ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.369.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 369

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
17 ta' Diċembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2013/C 369/01

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Artemis għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta

1

2013/C 369/02

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta

10

2013/C 369/03

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2012 flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta

18

2013/C 369/04

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta

25

2013/C 369/05

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta

35

2013/C 369/06

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2012 flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta

49

2013/C 369/07

Rapport dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta

57

MT

 


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Qorti tal-Awdituri

17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/1


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Artemis għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta

2013/C 369/01

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

Introduzzjoni…

1-5

2

Informazzjoni li tappoġġa d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni…

6

2

Dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni…

7-18

2

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet…

12

3

Bażi għall-opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet…

13-16

3

Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet…

17

4

Kummenti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja…

19-23

4

Implimentazzjoni tal-baġit…

19-22

4

Sejħiet għal proposti…

23

4

Kummenti dwar il-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Impriża Konġunta…

24

4

Kwistjonijiet oħra…

25-31

4

Uffiċċju tal-awditjar intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni…

25-26

4

Monitoraġġ u rapportar ta’ riżultati tar-riċerka…

27-29

5

Rapport annwali tal-attività…

30

5

Segwitu tal-osservazzjonijiet preċedenti…

31

5

INTRODUZZJONI

1.

L-Impriża Konġunta Artemis, li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita f’Diċembru 2007 (1) għal perjodu ta’ 10 snin.

2.

L-objettiv prinċipali tal-Impriża Konġunta huwa li tiddefinixxi u timplimenta “aġenda għar-riċerka” għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ewlenin għas-sistemi inkorporati tal-kompjuter fiż-żoni kollha differenti ta’ applikazzjoni sabiex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea u s-sostenibbiltà, u tippermetti l-ħolqien ta’ swieq ġodda u applikazzjonijiet fis-soċjetà (2).

3.

Il-Membri Fundaturi tal-Impriża Konġunta Artemis huma l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, ċerti Stati Membri tal-UE (il-Belġju, id-Danimarka, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Franza, l-Italja, l-Ungerija, il-Pajjiżi l-Baxxi, l-Awstrija, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, Spanja, il-Finlandja, l-Isvezja u r-Renju Unit), u l-Artemisia, assoċjazzjoni li tirrappreżenta kumpanniji u organizzazzjonijiet oħra tar-riċerka li huma attivi fil-qasam tas-sistemi inkorporati tal-kompjuter fl-Ewropa. Fl-2009, ir-Repubblika Ċeka, Ċipru, il-Latvja u n-Norveġja wkoll saru membri tal-Impriża Konġunta.

4.

Il-kontribut massimu tal-UE lill-Impriża Konġunta, biex tkopri l-ispejjeż operattivi u l-attivitajiet ta’ riċerka huwa ta’ EUR 420 miljun li għandhom jitħallsu mill-baġit tas-Seba’ Programm Kwadru (3). L-Artemisia għandha tagħmel kontribut massimu ta’ EUR 30 miljun għall-ispejjeż operattivi. L-Istati Membri fl-Artemis għandhom jagħmlu kontributi in natura għall-ispejjeż operattivi (billi jiffaċilitaw l-implimentazzjoni tal-proġetti), u jipprovdu kontributi finanzjarji ta’ mill-inqas 1,8 darbiet tal-kontribut tal-UE. Kontributi in natura għandhom jiġu pprovduti wkoll mill-organizzazzjonijiet ta’ riċerka li jipparteċipaw fil-proġetti.

5.

L-Impriża Konġunta bdiet taħdem b’mod awtonomu fis-26 ta’ Ottubru 2009.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

6.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet fil-livell tal-Impriża Konġunta u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

7.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2012, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

8.

Skont l-Artikoli 33 u 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (6), il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi.

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball, l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (7); u t-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fihom huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi sorveljanza adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

9.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (8) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati jkunux legali u regolari.

10.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula, jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

11.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

12.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2012 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regolamenti finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Bażi għall-opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

13.

L-istrateġija tal-awditjar ex post tal-Impriża Konġunta (9) ġiet adottata minn deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija fil-25 ta’ Novembru 2010 u hija għodda ewlenija (10) għal valutazzjoni tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-pagamenti li saru fl-2012 li jirrelataw ma’ ċertifikati ta’ aċċettazzjoni tal-ispejjeż maħruġa mill-awtoritajiet ta’ finanzjament nazzjonali tal-Istati Membri ammontaw għal EUR 7,3 miljun, li jirrappreżentaw 43 % tal-pagamenti operazzjonali totali.

14.

L-awditu tal-klejms għall-ispejjeż tal-proġetti ġie delegat lill-awtoritajiet ta’ finanzjament nazzjonali. Il-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-awtoritajiet ta’ finanzjament nazzjonali ma jinkludux arranġamenti prattiċi għall-awditi ex post.

15.

L-Impriża Konġunta Artemis irċeviet rapporti tal-awditjar mill-NFAs li jkopru bejn wieħed u ieħor 45 % tal-ispejjeż marbutin ma’ proġetti kkompletati. Madankollu, l-Impriża Konġunta ma vvalutatx il-kwalità ta’ dawn l-awditi. Barra minn hekk, sa tmiem April 2013, l-Impriża Konġunta ma kinitx irċeviet informazzjoni dwar l-istrateġiji tal-awditjar tal-awtoritajiet ta’ finanzjament nazzjonali (11) kollha. Għalhekk ma kinitx f’pożizzjoni li tivvaluta jekk l-awditi ex post jipprovdux aċċertament suffiċjenti fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi (12).

16.

L-informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-awditjar ex post tal-Impriża Konġunta mhijiex suffiċjenti għall-Qorti biex tintlaħaq konklużjoni dwar jekk din l-għodda ta’ kontroll ewlieni hijiex qed tiffunzjona b’mod effettiv.

Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

17.

Fl-opinjoni tal-Qorti, b’eċċezzjoni tal-effetti possibbli tal-kwistjoni deskritta fil-bażi għall-opinjoni kwalifikata fil-paragrafi 13 sa 16, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2012 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

18.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA U FINANZJARJA

Implimentazzjoni tal-baġit

19.

Għall-kuntrarju tar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta (13), il-baġit 2012 ippubblikat tagħha ma weriex approprjazzjonijiet ta’ pagament differenzjati għan-nefqa operazzjonali.

20.

Il-baġit 2012 tal-Impriża Konġunta inkluda approprjazzjonijiet ta’ impenn operazzjonali li jammontaw għal EUR 55,1 miljun. Fi tmiem is-sena, il-Bord tat-Tmexxija ddeċieda li jnaqqas l-approprjazzjonijiet operazzjonali għal EUR 39,5 miljun iżda ma rnexxilux isegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 28 tar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta (14).

21.

Ir-rati ta’ utilizzazzjoni għal (A) approprjazzjonijiet ta’ impenn operazzjonali (wara t-tnaqqis ta’ approprjazzjonijiet operazzjonali), (B) approprjazzjonijiet ta’ pagament operazzjonali u (C) approprjazzjonijiet ta’ pagament għan-nefqa amministrattiva kienu kif ġej:

Approprjazzjonijiet ta’ impenn operazzjonali

Approprjazzjonijiet ta’ pagament operazzjonali

Approprjazzjonijiet ta’ pagament għan-nefqa amministrattiva

100 %

62 %

76 %

22.

L-istimi tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-maniġer tal-programm għal tmiem l-2012 u l-pagamenti reali taħt is-sejħiet differenti kienu kif ġej:

 

Sejħiet annwali għal proposti

2008

2009

2010

2011

2012

Stimi tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit fi tmiem l-2012

100 %

82,5 %

49,6 %

14,6 %

xejn

Pagamenti reali li saru fi tmiem l-2012

69 %

46 %

25 %

3 %

xejn

Iċ-ċifri ta’ hawn fuq huma evidenza ta’ rata baxxa ta’ implimentazzjoni tal-baġit, prinċipalment minħabba proċess finanzjarju kumpless għall-għeluq tal-proġetti.

Sejħiet għal proposti

23.

Ir-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Artemis ppreveda baġit totali massimu ta’ EUR 410 miljun biex ikopri n-nefqa operazzjonali. Ir-rata tal-implimentazzjoni reali u l-valur antiċipat tas-sejħiet għal proposti flimkien jirrappreżentaw EUR 206 miljun (15), jew 50,2 % biss tal-baġit totali.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA

24.

Matul l-2012, l-Impriża Konġunta intensifikat l-isforzi tagħha biex tistabbilixxi u timplimenta proċeduri effettivi ta’ kontroll finanzjarju, ta’ kontabbiltà u ta’ ġestjoni. Madankollu, kif irrappurtat fir-rapport tal-Qorti għall-2011, jeħtieġ aktar xogħol, b’mod partikolari fir-rigward tal-istandards ta’ kontroll intern (16) u l-verifikazzjoni finanzjarja tal-klejms għall-spejjeż (17).

KWISTJONIJIET OĦRA

Uffiċċju tal-awditjar intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni

25.

L-Artikolu 6(2) tar-Regolament li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Artemis jistipula li din għandu jkollha kapaċità tal-awditjar intern. Madankollu, fi tmiem l-2012, dan l-element importanti tas-sistema ta’ kontroll intern kien għadu ma ġiex stabbilit.

26.

Il-karta tal-missjoni tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ġiet adottata mill-Bord tat-Tmexxija fil-25 ta’ Novembru 2010. Madankollu, ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta għadhom ma ġewx emendati biex jinkludu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament qafas li jirreferu għas-setgħat tal-Awditur Intern tal-Kummissjoni.

Monitoraġġ u rapportar ta’ riżultati tar-riċerka

27.

Is-Seba’ Programm Kwadru (FP7) jistabbilixxi sistema ta’ monitoraġġ u rappurtar li tkopri l-protezzjoni, id-disseminazzjoni u t-trasferiment ta’ riżultat tar-riċerka.

28.

Fil-ftehimiet ta’ għotjiet iffirmati mal-benefiċjarji, l-Impriża Konġunta inkludiet dispiżizzjonijiet speċifiċi li jmexxu d-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u d-disseminazzjoni ta’ riżultati tar-riċerka. L-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija mmonitorjata mill-Impriża Konġunta fi stadji differenti tal-proġetti finanzjati.

29.

Madankollu, il-mod kif ir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ huma rrappurtati jeħtieġ jevolvi aktar biex jissodisfa d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (18) u l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (19).

Rapport annwali tal-attività

30.

Id-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv inkluża fir-rapport annwali tal-attività 2012 tesprimi riżerva dwar l-istrateġija tal-awditjar ex post. Madankollu, l-informazzjoni inkluża fir-riżerva mhijiex suffiċjenti fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-awditjar ex post. It-tħassib prinċipali huwa li l-Impriża Konġunta ma analizzatx l-istrateġiji tal-awditjar tal-NFAs u r-rapporti tal-awditjar riċevuti mingħandhom (ara l-paragrafi 13-17).

Segwitu tal-osservazzjonijiet preċedenti

31.

Matul l-2012, l-Impriża Konġunta kompliet tagħmel progress fil-formalizzazzjoni tal-politiki ta’ sigurtà. Madankollu, jinħtieġ aktar xogħol biex jiġi finalizzat il-Pjan ta’ Rkupru minn Diżastru (20).

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-22 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-“Impriża Konġunta Artemis” għall-implimentazzjoni ta’ Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter (ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52).

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi u l-attivitajiet tal-Impriża Konġunta. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Is-Seba’ Programm Kwadru, adottat bid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1), jiġbor flimkien l-inizjattivi kollha tal-UE relatati mar-riċerka, taħt saqaf wieħed, u jaqdi rwol kruċjali fl-ilħuq tal-għanijiet ta’ tkabbir, kompetittività u impjiegi. Huwa wkoll pilastru ewlieni għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(4)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti, sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Dawn jinkludu r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, sommarju tal-prinċipji baġitarji u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(8)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(9)  Il-ftehim ta’ finanzjament ġenerali bejn il-Kummissjoni Ewropea u l-Impriża Konġunta jiddikjara li “l-Impriża Konġunta fil-bord kompetenti tagħha, tadotta l-istrateġija tal-awditjar ex post tagħha bil-għan li tipprovdi aċċertament raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u li l-istrateġija tal-awditjar ex post għandha tkun ibbażata fuq eżaminar tal-proċeduri u ta’ kampjun tat-tranżazzjonijiet għall-benefiċjarji kollha jew għal kampjun tagħhom u għandha, b’mod partikolari, tirrifletti adegwatament ir-riskji involuti”.

(10)  L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 74/2008 jiddikjara li “L-Impriża Konġunta Artemis għandha tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-membri tagħha jkunu adegwatament protetti billi twettaq jew tqabbad lil min iwettaq kontrolli interni u esterni adatti” u “L-Impriża Konġunta Artemis għandha twettaq kontrolli fuq il-post u verifiki finanzjarji fost id-destinatarji tal-finanzjament pubbliku tal-Impriża Konġunta ARTEMIS. Il-kontrolli u l-verifiki għandhom isiru direttament mill-Impriża Konġunta Artemis jew mill-Istati Membri fl-Artemis f’isimha. L-Istati Membri fl-Artemis jistgħu jwettqu kontrolli u verifiki oħra fost id-destinatarji tal-finanzjament nazzjonali tagħhom li huma jqisu meħtieġa u għandhom jikkomunikaw ir-riżultati lill-Impriża Konġunta Artemis.”

(11)  Fil-biċċa l-kbira tal-każijiet id-dokumentazzjoni li waslet s’issa hija insuffiċjenti biex l-Impriża Konġunta tkun tista’ tivvaluta dawn l-istrateġiji jew il-mod kif jiġu implimentati peress li ma jingħata l-ebda dettall dwar l-arranġamenti tal-awditjar (jiġifieri approċċ u metodoloġija tal-awditjar, daqs tal-kampjun, it-tip ta’ kontrolli finanzjarji li għandhom jitwettqu mill-NFAs eċċ.).

(12)  Skont l-istrateġija tal-awditjar ex post adottata mill-Bord tat-Tmexxija tal-Artemis, l-Impriża Konġunta għandha tivvaluta mill-inqas darba fis-sena jekk l-informazzjoni li tirċievi mill-Istati Membri fl-Artemis tipprovdix aċċertament suffiċjenti fir-rigward tar-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet esegwiti.

(13)  L-Artikolu 8.1 tar-regoli finanzjarji jiddikjara li “l-baġit għandu jkun fih approprjazzjonijiet mhux differenzjati u approprjazzjonijiet differenzjati. Dawn tal-aħħar għandhom jikkonsistu minn approprjazzjonijiet ta’ impenn u approprjazzjonijiet ta’ pagament.”

(14)  L-Artikolu 28 tar-regoli finanzjarji jiddikjara li kwalunkwe emenda għall-Pjan Annwali tal-Baġit, inkluża t-tabella tal-persunal, għandha tkun suġġetta għal Pjan Annwali tal-Baġit emendatorju, skont id-dispożizzjonijiet tal-Istatuti u tal-Artikolu 27.

(15)  Stima tal-Impriża Konġunta Artemis tal-15 ta’ Mejju 2013.

(16)  Fit-22 ta’ Settembru 2010, il-Bord tat-Tmexxija approva l-qafas ta’ kontroll intern tal-Impriża Konġunta li huwa magħmul minn 16-il standard ta’ kontroll intern. Għalkemm sar progress sinifikanti, xi wħud minn dawn l-istandards għadhom mhumiex implimentati bis-sħiħ.

(17)  Fir-rigward tal-verifikazzjoni finanzjarja tal-ispejjeż, issir dipendenza sħiħa fuq iċ-ċertifikati pprovduti minn awtoritajiet nazzjonali. Minbarra l-kontrolli tal-persunal assenjat għall-proġetti (użati biss bħala indikatur tal-ispejjeż għall-persunal għal attivitajiet ta’ implimentazzjoni), l-Impriża Konġunta ma twettaq l-ebda kontroll finanzjarju ieħor.

(18)  L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) jeħtieġ lill-Kummissjoni biex kontinwament u sistematikament timmonitorja l-implimentazzjoni tas-Seba’ Programm Kwadru u l-programmi speċifiċi tiegħu u regolarment tirrapporta u xxerred ir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ.

(19)  L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (2007-2013) (ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1) jeħtieġ lill-Kummissjoni biex timmonitorja l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti abbażi ta’ rapporti tal-progress perjodikament ippreżentati. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjan għall-użu u d-disseminazzjoni tat-tagħrif ġdid miksub. Hija għandha wkoll tistabbilixxi u żżomm sistema informattiva li tippermetti li dan il-monitoraġġ isir b’mod effiċjenti u koerenti tul is-Seba’ Programm Kwadru kollu.

(20)  (a) ċirkwiti finanzjarji f’każ ta’ diżastru; (b) proċedura alternattiva għas-sigurtà tal-bażijiet tad-data permezz ta’ kopji żejda regolari u frekwenti u ħżin mhux fuq il-post; (c) ftehim inizjali biex jintużaw l-installazzjonijiet tal-Kummissjoni għall-aċċess ta’ sistemi finanzjarji (ABAC, PSA) u tal-Internet.


ANNESS

Impriża Konġunta Artemis (Brussell)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikoli 187 u 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tipprevedi kontribut tal-Komunità għall-istabbiliment ta' sħubiji pubbliċi-privati fit-tul f'forma ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti li jistgħu jkunu implimentati permezz ta' Impriżi Komuni (Konġunti) skont it-tifsira tal-Artikolu 187 tat-Trattat.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-‘Impriża Konġunta Artemis’ għall-implimentazzjoni ta’ Inizjattiva Teknoloġika Konġunta.

Kompetenzi tal-Impriża Konġunta

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008)

Objettivi

L-Impriza Konġunta Artemis għandha tikkontribwixxi lejn l-implimentazzjoni tas-Seba’ Programm Kwadru billi tiddefinxxi u timplimenta partijiet sinifikanti tal-Aġenda Strateġika għar-Riċerka Artemis għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ewlenin fil-qasam ta’ sistemi inkorporati tal-kompjuter, billi toħloq sħubija pubblika/privata u billi tqawwi u żżid l-investiment privat u pubbliku fis-settur tas-sistemi integrati fl-Ewropa.

L-Impriża Konġunta Artemis timmira biex tikseb koordinazzjoni effettiva u sinerġija tar-riżorsi u l-finanzjament mill-industrija, mill-Programm Kwadru, mill-programmi nazzjonali ta’ R&Ż u minn skemi intergovernattivi ta’ R&Ż, sabiex b’hekk tikkontribwixxi għat-tisħiħ tat-tkabbir ekonomiku, kompetittività u żvilupp sostenibbli fl-Ewropa.

L-Artemis tfittex li trawwem kollaborazzjoni bejn il-partijiet kollha interessati bħall-industrija inklużi l-impriżi żgħar u ta’ daqs medju (SMEs), l-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali, iċ-ċentri akkademiċi u ta’ riċerka, li jiġbru flimkien u jiffokaw l-isforz fuq ir-riċerka.

L-Impriża Konġunta tadotta aġenda għar-riċerka miftiehma komunement li ssegwi mill-qrib ir-rakkomandazzjonijiet tal-Aġenda Strateġika għar-Riċerka żviluppata mill-Pjattaforma tat-Teknoloġija Artemis. Din l-Aġenda għar-Riċerka tidentifika u tanalizza b’mod regolari prijoritajiet tar-riċerka għall-iżvilupp u l-adozzjoni ta’ teknoloġiji ewlenin għas-sistemi inkorporati tal-kompjuter fiż-żoni kollha differenti ta’ applikazzjoni sabiex tissaħħaħ il-kompetittività Ewropea u tippermetti l-qawmien ta’ swieq ġodda u applikazzjonijiet fis-soċjetà.

L-Impriża Konġunta se tappoġġa attivitajiet ta’ R&Ż permezz ta’ sejħiet kompetittivi u miftuħa għal proposti ppubblikati fuq bażi annwali, sabiex tattira l-aqwa ideat ta’ riċerka Ewropej u kapaċitajiet fil-qasam ta’ sistemi inkorporati tal-kompjuter. Proposti ppreżentati lil sejħiet tal-Impriża Konġunta Artemis jgħaddu minn evalwazzjoni teknika u l-proċess ta’ għażla mwettaq bl-assistenza ta’ esperti indipendenti. Dan il-proċess jiżgura li l-allokazzjoni tal-finanzjament pubbliku tal-Impriża Konġunta Artemis issegwi l-prinċipji ta’ trattament ugwali, eċċellenza u kompetizzjoni.

Tmexxija

Il-korp tat-tmexxija tal-Impriża Konġunta huwa l-Bord tat-Tmexxija. It-tim eżekuttiv huwa mmexxi minn direttur Eżekuttivr, filwaqt li l-industrija (li tinkludi impriżi kbar u żgħar, kif ukoll istituzzjonijiet akkademiċi u ta’ riċerka) hija rrappreżentata mill-Assoċjazzjoni tal-Industrija tal-Artemis (Artemis-IA). L-Artemis-IA tipprovdi l-president tal-Bord tat-Tmexxija u l-membri Kumitat tal-Industrija u r-Riċerka (IRC), li huwa responsabbli mill-programm ta’ xogħol tekniku. Is-settur pubbliku (Stati Membri fl-Artemis li qegħdin jipparteċipaw u l-Kummissjoni Ewropea) huma individwalment irrappreżentati fuq il-Bord tat-Tmexxija u l-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi (PAB), li huwa responsabbli minn kwistjonijiet finanzjarji.

Riżorsi disponibbli għall-Impriża Konġunta fl-2012

Baġit

EUR 57 446 787 għal impenji.

EUR 27 217 532 għal pagamenti (operazzjonali).

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2012

15-il post previsti fit-tabella tal-persunal (8 membri tal-persunal temporanju u 7 membri tal-persunal kuntrattwali), li minnhom 13-il post kienu okkupati; dawn kienu assenjati għal: attivitajiet operazzjonali (8); kompiti amministrattivi (5); kompiti mħalltin (0).

Attivitajiet u servizzi pprovduti fl-2012

Ara r-rapport annwali tal-attività tal-Impriża Konġunta Artemis għall-2012 fuq http://www.artemis-ju.eu/reference_documents

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Impriża Konġunta Artemis.


IR-RISPOSTI TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA

15-17

Nirrikonoxxu l-importanza tal-istrateġija ta’ awditjar ex-post u l-pertinenza tal-osservazzjonijiet tal-Qorti. Madankollu, nixtiequ nagħtu informazzjoni addizzjonali:

1.

Id-diversi skemi finanzjarji u regoli nazzjonali fis-seħħ fl-Istati Membri differenti jimplikaw li l-awditjar ex post huwa fattibbli biss fuq proġetti kompluti. F’dik il-perspettiva f’Diċembru ġiet sottomessa modifika ġdida tal-istrateġija ta’ awditjar ex post tal-ARTEMIS lill-Bord ta’ Tmexxija u approvata finalment f’Jannar 2013.

2.

Irċevejna informazzjoni minn 15-il Stat Membru dwar l-istrateġija ta’ awditjar ex post tagħhom li tikkorrispondi għal aktar minn 95 % tal-finanzjament imħallas tal-JU mill-bidu sat-tmiem tal-2012.

3.

Ir-rapporti ta’ awditjar ex post u ċ-“Ċertifikati ta’ Tmiem ta’ Proġetti” riċevuti mill-Istati Membri ġew analizzati minn żewġ aspetti differenti;

a.

Mill-aspett tekniku, il-konsistenza tagħhom mar-rapport finali dwar ir-reviżjoni teknika tal-proġett.

b.

Mill-aspett finanzjarju, il-konsistenza tagħhom mal-qafas baġitarju u r-rekords storiċi tal-pagamenti.

4.

Il-prinċipju ta’ sussidjarjetà u s-segregazzjoni tal-kompiti li jallokaw il-verifika finanzjarja skont ir-regoli nazzjonali tal-Istati Membri u l-verifika teknika skont ir-regoli adottati għal ARTEMIS, kien il-gwida prinċipali fl-operazzjonijiet ta’ ARTEMIS. Madankollu nifhmu t-tħassib tal-Qorti u ser nadottaw analiżi aktar profonda tar-rapporti ta’ awditjar ex post mill-Istati Membri.

19.

Il-baġit 2012, kif adottat fil-25 ta’ Jannar 2012, fil-fatt ma rriflettiex approprjazzjonijiet ta’ pagament differenzjati għal infiq operattiv. Iżda dan ġie kkoreġut f’baġit emendat 2012, adottat mill-Bord ta' Tmexxija fl-4 ta' Diċembru 2012.

20.

Naqblu mal-osservazzjoni: irriżulta żball amministrattiv f’approvazzjoni tal-Bord ta’ Tmexxija ta’ AIP rivedut, fejn, b’mod separat, intesa jiġi approva baġit rivedut kif xieraq.

25.

L-ARTEMIS tirreferi għat-tweġiba mogħtija fl-2011 għall-istess kwistjoni u fir-rapport datat it-3 ta' Marzu 2013, dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2011, għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, hemm iddikjarat dan li ġej:

Jieħu nota tal-fatt li fl-aħħar tas-sena 2011, il-kapaċità ta’ awditjar intern tal-Impriża Konġunta kienet għadha ma ġietx stabbilita; ifakkar li s-Servizz ta’ Awditjar Intern tal-Kummissjoni huwa l-Awditur Intern tal-Impriża Konġunta mill-2010 u li wettaq eżerċizzju ta’ valutazzjoni tar-riskju u pjan ta’ awditu strateġiku għall-2012-2014 ġie ppreżentat lill-Bord Governattiv tal-Impriża Konġunta; jirrikonoxxi li fid-dawl tad-daqs tal-Impriża Konġunta dan se jassumi wkoll ir-rwol tal-Kapaċità ta’ Awditjar Intern;

Nifhmu li dan l-aħħar kumment jappoġġa b’mod sħiħ il-pożizzjoni tagħna.

26.

