ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.376.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 376/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7101 – Brookfield Property/Starwood/Interhotel Portfolio) ( 1 ) |
|
2013/C 376/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7118 – AXA/Norges Bank/SZ Tower) ( 1 ) |
|
2013/C 376/03 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.6982 – Altor Fund III/TryghedsGruppen/Elixia/HFN Group) ( 1 ) |
|
2013/C 376/04 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7087 – Vitol/Carlyle/Varo) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2013/C 376/05 |
||
2013/C 376/06 |
Abbozz ta' Strateġija dwar il-Ġustizzja elettronika Ewropea 2014-2018 |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 376/07 |
||
|
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI |
|
2013/C 376/08 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
2013/C 376/09 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
2013/C 376/10 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri rigward l-għeluq tas-sajd |
|
2013/C 376/11 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
2013/C 376/12 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
2013/C 376/13 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd |
|
2013/C 376/14 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 376/15 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7133 – Investindustrial/KKR/Resort Holdings) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.7101 – Brookfield Property/Starwood/Interhotel Portfolio)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 376/01
Fit-13 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7101. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.7118 – AXA/Norges Bank/SZ Tower)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 376/02
Fis-16 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7118. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.6982 – Altor Fund III/TryghedsGruppen/Elixia/HFN Group)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 376/03
Fid-29 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M6982. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/2 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.7087 – Vitol/Carlyle/Varo)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 376/04
Fis-17 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7087. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/3 |
Laqgħa tal-Kunsill Impjiegi, Politika Soċjali, Saħħa u Affarijiet tal-Konsumatur fid-9 u l-10 ta' Diċembru 2013
2013/C 376/05
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA:
1. |
IFAKKAR li taħt l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, għandu jiġi żgurat livell għoli ta' protezzjoni tas-saħħa tal-bniedem fid-definizzjoni u l-implimentazzjoni tal-politiki u l-attivitajiet kollha tal-Unjoni, kif ukoll li l-azzjoni tal-Unjoni għandha tikkumplementa l-politiki nazzjonali u tkun diretta lejn it-titjib tas-saħħa pubblika, għandha wkoll tinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-qasam tas-saħħa pubblika u, jekk neċessarju, tagħti appoġġ lill-azzjoni tagħhom, u tirrispetta b'mod sħiħ ir-responsabbiltajiet tal-Istati Membri għall-organizzazzjoni u t-twassil tas-servizzi tas-saħħa u l-kura medika; |
2. |
IFAKKAR li l-Kunsill, fil-konklużjonijiet tiegħu dwar sistemi tas-saħħa moderni, reattivi u sostenibbli, adottati fis-6 ta' Ġunju 2011, stieden lill-Istati Membri u l-Kummissjoni jibdew proċess ta' riflessjoni taħt l-awspiċi tal-Grupp ta' Ħidma dwar is-Saħħa Pubblika fil-Livell Għoli li għandu l-għan li jidentifika metodi effettivi għall-investiment fis-saħħa, sabiex issir ħidma għal sistemi tas-saħħa moderni, reattivi u sostenibbli; |
3. |
IFAKKAR l-impenn sabiex jinkisbu l-objettivi ta' Ewropa 2020 ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv inkluża l-koordinazzjoni ta' sforzi nazzjonali permezz taċ-ċiklu annwali ta' koordinazzjoni tal-politika ekonomika, is-Semestru Ewropew; |
4. |
IFAKKAR li l-isfidi, l-objettivi u l-prinċipji identifikati fil-White Paper “Flimkien għas-Saħħa: Approċċ Strateġiku għall-UE” adottata mill-Kummissjoni fit-23 ta' Ottubru 2007 u kkonfermata mill-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-5-6 ta' Diċembru 2007 jibqgħu validi u jikkontribwixxu għall-kisba tal-mira ta' Ewropa 2020; |
5. |
IFAKKAR dwar il-Konklużjonijiet tal-Kunsill “Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni” tal-20-21 ta' Ġunju 2013 (1), il-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u r-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi fil-Kuntest tas-Semestru Ewropew tat-28 ta' Frar 2013 (2) u l-approvazzjoni tar-Rapport tal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali dwar ir-riformi tal-politika soċjali għat-tkabbir u l-koeżjoni fil-kuntest tal-Evalwazzjoni tas-Semestru Ewropew tal-2013 fil-politiki tal-impjiegi u dawk soċjali tal-15 ta' Ottubru 2013 (3); |
6. |
JIEĦU NOTA tal-progress miksub fil-proċess ta' riflessjoni, f'dak li jirrigwarda l-inklużjoni tas-saħħa f'politiki oħrajn fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropa 2020, l-identifikazzjoni tat-temi għal kooperazzjoni eqreb possibbli fost l-Istati Membri, l-iskambju tal-aħjar prattiki u progress lejn kooperazzjoni aktar ikkoordinata fil-livell tal-UE sabiex ikunu appoġġati l-Istati Membri, fejn hu xieraq, fl-isforzi tagħhom sabiex jassiguraw li s-sistemi tas-saħħa tagħhom jegħlbu sfidi futuri; |
7. |
JILQA' l-ħidma li għaddejja dwar il-proċess ta' riflessjoni dwar il-ħames objettivi definiti:
|
WAQT LI JIKKUNSIDRA LI:
(a) |
matul il-perijodu tal-ewwel tliet Semestri Ewropej, ir-rwol tal-kwistjonijiet tas-saħħa ġie rinfurzat b'mod konsistenti u t-ton u l-kuntest tar-referenzi għar-riformi fis-sistemi tas-saħħa evolvew, bil-għan doppju li jkun assigurat l-aċċess ugwali u universali għal kura tas-saħħa ta' kwalità għolja kif ukoll il-fondi bbażati fuq il-prinċipju ta' solidarjetà u użu aktar effiċjenti tar-riżorsi pubbliċi li issa huwa inkluż bħala għan tal-politika fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni għall-2013; |
(b) |
is-saħħa tan-nies, minbarra li hija valur fiha nnifisha, jista' jkollha influwenza pożittiva fuq eżiti ekonomiċi bħall-provvista tax-xogħol u l-produttività, il-kapital uman, u l-infiq pubbliku ġenerali u għalhekk għandha rwol ewlieni fil-kisba tal-objettivi ta' Ewropa 2020 u fi ħdan is-Semestru Ewropew; |
(c) |
