l-Europol ċentru għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati Membri u tistabbilixxi skemi Ewropej ta’ taħriġ u programmi ta’ skambju għall-professjonisti kollha rilevanti fl-infurzar tal-liġi;

tagħti responsabbiltajiet ġodda lill-Europol, billi tieħu f’idejha l-kompiti tas-CEPOL u tagħti bażi legali għaċ-ċentru taċ-ċiberkriminalità tal-UE;

tiżgura skema ta’ protezzjoni tad-dejta b’saħħitha, b’mod partikolari billi ssaħħaħ l-istruttura ta’ superviżjoni;

ittejjeb it-tmexxija tal-Europol billi tfittex effiċjenza mtejba u tallinjaha mal-prinċipji stabbiliti fl-approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE.

Il-KEPD jenfasizza li l-Proposta hija ta’ importanza kbira mill-perspettiva tal-ipproċessar tad-dejta personali. L-ipproċessar tal-informazzjoni, inkluż id-dejta personali, huwa raġuni prinċipali għall-eżistenza tal-Europol. Fl-istat attwali tal-iżvilupp tal-UE, ix-xogħol operattiv tal-pulizija jibqa’ kompetenza tal-Istati Membri. Madankollu, dan il-kompitu għandu natura dejjem aktar transkonfinali, u l-livell tal-UE jagħti appoġġ billi jipprovdi, jiskambja u jeżamina l-informazzjoni.

I.3.   Għan tal-Opinjoni

6.

Din l-Opinjoni sejra tiffoka fuq il-bidliet l-aktar rilevanti tal-qafas legali għall-Europol mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta. L-ewwel sejra tanalizza l-kuntest legali, l-iżviluppi tagħha u l-konsegwenzi għall-Europol. Imbagħad sejra telabora fuq il-bidliet ewlenin, li huma:

L-istruttura ta’ informazzjoni l-ġdida għall-Europol, li timplika fużjoni tad-databases differenti, u l-konsegwenzi tiegħu għall-prinċipju tal-limitazzjoni tal-iskop.

It-tisħiħ tas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta.

It-trasferimenti u l-iskambju tad-dejta personali u informazzjoni oħra, b’fokus fuq l-iskambju tad-dejta personali mal-pajjiżi terzi.

7.

Sussegwentement, l-Opinjoni sejra tiddiskuti numru ta’ dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Proposta, b’enfażi fuq il-Kapitolu VII tagħha (l-Artikoli 34-48) dwar is-salvagwardji għall-protezzjoni tad-dejta.

V.   Konklużjonijiet

Ġenerali

167.

Il-KEPD jenfasizza li l-Proposta hija ta’ importanza kbira mill-perspettiva tal-ipproċessar tad-dejta personali. L-ipproċessar tal-informazzjoni, inkluż id-dejta personali, huwa raġuni prinċipali għall-eżistenza tal-Europol, u l-Proposta diġà tinkludi protezzjoni tad-dejta b’saħħitha. Din l-opinjoni ddettaljata għalhekk ġiet adottata bil-għan li ssaħħaħ ulterjorment il-Proposta.

168.

Il-KEPD jinnota li din id-Deċiżjoni tal-Europol tipprovdi għal reġim ta’ protezzjoni tad-dejta b’saħħtu u jqis li dan il-livell ma għandux jitbaxxa, indipendentement mid-diskussjonijiet dwar id-Direttiva proposta dwar il-protezzjoni tad-dejta. Dan għandu jiġi speċifikat fil-premessa.

169.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li l-Proposta tallinja l-Europol mar-rekwiżiti tal-Artikolu 88(2) tat-TFUE, u dan sejjer jiżgura li l-attivitajiet tal-Europol jibbenefikaw mill-involviment sħiħ ta’ kull istituzzjoni tal-UE kkonċernata.

170.

Il-KEPD jilqa’ l-Artikolu 48 tal-Proposta li jipprevedi li r-Regolament (KE) Nru 45/2001, inklużi d-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni, huwa applikabbli b’mod sħiħ għad-dejta amministrattiva u tal-persunal. Madankollu, huwa jiddispjaċih mill-fatt li l-Kummissjoni ma għażlitx li tapplika r-Regolament (KE) Nru 45/2001 għan-negozju prinċipali tal-Europol u li tillimita l-Proposta għal regoli u derogi speċjali addizzjonali li debitament iqisu l-ispeċifiċitajiet tas-settur tal-infurzar tal-liġi. Madankollu, huwa jinnota li l-Premessa 32 tal-proposta ssemmi b’mod espliċitu li r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-Europol għandhom jissaħħu u jibbażaw fuq il-prinċipji li jirfdu r-Regolament (KE) Nru 45/2001. Dawn il-prinċipji huma wkoll punt ta’ referenza importanti għal din l-opinjoni.

171.

Il-KEPD jirrakkomanda li fil-premessi tal-Proposta jiġi speċifikat li l-qafas il-ġdid tal-protezzjoni tad-dejta tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE sejjer ikun applikabbli għall-Europol hekk kif jiġi adottat. Barra minn hekk, l-applikazzjoni tal-iskema tal-protezzjoni tad-dejta għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE għall-Europol għandha tiġi ċċarata fl-istrument li jieħu post ir-Regolament (KE) Nru 45/2001, kif imħabbar l-ewwel fl-2010, fil-kuntest tar-reviżjoni tal-pakkett tal-protezzjoni tad-dejta. Sa mhux aktar tard minn meta jiġi adottat il-qafas ġenerali l-ġdid, l-elementi ġodda ewlenin tar-riforma tal-protezzjoni tad-dejta (jiġifieri l-prinċipju tar-responsabbiltà, il-valutazzjoni tal-impatt tal-protezzjoni tad-dejta, il-privatezza permezz tad-disinn u fil-kontumaċja u n-notifika ta’ ksur ta’ dejta personali) għandhom jiġu wkoll applikati għall-Europol. Dan għandu jissemma’ wkoll fil-premessi.

Struttura ta’ informazzjoni ġdida tal-Europol

172.

Il-KEPD jifhem il-ħtieġa għal flessibbiltà b’rabta mal-kuntest dejjem jinbidel, kif ukoll fid-dawl tar-rwoli dejjem jikbru tal-Europol. L-istruttura ta’ informazzjoni eżistenti mhijiex neċessarjament il-punt ta’ referenza għall-futur. Huwa fid-diskrezzjoni tal-leġiżlatur tal-UE li jistabbilixxi l-istruttura ta’ informazzjoni tal-Europol. Fir-rwol tiegħu ta’ konsulent għal-leġiżlatur tal-UE, il-KEPD jiffoka fuq il-kwistjoni sa liema punt l-għażla tal-leġiżlaturi hija ristrett mill-prinċipji tal-protezzjoni tad-dejta.

173.

B’rabta mal-Artikolu 24 tal-Proposta, huwa:

jirrakkomanda li jiġu ddefiniti l-kunċetti ta’ analiżi strateġika, tematika u operattiva fil-Proposta u titħassar il-possibbiltà li d-dejta personali tiġi pproċessata għal analiżi strateġika jew tematika, sakemm ma tingħatax ġustifikazzjoni soda.

fir-rigward tal-Artikolu 24(1)(c) jirrakkomanda li jiġi ddefinit għan speċifiku għal kull każ ta’ analiżi operattiva u jkun meħtieġ li tiġi pproċessata biss id-dejta personali rilevanti biss skont l-għan speċifiku ddefinit.

jirrakkomanda li mal-Proposta jiġu miżjuda l-elementi li ġejjin: (i) kull operazzjoni mill-analisti tal-kontrokonkordji tal-Europol għandha tiġi mmotivata speċifikament, (ii) l-irkupru ta’ dejta wara konsultazzjoni għandha tkun limitata għall-minimu strettament meħtieġ u motivat speċifikament, (iii) it-traċċabbiltà tal-operazzjonijiet kollha relatati mal-kontrokonkordji għandha tiġi żgurata u (iv) il-persunal awtorizzat inkarigat mill-għan li għalih id-dejta ġiet miġbura inizjalment jista’ jimmodifika din id-dejta. Dan ikun konformi mal-prattika attwali fl-Europol.

