ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.363.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 363

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
13 ta' Diċembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 363/01

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

1

2013/C 363/02

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

2

2013/C 363/03

Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE – Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet ( 1 )

3

2013/C 363/04

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7082 – EVO/PKO/eService JV) ( 1 )

4

2013/C 363/05

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7020 – LVMH/Loro Piana) ( 1 )

4

2013/C 363/06

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7090 – Vopak/Swedegas/GO4LNG JV) ( 1 )

5


 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 363/07

Rata tal-kambju tal-euro

6

2013/C 363/08

Wiċċ nazzjonali ġdid għall-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

7

 

Il-Qorti tal-Awdituri

2013/C 363/09

Rapport Speċjali Nru 14/2013 Appoġġ Finanzjarju Dirett mill-Unjoni Ewropea lill-Awtorità Palestinjana

8

 

INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

2013/C 363/10

Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

9


 

V   Avviżi

 

ATTI OĦRAJN

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 363/11

Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

10


 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/1


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/C 363/01)

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

25.10.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.37036 (13/N)

Stat Membru

Spanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Ayudas a la difusión del teatro y del circo y a la comunicación teatral y circense

Il-bażi legali

Resolución del INAEM por la que se convocan ayudas a la difusión del teatro y del circo y a la comunicación teatral y circense

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 22 029 800

 

Baġit annwali: EUR 7 343 300

L-intensità

65 %

It-tul ta' żmien

1.1.2014-31.12.2016

Setturi ekonomiċi

Arti, divertiment u rikreazzjoni

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Instituto Nacional de las Artes Escénicas y de la Música

MECD Plaza de Rey, 1

28004 Madrid

ESPAÑA

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


13.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/2


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/C 363/02)

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

8.11.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.37136 (13/N)

Stat Membru

Franza

Reġjun

Rhône-Alpes, Pays de la Loire

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Financement de la station de radio locale France Bleu Saint-Étienne Loire

Il-bażi legali

 

Loi no 86-1067 du 30 septembre 1986 modifiée relative à la liberté de communication

 

Décret du 13 novembre 1987 portant approbation du cahier des missions et des charges de la société Radio France

 

Contrat d’objectifs et de moyens entre l'Etat et Radio France (2010-2014)

It-tip tal-miżura

għajnuna individwali

Radio France

L-għan

Servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Għotja diretta

L-estimi

Baġit globali: EUR 0,6 miljun

L-intensità

50 %

It-tul ta' żmien

Setturi ekonomiċi

Informatika u komunikazzjoni, Xandir bir-radju

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Ministère de la culture et de la communication

3 rue de Valois

75033 Paris Cedex 01

FRANCE

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


13.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/3


Awtorizzazzjoni għal għajnuna mill-Istat skont l-Artikoli 107 u 108 tat-TFUE

Fir-rigward ta' dawn il-każijiet il-Kummissjoni ma tqajjimx oġġezzjonijiet

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/C 363/03)

Data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni

3.12.2013

In-numru ta' referenza tal-għajnuna

SA.36753 (13/N)

Stat Membru

Il-Ġermanja

Reġjun

Titolu (u/jew isem tal-benefiċjarju)

Siebtes Gesetz zur Änderung des Filmförderungsgesetzes

Il-bażi legali

Gesetz über Maßnahmen zur Förderung des Deutschen Films (Filmförderungsgesetz — FFG) in der Fassung des Siebten Änderungsgesetzes

It-tip tal-miżura

Skema

L-għan

Kultura

Il-forma tal-għajnuna

Self f'imgħax favorevoli, Għotja diretta

L-estimi

 

Baġit globali: EUR 210 (f'miljuni)

 

Baġit annwali: EUR 70 (f'miljuni)

L-intensità

80 %

It-tul ta' żmien

1.1.2014-31.12.2016

Setturi ekonomiċi

Attivitajiet ta' films taċ-ċinema, vidjo u programmi tat-televixin

Isem u indirizz tal-awtorità responsabbli mill-għajnuna

Filmförderungsanstalt (FFA)

