ISSN 1977-0987 doi:10.3000/19770987.C_2013.358.mlt |
||
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358 |
|
Edizzjoni bil-Malti |
Informazzjoni u Avviżi |
Volum 56 |
Avviż Nru |
Werrej |
Paġna |
|
II Komunikazzjonijiet |
|
|
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 358/01 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7038 – Nippon Express/Panasonic Corporation/Panasonic Logistics) ( 1 ) |
|
2013/C 358/02 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata (Każ COMP/M.7043 – GDF Suez/Balfour Beatty (UK Facilities Management)) ( 1 ) |
|
2013/C 358/03 |
||
|
IV Informazzjoni |
|
|
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA |
|
|
Il-Kunsill |
|
2013/C 358/04 |
||
2013/C 358/05 |
||
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 358/06 |
||
|
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data |
|
2013/C 358/07 |
||
2013/C 358/08 |
||
2013/C 358/09 |
||
2013/C 358/10 |
||
2013/C 358/11 |
||
|
V Avviżi |
|
|
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI |
|
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
2013/C 358/12 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6927 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Barclays/Intertain) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
2013/C 358/13 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6817 – Allianz/Axa/Covéa/Generali/CSCA/Netproassur) – Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata ( 1 ) |
|
|
|
|
(1) Test b’relevanza għaż-ŻEE |
MT |
|
II Komunikazzjonijiet
KOMUNIKAZZJONIJIET MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kummissjoni Ewropea
7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.7038 – Nippon Express/Panasonic Corporation/Panasonic Logistics)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 358/01
Fit-28 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7038. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/1 |
Ebda oppożizzjoni għal konċentrazzjoni notifikata
(Każ COMP/M.7043 – GDF Suez/Balfour Beatty (UK Facilities Management))
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 358/02
Fid-29 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma topponix il-konċentrazzjoni notifikata msemmija hawn fuq u li tiddikjaraha kompatibbli mas-suq komuni. Din id-deċiżjoni hi bbażata fuq l-Artikolu 6(1)b tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004. It-test sħiħ tad-deċiżjoni hu disponibbli biss fl-Ingliż u ser isir pubbliku wara li jitneħħa kwalunkwe sigriet tan-negozju li jista’ jkun fih. Dan it-test jinstab:
— |
Fit-taqsima tal-amalgamazzjoni tal-websajt tal-Kummissjoni dwar il-Kompetizzjoni (http://ec.europa.eu/competition/mergers/cases/). Din il-websajt tipprovdi diversi faċilitajiet li jgħinu sabiex jinstabu d-deċiżjonijiet individwali ta' amalgamazzjoni, inklużi l-kumpanija, in-numru tal-każ, id-data u l-indiċi settorjali, |
— |
f’forma elettronika fil-websajt EUR-Lex (http://eur-lex.europa.eu/en/index.htm) fid-dokument li jġib in-numru 32013M7043. Il-EUR-Lex hu l-aċċess fuq l-internet għal-liġi Ewropea. |