Tisħiħ tas-superviżjoni tal-protezzjoni tad-dejta

174.

L-Artikolu 45 tal-Proposta jirrikonoxxi li s-superviżjoni tal-operazzjoni ta’ pproċessar previsita fil-Proposta hija kompitu li jeħtieġ ukoll l-involviment attiv tal-awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-dejta (3). Il-kooperazzjoni bejn il-KEPD u l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali hija kruċjali għas-superviżjoni effettiva f’dan il-qasam.

175.

Il-KEPD jilqa’ l-Artikolu 45 tal-Proposta. Dan jiddikjara li l-ipproċessar tad-dejta mill-awtoritajiet nazzjonali huwa soġġett għas-superviżjoni nazzjonali, u b’hekk jirrfletti r-rwol ewlieni tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali. Huwa jilqa’ wkoll ir-rekwiżit li l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali għandhom iżommu lill-KEPD infurmat dwar kwalunkwe azzjoni li jieħdu fir-rigward tal-Europol

176.

Il-KEPD jilqa’:

id-dispożizzjonijiet dwar is-superviżjoni li jipprovdu struttura b’saħħitha għas-superviżjoni tal-ipproċessar tad-dejta. Jitqiesu r-responsabbiltajiet fuq il-livell nazzjonal u fuq il-livell tal-UE, u tiġi stabbilita sistema għall-koordinazzjoni bejn kull awtorità ta’ protezzjoni tad-dejta involuta

ir-rikonoxximent fil-Proposta tar-rwol tal-KEPD bħala l-awtorità stabbilita biex tissorvelja l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE kollha.

L-Artikolu 47 dwar il-kooperazzjoni u l-koordinazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali, iżda jissuġġerixxi li jiġi ċċarat li l-kooperazzjoni maħsuba tinkludi kooperazzjoni kemm bilaterali kif ukoll kollettiva. Premessa għandha tenfasizza aktar l-importanza tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet superviżorji differenti u tipprovdu eżempji dwar kif tali kooperazzjoni tista’ tissaħħaħ bl-aħjar mod possibbli.

Trasferiment

177.

Il-KEPD jissuġġerixxi li fl-Artikolu 26(1) tal-Proposta tiddaħħal sentenza li tiddikjara li l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jaċċessaw u jfittxu informazzjoni fuq bażi ta’ ħtieġa u sal-limitu meħtieġ għat-twettiq leġittimu tal-kompiti tagħhom. L-Artikolu 26(2) għandu jiġi emendat u allinjat mal-Artikolu 27(2).

178.

Fi prinċipju, il-KEPD jilqa’ l-fatt li, it-trasferiment lejn il-pajjiżi terzi u l-organizzazzjonijiet internazzjonali jista’ jsir biss fuq il-bażi ta’ adegwatezza jew ftehim vinkolanti li jipprevedi salvagwardji xierqa. Ftehim vinkolanti sejjer jiżgura ċertezza legali kif ukoll responsabbiltà sħiħa tal-Europol għat-trasferiment. Ftehim vinkolanti għandu dejjem ikun meħtieġ għal trasferimenti massivi, strutturali u ripetittivi. Madankollu, huwa jifhem li hemm sitwazzjonijiet fejn jista’ jkun meħtieġ ftehim vinkolanti. Dawn is-sitwazzjonijiet għandhom ikunu eċċezzjonali, għandhom ikunu bbażati fuq ħtieġa reali u permessi biss għal każijiet limitati u huma meħtieġa salvagwardji sostanzjali kif ukoll proċedurali b’saħħithom.

179.

Il-KEPD jirrakkomanda b’mod qawwi li titħassar il-possibbiltà għall-Europol li tassumi l-kunsens tal-Istati Membri. Il-KEPD jagħti wkoll il-parir li għandu jingħata kunsens “qabel it-trasferiment” fit-tieni sentenza tal-Artikolu (4). Il-KEPD jirrakkomanda wkoll li fl-Artikolu 29, jiġi miżjud paragrafu li jiddikjara li l-Europol għandha żżomm rekords iddettaljati tat-trasferiment tad-dejta personali.

180.

Il-KEPD jirrakkomanda li mal-Proposta tiġi miżjuda klawżjola tranżitorja fir-rigward tal-ftehimiet ta’ kooperazzjoni li jirregolaw it-trasferimenti tad-dejta personali mill-Europol. Din il-klawżola għandha tipprevedi r-reviżjoni ta’ dawn il-ftehimiet fi żmien data ta’ skadenza raġonevoli sabiex jiġu allinjati mar-rekwiżiti tal-Proposta. Din il-klawsola għandha tkun inkluża fid-dispożizzjonijiet sostantivi tal-Proposta u jkun fiha data ta’ skadenza li ma tkunx aktar minn sentejn wara d-dħul fis-seħħ tal-Proposta

181.

Għal raġunijiet ta’ trasparenza, il-KEPD jirrakkomanda wkoll li fl-aħħar tal-Artikolu 31(1) jiżdied li l-Europol għandha tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-ftehimiet internazzjonali u ftehimiet ta’ kooperazzjoni tagħha ma’ pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali, bit-tqegħid ta’ din il-lista, aġġornata regolarment, fuq il-websajt tagħha.

182.

Il-KEPD jirrakkomanda li fl-Artikolu 31(2) espressament jiġi miżjud li d-derogi ma jistgħux ikunu applikabbli għal trasferiment frekwenti, massivi jew strutturali, fi kliem ieħor għal settijiet ta’ trasferimenti (u mhux biss għal trasferimenti okkażjonali).

183.

Il-KEPD jirrakkomanda li jiddaħħal paragrafu speċifiku ddedikat lit-trasferimenti bl-awtorizzazzjoni tal-KEPD. Dan il-paragrafu, li loġikament għandu jiġi qabel il-paragrafu dwar id-derogi jipprevedi li l-KEPD jista’ jawtorizza trasferiment jew sett ta’ trasferimenti fejn l-Europol tindirizza salvagwardji xierqa fir-rigward tal-protezzjoni tal-privatezza u tad-drittijiet fundamentali u l-libertajiet tal-individwi, u fir-rigward tal-eżerċizzji tad-drittijiet korrispondenti. Minbarra dan, din l-awtorizzazzjoni tingħata qabel it-trasferimenti/sett ta’ trasferimenti, għal perjodu li ma jaqbiżx is-sena, li jista’ jiġġedded.

Oħrajn

184.

L-opinjoni tinkludi numru kbir ta’ rakkomandazzjonijiet oħra, li għandhom l-għan li jtejbu ulterjorment il-proposta. Hawnhekk, hawn elenkat xi rakkomandazzjonijiet aktar sinifikanti.

(a)

It-tħassir tal-possibbiltà li l-Europol ikollu aċċess direttament għad-databases nazzjonali (Artikolu 23).

(b)

Fejn l-aċċess jikkonċerna s-sistemi ta’ informazzjoni tal-UE, l-għoti ta’ aċċess unikament fuq bażi ta’ hit/no hit (jiġifieri tweġiba pożittiva jew negattiva). Kwalunkwe informazzjoni relatata mal-hit għandha tiġi kkomunikata lill-Europol wara l-approvazzjoni espliċita u l-awtorizzazzjoni tat-trasferiment mill-Istat Membru (jekk l-aċċess ikun jikkonċerna dejta fornuta minn Stat Membru), il-korp tal-UE jew l-organizzazzjoni internazzjonali u tkun soġġetta għall-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 35 tal-Proposta. Il-KEPD jirrakkomanda li dawn il-kundizzjonijiet jiġu stabbiliti fl-Artikolu 23 tal-Proposta.

(c)

It-tisħiħ tal-Artikolu 35 tal-Proposta billi ssir il-valutazzjoni mill-Istat Membru li jipprovdi l-informazzjoni obbligatorja. Il-KEPD jissuġġerixxi li fl-Artikoli 35(1) u (2) jitħassru l-kliem “sa fejn ikun possibbli” u li l-Artikolu 36(4) jiġi emendat kif xieraq.