Große Präsidentenstraße 9

10178 Berlin

DEUTSCHLAND

Aktar informazzjoni

It-test tad-deċiżjoni fil-lingwa jew lingwi awtentika/awtentiċi, li minnu tneħħew il-partijiet kunfidenzjali kollha, jinsab fuq is-sit:

http://ec.europa.eu/competition/elojade/isef/index.cfm


13.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7082 – EVO/PKO/eService JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/C 363/04)

Fis-6 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7082. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


13.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/4


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7020 – LVMH/Loro Piana)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/C 363/05)

Fil-15 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7020. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


13.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/5


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7090 – Vopak/Swedegas/GO4LNG JV)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/C 363/06)

Fis-6 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7090. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

13.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/6


Rata tal-kambju tal-euro (1)

It-12 ta’ Diċembru 2013

(2013/C 363/07)

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3775

JPY

Yen Ġappuniż

141,51

DKK

Krona Daniża

7,4607

GBP

Lira Sterlina

0,83970

SEK

Krona Żvediża

9,0604

CHF

Frank Żvizzeru

1,2211

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,4765

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,475

HUF

Forint Ungeriż

303,49

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7030

PLN

Zloty Pollakk

4,1823

RON

Leu Rumen

4,4538

TRY

Lira Turka

2,8073

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5210

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4571

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,6803

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6562

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7266

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 448,33

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,2673

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3675

HRK

Kuna Kroata

7,6385

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 596,36

MYR

Ringgit Malażjan

4,4466

PHP

Peso Filippin

60,832

RUB

Rouble Russu

45,1292

THB

Baht Tajlandiż

44,201

BRL

Real Brażiljan

3,2051

MXN

Peso Messikan

17,8772

INR

Rupi Indjan

85,4160


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


13.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/7


Wiċċ nazzjonali ġdid għall-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2013/C 363/08)

Image

Wiċċ nazzjonali ġdid għall-munita kommemorattiva taż-2 euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni u maħruġa mill-Finlandja

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta' valuta legali fiż-żona tal-euro kollha. Il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha, bħala informazzjoni għall-pubbliku u għall-partijiet kollha li jużaw il-muniti (1). Skont il-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2) dwar dan, l-Istati Membri fiż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jistipula l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni sakemm jintlaħqu ċerti kundizzjonijiet, notevolment li dawn ikunu biss muniti taż-2 euro. Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra ta’ EUR 2, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkun tassew simboliku f’termini nazzjonali jew Ewropej.

Il-pajjiż li qed joħroġ il-munita: Il-Finlandja

Is-suġġett tal-kommemorazzjoni: il-150 anniversarju tal-Parlament tal-1863 meta bdew is-sessjonijiet regolari tal-Parlament fil-Finlandja.

Deskrizzjoni tad-disinn: Il-munita kommemorattiva taż-żewġ euro għandha fuqha s-sena 1863 u fergħa tikber minnha bħala simbolu tal-bidu tad-demokrazija u l-iżvilupp tal-Finlandja. F’nofs ċirku, fil-qiegħ, l-isem tal-pajjiż li qed joħroġ il-munita “SUOMI FINLAND” biż-żewġ kelmiet separati bil-marka taz-zekka, u s-sena “2013”.

Id-Dieta tal-1863 kienet il-bidu tal-perjodu ta' illuminazzjoni. Fil-Finlandja, is-sena 1863 tat bidu għad-demokrazija ġenwina, l-operazzjonijiet trasparenti tal-istampa u d-dritt li tintuża l-lingwa Finlandiża. Mal-bidu ta’ laqgħat regolari tad-Dieta, l-opportunitajiet tal-Finlandiżi biex jinfluwenzaw l-affarijiet f’pajjiżhom stess tjiebu bħal qatt qabel. Is-sena mmarkat il-bidu tal-perjodu ta’ illuminazzjoni għad-demokrazija Finlandiża.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

L-għadd ta’ muniti li għandhom jinħarġu: Miljun

Id-data tal-ħruġ: Settembru 2013


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Il-Qorti tal-Awdituri

13.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/8


Rapport Speċjali Nru 14/2013 “Appoġġ Finanzjarju Dirett mill-Unjoni Ewropea lill-Awtorità Palestinjana”

(2013/C 363/09)

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri b’dan tinfurmak li r-Rapport Speċjali Nru 14/2013 “Appoġġ Finanzjarju Dirett mill-Unjoni Ewropea lill-Awtorità Palestinjana” għadu kif ġie ppubblikat.

