ISSN 1977-0987

doi:10.3000/19770987.C_2013.358.mlt

Il-Ġurnal Uffiċjali

tal-Unjoni Ewropea

C 358

European flag  

Edizzjoni bil-Malti

Informazzjoni u Avviżi

Volum 56
7 ta' Diċembru 2013


Avviż Nru

Werrej

Paġna

 

II   Komunikazzjonijiet

 

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 358/01

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7038 – Nippon Express/Panasonic Corporation/Panasonic Logistics) ( 1 )

1

2013/C 358/02

Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7043 – GDF Suez/Balfour Beatty (UK Facilities Management)) ( 1 )

1

2013/C 358/03

Avviż mill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2014 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni għall-prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur

2

 

IV   Informazzjoni

 

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

 

Il-Kunsill

2013/C 358/04

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2013 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Kroazja, l-Ungerija, il-Portugall u r-Renju Unit

3

2013/C 358/05

Deċiżjoni tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2013 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

5

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 358/06

Rata tal-kambju tal-euro

9

 

Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

2013/C 358/07

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq il-proposti tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-apparat mediku, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u Regolament dwar apparat mediku dijanjostiku in vitro

10

2013/C 358/08

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar Pjan ta' Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020 – Kura tas-saħħa innovattiva għas-seklu 21

13

2013/C 358/09

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment

15

2013/C 358/10

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar The Digital Agenda for Europe — Driving European growth digitally (L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa – Inmexxu t-tkabbir Ewropew b'mod diġitali)

17

2013/C 358/11

Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar ir-rappurtar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li jemenda r-Regolament u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 u l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 996/2010

19

 

V   Avviżi

 

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

 

Il-Kummissjoni Ewropea

2013/C 358/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6927 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Barclays/Intertain) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 )

22

2013/C 358/13

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6817 – Allianz/Axa/Covéa/Generali/CSCA/Netproassur) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 )

24

 


 

(1)   Test b’relevanza għaż-ŻEE

MT

 


II Komunikazzjonijiet

KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kummissjoni Ewropea

7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7038 – Nippon Express/Panasonic Corporation/Panasonic Logistics)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 358/01

Fit-28 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7038. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/1


Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata

(Każ COMP/M.7043 – GDF Suez/Balfour Beatty (UK Facilities Management))

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 358/02

Fid-29 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:

Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali,

f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7043. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea.


7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/2


Avviż mill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2014 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni għall-prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur

2013/C 358/03

Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 (1) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti mis-setturi tal-laħam tat-tjur. It-talbiet għal liċenzji tal-importazzjoni li tressqu matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ottubru 2013 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2014, għall-kwoti 09.4212, 09.4217, 09.4218 u 09.4256, kienu jkopru kwantitajiet iżgħar minn dawk disponibbli. F’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (2), il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux talbiet, huma miżjuda mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwoti ta’ wara, mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2014, u jidhru fl-Anness ta' dan l-Avviż.


(1)  ĠU L 142, 5.6.2007, p. 3.

(2)  ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.


ANNESS

Nru tal-ordni tal-kwota

Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2014

(f'kg)

09.4212

44 864 920

09.4217

12 369 400

09.4218

9 276 800

09.4256

3 245 004


IV Informazzjoni

INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA

Il-Kunsill

7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/3


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-2 ta’ Diċembru 2013

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Kroazja, l-Ungerija, il-Portugall u r-Renju Unit

2013/C 358/04

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,

Wara li kkunsidra l-listi ta’ nominazzjonijiet għall-ħatra ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tat-22 ta' April 2013 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mit-22 ta' April 2013 sat-28 ta' Frar 2016, bl-eċċezzjoni ta' ċerti membri.

(2)

Il-Gvernijiet tal-Kroazja, l-Ungerija, il-Portugall u r-Renju Unit ippreżentaw nomini għal numru ta' postijiet li għandhom jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-28 ta' Frar 2016:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membru

Membru supplenti

Kroazja

Is-Sur Zdravko MURATTI

Is-Sinjura Inga ŽIC

Is-Sur Ilija TADIĆ

Portugall

 

Is-Sur António SANTOS


II.   RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

Pajjiż

Membru

Membru supplenti

Ungerija

Is-Sur Károly GYÖRGY

Is-Sur Szilárd SOMLAI


III.   RAPPREŻENTANTI TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membru

Membru supplenti

Kroazja

Is-Sinjura Admira RIBIČIĊ

Is-Sur Nenad SEIFERT

Is-Sinjura Milica JOVANOVIĆ

Renju Unit

 

Is-Sinjura Hannah MURPHY

Artikolu 2

Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom mhumiex innominati f'data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GUSTAS


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (2003/C 218/01) (ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1). Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 05 Volume 04 P. 285-288

(2)  Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' April 2013 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 120, 26.4.2013, p. 7).


7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/5


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-2 ta’ Diċembru 2013

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

2013/C 358/05

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi tan-nominazzjonijiet għall-ħatra ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2010 (2), is-7 ta’ Marzu 2011 (3), it-12 ta’ Lulju 2011 (4) l-20 ta’ Settembru 2011 (5) u d-29 ta’ Ottubru 2012 (6), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2010 sat-30 ta’ Novembru 2013.

(2)

Il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija, li jirrappreżentaw il-Gvernijiet tal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem, għandhom jinħatru għal perijodu ta’ tliet snin.

(3)

Hija l-Kummissjoni li għandha taħtar ir-rappreżentanti tagħha stess fuq il-Bord ta’ Tmexxija,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin għandhom ikunu maħtura membri u membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2013 sat-30 ta’ Novembru 2016:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Supplenti

Il-Belġju

Is-Sur Michel DE GOLS

Is-Sur Alain PIETTE

Il-Bulgarija

Is-Sinjura Teodora TODOROVA

Is-Sur Iskren ANGELOV

Ir-Repubblika Ċeka

Is-Sur Vlastimil VÁŇA

Is-Sinjura Veronika ŽIDLÍKOVÁ

Id-Danimarka

Is-Sinjura Lone HENRIKSEN

Is-Sinjura Lis WITSØ-LUND

Il-Ġermanja

Is-Sur Andreas HORST

Is-Sur Sebastian JOBELIUS

L-Estonja

Is-Sinjura Eva PÕLDIS

Is-Sinjura Ester RÜNKLA

L-Irlanda

Is-Sur Paul CULLEN

Is-Sinjura Mary O’SULLIVAN

Il-Greċja

Is-Sinjura Stamatia PISIMISI

Is-Sur Ioannis KONSTANTAKOPOULOS

Il-Kroazja

Is-Sinjura Narcisa MANOJLOVIĆ

Is-Sinjura Olivera FIŠEKOVIĆ

Spanja

Is-Sinjura Paloma GARCÍA GARCÍA

Is-Sur José Ignacio MARTÍN FERNÁNDEZ

Franza

Is-Sinjura Valérie DELAHAYE-GUILLOCHEAU

Is-Sinjura Marie-Soline CHOMEL

L-Italja

Is-Sinjura Aviana Maria Teresa BULGARELLI

Is-Sinjura Carla ANTONUCCI

Ċipru

Is-Sur Andreas MYLONAS

Is-Sur Orestis MESSIOS

Il-Latvja

Is-Sinjura Ineta TĀRE

Is-Sinjura Ineta VJAKSE

Il-Litwanja

Is-Sinjura Rita SKREBIŠKIENĖ

Is-Sur Evaldas BACEVIČIUS

Il-Lussemburgu

Is-Sinjura Nadine WELTER

Is-Sur Gary TUNSCH

L-Ungerija

 

 

Malta

Is-Sur Roderick MIZZI

Is-Sur Anthony AZZOPARDI

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Is-Sur Roel GANS

Is-Sur Martin BLOMSMA

L-Awstrija

Is-Sinjura Stephanie MATTES

Is-Sinjura Petra PENCS

Il-Polonja

Is-Sur Jerzy CIECHAŃSKI

Is-Sinjura Joanna MACIEJEWSKA

Il-Portugall

Is-Sur Manuel MADURO ROXO

Is-Sinjura Isilda FERNANDES

Ir-Rumanija

Is-Sur Alexandru ALEXE

Is-Sinjura Liliana Ramona MOȘTENESCU

Is-Slovenja

Is-Sinjura Vladka KOMEL

Is-Sur Andraž BOBOVNIK

Is-Slovakkja

Is-Sinjura Silvia GREGORCOVÁ

 