L-istess pożizzjoni bħas-sena li għaddiet: naqblu mal-osservazzjoni, iżda, għal raġunijiet ta’ simplifikazzjoni u effiċjenza, iddeċidejna li nemendaw ir-Regoli Finanzjarji tagħna għal dan il-punt, fiż-żmien li nkunu rridu nemendawhom għar-reviżjoni li għaddejja tar-Regolament Finanzjarju Ġenerali.

27-29

L-ARTEMIS tilqa’ r-rikonoxximent mill-Qorti dwar l-isforzi f’dan il-qasam u ser tipprova ttejjeb l-isforzi dwar ir-rapportar u t-tixrid.

30.

Ara t-tweġiba tagħna għall-osservazzjonijeit 15 sa 17


17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/10


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta

2013/C 369/02

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

Introduzzjoni …

1-5

11

Informazzjoni li tappoġġa d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni …

6

11

Dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni…

7-14

11

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet…

12

12

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet …

13

12

Kummenti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja…

15

12

Implimentazzjoni tal-baġit…

15

12

Kummenti dwar il-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-impriża konġunta…

16-19

12

Kwistjonijiet oħra…

20-26

13

Uffiċċju tal-awditjar intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni…

20-22

13

Monitoraġġ u rappurtar ta’ riżultati tar-riċerka…

23-25

13

Segwitu tal-osservazzjonijiet preċedenti…

26

13

INTRODUZZJONI

1.

L-Impriża Konġunta Clean Sky, li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita f’Diċembru 2007 (1) għal perjodu ta’ 10 snin.

2.

L-objettiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky huwa li taċċelera l-iżvilupp, il-validazzjoni u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji nodfa għat-trasport bl-ajru fl-UE għall-użu mill-aktar fis possibbli (2). L-attivitajiet ta’ riċerka kkoordinati mill-Impriża Konġunta huma maqsumin f’sitt oqsma teknoloġiċi jew ‘Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrata’ (ITDs).

3.

Il-Membri Fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u sieħba industrijali bħala l-mexxejja tal-ITDs, flimkien mal-membri assoċjati tal-ITDs.

4.

Il-kontribuzzjoni massima tal-UE lill-Impriża Konġunta Clean Sky, biex tkopri l-ispejjeż operazzjonali u l-attivitajiet ta’ riċerka, hija ta’ EUR 800 miljun li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba’ Programm Kwadru (3). Membri oħra tal-Impriża Konġunta għandhom jikkontribwixxu riżorsi li mill-anqas huma ugwali għall-kontribuzzjoni tal-UE, inklużi kontributi in natura.

5.

L-Impriża Konġunta bdiet taħdem b’mod awtonomu fis-16 ta’ Novembru 2009.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

6.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar dirett tat-tranżazzjonijiet fil-livell tal-Impriża Konġunta u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

7.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean sky, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2012, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

8.

Skont l-Artikoli 33 u 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (6), il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi:

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball; l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (7), u t-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fihom huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi sorveljanza adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

9.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (8) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi jkunux legali u regolari.

10.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

11.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

12.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2012 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

13.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2012 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

14.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA U FINANZJARJA

Implimentazzjoni tal-baġit

15.

Il-baġit emendatorju finali 2012 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 205,4 miljun u approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 167,9 miljun. Ir-rata ta’ utilizzazzjoni għal approprjazzjonijiet ta’ impenn kienet ta’ 84 %, filwaqt li r-rata għal approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 75 % (9). Ir-rata inferjuri għal approprjazzjonijiet ta’ pagament tirrifletti dewmien fl-implimentazzjoni tal-baġit, prinċipalment b’riżultat ta’ dewmien fl-implimentazzzjoni ta’ attivitajiet (10) u fil-perjodu ta’ bejn il-pubblikazzjoni ta’ sejħiet għal proposti u l-iffirmar tal-ftehimiet ta’ għotjiet (11).

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA

16.

Matul l-2012 l-Impriża Konġunta kompliet ittejjeb il-proċeduri ta’ ġestjoni, amministrattivi, finanzjarji u kontabilistiċi tagħha. Waħda mill-kisbiet prinċipali fl-2012 kienet l-implimentazzjoni tal-“għodda għall-GMT” (Grant Management Tool), applikazzjoni speċifika għall-ġestjoni ta’ informazzjoni finanzjarja marbuta mal-implementazzjoni ta’ ftehimiet ta’ għotjiet mal-membri. Madankollu, l-għodda għall-GMT għadha tippreżenta xi limitazzjonijiet fir-rigward tal-kompletezza tal-informazzjoni operazzjonali ġestita (12).

17.

Fir-rigward tal-kontroll ex ante ta’ klejms għall-ispejjeż ippreżentati mill-membri tal-Clean Sky, iċ-ċertifikati tal-awditjar li kienu jakkumpanjaw il-klejms tal-ispiża ta’ żewġ benefiċjarji nstabu li kienu jinkludu riżervi dwar il-kuntratti tal-membri tal-persunal impjegati fuq il-proġett; f’wieħed minnhom iċ-ċertifikat tal-awditjar kien jinkludi wkoll riżervi dwar ir-rati tal-ispejjeż indiretti applikati. Minkejja dawn l-eċċezzjonijiet sinifikanti, l-Impriża Konġunta rrilaxxat il-pagamenti.

18.

Id-dgħufijiet li ġejjin kienu nnutati rigward il-kontroll ex-ante tal-klejms għall-ispejjeż ippreżentati mis-sieħba tal-Clean Sky:

il-listi ta’ kontroll użati għall-kontroll ex ante tal-klejms għall-ispejjeż mhux dejjem kienu kompluti;

l-uffiċjali inkarigati mill-verifikazzjoni ma ħejjewx rapporti ta’ aċċettazzjoni teknika dwar l-attivitajiet tas-sieħba;

f’mill-anqas każ wieħed, il-kompiti tal-verifikazzjoni finanzjarja u tal-awtorizzazzjoni twettqu mill-kap tal-amministrazzjoni, għal kuntrarju tad-dispożizzjonijiet tal-manwal tal-proċeduri finanzjarji u tal-prinċipju ta' segregazzjoni tad-dmirijiet.

is-sieħba tal-Impriża Konġunta ġeneralment jittardjaw biex jippreżentaw il-klejms għall-ispejjeż. Fiż-żmien tal-awditu, mill-anqas 70 minn 292 klejm għall-ispejjeż ma kinux ippreżentati lill-Impriża Konġunta fil-ħin. Fi 15-il każ, id-dewmien qabeż sena.

19.

Jeħtieġ li r-rakkomandazzjonijiet, li saru fil-validazzjoni 2012 tas-sistemi ta’ bażi mill-uffiċjal tal-kontabbiltà, jiġu segwiti kif dovut (13).

KWISTJONIJIET OĦRA

Uffiċċju tal-awditjar intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni

20.

Fl-2012, restrizzjonijiet ta’ riżorsi fi ħdan l-organizzazzjoni u t-tnedija tal-ewwel eżerċizzju tal-awditu ex post ġiegħel lill-awditur intern jiffoka fuq il-proċessi ewlenin tal-Impriża Konġunta, inkluża t-tħejjija tal-kontijiet 2012. B’riżultat ta’ dan, il-kompiti tal-awditjar skedati fil-pjan tal-awditu 2012 ma setgħux jiġu kkompletati. Sitwazzjoni simili kienet irrappurtata mill-Qorti fl-2011 (14).

21.

Fl-2012, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni awditja l-proċess tal-ippjanar annwali għall-ġestjoni tal-għotjiet (15). L-awditu kkonkluda li s-sistema ta’ kontroll intern eżistenti kienet tagħti aċċertament raġonevoli fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi tan-negozju stabbiliti għal dan il-proċess, bl-eċċezzjoni ta’ żewġ riżervi importanti ħafna dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programm u s-sistema għall-evalwazzjonui tal-utilizzazzjoni tar-riżorsi (16).

22.

Il-karta tal-missjoni tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ġiet adottata mill-Bord ta’ Tmexxija fil-31 ta’ Marzu 2011. Madankollu, ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta għadhom ma ġewx emendati biex jinkludu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament strutturali (17) li jirreferu għas-setgħat tal-awditur intern tal-Kummissjoni.

Monitoraġġ u rappurtar ta’ riżultati tar-riċerka

23.

Is-Seba’ Programm Kwadru (FP7) jistabbilixxi sistema ta’ monitoraġġ u rappurtar li tkopri l-protezzjoni, id-disseminazzjoni u t-trasferiment ta’ riżultati tar-riċerka (18).

24.

Fil-ftehimiet ta’ għotjiet iffirmati mal-benefiċjarji, l-Impriża Konġunta inkludiet dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw id-drittijiet ta’ proprjetà intellettwali u d-disseminazzjoni ta’ riżultati tar-riċerka. L-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija mmonitorjata mill-Impriża Konġunta fi stadji differenti tal-proġetti ffinanzjati.

25.

Madankollu, jeħtieġ li l-mod kif ir-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ huma rrappurtati jevolvi aktar biex jissodisfa l-objettivi tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (19) u tal-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1906/2006 (20).

Segwitu tal-osservazzjonijiet preċedenti

26.

Sar progress sinifikanti fir-rigward tal-aspetti tal-IT tal-pjan tal-kontinwità tan-negozju u tal-pjan ta’ rkupru minn diżastru tal-impriża Konġunta. Skont l-impriża konġunta, dawn il-pjanijiet se jiġu kkompletati sa tmiem l-2013.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-22 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky (ĠU L 30, 4.2.2008, p.1).

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi, l-attivitajiet u r-riżorsi disponibbli tal-Impriża Konġunta. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(3)  Is-Seba’ Programm Kwadru, adottat bid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1), jiġbor flimkien l-inizjattivi kollha tal-UE relatati mar-riċerka, taħt saqaf wieħed, u jaqdi rwol kruċjali fl-ilħuq tal-għanijiet ta’ tkabbir, kompetittività u impjiegi. Huwa wkoll pilastru ewlieni għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(4)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti, sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(5)  Dawn jinkludu r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, sommarju tal-prinċipji baġitarji u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(8)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(9)  Fil-każ ta’ ftehimiet ta’ għotjiet mas-sieħba, ir-rata ta’ utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet biss 60 %.

(10)  Ara l-paragrafu 24.

(11)  Iż-żmien medju bejn il pubblikazzjoni ta’ sejħa għal proposti u l-iffirmar tal-ftehimiet ta’ għotjiet kien ta’ 12-il xahar fl-2012.

(12)  Għadha trid tiġi inkluża informazzjoni dwar l-aġġustamenti tal-klejms għall-ispejjeż li jirriżultaw minn awditi ex post jew minn sorsi oħra, u dwar ir-reġistrazzjoni ta’ pagamenti parzjali.

(13)  Ara l-paragrafu 24 tar-rapport 2011 tal-Qorti.

(14)  Ara l-paragrafu 25 tar-rapport 2011 tal-Qorti.

(15)  Final Report on Grant Management – Annual Planning (Rapport Finali dwar il-Ġestjoni tal-Għotjiet – Ippjanar Annwali) tat-18 ta’ Frar 2013.

(16)  Ir-rapport tal-IAS jinnota li huwa diffiċli għall-Impriża Konġunta li twettaq evalwazzjoni xierqa ta’ dan il-qasam, billi l-baġit tal-ITD huwa ppreżentat fil-livell ta’ pakkett ta’ ħidma filwaqt li l-Impriża Konġunta tissorvelja l-implimentazzjoni ta’ attivitajiet fil-livell ta’ riżultati.

(17)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

(18)  Rapporti ta’ monitoraġġ tal-FP7: http://ec.europa.eu/research/evaluations/index_en.cfm?pg=fp7-monitoring

(19)  L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar is-Seba’ Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta’ riċerka, ta’ żvilupp teknoloġiku u ta’ dimostrazzjoni (2007-2013) jeħtieġ lill-Kummissjoni timmonitorja kontinwament u sistematikament l-implimentazzjoni tas-Seba’ Programm Kwadru u tal-programmi speċifiċi tiegħu u tirrapporta regolarment u tiddissemina r-riżultati ta’ dan il-monitoraġġ.

(20)  L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta’ impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f’azzjonijiet taħt is-Seba’ Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1) jirrikjedi li l-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti abbażi ta’ rapporti tal-progress perjodikament ippreżentati. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjan għall-użu u d-disseminazzjoni tat-tagħrif ġdid miksub. Hija għandha wkoll tistabbilixxi u żżomm sistema informattiva li tippermetti li dan il-monitoraġġ isir b’mod effiċjenti u koerenti tul is-Seba’ Programm Kwadru kollu.


ANNESS

Impriża Konġunta Clean Sky (Brussell)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikoli 187 u 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tipprevedi kontribut tal-Komunità għall-istabbiliment ta' sħubiji pubbliċi-privati fit-tul f'forma ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti li jistgħu jkunu implimentati permezz ta' Impriżi Komuni (Konġunti) skont it-tifsira tal-Artikolu 187 tat-Trattat.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky (ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1).

Kompetenzi tal-Impriża Konġunta

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008)

Objettivi

L-Impriża Konġunta Clean Sky għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru u b'mod partikolari tat-Tema 7, ‘Trasport (inkluża l-aeronawtika)’ tal-Programm Speċifiku Kooperazzjoni;

li taċċelera fl-UE l-iżvilupp, il-validazzjoni u d-dimostrazzjoni ta' Teknoloġiji nodfa għat-Trasport bl-Ajru għall-użu mill-aktar fis possibbli;

li tiżgura l-implimentazzjoni koerenti tal-isforzi tar-riċerka Ewropej li jimmiraw għat-titjib ambjentali fil-qasam tat-Trasport bl-Ajru;

li toħloq Sistema tat-Trasport bl-Ajru radikalment innovattiva, abbażi tal-integrazzjoni ta' teknoloġiji avvanzati u dimostrazzjonijiet fuq skala kbira (ITDs), bil-mira li jitnaqqas l-impatt ambjentali tat-trasport bl-ajru permezz ta' tnaqqis sinifikanti tal-ħoss u l-emissjonijiet ta' gass, flimkien ma' titjib tal-ekonomija tal-fjuwil fl-ajruplani;

li taċċellera l-ħolqien ta' konoxxenza ġdida, l-innovazzjoni u l-użu tar-riċerka bi prova tat-teknoloġiji rilevanti u sistema ta' sistemi kompletament integrata, fl-ambjent operattiv adegwat, li jwasslu għal kompetittività industrijali aktar b'saħħitha.

Tmexxija

Il-korp ta’ tmexxija tal-Impriża Konġunta huwa l-Bord ta’ Tmexxija. It-tim Eżekuttiv huwa mmexxi minn Direttur Eżekuttiv. L-industrija hija rrappreżentata permezz ta’ diversi mezzi, bħalma huma l-kumitati ta’ tmexxija tal-ITD u l-Grupp ta' Rappreżentanti tal-Istati Nazzjonali.

Riżorsi disponibbli għall-Impriża Konġunta fl-2012

Baġit

EUR 205 364 690

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2012

24 post previsti fit-tabella tal-persunal (18-il membru tal-persunal temporanju u 6 membri tal-persunal kuntrattwali), li minnhom 23 post kienu okkupati; dawn kienu assenjati għal: attivitajiet operazzjonali (17); kompiti mħallta (6).

Attivitajiet u servizzi mogħtija fl-2012

Ara r-Rapport Annwali tal-Attività 2012 tal-Impriża Konġunta Clean Sky fuq www.cleansky.eu

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Impriża Konġunta Clean Sky.


IR-RISPOSTI TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA

15.

Mingħajr ma jkun hemm dubji dwar ir-rati ta’ implimentazzjoni ġenerali ddikjarati mill-Qorti, l-Impriża Konġunta tixtieq tinnota li għall-parti l-kbira tal-infiq operattiv tagħha (1) r-rata ta’ implimentazzjoni attwali għal CA kienet ta’ 97 % filwaqt li r-rata għal PA kienet ta’ 84 %. L-impriża kienet irċeviet talbiet ulterjuri li kienu għadhom ma ġewx validati sa tmiem is-sena għall-valur ta’ 5 % aktar, li jagħmel l-implimentazzjoni attwali għal 89 % u dan jirrifletti implimentazzjoni aktar b’saħħitha ta’ attivitajiet. Madankollu, l-Impriża Konġunta tirrikonoxxi li għall-infiq relatat ma’ sejħiet għal proposti, jeħtieġ li jiġi implimentat aktar titjib li jippermetti lill-Impriża Konġunta tagħlaq aktar rapporti fil-ħin u teżegwixxi, b’mod ġenerali, approprjazzjonijiet ta' pagament ogħla (2). B'mod ġenerali l-Impriża Konġunta esperjenzat tendenza li tinżel 'l isfel fl-aħħar sejħiet, billi b’mod permanenti tfittex li ttejjeb il-fluss tal-ħidma u l-proċessi tagħha għall-fini li jitnaqqas iż-żmien li tingħata għotja. Iż-żmien medju bejn il-pubblikazzjoni tas-sejħa għal proposti SPI-JTI-CS-2012-01 imnedija fit-13 ta’ Jannar 2012 u l-firma tal-ftehim dwar għotjiet tal-Impriża Konġunta kien fil-fatt 278 jum (9.1 xhur).

16.

Sadanittant, u qabel ma ġew stabbiliti l-kontijiet finali 2012, it-tim finanzjarju tal-Impriża Konġunta Clean Sky ħadem fuq iż-żewġ limiti tal-“għodda GMT” li saħqet dwarha l-Qorti, li kienet tirreferi għal informazzjoni dwar l-aġġustament ta’ talbiet ta’ spejjeż u r-reġistrazzjoni ta’ pagamenti parzjali. Iż-żewġ kwistjonijiet ġew integrati u issa jinsabu operattivi fl-għodda nfisha.

Biex jittejjeb aktar l-appoġġ ipprovdut mis-sistema, attwalment l-Impriża Konġunta Clean Sky qiegħda tittestja funzjonalità ġdida li tippermetti r-reġistrazzjoni u s-segwitu tar-reġistrazzjoni tal-kontributi f’affarijiet ipprovduti mill-membri. Din il-funzjoni hija mistennija li tibda taħdem qabel it-tmiem tal-2013.

17.

Fir-rigward tal-eċċezzjonijiet innotati mill-awdituri li qed iħejju s-CFS għal żewġ talbiet ta’ spejjeż li jappartjenu għas-sena 2010 riveduti mill-Qorti, l-Impriża Konġunta kienet ħadet ħafna passi matul l-eżerċizzju ta’ validazzjoni tal-2011 biex jiġu kkjarifikati l-kwistjonijiet innotati u biex ikun hemm reazzjoni xierqa dwar il-limiti tal-kamp ta’ applikazzjoni ppreżentati fis-CFS, filwaqt li jinżammu l-kategoriji ta’ spejjeż relatati tal-persunal u spejjeż indiretti.

F’wieħed mill-każijiet imsemmija mill-Qorti, l-istess awdituri pprovdew CFS dwar it-talba ta’ spejjeż sussegwenti (2011) għal dan il-benefiċjarju, li pprovda assigurazzjoni raġonevoli għall-Impriża Konġunta dwar l-eliġibbiltà tal-ispejjeż li ntalbu wkoll għall-perjodu qabel (2010). Għaldaqstant, l-Impriża Konġunta rrilaxxat l-ispejjeż relatati miżmuma.

Fil-każ l-ieħor investigat mill-Qorti, fejn is-CFS kien jiddikjara nuqqas ta’ evidenza għall-ispejjeż tal-persunal (kuntratti ta’ impjiegi neqsin) iżda li madankollu kienu finalment ivvalidati mill-Impriża Konġunta, l-awditur ex-post tal-Impriża Konġunta kkonkluda sussegwentement, li l-evidenza alternattiva ppreżentata mill-benefiċjarju kienet tipprovdi assigurazzjoni suffiċjenti biex l-ispejjeż relatati jitqiesu bħala eliġibbli.

Sabiex tiġi stabbilita ċarezza għall-benefiċjarji, għall-uffiċjali finanzjarji tal-Impriża Konġunta u għall-awdituri esterni rigward problem rikorrenti speċifiċi f’talbiet ta’ spejjeż (eż. evidenza alternattiva għall-kuntratti ta’ impjiegi), l-Impriża Konġunta bdiet tiżviluppa regoli ta’ implimentazzjoni (deċiżjonijiet formali tal-maniġment) li jistabbilixxu r-rekwiżiti minimi għall-eliġibbiltà ta’ spejjeż.

Minbarra li jiġu ttrattati kwistjonijiet individwali speċifiċi, l-Impriża Konġunta hija konxja mill-ħtieġa ġenerali għal titjib tal-kwalità u ċ-ċarezza ta' xi CFS u, bħal fis-snin imgħoddija, organizzat workshop dedikat għall-benefiċjarji kollha, inkluż fl-2013 l-awdituri tas-CFS ukoll, biex jiġi żgurat li l-atturi kollha jifhmu u jsegwu l-proċeduri neċessarji.

18.

L-Impriża Konġunta tirrikonoxxi li l-passi biex jiġu aċċettati talbiet ta’ spejjeż mhux dejjem kienu formalizzati b’mod xieraq u mhux dejjem ġiet mehmuża evidenza adatta għall-fajl.

Għall-aċċettazzjoni teknika tar-rapporti tal-imsieħba, l-Impriża Konġunta issa ġiet ipprovduta bl-istess livell ta’ aċċess għall-fluss tal-ħidma ta’ aċċettazzjoni elettroniku bħas-servizzi tal-Kummissjoni. Dan ser jgħin l-uffiċjali tal-proġetti tal-Impriża Konġunta biex jiddokumentaw aħjar l-aċċettazzjoni teknika tagħhom.

Għall-każ riferut mill-Qorti, iż-żewġ funzjonijiet ittieħdu b’mod eċċezzjonali taħt ir-responsabbiltà tal-Kap tal-Amministrazzjoni u l-Finanzi, li fid-data rispettiva kien qed jaġixxi bħala għajnuna għad-Direttur Eżekuttiv matul il-lif annwali tiegħu skont id-deċiżjoni tad-Direttur Eżekuttiv. Peress li Clean Sky huwa tim żgħir, matul il-lif annwali ta’ ħafna atturi, dan jista’ jseħħ f’każijiet eċċezzjonali. L-Impriża Konġunta evitat din is-sitwazzjoni kompletament għall-aħħar trimestru tas-sena anke f’każijiet ta’ assenza.

Rigward il-GAPs irrapportati, l-Impriża Konġunta stabbilixxiet sadanittant proċess robust ta’ monitoraġġ. Bħala parti minn dan il-proċess il-benefiċjarji ġew imfakkra b'mod sistematiku dwar l-obbligi tagħhom ta' rapportar. Dan ser jiġi segwit bin-notifiki legali neċessarji f'każijiet ta' nuqqas serju ta' prestazzjoni rigward ir-rapportar meħtieġ.

19.

Ir-rakkomandazzjonijiet tar-rapport 2012 tal-uffiċjal tal-kontabbiltà qed jiġu segwiti. Il-funzjonalitajiet tal-għodda tal-ġestjoni ta' għotjiet (GMT) qed jiġu żviluppati aktar (ara l-punt 16) u l-Impriża Konġunta Clean Sky wettqet eżerċizzju ulterjuri ta’ validazzjoni dwar il-funzjonalitajiet ġodda f’Awwissu 2013. Twettaq inventarju fiżiku tal-oġġetti tal-għamara. L-Impriża Konġunta Clean Sky tuża d-Datawarehouse għar-rapportar baġitarju.

20.

L-Uffiċjal tal-Awditjar Intern aġġorna l-pjan strateġiku ta’ awditjar għas-sena 2013 filwaqt li tqiesu l-awditi ta’ assigurazzjoni li ma twettqux fis-snin 2011 u 2012.

Minkejja li l-kompiti ta’ awditjar ta’ assigurazzjoni ma twettqux fis-sena 2012 kif ippjanat, l-IAO kopriet riskji ta’ kontroll intern potenzjali billi pprovdiet servizzi estensivi ta' konsultazzjoni u appoġġ dirett tal-maniġment. Bħala riżultat ta’ valutazzjoni komprensiva tar-riskji, l-IAO żviluppat azzjonijiet ta’ mitigazzjoni għall-maniġment tal-Impriża Konġunta bil-ħsieb li jitjiebu l-kontrolli interni fil-proċessi ċentrali kollha tan-negozju.

21.

Rigward l-awditjar li twettaq mill-IAS dwar il-proċess annwali ta’ ppjanar għall-ġestjoni ta’ għotjiet, il-maniġment tal-Impriża Konġunta qabel dwar azzjonijiet għall-mitigazzjoni tal-osservazzjonijiet maħruġa mill-awdituri. L-implimentazzjoni ta' dawn l-azzjonijiet tinsab għaddejja attwalment u ser tiġi vvalutata mill-IAS meta jasal iż-żmien.

22.

Mis-sena 2014, hemm il-pjan li l-Impriża Konġunta Clean Sky tiġi ttrasferita fi Sħubija pubblika-privata (PPP) ġdida, li ser ikollha qafas regolatorju differenti inklużi Regoli Finanzjarji riveduti. Għaldaqstant, il-bidla fir-Regoli Finanzjarji ta’ Clean Sky eżistenti mhux ser jiġu implimentati aktar, peress li ser ikunu applikabbli biss sa tmiem l-2013. Qed nistennew li l-mudell tar-regolament finanzjarju għal PPPs li jaqgħu taħt l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju Ġenerali tal-Kummissjoni jkollu effett minn Jannar 2014. Ir-Regoli Finanzjarji ġodda tal-Impriża Konġunta Clean Sky ser ikunu stabbiliti fuq din il-bażi.

Fi kwalunkwe każ, id-dispożizzjonijiet tar-Regolament Qafas applikabbli fil-preżent li jagħmlu referenza għas-setgħat tal-awditur intern tal-Kummissjoni ġew applikati mill-Impriża Konġunta Clean Sky f’termini prattiċi mill-2011.

