ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.373.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
FTEHIM INTERISTITUZZJONALI |
|
|
Il-Parlament Ewropew |
|
2013/C 373/01 |
||
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 373/02 |
||
2013/C 373/03 |
Dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni (Regoli għall-Parteċipazzjoni) |
|
2013/C 373/04 |
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 5(7) tal-Programm Speċifiku |
|
2013/C 373/05 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7057 – Suntory/Glaxosmithkline (Ribena & Lucozade Soft Drinks Business)) ( 1 ) |
|
2013/C 373/06 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7044 – Blackstone/Cambourne/Goldman Sachs/Rothesay) ( 1 ) |
|
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2013/C 373/07 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 373/08 |
||
2013/C 373/09 |
Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-12 ta’ Diċembru 2013 li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka |
|
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 373/10 |
||
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 373/11 |
||
2013/C 373/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.7078 – Santander Customer Finance/El Corte Inglés/Financier El Corte Inglés) ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
FTEHIM INTERISTITUZZJONALI
Il-Parlament Ewropew Il-Kunsill Il-Kummissjoni Ewropea
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/1 |
FTEHIM INTERISTITUZZJONALI
tat-2 ta’ Diċembru 2013
bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba
2013/C 373/01
IL-PARLAMENT EWROPEW, IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA U L-KUMMISSJONI EWROPEA,
minn hawn ’il quddiem imsejħa “l-istituzzjonijiet”,
FTIEHMU DAN LI ĠEJ
1. |
L-għan ta’ dan il-Ftehim adottat skont l-Artikolu 295 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) hu li tiġi implimentata d-dixxiplina baġitarja u jitjieb il-funzjonament tal-proċedura baġitarja annwali u l-kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet fir-rigward ta’ materji marbuta mal-baġit, kif ukoll biex tiġi żgurata ġestjoni finanzjarja tajba. |
2. |
Id-dixxiplina baġitarja f'dan il-Ftehim tkopri l-infiq kollu. Il-Ftehim jorbot lill-istituzzjonijiet kollha sakemm jibqa’ fis-seħħ. |
3. |
Dan il-Ftehim ma jibdilx is-setgħat rispettivi li l-istituzzjonijiet għandhom fuq il-baġit kif stabbilit fit-Trattati, fir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 (1) (ir-“Regolament QFP”) u fir-Regolament (EU, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) (ir-“Regolament Finanzjarju”). |
4. |
Kwalunkwe emenda għal dan il-Ftehim teħtieġ li jintlaħaq qbil komuni bejn l-istituzzjonijiet kollha. |
5. |
Dan il-Ftehim jinqasam fi tliet partijiet:
|
6. |
Dan il-Ftehim jidħol fis-seħħ fi 23 ta’ Diċembru 2013 u jissostitwixxi l-Ftehim Interistituzzjonali tas-17 ta’ Mejju 2006 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar id-dixxiplina baġitarja u l-ġestjoni finanzjarja tajba (3). |
PARTI I
QFP U STRUMENTI SPEĊJALI
A. Dispożizzjonijiet marbuta mal-QFP
7. |
L-informazzjoni dwar l-operazzjonijiet li mhumiex inklużi fil-baġit ġenerali tal-Unjoni kif ukoll dwar l-iżvilupp prevedibbli tad-diversi kategoriji tar-riżorsi proprji tal-Unjoni hi indikata f’tabelli separati. Dik l-informazzjoni għandha tiġi aġġornata kull sena flimkien mad-dokumenti mehmuża mal-abbozz tal-baġit. |
8. |
L-istituzzjonijiet għandhom, għall-finijiet ta' ġestjoni finanzjarja tajba, jiżguraw li kemm jista' jkun matul il-proċedura tal-baġit u fiż-żmien tal-adozzjoni tal-baġit, jkun hemm biżżejjed marġni disponibbli taħt il-livelli massimi fid-diversi intestaturi tal-QFP, ħlief fil-każ tas-sotto-intestatura “Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”. |
Aġġornar tat-tbassir għall-approprjazzjonijiet ta' pagament għal wara l-2020
9. |
Fl-2017, il-Kummissjoni għandha taġġorna t-tbassir għall-approprjazzjonijiet ta' pagament għal wara l-2020. Dak l-aġġornament għandu jqis l-informazzjoni kollha rilevanti, inkluż l-implementazzjoni reali tal-approprjazzjonijiet baġitarji għall-impenji u l-approprjazzjonijiet baġitarji għall-pagamenti, kif ukoll it-tbassir tal-implementazzjonijiet. Għandhu jqis ukoll ir-regoli mfassla biex ikun żgurat li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiżviluppaw b’mod regolat meta mqabbla mal-approprjazzjonijiet ta' impenn u t-tbassir tat-tkabbir tal-Introjtu Nazzjonali Gross tal-Unjoni. |
B. Dispożizzjonijiet marbuta mal-istrumenti speċjali li mhumiex inklużi fil-QFP
Riżerva għal Għajnuna ta’ Emerġenza
10. |
Meta l-Kummissjoni tikkunsidra li għandha tirrikorri għar-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza, għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal trasferiment mir-Riżerva għal-linji baġitarji korrispondenti. Madankollu, qabel kull proposta mill-Kummissjoni għal trasferiment mir-Riżerva, għandu jkun eżaminat jekk hemmx lok għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim għandha titnieda proċedura ta' trilogu. It-trasferimenti mir-Riżerva għandhom isiru skont ir-Regolament Finanzjarju. |
Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea
11. |
Meta l-kundizzjonijiet biex jiġi utilizzat il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea kif stabbilit fl-att bażiku rilevanti jiġu sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta biex jiġu utilizzati l-fondi. Meta jkun hemm lok għar-riallokazzjoni ta' approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li tkun teħtieġ infiq addizzjonali, il-Kummissjoni għandha tikkunsidrah meta tressaq il-proposta meħtieġa, skont ir-Regolament Finanzjarju, permezz tal-istrument baġitarju xieraq. Id-deċiżjoni biex il-Fond ta' Solidarjetà jibda jiġi utilizzat għandha tittieħed b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq bażi ta’ maġġoranza kkwalifikata u l-Parlament Ewropew għandu jaġixxi fuq bażi ta’ maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħames voti mixħuta. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim għandha titnieda proċedura ta' trilogu. |
Strument ta’ Flessibbiltà
12. |
Il-Kummissjoni għandha tagħmel proposta biex jiġi utilizzat l-Istrument ta’ Flessibbiltà wara li tkun eżaminat il-possibbiltajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt l-intestatura li tkun teħtieġ infiq addizzjonali. Il-proposta għandha tidentifika l-ħtiġijiet li għandhom jiġu koperti u l-ammont meħtieġ. Għal kwalunkwe sena finanzjarja speċifika, din il-proposta tista’ tiġi ppreżentata matul il-proċedura baġitarja. Id-deċiżjoni biex l-Istrument ta’ Flessibbiltà jibda jiġi utilizzat għandha tittieħed b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq bażi ta’ maġġoranza kkwalifikata u l-Parlament Ewropew għandu jaġixxi fuq bażi ta’ maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħames voti mixħuta. Għandu jintlaħaq ftehim fi ħdan il-qafas tal-proċedura baġitarja annwali. |
Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni
13. |
Meta l-kundizzjonijiet biex jiġi utilizzat il-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni, kif stipulat fl-att bażiku rilevanti jiġu sodisfatti l-Kummissjoni għandha tagħmel proposta biex jiġi utilizzat il-Fond. Id-deċiżjoni biex il-Fond ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jibda jiġi utilizzat għandha tittieħed b’mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill. Il-Kunsill għandu jaġixxi fuq bażi ta’ maġġoranza kkwalifikata u l-Parlament Ewropew għandu jaġixxi fuq bażi ta’ maġġoranza tal-membri komponenti tiegħu u tlieta minn kull ħames voti mixħuta. Fl-istess waqt li tippreżenta l-proposta tagħha għal deċiżjoni biex il-Fond ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni jiġi utilizzat, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal trasferiment għal-linji baġitarji rilevanti. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim għandha titnieda proċedura ta' trilogu. It-trasferimenti marbuta mal-Fond ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandhom isiru skont ir-Regolament Finanzjarju. |
Marġni ta' Kontinġenza
14. |
L-utilizzazzjoni tal-Marġni ta’ Kontinġenza, jew parti minnu, għandha tiġi proposta mill-Kummissjoni wara analiżi bir-reqqa tal-possibbiltajiet finanzjarji l-oħra kollha. Tali proposta tista' ssir biss fir-rigward ta' abbozz ta' baġit emendatorju jew annwali, li l-adozzjoni tiegħu toħloq il-ħtieġa għal tali proposta. Mal-proposta għall-utilizzazzjoni tal-Marġni ta’ Kontinġenza, il-Kummissjoni għandha tressaq proposta għar-riallokazzjoni, fil-baġit eżistenti, ta’ ammont sostanzjali, sakemm dan l-ammont ikun sostnut mill-analiżi li tkun wettqet il-Kummissjoni. Id-deċiżjoni li jiġi utilizzat il-Marġni ta' Kontinġenza għandha tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill simultanjament mal-approvazzjoni tagħhom tal-baġit emendatorju jew tal-baġit ġenerali tal-Unjoni, li l-adozzjoni tagħhom tiġi faċilitata mill-Marġni ta' Kontinġenza. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jaġixxu skont ir-regoli tal-votazzjoni previsti fl-Artikolu 314 TFUE għall-approvazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni. |
PARTI II
TITJIB FIL-KOOPERAZZJONI INTERISTITUZZJONALI DWAR MATERJI MARBUTA MAL-BAĠIT
A. Proċedura dwar kooperazzjoni interistituzzjonali
15. |
Id-dettalji tal-kooperazzjoni interistituzzjonali matul il-proċedura tal-baġit huma stipulati fl-Anness. |
Trasparenza Baġitarja
16. |
Il-Kummissjoni għandha tħejji rapport annwali li jiġi mehmuż mal-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jgħaqqad flimkien informazzjoni disponibbli u mhux kunfidenzjali relatata ma':
|
B. Inkorporazzjoni tad-dispożizzjonijiet finanzjarji f'atti leġislattivi
17. |
Kull att leġislattiv, li għandu x’jaqsam ma’ programm pluriennali, adottat skont il-proċedura leġislattiva ordinarja għandu jinkludi dispożizzjoni li biha l-leġislatur jistabbilixxi l-pakkett finanzjarju għall-programm. Dak l-ammont għandu jikkostitwixxi l-ammont ta' referenza primarja għall-Parlament Ewropew u għall-Kunsill matul il-proċedura baġitarja annwali. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u l-Kummissjoni meta din tħejji l-abbozz tal-baġit, jintrabtu li ma jitbegħdux minn dak l-ammont b’aktar minn 10 % għall-medda kollha tal-programm ikkonċernat, sakemm ma jinqalgħux ċirkustanzi ġodda, oġġettivi u għat-tul li għalihom jingħataw raġunijiet espliċiti u preċiżi filwaqt li jiġu kkunsidrati r-riżultati li nġabru wara l-implimentazzjoni tal-programm, imsejsa b’mod partikolari fuq valutazzjonijiet. Kwalunkwe żieda li tirriżulta minn dik il-varjazzjoni għandha tibqa’ taħt il-livell massimu eżistenti fl-intestatura kkonċernata, bla preġudizzju għall-użu tal-istrumenti msemmija fir-Regolament QFP u f’dan il-Ftehim. Dan il-Punt la japplika għall-approprjazzjonijiet ta’ koeżjoni adottati skont il-proċedura leġislattiva ordinarja u allokati minn qabel minn Stati Membri, li jkun fihom ammont ta' referenza finanzjarja għall-medda sħiħa tal-programm u lanqas ma japplika għall-proġetti ta’ skala kbira msemmija fl-Artikolu 16 tar-Regolament QFP. |
18. |
L-atti leġislattivi, li jirrigwardaw programmi pluriennali, li mhumiex suġġetti għall-proċedura leġislattiva ordinarja, m’għandux ikun fihom “ammont meqjus neċessarju”. Jekk il-Kunsill ikun jixtieq jinkludi ammont ta' referenza finanzjarja, dak l-ammont għandu jitqies bħala turija tar-rieda tal-leġislatur u m’għandux jaffettwa s-setgħat baġitarji tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill kif stabbiliti fit-TFUE. Fl-atti leġislattivi kollha li fihom dak l-ammont ta' referenza finanzjarja għandha tiġi inkluża dispożizzjoni għal dak il-għan. Jekk l-ammont ta' referenza finanzjarja kkonċernat kien is-suġġett ta’ ftehim skont il-proċedura ta’ konċiljazzjoni stabbilita fid-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni tal-4 ta’ Marzu 1975 (4), dan għandu jitqies bħala ammont ta’ referenza fit-tifsira tal-Punt 17 ta’ dan il-Ftehim. |
C. Infiq rigward ftehimiet dwar is-sajd
19. |
In-nefqa marbuta ma’ ftehimiet dwar is-sajd għandha tkun suġġetta għal dawn ir-regoli speċifiċi li ġejjin. Il-Kummissjoni tintrabat li żżomm lill-Parlament Ewropew infurmat regolarment dwar it-tħejjija u l-andament tan-negozjati, inklużi l-implikazzjonijiet baġitarji tagħhom. Matul il-proċedura leġislattiva marbuta ma' ftehimiet dwar is-sajd, l-istituzzjonijiet jintrabtu li jagħmlu kull sforz biex jiżguraw li l-proċeduri kollha jitwettqu mill-aktar fis possibbli. Ammonti previsti fil-baġit għal ftehimiet ġodda dwar is-sajd jew għat-tiġdid ta’ ftehimiet dwar is-sajd li jidħlu fis-seħħ wara l-1 ta’ Jannar tas-sena finanzjarja kkonċernata għandhom jitqiegħdu f’riżerva. Jekk jirriżulta li l-approprjazzjonijiet marbuta ma’ ftehimiet dwar is-sajd (inkluża r-riżerva) ma jkunux biżżejjed, il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bl-informazzjoni meħtieġa biex isir skambju ta’ fehmiet permezz ta’ trilogu, possibbilment f'forma ssimplifikata, dwar il-kawżi tas-sitwazzjoni, u dwar miżuri li jistgħu jiġu adottati skont proċeduri stabbiliti. Fejn meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tipproponi miżuri xierqa. Kull tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill informazzjoni ddettaljata dwar l-implementazzjoni ta' ftehimiet dwar is-sajd fis-seħħ u tbassir finanzjarju għall-bqija tas-sena. |