Il-Finlandja

Is-Sur Antti NÄRHINEN

Is-Sinjura Maija LYLY-YRJÄNÄINEN

L-Isvezja

Is-Sur Hannes KANTELIUS

Is-Sur Håkan NYMAN

Ir-Renju Unit

Is-Sur Ciaran DEVLIN

Is-Sinjura Shyamala BALENDRA


II.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-ĦADDIEMA

Pajjiż

Membri

Supplenti

Il-Belġju

Is-Sur Herman FONCK

Is-Sur François PHILIPS

Il-Bulgarija

Is-Sur Ivan KOKALOV

Is-Sur Vesselin MITOV

Ir-Repubblika Ċeka

Is-Sinjura Hana MÁLKOVÁ

Is-Sur Tomáš PAVELKA

Id-Danimarka

Is-Sur Jan KAHR FREDERIKSEN

Is-Sinjura Heidi RØNNE MØLLER

Il-Ġermanja

Is-Sinjura Marika HÖHN

Is-Sinjura Ghazaleh NAZZIBI

L-Estonja

Is-Sur Kalle KALDA

Is-Sinjura Kadi ALATALU

L-Irlanda

Is-Sinjura Sally Anne KINAHAN

Is-Sur Peter RIGNEY

Il-Greċja

Is-Sur Panagiotis SYRIOPOULOS

Is-Sur Panagiotis KORDATOS

Il-Kroazja

Is-Sinjura Marija HANŽEVAČKI

Is-Sinjura Dijana ŠOBOTA

Spanja

Is-Sinjura Antonia RAMOS YUSTE

Is-Sur Ramon BAEZA

Franza

Is-Sur Emmanuel COUVREUR

Is-Sur Rafaël NEDZYNSKI

L-Italja

Is-Sur Fausto DURANTE

Is-Sinjura Cinzia DEL RIO

Ċipru

Is-Sur Nicolaos EPISTITHIOU

 

Il-Latvja

Is-Sinjura Ruta PORNIECE

 

Il-Litwanja

Is-Sinjura Kristina KRUPAVIČIENĖ

Is-Sinjura Danute ŠLIONSKIENĖ

Il-Lussemburgu

Is-sinjura Véronique EISCHEN

Is-Sur Vincent JACQUET

L-Ungerija

Is-Sinjura Melinda KELEMEN

Is-Sinjura Erzsébet HANTI

Malta

 

 

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Is-Sur Erik PENTENGA

Is-Sinjura Sonja BALJEU

L-Awstrija

Is-Sinjura Dinah DJALINOUS-GLATZ

Is-Sur Adi BUXBAUM

Il-Polonja

Is-Sur Bogdan OLSZEWSKI

Is-Sur Piotr OSTROWSKI

Il-Portugall

Is-Sur Armando da COSTA FARIAS

Is-Sur Vítor Manuel VICENTE COELHO

Ir-Rumanija

Is-Sur Adrian MARIN

Is-Sinjura Luminița VINTILĂ

Is-Slovenja

Is-Sur Pavle VRHOVEC

Is-Sinjura Maja KONJAR

Is-Slovakkja

Is-Sur Erik MACÁK

 

Il-Finlandja

Is-Sur Juha ANTILA

Is-Sinjura Leila KURKI

L-Isvezja

Is-Sur Mats ESSEMYR

Is-Sur Sten GELLERSTEDT

Ir-Renju Unit

Is-Sur Paul SELLERS

Is-Sinjura Elena CRASTA


III.   RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membri

Supplenti

Il-Belġju

Is-Sur Kris DE MEESTER

Is-Sur Roland WAEYAERT

Il-Bulgarija

Is-Sur Dimiter BRANKOV

Is-Sur Nikola ZIKATANOV

Ir-Repubblika Ċeka

Is-Sinjura Vladimíra DRBALOVÁ

Is-Sinjura Pavla BŘEČKOVÁ

Id-Danimarka

Is-Sinjura Karen ROIY

Is-Sinjura Berit TOFT FIHL

Il-Ġermanja

Is-Sur Lutz MÜHL

Is-Sinjura Renate HORNUNG-DRAUS

L-Estonja

Is-Sinjura Eve PÄÄRENDSON

Is-Sinjura Marika MERILAI

L-Irlanda

Is-Sur Brendan McGINTY

Is-Sur Eamonn McCOY

Il-Greċja

Is-Sinjura Rena BARDANI

Is-Sinjura Katerina DASKALAKI

Il-Kroazja

Is-Sur Davor MAJETIC

Is-Sur Nenad SEIFERT

Spanja

Is-Sur Miguel CANALES GUTIÉRREZ

Is-Sur Javier BLASCO de LUNA

Franza

Is-Sur Emmanuel JAHAN

 

L-Italja

Is-Sinjura Stefania ROSSI

Is-Sinjura Paola ASTORRI

Ċipru

Is-Sinjura Lena PANAYIOTOU

Is-Sur Polyvios POLYVIOU

Il-Latvja

Is-Sinjura Ilona KIUKUCĀNE

Is-Sinjura Anita LĪCE

Il-Litwanja

 

 

Il-Lussemburgu

Is-Sur Fabio STUPICI

Is-Sinjura Magalie LYSIAK

L-Ungerija

Is-Sur Antal CSUPORT

Is-Sinjura Adrienn BALINT

Malta

Is-Sur Martin BORG

 

Il-Pajjiżi l-Baxxi

Is-Sur W.M.J.M. VAN MIERLO

Is-Sur Gerard A. M. VAN DER GRIND

L-Awstrija

Is-Sinjura Katharina LINDNER

Is-Sinjura Heidrun MAIER-DE-KRUIJFF

Il-Polonja

Is-Sinjura Anna KWIATKIEWICZ

 

Il-Portugall

Is-Sur Marcelino Peralta PENA COSTA

Is-Sur António VERGUEIRO

Ir-Rumanija

Is-Sur Doru Claudian FRUNZULICĂ

Is-Sur Ștefan RĂDEANU

Is-Slovenja

Is-Sinjura Tatjana PAJNKIHAR

Is-Sur Igor ANTAUER

Is-Slovakkja

Is-Sur Martin HOŠTÁK

 

Il-Finlandja

Is-Sinjura Jenni RUOKONEN

Is-Sinjura Minna ETU-SEPPÄLÄ

L-Isvezja

Is-Sur Sverker RUDEBERG

Is-Sur Niklas BECKMAN

Ir-Renju Unit

Is-Sur Neil CARBERRY

Is-Sur Rob WALL

Artikolu 2

Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membru supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2013.

Għall-Kunsill

Il-President

E. GUSTAS


(1)  ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(2)  ĠU C 322, 27.11.2010, p. 8.

(3)  ĠU C 83, 17.3.2011, p. 4.

(4)  ĠU C 208, 14.7.2011, p. 3.

(5)  ĠU C 278, 22.9.2011, p. 2.

(6)  ĠU C 334, 31.10.2012, p. 2.