7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/2 |
Avviż mill-Kummissjoni dwar il-kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2014 fil-kuntest ta’ ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni għall-prodotti fis-settur tal-laħam tat-tjur
2013/C 358/03
Ir-Regolament (KE) Nru 616/2007 (1) fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' prodotti mis-setturi tal-laħam tat-tjur. It-talbiet għal liċenzji tal-importazzjoni li tressqu matul l-ewwel sebat ijiem tax-xahar ta' Ottubru 2013 għas-subperjodu mill-1 ta' Jannar sal-31 ta' Marzu 2014, għall-kwoti 09.4212, 09.4217, 09.4218 u 09.4256, kienu jkopru kwantitajiet iżgħar minn dawk disponibbli. F’konformità mat-tieni sentenza tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (2), il-kwantitajiet li għalihom ma tressqux talbiet, huma miżjuda mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu tal-kwoti ta’ wara, mill-1 ta’ April sat-30 ta’ Ġunju 2014, u jidhru fl-Anness ta' dan l-Avviż.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS
Nru tal-ordni tal-kwota |
Kwantitajiet mhux mitluba li għandhom jiżdiedu mal-kwantità stabbilita għas-subperjodu mill-1 ta' April sat-30 ta' Ġunju 2014 (f'kg) |
09.4212 |
44 864 920 |
09.4217 |
12 369 400 |
09.4218 |
9 276 800 |
09.4256 |
3 245 004 |
IV Informazzjoni
INFORMAZZJONI MINN ISTITUZZJONIJIET, KORPI, UFFIĊĊJI U AĠENZIJI TAL-UNJONI EWROPEA
Il-Kunsill
7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-2 ta’ Diċembru 2013
li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-Kroazja, l-Ungerija, il-Portugall u r-Renju Unit
2013/C 358/04
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidra l-listi ta’ nominazzjonijiet għall-ħatra ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tat-22 ta' April 2013 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mit-22 ta' April 2013 sat-28 ta' Frar 2016, bl-eċċezzjoni ta' ċerti membri. |
(2) |
Il-Gvernijiet tal-Kroazja, l-Ungerija, il-Portugall u r-Renju Unit ippreżentaw nomini għal numru ta' postijiet li għandhom jimtlew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin huma b'dan maħturin membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-28 ta' Frar 2016:
I. RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
Pajjiż |
Membru |
Membru supplenti |
Kroazja |
Is-Sur Zdravko MURATTI |
Is-Sinjura Inga ŽIC Is-Sur Ilija TADIĆ |
Portugall |
|
Is-Sur António SANTOS |
II. RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS
Pajjiż |
Membru |
Membru supplenti |
Ungerija |
Is-Sur Károly GYÖRGY |
Is-Sur Szilárd SOMLAI |
III. RAPPREŻENTANTI TA’ MIN IĦADDEM
Pajjiż |
Membru |
Membru supplenti |
Kroazja |
Is-Sinjura Admira RIBIČIĊ |
Is-Sur Nenad SEIFERT Is-Sinjura Milica JOVANOVIĆ |
Renju Unit |
|
Is-Sinjura Hannah MURPHY |
Artikolu 2
Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom mhumiex innominati f'data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GUSTAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (2003/C 218/01) (ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1). Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Chapter 05 Volume 04 P. 285-288