25.

L-Impriża Konġunta ser tirrinforza l-monitoraġġ tagħha dwar ir-rapportar relatat mal-użu u l-isfruttament ta’ riżultati ta’ proġetti/l-ewwel pjan u mal-attivitajiet ta’ tqassim sabiex tiġi żgurata l-konformità mal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE u mar-regoli tal-GAMs u l-GAPs tal-Impriża Konġunta. L-Impriża Konġunta ser titlob rapport speċifiku dwar il-protezzjoni, l-użu u l-isfruttament tal-IPR, u dwar it-tqassim miksub fil-Programmi u l-Proġetti tal-ITDs sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dmir ta’ rapportar tagħhom u t-twassil ta’ livell adegwat ta’ informazzjoni bħala riżultat ta’ tali eżerċizzju ta’ rapportar.

Fir-rigward tal-konformità mal-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1906/2006, għandu jiġi nnotat li skont il-preambolu 26, impriżi konġunti ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament. Madankollu, l-Impriża Konġunta tikkondividi l-objettivi tal-Artikolu 27 u ser tissorvelja l-implimentazzjoni tal-pjan għall-użu u t-tqassim tal-ewwel pjan.


(1)  Il-ftehimiet dwar għotjiet għall-membri jammontaw għal 75 % tal-baġit operattiv tal-Impriża Konġunta

(2)  F’Lulju 2013, l-Impriża Konġunta nnotat titjib ta’ 100 % fuq ir-rata tal-2012 fl-istess xahar minħabba azzjonijiet meħuda.


17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/18


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC għas-sena finanzjarja 2012 flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta

2013/C 369/03

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

Introduzzjoni…

1-5

19

Informazzjoni li tappoġġa d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni…

6

19

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni…

7-17

19

Opinjoni dwar l-affidabiltà tal-kontijiet…

12

20

Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi…

13-15

20

Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet…

16

21

Kummenti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja…

18-20

21

Implimentazzjoni tal-baġit…

18-19

21

Sejħiet għal proposti…

20

21

Kwistjonijiet oħra…

21-28

21

Uffiċċju tal-awditjar intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni…

21

21

Monitoraġġ u rappurtar ta' riżultati tar-riċerka…

22-24

21

Kontribuzzjoni mill-Istati Membri fl-ENIAC…

25

22

Segwitu tal-osservazzjonijiet preċedenti…

26-28

22

INTRODUZZJONI

1.

L-Impriża Konġunta Ewropea għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar in-Nanoelettronika (Impriża Konġunta ENIAC), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita f'Diċembru 2007 (1) għal perjodu ta' 10 snin.

2.

L-objettiv prinċipali tal-Impriża Konġunta huwa li tiddefinixxi u timplimenta l-“aġenda għar-riċerka” għall-iżvilupp ta' kompetenzi ewlenin għan-nanoelettronika f'oqsma differenti ta' applikazzjoni sabiex jissaħħu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-Ewropa u jkun possibbli l-iżvilupp ta' swieq ġodda u applikazzjonijiet fis-soċjetà (2).

3.

Il-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni, ċerti Stati Membri tal-UE (il-Belġju, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, l-Iżvezja u r-Renju Unit) u l-Assoċjazzjoni għall-Attivitajiet Nanoelettroniċi Ewropej (AENEAS). Stati Membri oħrajn u pajjiżi assoċjati, kif ukoll kwalunkwe pajjiż ieħor jew entità ġuridika oħra li kapaċi tagħti kontribuzzjoni finanzjarja sostanzjali għall-ilħuq tal-objettivi tal-Impriża Konġunta, jistgħu jsiru membri tal-Impriża Konġunta ENIAC.

4.

Il-kontribuzzjoni massima tal-UE għall-Impriża Konġunta ENIAC, biex tkopri l-ispejjeż operattivi u l-attivitajiet ta' riċerka, hija ta' EUR 450 miljun li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru (3). L-AENEAS għandha tagħmel kontribuzzjoni massima ta' EUR 30 miljun għall-ispejjeż operattivi tal-Impriża Konġunta. L-Istati Membri fl-ENIAC għandhom jagħmlu kontributi in natura għall-ispejjeż operattivi (permezz tal-faċilitazzjoni tal-implimentazzjoni tal-proġetti), u jipprovdu kontribuzzjonijiet finanzjarji ta' mill-anqas 1,8 darbiet tal-kontribuzzjoni tal-UE. Organizzazzjonijiet ta' riċerka li jipparteċipaw fil-proġetti għandhom ukoll jipprovdu kontributi in natura, li jridu jkunu mill-anqas daqs il-kontribuzzjonijiet kombinati tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.

5.

L-Impriża Konġunta ngħatat awtonomija finanzjarja fis-26 ta' Lulju 2010.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

6.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar tat-tranżazzjonijiet fil-livell tal-Impriża Konġunta u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

7.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ENIAC, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (4) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (5) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2012, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

8.

Skont l-Artikoli 33 u 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (6), il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi.

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal- Impriża Konġunta jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball, l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (7), u t-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fihom huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi sorveljanza adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

9.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (8) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi jkunux legali u regolari.

10.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

11.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabiltà tal-kontijiet

12.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2012 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Bażi għal opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

13.

L-istrateġija tal-awditjar ex post tal-Impriża Konġunta (9) ġiet adottata b'deċiżjoni tal-Bord tat-Tmexxija fit-18 ta' Novembru 2010 u hija għodda ewlenija (10) għall-valutazzjoni tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Il-pagamenti li saru fl-2012 kontra ċertifikati ta' aċċettazzjoni tal-ispejjeż maħruġa mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali (NFAs) tal-Istati Membri ammontaw għal EUR 8,2 miljun, li jirrappreżenta 42 % tal-pagamenti operazzjonali totali.

14.

Il-ftehimiet amministrattivi stabbiliti bejn l-Impriża Konġunta u l-NFAs tal-Istati Membri jipprovdu fil-prinċipju li l-NFAs iwettqu awditi f'isem l-Impriża Konġunta. L-istrateġija tal-awditjar ex post tal-Impriża Konġunta tiddependi ħafna fuq l-NFAs għall-awditjar ta' klejms għall-ispejjeż tal-proġetti. Madankollu, fl-2012 is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq studju ta' konsulenza dwar il-valutazzjoni tal-istrateġija tal-awditjar ex post tal-Impriża Konġunta u tal-istrateġiji tal-awditjar tal-Istati Membri fl-ENIAC u ġibed l-attenzjoni għall-fatt li t-tfassil tas-sistema tal-awditjar ex post għandha tiġi eżaminata u kkomplementata biex tiġi żgurata l-adegwatezza tagħha għall-ilħuq tal-objettiv kumplessiv (11) tagħha.

15.

Fl-2012, l-Impriża Konġunta wettqet analiżi limitata ta' klejms għall-ispejjeż (12) u fuq din il-bażi kkonkludiet fir-rapport annwali tal-attività tagħha li r-rata ta’ żball fil-programm tinsab taħt 2 %. Madankollu, dan l-eżerċizzju ma kien jinkludi ebda awditu u ma pprovdiex aċċertament dwar ir-regolarità tal-klejms għall-ispejjeż analizzati. Sa tmiem l-awditu tal-Qorti (Settembru 2013), l-informazzjoni disponibbli dwar l-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-awditjar ex post tal-Impriża Konġunta ma kinitx suffiċjenti biex il-Qorti tikkonkludi jekk dan il-kontroll ewlieni huwiex qed jaħdem b'mod effettiv.

Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

16.

Fl-opinjoni tal-Qorti, bl-eċċezzjoni tal-effetti possibbli tal-kwistjoni imsemmija fil-bażi għal opinjoni kwalifikata fil-paragrafi 13 sa 15, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2012 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

17.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA U FINANZJARJA

Implimentazzjoni tal-baġit

18.

Il-baġit finali 2012 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament ta' EUR 128 miljun u EUR 42 miljun rispettivament. Ir-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament disponibbli kienu ta' 100 % u 52 % (13) rispettivament. Mill-EUR 125,5 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn disponibbli għal attivitajiet operazzjonali, EUR 17,6 miljun ġew implimentati bħala impenn globali għall-ewwel sejħa għal proposti 2012, u EUR 107,9 miljun bħala impenn globali għat-tieni sejħa għal proposti 2012. Il-ftehimiet ta' għotjiet għal dawn iż-żewġ sejħiet għal proposti ġew iffirmati kmieni fl-2013, u ż-żmien medju ta' bejn it-tnedija tas-sejħa u l-iffirmar tal-ftehimiet kien ta' 12-il xahar.

19.

Id-dgħufijiet fil-kontroll li nqabdu mill-awditu tal-2011 fir-rigward ta' diżimpenn ta' approprjazzjonijiet mhux użati komplew ukoll fl-2012. L-impenn globali mhux użat ta' EUR 2,8 miljun assenjat lill-attivitajiet operazzjonali għall-2010, li kellu id-data finali tal-31 ta' Diċembru 2011 għall-implimentazzjoni, ma kienx ġie diżimpenjat sa tmiem l-2012.

Sejħiet għal proposti

20.

Is-sejħiet għal proposti 2008, 2009, 2010 u 2011 irriżultaw fi ftehimiet ta' għotjiet li ammontaw għal total ta' EUR 170,2 miljun, li jirrappreżenta 39 % tal-kontribuzzjoni massima tal-UE għall-Impriża Konġunta għal attivitajiet ta' riċerka (14). Fl-2012, tnedew żewġ sejħiet għal proposti b'total ta' EUR 125,4 miljun, u fl-2013 tnedew sa issa żewġ sejħiet b'total ta' EUR 39,7 miljun. Biex isir użu sħiħ tal-kontribuzzjoni disponibbli tal-UE ta' EUR 440 miljun ikollha tiġi mnedija sejħa addizzjonali għal proposti b'valur ta' EUR 104,7 miljun (23,8 %) matul l-2013.

KWISTJONIJIET OĦRA

Uffiċċju tal-awditjar intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni

21.

Il-karta tal-missjoni tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ġiet adottata mill-Bord tat-Tmexxija fit-18 ta’ Novembru 2010. Madankollu, ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta għadhom ma ġewx emendati biex jinkludu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament strutturali (qafas) (15) li jirreferi għas-setgħat tal-awditur intern tal-Kummissjoni.

Monitoraġġ u rappurtar ta' riżultati tar-riċerka

22.

Is-Seba' Programm Kwadru (FP7) jistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u rappurtar li tkopri l-protezzjoni, id-disseminazzjoni u t-trasferiment ta' riżultati tar-riċerka.

23.

Fil-ftehimiet ta' għotjiet iffirmati mal-benefiċjarji, l-Impriża Konġunta inkludiet dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u d-disseminazzjoni ta' riżultati tar-riċerka. L-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet hija mmonitorjata mill-Impriża Konġunta fi stadji differenti tal-proġetti ffinanzjati.

24.

Madankollu, jeħtieġ li l-mod ta' kif jiġu rrappurtati r-riżultati ta' dan il-monitoraġġ jevolvi aktar biex jissodisfa bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006 (16) u tal-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1906/2006 (17).

Kontribuzzjoni mill-Istati Membri fl-ENIAC

25.

L-istatuti tal-Impriża Konġunta jistipulaw li l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri fl-ENIAC għandhom jammontaw għal mill-inqas 1,8 darbiet (18) tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE, filwaqt li l-għotjiet tal-Impriża Konġunta jistgħu jilħqu massimu ta' 16,7 % tat-total tal-ispejjeż eliġibbli tal-proġetti. Għall-ewwel seba' sejħiet għal proposti, il-kontribuzzjoni finanzjarja mill-Istati Membri fl-ENIAC kienet 1,41 darbiet tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE (1,55 darbiet fl-2011).

Segwitu tal-osservazzjonijiet preċedenti

26.

L-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Impriża Konġunta vvalida s-sistemi finanzjarji u kontabilistiċi (ABAC u SAP) fl-2012. Madankollu, il-proċess li jipprovdi informazzjoni finanzjarja dwar il-ġestjoni ta' klejms għall-ispejjeż irċevuti mill-NFAs, għadu ma ġiex ivvalidat.

27.

Sa minn April 2012 'l hawn l-Impriża Konġunta għandha kapaċità tal-awditjar intern kif rikjest mill-Artikolu 6(2) tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxiha.

28.

Il-pjan ta' rkupru minn diżastru ġie ffinalizzat u ttestjat b'suċċess fl-2012.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-22 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC (ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21).

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi, l-attivitajiet u r-riżorsi disponibbli tal-Impriża Konġunta. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.

(3)  Is-Seba’ Programm Kwadru, adottat bid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1), jiġbor flimkien l-inizjattivi kollha tal-UE relatati mar-riċerka, taħt saqaf wieħed, u jaqdi rwol kruċjali fl-ilħuq tal-għanijiet ta’ tkabbir, kompetittività u impjiegi. Huwa wkoll pilastru ewlieni għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(4)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti, sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(5)  Dawn jinkludu r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, sommarju tal-prinċipji baġitarji u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(6)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(8)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p 1).

(9)  L-istrateġija tal-awditjar ex post tiddikjara li l-Impriża Konġunta għandha tfittex informazzjoni suffiċjenti fir-rigward tal-proċedura tal-awditjar ex post applikata fl-Istati Membri fl-ENIAC biex titwettaq valutazzjoni tal-proċeduri nazzjonali fir-rigward tal-idoneità tagħhom li jipprovdu aċċertament suffiċjenti fir-rigward tar-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet relatati mal-proġetti tal-Impriża Konġunta ENIAC.

(10)  L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 72/2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta jiddikjara li hija “għandha tiżgura li l-interessi finanzjarji tal-membri tagħha jkunu adegwatament protetti billi twettaq jew tqabbad lil min iwettaq kontrolli interni u esterni adatti” u li hija “għandha twettaq kontrolli fuq il-post u verifiki (awditi) finanzjarji fost id-destinatarji tal-finanzjament pubbliku tal-Impriża Konġunta ENIAC. Il-kontrolli u l-verifiki (awditi) għandhom isiru direttament mill-Impriża Konġunta ENIAC jew mill-Istati membri fl-ENIAC f'isimha.”

(11)  Il-konklużjonijiet ewlenin tal-istudju ta' konsulenza huma:

l-istrateġija tal-awditjar ex post tal-Impriża Konġunta ma tinkludix dettalji prattiċi għall-implimentazzjoni tagħha;

l-Impriża Konġunta u l-NFAs ma rnexxilhomx jikkonkludu ftehimiet speċifiċi taħt liema dawn tal-aħħar għandhom iwettqu awditi finanzjarji.

(12)  L-eżerċizzju ta’ analiżi limitata kien jikkonsisti f’li l-NFAs jintalbu jikkonfermaw kampjun ta’ klejms għall-ispejjeż.

(13)  Ir-rata ta' implimentazzjoni relattivament baxxa għall-pagamenti operazzjonali hija spjegata bil-wasla tardiva ta' ċertifikati mill-awtoritajiet nazzjonali u bid-dewmien fil-livell tal-Istat Membru fl-iffirmar ta' ftehimiet ta' għotjiet nazzjonali.

(14)  Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 72/2008 u l-Artikolu 11(5) tal-anness tiegħu, il-kontribuzzjoni massima tal-UE lejn l-ispejjeż operattivi u l-attivitajiet ta' riċerka tal-Impriża Konġunta hija ta' EUR 450 miljun, li minnhom il-kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi ma tistax taqbeż l-EUR 10 miljun. Jekk parti mill-kontribuzzjoni għall-ispejjeż operattivi ma tintużax, din tista' ssir disponibbli għal attivitajiet ta' riċerka.

(15)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

(16)  L-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) jirrikjedi li l-Kummissjoni kontinwament u sistematikament timmonitorja l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru u l-programmi speċifiċi tiegħu u regolarment tirrapporta u xxerred ir-riżultati ta' dan il-monitoraġġ.

(17)  L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1) jirrikjedi li l-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti abbażi ta' rapporti tal-progress perjodikament ippreżentati. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjan għall-użu u d-disseminazzjoni tat-tagħrif ġdid miksub. Hija għandha wkoll tistabbilixxi u żżomm sistema informattiva li tippermetti li dan il-monitoraġġ isir b'mod effiċjenti u koerenti tul is-Seba' Programm Kwadru kollu.

(18)  L-Artikolu 11(6)(b) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 72/2008 jistipula li “kontributi finanzjarji mill-Istati Membri fl-ENIAC […] għandhom jammontaw (mill-inqas) għal 1,8 darba l-kontribut finanzjarju tal-Komunità”.


ANNESS

Impriża Konġunta ENIAC (Brussell)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikoli 187 u 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tipprevedi kontribut tal-Komunità għall-istabbiliment ta' sħubiji pubbliċi-privati fit-tul f'forma ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti li jistgħu jkunu implimentati permezz ta' Impriżi Komuni (Konġunti) skont it-tifsira tal-Artikolu 187 tat-Trattat.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC.

Kompetenzi tal-Impriża Konġunta

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008)

Objettivi

L-Impriża Konġunta ENIAC tikkontribwixxi lejn l-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) u t-tema “Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni” tal-programm speċifiku “Kooperazzjoni” li jimplimenta s-Seba' Programm Kwadru (2007-2013) tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni. Din għandha, b'mod partikolari:

tiddefinixxi u timplimenta l-aġenda għar-riċerka għall-iżvilupp ta' kompetenzi ewlenin għan-nanoelettronika f'oqsma differenti ta' applikazzjoni sabiex jissaħħu l-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-Ewropa u jkun possibbli l-iżvilupp ta' swieq ġodda u applikazzjonijiet fis-soċjetà;

tappoġġa l-attivitajiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-aġenda għar-riċerka (attivitajiet ta' R&Ż), notevolment billi tagħti finanzjament lill-parteċipanti fi proġetti magħżula wara sejħiet kompetittivi għal proposti;

tippromwovi sħubija pubblika-privata bl-għan li jiġu mobilizzati u jinġabru flimkien l-isforzi Komunitarji, nazzjonali u dawk privati, billi jiżdiedu l-investimenti globali f'R&Ż fil-qasam tan-nanoelettronika, u titrawwem kollaborazzjoni bejn is-settur pubbliku u dak privat;

tiżgura l-effiċjenza u t-tul ta' żmien tal-JTI dwar in-nanoelettronika;

tikseb sinerġija u koordinazzjoni tal-isforzi Ewropej ta' R&Ż fil-qasam tan-nanoelettronika inkluża l-integrazzjoni progressiva fl-Impriża Konġunta ENIAC tal-attivitajiet relatati f'dan il-qasam implimentati fil-preżent permezz ta' skemi intergovernattivi ta' R&Ż (EUREKA).

Tmexxija

Il-korp governattiv tal-Impriża Konġunta huwa l-Bord tat-Tmexxija. It-tim eżekuttiv huwa mmexxi minn Direttur Eżekuttiv. L-industrija hija rappreżentata fil-Kumitat tal-Industrija u r-Riċerka u mill-assoċjazzjoni AENEAS bħala membru fundatur. Il-Kummissjoni, li tirrappreżenta l-Unjoni, l-Istati Membri u pajjiżi assoċjati jiffurmaw il-Bord tal-Awtoritajiet Pubbliċi.

Riżorsi disponibbli għall-Impriża Konġunta fl-2012

Baġit

 

EUR 127 996 970,00 għal impenji

 

EUR 42 475 500,00 għal pagamenti

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2012

15-il post previsti fit-tabella tal-persunal (7 membri tal-persunal temporanju u 8 membri tal-persunal kuntrattwali), li minnhom 15-il post kienu okkupati; dawn kienu allokati għal: attivitajiet operazzjonali (6); kompiti amministrattivi (5); kompiti mħallta (4).

Attivitajiet u servizzi pprovduti fl-2012

Ara r-rapport annwali tal-attività tal-Impriża Konġunta ENIAC għall-2012 fuq www.eniac.eu

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Impriża Konġunta ENIAC.


TWEĠIBIET TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA ENIAC

13-15.

L-istrateġija ta’ awditu ex post tal-Impriża Konġunta ENIAC tiddependi fuq awditi ex post li twettqu mill-Awtoritajiet ta’ Finanzjament Nazzjonali peress li dan huwa l-uniku approċċ konformi mal-prinċipju tas-sussidjarjetà u mal-iskema ta’ finanzjament trilaterali stabbilita mil-leġiżlatur. Barra minn dan, f’konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità, dan huwa l-uniku metodu finanzjarju sod minħabba li l-awditi għandhom jassiguraw konformità ma’ kwalunkwe wieħed mit-23 sett ta’ regolamenti u regoli li jintużaw mill-Awtoritajiet ta’ Finanzjament Nazzjonali biex l-ispejjeż ikunu rikonoxxuti.

19.

Fl-2012 l-Impriża Konġunta ENIAC tejbet il-kontroll tagħha b’mod konsiderevoli billi eliminat għal kollox l-iżbalji fuq l-approprjazzjonijiet diżimpenjati funzjonali. L-Impriża Konġunta ENIAC jiddispjaċiha li diżimpenn operazzjonali wieħed kien esegwit wara d-data finali ta’ implimentazzjoni; il-kawża ewlenija ġiet identifikata u ttieħdu miżuri korrettivi biex tiġi evitata rikorrenza.

21.

L-emenda tar-Regolament Finanzjarju Qafas taqa' taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni li bħalissa tinsab fil-proċess ta' tħejjija tal-allinjament tar-Regolament Finanzjarju Qafas eżistenti flimkien mar-Regolament Finanzjarju Ġenerali l-ġdid tal-UE. L-Impriża Konġunta ENIAC għandha tadotta l-verżjoni riveduta malajr kemm jista’ jkun.

24.

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE u r-Regolament (KE) Nru 1906/2006 jistabbilixxu obbligi speċifiċi għall-Kummissjoni li ma jistgħux jiġu trasferiti awtomatikament lil entitajiet legali oħra bħall–Impriża Konġunta ENIAC. L-Impriża Konġunta ENIAC hija konformi mar-rekwiżiti ta’ rapportar kollha li rċeviet s’issa mill-Kummissjoni u hija impenjata li tkompli tieħu l-azzjonijiet neċessarji sabiex id-dispożizzjonijiet statutorji dwar il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali u l-użu u d-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka jkunu ssodisfati.

L-Impriża Konġunta ENIAC ħadet nota tal-inizjattiva tal-Kummissjoni biex tniedi studju dwar ir-rwol ta’ bidla fil-proprjetà intellettwali fl-industrija tas-semikondutturi (SMART 2013/0005) u se timplimenta biċ-ċert l-aqwa prattiki li jirriżultaw minn din l-inizjattiva li huma kompatibbli mal-qafas leġiżlattiv tagħha.

25.

Il-proporzjon bejn il-kontribuzzjoni tal-UE u dik tal-Istati Membri tal-ENIAC hija riżultat mekkaniku tal-applikazzjoni tar-regoli tal-l-Għajnuna mill-Istat (Regolament tal-Kummissjoni Nru 800/2008) li jillimita l-perċentwal tal-għajnuna mill-istat għal tipi partikolari ta’ azzjonijiet u parteċipanti. Iż-żewġ sejħiet li saru fl-2012 kienu evidenti ħafna: il-kontribuzzjonijiet fis-Sejħa 2012-1 qabżu l-proporzjon ta’ 1,8 b’mod konsiderevoli, filwaqt li fis-Sejħa tal-Linja Pilota 2012-2 dawn baqgħu taħt 1,8.

26.

Is-sistemi ABAC u SAP kienu vvalidati mill-uffiċjal tal-kontabilità fl-2010. Fl-2012 l-uffiċjal tal-kontabilità wettaq fl-intier tiegħu, il-kompitu li jivvalida s-sistemi ta’ kontabilità stabbiliti u fejn xieraq, ivvalida s-sistemi stabbiliti mill-uffiċjal awtorizzanti, kif mitlub mill-Art.43.1.e tar-Regoli Finanzjarji tal-ENIAC-60-08.


17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/25


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta

2013/C 369/04

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

Introduzzjoni…

1-5

26

Informazzjoni li tappoġġa d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni…

6

26

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni…

7-15

26

Opinjoni dwar l-affidabiltà tal-kontijiet…

12

27

Bażi għall-opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi…

13

27

Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet…

14

27

Kummenti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja…

16-20

27

Implimentazzjoni tal-baġit…

16-17

27

Sejħiet għal proposti…

18-19

28

Kummenti dwar il-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tal-Impriża Konġunta…

20

28

Kwistjonijiet oħra…

21-30

28

Uffiċċju tal-awditjar intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni…

21-23

28

Monitoraġġ u rappurtar tar-riżultati tar-riċerka…

24-26

28

Segwitu tal-osservazzjonijiet preċedenti…

27-30

28

INTRODUZZJONI

1.

L-Impriża Konġunta Ewropea għall-implimentazzjoni tal-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (Impriża Konġunta IMI), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita f'Diċembru 2007 (1) għal perjodu ta' 10 snin.

2.

L-objettiv tal-Impriża Konġunta IMI huwa li ttejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effettivitità tal-proċess ta' żvilupp tal-mediċini, bil-għan fuq perjodu fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi aktar effettivi u siguri (2).

3.

Il-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni Ewropea, rappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi (EFPIA). Kwalunkwe entità legali li tappoġġa r-riċerka u l-iżvilupp b'mod dirett jew indirett fi Stat Membru jew f'pajjiż assoċjat mas-Seba' Programm Kwadru (3) tista' tapplika biex issir membru tal-Impriża Konġunta IMI.

4.