Ir-rapport jista’ jiġi kkonsultat jew imniżżel mill-websajt tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri: http://eca.europa.eu

Verżjoni stampata tar-rapport tista’ tinkiseb mingħajr ħlas fuq talba lill-Qorti tal-Awdituri:

Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri

Unità “Awditjar: Il-Produzzjoni tar-Rapporti”

12, rue Alcide de Gasperi

1615 Luxembourg

LUXEMBOURG

Tel. +352 4398-1

Posta elettronika: eca-info@eca.europa.eu

jew billi timla formola ta’ ordni elettronika fuq l-EU-Bookshop.


INFORMAZZJONI MILL-ISTATI MEMBRI

13.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/9


Informazzjoni kkomunikata mill-Istati Membri dwar l-għeluq tas-sajd

(2013/C 363/10)

Skont l-Artikolu 35(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), ittieħdet deċiżjoni li s-sajd jingħalaq kif deskritt fit-tabella hawn taħt:

Data u ħin tal-għeluq

26.11.2013

Tul ta’ żmien

26.11.2013-31.12.2013

Stat Membru

L-Unjoni Ewropea (l-Istati Membri kollha)

Stokk jew Grupp ta’ stokkijiet

RED/N3LN.

Speċi

Redfish (Sebastes spp.)

Żona

NAFO 3LN

Tip(i) ta’ bastimenti tas-sajd

Numru ta’ referenza

71/TQ40


(1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.


V Avviżi

ATTI OĦRAJN

Il-Kummissjoni Ewropea

13.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 363/10


Pubblikazzjoni ta’ applikazzjoni skont l-Artikolu 50(2)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel

(2013/C 363/11)

Din il-pubblikazzjoni tikkonferixxi d-dritt għal oġġezzjoni għall-applikazzjoni skont l-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).

DOKUMENT UNIKU

IR-REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 510/2006

dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel  (2)

“NOISETTE DE CERVIONE — NUCIOLA DI CERVIONI”

Nru tal-KE: FR-PGI-0005-01083-14.01.2013

IĠP ( X ) DPO ( )

1.   Isem

“Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni”

2.   Stat Membru jew Pajjiż Terz

Franza

3.   Deskrizzjoni tal-prodott agrikolu jew tal-oġġett tal-ikel

3.1.   Tip ta’ prodott

Klassi 1.6.

Frott, ħxejjex u ċereali friski jew ipproċessati

3.2.   Deskrizzjoni tal-prodott li japplika għalih l-isem fil-punt (1)

“Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” li ġej mil-varjetà “Fertile de Coutard”, tal-ġeneru Corylus avellana.

3.2.1.    Il-qoxra

L-involukru (tgeżwira) huwa folt, ftit ikbar mill-frotta u kemxejn imqabbeż. Huwa kemxejn spuntat ’il barra, xi ftit bis-snien u jiftaħ sew meta jimmatura.

“Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” għandu forma ta’ qalb iċċattjata. Huwa sottosferiku, ftit marsus fil-ġnub.

Il-ħxuna tvarja bejn 18 u 22 mm.

Il-qoxra hija ħoxna biżżejjed, ratba u lixxa bi strixxi bilkemm tħosshom. Il-ponta hija miksija b’pil sufi ħafif.

“Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” mhuwiex simmetriku. Fih strixxi skuri u ċari li jiksu l-qoxra mill-ġandra sal-ponta. Il-kuluri skuri lejn il-ġandra jiċċaraw qrib il-ponta u fejn għandu l-pil sufi ħafif.

Il-kulur: ismar, tabakk, għasel, qastni, u dant. Il-ponta bil-pil sufi ħafif hija ħafna iktar ċara, kważi beige.

3.2.2.    Il-ġellewża

Il-ġellewża għandha forma ta’ qalb kemxejn mhux tas-soltu u li ma tinstabx f’varjetajiet oħrajn. Għandha kulur sempliċi skur bejn kannella u kannella ħamrani. Mhijiex imqabbża.