(d)

Is-sostituzzjoni tar-rapport ġenerali dwar id-dejta personali msemmija fl-Artikolu 36(2) minn statistika dwar din id-dejta għal kull skop. Peress li l-kategoriji speċifiċi tas-suġġetti tad-dejta msemmija fl-Artikolu 36(1) jistħoqqilhom ukoll attenzjoni speċifika, il-KEPD jissuġġerixxi li tiġi inkluża statistika dwar din id-dejta.

(e)

L-inklużjoni fil-Proposta ta’ dispożizzjoni li l-Europol għandu jkollha politika trasparenti u aċċessibbli faċilment fir-rigward tal-ipproċessar tad-dejta personali u għall-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta, f’forma li tintgħaraf, li tuża lingwaġġ ċar u sempliċi. Id-dispożizzjoni għandha tiddikjara wkoll li din il-politika għandha tkun disponibbli faċilment fuq il-websajt tal-Europol, kif ukoll fuq il-websajts tal-awtoritajiet superviżorji nazzjonali.

(f)

Billi l-Artikolu 41 ma jiddefinixxix b’mod ċar ir-responsabbiltà tal-partijiet kollha involuti, fir-rigward tal-Artikolu 41(4) għandu jiġi ċċarat li r-responsabbiltà għall-konformità mal-prinċipji applikabbli tal-protezzjoni tad-dejta (u mhux biss il-“legalità tat-trasferiment”) hija tal-mittent tad-dejta. Il-KEPD jirrakkomanda li l-Artikolu 41 jiġi emendat kif xieraq.

(g)

f’dispożizzjoni(jiet) sostantiva/i tal-Proposta jiġi miżjud li: (i) valutazzjoni tal-impatt simili għal dak li huwa deskritt fir-Regolament propost dwar il-protezzjoni tad-dejta għandha ssir għal kull operazzjoni ta’ pproċessar ta’ dejta personali, (ii) il-prinċipju tal-privatezza skont id-disinn u fil-kontumaċja għandu jiġi applikat għall-ħolqien ta’ sistemi li jipproċessaw dejta personali jew it-titjib tagħhom, (iii) il-kontrollur għandu jadotta politiki u jimplimenta miżuri xierqa sabiex jassigura u jkun f’pożizzjoni li juri konformità mar-regoli tal-protezzjoni tad-dejta, u biex ikun żgurat li tiġi vverifikata l-effettività tal-miżuri, u (iv) l-UPD tal-Europol u, fejn ikun meħtieġ, l-awtoritajiet superviżorji, għandhom ikunu inklużi fid-diskussjonijiet relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali.

Huwa għamel ukoll xi suġġerimenti fir-rigward tal-Komunikazzjoni li ġiet adottata b’mod parallel mal-proposta.

Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2013.

Peter HUSTINX

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2013) 172 finali.

(2)  Memorandum ta’ Spjegazzjoni, parti 3.

(3)  Ara wkoll ir-Riżoluzzjoni 4 tal-Konferenza tar-Rebbiegħa tal-Awtoritajiet Ewropej tal-Protezzjoni tad-Dejta (Lisbona 16-17 ta’ Mejju 2013).


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/8


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-KEPD dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-użu tas-sistema eCall u l-emenda tad-Direttiva 2007/46/KE

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-EN, l-FR u d-DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

(2014/C 38/04)

1.   Introduzzjoni

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fit-13 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tikkonċerna r-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-użu tas-sistema eCall u l-emendar tad-Direttiva 2007/46/KE (“il-Proposta”) (1) imħabbra fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Awwissu 2009 dwar “eCall: Żmien għall-Użu” (“il-Komunikazzjoni tal-2009”) (2).

2.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li qiegħed jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni u li fil-preambolu tal-Proposta hemm inkluża referenza għall-konsultazzjoni.

3.

Qabel l-adozzjoni tal-Proposta, il-KEPD ingħata l-possibbiltà li jipprovdi kummenti informali lill-Kummissjoni. Apprezza ħafna li l-biċċa l-kbira tal-kummenti ġew ikkunsidrati.

1.2.   Għanijiet u kamp ta’ applikazzjoni tal-Proposta

4.

Il-Proposta tikkumplimenta miżuri regolatorji oħra li ġew implimentati biex jappoġġjaw l-użu ta’ eCall, bħad-Direttiva ITS 2010/40/UE (3), ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Settembru 2011 dwar l-appoġġ għas-servizz eCall mifrux madwar l-UE (4), u l-adozzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet għall-aġġornament tal-Punti ta’ Tweġib dwar is-Sigurtà Pubblika (PSAPs) (5), dwar liema l-KEPD kien ikkonsultat u ngħata kummenti (6).

5.

Il-Proposta tipprovdi għall-introduzzjoni obbligatorja ta’ sistema fil-vettura eCall f’vetturi tat-tip approvat ġodda fl-Ewropa. Għall-kuntrarju tas-sistema attwali fejn eCall hija installata mill-manifatturi tal-karozzi fuq bażi volonatarja, il-Proposta tipprevedi t-twaħħil obbligatorju ta’ apparat eCall fil-vetturi ġodda kollha billi wieħed jibda bil-karozzi tal-passiġġieri u l-vetturi kummerċjali ħfief mill-1 ta’ Ottubru 2015 (7). Għalhekk tinkludi diversi obbligi indirizzati lill-manifatturi tal-vetturi/tagħmir.

4.   Konklużjonijiet

63.

Il-KEPD jenfasizza li l-ipproċessar tad-dejta personali huwa wieħed mill-obbligi ewlenin maħluqa mill-Proposta u jilqa’ l-fatt li diversi mir-rakkomandazzjonijiet li għamel fir-rigward tal-implikazzjonijiet tal-protezzjoni tad-dejta ta’ eCall 112 ġew ikkunsidrati.

64.

Fir-rigward ta’ eCall 112, il-KEPD jirrakkomanda li l-kwistjonijiet li ġejjin jiġu speċifikati ulterjorment fil-Proposta:

għandha tiddaħħal referenza espliċita applikabbli għal-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta fl-UE, fil-Proposta permezz ta’ dispożizzjoni sostantiva u ddedikata, li ssemmi b’mod partikolari d-Direttiva 95/46/KE u li tispeċifika li d-dispożizzjonijiet ser japplikaw skont ir-regoli nazzjonali li jimplimentawha;

ir-referenza għad-dokument ta’ ħidma tal-Grupp ta’ Ħidma tal-Artikolu 29 mir-referenza li saret għal-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-dejta fil-Premessa 13;

għandhom jiġu żviluppati salvagwardji ta’ protezzjoni tad-dejta konkreti li japplikaw għall-eCall 112 fil-Proposta aktar milli fl-atti ddelegati u b’mod partikolari li l-Artikolu 6:

taħtar il-kontrollur u l-awtorità responsabbli biex tindirizza t-talbiet għal aċċess;

tispeċifika l-lista ta’ dejta msemmija bħala sett minimu ta’ dejta bħala sett sħiħ ta’ dejta (possibbilment biex tiġi elaborata f’att iddelegat jew ta’ implimentazzjoni);

tinkludi l-possibbiltà li s-soġġetti tad-dejta jiddiżattivaw l-eCall privata u servizz b’valur miżjud;

tispeċifika l-perjodi ta’ żamma għad-dejta pproċessata.

tispeċifika l-modalitajiet tal-eżerċizzju tad-drittijiet tas-soġġetti tad-dejta.

L-Artikolu 6(3) għandu jiġi kkumplimentat biex jiġi żgurat li l-informazzjoni li jirreferi għaliha hija parti mid-dokumentazzjoni teknika li tingħata flimkien mal-vettura u għandu jiġi speċifikat fil-Proposta li d-disponibbiltà tal-informazzjoni għandha tiġi indikata lis-sidien tal-karozza meta tinxtara l-karozza, f’dokument separat.

Il-KEPD għandu jiġi kkonsultat qabel l-adozzjoni tal-atti ddelegati previsti fl-Artikolu 6(4).

65.