Il-kontribuzzjoni massima tal-UE lill-Impriża Konġunta IMI, biex tkopri l-ispejjeż ta' ġestjoni u l-attivitajiet ta' riċerka, hija ta' EUR 1 biljun li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru. L-UE u l-EFPIA, bħala membri fundaturi, għandhom jikkontribwixxu b'mod ugwali għall-ispejjeż ta' ġestjoni, kull wieħed minnhom b'ammont li ma jaqbiżx l-4 % tal-kontribuzzjoni totali mill-UE. Membri oħra għandhom jikkontribwixxu għall-ispejjeż ta' ġestjoni proporzjonalment għall-kontribuzzjoni tagħhom għall-attivitajiet ta' riċerka. Il-kumpaniji tar-riċerka li huma membri tal-EFPIA għandhom jikkontribwixxu għall-finanzjament ta' attivitajiet ta' riċerka permezz ta' kontributi in natura  (4) li għall-inqas inkunu ugwali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE (5).

5.

L-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fis-16 ta' Novembru 2009.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

6.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar tat-tranżazzjonijiet fil-livell tal-Impriża Konġunta u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

7.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta IMI, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (6) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (7) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2012, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

8.

Skont l-Artikoli 33 u 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (8), il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi.

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal- Impriża Konġunta jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball, l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (9), u t-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fihom huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi sorveljanza adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

9.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (10) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi jkunux legali u regolari.

10.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

11.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabiltà tal-kontijiet

12.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2012 u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Bażi għall-opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi

13.

L-istrateġija tal-awditjar ex post tal-Impriża Konġunta (11) ġiet adottata b'deċiżjoni tal-Bord ta' Tmexxija fl-14 ta' Diċembru 2010 u hija għodda ewlenija għall-valutazzjoni tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi. Sa Ġunju 2013 kienu ġew ikkompletati 56 awditu ex post, li koprew EUR 4,4 miljun (37,3 % tal-kontribuzzjoni tal-Impriża Konġunta IMI għall-ewwel sejħa vvalidata sa Ġunju 2011) (12). Ir-rata ta' żball maqbud li rriżultat minn dawn l-awditi kienet ta' 5,82 %.

Opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

14.

Fl-opinjoni tal-Qorti, bl-eċċezzjoni tal-effetti possibbli tal-kwistjoni deskritta fil-paragrafu 13, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2012 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

15.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA U FINANZJARJA

Implimentazzjoni tal-baġit

16.

Il-baġit annwali u l-pjan ta' implimentazzjoni 2012 ġew adottati mill-Bord ta' Tmexxija fit-22 ta' Diċembru 2011. Għall-2012, fejn kienu kkonċernati l-attivitajiet operazzjonali, l-IMI kisbet rata ta' eżekuzzjoni ta' 96 % għal approprjazzjonijiet ta' impenn (EUR 351 miljun) u rata ta' 100 % għal approprjazzjonijiet ta' pagament (EUR 103 miljun). Minkejja dan il-livell għoli ta' eżekuzzjoni baġitarja, ammont sinifikanti f'approprjazzjonijiet ta' impenn (EUR 162 miljun) għadu mhuwa xejn aktar minn ċifra globali, li jfisser li, filwaqt li tvaraw is-sejħiet, ebda ftehim ta' għotja ma ġie ffirmat. Ir-rapporti finanzjarji tal-IMI juru EUR 543 miljun f'obbligi kuntrattwali riportati, li jindika ħtieġa sinifikanti għal finanzjament sal-2017.

17.

Livell għoli ta' approprjazzjonijiet ta' pagament u ta' impenn għan-nefqa amministrattiva fl-2012 kienu għadhom ma ntużawx fi tmiem is-sena (26,81 % tal-approprjazzjonijiet ta' impenn u 39,8 % tal-approprjazzjonijiet ta' pagament).

Sejħiet għal proposti

18.

Fl-2012, l-Impriża Konġunta varat 4 sejħiet għal proposti u ffirmat 11-il ftehim ta' għotja. Fl-2012 hija impenjat EUR 351 miljun, jew kważi 37 % tal-baġit totali disponibbli tagħha (finanzjament massimu ta' EUR 960 miljun stipulat fir-Regolament (KE) Nru 73/2008), għal attivitajiet ta' riċerka. Iż-żmien meħtieġ għall-iffirmar ta' ftehimiet naqas fl-2012, minn 413-il jum għall-ftehimiet ta' għotjiet finali taħt ir-raba' sejħa għal 161 jum għas-sitt sejħa.

19.

Fi tmiem l-2012, it-total kumulattiv ta' impenji approvati għall-ispejjeż tar-riċerka kien ta' EUR 736 miljun. Fil-prinċipju, l-IMI teħtieġ li timpenja EUR 224 miljun oħra għal attivitajiet ta' riċerka (23 % tal-massimu ta' EUR 960 miljun) sa tmiem l-2013, u l-membri tal-EFPIA jeħtieġ li jimpenjaw ammont ekwivalenti in natura. Sa tmiem l-2012, l-EFPIA kienet impenjat EUR 706 miljun, u issa teħtieġ timpenja EUR 254 miljun aktar biex tilħaq il-kontribuzzjoni ta' EUR 960 miljun tal-IMI.

Kummenti dwar il-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tal-Impriża Konġunta

20.

Fl-2012 l-Impriża Konġunta kompliet tiżviluppa sistemi ta’ kontroll intern adegwati u komprensivi. Madankollu, jeħtieġ li jsir aktar xogħol fuq id-dokumentazzjoni u l-aġġornament ta' proċeduri operazzjonali u amministrattivi (speċjalment għal attivitajiet ex post u ta' għeluq il-kontabbiltà), li se jimmitigaw ir-riskji ta' żball u ta' prattiki inkonsistenti.

KWISTJONIJIET OĦRA

Uffiċċju tal-awditjar intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni

21.

Fl-2011, is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskju, u fit-3 ta' Novembru 2011 il-pjan strateġiku tal-awditjar għall-2012-2014 ġie approvat mill-Bord ta' Tmexxija.

22.

Il-karta tal-missjoni tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni ġiet adottata mill-Bord ta' Tmexxija fit-8 ta’ Marzu 2011. Madankollu, ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta għadhom ma ġewx emendati biex jinkludu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament qafas (13).

23.

Fl-2012 is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni wettaq analiżi tal-aċċertament tan-negozjati, it-tħejjija tal-ftehimiet ta' għotjiet u l-proċessi ta' prefinanzjament tal-IMI. L-IAS ikkonkluda li l-kontrolli interni eżistenti pprovdew aċċertament raġonevoli dwar jekk, bl-eċċezzjoni ta’ kwistjonijiet speċifiċi relatati mal-ġestjoni ta' kunflitti ta' interessi, ta' dokumentazzjoni tal-proċess tan-negozjati u tal-kontrolli relatati, u ta' applikazzjoni tal-IT użata matul il-proċess tan-negozjati, kinux intlaħqu l-objettivi tan-negozju. Il-pjan ta’ azzjoni tal-Impriża Konġunta biex tindirizza r-rakkomandazzjonijiet tal-IAS ġie vvalidat mill-IAS fid-29 ta’ Ottubru 2012.

Monitoraġġ u rappurtar tar-riżultati tar-riċerka

24.

Is-Seba' Programm Kwadru (FP7) jistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u rappurtar li tkopri l-protezzjoni, id-disseminazzjoni u t-trasferiment ta' riżultati tar-riċerka (14).

25.

Fil-ftehimiet ta' għotjiet iffirmati mal-membri u ma' benefiċjarji oħra, l-Impriża Konġunta inkludiet dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u d-disseminazzjoni ta' attivitajiet u riżultati tar-riċerka, skont l-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta. L-implimentazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet hija mmonitorjata mill-Impriża Konġunta fi stadji differenti tal-proġetti ffinanzjati.

26.

L-Impriża Konġunta tippreżenta b'mod regolari rapporti speċifiċi dwar proġetti li jkunu għadhom għaddejjin (15). Madankollu, bħala parti mill-objettiv tagħha li tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru, li huwa ddikjarat fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 73/2008, l-Impriża Konġunta għandha tiddetermina wkoll, flimkien maż-żewġ Membri Fundaturi (il-Kummissjoni u l-EFPIA), liema informazzjoni għandha ssir disponibbli għar-rapport ġenerali ta' monitoraġġ li jiġi prodott regolarment dwar l-FP7, u għal għodod oħra għar-rappurtar tal-Kummissjoni.

Segwitu tal-osservazzjonijiet preċedenti

27.

Fl-2012 il-pjan tal-kontinwità tan-negozju u l-pjan ta' rkupru minn diżastru ġew iffinalizzati.

28.

L-uffiċjal tal-kontabbiltà rrapporta dwar il-validazzjoni tas-sistema kontabilistika fis-27 ta’ Settembru 2012 u l-biċċa l-kbira tad-dgħufijiet identifikati ġew indirizzati sa tmiem is-sena. Madankollu, il-validazzjoni tas-sistema kontabilistika għadha ma tkoprix riżultati tal-awditjar ex post.

29.

Il-metodoloġija għall-evalwazzjoni ta' kontributi in natura  (16) ġiet approvata mill-Bord ta' Tmexxija fil-11 ta' Novembru 2011. Dawn il-kontributi huma vvalidati permezz ta' ċertifikazzjoni ex ante u ta' awditi ex post. Fl-2012, l-ewwel 14-il metodoloġija ċċertifikati għal kontributi in natura ġew aċċettati u l-ewwel 3 awditi ex post li jkopru kontributi in natura ġew varati.

30.

L-Artikolu 12(5) tar-Regolament tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ma jirrikonoxxix id-dritt tal-Qorti tal-Awdituri li tawditja l-kontributi in natura tal-kumpaniji tal-EFPIA, għalkemm dawn huma rreġistrati fir-rapporti finanzjarji tal-IMI. Huwa stmat li dawn il-kontributi se jirrappreżentaw madwar EUR 1 biljun matul il-ħajja tal-IMI.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-22 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi (ĠU L 30, 4.2.2008, p. 38).

(2)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi, l-attivitajiet u r-riżorsi disponibbli tal-Impriża Konġunta. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.

(3)  Is-Seba’ Programm Kwadru, adottat bid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1), jiġbor flimkien l-inizjattivi kollha tal-UE relatati mar-riċerka, taħt saqaf wieħed, u jaqdi rwol kruċjali fl-ilħuq tal-għanijiet ta’ tkabbir, kompetittività u impjiegi. Huwa wkoll pilastru ewlieni għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(4)  Skont l-Artikolu 11(4) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 73/2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta, kontributi in natura huma “kontributi mhux monetarji minn kumpaniji farmaċewtiċi bbażati fuq ir-riċerka li huma membri tal-EFPIA, b'riżorsi (bħal persunal, tagħmir, oġġetti ta' konsum, eċċ)”. Il-kontribut minn kumpaniji tar-riċerka għandu jkun għall-inqas ugwali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni.

(5)  Skont l-Artikolu 11(5) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 73/2008, “il-kumpaniji farmaċewtiċi bbażati fuq ir-riċerka parteċipanti, li huma membri tal-EFPIA ma għandhomx ikunu eliġibbli biex jirċievu ebda appoġġ finanzjarju mill-Impriża Konġunta għall-IMI għal kwalunkwe attività”.

(6)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti, sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(7)  Dawn jinkludu r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, sommarju tal-prinċipji baġitarji u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(8)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(9)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(10)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(11)  L-Artikolu 12(4) tar-Regolament (KE) Nru 73/2008 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta jiddikjara li “l-Impriża Konġunta għall-IMI għandha twettaq kontrolli fuq il-post u verifiki (awditi) finanzjarji fost il-parteċipanti tal-Attivitajiet ta' Riċerka ffinanzjati mill-Impriża Konġunta għall-IMI”. Awditi ex post jistgħu jidentifikaw infiq ineliġibbli kklejmjat minn benefiċjarji li mbagħad ikun suġġett għal proċeduri ta' rkupru.

(12)  L-awditi ex post ikkompletati jikkorrispondu għall-ewwel kampjun rappreżentattiv ta’ 60 awditu varati fi tmiem l-2011 u ffinalizzati fl-2013. Awditi ex post għat-tieni kampjun rappreżentattiv, ibbażat fuq il-finanzjament mill-Impriża Konġunta IMI relatat ma’ klejms għall-ispejjeż ivvalidati bejn Lulju 2011 u Novembru 2012, għadhom għaddejjin u għalhekk ebda riżultat definittiv mhuwa disponibbli.

(13)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej.

(14)  Rapporti ta' monitoraġġ tal-FP7: http://ec.europa.eu/research/evaluations/index_en.cfm?pg=fp7-monitoring

(15)  F'Ottubru 2012 u f'Marzu 2013 l-IMI pprovdiet informazzjoni dwar l-outputs tar-riċerka tagħha permezz ta' analiżijiet biblijometriċi ta' proġetti li għadhom għaddejjin.

(16)  Kontributi in natura huma spejjeż eliġibbli mġarrba mill-entitajiet legali li jipparteċipaw f'attivitajiet iżda mhux rimborżati mill-Impriża Konġunta.


ANNESS

Impriża Konġunta tal-Inizjattiva tal-Mediċini Innovattivi (Brussell)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikoli 187 u 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tipprevedi kontribut tal-Komunità għall-istabbiliment ta' sħubiji pubbliċi-privati fit-tul f'forma ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti li jistgħu jkunu implimentati permezz ta' Impriżi Komuni (Konġunti) skont it-tifsira tal-Artikolu 187 tat-Trattat.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta dwar il-Mediċini Innovattivi.

Kompetenzi tal-Impriża Konġunta

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2008)

Objettivi

L-Impriża Konġunta dwar Mediċini Innovattivi (Impriża Konġunta IMI) għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-Seba' Programm Kwadru (FP7) u b'mod partikolari t-Tema “Saħħa” tal-programm speċifiku “Kooperazzjoni”. Hija għandha l-objettiv li ttejjeb b'mod sinifikanti l-effiċjenza u l-effettività tal-proċess ta' żvilupp tal-mediċini, bil-għan fuq perjodu fit-tul li s-settur farmaċewtiku jipproduċi mediċini innovattivi aktar effettivi u siguri. B'mod partikolari, hija għandha:

tappoġġa “ir-riċerka u l-iżvilupp farmaċewtiċi prekompetittivi” fl-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mal-FP7 permezz ta' approċċ ikkoordinat sabiex jingħelbu l-ostakoli fir-riċerka identifikati fil-proċess tal-izvilupp tal-mediċini;

tappoġġa l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet ta' riċerka kif stabbiliti mill-aġenda ta' riċerka tal-Impriża Konġunta IMI, b'mod partikolari permezz ta' għotjiet wara sejħiet kompetittivi għal proposti;

tiżgura l-komplementarjetà ma' attivitajiet oħrajn tal-FP7;

tkun sħubija pubblika-privata bil-għan li żżid l-investimenti tar-riċerka fis-settur bijofarmaċewtiku, fl-Istati Membri u fil-pajjiżi assoċjati mal-FP7 billi jinġabru r-riżorsi u titrawwem il-kollaborazzjoni bejn is-setturi pubbliċi u privati;

tippromwovi l-involviment tal-SMEs fl-attivitajiet tagħha, b'konformità mal-objettivi tal-FP7.

Tmexxija

Il-korpi tal-Impriża Konġunta IMI huma l-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv u l-Kumitat Xjentifiku. Il-Bord ta' Tmexxija huwa kompost minn 10 membri tal-Bord li jirrappreżentaw b'mod ugwali ż-żewġ membri fundaturi tal-IMI: il-Kummissjoni Ewropea u l-Federazzjoni Ewropea tal-Industriji u l-Assoċjazzjonijiet Farmaċewtiċi (EFPIA). Id-Direttur Eżekuttiv, il-kap eżekuttiv responsabbli mill-ġestjoni ta' kuljum tal-Impriża Konġunta IMI skont id-deċiżjonijiet tal-Bord ta' Tmexxija, huwa appoġġat minn uffiċċju eżekuttiv. Il-Kumitat Xjentifiku huwa korp konsultattiv lill-Bord ta' Tmexxija. L-Impriża Konġunta hija appoġġata wkoll minn żewġ korpi konsultattivi esterni: il-Grupp tar-Rappreżentanti tal-Istati fl-IMI u l-Forum tal-Partijiet Interessati.

Riżorsi disponibbli għall-Impriża Konġunta fl-2012

Baġit  (1)

EUR 373 763 361 għal impenji

EUR 113 209 163 għal pagamenti

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2012

36 post previsti fit-tabella tal-persunal (29 membru tal-persunal temporanju u 7 membri tal-persunal kuntrattwali), li minnhom 35 post kienu okkupati. Jiġu assenjati direttament 80 % ta' dawn ir-riżorsi biex jappoġġaw attivitajiet operazzjonali.

Attivitajiet u servizzi pprovduti fl-2012

Ara r-rapport annwali tal-attività 2012 tal-Impriża Konġunta IMI, li se jiġi ppubblikat fuq www.imi.europa.eu

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Impriża Konġunta IMI.


(1)  Inklużi approprjazzjonijiet riportati mill-2011.

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Impriża Konġunta IMI.


IR-RISPOSTI TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA

13.

L-IMI JU tilqa’ l-konklużjoni pożittiva tal-Qorti dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet kollha sottostanti tal-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta b’eċċezzjoni waħda ta’ żbalji materjali misjubin mill-IMI JU permezz tal-ewwel awditi tagħha ex post b’rabta ma’ pagamenti interim għal talbiet tal-ewwel sejħa magħmulin qabel is-sena finanzjarja analizzata.

Ir-rappreżentattiv stmat u r-rati residwali ta’ żbalji ta’ 5.82 % u 3.64 % rispettivament li jintużaw bħala l-bażi tal-opinjoni kwalifikata tal-Qorti jirriflettu r-riżultat ta’ 56 awditu li jkopru 65 tat-talbiet tal-ewwel sejħa għall-ispejjeż li kienu aċċettati fl-2010 u l-2011 meta l-IMI JU kienet għadha fil-fażi tal-bidu tagħha. Barra minn hekk,

a)

Il-maġġoranza kbira ħafna ta’ żbalji finanzjarji identifikati f’dawn l-awditi tat-talbiet tal-2010 u l-2011 kienu relattivament żgħar f’ammonti li kellhom ikunu aġġustati (anqas minn EUR 5 000 favur l-IMI JU) u b’mod ċar saru minħabba li ma nftehmux ir-regoli jew minħabba nuqqas ta’ attenzjoni għad-dettall tad-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet ta’ għotjiet. L-awditi kienu wkoll, bi ħsieb, iffokati fil-biċċa l-kbira tal-każijiet fuq benefiċjarji ġodda jew mhux awditjati skont programmi ta’ riċerka tal-UE. Għal awditi bħal dawn tista’ tkun mistennija rata ogħla ta’ żbalji.

b)

Ir-rata stmata ta’ żbalji ma tirriflettix ir-riżultat ta’ awditi ta’ pagamenti interim magħmulin lil benefiċjarji fl-2012 li għalihom qed jittieħed fl-2013 kampjun rappreżentattiv ġdid ta’ 40 awditu ex post u l-ewwel riżultati preliminari huma mistennija fi tmiem is-sena. Dawn l-awditi l-ġodda jkopru għadd usa’ ta’ talbiet u benefiċjarji, inklużi l-ewwel talbiet tal-proġetti tat-tieni sejħa, kif ukoll it-tieni u t-tielet perjodi ta’ rappurtar ta’ proġetti tal-ewwel sejħa.

c)

Minn dak iż-żmien ’l hawn l-IMI ħadet sensiela ta’ miżuri preventivi u ta’ monitoraġġ konkreti biex tgħin jitnaqqsu t-tipi komuni ta’ żbalji u timminimizza r-riskji sottostanti inerenti bażi relatati mal-ġestjoni ta’ għotjiet. Dawn il-miżuri kienu jinkludu:

i)

l-analiżi u t-tisħiħ ta’ politiki u proċeduri ta’ kontrol ex ante interni li għandhom isiru mill-persunal għal pagamenti interim wara l-esperjenza tal-ewwel sentejn ta’ operazzjoni,

ii)

reviżjonijiet f’waqthom tal-ftehim mudell tal-IMI ta’ għotjiet li wasslu għal aktar ċarezza dwar il-kondizzjonijiet u r-rekwiżiti legali tal-għotja,

iii)

l-introduzzjoni ta’ linji gwida finanzjarji speċifiċi tal-IMI f’Jannar 2012 u l-ħruġ ta’ verżjoni aġġornata f’Ġunju 2013, li taw lil parteċipanti u lill-awdituri indipendenti maħturin tagħhom ċertifikati ta’ dikkjarazzjonijiet finanzjarji b’informazzjoni u gwida komprensivi dwar id-dispożizzjonijiet tal-ftehim mudell ta’ għotja tal-IMI,

iv)

l-organizzazzjoni ta’ workshops finanzjarji ta’ spiss għal parteċipanti li jiffokaw fuq kawżi rikorrenti ta’ żbalji u l-prevenzjoni, u

v)

l-introduzzjoni fl-2012 ta’ soluzzjonijiet integrati fin-negozju permezz ta’ għodda apposta tat-Teknoloġija tal-Informatika ta’ sottomissjoni u ġestjoni ta’ proġetti tal-IMI JU - SOFIA (Sottomissjoni ta’ Applikazzjoni ta’ Informazzjoni) li tippermetti sottomissjoni u eżami elettroniċi ta’ talbiet għall-ispejjeż, u b’hekk jitnaqqas il-marġni ta’ żball.

B’mod parallel ittieħdu l-kontrolli xierqa mill-IMI JU biex ikun żgurat li żbalji favur l-Impriża Konġunta li kienu nstabu fl-ewwel awditi ffinalizzati ex post jissewwew kif imiss. Dan qed isir b’mod sistematiku permezz ta’ ordni ta’ rkupru jew permezz ta’ tpaċija ma’ pagament għall-ġejjieni. Barra minn hekk, żbalji li jitqiesu sistematiċi qed ikunu estiżi wkoll għal talbiet mhux awditjati sottomessi lill-istess benefiċjarju awditjat.

Barra dan, l-IMI JU kompliet timplimenta programm annwali intensiv ta’ awditi ex post li jkopri 40 % tal-valur totali ta’ pagamenti interim magħmulin fis-sena ta’ qabel skont l-Istrateġija ta’ Awditjar Ex Post approvata mill-Bord ta’ Tmexxija. Dawn l-awditi kienu bażi effettiva u affidabbli ħafna għall-valutazzjoni u l-monitoraġġ tar-regolarità u l-legalità globali ta’ pagamenti interim fuq bażi pluriennali, u bħala bażi biex jinkixfu u jissewwew żbalji misjubin fit-talbiet awditjati. L-Impriża Konġunta żżomm ukoll koordinazzjoni mill-qrib mal-Kummissjoni Ewropea u mal-aġenziji tagħha involuti fis-Seba’ Programm Qafas u tikkondividi informazzjoni dwar benefiċjarji komuni biex tieħu l-aħjar mill-kopertura ta’ awditjar tagħha u b’mod effettiv ittaffi riskji ta’ nuqqas ta’ konformità.

L-IMI JU tibqa’ impenjata li ġġestixxi l-finanzjament tagħha permezz ta’ approċċ abbażi ta’ fiduċja bil-parteċipanti fil-proġetti, filwaqt li tiżgura kontroll u kontabilità suffiċjenti. L-azzjonijiet preventivi u korrettivi abbażi tar-riskju meħudin diġà mill-Impriża Konġunta jipprovdu bażi suffiċjenti għal ġestjoni finanzjarja soda u t-tnaqqis bil-mod tar-riskju ta’ żball f’pagamenti interim lil benefiċjarji fuq bażi pluriennali. Dan l-approċċ bilanċjat għandu jikkontribwixxi wkoll biex ikun żgurat riżultat ta’ suċċess tal-proġetti tal-IMI minħabba li ħafna minnhom bdew diġà jiġġeneraw riżultati impressjonanti jew li jippromettu, fl-interess tal-pazjenti u tas-soċjeta kollha.

17.

Il-baġit kien ibbażat fuq ir-Rapporti Finanzjarji Leġiżlattivi adottati u t-twettiq tiegħu sar skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja soda. Barra dan, ebda wieħed mill-fondi li kien hemm fil-baġit għal spejjeż kurrenti ma ntilef, u fondi mhux użati mingħand il-Kummissjoni Ewropea kienu ttrasferiti għal attivitajiet ta’ riċerka. Huwa importanti wkoll li wieħed jiftakar li 50 % tal-baġit għal spejjeż kurrenti huma ffinanzjati mill-EFPIA.

19.

Kien hemm miżuri effettivi fl-2013 biex jiżdied u jitħaffef l-impenn ta’ finanzjament mill-UE u l-kontributi korrispondenti f’affarijiet mill-membri tal-EFPIA permezz tat-tnedija ta’ diversi sejħiet għal proposti matul is-sena.

20.

L-IMI JU taqbel mal-valutazzjoni tal-Qorti dwar sistemi ta’ kontroll intern. L-Impriża Konġunta stabbilixxiet sistema ta’ kontroll intern matura, effettiva u affidabbli. Din tinkludi analiżi sistematika u aġġornament tal-politiki u l-proċeduri skont il-prijoritajiet ta’ kontroll intern stabbiliti mill-maniġment qabel il-bidu tas-sena. L-osservazzjonijiet tal-Qorti jirriflettu l-prijoritajiet stabbiliti tal-IMI għall- 2013 li għandhom ikunu implimentati kif suppost sa tmiem din is-sena.

22.

Din il-kwistjoni ntgħelbet bil-pubblikazzjoni fit-30 ta’ Settembru 2013 tal-Att Delegat tal-Kummissjoni Ewropea dwar ir-regolament finanzjarju mudell għal korpi ta’ sħubija pubbliċi-privati msemmijin fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Ir-regoli finanzjarji tal-IMI JU ser ikunu emendati kif suppost biex jirriflettu dan l-iżvilupp.

23.