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' April 2013 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 120, 26.4.2013, p. 7).
7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-2 ta’ Diċembru 2013
li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol
2013/C 358/05
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta’ Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta’ Fondazzjoni Ewropea għal Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-listi tan-nominazzjonijiet għall-ħatra ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri u mill-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem,
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjonijiet tiegħu tat-22 ta’ Novembru 2010 (2), is-7 ta’ Marzu 2011 (3), it-12 ta’ Lulju 2011 (4) l-20 ta’ Settembru 2011 (5) u d-29 ta’ Ottubru 2012 (6), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2010 sat-30 ta’ Novembru 2013. |
(2) |
Il-membri u l-membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija, li jirrappreżentaw il-Gvernijiet tal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet tal-ħaddiema u ta’ min iħaddem, għandhom jinħatru għal perijodu ta’ tliet snin. |
(3) |
Hija l-Kummissjoni li għandha taħtar ir-rappreżentanti tagħha stess fuq il-Bord ta’ Tmexxija, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Dawn li ġejjin għandhom ikunu maħtura membri u membri supplenti tal-Bord ta’ Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta’ Diċembru 2013 sat-30 ta’ Novembru 2016:
I. RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
Pajjiż |
Membri |
Supplenti |
Il-Belġju |
Is-Sur Michel DE GOLS |
Is-Sur Alain PIETTE |
Il-Bulgarija |
Is-Sinjura Teodora TODOROVA |
Is-Sur Iskren ANGELOV |
Ir-Repubblika Ċeka |
Is-Sur Vlastimil VÁŇA |
Is-Sinjura Veronika ŽIDLÍKOVÁ |
Id-Danimarka |
Is-Sinjura Lone HENRIKSEN |
Is-Sinjura Lis WITSØ-LUND |
Il-Ġermanja |
Is-Sur Andreas HORST |
Is-Sur Sebastian JOBELIUS |
L-Estonja |
Is-Sinjura Eva PÕLDIS |
Is-Sinjura Ester RÜNKLA |
L-Irlanda |
Is-Sur Paul CULLEN |
Is-Sinjura Mary O’SULLIVAN |
Il-Greċja |
Is-Sinjura Stamatia PISIMISI |
Is-Sur Ioannis KONSTANTAKOPOULOS |
Il-Kroazja |
Is-Sinjura Narcisa MANOJLOVIĆ |
Is-Sinjura Olivera FIŠEKOVIĆ |
Spanja |
Is-Sinjura Paloma GARCÍA GARCÍA |
Is-Sur José Ignacio MARTÍN FERNÁNDEZ |
Franza |
Is-Sinjura Valérie DELAHAYE-GUILLOCHEAU |
Is-Sinjura Marie-Soline CHOMEL |
L-Italja |
Is-Sinjura Aviana Maria Teresa BULGARELLI |
Is-Sinjura Carla ANTONUCCI |
Ċipru |
Is-Sur Andreas MYLONAS |
Is-Sur Orestis MESSIOS |
Il-Latvja |
Is-Sinjura Ineta TĀRE |
Is-Sinjura Ineta VJAKSE |
Il-Litwanja |
Is-Sinjura Rita SKREBIŠKIENĖ |
Is-Sur Evaldas BACEVIČIUS |
Il-Lussemburgu |
Is-Sinjura Nadine WELTER |
Is-Sur Gary TUNSCH |
L-Ungerija |
|
|
Malta |
Is-Sur Roderick MIZZI |
Is-Sur Anthony AZZOPARDI |
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Is-Sur Roel GANS |
Is-Sur Martin BLOMSMA |