Fir-rigward tal-eCall privata u s-servizzi b’valur miżjud, il-KEPD ifakkar li huma rregolati mill-Proposta biex b’hekk jikkonformaw ma’ rekwiżiti ta’ dejta simili jew aktar stretti minn dawk previsti għas-sistema eCall 112. Huwa fakkar ukoll li:

il-Proposta tispeċifika li kuntrarjament għall-e-Call 112, l-eCall privata u s-servizzi b’valur miżjud għandhom jiġu attivati fuq bażi volontarja u diżattivati b’mod predefinit;

ir-rekwiżit għal kuntratt xieraq u distint bejn il-konsumatur u l-fornitur tas-servizzi huwa ddikjarat f’dispożizzjoni speċifika tar-Regolament propost u li huwa ċċarat fid-dispożizzjoni li dan il-kuntratt għandu jkopri aspetti ta’ protezzjoni tad-dejta, inkluż l-għoti ta’ informazzjoni xierqa lill-konsumaturi dwar is-servizz(i) u l-ġbir tal-kunsens tagħhom għall-ipproċessar tad-dejta fir-rigward tad-dispożizzjoni ta’ dawn is-servizzi b’valur miżjud. Il-proposta tiżgura li s-soġġetti tad-dejta jingħataw l-għażla li jagħżlu s-servizzi, permezz ta’ offerta ta’ kuntratt speċifika, li ssir qabel l-ipproċessar. Il-klawsoli mhux negozjabbli li jagħmlu parti minn kuntratt ta’ bejgħ ta’ karozza, jew klawsoli li jagħmlu parti mit-termini u l-kundizzjonijiet ġenerali, li l-aċċettazzjoni tagħhom hija obbligatorja, mhux ser ikunu tajba għal dan ir-rekwiżit.

Fil-kuntratt għandu jiġi ddikjarat ukoll li r-rifjut tas-servizz offrut mhux ser ikollu konsegwenzi negattivi marbuta ma’ dak ir-rifjut. Tali dikjarazzjoni tista’ tidher fid-dikjarazzjoni ta’ privatezza tal-kuntratt.

66.

Il-KEPD jirrakkomanda wkoll li:

huwa ċċarat fil-Proposta li l-intraċċar kostanti huwa pprojbit għal servizzi b’valur miżjud;

il-kategoriji ta’ dejta pproċessata skont l-eCall 112 – u l-eCall privata u s-servizzi b’valur miżjud huma speċifikati f’dispożizzjoni sostantiva tal-Proposta u li l-kunċett ta’ “FSD” huwa ddefinit fil-Proposta;

hija pproċessata biss id-dejta meħtieġa għal eCall privata u servizzi ta’ valur miżjud f’konformità mal-prinċipju ta’ minimizzazzjoni tad-dejta;

dispożizzjoni speċifika tfakkar li l-ipproċessar ta’ dejta sensittiva taħt eCall privata u servizzi ta’ valur miżjuda huma pprojbiti;

il-perjodu ta’ żamma tad-dejta pproċessata skont eCall 112, eCall privata u s-servizzi ta’ valur miżjud huwa stabbilit u speċifikat f’dispożizzjoni sostantiva tal-Proposta;

is-sigurtà tad-dejta pproċessata skont eCall 112, eCall privata u s-servizzi b’valur miżjud hija ggarantita minn xi speċifikazzjonijiet fit-test.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ottubru 2013.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2013) 316 finali.

(2)  COM(2009) 434 finali.

(3)  Id-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport (ĠU L 207, 6.8.2010, p. 1).

(4)  Ir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2011/750/UE tat-8 ta’ Settembru 2011 dwar l-appoġġ għal servizz eCall mifrux madwar f’netwerks ta’ komunikazzjoni elettroniċi għat-trażmissjoni ta’ sejħiet ta’ emerġenza mill-vettura abbażi tal-112 (“eCalls”) (ĠU L 303, 22.11.2011, p. 46).

(5)  Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 305/2013 tas-26 ta’ Novembru 2012 li jissupplimenta d-Direttiva 2010/40/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-forniment armonizzat ta’ eCall interoperabbli fl-UE kollha, Test b’rilevanza għaż-ŻEE (ĠU L 91, 3.4.2013, p. 1).

(6)  Ara b’mod partikolari l-Opinjoni tat-22 ta’ Lulju 2009 dwar id-Direttiva ITS, il-kummenti formali tat-12 ta’ Diċembru 2011 dwar ir-Rakkomandazzjoni tal-Kumissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-eCall mifruxa madwar l-UE, u l-ittra tad-19 ta’ Diċembru 2012 dwar ir-Regolament Iddelegat tal-Kummissjoni fir-rigward tad-dispożizzjoni armonizzata għal eCall mifruxa madwar l-UE interoperabbli, kollox ippubblikat fuq il-websajt tal-KEPD: http://www.edps.europa.eu (taħt “Konsultazzjoni”).

(7)  Ara l-Artikolu 4 u l-Artikolu 5(1) tal-Proposta.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/11


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta tal-Kummissjoni għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-EN, l-FR u d-DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

(2014/C 38/05)

1.   Introduzzjoni

1.

Fis-26 ta’ Ġunju 2013, il-Kummissjoni adottat proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-fatturar elettroniku fl-akkwist pubbliku (“il-Proposta”). (1) Fit-8 ta’ Lulju 2013, il-Proposta ntbagħtet lill-KEPD għal konsultazzjoni.

2.

L-għan tal-Proposta huwa li “tnaqqas l-ostakli għall-aċċess tas-suq fil-qafas tal-akkwisti pubbliċi transfruntiera, iġġenerati minn insuffiċjenza fl-interoperabbiltà tal-istandards ta’ fatturar elettroniku.” (2) Biex jintlaħaq dan, ser “jiġi żviluppat standard Ewropew komuni li jitqiegħed għad-dispożizzjoni biex jintuża mill-operaturi kollha tas-suq. L-aċċettazzjoni mill-awtoritajiet kontraenti kollha tal-fatturi elettroniċi konformi ma’ dan l-istandard tkun meħtieġa fl-akkwist pubbliku, mingħajr ma tissostitwixxi soluzzjonijiet tekniċi eżistenti.” (3)

3.   Konklużjonijiet

28.

Il-KEPD japprezza li ċerti kwistjonijiet ta’ protezzjoni tad-dejta tittieħdu inkonsiderazzjoni fil-Proposta. F’din l-Opinjoni jagħti rakkomandazzjonijiet dwar kif il-Proposta tista’ tittejjeb ulterjorment mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta.

29.

B’mod partikolari, il-KEPD jirrakkomanda:

l-inklużjoni ta’ dispożizzjoni sostantiva biex jiġi ċċarat li l-Proposta mhix maħsuba sabiex tipprevedi derogi ġenerali mill-prinċipji ta’ protezzjoni tad-dejta u li l-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta personali (jiġifieri r-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE) tibqa’ applikabbli bis-sħiħ fil-kuntest tal-fatturar elettroniku;

l-emendar tal-Artikolu 3(2) tal-Proposta biex jiġi żgurat li l-istandards Ewropej li għandhom jiġu adottati jsegwu approċċ ta’ “privatezza fid-disinn” u jiġi żgurat li jitqiesu r-rekwiżiti għall-protezzjoni tad-dejta, u li l-istandards jirrispettaw, b’mod partikolari, il-prinċipji ta’ proporzjonalità, il-minimizzazzjoni tad-dejta u l-limitazzjoni tal-iskop;

jekk tkun l-intenzjoni tal-leġiżlatur li jipprevedi l-pubblikazzjoni ta’ dejta personali għall-finijiet ta’ trasparenza u responsabbiltà, l-inklużjoni ta’ dispożizzjonijiet sostantivi espliċiti li jispeċifikaw liema tip ta’ dejta personali tista’ ssir pubblika u għal liema skop(ijiet); inkella, l-inklużjoni ta’ referenza għal-liġi tal-UE jew għal dik nazzjonali, li għandha, imbagħad, tipprevedi salvagwardji xierqa.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Novembru 2013.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2013)449 finali.

(2)  Sommarju Eżekuttiv tal-Valutazzjoni tal-Impatt (SWD(2013) 223 finali), Sezzjoni 3.1, paġna 4.