l-Istati Membri għandhom għalhekk jitrattaw ir-riskji soċjali u ta' saħħa matul il-ħajja tan-nies, b'kont meħud partikolarment tal-benefiċċji ta' prevenzjoni bikrija tal-mard u l-promozzjoni tas-saħħa kif ukoll il-kura, l-iżgurar tal-aċċess universali għal servizzi tal-kura tas-saħħa ta’ kwalità għolja u l-immodernizzar tas-sistemi tal-kura tas-saħħa biex jittejbu l-kosteffettività, l-aċċessibbiltà u s-sostenibbiltà tagħhom; |
(d) |
l-infiq kosteffettiv u effiċjenti fuq is-saħħa huwa tip ta' nfiq produttiv u favur it-tkabbir u l-investiment fis-saħħa għandu jkun rikonoxxut bħala kontribut għat-tkabbir ekonomiku u l-koeżjoni soċjali; |
(e) |
l-Istati Membri jaffaċċaw sfidi komuni minħabba popolazzjoni li qed tixjieħ, il-piż ta' mard kroniku, sfidi relatati ma' mard li jittieħed, bidliet fil-ħtiġijiet tal-popolazzjoni, inugwaljanzi fis-saħħa, żieda fl-aspettattivi tal-pazjenti u l-ispejjeż li dejjem jiżdiedu tal-kura tas-saħħa kif ukoll ir-riżorsi li dejjem qed jonqsu disponibbli għas-sistemi tas-saħħa tal-Istati Membri minħabba s-sitwazzjoni ekonomika attwali; |
(f) |
il-koordinazzjoni mtejba tal-politika ekonomika tista' teħtieġ koordinazzjoni aktar b'saħħitha fil-livell tal-UE fil-qasam tas-saħħa, filwaqt li jiġi rrispettat l-Artikolu 168 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; |
(g) |
il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard huma fatturi ewlenin għas-sostenibbiltà fit-tul tas-sistemi tas-saħħa kif ukoll biex wieħed iżid aktar snin ta' saħħa tajba f'ħajtu; |
(h) |
il-proċessi ta' tfassil ta' politika u ta' teħid ta' deċiżjonijiet għandhom ikunu, sa fejn hu possibbli, ibbażati fuq l-evidenza u appoġġati minn sistemi ta' informazzjoni dwar is-saħħa adegwati; |
(i) |
investimenti fis-saħħa ffinanzjati, fost l-oħrajn, permezz ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment jistgħu jkunu fattur importanti tas-sostenibbiltà tas-sistemi tas-saħħa, madankollu l-potenzjal sħiħ għall-użu aħjar ta' Fondi Strutturali u ta' Investiment għall-investimenti fis-saħħa mill-Istati Membri fil-perijodu 2014-2020 għad irid jinkiseb; |
(j) |
jittejbu l-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi tas-saħħa u għalhekk tittejjeb is-sostenibbiltà tagħhom; |
(k) |
ir-rwol tal-UE fil-qasam tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa (HSPA) f'koordinazzjoni u kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn, b'mod partikolari l-OECD u l-WHO jista' jiġi intensifikat aktar, filwaqt li jiġi allinjat mas-sistemi eżistenti; |
(l) |
l-Istati Membri jeħtieġu jsostnu l-provvista ta' farmaċewtiċi u apparat mediku affordabbli, innovattivi, effettivi u sikuri lill-popolazzjoni tagħhom filwaqt li tkun issalvagwardjata s-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi tas-saħħa. |
JILQA':
(a) |
ir-riżultati tal-proċess ta' riflessjoni taħt l-awspiċi tal-Grupp ta' Ħidma dwar is-Saħħa Pubblika f'Livell Għoli bl-għan li jiġu identifikati modi effettivi ta' investiment fis-saħħa, sabiex issir ħidma għal sistemi tas-saħħa moderni, reattivi u sostenibbli; |
(b) |
ir-riżultati tal-proċess ta' riflessjoni dwar approċċi innovattivi għal mard kroniku fis-sistemi pubbliċi tas-saħħa u tal-kura tas-saħħa; |
(c) |
l-approċċ deskritt fid-Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar “L-Investiment fis-Saħħa” adottat bħala parti mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni, “Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni” (“Pakkett ta' Investiment Soċjali”) kif adottat fit-18 ta' Frar 2013 (4) li jenfasizza li s-saħħa hija valur fiha nnifisha kif ukoll prekondizzjoni għall-prosperità ekonomika u l-koeżjoni soċjali; |
(d) |
il-progress li sar mis-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu fl-implimentazzjoni tal-pjan strateġiku tagħha, kif ukoll it-tisħiħ tal-kooperazzjoni reġjonali li nbdiet mill-għażla ta' siti ta' referenza; |
(e) |
żvilupp u konsolidazzjoni ulterjuri, filwaqt li tiġi evitata d-duplikazzjoni tax-xogħol, ta' sistema ta' informazzjoni u ta' monitoraġġ tas-saħħa fil-livell tal-UE bbażata fuq l-Indikaturi Bażiċi tas-Saħħa Ewropej (ECHI) u sistemi eżistenti tal-monitoraġġ tas-saħħa u tar-rappurtar bħala riżultat ta' kooperazzjoni bejn l-Istati Membri appoġġati mill-Programmi ta' Azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-Saħħa; |
JISTIEDEN LILL-ISTATI MEMBRI SABIEX:
(a) |
jivvalutaw, kif xieraq, l-impatti possibbli tar-riformi tas-sistemi tas-saħħa kif ippreżentati fil-Programmi ta' Riforma Nazzjonali, inkluż effetti diretti u mhux diretti fuq is-saħħa, il-faqar tal-popolazzjoni, ir-rati tal-impjieg, il-produttività u l-kompetittività; |
(b) |
jiżguraw koordinazzjoni xierqa bejn il-formazzjonijiet rilevanti tal-Kunsill (eż. EPSCO, ECOFIN eċċ.) li jittrattaw l-aspetti differenti tas-saħħa fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020 u s-Semestru Ewropew sabiex tittejjeb il-kwalità tad-djalogu politiku u sabiex jiżdied il-valur miżjud tad-diskussjonijiet tal-UE dwar politiki tas-saħħa li qegħdin jaffaċċaw sfidi li jmorru lil hinn minn sempliċi sostenibbiltà fiskali; |
(c) |
ikomplu d-djalogu mmirat lejn it-titjib tal-użu effettiv tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment (ESIF) għall-investimenti fis-saħħa u sabiex isir skambju ta' prattiki tajba dwar ippjanar, implimentazzjoni, monitoraġġ u soluzzjoni tal-problemi fil-perijodu 2014-2020 abbażi tal-eżiti tal-proċess ta' riflessjoni dwar dik it-tema, u b'mod partikolari l-għodda għall-użu effiċjenti tal-ESIF għall-investimenti fis-saħħa; |
(d) |
jistabbilixxu u jiżviluppaw, fuq bażi volontarja, politiki u programmi nazzjonali dwar forom integrati tal-kura u jiffurmaw mill-ġdid it-twassil frammentat tas-servizzi tas-saħħa u dawk soċjali billi:
|
(e) |
jużaw il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa (HSPA) għat-tfassil tal-politika, ir-responsabbiltà u t-trasparenza; |
(f) |
jikkunsidraw l-iżvilupp tar-repożitorju ta' prattiki tajba li jista' jipprovdi illustrazzjoni għall-modernizzazzjoni b'suċċess tas-sistemi tas-saħħa u l-kura u jgħin biex jittejbu l-aqwa soluzzjonijiet, filwaqt li titqies il-ħidma tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjiħ Attiv u b'Saħħtu; |
(g) |
jitolbu lill-Grupp ta' Ħidma dwar is-Saħħa Pubblika fil-Livell Għoli:
|
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI U LILL-ISTATI MEMBRI BIEX:
(a) |
ikomplu r-riflessjonijiet dwar ir-rappreżentazzjoni adegwata tas-saħħa fil-qafas tal-Istrateġija Ewropa 2020 sabiex ikun żgurat li din il-kwistjoni strateġika tiġi inkluża anke waqt eżerċizzji futuri tas-Semestru Ewropew, soġġett għall-evalwazzjoni li jmiss ta' dan il-proċess; |
(b) |