Fir-rapport finali tal-awditjar tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni Ewropea, l-IAS ippropona ħdax-il rakkomandazzjoni dwar kif l-IMI tista’ tindirizza kull waħda minn dawn il-kwistjonijiet. Dawn kollha kienu ttrasformati f’azzjonijiet konkreti u implimentati mill-IMI JU matul il-kors tax-xogħol fil-post tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri bejn Awwissu 2012 u Lulju 2013. Matul dan il-perjodu l-IAS ivverifika wkoll u għalaq 10 mill-11-il rakkomandazzjoni, bil-waħda li baqgħet tibqa’ biex tingħalaq wara verifika fil-post tal-azzjonijiet tal-IMI JU.

26.

L-IMI JU diġà ħadet azzjoni dwar l-osservazzjoni tal-Qorti. Ir-rekwiżiti għar-rapport ġenerali ta’ monitoraġġ kienu fil-fatt iddefiniti u d-dejta ngħatat lill-Kummissjoni Ewropea f’Settembru 2013 għall-integrazzjoni f’CORDA.

28.

Fir-rigward tal-kummenti tal-Qorti dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-validazzjoni tas-sistema kontabilistika, l-IMI JU tenfasizza l-fatt li r-riżultati tal-awditjar ex post kienu implimentati fl-2013 u se jkunu l-ewwel riflessi fil-kontijiet tal-2013.


17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/35


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mar-risposti tal-Impriża Konġunta

2013/C 369/05

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

Introduzzjoni…

1-3

36

Informazzjoni li tappoġġa d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni…

4

36

Dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni…

5-12

36

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet…

10

37

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet…

11

37

Kummenti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja…

13 - 14

37

Preżentazzjoni tal-kontijiet…

13

37

Implimentazzjoni tal-baġit…

14

37

Kummenti dwar il-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll tal-Impriża Konġunta…

15-23

37

Akkwist operazzjonali u għotjiet…

16-20

38

Kontroll u monitoraġġ kumplessiv ta' kuntratti ta' akkwist operazzjonali u għotjiet…

21-23

39

Kwistjonijiet oħra…

24-33

39

Drittijiet tal-proprjetà intellettwali u politika industrijali…

24

39

Pagament tard tal-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija…

25

39

Regoli li jimplimentaw ir-Regolamenti tal-Persunal…

26

40

Kontribuzzjoni mill-UE għall-fażi ta’ kostruzzjoni tal-ITER…

27-31

40

Rapport annwali tal-attività…

32

40

Segwitu tal-osservazzjonijiet preċedenti…

33

40

Ftehim mal-Istat Ospitanti…

33

40

INTRODUZZJONI

1.

L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER (1) u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (F4E) ġiet stabbilita f'Marzu 2007 (2) għal perjodu ta' 35 sena. Filwaqt li l-faċilitajiet prinċipali tal-fużjoni għandhom jiġu żviluppati f'Cadarache fi Franza, l-Impriża Konġunta tinsab f'Barċellona.

2.

Il-kompiti tal-Impriża Konġunta huma (3):

(a)

li tipprovdi l-kontribuzzjoni tal-Euratom lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER (4);

(b)

li tipprovdi l-kontribuzzjoni tal-Euratom lil attivitajiet ta' ‘Approċċ Usa’' (riċerka konġunta komplementari dwar il-fużjoni) mal-Ġappun għall-iżvilupp rapidu tal-enerġija mill-fużjoni;

(c)

li tħejji u tikkoordina programm ta’ attivitajiet bi tħejjija għall-kostruzzjoni ta’ reattur dimostrattiv tal-fużjoni u ta’ faċilitajiet relatati, inkluża l-Faċilità Internazzjonali ta' Irradjazzjoni ta' Materjali ta' Fużjoni.

3.

Il-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Euratom, irrappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea, l-Istati Membri tal-Euratom u pajjiżi oħra li kkonkludew ftehimiet ta’ kooperazzjoni mal-Euratom fil-qasam tal-fużjoni nukleari kkontrollata u li esprimew ix-xewqa tagħhom li jsiru membri (fil-31 ta’ Diċembru 2012: l-Isvizzera).

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

4.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar tat-tranżazzjonijiet fil-livell tal-Impriża Konġunta u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta' sorveljanza u kontroll. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA' ASSIGURAZZJONI

5.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2012, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

6.

Skont l-Artikoli 33 u 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (7), il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi.

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal- Impriża Konġunta jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball, l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (8), u t-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fihom huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi sorveljanza adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

7.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi jkunux legali u regolari.

8.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

9.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżla hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

10.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2012 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

11.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2012 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

12.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjoni tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA U FINANZJARJA

Preżentazzjoni tal-kontijiet

13.

Fin-noti għar-rapporti finanzjarji, it-tabella u l-informazzjoni inklużi taħt l-Intestatura 4.3.1.1 “Arranġamenti għall-Akkwist tal-ITER mal-Organizzazzjoni Internazzjonali ITER” jirriflettu l-arranġamenti għall-akkwist iffirmati (il-kolonna 3) u l-arranġamenti għall-akkwist kreditati sa issa (il-kolonna 4). Madankollu, hija ma turix kemm huma avvanzati x-xogħlijiet li hemm għaddejjin. Din l-informazzjoni hija essenzjali biex jiġi rifless l-istatus tal-attivitajiet mwettqa sa issa mill-F4E rigward l-arranġamenti għall-akkwist iffirmati mal-Organizzazzjoni Internazzjonali ITER.

Implimentazzjoni tal-baġit

14.

Ir-rati ta’ utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament disponibbli kienu ta' 99,9 % u 94,5 % rispettivament. Madankollu, ir-rata ta' utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' pagament imsemmija fil-baġit inizjali 2012 kienet ta' 71 % (10). Mill-EUR 1 440 miljun f'approprjazzjonijiet ta’ impenn disponibbli għall-attivitajiet operazzjonali, 55,4 % biss ġew implimentati permezz ta’ impenji diretti individwali filwaqt li l-44,6 % li kien fadal ġew implimentati permezz ta’ impenji globali.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA' SORVELJANZA U KONTROLL TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA

15.

Il-Qorti tal-Awdituri rrappurtat qabel li s-sistemi ta' kontroll intern tal-Impriża Konġunta kienu għadhom mhux stabbiliti u implimentati bis-sħiħ. Għalkemm sar progress sinifikanti matul l-2012, għadd ta' azzjonijiet għadhom iridu jiġu implimentati:

sistema ta' ġestjoni biex timmonitorja regolarment il-validità tal-istimi tal-ispejjeż tal-proġetti u tirrapporta fuq id-devjazzjonijiet fl-ispejjeż (ara l-paragrafu 29);

il-validazzjoni tas-sistemi ta' bażi mill-uffiċjal tal-kontabbiltà nbdiet fl-2012, iżda l-ittestjar dirett tal-kontrolli ewlenin tal-Impriża Konġunta fil-livell tat-tranżazzjonijiet kien għadu meħtieġ fi tmiem is-sena. Fl-2013 l-Impriża Konġunta kkuntrattat ditta ta’ konsulenza (11) biex tikkompleta x-xogħol ta’ validazzjoni tal-konformità tas-sistema kontabilistika. Filwaqt li l-konklużjoni kumplessiva hija li s-sistema kontabilistika tal-F4E hija konformi mal-politiki u l-proċeduri tal-Gwida tad-DĠ Baġit u r-Regolament Finanzjarju tal-F4E, ġew irrappurtati bosta eċċezzjonijiet (12);

hemm bżonn sforzi ulterjuri fir-rigward tal-verifikazzjoni sistematika, qabel isiru il-pagamenti, tar-rapporti ta' aċċettazzjoni teknika u taċ-ċertifikati tal-awditjar dwar ir-rapporti finanzjarji (ara l-paragrafi 16 sa 20);

sistema kumplessiva u komprensiva ta' kontroll u monitoraġġ għal għotjiet u kuntratti operazzjonali ġiet ippreżentata lill-Bord tat-Tmexxija f'Diċembru 2012 (ara l-paragrafu 23);

il-pjanijiet ta' azzjoni adottati mill-Impriża Konġunta b'rispons għal awditi interni (13) ma ġewx implimentati bis-sħiħ. Fir-rigward tar-rapport mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni dwar it-tħejjija ta' arranġamenti għall-akkwist (14), l-10 rakkomandazzjonijiet kollha qed jiġu implimentati;

is-sistema ta' ġestjoni korporattiva tar-riskju ġiet ippreżentata lill-Kumitat tal-Awditjar tal-F4E f'Lulju 2012. Ġew identifikati 10 oqsma b'riskju għoli ħafna (15). Għadhom iridu jiġu implimentati azzjonijiet mitiganti.

Akkwist operazzjonali u għotjiet

16.

Proċeduri nnegozjati kkostitwixxew 40 % (16) tal-proċeduri operazzjonali tal-offerti kollha li tvaraw fl-2012 (17) (65 % fl-2011). L-Impriża Konġunta għadha trid iżżid il-kompetittività tal-proċeduri ta' akkwist u tkompli tnaqqas l-użu ta' proċeduri nnegozjati (18). Fir-rigward ta' għotjiet, l-għadd medju ta' proposti riċevuti kien biss ta' waħda għal kull sejħa.

17.

Ftehimiet ta' għotjiet konklużi mill-Impriża Konġunta ma għandhomx dispożizzjoni simili għall-Artikolu II.25 tal-ftehim ta' għotja mudell (19) tal-Kummissjoni Ewropea, li jistipula penali finanzjarji għal benefiċjarji li jagħmlu dikjarazzjonijiet foloz jew li jonqsu b'mod serju milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom. F'wieħed mill-ftehimiet ta' għotja l-Impriża Konġunta aċċettat l-ammont sħiħ ta' spejjeż indiretti bħala eliġibbli minkejja limitazzjoni tal-ambitu fiċ-ċertifikat tal-awditjar rigward materjali konsumabbli (20).

18.

L-Impriża Konġunta għadha ma żviluppatx proċedura interna biex tivvaluta sistematikament ir-riskju ta' pagament magħmul waqt li rapport ta' nuqqas ta' konformità jkun taħt analiżi. F'pagament wieħed relatat ma' kuntratt operazzjonali, l-Impriża Konġunta vvalidat fattura bħala lesta għal pagament minkejja sitwazzjoni maġġuri ta' nuqqas ta' konformità nnutata fir-rapport ta' aċċettazzjoni teknika, li kien għadu taħt analiżi mill-Organizzazzjoni ITER fid-data ta' pagament.

19.

Għal proċeduri ta' akkwist konġunt, l-Impriża Konġunta għadha ma stabbilixxietx kriterji xierqa biex tivverifika jekk ir-regoli tal-akkwist tal-awtorità kontraenti l-oħra humiex ekwivalenti għal tagħha stess, kif meħtieġ bl-Artikolu 83 tar-regoli ta' implimentazzjoni tal-Impriża Konġunta (21).

20.

Fir-rigward tal-ħames proċeduri ta' akkwist operazzjonali awditjati, ġew identifikati d-dgħufijiet li ġejjin:

f'żewġ proċeduri ta' akkwist, l-Impriża Konġunta ma għamlitx pubbliċità għall-kuntratt permezz ta' notifika ta' qabel l-informazzjoni, għalkemm il-Vademekum tal-Kummissjoni dwar l-akkwist pubbliku jagħti parir li dan isir sabiex tiżdied il-viżibbiltà u l-kompetizzjoni;

fi proċedura waħda ta' akkwist, is-sistema ta' twissija bikrija (li tindika, fost l-oħrajn, jekk il-persuna naturali jew legali kkonċernata hijiex f'sitwazzjoni ta' esklużjoni) ma ġietx ikkonsultata qabel l-għotja għax l-Impriża Konġunta ma kellhiex aċċess għas-sistema f'dak iż-żmien;

f'każ wieħed, l-Impriża Konġunta għamlet pagament bil-quddiem ta' 10 % tal-ammont totali għalkemm il-bond ipprovdut lill-Impriża Konġunta nħareġ minn bank kummerċjali li ma kienx jissodisfa l-klassifikazzjoni BBB stipulata fil-kuntratt;

f'żewġ proċeduri, l-istimi tal-ispejjeż ġew stmati b'mod insuffiċjenti ħafna (22). Dan juri d-diffikultajiet li tiffaċċja l-Impriża Konġunta fil-kalkolu tal-istimi tal-ispejjeż tal-kontribuzzjoni mill-UE għall-fażi ta' kostruzzjoni tal-proġett tal-ITER (ara l-paragrafi 28 sa 31).

Kontroll u monitoraġġ kumplessiv ta' kuntratti ta' akkwist operazzjonali u għotjiet

21.

L-Impriża Konġunta għandha sistema biex twettaq awditi (23) fil-livell ta’ kuntratturi bil-għan li tiċċekkja l-konformità mar-rekwiżiti tal-garanzija tal-kwalità (24).

22.

L-Impriża Konġunta żaret sitt benefiċjarji ta' ftehimiet ta' għotjiet għal kontrolli finanzjarji u tal-konformità ex post dwar għotjiet. L-iżbalji maqbuda matul dawn il-kontrolli ammontaw għal 1,3 % tal-valur totali tal-klejms għall-ispejjeż awditjati (EUR 8,3 miljun).

23.

B'rispons għal osservazzjonijiet preċedenti tal-Qorti (25), l-Impriża Konġunta ppreżentat, f'Novembru 2012 lill-Kumitat tal-Awditjar tal-F4E u f'Diċembru 2012 lill-Bord tat-Tmexxija, żewġ dokumenti dwar l-istrateġija kumplessiva ta' kontroll u monitoraġġ u dwar l-istrateġija pluriennali ta' kontroll ex post, li bihom hija estendiet l-awditi tal-kwalità tagħha biex jinkludu l-verifikazzjoni tal-aspetti finanzjarji ta' kuntratti operazzjonali.

KWISTJONIJIET OĦRA

Drittijiet tal-proprjetà intellettwali u politika industrijali

24.

Fit-28 ta' Marzu 2012 il-Bord tat-Tmexxija adotta l-politika tal-F4E dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u t-tixrid ta' informazzjoni, u fid-29 ta' Ġunju 2012 huwa adotta regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta' din il-politika. Il-politika industrijali tal-F4E ġiet adottata mill-Bord tat-Tmexxija bejn l-10 u l-11 ta' Diċembru 2012. Għadu ma ġiex implimentat pjan għall-monitoraġġ u r-rappurtar sistematiku dwar l-osservanza tar-regoli adottati dwar id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali u t-tixrid ta' informazzjoni, u dwar il-konformità mal-politika industrijali tal-F4E.

Pagament tard tal-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija

25.

Il-kontribuzzjonijiet 2012 minn 8 membri, li jammontaw għal total ta' EUR 1,2 miljun, kienu suġġetti għal dewmien ta' bejn 15-il jum u 4 xhur.

Regoli li jimplimentaw ir-Regolamenti tal-Persunal

26.

L-F4E għadha ma adottatx ir-regoli kollha li jimplimentaw (26) ir-Regoli tal-Persunal, kif meħtieġ bl-Artikolu 10(2) tal-Anness għall-Istatuti tal-F4E.

Kontribuzzjoni mill-UE għall-fażi ta’ kostruzzjoni tal-ITER

27.

Il-konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fis-7 ta' Lulju 2010 (27) dwar l-istatus tal-ITER u t-triq possibbli 'l quddiem approvaw ċifra finali ta' EUR 6,6 biljun.

28.

Fit-13 ta' Jannar 2012, ir-rapport tal-awditur intern dwar l-attivitajiet ta' qabel l-akkwist għall-proġett tal-ITER innota li: (i) l-ebda wieħed miż-żewġ eżerċizzji ta' stima tal-ispiża mwettqin sa dik id-data ma kienu għamlu ripartizzjoni tal-istimi tal-ispejjeż tal-kontribuzzjonijiet mill-UE għall-fażi ta' kostruzzjoni tal-ITER skont il-kuntratti; (ii) l-Impriża Konġunta kienet esposta għal riskji finanzjarji sinifikanti marbuta mal-evoluzzjoni tal-prezzijiet tal-komoditajiet; u (iii) l-Impriża Konġunta kien għad ma kellhiex għodda stabbilita għall-monitoraġġ regolari tal-validità tal-istimi u għar-rappurtar ta' devjazzjonijiet potenzjali fl-ispejjeż.

29.

Fir-rapport ta' progress tagħha ta' Settembru 2012 lill-Kunsill Ewropew tal-Kompetittività, l-Impriża Konġunta enfasizzat li kien hemm riskju ta' devjazzjonijiet fil-firxa ta' EUR 180-250 miljun, jew 3 % tal-aħħar stima tal-ispejjeż tal-proġett ta' EUR 6,6 biljun.

30.

Fit-13 ta’ Ġunju 2013, l-Impriża Konġunta kkompletat eżerċizzju ta’ aġġornament għall-istima tal-ispejjeż tal-kontribuzzjoni mill-UE għall-fażi ta’ kostruzzjoni tal-proġett. B’riżultat ta’ dan l-eżerċizzju, ir-riskju attwali ta’ żieda huwa stmat f’livell ta’ EUR 290 miljun, jew 4,4 % tal-baġit approvat mill-Kunsill. Skont l-Impriża Konġunta, kien hemm żieda sinifikanti fl-ispejjeż tal-komponenti li għandhom jiġu pprovduti lill-proġett ITER. Dawn huma prinċipalment attribwiti għall-proċessi ta’ inġinerija tas-sistemi u ta’ ġestjoni tal-konfigurazzjoni fil-livell kumplessiv tal-proġett ITER. L-Impriża Konġunta tqis ukoll li t-tabella ta’ riferiment attwali għall-ITER mhijiex realistika.

31.

F'dan ir-rigward, l-istimi tal-ispejjeż għal tnejn mill-ħames proċeduri ta' akkwist operazzjonali magħżula għall-awditu ġew stmati b'mod insuffiċjenti li kien sinifikanti (ara l-paragrafu 20).

Rapport annwali tal-attività

32.

Skont l-Artikolu 43 tar-Regolament Finanzjarju tal-F4E r-rapport annwali tal-attività għandu jindika r-riżultati tal-operazzjonijiet tal-Impriża Konġunta billi jirreferi għall-objettivi stabbiliti, għar-riskji assoċjati ma’ dawn l-operazzjonijiet, għall-użu li sar mir-riżorsi pprovduti u għall-effiċjenza u l-effettività tas-sistema ta’ kontroll intern. Madankollu, minħabba d-data tad-disponibbiltà tal-istima riveduta tal-ispejjeż (ara l-paragrafu 30), ir-Rapport Annwali 2012 tal-F4E ma jinkludix informazzjoni aġġornata dwar ir-riskji assoċjati ma’ devjazzjonijiet mill-baġit approvat ta’ EUR 6,6 biljun.

Segwitu tal-osservazzjonijiet preċedenti

Ftehim mal-Istat Ospitanti

33.

Skont il-Ftehim mal-Istat Ospitanti ffirmat mar-Renju ta’ Spanja fit-28 ta’ Ġunju 2007, il-bini permanenti kellu jkun disponibbli għall-Impriża Konġunta sa Ġunju 2010. Fiż-żmien tal-awditu (April 2013), dan kien għadu ma ġarax.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-22 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  ITER: Reattur Termonukleari Sperimentali Internazzjonali.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tikkonferixxi vantaġġi fuqha (ĠU L 90, 30.3.2007, p. 58).

(3)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi, l-attivitajiet u r-riżorsi disponibbli tal-Impriża Konġunta. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta' informazzjoni.

(4)  L-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER ġiet stabbilita f'Ottubru 2007 għal perjodu inizjali ta' 35 sena biex timplimenta l-proġett tal-ITER, li għandu l-għan li juri l-fattibbiltà xjentifika u teknoloġika tal-enerġija mill-fużjoni. Il-Membri huma l-Euratom, ir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, ir-Repubblika tal-Indja, il-Ġappun, ir-Repubblika tal-Korea, il-Federazzjoni Russa u l-Istati Uniti tal-Amerika.

(5)  Il-Qorti rċeviet il-kontijiet annwali fl-1 ta’ Lulju 2013 u rettifika għal dawn il-kontijiet fit-8 ta’ Ottubru 2013. Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti, sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(6)  Dawn jinkludu r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, sommarju tal-prinċipji baġitarji u noti oħra ta' spjegazzjoni.

(7)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(8)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Il-baġit oriġinali għal approprjazzjonijiet ta' pagament kien ta' EUR 503 miljun. Huwa mbagħad tnaqqas għal EUR 377 miljun permezz tal-baġits emendatorji tat-28 ta' Marzu u tal-11 ta' Diċembru 2012 (dan l-ammont jinkludi r-riport 2011 ta' EUR 32,9 miljun fi dħul assenjat).

(11)  Minkejja l-valur miżjud tar-rapport tad-ditta ta’ konsulenza, l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-Uffiċċjal tal-Kontabbiltà kif stabbilit fl-Artikolu 46 tar-Regolament Finanzjarju tal-Impriża Konġunta.

(12)  Fost eċċezzjonijiet oħra, ir-rapport jindika li l-iskadenzi adottati fil-pjanijiet ta’ azzjoni b’rispons għall-Awditur Intern, għas-Servizz ta’ Awditjar Intern tal-Kummissjoni u għar-rapporti tal-Qorti inqabżu għal ħafna mill-azzjonijiet mingħajr ma nkisbet implimentazzjoni sħiħa. Huwa jindika wkoll li l-portal lokali għar-rappurtar (DWH) għadu ma jipprovdix rikonċiljazzjoni effettiva bejn is-sistema kontabilistika u dik għall-ġestjoni tal-proġetti.

(13)  Il-pjanijiet ta’ azzjoni b'rispons għall-awditi interni dwar ċirkwiti finanzjarji, ġestjoni tal-għotjiet, kuntratti ta’ esperti, attivitajiet operazzjonali ta' qabel l-akkwist u akkwist fil-qasam tal-binjiet ITER ġew adottati mill-Impriża Konġunta fit-30 ta’ Ġunju 2010, fl-14 ta’ Frar 2011, fid-19 ta’ Novembru 2011, fl-1 ta' Marzu 2012 u fil-21 ta' Settembru 2012 rispettivament.

(14)  Rapport tal-IAS tal-Kummissjoni tas-7 ta' Novembru 2012 dwar arranġamenti għall-akkwist.

(15)  Fost l-oħrajn: implimentazzjoni baxxa tal-baġit, nuqqas ta' kompetizzjoni f'akkwist operazzjonali, dewmien fir-riċeviment ta' data mill-Organizzazzjoni ITER.

(16)  Minn dan il-perċentwal, 25 % jistgħu jitqiesu bħala proċeduri nnegozjati ta’ eċċezzjoni billi l-valur stmat tal-kuntratt qabeż l-EUR 250 000.

(17)  Għoxrin proċedura nnegozjata minn 50 proċedura tal-offerti varati għall-akkwist operazzjonali fl-2012.

(18)  Skont il-Vademekum tal-Kummissjoni dwar l-akkwist pubbliku, proċeduri nnegozjati għandhom ikunu l-eċċezzjoni aktar milli r-regola.

(19)  L-Artikolu II.25, dwar penali finanzjarji, jiddikjara li: 1) Benefiċjarju ħati li għamel dikjarazzjonijiet foloz jew li nstab ħati li naqas b'mod serju li jissodisfa l-obbligi tiegħu taħt dan il-ftehim ta' għotja għandu jkun suġġett għal penali finanzjarji ta' bejn 2 % u 10 % tal-valur tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-[Unjoni] [Euratom] riċevuta minn dak il-benefiċjarju. Ir-rata tista' tiżdied għal bejn 4 % u 20 % fil-każ ta' offiża ripetuta fi ħdan 5 snin wara l-ewwel ksur.

(20)  L-oġġett konsumabbli, li ma setax jiġi kwantifikat jew ivverifikat, kien parti mit-total ta' EUR 0,76 miljun fi spejjeż diretti ppreżentati mill-benefiċjarju.

(21)  Skont l-Artikolu 83(1) u (2) tar-regoli ta' implimentazzjoni għar-Regolament Finanzjarju tal-F4E, f'każ ta' proċedura ta' akkwist konġunt bejn l-Impriża Konġunta u awtorità kontraenti oħra, jkunu applikabbli l-proċeduri ta' akkwist tal-Impriża Konġunta. Fejn is-sehem li jappartjeni għal jew li huwa ġestit mill-awtorità kontraenti l-oħra fil-valur totali stmat tal-kuntratt huwa daqs jew aktar minn 50 % jew f'każijiet oħra ġġustifikati, id-Direttur, bl-approvazzjoni minn qabel tal-Kumitat Eżekuttiv, jista' jiddeċiedi li l-proċeduri ta' akkwist applikabbli għall-awtorità kontraenti l-oħra jistgħu japplikaw dment li jkunu jistgħu jitqiesu bħala ekwivalenti għal dawk tal-Impriża Konġunta.

(22)  F'waħda mill-proċeduri kien hemm differenza ta' EUR 9,3 miljun bejn l-istima inizjali ta' EUR 2,8 miljun u l-valur tal-kuntratt li rriżulta mill-proċedura nnegozjata, li kien ta' EUR 12,1 miljun. Fl-oħra kien hemm differenza ta' EUR 3,7 miljun bejn l-istima inizjali ta' EUR 2,3 miljun u l-istima finali ta' EUR 6 miljun.

(23)  Mill-25 awditu tal-kwalità mwettqa matul l-2012, 14 ingħalqu sa April 2013. L-awditi kkwalifikaw il-prestazzjoni ta’ 2 proġetti bħala taħt l-istandard, identifikaw 12-il sitwazzjoni ta’ nuqqas ta’ konformità mal-proċeduri u 168 qasam li għandhom bżonn titjib.

(24)  L-awditi koprew il-pjan tal-kwalità, sitwazzjonijiet ta' nuqqasijiet ta’ konformità, il-kontroll tax-xiri u l-ġestjoni tas-sottokuntrattar, il-ġestjoni tad-dokumentazzjoni u tad-data, il-ġestjoni tal-bidliet u tad-devjazzjonijiet, il-pjan ta’ kontroll tal-kwalità għax-xogħlijiet ċivili, l-iskeda dettaljata għall-proġetti, il-ġestjoni tar-riskju tal-kuntratti u l-pjan ta’ kontroll tal-kwalità għal xogħlijiet tekniċi.