L-Awstrija |
Is-Sinjura Stephanie MATTES |
Is-Sinjura Petra PENCS |
Il-Polonja |
Is-Sur Jerzy CIECHAŃSKI |
Is-Sinjura Joanna MACIEJEWSKA |
Il-Portugall |
Is-Sur Manuel MADURO ROXO |
Is-Sinjura Isilda FERNANDES |
Ir-Rumanija |
Is-Sur Alexandru ALEXE |
Is-Sinjura Liliana Ramona MOȘTENESCU |
Is-Slovenja |
Is-Sinjura Vladka KOMEL |
Is-Sur Andraž BOBOVNIK |
Is-Slovakkja |
Is-Sinjura Silvia GREGORCOVÁ |
|
Il-Finlandja |
Is-Sur Antti NÄRHINEN |
Is-Sinjura Maija LYLY-YRJÄNÄINEN |
L-Isvezja |
Is-Sur Hannes KANTELIUS |
Is-Sur Håkan NYMAN |
Ir-Renju Unit |
Is-Sur Ciaran DEVLIN |
Is-Sinjura Shyamala BALENDRA |
II. RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TAL-ĦADDIEMA
Pajjiż |
Membri |
Supplenti |
Il-Belġju |
Is-Sur Herman FONCK |
Is-Sur François PHILIPS |
Il-Bulgarija |
Is-Sur Ivan KOKALOV |
Is-Sur Vesselin MITOV |
Ir-Repubblika Ċeka |
Is-Sinjura Hana MÁLKOVÁ |
Is-Sur Tomáš PAVELKA |
Id-Danimarka |
Is-Sur Jan KAHR FREDERIKSEN |
Is-Sinjura Heidi RØNNE MØLLER |
Il-Ġermanja |
Is-Sinjura Marika HÖHN |
Is-Sinjura Ghazaleh NAZZIBI |
L-Estonja |
Is-Sur Kalle KALDA |
Is-Sinjura Kadi ALATALU |
L-Irlanda |
Is-Sinjura Sally Anne KINAHAN |
Is-Sur Peter RIGNEY |
Il-Greċja |
Is-Sur Panagiotis SYRIOPOULOS |
Is-Sur Panagiotis KORDATOS |
Il-Kroazja |
Is-Sinjura Marija HANŽEVAČKI |
Is-Sinjura Dijana ŠOBOTA |
Spanja |
Is-Sinjura Antonia RAMOS YUSTE |
Is-Sur Ramon BAEZA |
Franza |
Is-Sur Emmanuel COUVREUR |
Is-Sur Rafaël NEDZYNSKI |
L-Italja |
Is-Sur Fausto DURANTE |
Is-Sinjura Cinzia DEL RIO |
Ċipru |
Is-Sur Nicolaos EPISTITHIOU |
|
Il-Latvja |
Is-Sinjura Ruta PORNIECE |
|
Il-Litwanja |
Is-Sinjura Kristina KRUPAVIČIENĖ |
Is-Sinjura Danute ŠLIONSKIENĖ |
Il-Lussemburgu |
Is-sinjura Véronique EISCHEN |
Is-Sur Vincent JACQUET |
L-Ungerija |
Is-Sinjura Melinda KELEMEN |
Is-Sinjura Erzsébet HANTI |
Malta |
|
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Is-Sur Erik PENTENGA |
Is-Sinjura Sonja BALJEU |
L-Awstrija |
Is-Sinjura Dinah DJALINOUS-GLATZ |
Is-Sur Adi BUXBAUM |
Il-Polonja |
Is-Sur Bogdan OLSZEWSKI |
Is-Sur Piotr OSTROWSKI |
Il-Portugall |
Is-Sur Armando da COSTA FARIAS |
Is-Sur Vítor Manuel VICENTE COELHO |
Ir-Rumanija |
Is-Sur Adrian MARIN |
Is-Sinjura Luminița VINTILĂ |
Is-Slovenja |
Is-Sur Pavle VRHOVEC |
Is-Sinjura Maja KONJAR |
Is-Slovakkja |
Is-Sur Erik MACÁK |
|
Il-Finlandja |
Is-Sur Juha ANTILA |
Is-Sinjura Leila KURKI |
L-Isvezja |
Is-Sur Mats ESSEMYR |
Is-Sur Sten GELLERSTEDT |
Ir-Renju Unit |
Is-Sur Paul SELLERS |
Is-Sinjura Elena CRASTA |
III. RAPPREŻENTANTI TAL-ORGANIZZAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM
Pajjiż |
Membri |
Supplenti |
Il-Belġju |
Is-Sur Kris DE MEESTER |
Is-Sur Roland WAEYAERT |
Il-Bulgarija |
Is-Sur Dimiter BRANKOV |
Is-Sur Nikola ZIKATANOV |
Ir-Repubblika Ċeka |
Is-Sinjura Vladimíra DRBALOVÁ |
Is-Sinjura Pavla BŘEČKOVÁ |
Id-Danimarka |
Is-Sinjura Karen ROIY |
Is-Sinjura Berit TOFT FIHL |
Il-Ġermanja |
Is-Sur Lutz MÜHL |
Is-Sinjura Renate HORNUNG-DRAUS |
L-Estonja |
Is-Sinjura Eve PÄÄRENDSON |
Is-Sinjura Marika MERILAI |
L-Irlanda |