(3)  Idem, Sezzjoni 5.3.4, paġna 7.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/12


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistipula miżuri li jikkonċernaw is-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjonijiet elettroniċi u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jinsab fi EN, FR u DE fil-websajt tal-KEPD http://www.kepd.europa.eu)

(2014/C 38/06)

1.   Daħla

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fil-11 ta’ Settembru 2013, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Regolament li jistabbilixxi miżuri li jikkonċernaw is-suq uniku Ewropew għall-kommunikazzjonijiet elettroniċi u biex jinkiseb Kontinent Konness, u li jemenda d-Direttivi 2002/20/KE, 2002/21/KE u 2002/22/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1211/2009 u (UE) Nru 531/2012 (minn hawn ’il quddiem imsejħa “il-proposta”) (1). Talba għal konsultazzjoni ntbagħtet mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 28(2) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001, u l-KEPD irċevieha fit-23 ta’ Settembru 2013.

2.

Il-KEPD kellu opportunità jagħti l-parir tiegħu qabel ma l-proposta kienet adottata, li huwa jilqa’. Din l-Opinjoni tibni fuq il-kummenti mogħtija fil-kuntest ta’ dik il-konsultazzjoni informali.

1.2.   Il-kuntest u l-objettivi tal-proposta

3.

Il-proposta hija adottata fl-isfond tal-Aġenda Diġitali għall-Ewropa (2), li għandha bħala l-objettiv kumplessiv tagħha t-tisħiħ tat-tkabbir ekonomiku u t-titjib soċjali li joħorġu mill-ekonomija diġitali Ewropea. L-objettiv tal-proposta, għalhekk, huwa li jinkiseb suq uniku għall-komunikazzjonijiet elettroniċi fl-UE billi jkunu armonizzati diversi aspetti legali u tekniċi relatati mal-għoti ta’ servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi lill-pubbliku.

4.

Il-proposta, l-ewwel, tiffaċilita l-għoti ta’ servizzi minn fruntiera għal oħra ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi billi dawk li jagħtuhom ikunu jistgħu joffru servizzi fl-Unjoni kollha msejsa fuq awtorizzazzjoni unika tal-UE u b’hekk bl-inqas xkiel amministrattiv. Tarmonizza wkoll il-kondizzjonijiet tal-assenjazzjoni tal-ispettru tar-radju għal servizzi WiFi, kif ukoll il-karattristiċi ta’ prodotti li jippermettu aċċess virtwali għal netwerks fissi.

5.

Mbagħad il-proposta tarmonizza d-drittijiet ta’ dawk li jużaw is-servizzi l-aħħar, fosthom dawk is-servizzi relatati mal-Internet miftuħ. Tarmonizza wkoll il-pubblikazzjoni minn dawk li jipprovdu informazzjoni dwar servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi li huma joffru, u li informazzjoni bħal din tiddaħħal f’kuntratti, kif ukoll il-modalitajiet għal bdil ta’ operatur u għall-ħlasijiet li jkunu japplikaw għal servizzi ta’ roaming.

6.

Din l-Opinjoni tiffoka fuq dawk l-aspetti tal-proposta li x’aktarx ikollhom l-effett l-aktar sinifikanti fuq id-drittijiet għall-privatezza u l-ħarsien ta’ data personali kif stabbiliti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fuq il-kunfidenzjalità ta’ komunikazzjonijiet.

2.   Konklużjonijiet

43.

Il-KEPD ifakkar li r-rispett għad-drittijiet għall-privatezza u għall-protezzjoni ta’ data personali u għall-kunfidenzjalità ta’ komunikazzjonijiet huwa kruċjali biex tissawwar il-fiduċja tal-konsumaturi u biex dawn jafdaw fis-suq uniku Ewropew għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dwar dan il-KEPD jagħti r-rakkomandazzjonijiet ewlenin li ġejjin:

Miżuri ta’ kontroll tat-traffiku jikkostitwixxu restrizzjoni għal newtralità netta, li l-proposta tistabbilixxi bħala l-prinċipju ewlieni li japplika għall-użu tal-Internet fl-UE, u joħolqu interferenza għad-drittijiet ta’ min jużah l-aħħar għall-kunfidenzjalità tal-komunikazzjonijiet, il-privatezza u l-protezzjoni ta’ data personali. Minħabba dan, miżuri bħal dawn għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżiti ta’ trasparenza stretta, ħtieġa u proporzjonalità. B’mod partikolari:

L-użu tal-kontroll tat-traffiku għall-finijiet ta’ implimentazzjoni ta’ dispożizzjoni leġiżlattiva jew għall-prevenzjoni u biex ikunu evitati reati gravi jista’ jġib miegħu monitoraġġ ta’ skala wiesgħa, preventiv u sistematiku ta’ kontenut ta’ komunikazzjonijiet li jkun kontra l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE, kif ukoll tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2002/58/KE u tad-Direttiva 95/46/KE. Referenza għal dawn il-motivi għandha titneħħa mill-Artikolu 23(5)(a) tal-proposta;

L-Artikolu 23(5) tal-proposta għandu jagħti informazzjoni ċara dwar tekniki ta’ spezzjoni ta’ komunikazzjonijiet li jkunu permessi fil-kuntest ta’ miżuri ta’ kontroll tat-traffiku;

L-Artikolu 23(5) għandu jipprovdi espliċitament li, meta jkun suffiċjenti biex jinkiseb wieħed mill-għanijiet stabbiliti f’dik id-dispożizzjoni, miżuri ta’ kontroll tat-traffiku għandhom jinvolvu tekniki ta’ spezzjoni ta’ komunikazzjonijiet imsejsa biss fuq l-analiżi ta’ IP-headers, kuntrarju għal dawk li jinvolvu Spezzjoni Deep Packet;

L-Artikoli 25(1) u 26 tal-proposta għandhom jesiġu l-għoti ta’ informazzjoni dwar miżuri ta’ kontroll tat-traffiku, stabbiliti għall-finijiet kollha stipulati fl-Artikolu 23(5). B’mod partikolari, dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jesiġu li dawk li jagħtu informazzjoni jindikaw it-tekniki ta’ spezzjoni ta’ komunikazzjonijiet li jkunu l-bażi ta’ miżuri ta’ kontroll tat-traffiku bħal dawn, kif ukoll ifissru l-effett ta’ tekniki bħal dawn fuq id-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni ta’ data ta’ min jużahom l-aħħar;

L-Artikolu 24(1), li jistabbilixxi s-setgħat ta’ awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex, inter alia, jagħmlu superviżjoni tal-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ kontroll tat-traffiku, għandhom jinkludu l-possibbiltà għal dawn tal-aħħar li jikkooperaw ma’ awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data. Bl-istess mod l-Artikolu 25(1) għandu jipprovdi l-possibbiltà għal awtoritajiet nazzjonali tal-protezzjoni tad-data li jiksbu għal spezzjoni informazzjoni dwar miżuri ta’ kontroll tat-traffiku qabel il-pubblikazzjoni tagħha;

Ir-relazzjoni bejn l-Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2002/58/KE u l-Artikolu 27(4) tal-proposta għandha tkun iċċarata;

Iż-żewġ Artikoli 17(1)(f) u 19(4)(e) tal-proposta għandhom ikunu emendati biex jinkludu r-rekwiżit għall-prodott ta’ aċċess tal-broadband virtwali Ewropea u għall-prodott ta’ konnettività ASQ Ewropea, rispettivament, biex ikunu konformi mal-prinċipju tal-protezzjoni tad-data bi skop.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2013.

Peter HUSTINX

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2013) 627 finali.

(2)  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u lill-Kumitat tar-Reġjuni, “Aġenda Diġitali għall-Ewropa” COM(2010) 245 finali/2, 26 ta’ Awwissu 2010.


8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/14


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2006/48/KE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE, u għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għal transazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq il-kards

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab bl-EN, l-FR u d-DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

(2014/C 38/07)

1.   Introduzzjoni

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fis-27 ta’ Lulju 2013, il-Kummissjoni adottat abbozz ta’ proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-servizzi ta’ ħlas fis-suq intern li temenda d-Direttivi 2002/65/KE, 2006/48/KE u 2009/110/KE u li tħassar id-Direttiva 2007/64/KE (id-Direttiva proposta), u għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi tal-interkambju għal transazzjonijiet ta’ pagament ibbażati fuq il-kards (1). Dawn il-proposti ntbagħtu lill-KEPD għall-konsultazzjoni fit-28 ta’ Lulju 2013.