jiżguraw il-koordinazzjoni neċessarja fil-livell nazzjonali u tal-UE sabiex is-settur tas-saħħa jiġi rrappreżentat b'mod adegwat fil-proċess tas-Semestru Ewropew, u biex jiġu simplifikati l-valutazzjonijiet tal-kura tas-saħħa li għaddejjin fil-livell tal-UE, b'mod partikolari permezz ta' koordinazzjoni u kooperazzjoni msaħħa mal-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali u l-Kumitat tal-Politika Ekonomika, u billi tiġi eżaminata u stabbilita relazzjoni ta' ħidma bejn il-Grupp ta' Ħidma dwar is-Saħħa Pubblika fil-Livell Għoli u l-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali; |
(c) |
ikomplu l-eżerċizzju ta' monitoraġġ sabiex tiġi indirizzata t-tema tas-saħħa fil-proċess tas-Semestru Ewropew, anke billi jsir skambju ta' informazzjoni mal-Istati Membri dwar żviluppi nazzjonali, u sabiex mill-kunċett ta' “aċċess għall-kura tas-saħħa ta' kwalità tajba” jinħarġu kriterji ta' valutazzjoni operattivi, fost l-oħrajn għall-iskopijiet ta' sommarji tematiċi dwar is-Sistemi tas-Saħħa; |
(d) |
ikomplu r-riflessjoni, fuq bażi volontarja, dwar aspetti li jista' jkollhom impatt fuq id-disponibbiltà, l-aċċessibbiltà, il-prezzijiet, l-ispejjeż, is-sigurtà tal-pazjenti u l-innovazzjoni tal-farmaċewtiċi u l-apparat mediku u, fejn hu rilevanti, dwar sistemi li jiffaċilitaw l-aċċess, filwaqt li jiġu rrispettati bis-sħiħ l-oqsma ta' kompetenza tal-Istati Membri; |
(e) |
jaqsmu l-għarfien, l-esperjenza u l-aħjar prattika dwar:
|
(f) |
tittejjeb il-koordinazzjoni dwar il-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-Saħħa fil-livell tal-UE billi:
|
(g) |
jikkooperaw bil-għan li tiġi stabbilita sistema ta' informazzjoni dwar is-saħħa tal-UE sostenibbli u integrata, mibnija fuq dak li diġà nkiseb permezz ta' gruppi u proġetti differenti, bħall-proġetti ECHI-ECHIm, u b'mod partikolari jiġi esplorat il-potenzjal ta' konsorzju komprensiv Ewropew ta' infrastruttura għar-riċerka tal-informazzjoni dwar is-saħħa bħala għodda; |
(h) |
itejbu l-koordinazzjoni fil-livell tal-UE u jiżviluppaw azzjoni konkreta tal-UE għat-tnaqqis tal-piż tal-mard kroniku, inkluż billi: tiġi identifikata u tixxerred il-prattika tajba billi tintuża l-“Azzjoni Konġunta li tindirizza l-mard kroniku u tippromwovi t-tixjiħ attiv matul iċ-ċiklu tal-ħajja”, jiġu promossi l-prevenzjoni bikrija u l-immaniġġjar moderni u effettivi ta' mard kroniku kif ukoll l-investimenti fil-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, tiġi indirizzata l-multimorbożità, tiġi allinjata l-aġenda ta' riċerka mal-ħtiġijiet tas-saħħa pubblika, jintuża l-għarfien mix-xjenza komportamentali u dixxiplini oħrajn, l-allinjament ma' proċessi internazzjonali oħrajn u l-kooperazzjoni ma' organizzazzjonijiet internazzjonali; |
(i) |
jikkooperaw bil-għan li jiġu evalwati l-inizjattivi tal-UE relatati mal-għoti ta' setgħat lill-pazjenti, u jitressqu ideat għal azzjonijiet ta' politika għall-ħolqien ta' kundizzjonijiet favorevoli u l-iżvilupp ta' gwida għall-għoti ta' setgħat lill-pazjenti; |
JISTIEDEN LILL-KUMMISSJONI BIEX:
(a) |
tappoġġa l-iskambji tal-aħjar prattiki u t-tagħlim reċiproku fost l-Istati Membri dwar l-użu effettiv u usa' tal-Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment għall-investimenti fis-saħħa; |
(b) |
tappoġġa proġetti ta' kura integrata, b'enfasi speċjali fuq is-setgħat tal-pazjenti u l-immaniġġjar u l-prevenzjoni ta' mard kroniku; |
(c) |
tappoġġa Stati Membri permezz tal-użu tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tas-sistemi tas-saħħa (HSPA); |
(d) |
tippreżenta l-evalwazzjoni tal-kunċett u l-approċċ tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjieħ Attiv u b'Saħħtu fl-ewwel semestru tal-2014, u tirrapporta darbtejn fis-sena dwar l-istat attwali tas-Sħubija Ewropea għall-Innovazzjoni dwar it-Tixjieħ Attiv u b'Saħħtu, il-progress li sar s'issa u l-passi li jmiss. |
(1) 11487/13.
(2) 6936/13.
(3) 13958/1/ REV1.
(4) 6380/13 ADD 7.
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/7 |
ABBOZZ TA' STRATEĠIJA DWAR IL-ĠUSTIZZJA ELETTRONIKA EWROPEA 2014-2018
2013/C 376/06
I. DAĦLA
1. |
L-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Pluriennali dwar il-Ġustizzja elettronika 2009-2013 ikkostitwixxa pass ulterjuri fl-iżvilupp tal-Ġustizzja elettronika. Id-dimaterjalizzazzjoni tal-proċedimenti legali u l-użu ta' mezzi elettroniċi fil-komunikazzjoni bejn dawk kollha involuti f'attivitajiet ġudizzjarji saret element importanti fil-funzjonament effiċjenti tal-ġudikatura fl-Istati Membri. L-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej għandhom rieda komuni li jkomplu l-bini tas-sistema tal-Ġustizzja elettronika Ewropea. |
2. |
Il-Ġustizzja elettronika Ewropea timmira lejn l-użu u l-iżvilupp ta' teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni għas-servizz tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri, b'mod partikolari f'sitwazzjonijiet transkonfinali, bil-ħsieb li jingħata aċċess akbar għall-ġustizzja u l-informazzjoni ġudizzjarja liċ-ċittadini, in-negozji, il-prattikanti tal-liġi u biex tiġi ffaċilitata aktar l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji u l-Istati Membri. Hija tħabrek biex ittejjeb l-effettività tas-sistema ġudizzjarja nnifisha filwaqt li tirrispetta l-indipendenza u d-diversità tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri kif ukoll tad-drittijiet fundamentali. |
3. |
B'mod partikolari, jeħtieġ li l-Ġustizzja elettronika Ewropea tkompli tiġi żviluppata bħala servizz dirett għaċ-ċittadini Ewropej li se jibbenefikaw mill-valur miżjud tagħha, inkluż permezz tal-Portal tal-Ġustizzja elettronika. Għandu jiġi żgurat li l-utenti tas-sistema tal-Ġustizzja elettronika Ewropea, inkluż iċ-ċittadini, ikunu jistgħu jieħdu b'mod rapidu l-benefiċċji prattiċi tal-għodod tal-Ġustizzja elettronika. |
4. |
Ir-riżultati diġà miksuba, ir-restrizzjonijiet li jinqalgħu u l-objettivi previsti għall-futur jeħtieġu strateġija komprensiva tal-Ġustizzja elettronika Ewropea biex iwasslu l-impenn u l-parteċipazzjoni f'livell strateġiku. L-Istrateġija għall-Ġustizzja elettronika Ewropea 2014-2018 għandha l-għan li tibni fuq il-ħidma li diġà saret. |
II. KUNTEST TAL-IŻVILUPP TAL-ĠUSTIZZJA ELETTRONIKA FIL-LIVELL EWROPEW
1. Sfond
5. |
F'Ġunju 2007, il-Kunsill ĠAI ddeċieda li għandha titwettaq ħidma bil-ħsieb tal-iżvilupp, f'livell Ewropew, tal-użu tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien ta' portal Ewropew biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-ġustizzja f'sitwazzjonijiet transkonfinali. |
6. |
Bi tweġiba għall-Kunsill, il-Kummissjoni ppreżentat il-Komunikazzjoni tagħha “Lejn Strateġija Ewropea dwar il-Ġustizzja Elettronika” ta' Ġunju 2008 (1) maħsuba biex tippromwovi l-iżvilupp ta' għodod tal-Ġustizzja elettronika fil-livell Ewropew f'koordinazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri. L-objettiv kien li toħloq sinerġiji bejn l-isforzi fil-livelli Ewropej u nazzjonali fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika u li toffri ekonomiji ta' skala fil-livell Ewropew. |