20. |
Filwaqt li jitqiesu s-setgħat tal-Parlament Ewropew fil-qasam tal-ftehimiet dwar is-sajd u f'konformità mal-punti 25 u 26 tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea (5), ir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew jistgħu jieħdu sehem, bħala osservaturi, f'konferenzi bilaterali u multilaterali fejn jiġu nnegozjati ftehimiet internazzjonali dwar is-sajd. |
21. |
Mingħajr preġudizzju għall-proċedura rilevanti li tirregola n-negozjar ta' ftehimiet dwar is-sajd, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jintrabtu li, fil-qafas tal-kooperazzjoni baġitarja, jilħqu qbil f'waqtu dwar il-finanzjament adegwat tal-ftehimiet dwar is-sajd. |
D. Infiq marbut mar-riżerva għal kriżijiet fis-settur agrikolu
22. |
L-Approprjazzjonijiet għar-Riżerva għal kriżijiet fis-settur agrikolu previsti fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) għandhom jiddaħħlu direttament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni. Kwalunkwe ammont tar-Riżerva li ma jsirx disponibbli għal miżuri ta' kriżi għandu jiġi rimborżat fil-pagamenti diretti. Infiq b'rabta ma' miżuri għal kriżijiet li jseħħu bejn is-16 ta' Ottubru u tmiem is-sena finanzjarja jista' jiġi ffinanzjat mir-riżerva tas-sena finanzjarja ta' wara skont ir-rekwiżiti stabbiliti fit-tielet paragrafu ta' dan il-punt. Jekk il-Kummissjoni tqis li jinħtieġ li tintuża r-Riżerva, f'konformità mal-att leġislattiv rilevanti, għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill proposta għal trasferiment mir-Riżerva favur il-linji tal-baġit li jiffinanzjaw il-miżuri, skont il-ħtieġa. Qabel kull proposta mill-Kummissjoni għal trasferiment mir-Riżerva għandu jiġi eżaminat jekk hemmx lok għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet. It-trasferimenti mir-Riżerva għandhom isiru f'konformità mar-Regolament Finanzjarju. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim, għandha tinbeda proċedura ta' trilogu. |
E. Il-finanzjament tal-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK)
23. |
L-ammont totali tan-nefqa operattiva tal-PESK għandha tiddaħħal kollha kemm hi f’kapitolu wieħed tal-baġit, intitolat PESK. Dak l-ammont għandu jkopri l-bżonnijiet reali prevedibbli, evalwati fil-qafas li jistabbilixxil-abbozz tal-baġit, fuq il-bażi ta’ tbassir imħejji kull sena mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”), u marġni raġonevoli għall-azzjonijiet mhux previsti. L-ebda fondi ma jistgħu jiddaħħlu f'riżerva. |
24. |
Rigward in-nefqa tal-PESK li tiġi addebitata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni skont l-Artikolu 41 tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, u fuq il-bażi tal-abbozz tal-baġit stabbilit mill-Kummissjoni, kull sena jilħqu ftehim dwar l-ammont tan-nefqa operattiva li għandha tiġi addebitata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni, u dwar it-tqassim ta’ dak l-ammont bejn l-artikoli tal-kapitolu baġitarju tal-PESK skont kif issuġġerit fir-raba’ paragrafu ta’ dan il-Punt. Fil-każ ta’ nuqqas ta’ ftehim, huwa mifhum li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom idaħħlu fil-baġit l-ammont li jidher fil-baġit preċedenti jew l-ammont propost fl-abbozz tal-baġit, skont liema minnhom ikun l-aktar baxx. L-ammont totali tan-nefqa operattiva tal-PESK għandu jitqassam bejn l-artikoli tal-kapitolu baġitarju tal-PESK skont kif issuġġerit fir-raba’ paragrafu. Kull artikolu għandu jkopri strumenti li jkunu diġà adottati, strumenti li huma previsti iżda li għadhom mhumiex adottati u l-istrumenti l-oħra futuri kollha li mhumiex previsti iżda li jiġu adottati mill-Kunsill matul is-sena finanzjarja kkonċernata. Minħabba li skont ir-Regolament Finanzjarju l-Kummissjoni għandha l-awtorità, li tittrasferixxi l-approprjazzjonijiet b’mod awtonomu bejn l-artikoli inklużi fil-kapitolu baġitarju tal-PESK, il-flessibbiltà meqjusa meħtieġa għall-implementazzjoni fi żmien qasir tal-azzjonijiet PESK għandha, għaldaqstant, tiġi assigurata. F’każ li jinsab li matul is-sena finanzjarja l-ammont tal-kapitolu baġitarju tal-PESK ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż meħtieġa, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom isibu soluzzjoni b’urġenza, fuq proposta mill-Kummissjoni, filwaqt li jqisu l-Artikolu 3 tar-Regolament QFP u l-Punt 10 ta’ dan il-Ftehim. Fil-kapitolu baġitarju tal-PESK, l-artikoli li fihom għandhom jiddaħħlu l-azzjonijiet tal-PESK jistgħu jkunu fit-termini li ġejjin:
|
25. |
Kull sena, ir-Rappreżentant Għoli għandu jikkonsulta lill-Parlament Ewropew dwar dokument li jħares ’il quddiem, li għandu jintbagħat sal-15 ta’ Ġunju tas-sena inkwistjoni. Dan id-dokument jistabbilixxi l-aspetti ewlenin u l-għażliet bażiċi tal-PESK, inklużi l-implikazzjonijiet finanzjarji għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, evalwazzjoni tal-miżuri mnedija fis-sena n-1 u valutazzjoni tal-koordinazzjoni u l-komplementarjetà tal-PESK mal-istrumenti finanzjarji esterni l-oħrajn tal-Unjoni. Barra minn hekk, ir-Rappreżentant Għoli għandu jżomm lill-Parlament Ewropew infurmat regolarment billi jorganizza laqgħat konsultattivi konġunti mill-inqas ħames darbiet fis-sena, fil-qafas tad-djalogu politiku regolari dwar il-PESK, li għandu jintlaħaq ftehim dwarhom mhux aktar tard minn meta jiltaqa’ l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni. Il-parteċipazzjoni f'dawk il-laqgħat għandha tkun iddeterminata mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill rispettivament, billi jitqiesu l-għan u n-natura tal-informazzjoni skambjata f'dawk il-laqgħat. Il-Kummissjoni għandha tiġi mistiedna tipparteċipa f’dawk il-laqgħat. Jekk il-Kunsill jadotta deċiżjoni fil-qasam tal-PESK li tinvolvi nefqa, ir-Rappreżentant Għoli għandu immedjatament, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol wara, jibgħat lill-Parlament Ewropew stima tal-ispejjeż previsti (“rendikont finanzjarju”), b’mod partikolari dawk l-ispejjeż marbuta maż-żmien meħtieġ, il-persunal impjegat, l-użu tal-bini u infrastruttura oħra, il-faċilitajiet tat-trasport, il-ħtiġijiet għat-taħriġ u l-arranġamenti ta’ sigurtà. Darba kull tliet xhur, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implementazzjoni tal-azzjonijiet tal-PESK u t-tbassir finanzjarju għall-bqija tas-sena finanzjarja. |
F. L-involviment tal-istituzzjonijiet fir-rigward tal-kwistjonijiet tal-politika tal-iżvilupp u tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp
26. |
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi djalogu informali mal-Parlament Ewropew dwar kwistjonijiet tal-politika tal-iżvilupp indipendentement mis-sors ta’ ffinanzjar tagħhom. L-iskrutinju tal-Parlament Ewropew fir-rigward tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) ser jiġi allinejat, fuq bażi volontarja, mad-drittijiet ta’ skrutinju li jeżistu skont il-baġit ġenerali tal-Unjoni, b’mod speċifiku fir-rigward tal-Istrument tal-Kooperazzjoni għall-Iżvilupp, skont arranġamenti dettaljati li għandhom jiġu stabbiliti fid-djalogu informali. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jinnotaw li l-Kummissjoni, bil-ħsieb li, fost oħrajn, ittejjeb l-iskrutinju demokratiku tal-politika tal-iżvilupp, għandha l-intenzjoni li tipproponi l-baġitizzazzjoni tal-FEŻ mill-2021. |
G. Il-kooperazzjoni tal-istituzzjonijiet fil-proċedura baġitarja dwar in-nefqa amministrattiva
27. |
L-iffrankar implikat mil-limitu massimu għall-intestatura nru 5 kif stipulat fl-Anness għar-Regolament QFP, għandu jinqasam b'mod proporzjonali bejn l-istituzzjonijiet kollha kif ukoll korpi oħra tal-Unjoni skont is-sehem rispettiv tagħhom tal-baġits amministrattivi. Kull istituzzjoni, korp jew aġenzija hija mistennija tippreżenta stimi tan-nefqa fil-proċedura baġitarja annwali b'mod konsistenti mal-orjentazzjonijiet msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan il-punt. Biex tkun newtralizzata l-kapaċità addizzjonali akkumulata minħabba ż-żieda tal-ħin tax-xogħol għal 40 siegħa fil-ġimgħa, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li progressivament inaqqsu 5 % tal-persunal imsemmi fl-organigramma fl-1 ta' Jannar 2013 (7). Dan it-tnaqqis għandu japplika għall-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha u għandu jitwettaq bejn l-2013 u l-2017. Dan ma jippreġudikax id-drittijiet baġitarji tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
PARTI III
ĠESTJONI FINANZJARJA TAJBA TAL-FONDI TAL-UNJONI
A. Ġestjoni konġunta
28. |
Il-Kummissjoni għandha tiżgura li fuq talba tagħhom, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri jirċievu kwalunkwe informazzjoni u dokumentazzjoni relatati mal-fondi tal-Unjoni li ntefqu permezz ta' organizzazzjonijiet internazzjonali, li ġew akkwistati skont il-ftehimiet ta' verifika konklużi ma' dawk l-organizzazzjonijiet, li huma meqjusa neċessarji biex il-Parlament Ewropew, il-Kunsill jew il-Qorti tal-Awdituri jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom skont it-TFUE. |
Rapport ta' evalwazzjoni
29. |
Fir-rapport ta' evalwazzjoni previst mill-Artikolu 318 TFUE, il-Kummissjoni għandha tiddistingwi bejn il-politiki interni, iffukati fuq l-istrateġija Ewropa 2020, u l-politiki esterni u għandha tuża aktar informazzjoni dwar il-prestazzjoni, inkluż riżultati tal-verifika tal-prestazzjoni, biex tevalwa l-finanzi tal-Unjoni skont ir-riżultati miksuba. |
Programmar finanzjarju
30. |
Darbtejn fis-sena, l-ewwel darba f’April jew f'Mejju (flimkien mad-dokumenti mehmuża mal-abbozz tal-baġit) u t-tieni darba f’Diċembru jew f'Jannar (wara l-adozzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni), il-Kummissjoni għandha tippreżenta pprogrammar finanzjarju sħiħ għall-intestaturi 1 (ħlief għas-sotto-intestatura għall-“Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali”), 2 (għall-“ambjent” u s-“sajd” biss), 3 u 4 tal-QFP. Dak l-ipprogrammar, li jiġi strutturat skont l-intestatura, oqsma ta’ politika u linji baġitarji, għandu jidentifika:
Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra modi kif tagħmel kontroreferenzi bejn l-ipprogrammar finanzjarju u l-ipprogrammar leġislattiv biex jiġi pprovdut tbassir iktar preċiż u fattibbli. Għal kull proposta leġislattiva, il-Kummissjoni għandha tindika jekk din tkunx inkluża fil-programm ta’ April jew fil-programm ta' Diċembru. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom b’mod partikolari jiġu infurmati dwar:
Kull meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tispeċifika l-ipprogrammar mill-ġdid li jkun mitlub minn proposti leġislattivi ġodda. |
B. Aġenziji u Skejjel Ewropej
31. |
Qabel ma tressaq proposta għall-ħolqien ta’ aġenzija ġdida, il-Kummissjoni għandha tipproduċi valutazzjoni tal-impatt soda, kompleta u oġġettiva, filwaqt li tikkunsidra, fost l-oħrajn, il-massa kritika tal-persunal u tal-kompetenzi, aspetti tal-ispejjeż f'termini ta' benefiċċju, is-sussidjarjetà u l-proporzjonalità, l-impatt fuq l-attivitajiet nazzjonali u tal-Unjoni, u l-implikazzjonijiet baġitarji għall-intestatura ta’ nefqa kkonċernata. Fuq il-bażi ta’ dik l-informazzjoni u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri leġislattivi li jirregolaw it-twaqqif tal-aġenzija, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jintrabtu, fil-qafas tal-kooperazzjoni baġitarja, li jilħqu ftehim f’waqtu dwar l-iffinanzjar tal-aġenzija proposta. Għandhom jiġu applikati l-passi proċedurali li ġejjin:
L-istess proċedura għandha tiġi applikata fil-każ ta’ kwalunkwe emenda għal att legali li jikkonċerna aġenzija, li jista' jkollha impatt fuq ir-riżorsi tal-aġenzija kkonċernata. Jekk il-ħidma ta’ aġenzija tiġi mmodifikata b’mod sostanzjali mingħajr ma ssir emenda fl-att legali li jistabbilixxi l-aġenzija ikkonċernata, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill permezz ta’ rendikont finanzjarju rivedut, sabiex il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu jistgħu jilħqu ftehim f’waqtu dwar l-iffinanzjar tal-aġenzija. |
32. |
Id-dispożizzjonijiet rilevanti mill-Approċċ Komuni anness mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-UE u l-Kummissjoni Ewropea dwar l-aġenziji deċentralizzati ffirmata fid-19 ta' Lulju 2012 għandhom jitqiesu b'mod xieraq fil-proċedura baġitarja. |
33. |
Meta l-Bord tal-Gvernaturi jipprevedi l-ħolqien ta’ Skola Ewropea ġdida, għandha tiġi applikata proċedura simili, mutatis mutandis, għall-implikazzjonijiet baġitarji tagħha fuq il-baġit ġenerali tal-Unjoni. |
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
J. BERNATONIS
Għall-Kummissjoni
J. LEWANDOWSKI
Membru tal-Kummissjoni
Magħmul fi Strasburgu, l-10 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
M. SCHULZ
(1) Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tal-20 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-Qafas Finanzjarju Pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).