(25)  Il-paragrafu 23 tar-rapport 2011 tal-Qorti.

(26)  Fost l-oħrajn dwar ir-reklutaġġ ta' aġenti temporanji, il-klassifikazzjoni fil-grad u fl-iskala wara l-ingaġġ, ix-xogħol part-time, l-evalwazzjoni tad-Direttur u d-dispożizzjonijiet modifikati dwar il-liv tal-familja, il-liv tal-ġenituri u d-drittijiet tal-pensjoni.

(27)  Konklużjoni tal-Kunsill dwar l-istatus tal-ITER tas-7 ta’ Lulju 2010 (Ref.11902/10).


ANNESS

Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni (Barċellona)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta' kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikoli 45 u 49 tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika)

Il-Kapitolu 5 dwar “Intrapriżi Konġunti”, tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari:

L-Artikolu 45

“Impriżi ta’ importanza eċċezzjonali għall-iżvilupp tal-industrija nukleari fil-Komunità jistgħu jkunu stabbiliti bħala Intrapriżi Konġunti fit-tifsira ta’ dan it-Trattat u skont id-disposizzjonijiet tal-Artikoli li ġejjin …”

L-Artikolu 49

“Il-kostituzzjoni ta’ Intrapriżi Konġunti għandha tirriżulta minn deċiżjoni tal-Kunsill. Kull Intrapriża Konġunta jkollha personalità ġuridika.”

Kompetenzi tal-Impriża Konġunta

(Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom)

Objettivi

Li tipprovdi l-kontribuzzjoni tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Euratom) lill-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Enerġija mill-Fużjoni ITER;

Li tipprovdi l-kontribuzzjoni tal-Euratom lil attivitajiet ta' Approċċ Usa' mal-Ġappun għar-realizzazzjoni rapida tal-enerġija mill-fużjoni;

Li tħejji u tikkoordina programm ta’ attivitajiet bi tħejjija għall-kostruzzjoni ta’ reattur dimostrattiv tal-fużjoni u ta’ faċilitajiet relatati, inkluża l-Faċilità Internazzjonali ta' Irradjazzjoni ta' Materjali ta' Fużjoni (IFMIF).

Kompiti

Tissorvelja t-tħejjija tas-sit tal-proġett tal-ITER;

tagħti komponenti, tagħmir, materjali u riżorsi oħrajn lill-Organizzazzjoni ITER;

iġġesti arranġamenti għall-akkwist fir-rigward tal-Organizzazzjoni ITER u, b’mod partikolari, proċeduri ta’ garanzija tal-kwalità assoċjati;

tħejji u tikkoordina l-parteċipazzjoni tal-Euratom fl-isfruttament xjentifiku u tekniku tal-proġett tal-ITER;

tikkoordina riċerka xjentifika u teknoloġika u attivitajiet ta’ żvilupp biex tappoġġa l-kontribuzzjoni tal-Euratom għall-Organizzazzjoni ITER;

tagħti l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Euratom lill-Organizzazzjoni ITER;

tagħmel arranġamenti sabiex ir-riżorsi umani jkunu disponibbli għall-Organizzazzjoni ITER;

tinterfaċċja mal-Organizzazzjoni ITER u twettaq kwalunkwe attività oħra biex tkompli tavvanza bil-Ftehim tal-ITER.

Tmexxija

Bord tat-Tmexxija, Direttur u korpi oħra

Il-Bord tat-Tmexxija huwa responsabbli mis-sorveljanza tal-Impriża Konġunta fl-insegwiment tal-objettivi tagħha u jiżgura kollaborazzjoni mill-qrib bejn l-Impriża Konġunta u l-membri tagħha fl-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha. Flimkien mal-Bord tat-Tmexxija u mad-Direttur, li huwa l-uffiċjal kap eżekuttiv responsabbli mill-ġestjoni ta' kuljum tal-Impriża Konġunta u tar-rappreżentant legali tagħha, l-Impriża Konġunta għandha diversi korpi:

Bureau, Panil Konsultattiv Tekniku, Kumitat Eżekuttiv, Kumitat dwar l-Amministrazzjoni u l-Finanzi, Kumitat tal-Awditjar.

Awditur intern: kapaċità tal-awditjar intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni Ewropea sa mill-1.1.2012.

Awditur estern: il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

Awtorità ta' kwittanza: il-Parlament Ewropew, fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Impriża Konġunta fl-2012

Baġit

EUR 379,5 miljun fi dħul finali (approprjazzjonijiet ta' pagament), li minnhom 76,5 % ffinanzjati mill-kontribuzzjoni tal-Komunità.

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2012

262 post ta' uffiċjali u ta' aġenti temporanji tal-UE previsti fit-tabella tal-persunal, li minnhom 218-il post kienu okkupati;

125 post ta' aġenti kuntrattwali okkupati.

Attivitajiet u servizzi pprovduti fl-2012

Għal informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet u s-servizzi pprovduti fl-2012, jekk jogħġbok ikkonsulta l-websajt tal-F4E fuq http://www.fusionforenergy.europa.eu/

Sors: L-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni.


IR-RISPOSTI TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA

13.

Dwar dak li jirrigwarda mal-Arranġamenti għall-Akkwisti tal-ITER, il-progress uffiċjali tax-xogħol qed jingħata, mill-aspett ta’ valur, mill-Iskema ta’ Allokazzjoni ta’ Kreditu (SAK) mill-punti ewlenin li l-F4E tikseb kull sena għat-tlestija tal-akkwist speċifiku. Dan hu li l-Organizzazzjoni ITER tirrikonoxxi uffiċjalment fir-rigward tal-progress. Iżda l-valur tal-punti ewlenin tal-SAK jilħaq l-ogħla livell fl-aħħar tal-akkwist u, għalhekk, ir-rikonoxximent permezz ta’ krediti ma jibqax f’linja dritta. Għalhekk tabilħaqq isir monitoraġġ dirett tal-progress tal-Arranġamenti għall-Akkwisti permezz tal-punti ewlenin tal-SAK, iżda wkoll indirettament permezz tal-kisba tal-punti ewlenin tal-kuntratti relatati.

14.

Għandu jkun innotat li l-proporzjon ta’ impenji individwali, żdied bi 13 % mill-2012 ’l hawn u li l-pjan għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-2013 jindika li l-perċentwali ta’ kull impenn għandu jkun sa 80 % fl-aħħar tal-2013. L-F4E, għalhekk, qed tagħmel tajjeb progressivament għad-dewmien tagħha fl-implimentazzjoni attwali tal-kuntratti marbutin ma’ baġit annwali speċifiku/programm ta’ ħidma. Barra dan, it-tbassir dwar l-implimentazzjoni jikkonferma l-użu fl-2013 tal-ammont sħiħ li hemm għall-impenji globali tal-2012.

15.

L-F4E tqis li hemm is-sistema kollha ta’ kontroll intern u li din tevolvi mal-ħtiġijiet organizzattivi. It-twaqqif u l-implimentazzjoni ta’ sistema ta’ kontroll intern jevolvu mal-bidliet organizzattivi u għanhom jitqiesu bħala proċess li hu għaddej il-ħin kollu.

Sa mit-twaqqif tagħha, l-F4E ħadet l-iżvilupp tal-istrateġiji kollha ta’ kontroll tagħha bħala wieħed mill-prijoritajiet ewlenin tagħha. Hemm diġà diversi sistemi ta’ kontroll u dawn qegħdin jipprovdu tmexxija bl-assigurazzjoni meħtieġa. Barra dan, fl-2012, twaqqaf grupp li jirrapporta direttament lid-Direttur, magħmul apposta biex jiżviluppa u jimplimenta l-istrateġija kollha ta’ kontroll tal-F4E, biex jagħmel monitoraġġ tal-effikaċja tal-ambjent tal-kontroll intern u biex isegwi r-rakkomandazzjonijiet kollha ta’ verifika interna u esterna.

Minbarra l-konklużjoni ġenerali u mingħajr impatt sinifikanti fuq il-validazzjoni, id-ditta indipendenti ta’ konsulenti tabilħaqq identifikat diversi eċċezzjonijiet u/jew oqsma għal titjib. Jeħtieġ ikun innotat li għadd minn dawn l-oqsma kienu nstabu qabel f’awditjar u/jew f’valutazzjonijiet oħra u kienu diġà indirizzati f’dawk il-pjanijiet ta’ azzjoni. Il-kwistjoni ewlenija indirizzata mid-ditta indipendenti ta’ verifika u li teħtieġ azzjoni malajr kienet tirreferi għal assi operattiv. Din inġabet minnufih għall-attenzjoni tat-tmexxija tal-F4E u kienu fformulati miżuri korrettivi fi pjan ta’ azzjoni.

Sa mit-twaqqif tagħha, l-Impriża Konġunta għamlet sforzi estensivi fl-iżvilupp ta’ Sistema tal-Informatika ta’ tmexxija u kontroll integrati li tippermetti l-monitoraġġ mill-qrib ta’ stimi ta’ spejjeż u devjazzjonijiet (ara l-paragrafu 29).

B’rabta ma’ dak li seħħ wara għal awditjar intern u estern, għandu jkun innotat li minkejja l-osservazzjoni magħmula mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA), il-Kumitat tal-Awditjar, fil-laqgħa tiegħu tal-14 ta’ Ġunju 2013, irrikonoxxa t-titjib u esprima l-apprezzament tiegħu għall-progress li kien sar fl-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta’ azzjoni.

Il-Ġestjoni tar-Riskju twaqqaf u tqiegħed fis-sod sistematikament f’livell ta’ proġetti. Maniġer tar-Rikju kien assenjat biex isegwi r-reġistru tar-riskji u l-azzjonijiet tiegħu ta’ mitigazzjoni. Il-ġurnal tar-riskji qed ikun aġġornat għal kull laqgħa tal-Bord ta’ Tmexxija.

16.

Minħabba l-valur medju baxx tagħhom, proċeduri negozjati jikkorrispondu għal 40 % ta’ proċeduri ta’ akkwist operattiv kull sena iżda biss għal anqas minn 10 % tal-impenn tal-Impriża Konġunta: f’dan ir-rigward l-użu ta’ proċeduri negozjati ta’ valur baxx jippermetti lill-Impriża Konġunta tiffoka r-riżorsi interni limitati fuq l-akkwisti ta’ valur għoli/riskju kbir, b’effett utli ta’ mitigazzjoni tar-riskju.

B’rabta mal-għadd baxx ħafna ta’ proposti li waslu għal sejħat ta’ għotjiet, l-Impriża Konġunta tirrikonoxxi l-kwistjoni: s’issa l-attenti kollha biex il-parteċipazzjoni titjieb u titwessa għas-sejħat għal proposti ma rnexxewx. Dan jitqies li huwa minħabba n-natura speċjalizzata għall-aħħar tal-għotjiet tal-F4E, li huma ta’ interess biss għal għadd żgħir ta’ applikanti fl-Ewropa.

Għandu jkun innotat li fl-istudju tagħhom “Potenzjal għal riorganizzazzjoni fil-proġett tal-ITER għal titjib effikaċi ta’ spejjeż”, ordnat mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew, Ernst & Young qablu li r-regolamenti imposti fuq l-F4E mhumiex adattati sewwa għal objettivi partikolari ħafna tal-F4E u jikkostrinġu l-kapaċita tal-F4E biex tgħaddi b’mod innovattiv għal spejjeż effettivi.

17.

Fir-rigward tal-ewwel konklużjoni, l-F4E taqbel mad-dikjarazzjoni li mhumiex ipprospettati penalitajiet fil-Ftehim dwar Mudell ta’ Għotja (FMGĦ) tagħha. L-abbozz tar-Regolament Finanzjarju tal-F4E, approvat mill-Bord ta’ Tmexxija tal-F4E fl-2007, ipprospetta l-possibbiltà li l-F4E timponi penalitajiet bħal dawn. Din il-possibbiltà tneħħiet mit-test wara talba speċifika mill-Kummissjoni Ewropea sottomessa matul proċess ta’ konsultazzjoni skont l-Artikolu 5 tal-Istatuti.

Iżda l-F4E temmen li n-nuqqas ta’ dispożizzjoni bħal din fl-FMGĦ ma tesponix b’mod sinifikanti lill-F4E għar-riskju li ma tingħatax dak li essenzjalment imissha maż-żmien, jew li tingħata dak li jmissha li ma jkunx iħares standards tal-kwalità. Skont l-FMGĦ l-F4E tista’ dejjem ittemm il-ftehim dwar għotjiet u tesiġi, jekk ma jsir xejn jew li dak li jsir isir ħażin, ksur ta’ obbligi sustanzjali u ċirkostanzi oħra speċifikati fir-rimborż tal-FMGĦ tal-kontribuzzjoni finanzjarja kollha tal-F4E jew ta’ parti minnha.

Fir-rigward tat-tieni konklużjoni, għandu jingħad li wara l-limiti tal-kamp ta’ applikazzjoni taċ-Ċertifikat ta’ Awditjar, l-F4E talbet il-kjarifiki utli dwar spejjeż indiretti u wara talbet lid-ditta ta’ verifika biex tippreżenta emenda għaċ-Ċertifikat ta’ Awditjar. Il-pagament kien awtorizzat abbażi tal-evidenza addizzjonali rċevuta.

18.

L-F4E tixtieq tikkonferma li fir-riorganizzazzjoni taċ-ċirkwiti fianzjarji tagħha f’Ġunju 2013, hija qieset is-sejba preliminari tal-awdituri. Minħabba f’hekk, saru kontrolli addizzjonali fil-livell tar-Rapport tal-Aċċettazzjoni Teknika (RAT) li bihom talbiet għal pagamenti jkunu aċċettati jekk ma jkunx hemm nuqqasijiet ta’ konformità pendenti. Barra dan, l-aġenti finanzjarji issa qed jagħmlu wkoll eżami mill-ġdid tar-RAT biex jiżguraw li r-rapport tekniku u l-fattura jkunu konformi mal-kondizzjonijiet kuntrattwali.

19.

L-F4E tivverifika l-ekwivalenza tar-regoli ta’ akkwist tal-parti kontraenti l-oħra mar-regoli ta’ akkwist tal-F4E għal kull akkwist konġunt li għalih ir-regoli tal-parti l-oħra jintużaw kif mitlub skont l-Artikolu 83 tal-IR tal-F4E. L-F4E taqbel mal-Qorti li jista’ jkun xieraq li jkunu stabbiliti standards li fuqhom ekwivalenza bħal din għandha tkun ivverifikata mill-F4E fuq bażi uniformi għall-akkwisti konġunti fil-ġejjieni, għalkemm dan mhux strettament meħtieġ skont l-Artikolu 83 tal-IR.

20.

B’rabta mal-użu ta’ notifiki ta’ qabel l-informazzjoni, ma kinitx l-intenzjoni tal-Impriża Konġunta li tintuża n-notifika ta’ qabel l-informazzjoni biex jitqassar il-limitu mininu ta’ żmien għall-irċevuta ta’ offerti, għalhekk tqies li kien aktar utli għal finijiet ta’ viżibbiltà u kompetizzjoni li jkun hemm jiem ta’ tagħrif mal-industrija Ewropea qabel il-pubblikazzjoni tal-avviż tal-kuntratt, biex l-operatur ekonomiku jingħata l-possibbiltà li jagħmel mistoqsijiet dwar l-aspett tekniku u amministrattiv ġenerali tas-sejħa u wkoll biex jikkollega ma’ mseħbin fin-negozju li jista’ jkollu.

B’rabta man-nuqqas ta’ konformità mal-Artikolu 85 tal-Regolament Finanzjarju, l-Impriża Konġunta taqbel mas-sejbiet tal-Qorti; għandu jingħad li fil-frattemp l-Impriża Konġunta kienet ingħatat aċċess għal EWS u l-eżami issa qed isir għall-għotjiet kollha.

Meta kien iffirmat il-kuntratt f’Diċembru 2012, l-F4E kienet ingħatat garanzija minn bank, li ma kienx jissodisfa r-rekwiżiti ta’ klassifikazzjoni skont il-kuntratt (bank li kellu mill-anqas ikun ikklassifikat BBB). Din is-siwazzjoni nstabet mit-Tim tal-Finanzi, fi żmien il-validazzjoni tal-pagament ta’ qabel il-finanzjament, u l-garanzija kienet, konsegwentemant, miċħuda. Il-kuntrattur kien intalab jagħti garanzija valida minn bank bil-klassifikazzjoni meħtieġa. Iżda billi kien wasal li jingħalqu l-kontijiet u l-kuntrattur ta assigurazzjoni suffiċjenti dwar in-negozjati li kienu għaddejjin ma’ bank ieħor, l-Uffiċjal Amministrattiv iddeċieda li jipproċedi u jawtorizza l-pagament ta’ qabel il-finanzjament. Din id-deċiżjoni kienet imsejsa fuq il-valutazzjoni li l-ħsarat li kienu kkawżati lill-F4E bit-telf tal-approprjazzjonijiet ta’ pagamenti kienu ser ikunu ħafna akbar mir-riskju li ma tingħatax garanzija ġdida, meta jitqies li pagament qabel il-finanzjament kien għadu ggarantit mill-bond inizjali. Fl-aħħar nett il-garanzija tal-bank il-ġdid ingħatat fl-ewwel ġimgħa ta’ Frar.

Dwar dak li jirrigwarda waħda mill-proċeduri msemmija, l-istima tal-ispiża kienet tassew mhux korretta minħabba li ma kinitx aġġornata tajjeb matul l-evoluzzjoni tad-disinn (qabel il-pubblikazzjoni tas-sejħa).

Iżda dwar dak li jirrigwarda t-tieni proċedura, id-differenza kbira bejn l-istima inizjali u l-ewwel offerta riċevuta tqieset li kienet ir-riżultat ta’ sitwazzjoni ta’ monopolju li kienet teżisti dak iż-żmien fis-suq Ewropew.

L-Impriża Konġunta ħassret l-ewwel sejħa u ppubblikat mill-ġdid l-istess kamp ta’ applikazzjoni billi qasmitu f’lottijiet biex tħalli jkun hemm kompetizzjoni usa’. Dan ġab miegħu prezz totali ħafna eqreb għall-istima oriġinali tal-Impriża Konġunta, l-aktar meta jitqies li t-tqassim f’lottijiet kellha effetti ta’ ħsara fuq ekonomiji ta’ skala u kkawża żjieda fl-ispejjeż mhux rikorrenti.

21-23.

Fl-2013, l-F4E kompliet b’aktar implimentazzjoni tal-istrateġija globali tagħha ta’ kontroll u monitoraġġ u ta’ Ex post u tal-istrateġija ta’ verifika li kienu ppreżentati lill-Bord ta’ Tmexxija tagħha f’Diċembru 2012.

Fir-rigward ta’ Ex post, tnieda eżerċizzju pilota ma’ ditta ta’ verifika esterna biex tkun ivvalutata l-eliġibbiltà tal-ispejjeż mitlubin minn kuntratturi fil-qafas ta’ ftehimiet ta’ għotjiet. Ir-riżultati tal-eżerċizzju pilota għandu jippermetti lill-F4E biex tirrafina u tarmonizza aktar il-proċessi ta’ kontroll ex post tagħha.

Fil-frattemp, l-ippjanar annwali tal-awditjar tal-Garanzija tal-Kwalità jissokta jkun implimentat kif skedat. Abbażi ta’ kummenti magħmulin mill-Qorti tal-Awdituri f’rapporti annwali ta’ qabel, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri bħalissa qed ikun ivvalutat mill-ġdid permezz ta’ eżerċizzju pilota biex ikun estiż ma’ kontrolli b’orjentazzjoni finanzjarja għal kuntratti operattivi, l-hekk imsejħin “ verifiki finanzjarji ex post ta’ kuntratti ta’ akkwist”

Jeħtieġ jissemma iżda li l-Kumitat tal-Awditjar tal-Bord ta’ Tmexxija tal-F4E fformula l-opinjoni tiegħu kontra l-azzjonijiet proposti bi tweġiba għall-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar verifiki finanzjarji ex post ta’ kuntratti ta’ akkwist fir-rapport annwali tiegħu għall-2011, għax huma kontra l-prinċipju ta’ kuntratti bi qbil dwar prezz. Il-Kumitat tal-Awditjar talab lill-Qorti biex terġa’ tivvaluta mill-ġdid il-pożizzjoni tagħha dwar dan. Bħala riżultat, l-F4E fasslet mill-ġdid il-verifiki finanzjarji tagħha ta’ kuntratti operattivi kif imsemmi mill-Qorti.

24.

Fis-26 u fis-27 ta’ Ġunju 2013 il-Bord ta’ Tmexxija adotta d-dokument dwar “l-Implimentazzjoni tal-Politika Industrijali” bil-qbil tal-Kummissjoni Ewropea. Politika bħal din flimkien ma’ dawk adottati qabel tistabbilixxi l-politika u l-qafas għall-ġestjoni tal-Proprjetà Intellettwali fil-Fużjoni għall-Enerġija.

L-implimentazzjoni prattika tal-obbligi tagħna għall-ġestjoni tal-Proprjetà Industrijali tinġabar fil-qosor kif ġej:

Il-Politika ta’ Analiżi tas-Suq tinkludi dispożizzjonijiet dwar it-trattament tal-Proprjetà Intellettwali qabel il-proċess ta’ akkwist biex tiggarantixxi l-konformità tal-istrateġija ta’ akkwist mal-linji gwida dwar il-Proprjetà Intellettwali tal-Politika Industrijali tal-F4E.

Il-Lista ta’ Kontroll ta’ Firem ta’ Kuntratti tagħmel monitoraġġ tal-eżistenza tad-Dikjarazzjoni ta’ Sfond.

L-aħħar osservazzjoni tar-regoli tal-IP mill-kuntrattur tkun immonitorjata permezz tar-Rapport ta’ Valutazzjoni Teknika li bih Uffiċjali Tekniċi tal-Proġett jikkonfermaw li dak li jkun ingħata jkun jinkludi rapport dwar il-Proprjetà Intellettwali u li rapport bħal dan ikun jaqbel mas-suġġett tal-kuntratt u jkun konsistenti mar-riżultati tekniċi rrapportati.

Fl-aħħar nett, biex tkun iggarantita l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni relatata mal-Proprjetà Intellettwali regolata fil-kuntratti tagħna, qed titwettaq Politika ta’ Sigurtà tal-Informazzjoni. Il-politika ser tara li jkun hemm ħżin elettroniku f’server apposta ta’ informazzjoni kunfidenzjali tal-Proprjetà Intellettwali. L-adozzjoni ta’ politika bħal din hija imminenti u l-implimentazzjoni tagħha għall-immaniġġar ta’ informazzjoni relatata mal-Proprjetà għandha tkun lesta sa Jannar 2014.

25.

Għalkemm l-F4E taqbel mal-konklużjoni fattwali tal-Qorti tal-Awdituri, jeħtiġilha tisħaq li minn meta saret għall-ewwel darba l-osservazzjoni mill-awdituri fl-2008 sal-lum, l-F4E ħadet l-azzjonijiet kollha meħtieġa biex issewwi s-sitwazzjoni. Il-Bord ta’ Tmexxija ħadha b’responsabbiltà tiegħu li jindirizza l-kwistjoni, filwaqt li jintbagħtu avviżi biex ifakkru lill-kontributur u lil Stati Membri li jkunu tard u ma jkunux iħallsu f’waqtu biex jintalbu jħallsu mgħaxijiet tardivi skont l-Artikolu 48 tal-IR. Sfortunatament, il-proċeduri interni ta’ xi wħud mill-Istati Membri jagħmluha kultant impossibbli għalihom li jirrispettaw l-iskadenzi stabbiliti mir-Regolament Finanzjarju tal-F4E.

Dwar dak li jirrigwarda l-impatt tal-baġit, huwa importanti jkun enfasizzat li l-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija suġġetti għall-osservazzjoni tal-Qorti jirrappreżentaw 0.6 % tal-baġit tal-F4E u bħala konsegwenza jnaqqsu frazzjoni minn dan il-perċentwali.

Fl-aħħar nett, sal-aħħar tas-sena tal-baġit 2012, ammont ta’ EUR 1 085 biss kien għadu dovut.

Għalhekk pagamenti ta’ kontribuzzjonijiet ta’ sħubija li saru tard fl-2012 ma kellhomx impatt li seta’ jitkejjel fuq l-implimentazzjoni tal-baġit u fuq l-F4E.

Fil-frattemp, l-F4E ser tkompli tiżgura li l-kontribuzzjonijiet ta’ sħubija jitħallsu malajr jekk ikunu tard.

26.

Huwa korrett li fiż-żmien tal-verifika r-regoli ta’ implimentazzjoni msemmijin ma kinux għadhom adottati formalment. Iżda nixtiequ nenfasizzaw biex tkun evitata lakuna legali, id-Direttur tal-Fużjoni għall-Enerġija kien adotta deċiżjonijiet li jgħidu li r-regoli mudell ta’ implimentazzjoni applikabbli għal aġenziji, jew ir-regoli tal-Kummissjoni, kienu japplikaw b’analoġija għall-Impriża Konġunta (ħlief jekk imsemmi mod ieħor). F’dan ir-rigward, il-Fużjoni għall-Enerġija pprovdiet lilha nfisha b’qafas ta’ referenza tajjeb u trasparenti, li kien applikat b’mod konsistenti mill-organizzazzjoni sakemm kien hemm ir-regoli formali adottati mill-Bord ta’ Tmexxija.