Il-Kummissjoni Ewropea

7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/9


Rata tal-kambju tal-euro (1)

Is-6 ta’ Diċembru 2013

2013/C 358/06

1 euro =


 

Munita

Rata tal-kambju

USD

Dollaru Amerikan

1,3661

JPY

Yen Ġappuniż

139,63

DKK

Krona Daniża

7,4600

GBP

Lira Sterlina

0,83580

SEK

Krona Żvediża

8,9261

CHF

Frank Żvizzeru

1,2231

ISK

Krona Iżlandiża

 

NOK

Krona Norveġiża

8,4340

BGN

Lev Bulgaru

1,9558

CZK

Krona Ċeka

27,480

HUF

Forint Ungeriż

302,25

LTL

Litas Litwan

3,4528

LVL

Lats Latvjan

0,7030

PLN

Zloty Pollakk

4,1938

RON

Leu Rumen

4,4610

TRY

Lira Turka

2,7876

AUD

Dollaru Awstraljan

1,5065

CAD

Dollaru Kanadiż

1,4548

HKD

Dollaru ta' Hong Kong

10,5937

NZD

Dollaru tan-New Zealand

1,6663

SGD

Dollaru tas-Singapor

1,7119

KRW

Won tal-Korea t'Isfel

1 444,01

ZAR

Rand ta' l-Afrika t'Isfel

14,3055

CNY

Yuan ren-min-bi Ċiniż

8,3103

HRK

Kuna Kroata

7,6425

IDR

Rupiah Indoneżjan

16 298,17

MYR

Ringgit Malażjan

4,4192

PHP

Peso Filippin

60,139

RUB

Rouble Russu

45,0410

THB

Baht Tajlandiż

44,133

BRL

Real Brażiljan

3,2237

MXN

Peso Messikan

17,8348

INR

Rupi Indjan

84,1550


(1)  Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.


Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/10


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq il-proposti tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-apparat mediku, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u Regolament dwar apparat mediku dijanjostiku in vitro

(It-test sħiħ ta' din l-Opinjoni huwa disponibbli bl-EN, FR u DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2013/C 358/07

1.   Introduzzjoni

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fis-26 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni adottat żewġ proposti għal Regolament dwar l-apparat mediku (“ir-Regolament propost dwar l-MD”) (1), u Regolament dwar apparat mediku dijanjostiku in vitro (“ir-Regolament propost dwar l-IVD”) (2). Dawn il-proposti ntbagħtu lill-KEPD għal konsultazzjoni fit-2 ta’ Ottubru 2012.

2.

Il-KEPD jilqa' l-fatt li huwa kkonsultat mill-Kummissjoni u jirrakkomanda li tiddaħħal referenza għall-konsultazzjoni fil-preamboli tar-Regolamenti proposti.

1.2.   Għanijiet u kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament propost

3.

Ir-Regoalmenti proposti għandhom l-għan li jiżguraw is-sikurezza tal-apparat mediku (“MDs”) (3) u apparat mediku dijanjostiku in vitro (“IVDs”) (4) u ċ-ċirkolazzjoni libera tagħhom fi ħdan is-suq intern. Jemendaw u jiċċaraw il-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti, sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni l-progress xjentifiku u teknoloġiku. Ir-Regolamenti proposti fihom oqfsa legali biex tintuża database elettronika eżistenti (database ta' Eudamed) (5) fil-livell tal-UE biex titħaffef il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet ħalli jiġu żgurati risponsi mgħaġġla u konsistenti għal kwistjonijiet ta' sikurezza, tiżdied it-traċċabilità tal-apparat fi ħdan il-katina tal-provvista u jiġu ċċarati l-obbligi u r-responsabilitajiet tal-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri. Barra minn hekk, isaħħu l-livelli differenti tas-superviżjoni billi jiġu ċċarati u msaħħa l-pożizzjoni u s-setgħat tal-awtoritajiet pubbliċi fir-rigward tal-atturi ekonomiċi.

1.3.   Għan tal-Opinjoni tal-KEPD

4.

Ir-Regolamenti proposti ser jaffettwaw id-drittijiet tal-individwi relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. Fost kwistjonijiet oħrajn, jindirizzaw l-ipproċessar ta' dejta sensittiva oħra (dejta dwar is-saħħa) database ċentrali fil-livell tal-UE li tinkludi dejta personali, sorveljanza tas-suq (6) u żamma tar-rekords.

5.

Il-KEPD jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni għamlet sforz biex tiggarantixxi l-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fir-Regolamenti proposti. Madankollu, il-KEPD jara li hemm bżonn li jsiru xi kjarifiki b'enfasi partikolari fuq id-dejta sensittiva, speċjalment meta din il-kategorija ta' dejta personali tasal fil-fażi tal-ipproċessar u l-ħżin fid-database ssuġġerita mir-Regolamenti proposti. Tabilħaqq, il-KEPD identifika ċerti ambigwitajiet u inkonsistenzi bil-mod li bih ir-Regolamenti jindirizzaw il-kwistjoni ta' jekk hijiex sejra tiġi pproċessata dejta personali u liema kategoriji minnha, b'mod partikolari meta tinħażen u tiġi pproċessata d-dejta sensittiva dwar is-saħħa.

3.   Konklużjonijiet

40.

Il-KEPD jilqa' l-attenzjoni mogħtija b'mod speċifiku għall-protezzjoni tad-dejta fir-Regolamenti proposti, iżda sab lok għal iktar titjib.

41.

Il-KEPD jirrakkomanda li:

l-Artikolu 85 tar-Regolament propost dwar l-MD u l-Artikolu 81 tar-Regolament propost dwar l-IVD jiċċaraw ir-referenza għad-Direttiva 95/46/KE billi jispeċifika li d-dispożizzjonijiet japplikaw skont ir-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE.

fl-Artikolu 85 tar-Regolament propost dwar l-MD u fl-Artikolu 81 tar-Regolament propost dwar l-IVD tiddaħħal referenza espliċita għall-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001.

jiddaħħlu paragrafi simili dwar l-iskopijiet għall-ipproċessar tad-dejta, id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u l-perjodi ta' żamma tad-dejta bħal fl-Artikolu 27 tar-Regolament propost dwar l-MD fl-Artikolu 25 tar-Regolament propost dwar l-IVD, soġġetti għall-modifiki ssuġġeriti f'din l-Opinjoni.

tiddaħħal definizzjoni tat-terminu “suġġett” fir-Regolamenti proposti.

tiġi evitata b'mod ċar l-inklużjoni tad-dejta dwar is-saħħa tal-pazjenti kollha fil-modulu tal-investigazzjonijiet kliniċi tad-database tal-Eudamed.

jiddaħħlu dispożizzjonijiet fir-Regolament propost dwar l-MD u r-Regolament propost dwar l-IVD li jiddefinixxu biċ-ċar f'liema sitwazzjonijiet u soġġetti għal liema salvagwardji ser iseħħu l-ipproċessar u l-ħżin ta' informazzjoni li fiha dejta dwar is-saħħa tal-pazjenti fid-database tal-Eudamed dwar il-viġilanza u s-sorveljanza ta' wara l-kummerċjalizzazzjoni. B'mod partikolari, ir-Regolament propost għandu jkun jeħtieġ li l-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tar-riskju qabel l-ipproċessar u l-ħżin ta' kwalunkwe dejta dwar is-saħħa tal-pazjenti fid-database tal-Eudamed.

fi Premessa taż-żewġ Regolamenti proposti, jiġi inkluż li kwalunkwe miżura ta' implimentazzjoni li tkun ser tiġi adottata skont ir-Regolamenti proposti għandha tispeċifika fid-dettall l-implikazzjonijiet għall-protezzjoni tad-dejta tal-karatteristiċi funzjonali u tekniċi tad-database tal-Eudamed u l-KEPD għandu jiġi kkonsultat.

jiġi ddikjarat b'mod espliċitu li r-rapporti perjodiċi fl-Artikolu 61 tar-Regolament propost dwar l-MD u l-Artikolu 59 tar-Regolament propost dwar l-IVD għandhom jużaw biss dejta anonima.

tiżdied is-sentenza li ġejja mal-Artikolu 8(6) taż-żewġ Regolamenti proposti: “Qabel ma jseħħ kwalunkwe pproċessar ta' dejta dwar is-saħħa tal-pazjenti, il-manifatturi għandhom jiksbu kunsens espliċitu mis-suġġett tad-dejta skont l-Artikolu 8(2)(a) tad-Direttiva 95/46/KE”.

jiddaħħlu dispożizzjonijiet li jirregolaw kif għandha tiġi kkontrollata d-dejta personali fir-rigward tas-sorveljanza mill-awtoritajiet kompetenti fir-Regolamenti proposti.

jiddaħħal perjodu massimu ta' żamma għad-dejta personali skont ir-Regolamenti proposti. Il-perjodu magħżul għandu jkun neċessarju u proporzjonat għall-iskopijiet li għalihom tinġabar u tiġi pproċessata dejta personali.

jiġi kkonsultat il-KEPD fir-rigward ta' kwalunkwe att iddelegat jew ta' implimentazzjoni adottat skont ir-Regolamenti proposti li jista' jħalli impatt fuq l-ipproċessar ta' dejta personali.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2013.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2012) 542 finali.

