ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2014.014.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 14

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 57
18ta' Jannar 2014


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 014/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7028 – CVC/Certain European subsidiaries of Campbell Soup) ( 1 )

1

2014/C 014/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6817 – Allianz/Axa/Covéa/Generali/CSCA/Netproassur) ( 1 )

1

2014/C 014/03

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7080 – Dimension Data/Nextiraone Assets) ( 1 )

2

2014/C 014/04

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

3

2014/C 014/05

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 2 )

4

 

III   Atti preparatorji

 

Il-Bank Ċentrali Ewropew

2014/C 014/06

Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal-10 ta’ Ottubru 2013 dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment u l-kwalità tal-istatistika għall-proċedura ta’ żbilanċi makroekonomiċi (CON/2013/72)

5

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 014/07

Rata tal-kambju tal-euro

8

2014/C 014/08

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (Pubblikazzjoni ta’ titli u ta’ referenzi ta' speċifikazzjonijiet Komunitarji skont ir-Regolament)  ( 1 )

9

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2014/C 014/09

Rapport Speċjali Nru 15/2013 Il-komponent Ambjent tal-Programm LIFE kien effettiv?

10

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2014/C 014/10

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità – Impożizzjoni ta' obbligi tas-servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

11

2014/C 014/11

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità – Impożizzjoni ta' obbligi tas-servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru bi skeda ( 1 )

12

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2014/C 014/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7075 – Cintra/Abertis/Itínere/BIP&Drive JV) ( 1 )

13

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

 

(2)   Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7028 – CVC/Certain European subsidiaries of Campbell Soup)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 14/01

Fil-25 ta’ Ottubru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7028. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.6817 – Allianz/Axa/Covéa/Generali/CSCA/Netproassur)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 14/02

Fit-8 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Franċiż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32014M6817. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/2


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7080 – Dimension Data/Nextiraone Assets)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 14/03

Fid-9 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32014M7080. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/3


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 14/04

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

29.11.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.37436 (13/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Brandenburg

Artikolu 107(3)(a)

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Förderrichtlinie des Ministeriums für Wirtschaft zur Gewährung von Zuwendungen zur Konsolidierung und Standortsicherung für kleine und mittlere Unternehmen im Land Brandenburg (Konsolidierungs- und Standortsicherungsprogramm)

Il-bażi legali

Haushaltsordnung des Landes Brandenburg (Landeshaushaltsordnung — LHO) mit den dazugehörigen Verwaltungsvorschriften (VV-LHO)

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Is-salvataġġ ta' impriżi f'diffikultà, Sunkumus patiriančių įmonių restruktūrizavimas

Il-forma tal-għajnuna

Self f'imgħax favorevoli

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 7,2226 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 1 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2014-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Is-setturi kollha ekonomiċi eliġibbli biex jirċievu l-għajnuna

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Investitionsbank des Landes Brandenburg

Steinstraße 104-106

14480 Potsdam

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/4


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE, għajr f’dak li għandu x’jaqsam mal-prodotti rilevanti mal-Anness I tat-Trattat)

2014/C 14/05

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

4.12.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.37606 (13/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Hessen

Mħallta

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Hessen — HIAP

Il-bażi legali

Beihilferichtlinien für die nachhaltige Bewirtschaftung landwirtschaftlicher und naturschutzfachlich wertvoller Flächen in Hessen, Teil II: Hessisches Integriertes Agrarumweltprogramm (HIAP)

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Impenji agroambjentali

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 1 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 1 (f'miljuni)

L-intensità

100 %

It-tul ta' żmien

1.1.2014-31.12.2014

Setturi ekonomiċi

Produzzjoni ta' għelejjel u annimali, kaċċa u attivitajiet relatati

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Regierungspräsidium Darmstadt

Kreisausschüsse von 16 hessischen Landkreisen

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


III Atti preparatorji

Il-Bank Ċentrali Ewropew

18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/5


OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW

tal-10 ta’ Ottubru 2013

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment u l-kwalità tal-istatistika għall-proċedura ta’ żbilanċi makroekonomiċi

(CON/2013/72)

2014/C 14/06

Introduzzjoni u bażi legali

Fit-2 ta’ Lulju 2013 u fit-12 ta’ Lulju 2013, il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talbiet mingħand il-Parlament Ewropew u mingħand il-Kunsill, rispettivament, għal opinjoni dwar regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-forniment u l-kwalità tal-istatistika għall-proċedura ta’ żbilanċi makroekonomiċi (1) (minn hawn 'il quddiem “ir-regolament propost”).

Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikoli 127(4) u 282(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u l-Artikolu 2 u l-Artikolu 3.1 tal-Istatut tas-Sistema Ewropea ta’ Banek Ċentrali u tal-Bank Ċentrali Ewropew (minn hawn ’il quddiem l-“Istatut tas-SEBĊ”), billi r-regolament propost jinkludi dispożizzjonijiet li għandhom implikazzjonijiet għal ċerti kompiti u objettivi tas-SEBĊ. L-Artikolu 5.1 tal-Istatut tas-SEBĊ jippermetti li l-BĊE jiġbor it-tagħrif statistiku meħtieġ sabiex iwettaq il-kompiti tas-SEBĊ. Skont l-Artikolu 5.3 tal-Istatut tas-SEBĊ, il-BĊE huwa meħtieġ jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni, fejn ikun meħtieġ, tar-regoli u l-prattiċi li jirregolaw il-ġbir, il-kompilazzjoni u t-tqassim tal-istatistika fl-oqsma ta’ kompetenza tiegħu. L-istatistika għall-proċedura ta’ żbilanċi makroekonomiċi hija meħtieġa biex tiddefinixxi politika monetarja, li hija kompitu tas-SEBĊ skont l-Artikolu 127(2) tat-Trattat u l-Artikolu 3.1 tal-Istatut tas-SEBĊ, u sabiex tinżamm l-istabbiltà tal-prezzijiet, li huwa l-objettiv ewlieni tas-SEBĊ skont l-Artikolu 127(1) tat-Trattat u l-Artikolu 2 tal-Istatut tas-SEBĊ.

Skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.

1.    Osservazzjonijiet ġenerali

1.1.

Il-BĊE jenfasizza l-importanza li tiġi żgurata dejta statistika affidabbli għall-proċedura ta' żbilanċi makroekonomiċi (MIP — macroeconomic imbalances procedure) stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 1176/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Novembru 2011 dwar il-prevenzjoni u l-korrezzjoni tal-iżbilanċi makroekonomiċi (2). F’waħda mill-opinjonijiet preċedenti tiegħu (3), il-BĊE appoġġja l-introduzzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011.

1.2.

Skont l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011, it-tabella ta' valutazzjoni tal-MIP għandha tinkludi għadd żgħir ta’ indikaturi makroekonomiċi u makrofinanzjarji rilevanti, prattiċi, sempliċi, li jistgħu jitkejlu u disponibbli għall-Istati Membri. Barra dan, skont l-Artikolu 4(7), il-Kummissjoni għandha tevalwa fuq bażi regolari l-adegwatezza tal-indikaturi, inkluż il-kompożizzjoni tagħhom, il-limiti stabbiliti u l-metodoloġija użata, u għandha taġġustahom u timmodifikahom fejn meħtieġ.

1.3.

F'dan il-kuntest, il-Kummissjoni bdiet inizjattiva leġiżlattiva biex tiżgura il-kwalità statistika tal-MIP. L-inizjattiva għandha l-għan li tiżgura li l-kumpilazzjoni, il-monitoraġġ u l-ħruġ tal-istatistika finanzjarja u makroekonomika relevanti għall-elaborazzjoni tal-indikaturi tat-tabella ta' valutazzjoni tal-MIP stabbilita mill-Kummissjoni fuq il-bażi tal-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 1176/2011 (minn hawn 'il quddiem “dejta relevanti tal-MIP”) titwettaq b’mod li twassal figuri sodi u indipendenti. Ir-regolament propost jistipula li l-Kummissjoni tista’ twettaq missjonijiet biex tinvestiga kull problema u tipproponi li l-Kunsill jimponi multi fuq Stati Membri li jirrappreżentaw b'mod żbaljat, b’mod intenzjonat jew b’negliġenza serja, id-dejta relevanti tal-MIP.

2.    Ġbir ta’ statistika makroekonomika u finanzjarja li tappoġġja Unjoni Ekonomika u Monetarja u politiki oħra tal-Unjoni

2.1.

L-indikaturi għall-MIP huma bħala regola dderivati mill-istatistika finanzjarja u makroekonomika disponibbli, bħall-istatistika tal-bilanċ tal-pagamenti, kontijiet finanzjarji u nazzjonali. Is-Sistema Ewropea tal-Istatistika (ESS — European Statistical System) u s-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali (SEBĊ) (4) ilhom jipproduċu din l-istatistika finanzjarja u makroekonomika għal ħafna snin fl-isferi ta’ kompetenza rispettivi tagħhom u kontinwament japplikaw mekkaniżmi ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità statistika biex jiżguraw li din l-istatistika hija f’konformità mal-istandards internazzjonali tal-istatistika u affidabbli u komparabbli fost l-Istati Membri.