7. |
Fil-laqgħa tiegħu tad-19 u l-20 ta' Ġunju 2008 l-Kunsill Ewropew laqa' l-inizjattiva biex “jiġi stabbilit progressivament portal uniku tal-e-Justice tal-Unjoni Ewropea sa tmiem l-2009.” L-għan ta' dan il-Portal ikun li jiġi pprovdut punt ta' aċċess uniku, multilingwistiku, faċli għall-utenti (“punt ta' kuntatt waħdieni”) għas-sistema tal-Ġustizzja elettronika Ewropea kollha, jiġifieri għal siti elettroniċi u/jew servizzi ta' informazzjoni Ewropej u nazzjonali. |
8. |
L-ewwel Pjan ta' Azzjoni pluriennali għall-Ġustizzja Elettronika Ewropea (2009-2013), imħejji b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni u l-Parlament Ewropew, ġie adottat mill-Kunsill ĠAI f'Novembru 2008. |
9. |
Flimkien mal-adozzjoni tal-ewwel Pjan ta' Azzjoni, il-Kunsill approva l-istabbiliment ta' struttura ta' ħidma ġdida. Il-Gruppi ta' Ħidma tal-Kunsill dwar il-Leġislazzjoni elettronika sussegwentement wettaq ħidma konsiderevoli biex iwettaq il-mandat mogħti lilu mill-Kunsill. Il-biċċa l-kbira tal-għanijiet stabbiliti fl-ewwel Pjan ta' Azzjoni nkisbu u l-ħidma relatata għadha għaddejja. |
10. |
Il-Parlament Ewropew wera l-interess tiegħu fil-ħidma mwettqa fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika. Fit-18 ta' Diċembru 2008 huwa adotta Riżoluzzjoni dwar il-Ġustizzja elettronika (2), li fiha stqarr, fost l-oħrajn, li għandu jitwaqqaf mekkaniżmu adatt biex jiżgura li leġiżlazzjoni futura titfassal b'mod li tkun tista' tintuża f'applikazzjonijiet online. Huwa adotta wkoll Riżoluzzjoni dwar il-Ġustizzja elettronika fil-laqgħa Plenarja tiegħu tat-22 ta' Ottubru 2013 (3), fejn appella biex jiżdied l-użu ta' applikazzjonijiet elettroniċi, il-proviżjoni elettronika tad-dokumenti, l-użu ta' vidjokonferenzi u l-interkonnessjoni tar-reġistri ġudizzjarji u amministrattivi biex titnaqqas aktar l-ispiża tal-proċedimenti ġudizzjarji u barra mill-qorti. |
2. Kisbiet ewlenin
11. |
Il-Portal tal-Ġustizzja Elettronika, li huwa ospitat u mħaddem mill-Kummissjoni f'konformità mal-linji gwida tal-Kunsill, ġie ppreżentat fis-16 ta' Lulju 2010. Dan l-iżvilupp ta' din il-website mill-Istati Membri u l-Kummissjoni avvanza b'mod kostanti fil-forma ta' funzjonalitajiet ġodda (bħal forom elettroniċi dinamiċi) u ż-żieda regolari ta' kontenut ġdid. Il-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika għandu l-għan li jservi ta' “punt ta' kuntatt waħdieni” għaċ-ċittadini u l-professjonisti legali Ewropej, li jippermettilhom jiksbu, fil-lingwa tagħhom stess, informazzjoni dwar il-proċeduri Ewropej u nazzjonali u l-funzjonament tal-ġustizzja. |
12. |
Diversi Stati Membri diġà żviluppaw u pparteċipaw f'għadd ta' proġetti pilota fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika, pereżempju bil-ħsieb li jiġu interkonnessi r-reġistri tal-insolvenza tal-Istati Membri u jiġu introdotti żviluppi tekniċi sinifikanti. Infrastruttura għall-Ġustizzja elettronika Ewropea qed tiżviluppa gradwalment. Element importanti huwa ffurmat bl-infrastruttura teknika u organizzattiva għall-iskambju sigur tad-data legali bejn il-ġudikatura, l-organizzazzjonijiet governattivi, il-professjonisti legali, iċ-ċittadini u n-negozji fil-qafas tal-proġett tal-CODEX elettroniku. |
13. |
Għadd kbir ta' Stati Membri introduċew is-sistemi tal-vidjokonferenzi biex jaċċelleraw il-proċeduri ġudizzjarji billi jiffaċilitaw is-smigħ tax-xhieda jew tal-partijiet. Il-ħidma maħsuba biex tinkorpora s-siti elettroniċi tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew fil-materji ċivili u kummerċjali u tal-Atlas Ġudizzjarju tinsab għaddejja. Il-Kunsill adotta wkoll Deċiżjoni li tistabbilixxi l-kooperazzjoni man-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'materji kriminali. |
14. |
Ir-riżultati tal-kwestjonarju reċenti dwar il-Ġustizzja elettronika (4) juru li dan il-qasam evolva b'mod konsiderevoli fl-Istati Membri mill-adozzjoni tal-ewwel Pjan ta' Azzjoni pluriennali għall-Ġustizzja elettronika Ewropea. L-Istrateġija dwar il-Ġustizzja elettronika Ewropea 2014-2018 ser tibni fuq dan is-suċċess. |
15. |
Fil-qasam tal-liġi elettronika ġew żviluppati moduli importanti għall-aċċessibbilità u l-interoperabbiltà semantika tar-riżorsi legali. Fl-2009 il-Kunsill adotta l-Konklużjonjiet tal-Kunsill dwar l-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ECLI) biex ikunu jistgħu jinstabu aħjar, u jiġi ffaċilitat l-ikkwotar inekwivoċi ta' sentenzi maħruġa mill-qrati Ewropej u nazzjonali. Bosta Stati Membri diġà implimentaw l-ECLI. Il-Kummissjoni u diversi Stati Membri qed iħejju biex jintroduċu l-interfaċċja ta' tiftix tal-ECLI Ewropew fil-Portal tal-Ġustizzja elettronika sal-ewwel kwart tal-2014. L-introduzzjoni tal-ECLI qed titħejja wkoll mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. |
16. |
Fl-2011, il-Kunsill adotta l-Konklużjonijiet dwar l-Identifikatur Ewropew tal-Każistika (ELI), li introduċa standard volontarju għall-identifikar, l-immarkar, u l-ikkwotar elettroniku tal-istrumenti legali Ewropej u nazzjonali. L-istandard ġie adottat għall-użu fil-EUR-Lex u qed jiġi introdott minn diversi Stati Membri. |
3. Konsistenza mal-qafas tal-Gvern elettroniku
17. |
Il-Ġustizzja elettronika Ewropea għandha tħabrek għal aktar konsistenza mal-qafas ġenerali tal-Gvern elettroniku, li huwa speċifikament deskritt fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (COM(2010) 744 final) li tintroduċi l-Istrateġija Ewropea għall-Interoperabbiltà (EIS) u l-Qafas Ewropew għall-Interoperabbiltà. F'dawn id-dokumenti huwa ċar li interoperabbiltà msaħħa fil-livell legali, organizzattiv, semantiku u tekniku, li twassal għall-ħolqien ta' ekosistema sostenibbli, hija essenzjali biex timmassimizza l-potenzjal soċjali u ekonomiku tat-teknoloġiji tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni. Is-sistema tal-Ġustizzja elettronika Ewropea għandha tiġi żviluppata f'konformità mal-prinċipju ta' indipendenza ġudizzjarja u s-separazzjoni tal-poteri. |
III. PRINĊIPJI ĠENERALI
18. |
Il-ħidma fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika Ewropea hija bbażata fuq il-prinċipji bażiċi li ġejjin: |
(a) Azzjoni volontarja
19. |
Il-parteċipazzjoni volontarja fi proġetti tal-Ġustizzja elettronika Ewropea hija fid-diskrezzjoni ta' kull Stat Membru individwali, ħlief fejn ikun ġie adottat strument leġislattiv tal-Unjoni Ewropea li jinkludi rekwiżit għall-implimentazzjoni ta' proġett speċifiku fil-kuntest tas-sistema tal-Ġustizzja elettronika Ewropea. |
(b) Deċentralizzazzjoni
20. |