(2)  COM(2012) 541 finali.

(3)  L-apparat mediku jinkludi prodotti bħal pjastrini li jeħlu, lenti ta' kuntatt, materjali għall-mili tas-snien, makkinarji b'x-ray, pacemakers, impjanti tas-sider jew proteżi totali ta' ġenb il-koxxa.

(4)  Apparat mediku dijanjostiku in vitro jinkludi prodotti bħal apparat użat biex tiġi żgurata s-sikurezza tat-trasfużjoni tad-demm (eż. ragruppament tad-demm), jinqabad mard li jittieħed (eż. HIV), jiġi ssorveljat mard (eż. dijabete) u jsiru testijiet kimiċi tad-demm (eż. kejl tal-kolesterol).

(5)  Stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE, ĠU L 102, 23.4.2010, p. 45.

(6)  Pereżempju dwar il-pjan ta' sorveljanza tas-suq, fejn il-manifatturi jintalbu jdaħħlu fis-seħħ proċedura sistematika u jżommuha aġġornata sabiex jiġbru u janalizzaw l-esperjenza miksuba mill-apparat li jiddaħħal fis-suq. Dan ikun jinvolvi l-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-investigazzjoni ta' ilmenti u rapporti minn professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, il-pazjenti jew l-utenti fuq inċidenti suspettużi relatati mal-apparat.


7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/13


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Pjan ta' Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020 – Kura tas-saħħa innovattiva għas-seklu 21”

(It-test sħiħ ta' din l-Opinjoni huwa disponibbli bl-EN, FR u DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2013/C 358/08

1.   Introduzzjoni

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fis-6 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar il-“Pjan ta' Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020 – Kura tas-saħħa innovattiva għas-seklu 21” (il-Komunikazzjoni) (1). Din il-Proposta ntbagħtet lill-KEPD għal konsultazzjoni fis-7 ta’ Diċembru 2012.

2.

Qabel l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni, il-KEPD ingħata l-possibilità biex jipprovdi kummenti informali lill-Kummissjoni. Ħa pjaċir bil-fatt li wħud mill-kummenti ttieħdu f'kunsiderazzjoni fil-Komunikazzjoni.

1.2.   Għanijiet u kamp ta' applikazzjoni tal-Komunikazzjoni u l-iskop tal-Opinjoni tal-KEPD

3.

Il-Komunikazzjoni stabbilixxiet Pjan ta' Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika għall-2012-2020. Il-Pjan ta' Azzjoni jippreżenta l-fehma li t-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) applikati għall-kura tas-saħħa u l-benesseri jistgħu jtejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi tal-kura tas-saħħa, jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini individwali u jwittu t-triq għall-innovazzjoni fis-swieq tas-saħħa u l-benessri.

4.

Din l-Opinjoni tal-KEPD għandha tinqara fid-dawl tal-importanza dejjem ikbar tas-Saħħa-e fis-soċjetà tal-informazzjoni f'evoluzzjoni u tad-dibattitu attwali fuq il-politiki fi ħdan l-UE dwar is-Saħħa-e. L-Opinjoni tiffoka b'mod partikolari fuq l-implikazzjonijiet tad-dritt fundamentali ta' protezzjoni tad-dejta għal inizjattivi tas-Saħħa-e. Tikkummenta wkoll fuq l-oqsma identifikati fil-Komunikazzjoni li fihom għandhom jittieħdu azzjonijiet ulterjuri.

3.   Konklużjonijiet

33.

Il-KEPD jilqa' l-fatt li nxteħtet attenzjoni speċifika fuq il-protezzjoni tad-dejta fil-Komunikazzjoni proposta, iżda identifika xi lok għal iktar titjib.

34.

Il-KEPD jisħaq li r-rekwiżiti ta' protezzjoni tad-dejta għandhom jiġu kkunsidrati kif xieraq mill-industrija, l-Istati Membri u l-Kummissjoni meta jimplimentaw inizjattivi fil-qasam tas-Saħħa-e. B'mod partikolari:

jisħaq li d-dejta personali pproċessata fil-kuntest tal-ICT tas-Saħħa-e u l-benesseri spiss tkun relatata ma' dejta dwar is-saħħa, li teħtieġ livell ogħla ta' protezzjoni tad-dejta u tixħet dawl fuq il-gwida li diġà ngħatat lill-kontrolluri u lill-proċessuri fil-qasam;

josserva li l-Komunikazzjoni ma tirreferix għall-qafas legali attwali dwar il-protezzjoni tad-dejta stipulat fid-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE, li fih il-prinċipji relevanti dwar il-protezzjoni tad-dejta li japplikaw bħalissa u jfakkar lill-Kummissjoni li dawn ir-regoli għandhom jiġu rrispettati għal kwalunkwe azzjoni li għandha tittieħed fuq perjodu ta’ żmien qasir sa medju sakemm jidħol fis-seħħ ir-Regolament rivedut propost dwar il-Protezzjoni tad-Dejta;

josserva li l-importanza tad-drittijiet ta' aċċess u informazzjoni tas-suġġett tad-dejta fil-kuntest tas-Saħħa-e mhijiex ċara fil-Komunikazzjoni. Għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiġbed l-attenzjoni tal-kontrolluri attivi fil-qasam tas-Saħħa-e lejn il-ħtieġa li tiġi pprovduta informazzjoni ċara lill-individwi dwar l-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom f'applikazzjonijiet tas-Saħħa-e;

josserva li d-disponibilità tal-gwida fir-rigward tal-operazzjonijiet ta' pproċessar tas-Saħħa-e li jseħħu fil-qafas legali attwali ma ġietx enfasizzata fil-Komunikazzjoni b'referenzi speċjali għad-dokumenti relevanti u jirrakkomanda sabiex il-Kummissjoni tikkonsulta lill-Grupp ta' Ħidma tal-Artikolu 29, li fih huma rappreżentati l-awtoritajiet nazzjonali tal-UE għall-protezzjoni tad-dejta, u lill-KEPD fit-tħejjija tat-tali gwida;

jirrakkomanda li l-KEPD jiġi kkonsultat qabel ma l-Kummissjoni tadotta Green paper fuq qafas tal-UE applikabbli għas-saħħa-m u applikazzjonijiet tal-mobajl dwar is-saħħa u l-benessri;

josserva li l-Komunikazzjoni ma tisħaqx li kwalunkwe estrazzjoni ta' dejta bl-użu ta' dejta dwar is-saħħa mhux anonima hija aċċettabbli biss f'ċirkostanzi ferm limitati u diment li r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta jitqiesu bir-reqqa, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tiġbed l-attenzjoni tal-kontrolluri lejn dan il-fatt;

jisħaq li l-ħruġ ta' profili għandu jsir f'ċirkostanzi ferm limitati u diment li jiġu ssodisfati rekwiżiti stretti dwar il-protezzjoni tad-dejta (eż. kif stipulat fl-Artikolu 20 tar-Regolament propost dwar il-Protezzjoni tad-Dejta) u jħeġġeġ lill-Kummissjoni sabiex tfakkar lill-kontrolluri dwar dan l-obbligu importanti.

ifakkar lill-Kummissjoni li kwalunkwe ħidma fil-ġejjieni fl-oqsma ta' tħaffif ta' tnedija usa' li tappoġġja l-ħiliet u l-għarfien tal-utenti għandha ssir filwaqt li jiġu osservati kif xieraq il-prinċipji ta' protezzjoni tad-dejta;

jirrakkomanda sabiex il-Kummissjoni twettaq valutazzjoni tal-impatt fuq il-protezzjoni tad-dejta fil-kuntest tal-iżvilupp ta' Qafas komuni Ewropew dwar l-Interoperabilità tas-Saħħa-e, qabel ma tittieħed kwalunkwe azzjoni ulterjuri;

jitlob lill-Kummissjoni sabiex meta teżamina l-interoperabilità tar-rekords tas-saħħa, tistħarreġ jekk jistgħux jiġu varati inizjattivi leġiżlattivi possibbli fil-livell tal-UE, peress li jemmen li interoperabilità bħal din tkun ta' benefiċċju minn bażi legali soda, li tkun tinkludi salvagwardji speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-dejta.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2013.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2012) 736 finali.