2.2.

Permezz ta’ bilanċ bejn it-tempestività, l-affidabbiltà u l-livell ta’ dettall, l-ESS u s-SEBĊ jipproduċu statistika finanzjarja u makroekonomika tajba għall-użu b’mod kosteffiċjenti. Statistika ta' frekwenza għolja tiġi kkompilata b’inqas dettall biex tiżgura t-tempestività xierqa, filwaqt li statistika iktar dettaljata tipikament issir disponibbli b’distakk itwal ta’ żmien. Din l-istatistika tistrieħ fuq stħarriġ, dejta amministrattiva u stimi neċessarji, flimkien mal-użu ta' teknika statistika u opinjonijiet esperti. Il-proċess sħiħ iqis ukoll il-bżonn li jiġi limitat il-piż tar-rapportar għal dawk li jwieġbu bħal impriżi żgħar u ta’ daqs medju.

L-istatistika finanzjarja u makroekonomika kienet il-bażi għad-deċiżjonijiet tal-politika monetarja u ekonomika fuq livell Ewropew u nazzjonali għal ħafna snin. L-istess statistika hija użata wkoll minn organizzazzjonijiet internazzjonali bħall-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi fir-rapporti tagħhom ta’ sorveljanza.

3.    L-assigurazzjoni ta’ kwalità tal-istatistika tal-ESS u tas-SEBĊ sottostanti għal MIP

3.1.

L-assigurazzjoni ta’ kwalità tal-istatistika finanzjarja u makroekonomika hija ggarantita mill-ESS u s-SEBĊ bħala produtturi tal-istatistika Ewropea. Il-BĊE iqis illi b’mod ġenerali dawn l-arranġamenti ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità pproduċew kwalità għolja ta’ statistika għas-sostenn tal-politika ekonomika u monetarja li sservi l-Unjoni Ekonomika u Monetarja u l-Unjoni kollha.

3.2.

Għall-bilanċ tal-istatistika tal-ħlasijiet, kontijiet finanzjarji, kontijiet nazzjonali, statistika tal-finanzi tal-gvern u statistika tal-prezzijiet, il-leġiżlazzjoni statistika tal-Unjoni fis-seħħ diġa’ tipprovdi għal rapporti ta’ kwalità regolari dwar id-dejta tal-istatistika, li ġeneralment takkompanja inventarji li jinkludu deskrizzjoni tas-sorsi u l-metodi applikati fil-ġbir tal-istatistika.

3.3.

Ir-rapporti ta’ kwalità prodotti mill-ESS u s-SEBĊ jeżaminaw, inter alia, jekk l-istatistika prodotta tikkorrispondix mar-rekwiżiti stipulati fil-liġi tal-Unjoni, jekk humiex affidabbli u komparabbli fost l-Istati Membri, u jekk dawn humiex adegwati għall-finijiet li għalihom huma użati.

3.4.

Il-qafas ta’ kwalità suġġerit mir-Regolament propost jimmira dejta tal-istatistika għall-MIP, filwaqt li jittraskura skopijiet oħrajn ta' politika ekonomika u monetarja. Għalhekk jidher li jistabbilixxi valutazzjonijiet ta’ kwalità b’mod parallel minflok l-integrazzjoni tad-dejta tal-istatistika għall-MIP fl-oqfsa ta' kwalità eżistenti.

3.5.

Konsegwentament, il-BĊE jirrakkomanda li iktar milli jiġi introdott qafas ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità ġdid permezz tar-Regolament propost, l-arranġamenti eżistenti tal-assigurazzjoni ta’ kwalità tal-ESS u s-SEBĊ għandhom jiġu applikati għad-dejta tal-istatistika għall-MIP. Dan il-metodu huwa appoġġjat mill-prinċipji ta' rilevanza tad-dejta, il-kost-effettività u l-minimizzazzjoni tal-piż tar-rapportar kif stipulat fir-Regolament (KE) Nru 223/2009 u Regolament (KE) Nru 2533/98.

4.    Tisħiħ tal-assigurazzjoni ta’ kwalità tal-istatistika permezz ta’ kooperazzjoni mill-qrib tal-ESS u tas-SEBĊ

4.1.

Billi r-responsabbiltajiet għall-produzzjoni tal-istatistika finanzjarja u makroekonomika bħala bażi għall-indikaturi għall-MIP huma kondiviżi bejn l-ESS u s-SEBĊ, kooperazzjoni mill-qrib bejn iż-żewġ sistemi hija meħtieġa biex tiżgura l-kwalità tagħhom, kif rikjesta minn Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 223/2009 u l-Artikolu 2a tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98, u kif emfasizzat mill-Kunsill fil-konklużjonijiet tiegħu dwar l-istatistika tal-UE tat-30 ta’ Novembru 2011 u t-13 ta’ Novembru 2012 (5).