Il-kunċett ta' Ġustizzja elettronika Ewropea huwa bbażat fuq il-prinċipju ta' sistema deċentralizzata fil-livell Ewropew li tgħaqqad flimkien lid-diversi sistemi nazzjonali indipendenti interoperabbli fl-Istati Membri. Skont dan il-prinċipju ġenerali ta' deċentralizzazzjoni huwa d-dover ta' kull Stat Membru li jiżgura l-implimentazzjoni teknika u l-ġestjoni tas-sistemi nazzjonali tal-Ġustizzja elettronika meħtieġa sabiex tiġi ffaċilitata l-interkonnessjoni bejn is-sistemi tal-Istati Membri. |
21. |
Madankollu, ċertu grad ta' ċentralizzazzjoni fil-livell tal-UE huwa metieġ. Iċ-ċentralizzazzjoni tista' wkoll tiġi prevista f'xi sitwazzjonijiet speċifiċi, eżempju meta din tkun soluzzjoni aktar kost-effettiva jew fejn ikun ġie adottat strument leġiżlattiv. |
(c) Interoperabbiltà
22. |
L-interoperabbiltà, li tippermetti l-interkonnessjoni tas-sistemi tal-Istati Membri u l-użu ta' soluzzjonijiet ċentralizzati fejn meħtieġ, hija element fundamentali tas-sistemi deċentralizzati. Il-kompatibbiltà bejn id-diversi aspetti tekniċi, organizzattivi, legali u semantiċi magħżulin għall-applikazzjonijiet tas-sistema ġudizzjarja għandhom jiġu żgurati, filwaqt li tiġi garantita flessibbiltà massima għall-Istati Membri. |
(d) Dimensjoni Ewropea
23. |
L-Istrateġija dwar il-Ġustizzja elettronika Ewropea hija maħsuba biex tkopri proġetti b'dimensjoni Ewropea fl-oqsma tad-dritt ċivili, kriminali u amministrattiv. |
24. |
Proġetti żviluppati skont il-Ġustizzja elettronika Ewropea, b'mod partikolari l-proġetti kollha li għandhom jiġu inklużi fil-Portal, għandu jkollhom il-potenzjal li jinvolvu lill-Istati Membri kollha tal-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri kollha għandhom jiġu inkoraġġuti jipparteċipaw fil-proġetti kollha sabiex tiġi żgurat il-vijabbiltà fit-tul u l-kost-effittività tagħhom. Il-proġetti kollha għandu jkollhom il-potenzjal li jagħtu benefiċċju prattiku dirett b'mod partikolari liċ-ċittadini, in-negozji u/jew il-ġudikatura. |
25. |
L-iżvilupp tas-sistema tal-Ġustizzja elettronika Ewropea għandu jieħu kont ukoll tal-proġetti nazzjonali li joffru valur miżjud Ewropew. |
IV. L-OBJETTIVI TAL-ĠUSTIZZJA ELETTRONIKA EWROPEA
(a) Aċċess għall-informazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja
26. |
L-objettiv huwa li jittejjeb l-aċċess għall-informazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja fl-Unjoni Ewropea. Il-Portal tal-Ġustizzja elettronika għandu rwol importanti biex jintlaħaq dan l-objettiv. |
(b) Aċċess għall-qrati u proċedimenti extraġudizzjarji f'sitwazzjonijiet transkonfinali
27. |
Il-Ġustizzja elettronika Ewropea għandu jkollha l-għan li toffri aċċess għall-qrati u li tiffaċilita l-użu ta' proċedimenti extraġudizzjarji permezz tal-użu ta' komunikazzjoni elettronika f'sitwazzjonijiet transkonfinali. |
28. |
Għalhekk jeħtieġ li tkompli l-ħidma li diġà bdiet fil-livell nazzjonali f'għadd ta' Stati Membri u li jinħolqu l-kondizzjonijiet għal servizzi ġudizzjarji transkonfinali interattivi fil-livell Ewropew. |
29. |
Id-dematerjalizzazzjoni tal-proċedimenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji għandha titkompla skont il-prinċipju ta' azzjoni volontarja mill-Istati Membri. |
(c) Komunikazzjoni bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji
30. |
Huwa ta' importanza partikolari li tiġi ssimplifikata u mħeġġa l-komunikazzjoni elettronika bejn l-awtoritajiet ġudizzjarji tal-Istati Membri (eżempju permezz tal-vidjokonferenzi jew skambji ta' data elettroniċi siguri. |
31. |
Il-membri tal-awtoritajiet ġudizzjarji għandhom jingħataw aċċess sigur għad-diversi funzjonalitajiet riżervati għalihom; huma għandu jkollhom drittijiet tal-aċċess differenzjati u għandu jiġi applikat metodu ta' awtentikazzjoni uniformi jew interoperabbli. |
V. IMPLIMENTAZZJONI TAL-ISTRATEĠIJA
1. Il-Portal tal-Ġustizzja elettronika Ewropea
32. |
Il-Portal tal-Ġustizzja elettronika Ewropea għandu jibqa' jiġi żviluppat bħala punt ta' kuntatt waħdieni. Dan ma jipprekludix mezzi oħra ta' komunikazzjoni (eżempju permezz ta' trasmissjoni minn netwerk għal ieħor). |
33. |
Il-Portal tal-Ġustizzja elettronika Ewropea għandu jipprovdi informazzjoni liċ-ċittadini, in-negozji u l-prattikanti dwar il-liġi tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha. Il-Portal għandu jkun ukoll mezz li joffri aċċess għal informazzjoni relatata oħra fil-livell nazzjonali, Ewropew u internazzjonali fil-qasam tal-ġustizzja. |
2. Interoperabbiltà
34. |
Għandha tiġi żgurata interoperabbiltà organizzattiva, teknika u semantika. Għal dan il-għan, soluzzjonijiet tekniċi għall-Ġustizzja elettronika Ewropea għandhom jiġu żviluppati għall-iskambju tad-data sigur bejn il-ġudikatura, l-amministrazzjonijiet nazzjonali, il-professjonisti legali, iċ-ċittadini u n-negozji. Standards tekniċi miftuħa disponibbli u soluzzjonijiet diġà żviluppati (eżempju proġetti bħal Codex elettroniku) għandhom jitqiesu qabel ma jiġu żviluppati oħrajn ġodda. L-Istati Membri wkoll għandu jkollhom rwol attiv fl-iżvilupp ta' dawn is-soluzzjonijiet u t-teħid ta' deċiżjonijiet dwarhom. |
3. Aspetti leġiżlattivi
35. |
Il-ħtieġa li jiġi żgurat l-użu konsistenti ta' teknoloġiji moderni tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni fl-implimentazzjoni tal-leġislazzjoni ġdida tal-UE fil-qasam tal-ġustizzja, inklużi l-emendi u r-riformulazzjonijiet tal-leġiżlazzjoni eżistenti, għandha titqies fil-proċess leġiżlattiv. Id-data li għandha tiġi trasferita għandha tiġi deskritta bil-kontenut tagħha biss, u mhux b'xi rappreżentazzjoni viżiva possibbli. Mezzi ta' trasferiment ta' data jew dokumenti għandhom jiġu deskritti b'mod funzjonali u newtrali mill-aspett teknoloġiku. |
4. Web Semantiku legali Ewropew
36. |
L-iskambju transkonfinali ta' informazzjoni legali, u b'mod partikolari data relatata mal-leġislazzjoni Ewropea jew nazzjonali, il-każistika u l-glossarji legali, huwa mxekkel min-nuqqas ta' mezzi effettivi għall-kondiviżjoni ta' din it-tip ta' data. |
37. |
Proġetti differenti jistgħu jindirizzaw din il-kwistjoni u jżidu l-iskambju ta' u l-interoperabbiltà semantika ta' data legali fl-Ewropa kollha u lil hinn minnha. Għandha tkompli l-ħidma fuq bażi volontarja dwar l-iżvilupp tal-internet semantiku legali Ewropew, maħsub biex itejjeb l-aċċessibbiltà u l- proċessabbiltà ta' informazzjoni legali billi l-identifikazzjoni u s-semantika tad-data legali jkunu interoperabbli. |
5. Interkonnessjoni tar-reġistri
38. |
Għandha tiġi promossa l- interkonnessjoni tar-reġistri nazzjonali li fihom informazzjoni rilevanti għall-qasam tal-ġustizzja. Għandhom jiġu żgurati l-prekondizzjonijiet tekniċi u legali meħtieġa biex tali interkonnessjonijiet ikunu possibbli. |
39. |
L-azzjoni f'dan il-qasam għandha tkun iffokata fuq l-interkonnessjoni tar-reġistri li joħolqu interess għaċ-ċittadini, in-negozji, l-prattikanti legali u l-ġudikatura. |