Il-“ġewwieni” huwa iebes, b’kulur abjad jagħti fl-isfar sa ivorju abjad karti.

Il-piż relattivament ħafif tal-ġellewża jiġbor fih konċentrazzjoni ta’ togħma u benniet li bihom “Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” jispikka meta mqabbel ma’ ġellewż ieħor, saħansitra ma’ dawk tal-istess varjetajiet iżda prodotti barra ż-żona ġeografika. It-togħma hija sempliċi u ċara. La misnieħ, la qares u lanqas morr. Hemm dik it-togħma ħafifa li tfakkrek fiz-zkuk iżda qatt ma jkun fih togħma ta’ zkuk imxarrbin jew bil-moffa. Huwa ħelu, b’togħma ta’ zokkor mhux ipproċessat, kannella, aromatiku. Jaf tinħass togħma frawlija u ta’ dqiq ħafifa. Fil-ġellewż niexef, hemm togħma rikka, inkaljata u mixwija.

Min-naħa l-oħra, il-konsistenza la hija ta’ dqiq mitħun, u lanqas milwiema. Għall-kuntrarju, hija ħafifa. Tinħass ħafna t-togħma żejtnija, is-sensazzjoni xaħmija, ta’ butir.

“Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” jista’ jiġi kkumerċjalizzat bil-qoxra jew imqaxxar.

3.3.   Materja prima (għall-prodotti pproċessati biss)

3.4.   Għalf għall-annimali (għall-prodotti li ġejjin mill-annimali biss)

3.5.   Stadji speċifiċi tal-produzzjoni li għandhom isiru fiż-żona ġeografika ddefinita

Il-proċessi kollha (tħawwil, produzzjoni, ħsad, tnixxif, ħżin, daqqis, klassifikar, tkissir u tqassim) iridu jsiru fiż-żona ġeografika.

3.6.   Regoli speċifiċi għat-tfettit, għat-tħin, għall-ippakkjar, eċċ.

Għal “Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” bil-qoxra: l-imballaġġi magħluqin kollha huma awtorizzati.

Għall-ġellewż: kull xorta ta’ materjal alimentari magħluq huwa awtorizzat. Bejgħ fi xbieki mhuwiex awtorizzat.

“Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” huwa ppakkjat f’boroż li jifilħu massimu ta’ 25 kg.

L-ippakkjar tal-ġellewż irid isir fiż-żona ġeografika.

Fil-fatt, it-tnixxif isir b’mod naturali fuq il-ġellewż b’rata ta’ umdità li ma taqbiżx l-20 % malli jasal fl-istazzjon, bis-saħħa tal-kundizzjonijiet idroklimatoloġiċi partikolari taż-żona ġeografika (evaporazzjoni, l-effett tar-riħ, …). Matul it-tnixxif, “Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” jinħażen fil-qoxra f’kaxex, pelits jew silos, f’post kenni u għall-arja, u dan isir sal-fażi tat-tkissir. Dawn il-kundizzjonijiet ta’ konservazzjoni jippermettu li jiġi evitat assorbiment ta’ umdità matul il-ħżin.

Kwalunkwe operazzjoni ta’ trasport barra ż-żona ġeografika ġġib magħha riskju ta’ assorbiment tal-umdità mill-ġellewża.

Meta jseħħ it-tkissir, li jsir b’mod mekkaniku, dan isir fuq talba u fi kwantitajiet żgħar biss. F’din il-fażi, il-ġellewż ma jibqax protett mill-qoxra tiegħu u b’hekk ikun sensittiv ferm għal ossidazzjoni. Sabiex ikun evitat kull riskju ta’ ossidazzjoni u tiġi ottimizzata l-kwalità tal-frott, it-tqassim u l-ippakkjar tal-ġellewż isiru dlonk wara l-fażi ta’ tkissir. Dawn iż-żewġ stadji, it-tqassim u l-ippakkjar, iridu jsiru f’daqqa u bilfors iridu jsiru fiż-żona ġeografika.

3.7.   Regoli speċifiċi dwar it-tikkettar

It-tikketta tindika:

l-isem tal-prodott: “Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni”;

il-logo IĠP tal-Unjoni Ewropea.