(2) Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1).
(3) ĠU C 139, 14.6.2006, p. 1.
(5) ĠU L 304, 20.11.2010, p. 47.
(6) Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 549).
(7) Il-Kunsill u l-Kummissjoni diġà implimentaw l-ewwel tnaqqis ta' 1 % tal-persunal kif kien jidher fl-organigramma tagħhom fl-1 ta' Jannar 2013.
(8) Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1268/2012 tad-29 ta’ Ottubru 2012 dwar ir-regoli tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L 362, 31.12.2012, p. 1).
ANNESS
Kooperazzjoni interistituzzjonali waqt il-proċedura tal-baġit
Parti A. Kalendarju tal-proċedura baġitarja
1. |
L-istituzzjonijiet għandhom jaqblu dwar kalendarju prammatiku kull sena suffiċjentament qabel il-bidu tal-proċedura baġitarja skont il-prattika attwali. |
Parti B. Prijoritajiet għall-proċedura baġitarja
2. |
Fi żmien xieraq qabel l-adozzjoni tal-abbozz tal-baġit mill-Kummissjoni, għandu jissejjaħ trilogu li fih jiġu diskussi l-prijoritajiet possibbli għall-baġit tas-sena finanzjarja li jmiss. |
Parti C. Stabbiliment tal-Abbozz tal-Baġit u l-Aġġornar tal-Istimi
3. |
L-istituzzjonijiet, iżda mhux il-Kummissjoni, huma mistiedna jadottaw ir-rendikont tal-istimi tagħhom sal-aħħar ta’ Marzu. |
4. |
Kull sena, il-Kummissjoni għandha tippreżenta abbozz tal-baġit li fih jidhru l-ħtiġijiet finanzjarji attwali tal-Unjoni. F’dan l-abbozz il-Kummissjoni għandha tikkunsidra:
|
5. |
Sa fejn hu possibbli, l-istituzzjonijiet għandhom jevitaw li jdaħħlu elementi fil-baġit li jinvolvu ammonti insinifikanti ta’ nfiq għall-operazzjonijiet. |
6. |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jintrabtu wkoll li jżommu f’moħħhom il-valutazzjoni tal-possibbiltajiet għall-implementazzjoni tal-baġit li l-Kummissjoni inkludiet fl-abbozzi tagħha u f’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit attwali. |
7. |
Fl-interessi ta’ ġestjoni finanzjarja tajba u minħabba bidliet maġġuri fit-titoli u l-kapitoli tan-nomenklatura baġitarja konnessi mar-responsabbiltajiet tad-dipartimenti tal-Kummissjoni rigward ir-rappurtar, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jintrabtu li jiddiskutu mal-Kummissjoni kwalunkwe bidla maġġuri matul il-perijodu ta’ konċiljazzjoni. |
8. |
Fl-interess ta' kooperazzjoni istituzzjonali leali u soda, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jżommu kuntatti regolari u attivi fil-livelli kollha, permezz tan-negozjaturi rispettivi tagħhom, matul il-proċedura baġitarja kollha, u b'mod partikolari matul il-perijodu ta' konċiljazzjoni. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jimpenjaw ruħhom li jiżguraw li jkun hemm skambju reċiproku, f'waqtu u kontinwu, ta' informazzjoni rilevanti u dokumenti kemm f'livelli formali u informali, kif ukoll li jagħmlu laqgħat tekniċi jew informali, skont il-ħtieġa, matul il-perijodu ta' konċiljazzjoni, f'kooperazzjoni mal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikollhom aċċess ugwali u f'waqtu għal informazzjoni u dokumenti. |
9. |
Sa dak iż-żmien meta jiltaqa’ l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, il-Kummissjoni tista’, jekk ikun meħtieġ, temenda l-abbozz tal-baġit skont l-Artikolu 314(2) TFUE u tista’ wkoll, permezz ta’ ittra ta’ emenda, taġġorna l-istimi tan-nefqa għall-agrikoltura. Il-Kummissjoni għandha tissottometti informazzjoni dwar aġġornamenti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex tiġi kkunsidrata minnhom, hekk kif dik l-informazzjoni tkun disponibbli. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill ir-raġunijiet iġġustifikati kif xieraq li jistgħu jkunu meħtieġa minnhom. |
Parti D. Proċedura baġitarja qabel il-proċedura ta' konċiljazzjoni
10. |
Għandu jsir trilogu f’data li tantiċipa sewwa dik tal-qari tal-Kunsill sabiex l-istituzzjonijiet ikollhom żmien jiskambjaw il-fehmiet tagħhom dwar l-abbozz tal-baġit. |
11. |
Sabiex il-Kummissjoni tkun tista’, fi żmien xieraq, tivvaluta l-implimentabbiltà tal-emendi previsti mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill li joħolqu azzjonijiet jew proġetti pilota preparatorji ġodda jew li jtawlu dawk eżistenti, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħhom f’dak ir-rigward, sabiex l-ewwel diskussjoni tkun tista' ssir f’dak it-trilogu. |
12. |
Jista' jitlaqqa' trilogu qabel il-votazzjoni fil-plenarja tal-Parlament Ewropew. |
Parti E. Proċedura ta' konċiljazzjoni
13. |
Jekk il-Parlament Ewropew jadotta emendi għall-pożizzjoni tal-Kunsill, il-President tal-Kunsill għandu, matul l-istess seduta plenarja, jieħu nota tad-differenzi fil-pożizzjoni taż-żewġ istituzzjonijiet u jinforma lill-President tal-Parlament Ewropew li jaqbel li immedjatament jitlaqqa' l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni. L-ittra li ssejjaħ il-laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni għandha tintbagħat sa mhux aktar tard mill-ewwel jum tax-xogħol tal-ġimgħa ta’ wara t-tmiem tas-sessjoni parzjali parlamentari li matulha jkun ittieħed il-vot plenarju, u l-perijodu ta’ konċiljazzjoni għandu jibda l-għada. Il-perijodu ta' żmien ta' 21 jum għandu jiġi kkalkolat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 1182/71 (1). |
14. |
Jekk il-Kunsill ma jkunx jista’ jaqbel dwar l-emendi kollha adottati mill-Parlament Ewropew, għandu jikkonferma l-pożizzjoni tiegħu permezz ta’ ittra mibgħuta qabel l-ewwel laqgħa prevista għal matul il-perijodu ta’ konċiljazzjoni. F’dak il-każ, il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni għandu jipproċedi skont il-kondizzjonijiet stabbiliti fil-punti li ġejjin. |
15. |
Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni għandu jiġi ppresedut b’mod konġunt mir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Il-laqgħat tal-Kumitat ta' Konċiljazzjoni għandhom jiġu ppreseduti mill-presidenza konġunta mill-istituzzjoni li tkun qed tospita l-laqgħa. Kull istituzzjoni għandha, skont ir-regoli ta’ proċedura tagħha stess, tinnomina l-parteċipanti tagħha għal kull laqgħa u tistabbilixxi l-mandat tagħha għan-negozjati. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom ikunu rappreżentati f'livell xieraq fil-Kumitat ta' Konċiljazzjoni, b'mod li kull delegazzjoni tkun tista' timpenja politikament lill-istituzzjoni rispettiva tagħha, u li jista' jsir progress reali lejn ftehim finali. |
16. |
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 314(5) TFUE, il-Kummissjoni għandha tieħu sehem fil-proċeduri tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u għandha tieħu l-inizjattivi kollha meħtieġa biex tirrikonċilja l-pożizzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. |
17. |
It-trilogi għandhom isiru tul il-perijodu kollu tal-proċedura ta’ konċiljazzjoni, f’livelli differenti ta’ rappreżentanza, bil-għan li jiġu solvuti l-kwistjonijiet pendenti u titħejja l-bażi biex jintlaħaq ftehim fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni. |
18. |
Il-laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u tat-trilogi għandhom isiru alternattivament fil-bini tal-Parlament Ewropew u f’dak tal-Kunsill, bil-għan li l-faċilitajiet jinqasmu ndaqs, inklużi l-faċilitajiet ta' interpretazzjoni. |
19. |
Id-dati tal-laqgħat tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni u tat-trilogi għandhom jiġu miftiehma minn qabel bi ftehim bejn it-tliet istituzzjonijiet. |
20. |
Għandu jkun hemm sett komuni ta’ dokumenti (“input documents”) li jqabblu d-diversi stadji tal-proċedura baġitarja disponibbli għall-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni (2). Dawk id-dokumenti għandhom jinkludu ċifri “linja b’linja”, totali skont l-intestaturi tal-QFP u dokument konsolidat b’ċifri u rimarki dwar il-linji baġitarji kollha meqjusa teknikament “miftuħa”. Bla ħsara għad-deċiżjoni finali tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, għandu jkun hemm dokument speċjali li jelenka l-linji baġitarji kollha meqjusa teknikament magħluqa (3). Dawk id-dokumenti għandhom jiġu kklassifikati skont in-nomenklatura baġitarja. Għandhom jiġu mehmuża wkoll dokumenti oħrajn mad-dokumenti inizjali għall-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, inklużi ittra ta’ implimentabbiltà mill-Kummissjoni dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill u l-emendi tal-Parlament Ewropew; u kwalunkwe ittra jew ittri minn istituzzjonijiet oħrajn li jirrigwardaw il-pożizzjoni tal-Kunsill jew l-emendi tal-Parlament Ewropew. |
21. |
Bil-għan li jintlaħaq ftehim sal-aħħar tal-perijodu ta’ konċiljazzjoni, it-trilogi għandhom:
Għandhom jintlaħqu konklużjonijiet tentattivi b’mod konġunt matul jew immedjatament wara kull trilogu, u simultanjament, għandha tiġi miftiehma l-aġenda tal-laqgħa ta’ wara. Dawk il-konklużjonijiet għandhom jiġu rreġistrati mill-istituzzjoni li tkun qed tospita t-trilogu u jitqies li jkunu ġew approvati provviżorjament wara 24 siegħa, bla ħsara għad-deċiżjoni finali tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni. |
22. |