6. Netwerks
40. |
Is-sistema tal-Ġustizzja elettronika tista' toħloq kondizzjonijiet għall-iffaċilitar ta' diversi netwerks eżistenti fil-livell Ewropew fil-qasam tal-ġustizzja, bħan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'materji ċivili u kummerċjali u n-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'materji kriminali. Għal dan il-għan, il-possibbiltajiet offruti mis-sistema tal-Ġustizzja elettronika Ewropea u l-Portal tal-Ġustizzja elettronika għandhom jiġu esplorati aktar f'konsultazzjoni mal-awtoritajiet rilevanti. |
7. Kooperazzjoni ma' prattikanti legali u utenti oħra tal-Ġustizzja elettronika Ewropea
41. |
L-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar il-Ġustizzja elettronika titlob il-parteċipazzjoni tal-ġudikatura u prattikanti legali rilevanti oħra fl-Istati Membri. Għalhekk dawn il-prattikanti legali għandhom ikunu involuti f'diskussjonijiet u proġetti fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika Ewropea sabiex jiġi żgurat li s-soluzzjonijiet li ser jiġu żviluppati jilħqu l-bżonnijiet attwali ta' kull grupp immirat. |
42. |
Għaldaqstant, huwa essenzjali li r-rappreżentanti tal-ġudikatura tal-Istati Membri jkollhom l-opportunità li jikkontribwixxu fil-ħidma dwar il-Ġustizzja elettronika Ewropea, speċjalment dwar is-soluzzjonijiet li għandhom jiġu stabbiliti għall-Ġustizzja elettronika Ewropea b'tali mod li jistgħu jitqiesu l-fehmiet tagħhom u l-ħtiġijiet tal-utenti. |
43. |
Barra minn hekk, huwa mixtieq li prattikanti legali oħra, pereżempju l-avukati, in-nutara, l-uffiċjali ġudizzjarji u oħrajn, ikunu involuti f'diskussjonijiet futuri dwar il-Ġustizzja elettronika Ewropea biex jiġi żgurat li s-soluzzjonijiet li ser jiġu żviluppati jilħqu l-ħtiġijiet reali tagħhom. |
44. |
Huwa f'dan il-kuntest li għandu jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' kooperazzjoni ma' prattikanti legali bħal dawn biex jiġi żgurat li jittieħed kont ta' kwistjonijiet ta' interess reċiproku fil-kuntest tal-Istrateġija Ewropea dwar il-Ġustizzja elettronika. |
45. |
Għandu jittieħed kont ukoll biex jinġabru l-fehmiet u r-reazzjonijiet minn rappreżentanti tal-pubbliku b'mod ġenerali, inklużi l-utenti tal-Portal, kif ukoll l-operaturi tan-negozji. |
8. Traduzzjoni
46. |
It-tħassib li ċ-ċittadini Ewropej għandhom ikunu jistgħu jgawdu minn aċċess faċli għall-Ġustizzja elettronika Ewropea ser ikun ifisser li għandhom jiġu kkunsidrati miżuri kost-effettivi u b'saħħithom fuq perijodu twil li jiffokaw fuq it-traduzzjoni. Il-Portal tal-Ġustizzja elettronika għandu joffri traduzzjonijiet affidabbli tal-kontenut tiegħu fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea. |
9. Regoli u drittijiet fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika
47. |
Żviluppi futuri fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika Ewropea ser joħolqu sfidi ġodda għall-protezzjoni ta' data personali. Huwa previst li l-iskala tal-ġbir u l-kondiviżjoni tad-data ser jiżdied bl-implimentazzjoni tal-istrateġija futura tal-Ġustizzja elettronika Ewropea. Il-protezzjoni ta' data personali għalhekk għandha rwol importanti f'dan il-kuntest. Ħidma futura fil-qafas tal-Ġustizzja elettronika għandha tieħu kont tar-regoli dwar il-protezzjoni tal-individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali u r-regoli dwar il-moviment ħieles ta' data personali. |
48. |
Ir-regoli dwar is-sjieda tal-informazzjoni għandhom jiġu stabbiliti, kif meħtieġ, biex jiġu ddeterminati r-responsabbiltajiet rigward il-kontenut tad-data li għandha tiġi ppubblikata fil-Portal tal-Ġustizzja elettronika. Fil-prinċipju, kull persuna li tipprovdi kontenut hija unikament responsabbli għal xogħolha u għandha tikkonforma mad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u kwalunkwe rekwiżit legali applikabbli ieħor. |
49. |
Għandhom jiġu stabbiliti regoli simili għall-użu ta' funzjonalitajiet elettroniċi li jippermettu l-iskambju ta' informazzjoni, inkluż l-iskambju ta' data personali, bejn l-awtoritajiet ġudizzjarja tal-Istati Membri u għall-preżentazzjoni elettronika ta' dokumenti li għandhom jintużaw fi proċedimenti tal-qorti. |
50. |
F'dan il-kuntest b'mod partikolari, il-Kummissjoni hija mistiedna tkompli teżamina l-ħtieġa li tadotta proposta għal strument leġiżlattiv fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika. Dan l-istrument għandu jiddefinixxi l-qafas legali ġenerali u l-mezzi għall-implimentazzjoni ta' strateġija konkreta dwar il-Ġustizzja elettronika fil-livell Ewropew. |
10. Promozzjoni
51. |
Fl-implimentazzjoni tal-Istrateġija Ewropea dwar il-Ġustizzja elettronika, għandha titqies il-promozzjoni tal-funzjonalitajiet disponibbli fost l-utenti tas-sistemi ta' Ġustizzja elettronika Ewropea. |
11. Finanzjament
52. |
L-iżvilupp tal-Ġustizzja elettronika Ewropea jeħtieġ riżorsi finanzjarji konsiderevoli. Għalhekk huwa importanti li jiġi pprovdut finanzjament adegwat fil-livell tal-UE, b'mod partikolari biex:
|
53. |
Il-finanzjament fil-livell Ewropew tal-ħidma fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika (kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll Ewropew), inklużi l-proġetti konkreti li għandhom jiġu definiti u implimentati skont il-Pjan ta' Azzjoni futur, għandu jiġi garantit permezz tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020 u b'mod partikolari l-pakkett finanzjarju għall-Programm tal-Ġustizzja 2014-2020. |
54. |
Il-proġetti relatati mal-Ġustizzja elettronika fis-sens ta' din l-istrateġija u l-Pjan ta' Azzjoni relatat jistgħu wkoll jiġu ffinanzjati taħt programmi eżistenti oħra tal-Unjoni dment li jissodisfaw il-kriterji stabbiliti f'dawk il-programmi (5). |
12. Relazzjonijiet esterni
55. |
L-Unjoni u l-Istati Membri għandhom, sakemm huwa fattibbli, jiżviluppaw kooperazzjoni ma' pajjiżi terzi fil-qasam tal-Ġustizzja elettronika. |
56. |
Din il-kooperazzjoni possibbli għandha tiġi implimentata filwaqt li tirrispetta r-regoli istituzzjonali stabbiliti fil-livell tal-Unjoni Ewropea. |
13. Pjan ta' Azzjoni Pluriennali dwar il-Ġustizzja elettronika 2014-2018
57. |
Pjan ta' Azzjoni Pluriennali għandu jiġi adottat matul l-ewwel semestru tal-2014 sabiex tiġi implimentata din l-istrateġija u sservi ta' gwida prattika għas-segwitu tagħha. Il-Pjan ta' Azzjoni għandu jinkludi lista ta' proġetti ppjanati għall-perijodu inkwistjoni b'indikazzjonijiet ċari ta' dawk li jixtiequ jieħdu sehem, azzjonijiet għall-implimentazzjoni prattika tagħhom u tabella indikattiva li tippermetti segwitu konkret għall-Pjan ta' Azzjoni mill-Grupp ta' Ħidma dwar il-Liġi elettronika (Ġustizzja elettronika) u, fejn adatt, minn partijiet interessati rilevanti. Ir-riżultati tal-Pjan ta' Azzjoni pluriennali preċedenti dwar il-Ġustizzja elettronika u l-pjan direzzjonali relatat ser jitqiesu u, jekk adatt, jiġu segwiti fil-Pjan ta' Azzjoni ġdid. |