4.   Deskrizzjoni fil-qosor tad-definizzjoni taż-żona ġeografika

Id-definizzjoni taż-żona ġeografika hija msejsa fuq il-karatteristiċi taż-żoni fejn ġiet ikkultivata l-ġellewża u fuq il-kriterji li jgħinu fl-iżvilupp tagħha (igrometrija għolja, evaporazzjoni potenzjali dgħajfa, ħamrija rikka f’ilma fis-sajf filwaqt li ma żżommx ilma fix-xitwa f’altitudni ta’ bejn 0 u 700 metru).

Iż-żona ġeografika tinfirex tul id-distrett amministrattiv ta’ Haute-Corse, fid-distretti li ġejjin:

Aghione, Aléria, Antisanti, Borgo, Campana, Campile, Canale-di-Verde, Carcheto-Brustico, Carpineto, Casabianca, Casalta, Casevecchie, Castellare-di-Casinca, Cervione, Chiatra, Croce, Felce, Ficaja, Ghisonaccia, Giocatojo, Giuncaggio, Linguizzetta, Loreto-di-Casinca, Lucciana, Matra, Moïta, Monaccia-d’Orezza, Monte, Nocario, Novale, Olmo, Ortale, Pancheraccia, Parata, Penta-di-Casinca, Perelli, Pero-Casevecchie, Piano, Piazzali, Piazzole, Piedicroce, Piedipartino, Pie-d’Orezza, Pietra-di-Verde, Pietroso, Poggio-Maraniccio, Poggio-Mezzana, Polveroso, Porri, La Porta, Prunelli-di-Fiumorbo, Pruno, Rapaggio, San-Damiano, San-Gavino-d’Ampugnani, San-Giovanni-di-Moriani, San-Giuliano, San-Nicolao, Santa-Lucia-di-Moriani, Santa-Maria-Poggio, Sant’Andréa-di-Cotone, Santa-Reparata-di-Moriani, Scata, Silvareccio, Sorbo-Ocagnano, Taglio-Isolaccio, Talasani, Tallone, Tox, Valle-d’Alesani, Valle-di-Campoloro, Valle-d’Orezza, Velone-Orneto, Venzolasca, Verdèse, Vescovato, Vezzani.

5.   Rabta maż-żona ġeografika

5.1.   L-ispeċifiċità taż-żona ġeografika

5.1.1.    Fatturi naturali

F’din iż-żona ġeografika hemm widien mimlijin tafal u ġebel artab (shale) b’komponent qawwi ta’ ħama, li jibdew miż-żona tal-muntanji medji (inqas minn 700 metru) sax-xtut, fil-Lvant ta’ Korsika, lok li jiggarantixxi sigħat ta’ xemx u igrometrija speċifika favorevoli għat-tkabbir tal-ġellewża. Apparti minn hekk, l-orjentazzjoni lejn il-Grigal iġġib magħha temperaturi relattivament baxxi fix-xitwa u ammonti importanti ta’ xita fis-sena.

Fil-fruntiera mal-baħar Mediterran, iż-żona ġeografika tibbenefika tul is-sena kollha minn żiffa ħelwa mill-Majjistral għax-Xlokk (medja ta’ 2 m/s) li, flimkien mal-livelli massimi ta’ evaporazzjoni osservati fis-sajf (bejn 2,5 u 4,5 mm/jr), tikkontribwixxi b’mod naturali għat-tnixxif tal-ġellewża.

L-insett ewlieni li jeqred il-ġellewża, il-bumunqar tal-lewż (Curculio nucum), ma jeżistix fil-Korsika, grazzi għall-insularità tagħha. Ħlief f’każ ta’ problema sanitarja, l-għelieqi ma jirċivux trattamenti fitosanitarji, għall-kuntrarju taż-żoni ta’ produzzjoni kollha l-oħrajn.

5.1.2.    Fatturi umani

Kultura antika fil-Korsika

Huwa kkonfermat li l-kultura tal-ġellewża ilha preżenti fil-Mediterran minn żmien twil ilu, kif b’mod partikolari kitbu l-awturi ta’ Ruma l-Antika bħal Marco Porcio Catone (234-149) li, f’“Liber de agri cultura”, kiteb dwar l-eżistenza ta’ bosta varjetajiet u ta pariri dwar il-kultivazzjoni tagħhom.