Waqt il-laqgħa tal-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni għandu jkun hemm għad-dispożizzjoni tiegħu l-konklużjonijiet tat-trilogi u dokument li possibbilment jiġi approvat, kif ukoll il-linji baġitarji li dwarhom ikun intlaħaq ftehim tentattiv matul it-trilogi. |
23. |
It-test konġunt stabbilit fl-Artikolu 314(5) tat-TFUE għandu jiġi stabbilit mis-segretarjati tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill bl-għajnuna tal-Kummissjoni. Dak it-test għandu jkun kompost minn ittra ta' trażmissjoni indirizzata mill-presidenti taż-żewġ delegazzjonijiet lill-President tal-Parlament Ewropew u dak tal-Kunsill, li fiha tidher id-data tal-ftehim milħuq fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni, kif ukoll l-annessi li għandhom jinkludu:
Il-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni jista’ wkoll japprova konklużjonijiet u dikjarazzjonijiet konġunti possibbli dwar il-baġit. |
24. |
It-test konġunt għandu jiġi tradott fil-lingwi uffiċjali tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni (permezz tas-servizzi pprovduti mill-Parlament Ewropew) u għandu jiġi ppreżentat għall-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fi żmien 14-il jum mid-data tal-ftehim dwar it-test konġunt skont il-Punt 23. Il-baġit għandu jkun suġġett għal finalizzazzjoni lingwistika legali wara l-adozzjoni tat-test konġunt, billi l-annessi tat-test konġunt jiġu integrati mal-linji baġitarji li ma jkunux ġew modifikati matul il-proċedura ta' konċiljazzjoni. |
25. |
L-istituzzjoni li tkun qed tospita l-laqgħa (it-trilogu jew il-konċiljazzjoni) għandha tipprovdi faċilitajiet ta' interpretazzjoni komprensivi li jkopru l-lingwi kollha fil-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni kif ukoll arranġamenti lingwistiċi ad hoc fit-trilogi. L-istituzzjoni li tkun qed tospita l-laqgħa għandha tieħu ħsieb il-kopji tad-dokumenti tal-kamra u t-tqassim tagħhom. Is-servizzi tat-tliet istituzzjonijiet għandhom jikkooperaw biex ir-riżultati tan-negozjati jiġu traskritti sabiex ikun jista’ jiġi ffinalizzat it-test konġunt. |
Parti F. Baġits Emendatorji
Prinċipji ġenerali
26. |
Konsapevoli li ħafna drabi l-baġits emendatorji jiffukaw fuq kwistjonijiet speċifiċi u xi kultant urġenti, l-istituzzjonijiet jaqblu dwar il-prinċipji li ġejjin biex jiżguraw li jkun hemm kooperazzjoni interistituzzjonali xierqa biex il-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar baġits emendatorji jkun mingħajr diffikultajiet u ma jdumx, filwaqt li kemm jista’ jkun jiġi evitat li jkollha tissejjaħ laqgħa ta’ konċiljazzjoni għall-baġits emendatorji. |
27. |
Kemm jista’ jkun, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu ħilithom biex jillimitaw l-għadd ta’ baġits emendatorji. |
Kalendarju
28. |
Il-Kummissjoni għandha tinforma bil-quddiem lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar id-dati possibbli għall-adozzjoni tal-abbozzi tal-baġits emendatorji bla ħsara għad-data finali tal-adozzjoni. |
29. |
Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, skont ir-regoli interni tal-proċedura rispettivi tagħhom, għandhom jagħmlu ħilithom biex jeżaminaw l-abbozz tal-baġit emendatorju propost mill-Kummissjoni mal-ewwel opportunità wara l-adozzjoni tiegħu mill-Kummissjoni. |
30. |
Sabiex titħaffef il-proċedura, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom jiżguraw li l-kalendarji ta' ħidma rispettivi tagħhom ikunu kemm jista’ jkun ikkoordinati sabiex il-proċeduri jkunu jistgħu jsiru b’mod koerenti u konverġenti. Għalhekk, mill-aktar fis possibbli, huma għandhom ifittxu li jistabbilixxu kalendarju indikattiv għad-diversi stadji li jwasslu għall-adozzjoni finali tal-baġit emendatorju. Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom iqisu l-urġenza relattiva tal-baġit emendatorju u l-ħtieġa li jiġi approvat fi żmien xieraq sabiex ikun effettiv matul is-sena finanzjarja kkonċernata. |
Kooperazzjoni matul il-qari
31. |
L-istituzzjonijiet għandhom jikkooperaw b'rieda tajba tul il-proċedura kollha biex, kemm jista’ jkun, iwittu t-triq għall-adozzjoni tal-baġits emendatorji f’fażi bikrija tal-proċedura. Meta jkun xieraq u meta tinqala’ l-possibbiltà ta’ diverġenza, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, qabel ma kull wieħed minnhom jieħu l-pożizzjoni finali tiegħu dwar il-baġit emendatorju, jew il-Kummissjoni fi kwalunkwe ħin, jistgħu jipproponu li jissejjaħ trilogu speċifiku biex jiġu diskussi d-diverġenzi u jippruvaw jilħqu kompromess. |
32. |
L-abbozzi kollha tal-baġits emendatorji proposti mill-Kummissjoni, iżda li ma jkunux għadhom ġew approvati b’mod finali, għandhom jiddaħħlu sistematikament fl-aġenda tat-trilogi ppjanati għall-proċedura baġitarja annwali. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-abbozzi tal-baġits emendatorji u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom, kemm jista’ jkun, jgħarrfu l-pożizzjonijiet rispettivi tagħhom qabel ma jitlaqqa’ t-trilogu. |
33. |
Jekk jintlaħaq kompromess matul it-trilogu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jintrabtu li jikkunsidraw ir-riżultati tat-trilogu waqt id-deliberazzjoni dwar il-baġit emendatorju skont it-TFUE u r-regoli ta’ proċedura tagħhom. |
Kooperazzjoni wara l-qari
34. |
Jekk il-Parlament Ewropew japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill mingħajr emendi, il-baġit emendatorju għandu jiġi adottat skont it-TFUE. |
35. |
Jekk il-maġġoranza tal-membri komponenti tal-Parlament Ewropew jadottaw l-emendi, japplika l-Artikolu 314(4)(c) TFUE. Madankollu, qabel jiltaqa’ l-Kumitat ta’ Konċiljazzjoni għandu jissejjaħ trilogu:
|
Parti G. Impenji pendenti (“Reste à liquider (‘RAL’)”)
36. |
Minħabba l-ħtieġa li jiġi żgurat li jsir progress ordnat tal-approprjazzjonijiet totali ta' pagament b'rabta mal-approprjazzjonijiet ta' impenn sabiex tiġi evitata kwalunkwe riport anormali tar-RAL minn sena għal oħra, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaqblu li jissorveljaw mill-qrib il-livell tar-RAL sabiex jitnaqqas ir-riskju li tiġi ostakolata l-implimentazzjoni tal-programmi tal-Unjoni minħabba nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament fi tmiem il-QFP. Sabiex jiġi żgurat li jkun hemm livell u profil maniġġabbli għall-pagamenti fl-intestaturi kollha, ir-regoli ta' diżimpenn għandhom jiġu applikati b'mod strett fl-intestaturi kollha, b'mod parikolari r-regoli għad-diżimpenji awtomatiċi. Matul il-proċedura baġitarja, l-istituzzjonijiet għandhom jiltaqgħu b'mod regolari bil-ħsieb li jivvalutaw b'mod konġunt is-sitwazzjoni attwali u l-prospetti għall-implimentazzjoni baġitarja fis-sena attwali u fis-snin futuri. Dan għandu jsir permezz ta' laqgħat interistituzzjonali speċifiċi fil-livell xieraq, li qabilhom il-Kummissjoni għandha tinforma b'mod dettaljat dwar is-sitwazzjoni attwali, skont il-Fond u l-Istat Membru, tal-implimentazzjoni tal-pagamenti, tat-talbiet għal rimborżi riċevuti u tal-previżjonijiet riveduti. B'mod partikolari, sabiex jiġi żgurat li l-Unjoni tkun tista' tissodisfa l-obbligi finanzjarji kollha tagħha li jirriżultaw mill-impenji eżistenti u dawk futuri fil-perijodu 2014-2020 f'konformità mal-Artikolu 323 tat-TFUE, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill għandhom janalizzaw u jiddiskutu l-estimi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-livell ta' approprjazzjonijiet ta' pagament meħtieġ. |
(1) Regolament (KEE, Euratom) Nru 1182/71 tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 1971 li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perijodi, dati u limiti ta' żmien (ĠU L 124, 8.6.1971, p. 1).
(2) Id-diversi stadji jinkludu: il-baġit tas-sena finanzjarja kurrenti (inklużi baġits emendatorji adottati); l-abbozz tal-baġit inizjali; il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit; l-emendi tal-Parlament Ewropew għall-pożizzjoni tal-Kunsill u l-ittri ta’ emenda ppreżentati mill-Kummissjoni (jekk ma jkunux diġà ġew approvati b’mod sħiħ mill-istituzzjonijiet kollha).
(3) Linja baġitarja meqjusa bħala teknikament magħluqa hija linja li dwarha ma jkun hemm l-ebda nuqqas ta’ qbil bejn il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, u li fir-rigward tagħha ma tkun ġiet ippreżentata l-ebda ittra ta’ emenda.
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/12 |
Dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni (Programm Qafas)
2013/C 373/02
DIKJARAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
Għall-Programm Qafas Orizzont 2020, il-Kummissjoni Ewropea tipproponi li tissokta bl-istess qafas etiku tas-Seba' Programm Qafas biex jittieħdu deċiżjonijiet dwar il-finanzjament tal-UE għar-riċerka fuq ċelloli staminali tal-embrijuni tal-bniedem.
Il-Kummissjoni Ewropea tipproponi l-issuktar ta' dan il-qafas etiku minħabba li dan żviluppa, abbażi tal-esperjenza, approċċ responsabbli għal qasam promettenti ħafna tax-xjenza u wera li jaħdem b'mod sodisfaċenti fil-kuntest ta' programm tar-riċerka li fih jipparteċipaw riċerkaturi minn bosta pajjiżi b'sitwazzjonijiet regolatorji differenti ħafna.