58. |
Il-Grupp ta' Ħidma ser iħejji l-Pjan ta' Azzjoni f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni u tal-anqas darba kull semestru ser jagħmel monitoraġġ tal-implimentazzjoni tiegħu, li għandha tiġi adottata jekk ikun meħtieġ minn żviluppi li għaddejjin. |
59. |
Jekk meħtieġ, gruppi informali ta' Stati Membri involuti fi proġetti speċifiċi jistgħu jiltaqgħu sabiex iwettqu progress f'dawn l-oqsma ta' ħidma. Ir-riżultati ta' dawn il-laqgħat għandhom jiġu ppreżentati lill-Grupp ta' ħidma dwar il-Liġi elettronika (Ġustizzja elettronika). |
(1) COM(2008) 329 final.
(2) (2008/2125 (INI)).
(3) (2013/2852 (RSP)).
(4) Ara 15690/1/12 REV 1 EJUSTICE 73 JURINFO 46 JUSTCIV 331 COPEN 244 CONSOM 139 DRS 126 DROIPEN 159.
(5) Il-Kummissjoni hija mistiedna tippreżenta tabella tal-mekkaniżmi ta' finanzjament potenzjali kollha disponibbli għal proġetti fil-livell tal-UE u f'dak nazzjonali, li jistgħu jintużaw għall-finanzjament tal-Ġustizzja elettronika.
Il-Kummissjoni Ewropea
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/12 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
L-20 ta’ Diċembru 2013
2013/C 376/07
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3655 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
142,66 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4607 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,83480 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,9905 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2263 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,4160 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,660 |
HUF |
Forint Ungeriż |
298,83 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7022 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1653 |
RON |
Leu Rumen |
4,4780 |
TRY |
Lira Turka |
2,8583 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5405 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4600 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,5890 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6725 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7310 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 450,05 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,2900 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,2889 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,6388 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 651,42 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,4898 |
PHP |
Peso Filippin |
60,830 |
RUB |
Rouble Russu |
45,0800 |
THB |
Baht Tajlandiż |
44,515 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,2489 |
MXN |
Peso Messikan |
17,8300 |
INR |
Rupi Indjan |
84,7160 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/13 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2013/C 376/08
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:
Data u ħin tal-għeluq |
27.11.2013 |
Tul ta' żmien |
27.11.2013-31.12.2013 |
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
MAC/2A34. |
Speċi |
Kavalli (Scomber scombrus) |
Żona |
L-ilmijiet taż-żoni IIIa u IV; l-ilmijiet taż-żoni IIa, IIIb, IIIc u s-Subdiviżjonijiet 22-32 |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
Numru ta’ referenza |
75/TQ40 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/13 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2013/C 376/09
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:
Data u ħin tal-għeluq |
25.10.2013 |
Tul ta' żmien |
25.10.2013-31.12.2013 |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
RED/51214D. |
Speċi |
Redfish (Sebastes spp.) |
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żona V; kif ukoll l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni XII u XIV |
Tip(i) ta’ bastiment(i) tas-sajd |
— |
Numru ta’ referenza |
76/TQ40 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/14 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri rigward l-għeluq tas-sajd
2013/C 376/10
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:
Data u ħin tal-għeluq |
25.10.2013 |
Tul ta' żmien |
25.10.2013-31.12.2013 |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk jew Grupp ta' stokkijiet |
RED/N1G14P. |
Speċi |
Redfish (Sebastes spp.) |
Żona |
L-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żona NAFO 1F u l-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV |
Tip(i) ta' bastimenti tas-sajd |
— |
Numru ta' referenza |
77/TQ40 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/14 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2013/C 376/11
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:
Data u ħin tal-għeluq |
2.12.2013 |
Tul ta' żmien |
2.12.2013-31.12.2013 |
Stat Membru |
Il-Portugall |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
GFB/89- |
Speċi |
Lipp Abjad (Phycis blennoides) |
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni VIII u IX |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
Numru ta’ referenza |
FS79/DSS |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/15 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2013/C 376/12
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:
Data u ħin tal-għeluq |
3.12.2013 |
Tul ta' żmien |
3.12.2013-31.12.2013 |
Stat Membru |
Ir-Renju Unit |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
HER/4AB. |
Speċi |
Aringa (Clupea Harengus) |
Żona |
L-ilmijiet tal-UE u l-ilmijiet Norveġiżi taż-żona IV fit-Tramuntana ta’ 53° 30′ N |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
Numru ta’ referenza |
80/TQ40 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/15 |
Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd
2013/C 376/13
Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:
Data u ħin tal-għeluq |
4.12.2013 |
Tul ta' żmien |
4.12.2013-31.12.2013 |
Stat Membru |
Spanja |
Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet |
GHL/N3LMNO |
Speċi |
Ħalibatt tal-Groenlandja (Reinhardtius hippoglossoides) |
Żona |
Iż-żona 3LMNO tan-NAFO |
Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd |
— |
In-numru ta’ referenza |
82/TQ40 |
(1) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/16 |
L-Arranġamenti tat-Trasport Applikabbli fl-Istati Membri taż-Żona tal-Euro
L-Artikolu 13(5)
Ir-Regolament (UE) Nru 1214/2011
2013/C 376/14
Il-KUMITAT TAS-CIT
Għas-CIT tal-bankonoti, l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro jridu jagħżlu tal-anqas waħda mill-għażliet stipulati fl-Artikoli 14, 15, 16, 17 jew 18 tar-Regolament.