Kien fil-bidu tas-seklu li għadda li t-tkabbir tal-ġellewża beda jinfirex u laħaq il-quċċata tiegħu f’Korsika. Wara l-kesħa eċċezzjonali tal-1905, iċ-ċitru ta’ Korsika kważi għeb u postu ttieħed mit-tħawwil ta’ ġellewż.

L-iżvilupp qawwi tal-industrija agroalimentari bejn iż-żewġ gwerer ħeġġeġ it-tkabbir tal-ġellewża f’Korsika u din il-produzzjoni bdiet iġġib magħha dħul importanti.

Għarfien speċifiku

L-għelieqi tal-ġellewż ta’ Korsika, li llum il-parti l-kbira tagħhom jitħawlu bil-varjetà Fertile de Coutard, fihom il-karatteristiċi ta’ ġestjoni tal-għelejjel li ġejjin:

densità baxxa ta’ pjanti mħawlin. Fl-għelieqi l-antiki, id-densitajiet huma fil-parti l-kbira baxxi u fiż-żoni ta’ tħawwil il-ġodda, id-densità massima hija ta’ 400 pjanta f’kull ettaru. Id-distanzi bejn ringiela u oħra huma tal-inqas 5 metri;

uċuh żgħar ta’ ħbula ta’ raba’ (medja ta’ ettaru);

ġestjoni tal-għelieqi bi troffi ta’ xagħar ħalli jiġġeddu l-għeruq. It-tneħħija sistematika taz-zkuk antiki u ta’ zkuk li jiħżienu f’din it-tip ta’ ġestjoni, tillimita l-mard fiz-zkuk u tippermetti l-iżvilupp tal-għeruq ġodda;

tnaqqija mekkanika;

użu ta’ nutrijenti fil-forma ta’ fertilizzanti u modifiki organiċi biss;

użu ta’ erbiċida projbit;

nuqqas ta’ trattament fitosanitarju preventiv fl-għelieqi.

5.2.   Speċifiċità tal-prodott

Il-karatteristiċi ewlenin ta’ “Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” huma:

id-daqs tal-ġellewża tiegħu li huwa iżgħar minn dak ta’ frott ieħor tal-istess varjetà prodott barra ż-żona ġeografika;

il-piż relattivament ħafif tal-ġellewża tiegħu. Fil-fatt, il-piż tal-ġellewża ta’ “Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” rari jaqbeż it-30 % filwaqt li skont l-osservazzjonijiet ta’ CTIFL (Centre technique interprofessionnel des fruits et légumes), dan jinvolvi bejn 39 u 44 % tal-piż tal-frotta sħiħa għall-ġellewż tal-istess varjetà prodott barra ż-żona ġeografika;

din il-karatteritsika ġġib magħha konċentrazzjoni ta’ togħma u benna li jaqilgħuh minn ġellewż ieħor;

il-forma ta’ qalb kemxejn mhux tas-soltu tal-ġellewża tiegħu li ma tinstabx fil-varjetajiet l-oħrajn;

il-kulur sempliċi skur bejn kannella u kannella ħamrani tal-ġellewża, li mhijiex imqabbża;

ġewwieni iebes, b’kulur abjad jagħti fl-isfar sa avorju abjad karti.

“Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” jibbenefika wkoll minn reputazzjoni li ilha stabbilita.

5.3.   Rabta kawżali bejn iż-żona ġeografika u l-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott (għal DPO), jew il-kwalità speċifika, ir-reputazzjoni jew karatteristika oħra tal-prodott (għall-IĠP)

Ir-rabta kawżali ta’ “Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” hija msejsa fuq il-kwalità determinata tiegħu u r-reputazzjoni tiegħu.

Il-ġellewża tradizzjonali tar-reġjun ta’ Cervione hija msawra b’mod esklussiv minn Fertile de Coutard, varjetà li hemmhekk sabet il-kundizzjonijiet, sew naturali kif ukoll umani, għal adattament eċċellenti.