1. |
Id-deċiżjoni dwar il-Programm Qafas 2020 espliċitament teskludi tliet oqsma ta' riċerka mill-finanzjament Komunitarju:
|
2. |
Mhija se tiġi ffinanzjata l-ebda attività li hija pprojbita fl-Istati Membri kollha. Mhija se tiġi ffinanzjata l-ebda attività fi Stat Membru fejn tali attività hija pprojbita. |
3. |
Id-deċiżjoni dwar Orizzont 2020 u d-dispożizzjoniiet għall-qafas etiku li jirregola l-finanzjament Komunitarju ta' riċerka dwar iċ-ċelloli staminali tal-embrijuni tal-bniedem bl-ebda mod ma tinvolvi ġudizzju ta' valur dwar il-qafas regolatorju jew etiku li jirregola din ir-riċerka fl-Istati Membri. |
4. |
Meta l-Kummissjoni Ewropea tagħmel sejħa għal proposti, hija ma tissolleċitax b'mod espliċitu l-użu ta' ċelloli staminali tal-embrijuni tal-bniedem. L-użu possibbli ta' ċelloli staminali tal-bniedem, sew jekk ikunu dderivati minn adulti jew minn embrijuni, jiddependi mill-ġudizzju tax-xjenzati, fid-dawl tal-għanijiet li jkunu jridu jilħqu. Fil-prattika, il-parti l-kbira tal-fondi Komunitarji għar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali tmur għall-użu ta' ċelloli staminali adulti. Ma hemm l-ebda raġuni għaliex dan għandu jinbidel sostanzjalment f'Orizzont 2020. |
5. |
Kull proġett li jipproponi li juża ċelloli staminali tal-embrijuni tal-bniedem għandu jgħaddi b'suċċess minn evalwazzjoni xjentifika li matulha esperti xjentifiċi indipendenti jivvalutaw il-ħtieġa li jintużaw tali ċelloli staminali biex jintlaħqu l-għanijiet xjentifiċi. |
6. |
Il-proposti li jgħaddu b'suċċess mill-evalwazzjoni xjentifika mbagħad ikunu soġġetti għal reviżjoni etika stretta organizzata mill-Kummissjoni Ewropea. F'din ir-reviżjoni etika, jitqiesu l-prinċipji riflessi fil-Karta tal-UE tad-Drittijiet Fundamentali u l-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Bijomediċina, iffirmata f'Oviedo fl-4 ta' April 1997, u l-protokolli addizzjonali tagħha, kif ukoll id-Dikjarazzjoni Universali dwar il-Ġenoma tal-Bniedem u d-Drittijiet tal-Bniedem adottata mill-UNESCO. Ir-reviżjoni etika sservi wkoll biex tivverifika li l-proposti jirrispettaw ir-regoli tal-pajjiżi fejn tkun se titwettaq ir-riċerka. |
7. |
F'każijiet partikolari, verifika etika tista' titwettaq matul il-perjodu tal-proġett. |
8. |
Qabel ma jibda, kull proġett li jipproponi l-użu ta' ċelloli staminali tal-embrijuni tal-bniedem għandu jikseb l-approvazzjoni tal-kumitat tal-etika nazzjonali jew lokali rilevanti. Ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali kollha għandhom jiġu osservati, inkluż f'dak li jirrigwarda kwistjonijiet bħall-kunsens tal-ġenituri, l-assenza ta' tħajjir finanzjarju, eċċ. Ser isiru kontrolli dwar jekk il-proġett jinkludix referenzi għal miżuri ta' liċenzjar u kontroll li għandhom jittieħdu mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn ser titwettaq ir-riċerka. |
9. |
Proposta li tgħaddi b’suċċess l-evalwazzjoni xjentifika, ir-reviżjonijiet etiċi nazzjonali jew lokali u r-reviżjoni etika Ewropea, ser titressaq għall-approvazzjoni, kull każ għalih, tal-Istati Membri, mlaqqa’ bħala Kumitat li jaġixxi skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni. L-ebda proġett li jinvolvi l-użu ta' ċelloli staminali tal-embrijuni tal-bniedem u li ma jiksibx l-approvazzjoni mill-Istati Membri mhuwa se jiġi ffinanzjat. |
10. |
Il-Kummissjoni Ewropea se tkompli taħdem biex ir-riżultati tar-riċerka dwar ċelloli staminali, li tkun ġiet iffinanzjata mill-Komunità, ikunu ġeneralment aċċessibbli għar-riċerkaturi kollha, għall-benefiċċju aħħari tal-pazjenti fil-pajjiżi kollha. |
11. |
Il-Kummissjoni Ewropea se tappoġġa azzjonijiet u inizjattivi li jikkontribwixxu għall-koordinazzjoni u r-razzjonalizzazzjoni, f'approċċ etiku responsabbli, tar-riċerka dwar iċ-ċelloli staminali tal-embrijuni tal-bniedem. B'mod partikolari, il-Kummissjoni se tissokkta bl-appoġġ għal reġistru Ewropew ta' linji ta' ċelloli staminali tal-embrijuni tal-biedem. Appoġġ għal tali reġistru se jippermetti monitoraġġ taċ-ċelloli staminali eżistenti tal-embrijuni tal-bniedem fl-Ewropa, se jikkontribwixxi għall-massimizzazzjoni tal-użu tagħhom mix-xjenzjati u jista' jgħin biex jiġu evitati derivazzjonijiet mhux meħtieġa ta' linji ġodda ta' ċelloli staminali. |
12. |
Il-Kummissjoni Ewropea se tissokkta l-prattika attwali, u mhijiex sejra tressaq quddiem il-Kumitat, li jaġixxi skont il-proċedura ta’ eżami, proposti għal proġetti li jinkludu attivitajiet tar-riċerka li jeqirdu l-embrijuni tal-bniedem, inklużi dawk għall-ksib ta’ ċelloli staminali. L-esklużjoni mill-finanzjament ta' dan il-pass ta' riċerka mhux se jimpedixxi l-finanzjament Komunitarju għal azzjonijiet fil-futur li jinvolvu ċ-ċelloli staminali tal-embrijuni tal-bniedem. |
Dikjarazzjoni dwar l-Enerġija
“Il-Kummissjoni tagħraf ir-rwol essenzjali fil-ġejjieni tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fl-istadju tal-użu finali u tal-enerġija li tiġġedded, l-importanza ta' grids u ħżin itjeb fil-massimizzazzjoni tal-potenzjal tagħhom, u l-ħtieġa ta' miżuri għall-adozzjoni mis-suq, sabiex tinbena l-kapaċità, titjieb il-governanza u jingħelbu l-ostakoli tas-suq sabiex ikunu jistgħu jintużaw soluzzjonijiet tal-effiċjenza tal-enerġija u tal-enerġija li tiġġedded.
Il-Kummissjoni se tagħmel ħilitha biex tiżgura li tal-inqas 85 % tal-baġit għall-isfida enerġetika ta' Orizzont 2020 jintefaq fl-oqsma tal-fjuwils mhux fossili, u li minnhom tal-anqas 15 % tal-baġit globali għall-isfida enerġetika jintefaq għal attivitajiet ta' adozzjoni mis-suq ta' teknoloġiji eżistenti tal-enerġija rinnovabbli u tal-effiċjenza fl-użu tal-enerġija fil-Programm Enerġija Intelliġenti Ewropa III. Dan il-programm se jiġi implimentat permezz ta’ struttura ddedikata ta’ ġestjoni u se jinkludi wkoll appoġġ għall-implimentazzjoni tal-politika tal-enerġija sostenibbli, il-bini tal-kapaċità u l-mobilizzazzjoni tal-finanzjament għall-investiment, hekk kif sar sal-lum.
Il-parti li jifdal se tiġi ddedikata għal teknoloġiji bbażati fuq il-fossili u għal għażliet tal-iżvilupp, li huma meqjusin essenzjali għall-ilħuq tal-viżjoni 2050 u għall-appoġġ tat-trasformazzjoni f'sistema ta' enerġija sostenibbli.
Il-progress lejn dawn il-miri se jkun immonitorjat u l-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment dwar il-progress miksub.”
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 6.5
“Mingħajr preġudizzju għall-proċedura baġitarja annwali tal-Unjoni, hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li fil-kuntest tad-djalogu strutturat mal-Parlament Ewropew tippreżenta rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tat-tqassim tal-baġit stabbilit fl-Anness II ta’ Orizzont 2020 skont il-prijoritajiet u l-għanijiet speċifiċi f’dawn il-prijoritajiet, inkluż kwalunkwe applikazzjoni tal-Artikolu 6(5)”.
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 12
“Fuq talba, il-Kummissjoni se tippreżenta lill-Kumitat responsabbli fil-Parlament Ewropew il-programmi ta’ ħidma adottati.”
Dikjarazzjoni dwar is-Siġill ta' Eċċellenza
“L-intervent fil-livell ta' Unjoni jippermetti kompetizzjoni madwar l-UE sabiex jintgħażlu l-aħjar proposti, biex b’hekk jogħlew il-livelli ta’ eċċellenza u tiġi provduta viżibbiltà għar-riċerka u l-innovazzjoni ewlenija.
Il-Kummissjoni tqis li l-proposti kkunsidrati pożittivi, kemm dawk tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka, l-azzjonijiet Marie Sklodowska-Curie, l-azzjonijiet għall-ħolqien ta' timijiet, l-istrument tal-SMEs tat-2 fażi jew il-proposti ta' proġetti ta' kollaborazzjoni li ma setgħux jiġu ffinanzjati għal raġunijiet baġitarji, xorta waħda ssodisfaw il-kriterju ta' eċċellenza ta' Orizzont 2020.
Hekk kif il-parteċipanti jiġu approvati, din l-informazzjoni tista' tinqasam mal-awtoritajiet responsabbli.
Għaldaqstant, il-Kummissjoni tilqa' kull inizjattiva biex dawn il-proġetti jiġu ffinanzjati permezz ta' sorsi nazzjonali, reġjonali jew privati. F'dan il-kuntest, il-politika ta' koeżjoni għandha wkoll rwol ewlieni permezz tal-bini tal-kapaċità.”
Dikjarazzjoni dwar it-Tixrid tal-eċċellenza u tat-twessigħ tal-parteċipazzjoni
“Il-Kummissjoni hija impenjata li twaqqaf u timplimenta l-miżuri biex tnaqqas id-distakk tar-riċerka u l-innovazzjoni fl-Ewropa taħt l-intestatura ġdida ‘It-tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni’. Il-livell ta' finanzjament previst għal dawn il-miżuri mhuwiex se jkun anqas mill-ammont minfuq fis-Seba' Programm ta' Qafas għall-azzjonijiet li jindirizzaw it-‘twessigħ tal-parteċipazzjoni’.
L-attivitajiet ġodda ta' COST meħuda fil-kuntest tat-‘twessigħ tal-parteċipazzjoni’ għandhom jiġu appoġġjati mill-baġit allokat għat-‘tixrid tal-eċċellenza u t-twessigħ tal-parteċipazzjoni’. L-attivitajiet tal-COST li ma jaqgħux taħtu, u li għandhom ikunu tal-istess kobor f'termini ta' baġit, għandhom jiġu appoġġjati mill-baġit allokat għal ‘6. L-Ewropa f'dinja li qed tinbidel – Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflessivi’.
Il-parti l-kbira tal-attivitajiet relatati mal-Faċilità ta' Sostenn għall-Politika u man-netwerks transnazzjonali tal-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom ikunu appoġġjati wkoll mill-baġit allokat għal ‘6 L-Ewropa f'dinja li qed tinbidel – Soċjetajiet inklużivi, innovattivi u riflessivi’.”
Dikjarazzjoni dwar l-istrument tal-SME
“L-appoġġ għall-SMEs f'Orizzont 2020 huwa ta' importanza kbira u jirrappreżenta parti prominenti biex jintlaħaq l-għan tal-Programm li jrawwem l-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi. Għaldaqstant, il-Kummissjoni se tiżgura li jkun hemm viżibilità kbira tal-appoġġ għall-SMEs f'Orizzont 2020, b'mod partikolari permezz tal-istrument tal-SMEs fil-programmi ta' ħidma, fil-linji gwida u fl-attivitajiet ta' komunikazzjoni. Se jsiru l-isforzi kollha sabiex l-SMEs ikunu jistgħu, b'mod faċli u sempliċi, jidentifikaw u jużaw l-opportunitajiet ipprovduti lilhom fil-prijoritajiet ‘Sfidi tas-Soċjetà’ u ‘LEITs’.
L-istrument tal-SMEs se jiġi implimentat permezz ta' struttura unika ta' tmexxija ċentralizzata responsabbli għall-evalwazzjoni u l-ġestjoni tal-proġetti, inkluż l-użu ta' sistemi tal-IT u proċessi tan-negozju komuni.
L-istrument tal-SMEs għandu jattira l-proġetti ta' innovazzjoni l-aktar ambizzjużi tal-SMEs. Dan se jkun implimentat primarjament b'approċċ minn isfel għal fuq permezz ta' sejħa permanent miftuħa u mfassla apposta għall-ħtiġijiet tal-SMEs, kif stabbilit fl-għan speċifiku ‘innovazzjoni fl-SMEs’ filwaqt li jitqiesu l-prijoritajiet u l-għanijiet tal-LEITs u tal-‘Isfidi tas-Soċjetà’ u tingħata l-opportunità għal proposti trasversali bejn il-prijoritajiet ‘Sfidi’ u LEITs, li jenfasizzaw l-approċċ minn isfel għal fuq. Din is-sejħa tista' tiġi riveduta/mġedda kull sentejn sabiex tittieħed kunsiderazzjoni tal-programmi strateġiċi biannwali. Meta jkun xieraq, flimkien mas-sejħa deskritta hawn fuq, jistgħu jiġu organizzati sejħiet għal suġġetti speċifiċi ta' interess strateġiku. Dawn is-sejħiet se jużaw il-kunċetti u l-proċeduri tal-istrument tal-SMEs kif ukoll il-punt ta' dħul uniku għall-applikanti u s-servizzi ta' gwidar u ta' taħriġ.”
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/16 |
Dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni (Regoli għall-Parteċipazzjoni)
2013/C 373/03
Dikjarazzjoni dwar il-Proċedura rapida lejn l-Innovazzjoni
“Il-Kummissjoni għandha l-ħsieb li tipprovdi viżibbiltà xierqa lill-PRI fost il-komunità tar-riċerka u l-innovazzjoni permezz ta’ aktar sensibilizzazzjoni u attivitajiet ta' komunikazzjoni qabel ma titnieda s-sejħa pilota fl-2015.