Dwar dan l-aħħar punt, sar progress sinifikanti minn meta sar l-Awditjar sal-lum. Id-dispożizzjonijiet implimentattivi li ġejjin tabilħaqq kienu adottati formalment mill-Bord ta’ Tmexxija f’Diċembru 2012: kriterji ta’ klassifikazzjoni fil-grad u fl-iskala wara l-ingaġġ, ix-xogħol part-time, l-evalwazzjoni tad-Direttur, il-liv tal-familja, il-liv tal-ġenturi u t-trasferiment tad-drittijiet għal pensjoni.

B’rabta mad-dispożizzjonijiet dwar l-ingaġġ u l-użu ta’ aġenti, dwar Evalwazzjoni, dwar il-Prevenzjoni tal-Fastidju, iċ-Ċertifikazzjoni u l-Attestazzjoni, l-IRs intbagħtu lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni bejn Jannar u Frar 2013 (wara li ntemm il-proċess ta’ konsultazzjoni interna) u l-F4E qed tistenna l-approvazzjoni tal-Kummissjoni qabel ma dawn ikunu jistgħu jiġu adottati mill-Bord ta’ Tmexxija. Dan huwa mistenni li jseħħ f’Diċembru 2013.

Il-konsultazzjoni tal-Kumitat tal-Persunal bħalissa tinsab għaddejja għar-Regoli Implimentattivi dwar il-liv u l-assenzi, l-assenzi minħabba l-mard, maniġment intermedju u okkupazzjoni interim ta’ pożizzjoni fil-maniġment. Huma għandhom jintbagħtu dalwaqt għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Għar-Regoli Implimentattivi bħal dawk dwar l-ingaġġ u l-użu ta’ Aġenti Kuntrattwali, l-F4E qed tistenna li l-mudelli jkunu ffinalizzati mill-Kummissjoni u, għalhekk, ma jistgħux jintbagħtu skont l-Artikolu 110 tar-Regolamenti tal-Persunal.

Fl-aħħar nett, nixtiequ ntennu l-impenn tal-Fużjoni għall-Enerġija biex jiżdied l-għadd ta’ regoli implimentattivi li għandhom ikunu adottati matul l-2013 u lil hinn. Meqjus dan, kien approvat kalendarju ta’ meta aktarx issir l-adozzjoni u kienu implimentati arranġamenti interni bil-għan li jitħaffef il-proċess ta’ adozzjoni. Fiduċjużi li, għalhekk, għandu jkun hemm progress addizzjonali.

27-31.

Fl-2008 grupp ta’ ħidma fl-F4E, megħjun minn esperti mill-industrija u minn organizzazzjonijiet pubbliċi ta’ riċerka, stima li l-ispiża biex tingħata l-kontribuzzjoni Ewropea kif kienet miftiehma dak iż-żmien għall-bini tal-ITER kienet mistennija tkun ta’ EUR 5 940 miljun bi ħtieġa ta’ EUR 663 miljun għal xi kontinġenza. L-ispiża għall-kooperazzjoni tal-Approċċ Usa’ mal-Ġappun u għall-amministrazzjoni tal-F4E, kienet stmata fl-2008 li tkun EUR 650 miljun, bir-riżultat ta’ stima ta’ spiża globali ta’ EUR 7 253 miljun fl-2008, valur fl-euro, inkluża l-kontinġenza msemmija hawn fuq.

Il-Kunsill għamel disponibbli EUR 6 600 miljun fl-2008 f’valur ewro għall-perjodu 2007 – 2020 għall-F4E biex din twettaq l-obbligi Ewropew dwar l-ITER u l-Approċċ Usa’ u talab lill-F4E biex tiffranka kemm tista’ biex tiżgura li l-baġit limitat jitħares.

Mill-2008 ’l hawn il-proġett tal-ITER evolva b’mod sinifikanti bi tweġiba għal aktar rekwiżiti ta’ sikurezza f’dak li seħħ wara l-aċċident ta’ Fukushima, studji xjentifiċi ġodda u l-maturazzjoni tad-disinn. Filwaqt li xi rekwiżiti kienu ntreħew, kważi l-bidliet kollha żiedu r-rekwiżiti u kabbru l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ xiex l-Ewropa jeħtiġilha tagħti lill-ITER. Bidliet bħal dawn ikunu deċiżi mill-Organizzazzjoni ITER u mill-korpi ta’ tmexxija tagħha.

Filwaqt li jkun rikonoxxut li l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dak li l-Ewropa tat lill-ITER inbidel sustanzjalment u d-disinji mmaturaw konsiderevolment mill-istima tal-ispiża tal-2008 ’l hawn, kienet saret reviżjoni sħiħa tal-istima kollha tal-ispejjeż mill-F4E matul l-ewwel sitt xhur tal-2013.

Mhux bħal aġġornamenti inkrimentali tal-istima tal-ispiża ppreżentata f’rapporti ta’ qabel lill-Kunsill, din l-istima tal-ispiża aġġornata tinkludi wkoll bidliet aktar ’il quddiem. L-ispiża mistennjija ta’ dak li l-Ewropa għandha tagħti lill-ITER, il-BA u t-tmexxija tal-F4E hija llum stmata EUR 6 890 miljun. Meta mqabbel mal-baġit limitat ta’ EUR 6 600 miljun għall-perjodu tal-baġit sal-2020 dan juri kontinġenza negattiva ta’ EUR 290 miljun.

Il-bidla fil-kontinġenza minn EUR 165 miljun għal EUR 290 miljun minn meta sar ir-rapport tal-F4E lill-Kunsill is-sena l-oħra sal-lum hija dovuta fil-parti l-kbira tagħha minħabba li l-ispejjeż mistennija u attwali tal-bini kibru b’mod sinifikanti b’riżultat tal-kamp ta’ applikazzjoni akbar tal-bini li kellu jkun ipprovdut u tal-pressjoni tal-iskeda fuq il-kostruzzjoni tal-bini.

Kif kien innotat fi studju ta’ Ernst and Young jismu “Potenzjal għal riorganizzazzjoni fil-proġett tal-ITER għal titjib effikaċi ta’ spejjeż”, mniedi mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit tal-Parlament Ewropew u mitmum fi Frar 2013, l-F4E għandha ftit jew ebda kontroll fuq bidliet bħal dawn, minħabba li dan kien il-mandat tal-Kunsill tal-ITER u tal-korpi sussidjarji tiegħu.

Madankollu u biex ikun żgurat li l-limitu tal-baġit jitħares, l-F4E żviluppat u qed tkompli tiżviluppa u timplimenta firxa wiesgħa ta’ miżuri li jillimitaw l-ispejjeż, inkluż li l-istrateġiji ta’ akkwist u l-kondizzjonijiet kuntrattwali jsir l-aħjar użu minnhom biex jitnaqqsu l-ispejjeż, u b’kooperazzjoni mal-Organizzazzjoni ITER biex disinji jintużaw bl-aħjar mod biex ikunu llimitati l-ispejjeż. L-istatus ta’ miżuri fl-imgħoddi u l-ġbir flimkien ta’ miżuri attwali mal-istima l-ġdida tal-ispejjeż kienu ppreżentati lill-Bord ta’ Tmexxija fis-26 ta’ Ġunju 2013 (id-dokument F4E(13)-GB27-06). Dawn il-miżuri tassew joffru opportunitajiet biex ikunu ffrankati flus li jaqbżu EUR 300 miljun u b’hekk jipprovdu l-mezzi meħtieġa biex ikun żgurat li l-limitu tal-baġit għall-perjodu sal-2020 jitħares.

32.

L-awdituri jaqblu ma’ din l-osservazzjoni u jinnotaw li l-informazzjoni dwar ir-riskji tal-ispejjeż imsemmijin fil-paragrafu 30 la kienet iddeterminata fil-perjodu li r-Rapport Annwali 2012 ikopri, lanqas ma kienet tista’ tinkiseb fiż-żmien meta kienet qed titħejja u, għalhekk, ma setgħetx tkun inkluża fir-Rapport Annwali 2012 approvat mill-Bord ta’ Tmexxija f’Ġunju 2013. Barra minn hekk, għandu jkun innotat li informazzjoni bħal din tkun irrappurtata mill-F4E lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropej mill-anqas darba fis-sena fir-Rapport ta’ Progress tal-F4E li ppreżenta (a) il-progress miksub fl-implimentazzjoni ta’ limitazzjoni ta’ spejjeż u ta’ pjan ta’ ffrankar, (b) kif ukoll il-prestazzjoni u t-tmexxija tal-Aġenzija u l-proġett tal-ITER, u (c) it-twettiq tal-attivitajiet skedati skont il-baġit annwali tagħha. Ir-rapport għall-2013 fih l-informazzjoni kollha relatata.

33.

Il-Ftehim Ospitanti ffirmat bejn ‘Il-Fużjoni għall-Enerġija’ u r-Renju ta’ Spanja fl-2007 tabilħaqq jipprevedi li Spanja kienet ser tipprovdi lill-F4E b’bini permanenti mhux aktar tard minn tliet snin wara li jkun iffirmat il-ftehim. Il-Ftehim jipprevedi wkoll li fil-ftattemp, u qabel ma l-bini jkun fl-aħħar disponibbli, Spanja kellha tipprovdi bini temporanju.

Waqt li Spanja għadha ma pprovditx bini permanenti, l-Impriża Konġunta qed tokkupa temporanjament bini bla ħlas, għax Spanja tħallas l-ispejjeż kollha għall-bini (kera u manutenzjoni kif prevista fil-Ftehim Ospitanti, waqt li l-F4E tħallas il-parti tal-kerrej temporanjament għall-bini).

Biex tipprovdi fl-aħħarnett il-bini, Spanja nediet proċedura informali biex jingħażel sit adatt u proġett arkitettoniku. L-għażla tas-sit u tal-proġett hija prevista li sseħħ qabel l-aħħar tal-2013.


17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/49


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2012 flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta

2013/C 369/06

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

Introduzzjoni …

1-5

50

Informazzjoni li tappoġġa d-dikjarazzjoni ta’ asigurazzjoni …

6

50

Dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni …

7-14

50

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet …

12

51

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet …

13

51

Kummenti dwar il-ġestjoni baġitarja u dik finanzjarja …

15-18

51

Implimentazzjoni tal-baġit …

15-16

51

Ftehim Qafas Multilaterali …

17-18

51

Kummenti dwar il-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll tal-Impriża Konġunta …

19-21

51

Validazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi …

19

51

Valutazzjoni ta’ kontributi in natura …

20

52

Kwistjonijiet ta’ kontroll intern …

21

52

Kwistjonijiet oħra …

22-26

52

Uffiċċju tal-awditjar intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni …

22

52

Monitoraġġ u rappurtar ta’ riżultati fir-riċerka …

23-26

52

INTRODUZZJONI

1.

L-Impriża Konġunta SESAR, li tinsab fi Brussell, twaqqfet fi Frar 2007 (1) sabiex iġġesti l-attivitajiet tal-proġett SESAR (Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku tal-Ajru tas-Sema Uniku Ewropew).

2.

Il-proġett SESAR jimmira li jimmodernizza l-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (ATM) fl-Ewropa u huwa maqsum fi tliet fażijiet:

(a)

Il-“fażi ta’ definizzjoni” (2004-2007) immexxija mill-Organizzazzjoni Ewropea għas-Sigurtà tan-Navigazzjoni bl-Ajru (Eurocontrol), b’kofinanzjament mill-baġit tal-Unjoni Ewropea permezz tal-programm tan-Netwerks Trans Ewropej – Trasport. Ir-riżultat kien il-Pjan Regolatorju Ewropew għall-ATM, li jiddefinixxi l-kontenut u jiddeskrivi l-iżvilupp u t-twaqqif tal-ġenerazzjoni li jmiss tas-sistemi tal-ATM.

(b)

Il-“fażi ta’ żvilupp” (2008-2016, iffinanzjata mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2008-2013 – ara l-Anness għas-sinopsis) ġestita mill-Impriża Konġunta SESAR u li twassal għall-produzzjoni ta’ sistemi teknoloġiċi, komponenti u proċeduri operazzjonali ġodda kif definiti fil-Pjan Regolatorju Ewropew għall-ATM.

(c)

Il-“fażi ta’ twaqqif” (2014-2020) li għandha titmexxa mill-industrija u mill-partijiet interessati, għall-produzzjoni u l-implimentazzjoni fuq skala kbira tal-infrastruttura l-ġdida tal-ATM.

3.

L-Impriża Konġunta kienet imfassla bħala sħubija pubblika-privata. Il-membri fundaturi huma l-Unjoni Ewropea rrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Eurocontrol, irrappreżentata mill-Aġenzija tagħha. Wara sejħa għal espressjonijiet ta’ interess, 15-il intrapriża pubblika u privata mill-industrija tan-navigazzjoni bl-ajru saru membri tal-Impriża Konġunta. Dawn jinkludu fornituri tas-servizz tan-navigazzjoni bl-ajru, rappreżentanti tal-industrija tal-manifattura tal-art u tal-ajruspazju, manifatturi tal-inġenji tal-ajru, awtoritajiet tal-ajruport u manifatturi ta’ tagħmir ittrasportat bl-ajru.

4.

Il-baġit għall-fażi ta’ żvilupp tal-proġett SESAR huwa ta’ EUR 2,1 biljun, li għandu jiġi pprovdut f’partijiet ugwali mill-UE, mill-Eurocontrol u mis-sħab pubbliċi u privati parteċipanti. Il-kontribuzzjoni tal-UE hija ffinanzjata mis-Seba’ Programm Kwadru għar-Riċerka u mill-programm tan-Netwerks Trans Ewropej – Trasport. Madwar 90 % tal-finanzjament mill-Eurocontrol u mill-partijiet interessati l-oħra huwa fl-għamla ta’ kontributi in natura.

5.

L-Impriża Konġunta SESAR bdiet taħdem b’mod awtonomu fl-10 ta’ Awwissu 2007.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASIGURAZZJONI

6.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar tat-tranżazzjonijiet fil-livell tal-Impriża Konġunta u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

7.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (2) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (3) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2012, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

8.

Skont l-Artikoli 33 u 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (4), il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi:

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball, l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (5), u t-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fihom huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi sorveljanza adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

9.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (6) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi jkunux legali u regolari.

10.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

11.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għall-opinjonijiet imniżżlin hawn taħt.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

12.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2012 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

13.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2012 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

14.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA U DIK FINANZJARJA

Implimentazzjoni tal-baġit

15.

Il-baġit finali 2012 adottat mill-Bord Amministrattiv irrapporta approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 156,6 miljun u approprjazzjonijiet ta’ pagamenti ta’ EUR 124,2 miljun. Ir-rati ta’ użu għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn u l-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienu ta’ 95,0 % u 86,3 % rispettivament.

16.

Il-kont proviżorju tar-riżultat tal-baġit 2012 juri EUR 12,4 miljun, b’riċevuti li jinkludu l-kontribuzzjonijiet tal-membri u sorsi oħra ta’ dħul ta’ EUR 107,4 u EUR 0,1 miljun rispettivament, flimkien mal-bilanċ pożittiv tal-baġit ta’ EUR 15,6 miljun għas-sena preċedenti. Dan it-total huwa nnettjat kontra pagamenti ta’ EUR 107,3 miljun. Il-flus kontanti fi tmiem is-sena u l-ekwivalenti fi flus kontanti jammontaw għal EUR 15,7 miljun.

Ftehim Qafas Multilaterali

17.

Fil-31 ta’ Diċembru 2012, il-fażi ta’ żvilupp tal-Impriża Konġunta SESAR kienet tikkonsisti f’ħidma minn 16-il membru fuq attivitajiet tal-programm li kienu jinvolvu aktar minn 100 entità privata u pubblika u sottokuntratturi. Mit-336 proġett magħżula, 312 (92,8 %) kienu qed jiġu implimentati.

18.

Mill-kontribuzzjonijiet ta’ kofinanzjament imħallsa lill-membri mill-Unjoni Ewropea u l-Eurocontrol (EUR 595 miljun), EUR 437,5 miljun kienu ġew impenjati u EUR 233,8 miljun kienu tħallsu fil-31 ta’ Diċembru 2012. Huwa antiċipat li l-EUR 158 miljun li jifdal se jkunu impenjati sal-31 ta’ Diċembru 2013, u li EUR 361,2 miljun se jitħallsu sal-31 ta’ Diċembru 2016.

KUMMENTI DWAR IL-KONTROLLI EWLENIN TAS-SISTEMI TA’ SORVELJANZA U KONTROLL TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA

Validazzjoni tas-sistemi kontabilistiċi

19.

L-uffiċjal tal-kontabbiltà kkonferma l-validazzjoni tal-proċessi tan-negozju ta’ bażi f’April 2013, li jirrifletti l-fatt li ma saret l-ebda bidla sinifikanti fis-sistema ta’ kontroll intern matul is-sena finanzjarja 2012.

Valutazzjoni ta’ kontributi in natura

20.

Abbażi tal-għotja ta’ attivitajiet tal-programm kif ifformalizzat fil-Ftehim Qafas Multilaterali u emendi sussegwenti, kontributi netti in natura matul il-ħajja tas-SESAR huma stmati li jammontaw għal EUR 1 300 miljun, fil-31 ta’ Diċembru 2012. Matul l-2012 id-Direttur Eżekuttiv ivvalida kontributi netti in natura ta’ EUR 139,2 miljun.

Kwistjonijiet ta’ kontroll intern

21.

Il-Qorti tinnota li jinħtieġ titjib fl-oqsma ta’ kontroll ex-ante li ġejjin:

jista’ jsir titjib fid-dokumentazzjoni tal-kontrolli dwar il-monitoraġġ tar-riżultati tal-proġett, l-analiżi tal-prestazzjoni tal-proġett, il-monitoraġġ tas-sottokuntratturi u ċ-ċertifikati tal-klejms għall-ispejjeż;

rapport tekniku ta’ analiżi prodott minn esperti esterni għand manifattur ta’ tagħmir ittrasportat bl-ajru b’rabta ma’ proġetti mwettqa minnu għall-Impriżi Konġunti SESAR u Clean Sky ikkonkluda li jista’ jsir titjib fl-iskambju ta’ data u ta’ riżultati bejn iż-żewġ Impriżi Konġunti, kif ukoll fil-koordinazzjoni f’livell maniġerjali u dak espert u fl-istabbiliment ta’ kriterji biex jiġu allokati proġetti bejniethom. Il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet li jirriżultaw mill-analiżi qed jiġu implimentati progressivament u segwiti mal-Impriża Konġunta Clean Sky.

KWISTJONIJIET OĦRA

Uffiċċju tal-awditjar intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni

22.

Skont il-pjan strateġiku kkoordinat tal-awditjar tal-IAS/l-IAC għall-Impriża Konġunta SESAR għall-2012-2014, awditu tal-programm/tal-proġett u valutazzjoni tar-riskju tal-IT ġew imwettqa mill-IAS. L-IAC tas-SESAR eżaminat tliet sejħiet għall-offerti u awditjat l-implimentazzjoni ta’ erba’ standards ta’ kontroll intern. Hija pprovdiet ukoll segwitu għar-rapporti 2010 u 2011 tal-IAC, kif ukoll servizzi oħra ta’ assigurazzjoni

Monitoraġġ u rappurtar ta’ riżultati fir-riċerka

23.

Il-politiki u l-prattiki tal-Impriża Konġunta SESAR dwar il-protezzjoni, it-tixrid u t-trasferiment tar-riżultati ta’ attivitajiet ta’ riċerka u ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali (IPR), u s-sistemi ta’ rappourtar u ta’ monitoraġġ relatati, huma regolati bir-Regolament (KE) Nru 219/2007 (7).

24.

Jingħataw regoli dettaljati fi ftehimiet ta’ sħubija (MA) u fil-Ftehim Qafas Multilaterali (MFA) bejn l-Impriża Konġunta SESAR u l-membri tagħha. B’mod partikolari, l-Artikolu 15 tal-MFA jiddikjara li l-Bord Amministrattiv għandu jiddefinixxi aktar kif għandhom jiġu implimentati r-regoli dwar l-IPR.

25.

Id-dispożizzjonijiet tal-IPR rigward dawn it-tliet dokumenti huma bbażati l-aktar fuq ir-regoli stabbiliti fl-FP7 u fit-TEN-T, filwaqt li jittieħed kont tal-karatteristiċi partikolari tal-Impriża Konġunta SESAR bħala sħubija pubblika-privata.

26.

L-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija mmonitorjata mill-Impriża Konġunta SESAR fi stadji differenti tal-proġetti ffinanzjati, u jinħarġu rapporti lill-Bord Amministrattiv. F’Ġunju 2013, l-Impriża Konġunta rrappurtat dwar il-monitoraġġ tal-IPR billi pprovdiet rapport lill-Bord Amministrattiv esklussivament iddedikat għall-monitoraġġ mill-Impriża Konġunta tad-dispożizzjonijiet tal-IPR sa issa.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-22 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta’ Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR) (ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1), emendat bir-Regolament (KE) Nru 1361/2008 (ĠU L 352, 31.12.2008, p. 12).

(2)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ, il-kont tar-riżultat ekonomiku, ir-rapport tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti, sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(3)  Dawn jinkludu r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit u sommarju tal-prinċipji baġitarji u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(4)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(5)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(6)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(7)  L-Artikolu 10.3 u l-Artikolu 18 tar-Regolament tal-Kunsill dwar l-Impriża Konġunta SESAR.


ANNESS

Impriża Konġunta SESAR (Brussell)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(L-Artikoli 187 u 188 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tipprevedi kontribut tal-Komunità għall-istabbiliment ta' sħubiji pubbliċi-privati fit-tul f'forma ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti li jistgħu jkunu implimentati permezz ta' Impriżi (Komuni) Konġunti skont it-tifsira tal-Artikolu 187 tat-Trattat.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta SESAR, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1361/2008 (ĠU L 352, 31.12.2008)

Kompetenzi tal-Impriża Konġunta

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1361/2008)

Objettivi

L-għan tal-Impriża Konġunta huwa li tiżgura l-modernizzazzjoni tas-sistema Ewropea għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru billi tikkoordina u tikkonċentra l-isforzi relevanti kollha ta’ riċerka u żvilupp fl-Unjoni. Hi għandha tkun responsabbli mill-eżekuzzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM u, b'mod partikolari mit-twettiq tal-kompiti li ġejjin:

torganizza u tikkoordina l-attivitajiet tal-fażi ta’ żvilupp tal-proġett SESAR skont il-Pjan Regolatorju tal-ATM, li rriżultaw mill-fażi ta’ definizzjoni tal-proġett immexxi mill-Eurocontrol, billi tikkombina u tamministra taħt struttura unika l-finanzjament tas-settur pubbliku u ta’ dak privat;

tiżgura l-finanzjament meħtieġ għall-attivitajiet tal-fażi ta’ żvilupp tal-proġett SESAR skont il-Pjan Regolatorju tal-ATM;

tiżgura l-involviment tal-partijiet interessati tas-settur tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru fl-Ewropa, b'mod partikolari l-fornituri ta' servizzi ta' navigazzjoni bl-ajru, l-utenti tal-ispazji tal-ajru, l-assoċjazzjonijiet professjonali tal-persunal, l-ajruporti u l-industrija tal-manifattura, kif ukoll l-istituzzjonijiet xjentifiċi rilevanti jew il-komunità xjentifika rilevanti;

torganizza l-ħidma teknika ta’ riċerka u żvilupp, ta’ validazzjoni u studju, li għandha titwettaq taħt l-awtorità tagħha waqt li tiġi evitata l-frammentazzjoni ta’ tali attivitajiet;

tiżgura s-superviżjoni ta’ attivitajiet relatati mal-iżvilupp ta’ prodotti komuni debitament identifikati fil-Pjan Regolatorju tal-ATM u jekk ikun meħtieġ, l-organizzazzjoni ta’ sejħiet speċifiċi għall-offerti.

Tmexxija

(Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KE) Nru 1361/2008)

Bord Amministrattiv

Il-Bord Amministrattiv għandu r-responsabbiltajiet li ġejjin:

(a)

jadotta l-Pjan Regolatorju tal-ATM approvat mill-Kunsill kif imsemmi fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament u japprova kwalunkwe proposta għall-modifika tiegħu;

(b)

jagħti linji gwida u jieħu d-deċiżjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-fażi ta' żvilupp tal-proġett SESAR, u jeżerċita kontroll ġenerali fuq l-implimentazzjoni tiegħu;

(c)

japprova l-programm ta' ħidma u l-programmi annwali ta' ħidma tal-Impriża Konġunta msemmijin fl-Artikolu 16(1), kif ukoll il-baġit annwali, inkluż il-pjan ta’ stabbiliment tal-persunal;

(d)

jawtorizza n-negozjati u jiddeċiedi dwar l-adeżjoni ta' membri ġodda u dwar il-ftehimiet relatati kif imsemmija fl-Artikolu 1(3);

(e)

jissorvelja l-eżekuzzjoni tal-ftehimiet bejn il-membri u l-Impriża Konġunta;

(f)

jaħtar u jneħħi lid-Direttur Eżekuttiv u japprova l-iskema tal-organizzazzjoni u jimmonitorja l-prestazzjoni tad-Direttur Eżekuttiv;

(g)

jiddeċiedi dwar l-ammonti u l-proċeduri għall-pagament tal-kontributi finanzjarji tal-membri u l-evalwazzjoni tal-kontributi in natura;

(h)

jadotta r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta;m

(i)

japprova l-kontijiet u l-karta tal-bilanċ annwali;

(j)

jadotta r-rapport annwali dwar il-progress tal-fażi ta' żvilupp tal-proġett SESAR u s-sitwazzjoni finanzjarja tiegħu msemmi fl-Artikolu 16(2);

(k)

jiddeċiedi dwar proposti lill-Kummissjoni dwar l-estensjoni jew ix-xoljiment tal-Impriża Konġunta;

(l)

jistabbilixxi proċeduri għall-għoti ta' drittijiet ta' aċċess għall-assi tanġibbli u intanġibbli li jkunu l-proprjetà tal-Impriża Konġunta u t-trasferiment ta' tali assi;

(m)

jistabbilixxi r-regoli u l-proċeduri għall-għoti tal-kuntratti meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Pjan Regolatorju tal-ATM, inklużi l-proċeduri speċifiċi f’każ ta’ konflitti ta' interess;

(n)

jiddeċiedi dwar il-proposti lill-Kummissjoni għall-emendament tal-Istatuti skont l-Artikolu 24;

(o)

jeżerċita tali poteri oħrajn u jwettaq tali funzjonijiet oħrajn, inkluż l-istabbiliment ta' korpi sussidjarji, kif jista' jkun meħtieġ għall-finijiet tal-fażi ta' żvilupp tal-proġett SESAR;

(p)

jadotta l-arranġamenti għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 8.