7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/15


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment

(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab fil-lingwi EN, FR u DE fuq is-sit elettroniku tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2013/C 358/09

1.   Introduzzjoni

1.1.   Konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fit-12 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment (“ir-Regolament propost”) (1). Din il-Proposta ntbagħtet lill-KEPD għal konsultazzjoni fit-13 ta’ Diċembru 2012.

2.

Il-KEPD jilqa’ l-fatt li qiegħed jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni u li hija inkluża referenza għal din l-Opinjoni fil-preambolu tal-istrument legali propost.

3.

Qabel l-adozzjoni tar-Regolament propost, il-KEPD ingħata l-opportunità li jipprovdi kummenti informali lill-Kummissjoni.

4.

Il-KEPD jiddispjaċih li ġew ikkunsidrati biss ftit mill-kummenti tiegħu fir-Regolament propost. Anki jekk issa hemm Artikolu sħiħ li huwa ddedikat għall-protezzjoni tad-data, is-salvagwardji ma ġewx imsaħħa kif xieraq.

1.2.   L-objettivi u l-ambitu tar-Regolament propost

5.

Ir-Regolament propost jemenda r-Regolament dwar il-Falliment sabiex jindirizza n-nuqqasijiet żvelati fl-applikazzjoni prattika tiegħu (2). Fost l-oħrajn, huwa jindirizza kwistjonijiet relatati mal-ambitu tar-Regolament, id-determinazzjoni tal-Istat Membru kompetenti biex jiftaħ il-proċedimenti, il-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji u r-regoli dwar il-pubbliċità tad-deċiżjonijiet rigward il-ftuħ u l-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment.

6.

Fost il-miżuri proposti li sejrin iħallu impatt fuq il-protezzjoni tad-data, il-Proposta tipprovdi għal pubblikazzjoni obbligatorja tad-deċiżjonijiet rigward il-ftuħ u l-għeluq ta’ proċediment, filwaqt li tinkoraġġixxi u torganizza skambji ta’ informazzjoni transkonfinali bejn il-partijiet interessati.

7.

Għaldaqstant, l-informazzjoni ppubblikata u/jew skambjata tista’ tidentifika (direttament jew indirettament) debituri, kredituri u likwidaturi involuti fil-proċediment. Għalhekk, għandha tapplika l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. B’mod partikolari, id-Direttiva 95/46/KE sejra tapplika għall-ipproċessar tad-data mill-partijiet interessati fl-Istati Membri u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 45/2001 sejjer japplika għall-ipproċessar tad-data mill-Kummissjoni permezz tal-Portal tal-Ġustizzja Elettronika.

1.3.   L-għan tal-Opinjoni tal-KEPD

8.

Ir-Regolament propost jista’ jaffettwa d-drittijiet tal-individwi relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom billi, fost l-oħrajn, huwa jittratta l-pubblikazzjoni tad-data personali f’reġistru li huwa aċċessibbli għall-pubbliku fuq l-Internet, mingħajr ebda ħlas, bl-interkonnessjoni tar-reġistri nazzjonali eżistenti u bi skambju ta’ informazzjoni transkonfinali bejn il-partijiet interessati.

9.

Għalkemm il-KEPD jilqa’ l-isforz li sar mill-Kummissjoni sabiex tiggarantixxi l-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali fir-Regolament propost, huwa identifika xi nuqqasijiet u inkonsistenzi fil-mod kif ir-Regolament propost jittratta l-kwistjonijiet relatati ma’/li jikkonċernaw id-data personali.

3.   Konklużjonijiet

54.

Il-KEPD huwa sodisfatt bl-attenzjoni mogħtija b’mod speċifiku għall-protezzjoni tad-data fir-Regolament propost, iżda identifika lok għal xi titjib.

55.

Il-KEPD jirrakkomanda li:

ir-referenzi għal din l-Opinjoni jiġu inklużi fil-preamboli tal-proposti kollha;

l-Artikolu 46(a) tar-Regolament propost jikkjarifika r-referenza għad-Direttiva 95/46/KE billi jispeċifika li d-dispożizzjonijiet japplikaw skont ir-regoli nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE;

jiġu implimentati salvagwardji konkreti u effettivi għall-protezzjoni tad-data għal kwalunkwe sitwazzjoni fejn huwa previst l-ipproċessar ta’ data personali;

jiġu vvalutati n-neċessità u l-proporzjonalità tas-sistema proposta għall-pubblikazzjoni fuq l-Internet ta’ deċiżjonijiet rigward il-ftuħ u l-għeluq ta’ proċedimenti ta’ falliment, filwaqt li jiġi vverifikat jekk l-obbligu tal-pubblikazzjoni jmurx ’lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan tal-interess pubbliku segwit u jekk hemmx miżuri inqas restrittivi sabiex jintlaħaq l-istess għan. Soġġett għall-eżitu ta’ dan it-test tal-proporzjonalità, l-obbligu tal-pubblikazzjoni għandu, fi kwalunkwe każ, ikun appoġġjat minn salvagwardji adegwati maħsuba biex jiżguraw ir-rispett sħiħ għad-drittijiet tal-persuni kkonċernati, is-sigurtà/il-preċiżjoni tad-data u t-tħassir tagħha wara perjodu ta’ żmien adegwat;

56.

Barra minn hekk, il-KEPD jirrakkomanda wkoll li:

il-modalitajiet tal-funzjonament tad-databases nazzjonali u tad-database tal-UE fir-rigward ta’ kwistjonijiet li jikkonċernaw il-protezzjoni tad-data jiġu kkjarifikati permezz tal-introduzzjoni ta’ dispożizzjonijiet aktar dettaljati fir-Regolamenti proposti, b’konformità mad-Direttiva 95/46/KE u mar-Regolament (KE) Nru 45/2001. B’mod partikolari, id-dispożizzjoni li tistabbilixxi d-database(s) għandha (i) tidentifika l-għan tal-operazzjonijiet tal-ipproċessar u tistabbilixxi liema huma l-użijiet kompatibbli; (ii) tidentifika liema entitajiet (l-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni) ser ikollhom aċċess għal liema data maħżuna fid-database u li ser ikollhom il-possibbiltà li jimmodifikaw id-data; (iii) tiżgura d-dritt tal-aċċess u ta’ informazzjoni xierqa għas-suġġetti tad-data kollha li d-data personali tagħhom tista’ tinħażen u tiġi skambjata (iv) tiddefinixxi u tillimita l-perjodu ta’ żamma għad-data personali għall-minimu neċessarju sabiex ikun jista’ jintlaħaq dak il-għan;

jiġu stabbiliti fil-Proposta preżenti mill-inqas il-prinċipji ewlenin tas-sistema deċentralizzata għall-interkonnessjoni tar-reġistri tal-insolvenza, bħan-neċessità u l-proporzjonalità, filwaqt li mistennija jiġu pprovduti xi salvagwardji oħrajn fil-proposta leġiżlattiva li jmiss tal-Kummissjoni għall-portal tal-Ġustizzja elettronika.

jiġi speċifikat jekk kwalunkwe data hijiex sejra tinħażen fil-portal tal-Ġustizzja elettronika. Jekk dan ikun il-każ, għandhom jiżdiedu xi salvagwardji speċifiċi.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2013.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2012) 744 finali.

(2)  Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 dwar proċeduri ta’ falliment (minn hawn ’il quddiem: “il-Proposta”).


7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/17


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “The Digital Agenda for Europe — Driving European growth digitally” (“L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa – Inmexxu t-tkabbir Ewropew b'mod diġitali”)

(It-test sħiħ ta' din l-Opinjoni jista' jinstab bl-EN, FR u DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2013/C 358/10

I.   L-introduzzjoni

1.1.   Il-konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fit-18 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar “The Digital Agenda for Europe — Driving European growth digitally” (“L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa – Inmexxu t-tkabbir Ewropew b'mod diġitali”, li minn hawn 'il quddiem ser tissejjaħ “il-Komunikazzjoni”) (1).