Il-Kummissjoni ma għandhiex l-intenzjoni li tillimita t-tul ta' żmien ta’ azzjonijiet PRI ex ante. Fatturi bħas-sensittività għaż-żmien u s-sitwazzjoni kompetittiva internazzjonali għandhom jitqiesu biżżejjed meta jkun qed jiġi evalwat l-‘impatt’ ta' proposta, sabiex ikun jista' jkun hemm flessibbiltà skont l-ispeċifiċitajiet varji fl-oqsma differenti tar-riċerka applikata.
Minbarra l-analiżi fil-fond imwettqa fi ħdan l-evalwazzjoni interim ta' Orizzont 2020, il-PRI pilota se jkun soġġett għal monitoraġġ kontinwu tal-aspetti prattiċi kollha b'rabta mas-sottomissjoni, l-evalwazzjoni, l-għażla u l-ibbaġitjar ta’ proposti taħt is-sejħa PRI, li jibdew mill-ewwel data ta’ skadenza fl-2015.
Sabiex il-proġett pilota jkun effettiv u biex jiġi żgurat li tkun tista' titwettaq valutazzjoni xierqa, dan jista' jirrikjedi li jiġu appoġġati sa mitt proġett.”
Dikjarazzjoni dwar il-linji gwida dwar il-kriterji biex jiġi implimentat il-“bonus”
“Fir-rigward tar-remunerazzjoni addizzjonali, hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li, mingħajr dewmien, toħroġ linji gwida dwar il-kriterji għall-implimentazzjoni tagħha wara l-adozzjoni tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni u għat-Tixrid ta' Orizzont 2020.”
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 42 tar-Regoli għall-Parteċipazzjoni
“Hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi limiti ta' żmien fil-ftehim mudell dwar l-għotjiet fir-rigward tal-ħarsien tar-riżultati, filwaqt li jitqiesu l-limiti taż-żmien tal-FP7.”
Dikjarazzjoni dwar l-ikkostjar dirett għal infrastrutturi kbar ta' riċerka
“Bi tweġiba għat-talbiet mill-partijiet interessati, il-Kummissjoni hija impenjata li tiċċara l-kwistjoni tal-ikkostjar dirett ta' infrastrutturi kbar tar-riċerka skont kif deskritt f'din id-dikjarazzjoni.
Il-gwida dwar l-ikkostjar dirett għal infrastrutturi kbar tar-riċerka f'Orizzont 2020 se tapplika għall-ikkostjar ta' infrastrutturi tar-riċerka kbar b'valur totali ta' mill-inqas EUR 20 miljun għal benefiċjarju partikolari, ikkalkulati bħala t-total tal-valuri tal-assi storiċi tal-infrastrutturi tar-riċerka individwali kif jidhru fl-aħħar Karta tal-Bilanċ magħluqa ta' dak il-benefiċjarju qabel id-data tal-iffirmar tal-ftehim ta' għotja, jew kif determinat abbażi tal-ikkostjar tal-kiri u l-lokazzjoni tal-infrastrutturi tar-riċerka.
Taħt dan il-livell minimu, il-gwida dwar l-ikkostjar dirett għall-infrastrutturi tar-riċerka kbar f'Orizzont 2020 mhux se tapplika. Il-partiti tal-ikkostjar individwali jistgħu jiġu ddikjarati bħala ikkostjar dirett eliġibbli skont id-dispożizzjonijiet applikabbli tat-ftehim ta' għotja.
B'mod ġenerali, se jkun possibbli li wieħed jitlob bħala kkostjar dirett l-ikkostjar kollu li kemm jissodisfaw il-kriterji ġenerali ta' eliġibilità kif ukoll li huma direttament marbuta mal-implimentazzjoni tal-azzjoni u għalhekk jistgħu jiġu attribwiti direttament lilha.
Għal infrastruttura tar-riċerka kbira li tintuża għal proġett, dan se jkun tipikament il-każ għall-ikkostjar kapitalizzat u għall-ikkostjar operattiv.
L-‘ikkostjar kapitalizzat’ se jkunu l-ikkostjar mġarrab biex titwaqqaf u/jew tiġġedded l-infrastruttura tar-riċerka kbira, kif ukoll xi kkostjar ta' tiswija u manutenzjoni speċifiċi tal-infrastruttura tar-riċerka kbira flimkien ma' partijiet minnha jew komponenti integrali essenzjali tagħha.
L-‘ikkostjar operattiv’ se jkun l-ikkostjar li l-benefiċjarju jġarrab speċifikament għat-tmexxija tal-infrastruttura tar-riċerka kbira.
Għall-kuntrarju, xi kkostjar jista' tipikament ma jiġix iddikjarat bħala kkostjar dirett, iżda jitqies rimborżat permezz tar-rata fissa għall-ikkostjar indirett, eż l-ikkostjar tal-kiri, lokazzjoni jew deprezzament tal-bini amministrattiv u l-kwartieri.
Fejn l-ikkostjar huwa kkawżat parzjalment biss mill-attivitajiet tal-proġett, tista' tiġi ddikjarata biss dik il-parti li titkejjel direttament mal-proġett.
Għal dan il-għan, is-sistema ta' kejl tal-benefiċjarju għandha tipprovdi għal kwantifikazzjoni preċiża tal-valur reali attwali tal-kost tal-proġett (ie li turi l-konsum reali u/jew l-użu għall-proġett). Dan se jkun il-każ, jekk il-kejl jinkiseb mill-fattura tal-fornitur.
Il-kejl tan-nefqa huwa ġeneralment assoċjat mal-ħin użat għall-proġett, li għandu jikkorrispondi mas-sigħat/ġranet/xhur reali ta' użu tal-infrastruttura tar-riċerka għall-proġett. L-għadd totali ta' sigħat/jiem/xhur produttivi għandu jikkorrispondi mal-potenzjal sħiħ tal-użu (kapaċità sħiħa) tal-infrastruttura tar-riċerka. Il-kalkolu tal-kapaċità sħiħa se jinkludi kull ħin li matulu l-infrastruttura tar-riċerka tkun tista' tintuża iżda fil-fatt ma tintużax. Madankollu, il-kalkolu tal-kapaċità sħiħa se jqis kif xieraq ir-restrizzjonijiet reali bħall-ħinijiet tal-ftuħ tal-entità, u l-ħin tat-tiswija u l-manutenzjoni (inkluż l-ikkalibrar u l-ittestjar).
Jekk kost jista' direttament jitkejjel fir-rigward tal-infrastruttura tar-riċerka iżda mhux direttament mal-proġett, minħabba restrizzjonijiet tekniċi, alternattiva aċċettabbli tkun il-kejl ta' dan l-ikkostjar permezz ta' unitajiet ta' użu attwali rilevanti għall-proġett, appoġġjat minn speċifikazzjonijiet tekniċi eżatti u dejta attwali, u ddeterminat fuq il-bażi tas-sistema analitika tal-kontabilità tal-ikkostjar tal-benefiċjarju.
L-ikkostjar u l-kejl dirett mal-proġett iridu jiġu appoġġjati minn dokumenti xierqa ta' appoġġ li jippermettu li jkun hemm proċess ta' awditu suffiċjenti.
Il-benefiċjarju jista' juri r-rabta diretta permezz ta' evidenza alternattiva konvinċenti.
Is-servizzi tal-Kummissjoni se jirrakkomandaw l-aħjar prattiki għall-kejl dirett u d-dokumenti ta' appoġġ (eż.: għall-ikkostjar kkapitalizzat: dikjarazzjonijiet tal-kontijiet flimkien ma' politika ta' deprezzament tal-benefiċjarju bħala parti mill-prinċipji normali tal-kontabilità tagħha, li turi kalkolu tal-użu potenzjali u tal-ħajja ekonomika tal-assi, u prova tal-użu attwali għall-proġett; għal spejjeż operattivi: fattura speċifika ttikkettjata espliċitament u relatata mal-infrastruttura tar-riċerka kbira, mal-kuntratt, maż-żmien kemm idum il-proġett, eċċ.).
Fuq talba ta' benefiċjarju ta' infrastrutturi tar-riċerka kbar, u filwaqt li tqis r-riżorsi disponibbli u l-prinċipju tal-kost-effettività, il-Kummissjoni hija lesta li twettaq valutazzjoni ex ante tal-metodoloġija tal-kost dirett tal-benefiċjarju b'mod sempliċi u trasparenti, sabiex tiżgura ċ-ċertezza legali. Dawn il-valutazzjonijiet ex ante se jitqiesu bis-sħiħ matul l-awditi ex post.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni se tistabbilixxi grupp li jikkonsisti f'rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-partijiet interessati rilevanti, biex tivvaluta l-użu tal-gwida.
Il-Kummissjoni tikkonferma li hi se tadotta minnufih gwida dwar ikkostjar dirett għal infrastrutturi kbar tar-riċerka, ladarba r-regolamenti ta' Orizzont 2020 jiġu adottati.”
Dikjarazzjoni dwar l-Artikoli 3 u 4
“Hija l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tinkludi referenzi għal-liġi nazzjonali fil-ftehim dwar l-għotja rigward l-aċċess pubbliku għad-dokumenti u l-kunfidenzjalità, bil-ħsieb li jinstab bilanċ adatt bejn l-interessi differenti.”
Dikjarazzjoni dwar l-Artikolu 28
(alternattiva ta' rata ta' rimborż ta' 100 % għall-entitajiet legali mingħajr skop ta' profitt għall-azzjonijiet ta' innovazzjoni)
“Il-Kummissjoni tinnota li anke l-entitajiet mingħajr skop ta' profitt jistgħu jwettqu attivitajiet ekonomiċi li huma qrib tas-suq u li jekk jingħataw sussidji jistgħu joħolqu tagħwiġ fis-suq intern. Għaldaqstant, il-Kummissjoni se tevalwa ex ante jekk l-attivitajiet eliġibbli humiex ta' natura ekonomika, jekk is-sussidji trasversali tal-attivitajiet ekonomiċi effettivament ma jitħallewx isiru, u jekk ir-rata ta' finanzjament għall-attivitajiet ekonomiċi eliġibbli għandhiex effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni fis-suq intern li ma jkunux ibbilanċjati mill-effetti pożittivi tagħha”.
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/18 |
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-Artikolu 5(7) tal-Programm Speċifiku
2013/C 373/04
“Il-Kummissjoni jiddispjaċiha bil-kbir dwar l-inklużjoni tal-paragrafu 7 fl-Artikolu 5 li jintroduċi l-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011 għall-għoti tal-għajnuna finanzjarja tal-Unjoni lill-proġetti jew lill-partijiet ta’ proġetti magħżula wara kull sejħa għall-proposti abbażi tal-programmi ta’ ħidma msemmija fl-Artikolu 5 tal-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020. Il-Kummissjoni tfakkar li hija ma pproponietx din il-proċedura f'xi wieħed mill-atti settorjali tal-QFP. Din kienet maħsuba biex tissimplifika l-programmi tal-QFP għall-benefiċċju ta’ dawk li jirċievu finanzjament mill-UE. L-approvazzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ għotja mingħajr l-iskrutinju ta' kumitat iħaffef il-proċedura billi jitnaqqas iż-żmien għall-għotja għall-vantaġġ tal-benefiċjarji u jevita burokrazija u spejjeż żejda. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li t-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ għotja huwa parti mill-prerogattiva istituzzjonali tagħha b'rabta mal-eżekuzzjoni tal-baġit u għalhekk dawn id-deċiżjonijiet m’għandhomx jiġu adottati permezz tal-komitoloġija.
Il-Kummissjoni tqis ukoll li din l-inklużjoni ma tistax isservi ta’ preċedent għal strumenti oħra ta’ finanzjament.”
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/19 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.7057 – Suntory/Glaxosmithkline (Ribena & Lucozade Soft Drinks Business))
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 373/05
Fis-27 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7057. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/19 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.7044 – Blackstone/Cambourne/Goldman Sachs/Rothesay)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 373/06
Fid-29 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7044. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/20 |
Notifika għall-attenzjoni tal-persuni li għalihom japplikaw miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija
2013/C 373/07
KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK (1), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011 (2), dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fit-Tuneżija.
Il-Kunsill beħsiebu jemenda d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet għall-persuni li jidhru fl-entrati fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, bl-eċċezzjoni tal-entrati 1, 4, 5, 25 u 46, biex jinqraw kif ġej:
“Persuna li hija soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal misapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi minn detentur ta' pożizzjoni pubblika, kompliċità f'abbuż mill-kariga minn detentur ta' pożizzjoni pubblika biex jikseb vantaġġ mhux ġustifikat għal persuna terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u kompliċità għall-eżerċitar ta' influwenza ħażina fuq detentur ta' pożizzjoni pubblika bil-ħsieb li jinkiseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.”