4.2.

Fid-dawl ta’ dak li ssemma hawn fuq, il-BĊE jipponta lejn ix-xogħol mibdi mill-Kumitat dwar l-Istatistika Monetarja, Finanzjarja u tal-Bilanċ tal-Ħlasijiet (CMFB — Committee on Monetary, Financial and Balance of Payments Statistics), bil-ħsieb li tiġi evalwata l-kwalità u komparabbiltà tad-dejta relevanti tal-MIP taħt il-qafas legali attwali tal-istatistika. Is-CMFB jista' jagħti parir ukoll dwar metodi possibbli li jiżviluppaw għarfien pubbliku ta’ dawn il-kwistjonijiet. Ladarba x-xogħol tas-CMFB għamel progress, arranġamenti prattiċi għall-kooperazzjoni bejn l-ESS u s-SEBĊ dwar l-oqfsa ta’ assigurazzjoni ta’ kwalità għad-dejta dwar l-istatistika għall-MIP jistgħu jiġu stipulati f'memorandum ta’ ftehim, jekk meqjus xieraq.

Magħmul fi Frankfurt am Main, l-10 ta’ Ottubru 2013.

Il-President tal-BĊE

Mario DRAGHI


(1)  COM(2013) 342 finali.

(2)  ĠU L 306, 23.11.2011, p. 25.

(3)  Opinjoni tal-BĊE CON/2011/13 tas-16 ta’ Frar 2011 dwar ir-riforma tal-governanza ekonomika fl-Unjoni Ewropea (ĠU C 150, 20.5.2011, p. 1). L-opinjonijiet kollha tal-BĊE huma ppubblikati fil-websajt tal-BĊE fuq http://www.ecb.europa.eu

(4)  Ara Regolament (KE) Nru 223/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2009 dwar l-Istatistika Ewropea (ĠU L 87, 31.3.2009, p. 164) u Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2533/98 tat-23 ta’ Novembru 1998 dwar il-ġbir ta' informazzjoni statistika mill-Bank Ċentrali Ewropew (ĠU L 318, 27.11.1998, p. 8).

(5)  Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-UE, it-3129 laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Brussell, 30 ta’ Novembru 2011 u l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-istatistika tal-UE, it-3198 laqgħa tal-Kunsill għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji, Brussell, 13 ta’ Novembru 2012, disponibbli fuq il-website tal-Kunsill fuq http://www.consilium.europa.eu


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/8


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-17 ta’ Jannar 2014

2014/C 14/07

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3584

JPY

Yen Ġappuniż

141,80

DKK

Krona Daniża

7,4622

GBP

Lira Sterlina

0,82620

SEK

Krona Żvediża

8,7937

CHF

Frank Żvizzeru

1,2332

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,3795

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,458

HUF

Forint Ungeriż

300,72

LTL

Litas Litwan

3,4528

PLN

Zloty Pollakk

4,1645

RON

Leu Rumen

4,5330

TRY

Lira Turka

3,0142

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5455

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4900

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5353

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6443

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7301

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 441,62

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,7760

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,2180

HRK

Kuna Kroata

7,6295

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 426,99

MYR

Ringgit Malażjan

4,4772

PHP

Peso Filippin

61,266

RUB

Rouble Russu

45,5854

THB

Baht Tajlandiż

44,617

BRL

Real Brażiljan

3,2127

MXN

Peso Messikan

18,0908

INR

Rupi Indjan

83,6100


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/9


Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni tal-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 552/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 dwar l-interoperabilità tax-Xibka Ewropea ta’ Amministrazzjoni ta’ Traffiku tal-Ajru (1)

(Pubblikazzjoni ta’ titli u ta’ referenzi ta' speċifikazzjonijiet Komunitarji skont ir-Regolament)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 14/08

Organizzazzjoni

Referenza u titlu tal-ispeċifikazzjoni Komunitarja

Referenza tal-ispeċifikazzjoni Komunitarja sostitwita

Data ta’ tmien il-preżunzjoni ta’ konformità tal-ispeċifikazzjoni Komunitarja sostitwita

Eurocontrol (2)

Spec-0101 Edition 1.1

EUROCONTROL Specification for the Initial Flight Plan (IFPL) (3)

Spec-0101 Edition 1.0

1 Marzu 2014


(1)  ĠU L 96, 31.3.2004, p. 26.