Direttur Eżekuttiv

Id-Direttur Eżekuttiv għandu jwettaq id-dmirijiet tiegħu b'independenza sħiħa fil-limiti tal-poteri assenjati lilu.

Awditu intern

L-Awditur Intern tal-Kummissjoni Ewropea

Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Awtorità ta' kwittanza

Il-Parlament Ewropew, il-Kunsill Ewropew u l-Bord Amministrattiv tal-Impriża Konġunta

Riżorsi disponibbli għall-Impriża Konġunta fl-2012

Kontijiet finali 2012 tal-Impriża Konġunta SESAR

Baġit

EUR 156 564 786 għal impenji

EUR 124 198 884 għal pagamenti

Persunal fil-31 ta’ Diċembru 2012

Il-baġit operattiv 2012 jipprevedi tabella tal-persunal ta’ 39 aġent temporanju u 3 esperti nazzjonali sekondati (SNEs). Dan jagħti total ta’ 42 post, li minnhom 41 kienu okkupati fi tmiem is-sena 2012, meta mqabbla ma’ 35 fl-2011:

29 membru tal-persunal temporanju, irreklutati esternament,

7 membri tal-persunal sekondati mill-Membri tal-Impriża Konġunta SESAR skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (KE) Nru 219/2007,

3 membri tal-persunal kuntrattwali,

2 SNEs.

Assenjati għal

Kompiti operazzjonali: 25

Kompiti amministrattivi u ta’ sostenn: 15

Kompiti mħallta: 1

Attivitajiet u servizzi mogħtija fl-2012

Ara r-rapport annwali tal-attività tal-Impriża Konġunta għall-2012 fuq http://www.sesarju.eu/

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Impriża Konġunta SESAR.


IR-RISPOSTA TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA

21.

L-Impriża Konġunta SESAR hija impenjata lejn it-titjib tas-sistema tagħha u l-proċeduri li jallokaw ir-riżorsi disponibbli biex issaħħaħ il-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju, tal-kontrolli u l-governanza tagħha biex tiżgura l-ilħuq tal-objettivi ta’ SESAR.


17.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 369/57


RAPPORT

dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għas-sena finanzjarja 2012, flimkien mar-risposta tal-Impriża Konġunta

2013/C 369/07

WERREJ

 

Paragrafu

Paġna

Introduzzjoni …

1-5

58

Informazzjoni li tappoġġa d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni …

6

58

Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni …

7-14

58

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet …

12

59

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet …

13

59

Kummenti dwar il-ġestjoni baġitarja u finanzjarja …

15-18

59

Implimentazzjoni tal-baġit …

15-16

59

Sejħiet għal proposti …

17-18

59

Kwistjonijiet oħra …

19-23

60

Uffiċċju tal-awditjar intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni …

19

60

Monitoraġġ u rappurtar ta’ riżultati fir-riċerka …

20-22

60

Segwitu tal-osservazzjonijiet preċedenti …

23

60

INTRODUZZJONI

1.

L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (Impriża Konġunta FCH), li tinsab fi Brussell, ġiet stabbilita f’Mejju 2008 (1) għall-perjodu sal-31 ta’ Diċembru 2017.

2.

L-objettivi tal-Impriża Konġunta FCH jinkludu l-appoġġ ta’ attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni fl-Istati Membri u pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm Kwadru (2) permezz ta’ koordinazzjoni ma’ organizzazzjonijiet tal-industrija u tar-riċerka, b’fokus fuq l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet tas-suq u b’hekk tiffaċilita sforzi industrijali addizzjonali lejn utilizzazzjoni mgħaġġla tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu (3).

3.

Il-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni Ewropea, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u l-Grupp Industrijali Ewropew għall-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu. Il-Grupp ta’ Riċerka N.ERGHY sar membru f’Lulju 2008.

4.

Il-kontribuzzjoni massima tal-UE lill-Impriża Konġunta FCH, biex tkopri l-ispejjeż ta’ ġestjoni u l-attivitajiet ta’ riċerka, hija ta’ EUR 470 miljun mill-baġit tas-Seba’ Programm Kwadru, li minnha l-proporzjon assenjat għal spejjeż ta’ ġestjoni ma għandux ikun aktar minn EUR 20 miljun. Il-Grupp Industrijali huwa mistenni jikkontribwixxi 50 % tal-ispejjeż ta’ ġestjoni u għandu jikkontribwixxi għall-finanzjament ta’ attivitajiet operazzjonali permezz ta’ kontribuzzjonijiet in natura  (4) li jkunu għall-anqas ugwali għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-UE.

5.

L-Impriża Konġunta ngħatat l-awtonomija finanzjarja tagħha fil-15 ta’ Novembru 2010.

INFORMAZZJONI LI TAPPOĠĠA D-DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

6.

L-approċċ tal-awditjar meħud mill-Qorti jinkludi proċeduri analitiċi tal-awditjar, ittestjar tat-tranżazzjonijiet fil-livell tal-Impriża Konġunta u valutazzjoni tal-kontrolli ewlenin tas-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll. Dan huwa ssupplimentat b’evidenza pprovduta mix-xogħol ta’ awdituri oħrajn (fejn rilevanti) u analiżi tar-rappreżentazzjonijiet tal-maniġment.

DIKJARAZZJONI TA’ ASSIGURAZZJONI

7.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Qorti awditjat:

(a)

il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, li jinkludu r-rapporti finanzjarji (5) u r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit (6) għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2012, u

(b)

il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati dawk il-kontijiet.

Ir-responsabbiltà tal-maniġment

8.

Skont l-Artikoli 33 u 43 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 (7), il-maniġment huwa responsabbli mit-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta u mil-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi.

(a)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-kontijiet annwali tal- Impriża Konġunta jinkludu t-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta ta’ rapporti finanzjarji li jkunu ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball, l-għażla u l-applikazzjoni ta’ politiki kontabilistiċi xierqa fuq il-bażi tar-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni (8), u t-tħejjija ta’ stimi kontabilistiċi li jkunu raġonevoli fiċ-ċirkustanzi. Id-Direttur japprova l-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta wara li l-uffiċjal tal-kontabbiltà tagħha jkun ħejjiehom fuq il-bażi tal-informazzjoni kollha disponibbli u jkun stabbilixxa nota biex takkumpanja l-kontijiet li fihom huwa jiddikjara, fost l-oħrajn, li għandu aċċertament raġonevoli li dawn jippreżentaw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-Impriża Konġunta fl-aspetti materjali kollha.

(b)

Ir-responsabbiltajiet tal-maniġment fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi u l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba jikkonsistu fit-tfassil, l-implimentazzjoni u ż-żamma ta’ sistema ta’ kontroll intern effettiva u effiċjenti li tinkludi sorveljanza adegwata u miżuri xierqa għall-prevenzjoni ta’ irregolaritajiet u frodi u, jekk meħtieġ, proċedimenti legali għall-irkupru ta’ fondi mħallsa jew użati ħażin.

Ir-responsabbiltà tal-awditur

9.

Ir-responsabbiltà tal-Qorti hija li, fuq il-bażi tal-awditu tagħha, tipprovdi lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (9) b’dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet annwali u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-Qorti tmexxi l-awditu tagħha skont l-Istandards Internazzjonali tal-Awditjar u l-Kodiċijiet tal-Etika tal-IFAC u l-Istandards Internazzjonali tal-Istituzzjonijiet Supremi tal-Awditjar tal-INTOSAI. Dawn l-istandards jeżiġu li l-Qorti tippjana u twettaq l-awditu biex tikseb aċċertament raġonevoli dwar jekk il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jkunux ħielsa minn kwalunkwe dikjarazzjoni skorretta materjali u dwar jekk it-tranżazzjonijiet ta’ bażi jkunux legali u regolari.

10.

L-awditu jinvolvi t-twettiq ta' proċeduri biex tinkiseb evidenza għall-awditjar dwar l-ammonti u d-divulgazzjonijiet fil-kontijiet u dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. Il-proċeduri magħżula jiddependu fuq il-ġudizzju tal-awditur, li huwa bbażat fuq valutazzjoni tar-riskji ta’ dikjarazzjoni skorretta materjali tal-kontijiet u ta’ nuqqas ta’ konformità materjali mit-tranżazzjonijiet ta’ bażi mar-rekwiżiti fil-qafas legali tal-Unjoni Ewropea, sew jekk minħabba frodi u sew jekk minħabba xi żball. Meta jivvaluta dawn ir-riskji, l-awditur iqis kwalunkwe kontroll intern rilevanti għat-tħejjija u l-preżentazzjoni ġusta tal-kontijiet, kif ukoll is-sistemi ta’ sorveljanza u kontroll li jkunu implimentati biex jiġu żgurati l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, u jfassal proċeduri tal-awditjar li jkunu xierqa skont iċ-ċirkustanzi. L-awditu jinvolvi wkoll l-evalwazzjoni tal-adegwatezza tal-politiki kontabilistiċi, ir-raġonevolezza tal-istimi kontabilistiċi, u l-preżentazzjoni kumplessiva tal-kontijiet.

11.

Il-Qorti tqis li l-evidenza għall-awditjar miksuba hija suffiċjenti u xierqa biex tipprovdi bażi għad-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni tagħha.

Opinjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

12.

Fl-opinjoni tal-Qorti, il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2012 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għas-sena li ntemmet dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni.

Opinjoni dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet

13.

Fl-opinjoni tal-Qorti, it-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2012 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha.

14.

Il-kummenti li ġejjin ma jixħtux dubju fuq l-opinjonijiet tal-Qorti.

KUMMENTI DWAR IL-ĠESTJONI BAĠITARJA U FINANZJARJA

Implimentazzjoni tal-baġit

15.

Il-baġit finali 2012 adottat mill-Bord ta’ Tmexxija rrapporta approprjazzjonijiet ta’ impenn ta’ EUR 83,3 miljun u approprjazzjonijiet ta’ pagament ta’ EUR 56,9 miljun. Ir-rati ta’ utilizzazzjoni għal approprjazzjonijiet ta’ impenn u għal approprjazzjonijiet ta’ pagament kienu ta’ 99,4 % u 83,1 % rispettivament.

16.

Il-kont proviżorju tar-riżultat tal-baġit 2012 irrapporta riżultat totali tal-baġit ta’ EUR 8,2 miljun, fejn l-ammonti riċevuti kienu jinkludu l-kontribuzzjonijiet mill-membri u sorsi oħra ta’ dħul ta’ EUR 56,3 u 2,0 miljun rispettivament, flimkien mar-riżultat tal-baġit ta’ EUR 7,5 miljun għas-sena preċedenti, innettjati kontra pagamenti ta’ EUR 55,2 miljun u ammonti riportati ta’ EUR 2,4 miljun. Flus kontanti fi tmiem is-sena u ekwivalenti ta’ flus jammontaw għal EUR 12,3 miljun.

Sejħiet għal proposti

17.

Fil-31 ta’ Diċembru 2012, il-programm tal-Impriża Konġunta FCH kien jikkonsisti f’103 ftehimiet ta’ għotjiet li rriżultaw minn erba’ sejħiet annwali (2008-2011), bi 28 ftehimiet ta’ għotjiet oħra antiċipati mis-sejħa tal-2012 li ġiet ikkompletata reċentement.

18.

Is-sejħiet għal proposti organizzati fl-2008, fl-2009, fl-2010 u fl-2011 irriżultaw fi ftehimiet ta’ għotjiet li laħqu t-total ta’ EUR 295 miljun, u fl-2012 ġiet varata l-ħames sejħa għal proposti għal EUR 78 miljun. Dawn l-ammonti jirrappreżentaw 67 % u 18 % rispettivament tal-kontribuzzjoni massima tal-UE lill-Impriża Konġunta għal attivitajiet ta’ riċerka. F’Jannar 2013, ġiet varata s-sitt sejħa għall-ammont li kien fadal (EUR 68,5 miljun).

KWISTJONIJIET OĦRA

Uffiċċju tal-awditjar intern u s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni

19.

Skont il-pjan tal-awditjar strateġiku kkoordinat tal-IAS/l-IAC għall-Impriża Konġunta FCH għall-2011-2013, il-kapaċità tal-awditjar intern tal-Impriża Konġunta FCH wettqet awditu fuq kontrolli ex ante għall-eliġibbiltà ta’ spejjeż iddikjarati u ta’ pagamenti relatati (10) u wettqet diversi servizzi ta’ konsulenza, inklużi t-tħejjija u l-parteċipazzjoni fil-kampanji ta’ komunikazzjoni tal-Impriża Konġunta FCH dwar kwistjonijiet ta’ kontroll finanzjarju u tal-awditjar.

Monitoraġġ u rappurtar ta’ riżultati fir-riċerka

20.

Is-Seba’ Programm Kwadru (FP7) jistabbilixxi sistema ta’ monitoraġġ u rappurtar li tkopri l-protezzjoni, id-diseminazzjoni u t-trasferiment tar-riżultati tar-riċerka.

21.

Fil-ftehimiet ta’ għotjiet iffirmati mal-membri u ma’ benefiċjarji oħra, l-Impriża Konġunta inkludiet dispożizzjonijiet speċifiċi li jirregolaw id-drittijiet ta' proprjetà intellettwali u d-diseminazzjoni ta’ attivitajiet ta’ riċerka. L-implimentazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet hija mmonitorjata mill-Impriża Konġunta fi stadji differenti tal-proġetti ffinanzjati.

22.

Issa li l-ewwel proġetti ġew ikkompletati, il-monitoraġġ mill-Impriża Konġunta FCH tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-użu u d-diseminazzjoni ta’ għarfien u drittijiet miksuba jista’ jittejjeb, jew permezz tas-sistema informattiva stabbilita mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11) biex l-FP7 kollu kemm hu jkun jista’ jiġi mmonitorjat b’mod effiċjenti u koerenti, jew permezz ta’ għodda ekwivalenti.

Segwitu tal-osservazzjonijiet preċedenti

23.

Fl-2012 il-pjan tal-kontinwità tan-negozju u l-pjan ta’ rkupru minn diżastru ġew iffinalizzati.

Dan ir-Rapport ġie adottat mill-Awla IV, immexxija minn Dr Louis GALEA, Membru tal-Qorti tal-Awdituri, fil-Lussemburgu fil-laqgħa tagħha tat-22 ta’ Ottubru 2013.

Għall-Qorti tal-Awdituri

Vítor Manuel da SILVA CALDEIRA

President


(1)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (ĠU L 153, 12.6.2008, p. 1) emendat bir-Regolament tal-Kunsill 1183/2011 tal-14 ta’ Novembru 2011.

(2)  Is-Seba’ Programm Kwadru, adottat bid-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 1), jiġbor flimkien l-inizjattivi kollha tal-UE relatati mar-riċerka, taħt saqaf wieħed, u jaqdi rwol kruċjali fl-ilħuq tal-għanijiet ta’ tkabbir, kompetittività u impjiegi. Huwa wkoll pilastru ewlieni għaż-Żona Ewropea tar-Riċerka.

(3)  L-Anness jagħti sommarju tal-kompetenzi, l-attivitajiet u r-riżorsi disponibbli tal-Impriża Konġunta. Huwa ppreżentat għal skopijiet ta’ informazzjoni.

(4)  Skont l-Artikolu 12(3) tal-Anness għar-Regolament (KE) Nru 521/2008, li jistipula li l-“ispejjeż operattivi (operazzjonali) tal-Impriża Konġunta FCH għandhom jiġu koperti permezz tal-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni, u permezz ta’ kontribuzzjonijiet in natura mill-entitajiet legali li jipparteċipaw fl-attivitajiet.”

(5)  Dawn jinkludu l-karta tal-bilanċ u l-kont tar-riżultat ekonomiku, it-tabella tal-flussi tal-flus, ir-rapport tat-tibdil fl-assi netti, sommarju tal-politiki kontabilistiċi sinifikanti u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(6)  Dawn jinkludu r-rapporti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, sommarju tal-prinċipji baġitarji u noti oħra ta’ spjegazzjoni.

(7)  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(8)  Ir-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni ġejjin mill-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà għas-Settur Pubbliku (IPSAS) maħruġa mill-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kontabilisti jew, fejn rilevanti, l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IAS)/l-Istandards Internazzjonali tar-Rappurtar Finanzjarju (IFRS) maħruġa mill-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà.

(9)  L-Artikolu 185(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1).

(10)  Ir-rapport finali maħruġ fit-28 ta’ Ġunju 2012 innota, fost l-oħrajn, opportunitajiet għal titjib, b’mod partikolari fir-rigward tal-kjarifika ta’ ċerti aspetti tal-objettivi u l-ambitu tal-istrateġija ta’ kontroll ex-ante, il-kwalità ta’ xi aspetti fit-tfassil taċ-Ċertifikati dwar ir-Rapporti Finanzjarji u s-simplifikazzjoni tal-listi ta’ kontroll.

(11)  L-Artikolu 27 tar-Regolament (KE) Nru 1906/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi r-regoli għall-parteċipazzjoni ta' impriżi, ċentri tar-riċerka u universitajiet f'azzjonijiet taħt is-Seba' Programm Kwadru u għad-disseminazzjoni tar-riżultati tar-riċerka (ĠU L 391, 30.12.2006, p. 1) jirrikjedi li l-Kummissjoni timmonitorja l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet indiretti abbażi ta' rapporti tal-progress perjodikament ippreżentati. B'mod partikolari, il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-implimentazzjoni tal-pjan għall-użu u d-disseminazzjoni tat-tagħrif ġdid miksub. Hija għandha wkoll tistabbilixxi u żżomm sistema informattiva li tippermetti li dan il-monitoraġġ isir b'mod effiċjenti u koerenti tul is-Seba' Programm Kwadru kollu.


ANNESS

Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (Brussell)

Kompetenzi u attivitajiet

Oqsma ta’ kompetenza tal-Unjoni stipulati fit-Trattat

(l-Artikoli 187 u 188 tat-trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea)

Id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tipprevedi kontribut tal-Unjoni għall-istabbiliment ta' sħubiji pubbliċi-privati fit-tul f'forma ta' Inizjattivi Teknoloġiċi Konġunti li jistgħu jkunu implimentati permezz ta’ Impriżi Komuni (Konġunti) skont it-tifsira tal-Artikolu 187 tat-TFUE.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008 tat-30 ta’ Mejju 2008 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, kif emendat bir-Regolament (UE) Nru 1183/2011 (ĠU L 302, 19.11.2011, p. 3).

Kompetenzi tal-Impriża Konġunta

kif definiti fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008, emendat bir-Regolament (UE) Nru 1183/2011

Objettivi

L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu għandha tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tas-Seba’ Programm Kwadru u b’mod partikolari t-temi speċifiċi tal-programm “Kooperazzjoni” għal “Enerġija”, “Nanoxjenzi, nanoteknoloġiji, materjali u teknoloġiji ġodda tal-produzzjoni”, “Ambjent (inkluża l-bidla fil-klima)”, u “Trasport (inkluża l-aeronawtika)”.

B’mod partikolari, hi għandha:

(a)

timmira li tpoġġi l-Ewropa fuq quddiem nett tat-teknoloġiji dinjija dwar iċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu u tippermetti lit-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu jippenetraw fis-suq, b’hekk tippermetti lill-forzi tas-suq kummerċjali jmexxu ’l quddiem il-benefiċċji pubbliċi potenzjali sostanzjali;

(b)

tappoġġa r-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni (RTD) fl-Istati Membri u pajjiżi assoċjati mas-Seba’ Programm Kwadru (il-pajjiżi assoċjati) b’mod koordinat, biex tegħleb il-falliment fis-suq u tiffoka fuq l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet tas-suq u b’hekk tiffaċilita sforzi industrijali addizzjonali lejn utilizzazzjoni mgħaġġla tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu;

(c)

tappoġġa l-implimentazzjoni tal-prijoritajiet RTD tal-JTI dwar iċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu, notevolment bil-ħruġ ta’ għotjiet wara sejħiet kompetittivi għal proposti;

(d)

timmira li tħeġġeġ iktar investiment pubbliku u privat fir-riċerka tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u l-idroġenu fl-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati.

Tmexxija

kif definita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 521/2008, emendat bir-regolament (UE) Nru 1183/2011

Il-korpi tal-Impriża Konġunta FCH huma:

1   Il-Bord ta’ Tmexxija

Il-Bord ta’ Tmexxija huwa l-korp prinċipali tal-Impriża Konġunta FCH għat-teħid ta’ deċiżjonijiet.

2   Id-Direttur Eżekuttiv

Id-Direttur Eżekuttiv huwa responsabbli għat-tmexxija ta’ kuljum tal-Impriża Konġunta u huwa r-rappreżentant legali tagħha. Huwa jwieġeb lill-Bord ta’ Tmexxija.

3   Il-Kumitat Xjentifiku

Magħmul minn mhux aktar minn disa’ membri li jirreflettu rappreżentazzjoni bilanċjata ta’ esperti tal-aqwa livell dinji mill-kamp tal-akkademja, mill-industrija u mill-korpi regolatorji. Il-ħidmiet (kompiti) tieħu huma li:

(a)

jagħti l-parir tiegħu dwar il-prijoritajiet xjentifiċi għall-proposta ta’ pjanijiet ta’ implimentazzjoni annwali u pluriennali;

(b)

jagħti parir dwar il-kisbiet xjentifiċi deskritti fir-rapport tal-attività annwali;

(c)

jagħti l-parir tiegħu dwar il-kompożizzjoni tal-kumitati ta’ reviżjoni tal-esperti ugwali fil-qasam.

Il-korpi konsultattivi esterni għall-Impriża Konġunta FCH huma:

4   Il-Grupp ta’ Rappreżentanti tal-Istati FCH

Dan huwa magħmul minn rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u pajjiż assoċjat. Il-kompiti l-aktar importanti tiegħu huma li jipprovdi opinjoni dwar il-progress tal-programmi fl-Impriża Konġunta FCH, jimmonitorja l-konformità ma’ u r-rispett tal-miri u jikkoordina mal-programmi nazzjonali biex jiġi evitat it-trikkib.

5   L-Assemblea Ġenerali tal-Partijiet Interessati (SGA)

L-SGA hija mezz importanti ta’ komunikazzjoni għall-attivitajiet tal-Impriża Konġunta FCH u hija miftuħa għall-partijiet interessati kollha pubbliċi u privati u għal gruppi internazzjonali ta’ interess fl-Istati Membri, f’pajjiżi assoċjati u f’pajjiżi terzi. Hija tiltaqa’ darba fis-sena. L-SGA tiġi infurmata bl-attivitajiet tal-Impriża Konġunta FCH u tiġi mistiedna tipprovdi kummenti.

L-awdituri interni u esterni u l-awtorità ta’ kwittanza tal-Impriża Konġunta FCH huma:

6   Awditu intern

Il-Maniġer tal-Awditjar Intern tal-Impriża Konġunta FCH (jiġifieri l-kapaċità tal-awditjar intern – IAC);

Is-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS).

7   Awditu estern

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri.

8   Awtorità ta’ kwittanza

Il-Parlament fuq rakkomandazzjoni mill-Kunsill.

Riżorsi disponibbli għall-Impriża Konġunta fl-2012

Kontijiet finali 2012 u 2011 tal-Impriża Konġunta FCH

Baġit (approprjazzjonijiet ta’ impenn)

EUR 94,9 miljun

Persunal fil-31 ta' Diċembru 2012

Il-baġit operattiv 2012 jipprevedi tabella tal-persunal ta’ 20 post għall-persunal, li kollha kemm huma mtlew sa tmiem is-sena 2012.

Dawn kienu jikkonsistu fi 18-il membru tal-persunal temporanju rreklutati esternament u 2 membri tal-persunal kuntrattwali, li minnhom 6 kienu assenjati għal kompiti operazzjonali, 7 għal kompiti amministrattivi u ta’ appoġġ u 7 għal kompiti mħallta.

Attivitajiet u servizzi pprovduti fl-2012

Ara r-rapport annwali tal-attività tal-Impriża Konġunta FCH għall-2012 fuq http://www.fch-ju.eu/page/documents

Sors: Informazzjoni mogħtija mill-Impriża Konġunta FCH.


IR-RISPOSTA TAL-IMPRIŻA KONĠUNTA

22.

L-Impriża Konġunta FCH se tesplora l-possibbiltà mal-Kummissjoni biex tuża s-sistema tagħha biex ittejjeb aktar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tal-pjan għall-użu u d-disseminazzjoni ta’ għarfien miksub.

B’mod parallel għall-monitoraġġ tal-isforzi tal-parteċipanti biex jużaw u jxerrdu r-riżultati, l-Impriża Konġunta FCH qiegħda dejjem iżżid il-kapaċità tagħha stess u tanalizza r-riżultati tal-proġetti, notevolment biex tivvaluta l-ksib tal-programm tagħha. Għal dan il-għan, l-Impriża Konġunta FCH irreklutat Uffiċjal għall-Ġestjoni tal-Għarfien u tal-Politika li ser jibda xogħlu fis-16 ta’ Novembru 2013. Dan l-Uffiċjal ser juża għodda tal-IT żviluppata reċentement, riżultat tal-proġett TEMONAS (TEchnology MONitoring and ASsement) (li tlesta f’Mejju 2013), biex janalizza u jintegra r-riżultati tal-proġetti kkompletati.