Il-Kunsill beħsiebu jemenda d-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet għall-persuna li tidher fl-entrata Nru 1 fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/72/PESK u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 101/2011, biex jinqraw kif ġej:
“Persuna li hija soġġetta għal investigazzjonijiet ġudizzjarji mill-awtoritajiet Tuneżini għal misapproprjazzjoni ta' fondi pubbliċi minn detentur ta' pożizzjoni pubblika, abbuż mill-kariga minn detentur ta' pożizzjoni pubblika biex jikseb vantaġġ mhux ġustifikat għal persuna terza u jikkawża telf lill-amministrazzjoni, u għall-eżerċitar ta' influwenza ħażina fuq detentur ta' pożizzjoni pubblika bil-ħsieb li jinkiseb vantaġġ direttament jew indirettament għal persuna oħra.”
Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, sas-7 ta' Jannar 2014, fl-indirizz li ġej:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
DG C 1C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2011/72/PESK u l-Artikolu 12(4) tar-Regolament (UE) Nru 101/2011.
Il-Kummissjoni Ewropea
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/22 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Id-19 ta’ Diċembru 2013
2013/C 373/08
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3667 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
142,55 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4600 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,83490 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,9539 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2261 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,3830 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,657 |
HUF |
Forint Ungeriż |
299,38 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7028 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1739 |
RON |
Leu Rumen |
4,4813 |
TRY |
Lira Turka |
2,8338 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5445 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4650 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,5964 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6715 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7313 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 449,92 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,1911 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,3011 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,6358 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 525,38 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,4770 |
PHP |
Peso Filippin |
60,793 |
RUB |
Rouble Russu |
44,9955 |
THB |
Baht Tajlandiż |
44,370 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,2112 |
MXN |
Peso Messikan |
17,7312 |
INR |
Rupi Indjan |
85,2490 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/23 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-12 ta’ Diċembru 2013
li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka
2013/C 373/09
IL-KUMMISSJONI EWROPEA
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE 3 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Programm Speċifiku li jimplimenta Orizzont 2020 – il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) u (2) tiegħu.
Billi:
(1) |
Sabiex jiżgura il-kontinwità mal-azzjonijiet u l-attivitajiet li jkunu twettqu skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE (2), il-Kunsill Ewropew għar-Riċerka (“ERC”) li għandu jiġi stabbilit skont id-Deċiżjoni 2013/743/UE għandu jissostitwixxi u jkun is-suċċessur tal-ERC stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/134/KE (3). |
(2) |
L-Artikolu 6(2) tad-Deċiżjoni 2013/743/UE jipprevedi li l-ERC għandu jkun magħmul minn Kunsill Xjentifiku indipendenti u struttura ta’ implimentazzjoni ddedikata. L-istruttura ta’ implimentazzjoni ddedikata għandha titwaqqaf bħala struttura esterna f’forma ta’ aġenzija eżekuttiva li għandha tiġi stabbilita minn att separat skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (4). |
(3) |
Il-Kunsill Xjentifiku għandu jkun magħmul minn xjenzati, inġiniera u akkademiċi tal-ogħla reputazzjoni. Il-membri tiegħu għandhom ikunu indipendenti minn interessi estranji u għandhom jinħatru b’mod li jiżgura l-kontinwità tax-xogħol tal-Kunsill Xjentifiku. |
(4) |
Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni f'waqtha tal-Programm Speċifiku, il-Kunsill Xjentifiku tal-ERC stabbilit bid-Deċiżjoni 2007/134/KE diġà stabbilixxa pożizzjonijiet preliminari bi tħejjija għall-miżuri li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2013/743/UE. Dawk il-pożizzjonijiet preliminari għandhom jiġu approvati jew irrifjutati mill-Kunsill Xjentifiku stabbilit minn din id-Deċiżjoni. |
(5) |
Id-dispożizzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim tal-Kunsill Xjentifiku għandhom ikunu stabbiliti. |
(6) |
Għandhom isiru dispożizzjonijiet biex tiġi żgurata kooperazzjoni bla problemi bejn il-Kunsill Xjentifiku u l-istruttura ta' implimentazzjoni ddedikata tal-ERC. |
(7) |
Il-Kunsill Xjentifiku għandu jkollu aċċess għad-dokumenti u d-dejta meħtieġa għax-xogħol tiegħu f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). |
(8) |
Id-Deċiżjoni 2013/743/UE tipprevedi l-kumpens tal-membri tal-Kunsill Xjentifiku għall-inkarigi li jwettqu u għandhom jiġu stabbiliti regoli għal dak l-għan. |
(9) |
Id-Deċiżjoni 2007/134/KE għandha tiġi rrevokata, |
IDDEĊIEDIET KIF ĠEJ:
Artikolu 1
It-Twaqqif tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka
Il-Kunsill Ewropew ta' Riċerka (“ERC”) huwa b'dan stabbilit għall-perjodu mill-1 ta' Jannar 2014 sal-31 ta' Diċembru 2020. Għandu jissostitwixxi u jkun is-suċċessur tal-Kunsill Ewropew tar-Riċerka stabbilit bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/134/KE.
Artikolu 2
Membri tal-Kunsill Xjentifiku
1. Il-Kunsill Xjentifiku għandu jkun magħmul mill-President tal-ERC (“Il-President tal-ERC”) u 21 membru ieħor. Il-21 persuna elenkati fl-Anness I huma b’dan maħtura bħala membri oħra tal-Kunsill Xjentifiku għat-tul tal-kariga stipulati fih.
2. Il-membri għandhom iwettqu l-inkarigi tagħhom b'mod indipendenti minn kull influwenza esterna. Għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni fi żmien xieraq b'kull kunflitt ta' interessi li jista' jikkomprometti l-imparzjalità tagħhom.
3. Il-membri għandhom jinħatru għal perjodu ta’ erba’ snin, li jiġġedded darba. Membru jista' jinħatar għal perjodu ta' inqas minn dak massimu, biex b'hekk ikun hemm rotazzjoni fis-sħubija li ssir f'fażijiet suċċessivi mqassma. Il-membri għandhom jibqgħu fil-kariga sakemm jinħatru membri oħra minflokhom jew il-perjodu tal-mandat tagħhom jiskadi.
4. F'każijiet iġġustfikati debitament, sabiex tinżamm l-integrità jew il-kontinwità tal-Kunsill Xjentifiku, il-Kummissjoni tista' ttemm b'inizjattiva proprja l-perjodu tal-mandat ta' membru.
Artikolu 3
It-Tħaddim tal-Kunsill Xjentifiku
1. Il-Kunsill Xjentifiku għandu jadotta r-regoli ta' proċedura tiegħu, kif ukoll kodiċi ta' kondotta dwar il-kunfidenzjalità, il-kunflitt ta' interess u l-ipproċessar tad-dejta personali skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001.
2. Il-Kunsill Xjentifiku għandu jiltaqa' f'seduta plenarja skont kif meħtieġ minn ħidmietu. Għandu jiġi ppubblikat sommarju tal-minuti tal-laqgħat plenarji fuq is-sit elettroniku tal-ERC.
3. Il-President jista’ jiddeċiedi li jiltaqa’ f’sessjoni magħluqa skont ir-regoli ta’ proċedura tal-Kunsill Xjentifiku.
4. Il-Kunsill Xjentifiku jista’, minn fost il-membri tiegħu, jistabbilixxi kumitati permanenti, gruppi ta’ ħidma u strutturi oħra li jindirizzaw inkarigi speċifiċi tal-Kunsill Xjentifiku.
5. Il-pożizzjonijiet preliminari tal-Kunsill Xjentifiku stabbilit bid-Deċiżjoni 2007/134/KE dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati skont l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni 2013/743/UE għandhom jiġu approvati jew irrifjutati mill-Kunsill Xjentifiku stabbilit skont din id-Deċiżjoni immedjatament wara t-twaqqif tiegħu.
Artikolu 4
Il-Kooperazzjoni fi ħdan il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka
Il-Kunsill Xjentifiku u l-istruttura ddedikata għall-implimentazzjoni għandhom jassiguraw il-koerenza bejn l-aspetti strateġiċi u operazzjonali kollha tal-attivitajiet tal-ERC. Il-President tal-ERC, il-Viċi Presidenti tal-Kunsill Xjentifiku u d-Direttur tal-istruttura ta' implimentazzjoni ddedikata għandhom ikollhom laqgħat regolari ta’ koordinazzjoni biex jiżguraw koperazzjoni effettiva.
Artikolu 5
Aċċess għad-dokumenti u d-dejta
1. Il-Kummissjoni u l-istruttura ta' implimentazzjoni ddedikata għandhom jipprovdu lill-Kunsill Xjentifiku bid-dokumenti, id-dejta u l-assistenza meħtieġa għal xogħolu li jippermettulu li jopera taħt kundizzjonijiet ta' awtonomija u indipendenza, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001.
2. Il-membri tal-Kunsill Xjentifiku għandhom jużaw id-dokumenti u d-dejta pprovduti lilhom skont il-paragrafu 1 biss għall-finijiet u l-inkarigi li għalihom jiġu pprovduti u għandhom ikunu marbuta b'obbligu ta’ kunfidenzjalità.
3. Miżuri orġanizzazzjonali u tekniċi xierqa li jiżguraw is-sigurtà u l-kunfidenzjalità tad-dokumenti u d-dejta għandhom jittieħdu mill-Kunsill Xjentifiku sabiex jiġi evitat kwalunkwe żvelar jew aċċess mhux awtorizzati, qerda aċċidentali jew illegali, telfa jew alterazzjoni tad-dejta u d-dokumenti.
4. Il-membri tal-Kunsill Xjentifiku għandhom jagħtu l-attenzjoni dovuta lil-leġittimità, l-adegwatezza, ir-rilevanza, l-akkuratezza, il-ħtieġa u l-limitu ta’ żmien tal-ġbir, l-ipproċessar u l-ħżin tad-dejta personali.
5. F’każ li l-aċċess għad-dokumenti u d-dejta jew l-aċċess għad-dejta personali ma jistgħux jingħataw minhabba raġunijiet marbuta mal-protezzjoni tad-dejta personali, il-kunfidenzjalità, jew minħabba raġunijiet ta’ sigurtà u ta’ interess pubbliku, il-Kummissjoni u l-istruttura ta' implimentazzjoni ddedikata għandhom jipprovdu lill-Kunsill Xjentifiku b'dikjarazzjoni bil-miktub ta' dawk ir-raġunijiet, kif ukoll kwalunkwe tagħrif fuq it-tema kkonċernata li, fil-fehma tagħhom, jista’ jingħata b’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-regolamenti.
Artikolu 6
Il-kumpens tal-membri tal-Kunsill Xjentifiku minbarra l-President tal-ERC
Ir-regoli dwar l-onorarji għall-inkarigi li jitwettqu mill-membri tal-Kunsill Xjentifiku minbarra l-President tal-ERC u r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tagħhom huma stabbiliti fl-Anness II.
Artikolu 7
Revoka
Id-Deċiżjoni 2007/134/KE hija b’dan revokata. Ir-referenzi għad-Deċiżjoni rrevokata għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 8
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kummissjoni
Máire GEOGHEGAN-QUINN
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 965.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/972/KE tad-19 ta' Diċembru 2006 dwar il-Programm Speċifiku: “Ideat” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għal attivitajiet ta' riċerka, żvilupp teknoloġiku u dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 400, 30.12.2006, p. 243).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/134/KE tat-2 ta' Frar 2007 li twaqqaf il-Kunsill Ewropew tar-Riċerka (ĠU L 57, 24.2.2007, p. 14).
(4) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003, tad-19 ta' Diċembru 2002, li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1).
(5) Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-moviment liberu ta' dak id-dejta (ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1).