(2)  L-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru: Rue de la Fusée 96, 1130 Brussels, Belgium, tel. +32 27299011, faks +32 27295190.

(3)  https://www.eurocontrol.int/sites/default/files/publication/files/20130614-ifpl-spec-v1.1.pdf


Il-Qorti tal-Awdituri

18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/10


Rapport Speċjali Nru 15/2013 “Il-komponent Ambjent tal-Programm LIFE kien effettiv?”

2014/C 14/09

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 15/2013 “Il-komponent Ambjent tal-Programm LIFE kien effettiv?” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu

Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità “Awditjar: Il-Produzzjoni tar-Rapporti”

12, rue Alcide de Gasperi

1615 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

Posta elettronika: eca-info@eca.europa.eu

jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fuq l-EU-Bookshop.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/11


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Impożizzjoni ta' obbligi tas-servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 14/10

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Dijon–Toulouse (Blagnac)

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-1 ta’ Ġunju 2014

Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test u t-tagħrif u/jew id-dokumenti kollha rilevanti marbutin mal-obbligi ta’ servizz pubbliku

Digriet tat-3 ta’ Diċembru 2013 li jimponi l-obbligi tas-servizz pubbliku fuq is-servizzi tal-ajru bi skeda bejn Dijon u Toulouse

NOR: DEVA1329598A

http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do

Għal aktar tagħrif:

Direction générale de l’aviation civile (Id-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili)

DTA/SDT/T2

50 rue Henry Farman

75720 Paris Cedex 15

FRANCE

Tel. +33 158094321

Posta elettronika: osp-compagnies.dta@aviation-civile.gouv.fr


18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/12


Komunikazzjoni mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 16(4) tar-Regolament (KE) Nru 1008/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar regoli komuni għall-operat ta’ servizzi tal-ajru fil-Komunità

Impożizzjoni ta' obbligi tas-servizz pubbliku marbutin mas-servizzi tal-ajru bi skeda

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 14/11

Stat Membru

Franza

Rotta kkonċernata

Dijon–Bordeaux (Mérignac)

Data tad-dħul fis-seħħ tal-obbligi tas-servizz pubbliku

L-1 ta’ Ġunju 2014

Indirizz mnejn jistgħu jinkisbu t-test u t-tagħrif u/jew id-dokumenti kollha rilevanti marbutin mal-obbligi ta’ servizz pubbliku

Digriet tat-3 ta’ Diċembru 2013 li jimponi l-obbligi tas-servizz pubbliku fuq is-servizzi tal-ajru bi skeda bejn Dijon u Bordeaux

NOR: DEVA1329594A

http://www.legifrance.gouv.fr/initRechTexte.do

Għal aktar tagħrif:

Direction générale de l’aviation civile (Id-Direttorat Ġenerali tal-Avjazzjoni Ċivili)

DTA/SDT/T2

50 rue Henry Farman

75720 Paris Cedex 15

FRANCE

Tel. +33 158094321

Posta elettronika: osp-compagnies.dta@aviation-civile.gouv.fr


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

18.1.2014   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 14/13


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.7075 – Cintra/Abertis/Itínere/BIP&Drive JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2014/C 14/12

1.

Fl-14 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skpont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Cintra Infraestructuras, SA, ikkontrollata minn Ferrovial Group (“Cintra”, Spanja), Abertis Autopistas España, SA (“Abertis”, Spanja), ikkontrollata minn Abertis Group (“Abertis Autopistas”) u Itínere Infraestructuras, SA, fl-aħħar ikkontrollata minn Citigroup (“Itínere”, Spanja) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tal-impriża BIP&Drive SA (“BIP&Drive”, Spanja) permezz ta' xiri ta' ishma f'kumpanija ġdida li tikkontitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

għal Cintra: il-bini ta' triqat u awtostradi u l-amministrazzjoni tal-konċessjonijiet tat-toroq bil-pedaġġ fiż-ŻEE u fl-Amerika ta' Fuq,

għal Abertis: l-amministrazzjoni tal-infrastrutturi ta' mobbiltà u tat-telekomunikazzjonijiet, jiġifieri toroq bil-pedaġġ, telekomunikazzjonijiet u ajruporti madwar id-dinja,

għal Itínere: l-amministrazzjoni tal-konċessjonijiet tal-awtostradi fi Spanja,

għal BIP&Drive: id-distribuzzjoni ta' apparati elettroniċi gaħll-pedaġġ magħrufa bħala “OBE” (on-board equipment) li jippermetti għal ħlas elettroniku tal-pedaġġ fuq l-awtostradi fi Spanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7075 – Cintra/Abertis/Itínere/BIP&Drive JV, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).