Is-sigħat ta’ xemx u l-igrometrija speċifiċi taż-żona ġeografika jippermettu li tiġi evitata evapotraspirazzjoni fatali tal-ġellewża matul il-perjodu ta’ tkabbir veġetattiv tagħha. It-temperaturi xitwin huma baxxi biżżejjed sabiex jinkiseb biżżejjed mistrieħ veġetattiv u l-ammont ta’ xita huwa ideali għat-tkabbir tal-ġellewża. Dawn il-kundizzjonijiet, sfavorevoli għall-iżvilupp ta’ fungus u batterji, jillimitaw anki r-riskji ta’ tgħarriq tal-kwalità organolettika tal-ġellewż.

L-evaporazzjoni, li tilħaq l-ogħla livelli matul il-ħsad, u ż-żiffa li ġejja mill-baħar għandhom impatt importanti u pożittiv fuq it-tnixxif ta’ “Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” f’kundizzjonijiet ambjentali naturali.

Il-ġestjoni speċifika tal-għelieqi (densità baxxa tat-tħawwil, wiċċ żgħir ta’ ħbula tar-raba’, ġestjoni bi troffi ta’ xagħar u tnaqqija mekkanika) jippermettu wkoll li jiġu sfruttati dawn il-kundizzjonijiet naturali favorevoli bla ma jitbattlu r-riżervi tal-ħamrija.

Ir-rinunzja għall-fertilizzanti kimiċi tippermetti li jiġi evitat ħsad eċċessiv (riskju ta’ ġellewż insipidu) u li jonqos l-iżvilupp ta’ mard.

Il-ġestjoni bi troffi ta’ xagħar, li tiffavorixxi l-produzzjoni ta’ zkuk iktar mill-frott, tillimita l-ħsad u tgħin sabiex jinkiseb frott irqaq. Dan jagħti lil “Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” piż relattivament ħafif tal-ġellewża u forma ta’ qalb mhux tas-soltu kif ukoll konċentrazzjoni ta’ togħma u sensi li jaqilgħuh minn ġellewż ieħor. Anki l-użu esklussiv ta’ tejjieba organiċi li jeħilsu kwantitajiet żgħar ta’ nitroġenu jgħin sabiex jiġi limitat il-ħsad, u b’hekk jifforma ġellewż żgħir b’togħma intensa.

“Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” kiseb ukoll fama kbira għall-kwalità tiegħu, kemm bis-saħħa tal-produzzjoni bnina, naturali u li tirrispetta l-ambjent tiegħu kif ukoll grazzi għall-finezza tat-togħmiet tiegħu.

Il-kwalità ta’ “Noisette de Cervione — Nuciola di Cervioni” u l-kwantitajiet prodotti ppermettew li jinkiseb suċċess kummerċjali awtentiku fis-snin sittin u sebgħin u diffużjoni internazzjonali tal-prodott. Ir-reputazzjoni tal-prodott hija insulari wkoll. Saret tirreferi għall-Korsika kollha, u meta wieħed isemmi ġellewż, ikun qed jirreferi għall-ġellewża ta’ Cervione (“a nuciola di Cervioni”). Din ir-referenza tant daħlet li fil-vokabolarju ta’ ċerti reġjuni tintuża l-kelma “nuciola” (ġellewża) biex issir referenza għall-ġellewża ta’ Cervione, filwaqt li l-kelma tal-vokabolarju attwali ta’ dawn ir-reġjuni hija “nucellula”.

Finalment, ir-raħal ta’ Cervione ilu 10 snin jilqa’ l-fiera agrikola u rurali tal-ġellewż “A fiera di a nuciola” fit-tmiem il-ġimgħa ta’ qabel tal-aħħar ta’ Awwissu. Spiss, dan l-avveniment jippermetti sabiex il-prodott jindaq bil-qoxra jew ipproċessat mill-viżitaturi lokali kif ukoll mit-turisti.

Referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni

(L-Artikolu 5(7) tar-Regolament (KE) Nru 510/2006 (3))

http://www.inao.gouv.fr/fichier/CDCIGPNoisettedeCervione-NucioladiCervioniV1.pdf


(1)  ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1.

(2)  ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Sostitwit mir-Regolament (UE) Nru 1151/2012.

(3)  Ara n-nota f’qiegħ il-paġna Nru 2.