ANNESS I
Membri tal-Kunsill Xjentifiku tal-ERC
Isem u Istitut |
Tmiem il-mandat |
Klaus BOCK, Danish National Research Foundation |
fil-31 ta’ Diċembru 2016 |
Nicholas CANNY, National University of Ireland, Galway |
fil-31 ta’ Diċembru 2014 |
Sierd A.P.L. CLOETINGH, Utrecht University |
fil-31 ta’ Diċembru 2015 |
Tomasz DIETL, Polish Academy of Sciences |
fil-31 ta’ Diċembru 2014 |
Daniel DOLEV, Hebrew University of Jerusalem |
fil-31 ta’ Diċembru 2014 |
Athene DONALD, University of Cambridge |
fil-31 ta’ Diċembru 2016 |
Barbara ENSOLI, Istituto Superiore di Sanità, Roma |
fil-31 ta’ Diċembru 2016 |
Pavel EXNER, Czech Academy of Sciences |
fil-31 ta’ Diċembru 2014 |
Nuria Sebastian GALLES, University of Pompeu Fabra, Barcelona |
fil-31 ta’ Diċembru 2016 |
Reinhard GENZEL, Max Planck Institute for Extraterrestrial Physics |
fil-31 ta’ Diċembru 2016 |
Carl-Henrik HELDIN, Ludwig Institute for Cancer Research, Uppsala |
fil-31 ta’ Diċembru 2014 |
Timothy HUNT, Cancer Research UK, South Mimms |
fil-31 ta’ Diċembru 2014 |
Matthias KLEINER, Technical University of Dortmund |
fil-31 ta’ Diċembru 2016 |
Éva KONDOROSI, Hungarian Academy of Sciences |
fil-31 ta’ Diċembru 2016 |
Mart SAARMA, University of Helsinki |
fil-31 ta’ Diċembru 2014 |
Nils Christian STENSETH, University of Oslo |
fil-31 ta’ Diċembru 2017 |
Martin STOKHOF, University of Amsterdam |
fil-31 ta’ Diċembru 2017 |
Anna TRAMONTANO, Sapienza University of Rome |
fil-31 ta’ Diċembru 2014 |
Isabelle VERNOS, Centre for Genomic Regulation, Barcelona |
fil-31 ta’ Diċembru 2014 |
Reinhilde VEUGELERS, Catholic University of Leuven |
fil-31 ta’ Diċembru 2016 |
Michel WIEVIORKA, Centre for Sociological Analysis and Intervention, Paris |
fil-31 ta’ Diċembru 2017 |
ANNESS II
Regoli dwar il-kumpens tal-membri tal-Kunsill Xjentifiku minbarra l-President tal-ERC, kif imsemmi fl-Artikolu 6
1. |
L-onorarji tal-membri tal-Kunsill Xjentifiku minbarra l-President kif ukoll l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza tagħhom rigward it-twettiq tal-kompiti tagħhom għandhom jitħallsu permezz tal-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata skont kuntratt li jinkludi l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti 2 sa 5. |
2. |
L-onorarji tal-Viċi Presidenti tal-Kunsill Xjentifiku għandhom ikunu EUR 3 500 għal attendenza sħiħa f’laqgħa plenarja u EUR 1 750 għal attendenza parzjali. |
3. |
L-onorarji tal-membri l-oħra msemmija fil-punt 1 għandhom ikunu EUR 2 000 għal attendenza sħiħa f’laqgħa plenarja u EUR 1 000 għal attendenza parzjali. |
4. |
Il-ħlasijiet se jiġu awtorizzati mid-Direttur tal-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata jew mid-deputat tiegħu fuq il-bażi ta’ lista ta’ attendenza vvalidata mill-President tal-ERC u d-Direttur tal-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata jew mid-deputati tagħhom. Il-lista tal-attendenza għandha tindika jekk kull membru attenda l-laqgħa sħiħa (attendenza sħiħa) jew biss parti minnha (attendenza parzjali). |
5. |
Għal laqgħat oħra għajr laqgħat plenarji, l-istruttura ta’ implimentazzjoni dedikata għandha, meta jkun xieraq, tirrimborża l-ispejjeż għall-ivvjaġġar u l-ispejjeż għall-għajxien meħtieġa, tal-membri tal-Kunsill Xjentifiku, biex iwettqu l-attivitajiet tagħhom skont ir-regoli tal-Kummissjoni dwar l-ikkumpensar tal-esperti esterni (1). |
6. |
L-onorarji u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u s-sussistenza għandhom jitħallsu mill-baġit operattiv tal-Programm Speċifiku stabbilit mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/743/UE. |
(1) Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2007) 5858.
V Avviżi
PROĊEDURI AMMINISTRATTIVI
Il-Kummissjoni Ewropea
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/27 |
SEJĦA GĦAL PROPOSTI – EACEA 24/13
Programm ta’ Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni tal-ICI
Kooperazzjoni fl-Edukazzjoni Għolja u t-Taħriġ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Awstralja, l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun, kif ukoll l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea
Sejħa għal Proposti 2013 għal Proġetti ta’ Mobbiltà Konġunta (JMP) u Proġetti ta’ Grad Konġunt (JDP)
2013/C 373/10
1. Objettivi u deskrizzjoni
L-objettiv ġenerali huwa li jisaħħaħ il-fehim reċiproku bejn in-nies tal-UE u l-Pajjiżi Msieħba inkluż għarfien usa’ tal-lingwi, tal-kulturi u tal-istituzzjonijiet tagħhom u li tittejjeb il-kwalità tal-edukazzjoni għolja u t-taħriġ bejn l-istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u t-taħriġ fl-UE u l-Pajjiżi Msieħba.
2. Applikanti eliġibbli
Is-sejħa li ġejja hija miftuħa għal konsorzju ta’ istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja u/jew istituzzjonijiet vokazzjonali u ta’ taħriġ post sekondarju.
L-applikanti eliġibbli għandhom ikunu minn wieħed mill-Pajjiżi Msieħba u minn wieħed mit-28 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea.
3. Azzjonijiet eliġibbli
Jeżistu żewġ tipi ta’ azzjonijiet taħt din is-sejħa, li huma l-Proġetti ta’ Mobbiltà Konġunta (JMP) u l-Proġetti ta’ Grad Konġunt (JDP).
Għall-Proġetti ta’ Mobbiltà Konġunta (JMP) jingħata appoġġ biex il-konsorzji ta’ istituzzjonijiet vokazzjonali u ta’ taħriġ post sekondarju jew ta’ edukazzjoni għolja ta’ Pajjiżi Msieħba fl-UE, iwettqu studju konġunt u programmi ta’ taħriġ u jimplimentaw il-mobbiltà tal-istudenti u tal-fakultà. L-appoġġ jinkludi finanzjament f’somma f’daqqa għall-amministrazzjoni, l-għotjiet għall-istudenti u l-membri tal-persunal akkademiku u amministrattiv. Konsorzju li japplika għal Proġett ta’ Mobbiltà Konġunta għandu jinkludi tal-anqas 2 istituzzjonijiet ta’ taħriġ vokazzjonali post sekondarju jew ta’ edukazzjoni għolja minn 2 Stati Membri differenti tal-UE u tal-anqas 2 minn dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu mill-Pajjiż Imsieħeb. It-tul massimu tal-proġetti JMP huwa ta’ 36 xahar. Għandha tingħata attenzjoni speċjali għall-proġetti li jinkludu apprendistati u esperjenzi ta’ xogħol.
Għall-Proġetti ta’ Grad Konġunt (JDP) jingħata appoġġ biex jiġu żviluppati u implimentati programmi doppji jew ta’ grad konġunt. L-appoġġ jinkludi finanzjament f’somma f’daqqa għax-xogħol ta’ żvilupp u ta’ amministrazzjoni, l-għotjiet għall-istudenti u l-membri tal-persunal akkademiku u amministrattiv. Konsorzju li japplika għal Proġett ta’ Grad Konġunt bejn l-ICI u l-ECP għandu jinkludi tal-anqas 2 istituzzjonijiet ta’ edukazzjoni għolja minn 2 Stati Membri differenti tal-UE u tal-anqas 2 minn dawn l-istituzzjonijiet għandhom ikunu mill-Pajjiż Imsieħeb. It-tul massimu tal-proġetti JDP huwa ta’ 48 xahar. Sejra tingħata attenzjoni speċjali lill-applikazzjonijiet għall-Proġetti ta’ Grad Konġunt.
L-attivitajiet huma ppjanati li jibdew f’Ottubru 2014.
4. Kriterji tal-għoti
A. |
Sinifikat tal-proġett għar-relazzjoni bejn l-UE u l-Pajjiżi Msieħba u l-kontribut lejn il-kwalità u l-eċċellenza (20 %) sejjer jiġi stabbilit minn:
|
B. |
Il-kwalità tal-implimentazzjoni tal-proġett (80 %) sejra tiġi stabbilita minn:
|
5. Baġit
Il-baġit tal-UE disponibbli huwa ta’ madwar Eur 2,2 miljuni. Sejrin jingħataw fondi komparabbli mill-Pajjiżi Msieħba skont ir-regoli applikabbli għal kull wieħed minnhom (1).
L-ammont massimu ta’ finanzjament min-naħa tal-UE sejjer ikun ta’ Eur 350 000 għal proġett JDP ta’ erba’ snin b’żewġ istituzzjonijiet tal-UE jew aktar u Eur 190 000 għal proġett JMP ta’ tliet snin b’żewġ istituzzjonijiet tal-UE jew Eur 197 500 għal proġett JMP ta’ tliet snin bi tliet istituzzjonijiet tal-UE jew aktar.
6. Skadenza
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi kemm lill-UE kif ukoll lill-istituzzjonijiet ta’ implimentazzjoni fl-Awstralja (Gvern Awstraljan – Dipartiment tal-Edukazzjoni), il-Ġappun (l-Organizzazzjoni tas-Servizzi tal-Istudenti tal-Ġappun – JASSO), u fir-Repubblika tal-Korea (Fondazzjoni għar-Riċerka Nazzjonali tal-Korea – NRF).
Din l-applikazzjoni f’isem l-istituzzjoni ewlenija tal-UE għandha tintbagħat lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura sa mhux aktar tard mill-15 ta’ Mejju 2014. L-applikazzjonijiet li jkollhom timbru wara din id-data mhumiex sejrin jitqiesu. L-applikazzjonijiet għandhom jintbagħtu fl-indirizz li ġej:
The Education, Audiovisual and Culture Executive Agency |
EU-ICI ECP Call for proposals 24/13 |
BOUR 02/17 |
Avenue du Bourget/Bourgetlaan 1 |
1049 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
L-applikazzjonijiet tal-UE f’isem l-istituzzjoni ewlenija tal-UE għandhom jiġu sottomessi fil-forma korretta, mimlija kif xieraq, iffirmati mill-persuna awtorizzata biex tidħol f’impenji li jorbtu legalment f’isem l-organizzazzjoni applikanta u datata.
L-applikazzjonijiet Awstraljani u d-dokumenti ta’ appoġġ għandhom jintbagħtu permezz ta’ posta rreġistrata lil:
The Director, Strategic Policy, Europe & Americas |
International and Infrastructure Group |
Department Education |
GPO Box 9880 |
Canberra ACT 2601 |
AUSTRALIA |
L-applikazzjonijiet Ġappuniżi u d-dokumenti ta’ appoġġ għandhom jintbagħtu permezz ta’ posta rreġistrata lil:
Tetsuya Yamamoto |
Director |
Student Exchange Support Division |
Student Exchange Department |
Japan Student Services Organisation (JASSO) |
2-2-1 Aomi, Koto-ku |
Tokyo 135-8630 |
JAPAN |
L-applikazzjonijiet Koreani: https://ernd.nrf.re.kr/index.do
7. Aktar informazzjoni
Il-Linji Gwida u l-formoli ta’ applikazzjoni huma disponibbli minn din il-websajt li ġejja:
http://eacea.ec.europa.eu/bilateral_cooperation/eu_ici_ecp/index_en.php
L-applikazzjonijiet għandhom jiġu sottomessi permezz tal-formola mogħtija u għandhom jinkludu l-annessi u l-informazzjoni kollha mitluba.
(1) Il-proġetti konġunti sejrin jiġu ffinanzjati skont id-disponibbiltà tal-baġit fil-pajjiż membru inkwistjoni.
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/30 |
Avviż tal-iskadenza ta' ċerti miżuri anti-dumping
2013/C 373/11
B'referenza għall-pubblikazzjoni ta' avviż ta' skadenza imminenti (1) li ma wassal għal ebda talba sostanzjata kif xieraq għal reviżjoni, il-Kummissjoni tavża li l-miżura antidumping imsemmija hawn isfel se tiskadi dalwaqt.
Dan l-avviż huwa ppubblikat b'konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1225/2009 tat-30 ta' Novembru 2009 (2) dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea.
Prodott |
Pajjiż(i) tal-oriġini jew tal-esportazzjoni |
Miżuri |
Referenza |
Data ta’ skadenza (3) |
Ħbula tal-fibra sintetika |
Indja |
Dazju anti-dumping |
Ir-Regolament Implimentattiv tal-Kunsill (UE) Nru 1242/2010 (ĠU L 338, 22.12.2010, p. 10) |
23.12.2013 |
(1) ĠU C 85, 23.3.2013, p. 14.
(2) ĠU L 343, 22.12.2009, p. 51.
(3) Il-miżura tiskadi f'nofsillejl tal-jum imsemmi f'din il-kolonna.
20.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 373/31 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.7078 – Santander Customer Finance/El Corte Inglés/Financier El Corte Inglés)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 373/12
1. |
Fit-13 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriżi Santander Customer Finance SA (“SCF”, Spanja) li tappartjeni lill-Grupp Santander u El Corte Inglés SA (“ECI”, Spanja) jakkwistaw, fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' Financiera El Corte Inglés E.F.C., SA (“FECI”, Spanja) permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.7078 – Santander Customer Finance/El Corte Inglés/Financier El Corte Inglés, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).