2.

Qabel l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni, il-KEPD ingħata l-possibilità li jipprovdi kummenti informali lill-Kummissjoni. Laqa' l-fatt li wħud mill-kummenti tiegħu ttieħdu f'kunsiderazzjoni f'din il-Komunikazzjoni.

3.

Fid-dawl tal-importanza tas-suġġett, il-KEPD iddeċieda li jadotta din l-Opinjoni fuq inizjattiva tiegħu stess.

1.2.   L-għanijiet u l-kamp ta' applikazzjoni tal-Komunikazzjoni u l-għan tal-Opinjoni tal-KEPD

4.

Il-Komunikazzjoni hija proposta mill-Kummissjoni bħala parti mill-Istrateġija Ewropa 2020. Timxi id f'id mal-Aġenda Diġitali adottata fid-19 ta' Mejju 2010 (2). L-għan ta' din il-Komunikazzjoni l-ġdida dwar l-Aġenda Diġitali huwa li tkompli ssaħħaħ it-tmexxija diġitali Ewropea u sabiex tgħin jitlesta s-Suq Diġitali Uniku sal-2015.

5.

Il-Komunikazzjoni tidentifika seba' oqsma politiċi ewlenin fejn il-Kummissjoni ser tkun qed tagħmel sforzi partikolari biex tippermetti u tistimola l-iżvilupp tal-ekonomija diġitali:

Ekonomija Ewropea bla fruntieri – is-Suq Uniku Diġitali

Tħaffif tal-innovazzjoni fis-settur pubbliku

Provvista u domanda għal internet ferm veloċi

Cloud computing

Fiduċja u sigurtà

Intraprenditorija u impjiegi u ħiliet diġitali

Lil hinn mir-RŻI (3): Aġenda industrijali għal teknoloġiji abilitanti essenzjali

6.

Il-KEPD jilqa' l-azzjonijiet politiċi proposti bil-għan li jistimolaw l-użu ta' teknoloġiji ġodda min-negozji u individwi. Madankollu, il-KEPD jisħaq li dawn il-miżuri jridu jsiru flimkien ma' attivitajiet xierqa biex jiġi żgurat ir-rispett tal-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza.

7.

Uħud mill-isfidi ewlenin għall-protezzjoni tad-dejta mqajma fil-kuntest tal-azzjonijiet politiċi tal-UE fil-qasam tal-Aġenda Diġitali diġà ġew enfasizzati u analizzati mill-KEPD fl-Opinjoni tiegħu tat-18 ta' Marzu 2010 fir-rigward tal-Komunikazzjoni tal-2010 dwar l-Aġenda Diġitali (4). B'mod partikolari, il-KEPD saħaq fuq il-bżonn li tiġi inkorporata privatezza fid-disinn u privatezza prestabbilita fit-tfassil tal-ICT il-ġodda. Għalhekk, f'din l-Opinjoni l-KEPD ser jiffoka fuq l-għoti ta' kummenti dwar l-oqsma li jeħtieġu azzjoni ulterjuri identifikati fil-Komunikazzjoni.

III.   Il-konklużjonijiet

26.

Il-KEPD jilqa' l-fatt li ngħatat xi attenzjoni lejn il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta fil-Komunikazzjoni. Madankollu, il-KEPD jisħaq li r-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-dejta għandhom jingħataw kunsiderazzjoni xierqa mill-industrija, l-Istati Membri u l-Kummissjoni meta jimplimentaw inizjattivi previsti fl-Aġenda Diġitali. B'mod partikolari:

jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni ma xeħtitx enfasi importanti fl-introduzzjoni tagħha fuq l-importanza tar-rispett tal-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta fl-iskjerament tal-azzjonijiet previsti fiha. Għaldaqstant jiġbed l-attenzjoni tal-kontrolluri tad-dejta fuq il-ħtieġa li jiġu rispettati r-regoli dwar il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta fid-disinn u fl-iskjerament ta' ICT ġodda għall-ambjent diġitali;

jiddispjaċih li l-Komunikazzjoni ma rreferietx għall-qafas legali attwali dwar il-protezzjoni tad-dejta stabbilit fid-Direttiva 95/46/KE u d-Direttiva 2002/58/KE, u għall-proposta għal Regolament ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, li fih ir-regoli u l-prinċipji relevanti li għandhom jittieħdu f'kunsiderazzjoni għall-iskjerament ta' ICT fl-ambjent diġitali;

jiddispjaċih li l-prinċipju ta' “privatezza fid-disinn”, li jsir obbligu legali skont l-Artikolu 23 tar-Regolament propost dwar il-Protezzjoni tad-Dejta, ma ġiex enfasizzat fil-Komunikazzjoni. Għalhekk ifakkar lill-kontrolluri u lid-disinjaturi tal-ICT dwar il-ħtieġa li jinkorporaw il-privatezza fid-disinn fl-iżvilupp ta' ICT ġodda għall-ambjent diġitali;

jirrakkomanda sabiex l-istrumenti tar-R&Ż jintużaw bil-għan li tiżdied il-kapaċità tal-Ewropa fl-applikazzjoni tal-prinċipju ta' privatezza fid-disinn fid-dixxiplini relevanti kollha u li l-programmi ta' ħidma u s-sejħiet għall-proposti jieħdu dan l-għan f'kunsiderazzjoni;

jisħaq li l-interoperabilità ta' databases nazzjonali għandha tiġi pprattikata biss billi jiġu rrispettati bis-sħiħ il-prinċipji dwar il-protezzjoni tad-dejta, b'mod partikolari l-limitazzjoni tal-iskop. Barra minn hekk ifakkar lill-Kummissjoni li għandu jkun hemm bażi legali xierqa għall-użu tal-interoperabilità bħala mezz biex jitħaffef il-qsim tad-dejta, flimkien ma' salvagwardji xierqa ta' protezzjoni tad-dejta;

jirrakkomanda li l-KEPD jiġi kkonsultat qabel l-adozzjoni mill-Kummissjoni ta' Rakkomandazzjoni dwar is-salvagwardja tal-internet miftuħ għall-konsumaturi;

ifakkar lill-kontrolluri u l-utenti li, filwaqt li l-cloud computing jippreżenta sfidi speċifiċi f'termini ta' protezzjoni tad-dejta, ġiet ipprovduta gwida estensiva minn awtoritajiet għall-protezzjoni tad-dejta dwar l-applikazzjoni tal-liġi attwali dwar il-protezzjoni tad-dejta u mill-KEPD dwar l-impatt tar-Regolament propost dwar il-Protezzjoni tad-Dejta fuq dawk l-isfidi. Din il-gwida għandha tiġi kkonsultata sabiex titrawwem fiduċja fost l-individwi u l-klijenti, li min-naħa tagħha ser tiżgura l-iskjerament b'suċċess ta' mezzi teknoloġiċi ġodda.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ April 2013.

Peter HUSTINX

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2012) 784 final.

(2)  COM(2010) 245 final.

(3)  Jiġifieri “Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni”.

(4)  Ara l-Opinjoni tal-KEPD dwar il- “Promozzjoni tal-Fiduċja fis-Soċjetà tal-Informazzjoni bit-Trawwim tal-Protezzjoni u tal-Privatezza tad-Dejta”, 18 ta' Marzu 2010, disponibbli fuq il-websajt tal-KEPD fuq http://www.edps.europa.eu


7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/19


Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar ir-rappurtar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li jemenda r-Regolament u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 u l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 996/2010

(It-test sħiħ ta' din l-Opinjoni jista' jinstab bl-EN, FR u DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)

2013/C 358/11

1.   L-Introduzzjoni

1.1.   Il-konsultazzjoni tal-KEPD

1.

Fit-18 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Regolament dwar ir-rappurtar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 u l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 (‘il-Proposta) (1). Din il-Proposta ntbagħtet għall-konsultazzjoni lill-KEPD fit-8 ta' Jannar 2013.

2.