2.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li huwa kkonsultat mill-Kummissjoni u jilqa’ li fil-preambolu tal-istrumenti tiġi inkluża referenza għal din l-Opinjoni.

3.

Qabel l-adozzjoni tar-Regolament propost, il-KEPD ingħata l-possibbiltà li jagħti kummenti informali lill-Kummissjoni. Uħud minn dawn il-kummenti ġew ikkunsidrati. Bħala riżultat ta’ dan, is-salvagwardji tal-protezzjonijiet tad-dejta fir-Regolament propost ġew imsaħħa.

4.

Peress li l-proposta għal Regolament ma tqajjem ebda kwistjoni mill-perspettiva tal-protezzjoni tad-dejta, il-KEPD ser jikkonċentra l-kummenti tiegħu fuq id-Direttiva proposta.

1.2.   L-objettivi u l-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament propost

5.

L-għan tad-Direttiva proposta huwa li jgħin fl-iżvilupp ulterjuri ta’ suq madwar l-UE kollha għall-ħlasijiet elettroniċi, li ser jippermetti lill-konsumaturi, lill-bejjiegħa bl-imnut u lil atturi oħra tas-suq sabiex igawdu l-benefiċċji sħaħ tas-suq intern tal-UE, f’konformità mal-Istrateġija Ewropa 2020 u l-Aġenda Diġitali. Biex isir dan, u biex jiġu promossi aktar il-kompetizzjoni, l-effiċjenza u l-innovazzjoni fil-qasam tal-ħlasijiet elettroniċi, għandu jkun hemm ċarezza ġuridika u kundizzjonijiet ekwi, li jwasslu għal konverġenza ’l isfel tal-ispejjeż u l-prezzijiet għall-utenti tas-servizzi ta’ ħlas, aktar għażla u trasparenza fis-servizzi ta’ ħlas, iffaċilitar tal-provvista ta’ servizzi innovattivi tal-ħlasijiet, u li jiġu żgurati servizzi ta’ ħlas siguri u trasparenti.

6.

Il-Kummissjoni tgħid li dawn l-objettivi ser jintlaħqu billi jiġi aġġornat u kkumplementat il-qafas attwali dwar is-servizzi ta’ ħlas, li jipprevedi regoli li jsaħħu t-trasparenza, l-innovazzjoni u s-sigurtà fil-qasam tal-pagamenti bl-imnut u jtejjeb il-konsistenza bejn ir-regoli nazzjonali, b’enfasi fuq il-bżonnijiet leġittimi tal-konsumaturi.

3.   Konklużjonijiet

Il-KEPD jilqa’ l-introduzzjoni fl-Artikolu 84 ta’ dispożizzjoni sostantiva li tiddikjara li kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali li jseħħ fil-qafas tad-Direttiva proposta għandu jsir b’rispett sħiħ tal-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE, u tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

Il-KEPD jirrakkomanda li:

ir-referenzi għal-liġi applikabbli dwar il-protezzjoni tad-dejta għandhom jiġu speċifikati f’salvagwardji konkreti li ser japplikaw għal kwalunkwe sitwazzjoni fejn huwa previst ipproċessar tad-dejta personali.

fl-abbozz tad-Direttiva għandu jiġi ċċarat li l-provvista ta’ servizzi ta’ ħlas jaf tinvolvi l-ipproċessar tad-dejta personali.

fl-abbozz tad-Direttiva proposta għandu jiġi ċċarat b’mod espliċitu li l-ipproċessar tad-dejta personali jista’ jitwettaq sakemm ikun meħtieġ għat-twettiq tas-servizzi ta’ ħlas.

hija miżjuda dispożizzjoni sostantiva li tiddikjara l-obbligu li l-“privatezza fid-disinn/privatezza prestabbilita” jiġu inkorporati fis-sistemi kollha tal-ipproċessar tad-dejta żviluppati u użati fil-qafas tad-Direttiva proposta.

fir-rigward tal-iskambji tal-informazzjoni: (i) issemmi l-iskopijiet li d-dejta personali tista’ tiġi pproċessata għalihom mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, il-bank ċentrali tal-UE, il-banek ċentrali nazzjonali u l-awtoritajiet l-oħra msemmija fl-Artikolu 25, (ii) tispeċifika t-tip ta’ informazzjoni personali li tista’ tiġi pproċessata taħt id-Direttiva proposta u (iii) tistabbilixxi perjodu ta’ żamma tad-dejta proporzjonat għall-ipproċessar jew tal-anqas tintroduċi kriterji preċiżi għall-istabbiliment tiegħu.

fl-Artikolu 22 għandu jiġi introdott rekwiżit għall-awtoritajiet kompetenti biex jitolbu dokumenti u informazzjoni permezz ta’ deċiżjoni formali, fejn jiġu speċifikati l-bażi legali u l-iskop tat-talba u x’informazzjoni hija meħtieġa, kif ukoll il-perjodu ta’ żmien li fih trid tiġi pprovduta l-informazzjoni.

fl-Artikolu 31 hemm introdott li l-modalitajiet stabbiliti fir-rigward tal-għoti ta’ informazzjoni lill-utenti japplikaw ukoll għall-għoti ta’ informazzjoni dwar l-ipproċessar tad-dejta personali skont l-Artikoli 10 u 11 tad-Direttiva 95/46/KE.

fil-każ tat-terminu “disponibbiltà ta’ biżżejjed fondi” fl-Artikoli 58 u 59 huwa ċar li l-informazzjoni trażmessa lill-parti terza għandha tikkonsisti f’risposta sempliċi ta’ “iva” jew “le” għad-domanda jekk ikun hemm biżżejjed fondi disponibbli – mhux pereżempju f’dikjarazzjoni tal-bilanċ tal-kont.

fil-każ tat-terminu “dejta sensittiva dwar il-pagamenti” fl-Artikolu 58 li l-kelma “sensittiva” hija mħassra u minflok jintuża t-terminu “dejta dwar il-pagament”.

fi premessa għandu jiġi ċċarat li l-obbligi ta’ rapportar ta’ inċidenti tas-sigurtà huma mingħajr preġudizzju għal obbligi ta’ rapportar ta’ inċidenti oħrajn stabbiliti f’leġiżlazzjoni oħra, b’mod partikolari r-rekwiżiti ta’ ksur ta’ dejta personali stabbiliti skont il-liġi dwar il-protezzjoni tad-dejta (fid-Direttiva 2002/58/KE u fir-Regolament Ġenerali propost għall-Protezzjoni tad-Dejta) u r-rekwiżiti ta’ notifika ta’ inċidenti tas-sigurtà ppjanati taħt id-Direttiva proposta dwar is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni.

għandu jiġi żgurat li l-ipproċessar ta’ dejta personali, u t-trasferiment tagħha permezz tad-diversi intermedjarji, jirrispettaw il-prinċipji ta’ kunfidenzjalità u sigurtà f’konformità mal-Artikoli 16 u 17 tad-Direttiva 95/46/KE.

hija miżjuda dispożizzjoni sostantiva mad-Direttiva proposta bl-obbligu li l-istandards jiġu żviluppati wara li jkunu twettqu l-valutazzjonijiet tal-impatt fuq il-privatezza, u abbażi tagħhom.

għandha tiġi inkluża referenza fid-Direttiva proposta għall-ħtieġa li jiġi kkonsultat il-KEPD fejn il-linji gwida tal-EBA dwar l-awtentifikazzjoni tal-konsumaturi mill-aktar moderna u kwalunkwe eżenzjoni tal-użu ta’ awtentifikazzjoni b’saħħitha tal-konsumaturi jkunu jikkonċernaw l-ipproċessar tad-dejta personali.

Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2013.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2013) 547 finali u COM(2013) 550 finali.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/16


Aġġornament tal-kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lill-membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU C 247, 13.10.2006, p. 85, ĠU C 153, 6.7.2007, p. 15; ĠU C 64, 19.3.2009, p. 18; ĠU C 239, 6.10.2009, p. 7; ĠU C 304, 10.11.2010, p. 6; ĠU C 273, 16.9.2011, p. 11; ĠU C 357, 7.12.2011, p. 3; ĠU C 88, 24.3.2012, p. 12; ĠU C 120, 25.4.2012, p. 4; ĠU C 182, 22.6.2012, p. 10; ĠU C 214, 20.7.2012, p. 4; ĠU C 238, 8.8.2012, p. 5; ĠU C 255, 24.8.2012, p. 2; ĠU C 242, 23.8.2013, p. 13)

(2014/C 38/08)

Aġġornament tal-Kampjuni tal-karti maħruġa mill-Ministeri tal-Affarijiet Barranin tal-Istati Membri lil membri akkreditati ta' missjonijiet diplomatiċi u rappreżentanti konsolari u l-membri tal-familji tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 19(2) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen)

Flimkien mal-pubblikazzjoni fil-ĠU, aġġornament ta' kull xahar huwa disponibbli fuq il-websajt tad-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Interni.

IL-BELĠJU

Sostituzzjoni tal-informazzjoni ppubblikata fil-ĠU C 88, 24.3.2012

Karti tal-identità speċjali

Carte d’identité diplomatique (carte D)

Diplomatieke identiteitskaart (D kaart)

Diplomatischer Personalausweis (D Karte)

(Diplomat’s Identity Card – D card) Karta ta’ l-identità diplomatika (tat-tip “D”)

jibqgħu validi sad-data tal-għeluq

Quddiem

Wara

Image 1

Image 2

Image 3

Image 4

Image 5

Image 6

li jinħarġu mit-2.12.2013 'il quddiem

Image 7

Image 8

Image 9

Image 10

Image 11

Image 12

Carte d’identité consulaire (carte C)

Consulaat identiteitskaart (C kaart)

Konsularer Personalausweis (C Karte)

(Consular Identity Card — C card) Karta ta’ l-Identità Konsulari (tat-tip “C”)

jibqgħu validi sad-data tal-għeluq

Quddiem

Wara

Image 13

Image 14

Image 15

Image 16

Image 17

Image 18

li jinħarġu mit-2.12.2013 'il quddiem

Image 19

Image 20

Image 21

Image 22

Image 23

Image 24

Carte d’identité spéciale — couleur bleue (carte P), délivrée avant et après le 1.2.2012

Bijzondere identiteitskaart — blauw (P kaart), uitgereikt vóór en na 1.2.2012

Besonderer Personalausweis — blau (P Karte), ausgestellt vor und nach dem 1.2.2012

(Special Identity Card — blue in colour — P card), issued before and after 1.2.2012 (Karta tal-Identità Speċjali – ta’ lewn ikħal – tat-tip “P”), maħruġa qabel u wara l-1.2.2012.

Qabel l-1.2.2012

jibqgħu validi sad-data tal-għeluq

Quddiem

Wara

Image 25

Image 26

Image 27

Image 28

Image 29

Image 30

Wara l-1.2.2012

jibqgħu validi sad-data tal-għeluq

Quddiem

Wara

Image 31

Image 32

Image 33

Image 34

Image 35

Image 36

li jinħarġu mit-2.12.2013 'il quddiem

Image 37

Image 38

Image 39

Image 40

Image 41

Image 42

Carte d’identité spéciale — couleur rouge (carte S)

Bijzondere identiteitskaart — rood (S kaart)

Besonderer Personalausweis — rot (S Karte)

(Special Identity Card — red in colour — S card) (Karta ta’ l-identità speċjali — ħamra — tat-tip “S”)

jibqgħu validi sad-data tal-għeluq

Quddiem

Wara

Image 43

Image 44

Image 45

Image 46

Image 47

Image 48

li jinħarġu mit-2.12.2013 'il quddiem

Image 49

Image 50

Image 51

Image 52

Image 53

Image 54

Document d’identité E pour les enfants âgés de moins de 5 ans des étrangers privilégiés titulaires d’une carte d’identité diplomatique, d’une carte d’identité consulaire, d’une carte d’identité spéciale — couleur bleue ou d’une carte d’identité spéciale — couleur rouge

Identiteitsbewijs E voor kinderen, die de leeftijd van vijf jaar nog niet hebben bereikt, van een bevoorrecht vreemdeling dewelke houder is van een diplomatieke identiteitskaart, consulaire identiteitskaart, bijzondere identiteitskaart, blauw of bijzondere identiteitskaart — rood

Identitätsdokument E für Kinder unter fünf Jahren, für privilegierte Ausländer, die Inhaber eines diplomatischen Personalausweises sind, konsalrer Personalausweis, besonderer Personalausweis — rot oder besonderer Personalausweis — blau.

(Identity document E for children, under the age of five, of aliens who are holders of diplomatic identity cards, consular identity cards, blue special identity cards or red special identity cards) (Karta tal-Identità tat-tip “E” għat-tfal, taħt l-età ta' ħames snin, ta' stranġieri li huma detenturi tal-karti tal-identità diplomatiċi, karti tal-identità konsulari, karti tal-identità speċjali blu jew karti tal-identità speċjali ħomor)

jibqgħu validi sad-data tal-għeluq

Quddiem

Wara

Image 55

Image 56

Image 57

Image 58

Image 59

Image 60

li jinħarġu mit-2.12.2013 'il quddiem

Image 61

Image 62

Image 63

Image 64

Image 65

Image 66


V Avviżi

PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/25


Pubblikazzjoni skont id-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu

SOMMARJU TAD-DEĊIŻJONI DWAR MIŻURI STRAORDINARJI IMPOSTI FUQ NOVA LJUBLJANSKA BANKA D.D. FIT-18 TA’ DIĊEMBRU 2013

(2014/C 38/09)

Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 31 u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 43 tal-Att dwar il-Bank tas-Slovenja (Uradni List RS (UL RS; Il-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika tas-Slovenja) Nri 72/06 (il-verżjoni uffiċjali kkonsolidata) u 59/11) u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 217 b'rabta mal-Artikolu 253 tal-Att Bankarju (UL RS Nri 99/10 (il-verżjoni uffiċjali kkonsolidata), 52/11 (korrezzjoni), 9/11 (ZPlaSS-B), 35/11, 59/11, 85/11, 48/12, 105/12, 56/13, 63/13-ZS-K u 96/13; minn hawn 'il quddiem “ZBan-1”), il-Bank tas-Slovenja b'dan jimponi fuq Nova Ljubljanska banka d. d., Trg republike 2, 1520 Ljubljana, Slovenia deċiżjoni dwar miżuri straordinarji, u deċiżjoni biex jiġu deprezzati l-obbligazzjonijiet kwalifikati kollha tal-bank u biex jiżdied il-kapital azzjonarju tiegħu permezz tal-pagament ta' kontribuzzjonijiet ġodda bil-għan li fil-bank jiġu stabbiliti mill-ġdid il-kundizzjonijiet biex jinkisbu l-proporzjonijiet meħtieġa.

Il-Bank tas-Slovenja ddeċieda li l-bank qed jopera f’ambjent ta’ riskju miżjud li jista’ jirriżulta fir-revokar tal-awtorizzazzjoni biex jipprovdi servizzi bankarji, u dan minħabba li, abbażi ta' valutazzjoni tal-pożizzjoni finanzjarja tal-bank fit-30 ta’ Settembru 2013, imħejjija taħt is-suppożizzjoni ta’ negozju avvjat, li inkludiet indebolimenti meħtieġa addizzjonalment li ġew identifikati f'analiżi indipendenti tal-portafoll ta’ kreditu, il-bank ma jissodisfax ir-rekwiżiti fir-rigward tal-provvista ta’ kapital minimu.

Skont il-miżura straordinarja li jiġu deprezzati l-obbligazzjonijiet kwalifikati, il-Bank tas-Slovenja ddeċieda li jiddeprezza l-obbligazzjonijiet kwalifikati kollha tal-bank fit-18 ta’ Diċembru 2013. Dawn jinkludu l-kapital azzjonarju tal-bank u l-obbligazzjonijiet lejn il-kredituri minn pretensjonijiet subordinati li jkunu jistgħu jitħallsu lura biss wara li jsir ir-rimborż tal-pretensjonijiet ordinarji kollha kontra l-bank f’każ li dan tal-aħħar ifalli.