Għas-CIT tal-muniti, l-Istati Membri taż-Żona tal-Euro jridu jagħżlu tal-anqas waħda mill-għażliet stipulati fl-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament.
L-Istati Membri taż-Żona tal-Euro jridu jikkonfermaw li l-arranġamenti tat-trasport li ntgħażlu huma komparabbli mal-arranġamenti ta’ trasport permessi għat-trasport domestiku tas-CIT.
Pajjiż |
L-arranġamenti applikabbli għat-trasport tal-bankonoti |
L-arranġamenti applikabbli għat-trasport tal-muniti |
Konferma fuq il-komparabbiltà mal-arranġamenti tat-trasport domestiku tas-CIT |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
AT |
L-Artikoli 14-18 |
L-Artikoli 19-20 |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
BE |
L-Artikolu 16 u l-Artikolu 18. Il-Belġju ddeċieda li għandu japplika l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 13(4) tar-Regolament. |
L-Artikolu 20 tar-Regolament. |
L-għażliet stabbiliti fl-Artikoli 16, 18 u 20 tar-reglament huma simili għall-arranġamenti tat-trasport awtorizzati għat-trasport tal-flus kontanti fil-Belġju. L-obbligu fl-Artikolu 13(4) japplika permezz tar-Regolament Belġjan dwar it-trasport nazzjonali. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
CY |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
DE |
L-Artikolu 17 |
L-Artikolu 19 |
iva |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
EE |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
EI |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
EL |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ES |
|
|
iva |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
FI |
L-Artikolu 17 |
L-Artikolu 20 |
iva |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
FR |
|
|
Konferma: Noti: Kompatibbiltà tal-Artikolu 2 mal-Artikoli 14, 16 u 17 tar-Regolament tal-UE. Il-leġiżlazzjoi nazzjonali għandha tkun emendata: Biex tiżgura l-kompatibbiltà tal-Artikolu 2 punt III mal-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament tal-UE |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
IT |
L-Artikoli 15, 16, 17 u 18 (fir-rigward tad-dispożizzjoni ta' DM.269/2010) |
L-Artikoli 19 u 20 (fir-rigward tad-dispożizzjoni ta' DM.269/2010) |
iva |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
LU |
L-Artikoli 16 u 17 (Bil-kundizzjoni li l-abbozz tal-liġi 6400 u r-Regolament rilevanti ta' Eżekuzzjoni tal-Gran Dukat se jkunu adottati kif propost mill-Gvern). |
L-Artikolu 20 (Bil-kundizzjoni li l-abbozz tal-liġi 6400 u r-Regolament rilevanti ta' Eżekuzzjoni tal-Gran Dukat se jkunu adottati kif propost mill-Gvern). |
iva |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
MT |
|
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
NL |
L-Artikoli 17 u 18 |
L-Artikolu 20 |
iva |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
PT |
L-Artikoli 17 u 18 |
L-Artikolu 20 |
L-għażliet imsemmija jikkorrispondu parzjalment mar-rekwiżiti nazzjonali applikabbli għat-trasport ta' oġġetti ta' valur fil-Portugall, madankollu, il-kriterju dwar l-ammont trasportat huwa ekwivalenti jew ikbar minn EUR 10 000 (Ordni (Portaria) Nru 247/2008 tas-27 ta' Marzu, emendata bl-Ordni Nru 840/2009 tat-3 ta' Awwissu 2009, fis-seħħ sal-pubblikazzjoni tal-Ordni pprovdut għaliha fl-Artikolu 34(3) tal-Liġi Nru 34/2013 tas-16 ta' Mejju 2013). Trasport nazzjonali f'vetturi mhux armati huwa permess għal oġġetti ta' valur inqas minn EUR 10 000. L-użu ta' uniformijiet approvati u karti tal-identità professjonali huwa obbligatorju (l-Artikolu 29 tal-Liġi Nru 34/2013 tas-16 ta' Mejju 2013). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
SK |
Il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikoli 14 sa 18 tar-Regolament japplikaw fit-tifsira tal-liġi nazzjonali tar-Repubblika Slovakka skont l-Att Nru 473/2005 Coll. tat-23 ta' Settembru 2005 dwar is-servizzi fis-settur tas-sigurtà privata u li jemenda ċerti Atti (alias l-Att dwar is-sigurtà privata) |
Il-kundizzjonijiet kollha stabbiliti fl-Artikoli 19 u 20 tar-Regolament japplikaw fit-tifsira tal-liġi nazzjonali tar-Repubblika Slovakka skont l-Att Nru 473/2005 Coll. tat-23 ta' Settembru 2005 dwar is-servizzi fis-settur tas-sigurtà privata u li jemenda ċerti Atti (alias l-Att dwar is-sigurtà privata) |
Il-konformità parzjali u d-differenzjazzjoni japplikaw għall-abbundanza ta' uffiċjali ta’ sigurtà u l-vetturi li jakkumpanjaw. Il-kriterju deċiżiv huwa l-ammont ta’ EUR 1 660 000 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
SI |
L-Artikoli 17 u 18 jew kwalunkwe regoli nazzjonali skont ir-Regoli dwar it-trasport u l-protezzjoni tal-flus kontanti u l-kunsinni ta' valur oħra (Gazzetta Uffiċjali tar-RS Nru 96/05, 16/08, 81/08, 86/09 u 17/11) l-Artikoli 16 sa 20. L-Artikolu 16 (it-trasport ta' kunsinna protetta tal-klassi 1 ta' valur sa kontrovalur f'Euro ta’ EUR 30 000)
L-Artikolu 17 (it-trasport ta' ta' kunsinna protetta tal-klassi 2 ta' valur sa kontrovalur f'Euro ta’ EUR 200 000 għal kull vettura ta' trasport)
L-Artikolu 17a (it-trasport ta' ta' kunsinna protetta tal-klassi 3 ta' valur sa kontrovalur f'Euro ta’ EUR 800 000 għal kull vettura ta' trasport)
L-Artikolu 18 (it-trasport ta' ta' kunsinna protetta tal-klassi 4 ta' valur sa kontrovalur f'Euro ta’ EUR 4 000 000 għal kull vettura ta' trasport)
L-Artikolu 19 (it-trasport ta' kunsinna protetta tal-klassi 5 ta' valur sa kontrovalur f'Euro ta’ EUR 8 000 000 għal kull vettura ta' trasport)
L-Artikolu 20 (It-trasport ta' ta' kunsinna protetta tal-klassi 6 ta' valur sa kontrovalur f'Euro ta' EUR 8 000 000 għal kull vettura ta' trasport)
Ir-Regolament dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1214/2011 huwa fil-proċedura ta’ adozzjoni u fih xi regoli speċjali:
|
L-Artikolu 20 jew kwalunkwe regoli nazzjonali fir-Regoli dwar it-trasport u l-protezzjoni tal-flus kontanti u l-kunsinni ta' valur oħra (Gazzetta Uffiċjali tar-RS Nru 96/05, 16/08, 81/08, 86/09 u 17/11) l-Artikoli 16 sa 20 kif deskritt għall-bankonoti. |
Konformità parzjali. Ir-regoli nazzjonali u l-kundizzjonijiet speċjali bbażati fuq il-valur tat-trasport. |
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
21.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 376/24 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.7133 – Investindustrial/KKR/Resort Holdings)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 376/15
1. |
Fis-16 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Investindustrial IV, LP (“Investindustrial”, ir-Renju Unit) u KKR & Co., LP (“KKR”, l-Istati Uniti tal-Amerika) se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll konġunt ta' Resort Holdings BV (“Resort Holdings”, il-Pajjiżi l-Baxxi), li għandha kontroll ta' Port Aventura Entertainment, SAU (Spanja), permezz tax-xiri ta’ ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7133 – Investindustrial/KKR/Resort Holdings, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).