Il-KEPD jilqa' l-fatt li huwa kkonsultat mill-Kummissjoni u li fil-Preambolu tal-Proposta ddaħħlet referenza għal din l-Opinjoni. Qabel l-adozzjoni tal-Proposta, il-KEPD ingħata l-opportunità li jipprovdi kummenti informali lill-Kummissjoni.

1.2.   L-għanijiet u l-kamp ta' applikazzjoni tal-Proposta

3.

It-tliet strumenti li għandhom jitħassru mill-Proposta jorganizzaw ir-rapportar tal-okkorrenzi b'dan il-mod: id-Direttiva 2003/42/KE (2) teħtieġ li kull Stat Membru jwaqqaf sistema obbligatorja ta' rapportar tal-okkorrenzi (li minn hawn 'il quddiem ser tissejjaħ “MORS”). Skont din il-leġiżlazzjoni, il-professjonisti tal-avjazzjoni huma obbligati jirrapportaw l-okkorrenzi (3) fix-xogħol operazzjonali ta' kuljum tagħhom permezz tas-sistema mwaqqfa mill-organizzazzjoni tagħhom (4). Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mitlubin jiġbru, jaħżnu, jipproteġu u jqassmu bejniethom informazzjoni dwar l-okkorrenzi. Żewġ regoli ta' implimentazzjoni jikkompletaw din il-leġiżlazzjoni: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 (5), li jwaqqaf Repożitorju Ċentrali Ewropew (ECR) li jiġbor fi gruppi l-okkorrenzi kollha fl-avjazzjoni ċivili miġbura mill-Istati Membri, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 (6), li jistabbilixxi r-regoli dwar it-tixrid tal-informazzjoni li tinsab fl-ECR.

4.

Il-Proposta tibni fuq id-Direttiva 2003/42/KE biex ittejjeb is-sistemi eżistenti ta' rapportar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak Ewropew. Fost bidliet oħrajn, tipproponi dan li ġej:

l-iżgurar li l-okkorrenzi relevanti kollha huma rrapportati u li d-dejta rrapportata u maħżuna hija sħiħa u ta' kwalità għolja;

iż-żieda ta' sistema volontarja ta' rapportar mas-sistema obbligatorja;

li mhux biss l-Istati Membri, iżda anki l-organizzazzjonijiet jintalbu jirrapportaw okkorrenzi u li tiġi organizzata t-trażmissjoni ta' dawn ir-rapporti fl-ECR;

it-tħeġġiġ tar-rapportar permezz ta' protezzjoni armonizzata minn kastig ġerarkiku jew ix-xili ta' individwi li jirrapportaw okkorrenzi;

l-iżgurar ta' aċċess adegwat għall-informazzjoni li tinsab fl-ECR.

1.3.   L-Għan tal-Opinjoni tal-KEPD

5.

Mill-Proposta joħroġ li l-okkorrenzi ser jiġu rrapportati mill-impjegati lill-organizzazzjonijiet tagħhom, li mbagħad ser jaħżnuhom f'database u jirrapportawhom lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti magħżulin jew lill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA). Dawn l-awtoritajiet, flimkien mal-EASA u l-Kummissjoni, ser jittrasferixxu l-informazzjoni fuq l-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili lill-ECR, amministrat mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ser tipproċessa dejta relatata ma' partijiet interessati li jitolbu aċċess għall-informazzjoni maħżuna fl-ECR.

6.

Il-KEPD jirrikonoxxi l-fatt li l-iskop tal-Proposta mhuwiex li tirregola l-ipproċessar ta' dejta personali. Madankollu, l-informazzjoni li ser tinħażen, tiġi rrapportata u ttrasferita tista' tkun relatata ma' persuni fiżiċi li huma direttament jew indirettament identifikabbli, bħal dawk li jirrapportaw, partijiet terzi involuti fl-okkorrenza rrapportata u partijiet interessati li japplikaw għall-aċċess (7). L-informazzjoni rrapportata tista' ma tinvolvix biss problemi tekniċi iżda anki, ngħidu aħna, passiġġieri vjolenti, korrimenti tal-ekwipaġġ jew inċidenti tas-saħħa (8).

7.

Għalhekk, din l-Opinjoni ser tanalizza l-elementi tal-Proposta li jolqtu l-ipproċessar ta' dejta personali. Tibni fuq Opinjoni preċedenti tal-KEPD (9) dwar wieħed mir-Regolamenti li qed jittiħidilhom posthom mill-Proposta (10).

4.   Il-Konklużjonijiet

46.

Il-KEPD jilqa' l-fatt li ngħatat attenzjoni għall-protezzjoni tad-dejta personali, speċjalment permezz tal-impenn meħud biex “ma tiġix identifikata” parti kbira mid-dejta pproċessata skont ir-rapportar tal-okkorrenzi. Madankollu, ifakkar li d-dejta pproċessata xorta ser tkun dejta personali u għalhekk jilqa' r-referenzi għall-applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta. Dak li huwa stipulat ma jmurx oltre sempliċi anonimizzazzjoni parzjali.

47.

Il-KEPD jirrakkomanda li jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni tad-“disidentifikazzjoni”. B'mod partikolari, jipproponi t-titjib li ġej fit-test:

fil-Preambolu, jiġi ċċarat li d-disidentifikazzjoni fis-sens tal-Proposta huwa relattiv u ma jikkorrispondix għal anonimizzazzjoni sħiħa. Barra minn hekk, b'konformità mar-rakkomandazzjonijiet ta' hawn fuq, il-Preambolu għandu jispjega wkoll li d-disidentifikazzjoni u l-miżuri ta' anonimizzazzjoni sħiħa għandhom jiġu applikati f'kuntesti differenti;

fl-Artikolu 16: jiġi speċifikat li d-dejta disponibbli għall-ġesturi indipendenti għandha tiġi disidentifikata jew imħassra wkoll malajr kemm jista' jkun, sakemm ma jkunx hemm ġustifikazzjoni għall-ħżin tad-dejta, eż. biex tinżamm konformità ma' obbligi legali oħrajn tal-organizzazzjonijiet;

biex jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni tad-disidentifikazzjoni, il-KEPD jirrakkomanda li fl-Artikolu 16(1) u 16(2) “dejta personali” tinbidel ma' “dettalji personali” u li tiżdied referenza għall-possibilità ta' identifikazzjoni permezz ta' dettalji tekniċi, skont l-Artikolu 2(1);

l-Artikolu 5(6) jippermetti lill-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet sabiex jistabbilixxu sistemi addizzjonali ta' rapportar. Għandu jiġi speċifikat li din l-informazzjoni wkoll għandha tiġi disidentifikata. Għalhekk, il-KEPD jirrakkomanda li fl-Artikolu 16(2) jiġi ċċarat li anki d-dejta personali li tinsab fis-sistemi ta' ġbir u pproċessar tal-informazzjoni dwar is-sikurezza mwaqqfa skont l-Artikolu 5(6) għandha tiġi disidentifikata;

fl-Artikolu 13(10): jiġi speċifikat li l-informazzjoni għandha tiġi anonimizzata (11) qabel il-pubblikazzjoni tagħha;

fl-Artikolu 11(4): jiġi speċifikat li l-informazzjoni mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati fl-Anness III u mhux relatata mat-tagħmir, l-operazzjonijiet jew il-qasam tal-attività tagħhom, mhux biss għandha tiġi aggregata jew disidentifikata, kif mitlub mill-Artikolu 11(4), iżda kompletament anonimizzata.

48.

Il-KEPD jagħti parir ukoll sabiex fil-Proposta jiġi speċifikat min ser ikun il-kontrollur ta' kull database. Jirrakkomanda wkoll id-definizzjoni fl-Annessi I u II, fl-Artikolu 5(6) il-kategoriji kollha tad-dejta li għandha tiġi pproċessata u li jiġu ċċarati l-Artikoli 7(1) u 11(1) kif xieraq. Jekk mhuwiex possibbli li jiġu speċifikati l-okkorrenzi u l-entrati tad-dejta kollha li għandhom jiġu pproċessati skont l-Artikolu 7(1), 5(3), 5(6) u 11(1), dawn l-Artikoli għandhom tal-inqas isemmu li iktar informazzjoni mhux meħtieġa mill-Proposta ma għandux ikun fiha kategoriji speċjali ta' dejta kif iddefiniti mill-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (“dejta sensittiva”).