L-obbligazzjonijiet kwalifikati tal-bank deprezzati abbażi tad-deċiżjoni dwar miżuri straordinarji jinkludu:

(a)

il-kapital azzjonarju tal-bank, li jammonta għal EUR 184 079 267,12 u huwa maqsum fi 22 056 378 azzjoni ordinarja reġistrata bla valur nominali liberament trasferibbli, denominati NLB li jkollhom l-ISIN SI0021103526, u maħruġa fir-reġistru ċentrali tat-titoli skritturali u mmaniġġjati minn Centralna klirinško depotna družba d.d., Ljubljana (il-Korporazzjoni Ċentrali għall-Ikklerjar tat-Titoli; minn hawn 'il quddiem “il-KDD”), u jirrappreżentaw obbligazzjoni kwalifikata tal-ewwel grad;

(b)

l-obbligazzjonijiet minn strumenti finanzjarji maħruġa mill-bank li jirrappreżentaw obbligazzjoni kwalifikata tat-tielet grad:

Ċedoli Krexxenti ibridi ta’ Grad Tnejn Subordinati b'Rata Varjabbli Perpetwa denominati NOVALI FLOAT 49, li jkollhom l-ISIN NLB XS0208414515, maħruġa fis-17 ta' Diċembru 2004 u mmaniġġjati bħala titoli skritturali fuq kontijiet tas-sistema ta’ kklerjar, amministrati minn Euroclear Bank SA/NV, il-Lussemburgu u Clearstream Banking SA, il-Lussemburgu;

bonds subordinati denominati NLB 26, li jkollhom l-ISIN SI0022103111, maħruġa fl-14 ta’ Lulju 2010 u mmaniġġjati fir-reġistru ċentrali tat-titoli skritturali, amministrati minn KDD; huma bdew irendu l-imgħax fl-24 ta’ Mejju 2010;

selfa ibrida subordinata b'rata varjabbli perpetwa mħallsa abbażi tal-ftehim konkluż fid-19 ta’ Ġunju 2007 mas-sellief Merrill Lynch International Bank Limited, il-fergħa ta’ Londra; u

self subordinat li l-bank irċieva abbażi tal-ftehim konkluż fil-31 ta’ Mejju 2006 mal-fergħa ta' Dublin tal-KBC Bank NV.

Skont id-deċiżjoni dwar il-miżuri straordinarji, il-kapital azzjonarju tal-bank tnaqqas għal żero (0) minħabba d-deprezzament tal-obbligazzjonijiet kwalifikati. Minħabba t-tnaqqis fil-kapital azzjonarju, 22 056 378 mill-azzjonijiet tal-bank, denominati NLB u li kellhom l-ISIN SI0021103526, maħruġa fir-reġistru ċentrali tat-titoli skritturali mmaniġġjati minn KDD, ġew ikkanċellati fit-18 ta’ Diċembru 2013 permezz tad-deċiżjoni dwar il-miżuri straordinarji.

B'segwitu għad-deprezzament tal-obbligazzjonijiet kwalifikati, il-kapital azzjonarju tal-bank ġie miżjud permezz ta' kontribuzzjonijiet ġodda mħallsa fit-18 ta’ Diċembru 2013, abbażi tad-deċiżjoni dwar il-miżuri straordinarji.

Abbażi tad-deċiżjoni dwar il-miżuri straordinarji, ir-Repubblika tas-Slovenja investiet f'20 000 000 azzjoni tal-bank li kienu għadhom kemm inħarġu li jammontaw għal total ta’ EUR 1 551 000 000. B'segwitu għaż-żieda, il-kapital azzjonarju tal-bank jammonta għal EUR 200 000 000 u huwa maqsum f’20 000 000 azzjoni bla valur nominali. L-azzjonijiet il-ġodda se jinħarġu f’forma skritturali; huma liberament trasferibbli u se jiddaħħlu fir-reġistru tal-KDD.

B'segwitu għaż-żieda, il-kapital azzjonarju tal-bank jissodisfa mill-ġdid ir-rekwiżiti tal-Bank tas-Slovenja fir-rigward tal-proporzjonijiet tal-adegwatezza kapitali.

Skont it-tielet paragrafu tal-Artikolu 253 ta’ ZBan-1, il-miżuri straordinarji huma meqjusa bħala miżuri ta’ riorganizzazzjoni, kif stabbilit fid-Direttiva 2001/24/KE.

Skont l-Artikolu 350a ta’ ZBan-1, l-azzjonisti, il-kredituri u persuni oħra li d-drittijiet tagħhom huma affettwati mid-deċiżjoni tal-Bank tas-Slovenja dwar il-miżura straordinarja, jistgħu jitolbu lill-Bank tas-Slovenja biex jagħtihom rimborż għad-danni, bil-kundizzjoni li jagħtu prova li d-danni li jkunu seħħew b'konsegwenza tal-effetti tal-miżura straordinarja jkunu akbar mid-danni li setgħu ġġarrbu kieku ma ġietx imposta l-miżura straordinarja. Tista’ tinġieb azzjoni kontra l-Bank tas-Slovenja fil-qorti kompetenti f’Ljubljana (pereż. il-Qorti Lokali jew il-Qorti Distrettwali f’Ljubljana).

Il-bank jista’ jressaq appell kontra d-deċiżjoni dwar il-miżuri straordinarji fil-Qorti Amministrattiva tar-Repubblika tas-Slovenja fi żmien 15-il jum mill-għoti tad-deċiżjoni lill-membri kollha tal-bord ta’ tmexxija. L-azzjonisti tal-bank li l-interessi ta’ parteċipazzjoni totali tagħhom jammontaw għal mill-inqas wieħed minn kull għaxra tal-kapital azzjonarju tal-bank, sabiex jeżerċitaw id-dritt għall-protezzjoni ġudizzjarja kontra d-deċiżjoni tal-Bank tas-Slovenja dwar l-istralċ tal-bank jew il-miżura straordinarja, jistgħu jitolbu li l-bord ta' tmexxija tal-bank, jew l-amministrazzjoni speċjali jekk tkun inħatret waħda, isejjaħ laqgħa ġenerali tal-azzjonisti tal-bank, bi proposta li l-laqgħa ġenerali tillibera lill-persuni awtorizzati li jirrappreżentaw lill-bank, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 347 ta’ ZBan-1, u taħtar persuni oħra biex jirrappreżentaw lill-bank fil-proċeduri ta’ protezzjoni ġudizzjarja kontra d-deċiżjoni tal-Bank tas-Slovenja.

Ljubljana, l-20 ta’ Diċembru 2013.

Boštjan JAZBEC

Gvernatur


PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

8.2.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 38/27


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7168 – Lukoil/ISAB/ISAB Energy/ISAB Energy Services)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2014/C 38/10)

1.   

Fit-30 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża ISAB S.r.l. (ir-Repubblika Taljana) kkontrollata minn Lukoil (il-Federazzjoni Russa) takkwista fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-Kontroll sħiħ ta' l-impriżi ISAB Energy S.r.l. (ir-Repubblika Taljana) u ISAB Energy Services S.r.l. (ir-Repubblika Taljana) permezz ta' xiri ta' assi.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Lukoil: l-esplorazzjoni u l-produzzjoni ta' żejt u gass, il-produzzjoni u l-bejgħ ta' prodotti taż-żejt mhux maħdum u l-kummerċjalizzazzjoni ta' dawn il-prodotti,

Għal ISAB S.r.l.: il-parteċipazzjoni fis-sjieda tar-raffinerija ISAB, kumpless petrokomiku li jinsab fi Priolo Gargallo, Sqallija,

għal ISAB Energy S.r.l.: il-parteċipazzjoni fis-sjieda kif ukoll l-funzjonament tal-impjant tal-ġenerazzjoni tal-elettriku taċ-Ċiklu Kkombinat ta' Gassifikazzjoni Integrata fi Sqallija,

għal ISAB Energy Services S.r.l.: il-forniment ta' servizzi operattivi u ta' manutenzjoni b'rabta mal-utilitajiet u l-impjanti elettriċi tal-enerġija u l-fwar kif ukoll ir-raffineriji.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7168 – Lukoil/ISAB/ISAB Energy/ISAB Energy Services, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).