49.

Il-KEPD jirrakkomanda wkoll li jiġu speċifikati l-perjodi li matulhom id-dejta għandha tinħażen fid-databases, id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u l-miżuri ta' sigurtà li għandhom jiġu implimentati.

50.

Fil-każ ta' trasferimenti lejn organizzazzjonijiet ta' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, dawn għandhom jieħdu l-impenn li jirrispettaw l-istandards adegwati li għandhom jiġu pprovduti fi strument vinkolanti. Dawn is-salvagwardji jistgħu jkunu bbażati fuq il-prinċipji ta' protezzjoni tad-dejta fil-Klawżoli Kuntrattwali Standard għat-trasferimenti ta' dejta personali lill-pajjiżi terzi adottati mill-Kummissjoni u jistgħu jiżdiedu fl-Anness tal-Proposta.

51.

Fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta ta' partijiet interessati li jitolbu li jingħatalhom aċċess għall-ECR, il-KEPD jirrakkomanda li fil-Proposta jiġu speċifikati l-miżuri ta' protezzjoni tad-dejta li ser japplikaw għall-ipproċessar ta' dejta relatata ma' partijiet terzi (eż., kemm ser iddum maħżuna d-dejta wara li jingħata jew jiġi miċħud aċċess u min għandu aċċess għal din id-dejta). Barra minn hekk, minbarra l-avviż dwar l-aċċess għall-informazzjoni (12), il-formola li tinsab fl-Anness IV għandha tinkludi avviż dwar il-privatezza.

52.

Finalment, il-ħtieġa tal-ipproċessar ta' dejta sensittiva għal xi waħda mir-raġunijiet li jinsabu fl-Artikolu 8(2-4) tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 10(2-4) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandha tiġi ġġustifikata fil-Preambolu. Il-KEPD jirrakkomanda wkoll li jiġu adottati salvagwardji addizzjonali fir-rigward tal-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' dejta, bħal miżuri tas-sigurtà iktar stretti, il-projbizzjoni tad-divulgazzjoni tal-kategoriji relatati ta' dejta lill-partijiet terzi mhux soġġetti għal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta u r-restrizzjoni tad-divulgazzjoni tagħha lil partijiet interessati oħrajn. Barra minn hekk, l-ipproċessar ta' dawn il-kategoriji ta' dejta jista' jkun soġġett għal verifika minn qabel mill-awtoritajiet nazzjonali tal-UE ta' protezzjoni tad-dejta u mill-KEPD.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ April 2013.

Giovanni BUTTARELLI

Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data


(1)  COM(2012) 776 final.

(2)  Id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar rapporti ta' okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili (ĠU L 167, 4.7.2003, p. 23).

(3)  L-okkorrenzi huma kwalunkwe avveniment importanti relatat mas-sikurezza tal-avjazzjoni, inklużi inċidenti, aċċidenti u inċidenti serji (Ara l-Artikolu 2(8) tal-Proposta).

(4)  “Organizzazzjoni” hija definita fil-proposta bħala “kull organizzazzjoni li tipprovdi prodotti u/jew servizzi tal-avjazzjoni, b'mod partikolari, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-organizzazzjonijiet ta' manutenzjoni approvata, l-organizzazzjonijiet responsabbli mit-tip ta' disinn u/jew mill-manifattura tal-inġenji tal-ajru, il-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni bl-ajru u l-ajrudromi ċċertifikati” (Ara l-Artikolu 2(9)) tal-Proposta).

(5)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 tat-12 ta' Novembru 2007 li jistipula r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-integrazzjoni ta' tagħrif dwar okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skambjat skont id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’depożitu ċentrali ta’ tagħrif (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 3).

(6)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 tal-24 ta' Settembru 2007 li jistipula r-regoli implimentattivi għat-tqassim lill-partijiet interessati ta' tagħrif dwar l-okkorrenzi tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 295, 14.11.2007, p. 7).

(7)  Dwar dejta personali, ara b’mod partikolari t-Taqsima 3.1.

(8)  Ara l-Anness I tal-Proposta “Lista ta' inċidenti li jridu jiġu rrappurtati taħt l-iskema ta' rappurtar obbligatorju ta' okkorrenza”.

(9)  Ara l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fl-avjazzjoni ċivili (ĠU C 132, 21.5.2010, p. 1).

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).

(11)  Jiġifieri, jiġi żgurat li l-individwi ma jkunux identifikabbli filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-mezzi kollha li b'mod raġonevoli aktarx li jintużaw mill-kontrollur jew minn xi persuna oħra.

(12)  Punt 7 tal-Anness IV.


V Avviżi

PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI

Il-Kummissjoni Ewropea

7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/22


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6927 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Barclays/Intertain)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 358/12

1.

Fid-29 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”), TPG LundyCO, L.P. (“TPG”) u Barclays PLC (“Barclays”) jiksbu, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' Intertain Limited (“Intertain”) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Goldman Sachs hija kumpanija globali ta' investiment bankarju, garanziji u ġestjoni ta' investimenti li tipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi madwar id-dinja għal bażi ta’ klijenti diversifikata li tinkludi korporazzjonijiet, istituzzjonijiet finanzjarji, gvernijiet u individwi b'valur nett għoli,

TPG hija mezz ta' investiment li tappartjeni għal TPG Group, kumpanija privata globali ta’ investiment li tmexxi familja ta’ fondi, li jinvestu f’varjetà ta’ kumpaniji permezz ta’ akkwisti u ristrutturar korporattiv,

Barclays hija l-kumpanija operattiva tal-grupp Barclays, jiġifieri impriża li tipprovdi servizzi finanzjarji globali impenjata f’attivitajiet bankarji personali, karti ta’ kreditu, servizzi bankarji korporattivi u għall-investiment, u servizzi ta’ mmaniġġar tal-investiment u l-ġid,

Intertain hija kumpanija limitata Ingliża li topera bars u postijiet għall-kummiedji fir-Renju Unit.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6927 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Barclays/Intertain, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).


7.12.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 358/24


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6817 – Allianz/Axa/Covéa/Generali/CSCA/Netproassur)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2013/C 358/13

1.

Fit-2 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill (1), dwar proposta li permezz tagħha l-impriżi Allianz IARD SA (“Allianz”, Franza) li jappartjenu għall-grupp Allianz (il-Ġermanja), Axa France IARD SA (“Axa”, Franza) li tappartjeni għall-grupp Axa (Franza) Covéa Risk SA (“Covéa”, Franza) li tappartjeni għall-grupp Covéa (Franza), Generali France Assurances SA (“Generali”, Franza) li tappartjeni għall-grupp Assicurazioni Generali (l-Italja) u Chambre Syndicale des Courtiers d'Assurances (“CSCA”, Franza) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3, paragrafu 1, punt b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-kumpanija Netproassur SASU (“Netproassur”, Franza) permezz tax-xiri tal-ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Allianz: kumpannija tal-assigurazzjoni (kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-assigurazzjoni tal-ġid u r-responsabbiltà (“IARD – Nar, Responsabbiltà Awtomobbilistika, Ħsara” fi Franza),

Axa: kumpanija tal-assigurazzjoni (kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-assigurazzjoni IARD fi Franza),

Covéa: kumpanija tal-assigurazzjoni (kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti tal-assigurazzjoni IARD fi Franza),

Generali: kumpanija tal-assigurazzjoni (kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-assigurazzjoni tal-ħajja u ta' assigurazzjoni għall-ħsarat fi Franza),

CSCA: organizzazzjoni tal-impjegaturi Franċiża ta' senserija tal-assigurazzjoni, iffurmata bħala konfederazzjoni trejdjunjonistika,

Netproassur: żvilupp, implimentazzjoni u tħaddim ta' proġetti fit-teknoloġija tal-informatika u tal-komunikazzjoni li għandhom x'jaqsmu mas-senserija tal-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6817 – Allianz/Axa/Covéa/Generali/CSCA/Netproassur, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).