Is-Sur Brendan McGINTY |
Is-Sur Eamonn McCOY |
Il-Greċja |
Is-Sinjura Rena BARDANI |
Is-Sinjura Katerina DASKALAKI |
Il-Kroazja |
Is-Sur Davor MAJETIC |
Is-Sur Nenad SEIFERT |
Spanja |
Is-Sur Miguel CANALES GUTIÉRREZ |
Is-Sur Javier BLASCO de LUNA |
Franza |
Is-Sur Emmanuel JAHAN |
|
L-Italja |
Is-Sinjura Stefania ROSSI |
Is-Sinjura Paola ASTORRI |
Ċipru |
Is-Sinjura Lena PANAYIOTOU |
Is-Sur Polyvios POLYVIOU |
Il-Latvja |
Is-Sinjura Ilona KIUKUCĀNE |
Is-Sinjura Anita LĪCE |
Il-Litwanja |
|
|
Il-Lussemburgu |
Is-Sur Fabio STUPICI |
Is-Sinjura Magalie LYSIAK |
L-Ungerija |
Is-Sur Antal CSUPORT |
Is-Sinjura Adrienn BALINT |
Malta |
Is-Sur Martin BORG |
|
Il-Pajjiżi l-Baxxi |
Is-Sur W.M.J.M. VAN MIERLO |
Is-Sur Gerard A. M. VAN DER GRIND |
L-Awstrija |
Is-Sinjura Katharina LINDNER |
Is-Sinjura Heidrun MAIER-DE-KRUIJFF |
Il-Polonja |
Is-Sinjura Anna KWIATKIEWICZ |
|
Il-Portugall |
Is-Sur Marcelino Peralta PENA COSTA |
Is-Sur António VERGUEIRO |
Ir-Rumanija |
Is-Sur Doru Claudian FRUNZULICĂ |
Is-Sur Ștefan RĂDEANU |
Is-Slovenja |
Is-Sinjura Tatjana PAJNKIHAR |
Is-Sur Igor ANTAUER |
Is-Slovakkja |
Is-Sur Martin HOŠTÁK |
|
Il-Finlandja |
Is-Sinjura Jenni RUOKONEN |
Is-Sinjura Minna ETU-SEPPÄLÄ |
L-Isvezja |
Is-Sur Sverker RUDEBERG |
Is-Sur Niklas BECKMAN |
Ir-Renju Unit |
Is-Sur Neil CARBERRY |
Is-Sur Rob WALL |
Artikolu 2
Il-Kunsill ser jaħtar il-membri u l-membru supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Diċembru 2013.
Għall-Kunsill
Il-President
E. GUSTAS
(1) ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.
(2) ĠU C 322, 27.11.2010, p. 8.
(4) ĠU C 208, 14.7.2011, p. 3.
(5) ĠU C 278, 22.9.2011, p. 2.
(6) ĠU C 334, 31.10.2012, p. 2.
Il-Kummissjoni Ewropea
7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/9 |
Rata tal-kambju tal-euro (1)
Is-6 ta’ Diċembru 2013
2013/C 358/06
1 euro =
|
Munita |
Rata tal-kambju |
USD |
Dollaru Amerikan |
1,3661 |
JPY |
Yen Ġappuniż |
139,63 |
DKK |
Krona Daniża |
7,4600 |
GBP |
Lira Sterlina |
0,83580 |
SEK |
Krona Żvediża |
8,9261 |
CHF |
Frank Żvizzeru |
1,2231 |
ISK |
Krona Iżlandiża |
|
NOK |
Krona Norveġiża |
8,4340 |
BGN |
Lev Bulgaru |
1,9558 |
CZK |
Krona Ċeka |
27,480 |
HUF |
Forint Ungeriż |
302,25 |
LTL |
Litas Litwan |
3,4528 |
LVL |
Lats Latvjan |
0,7030 |
PLN |
Zloty Pollakk |
4,1938 |
RON |
Leu Rumen |
4,4610 |
TRY |
Lira Turka |
2,7876 |
AUD |
Dollaru Awstraljan |
1,5065 |
CAD |
Dollaru Kanadiż |
1,4548 |
HKD |
Dollaru ta' Hong Kong |
10,5937 |
NZD |
Dollaru tan-New Zealand |
1,6663 |
SGD |
Dollaru tas-Singapor |
1,7119 |
KRW |
Won tal-Korea t'Isfel |
1 444,01 |
ZAR |
Rand ta' l-Afrika t'Isfel |
14,3055 |
CNY |
Yuan ren-min-bi Ċiniż |
8,3103 |
HRK |
Kuna Kroata |
7,6425 |
IDR |
Rupiah Indoneżjan |
16 298,17 |
MYR |
Ringgit Malażjan |
4,4192 |
PHP |
Peso Filippin |
60,139 |
RUB |
Rouble Russu |
45,0410 |
THB |
Baht Tajlandiż |
44,133 |
BRL |
Real Brażiljan |
3,2237 |
MXN |
Peso Messikan |
17,8348 |
INR |
Rupi Indjan |
84,1550 |
(1) Sors: rata tal-kambju ta' referenza ppubblikata mill-Bank Ċentrali Ewropew.
Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/10 |
Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data fuq il-proposti tal-Kummissjoni għal Regolament dwar l-apparat mediku, li jemenda d-Direttiva 2001/83/KE, ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 u r-Regolament (KE) Nru 1223/2009 u Regolament dwar apparat mediku dijanjostiku in vitro
(It-test sħiħ ta' din l-Opinjoni huwa disponibbli bl-EN, FR u DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)
2013/C 358/07
1. Introduzzjoni
1.1. Konsultazzjoni tal-KEPD
1. |
Fis-26 ta’ Settembru 2012, il-Kummissjoni adottat żewġ proposti għal Regolament dwar l-apparat mediku (“ir-Regolament propost dwar l-MD”) (1), u Regolament dwar apparat mediku dijanjostiku in vitro (“ir-Regolament propost dwar l-IVD”) (2). Dawn il-proposti ntbagħtu lill-KEPD għal konsultazzjoni fit-2 ta’ Ottubru 2012. |
2. |
Il-KEPD jilqa' l-fatt li huwa kkonsultat mill-Kummissjoni u jirrakkomanda li tiddaħħal referenza għall-konsultazzjoni fil-preamboli tar-Regolamenti proposti. |
1.2. Għanijiet u kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament propost
3. |
Ir-Regoalmenti proposti għandhom l-għan li jiżguraw is-sikurezza tal-apparat mediku (“MDs”) (3) u apparat mediku dijanjostiku in vitro (“IVDs”) (4) u ċ-ċirkolazzjoni libera tagħhom fi ħdan is-suq intern. Jemendaw u jiċċaraw il-kamp ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni eżistenti, sabiex jittieħed f'kunsiderazzjoni l-progress xjentifiku u teknoloġiku. Ir-Regolamenti proposti fihom oqfsa legali biex tintuża database elettronika eżistenti (database ta' Eudamed) (5) fil-livell tal-UE biex titħaffef il-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet ħalli jiġu żgurati risponsi mgħaġġla u konsistenti għal kwistjonijiet ta' sikurezza, tiżdied it-traċċabilità tal-apparat fi ħdan il-katina tal-provvista u jiġu ċċarati l-obbligi u r-responsabilitajiet tal-manifatturi, l-importaturi u d-distributuri. Barra minn hekk, isaħħu l-livelli differenti tas-superviżjoni billi jiġu ċċarati u msaħħa l-pożizzjoni u s-setgħat tal-awtoritajiet pubbliċi fir-rigward tal-atturi ekonomiċi. |
1.3. Għan tal-Opinjoni tal-KEPD
4. |
Ir-Regolamenti proposti ser jaffettwaw id-drittijiet tal-individwi relatati mal-ipproċessar tad-dejta personali tagħhom. Fost kwistjonijiet oħrajn, jindirizzaw l-ipproċessar ta' dejta sensittiva oħra (dejta dwar is-saħħa) database ċentrali fil-livell tal-UE li tinkludi dejta personali, sorveljanza tas-suq (6) u żamma tar-rekords. |
5. |
Il-KEPD jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni għamlet sforz biex tiggarantixxi l-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta personali fir-Regolamenti proposti. Madankollu, il-KEPD jara li hemm bżonn li jsiru xi kjarifiki b'enfasi partikolari fuq id-dejta sensittiva, speċjalment meta din il-kategorija ta' dejta personali tasal fil-fażi tal-ipproċessar u l-ħżin fid-database ssuġġerita mir-Regolamenti proposti. Tabilħaqq, il-KEPD identifika ċerti ambigwitajiet u inkonsistenzi bil-mod li bih ir-Regolamenti jindirizzaw il-kwistjoni ta' jekk hijiex sejra tiġi pproċessata dejta personali u liema kategoriji minnha, b'mod partikolari meta tinħażen u tiġi pproċessata d-dejta sensittiva dwar is-saħħa. |
3. Konklużjonijiet
40. |
Il-KEPD jilqa' l-attenzjoni mogħtija b'mod speċifiku għall-protezzjoni tad-dejta fir-Regolamenti proposti, iżda sab lok għal iktar titjib. |
41. |
Il-KEPD jirrakkomanda li:
|
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2013.
Giovanni BUTTARELLI
Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) COM(2012) 542 finali.
(2) COM(2012) 541 finali.
(3) L-apparat mediku jinkludi prodotti bħal pjastrini li jeħlu, lenti ta' kuntatt, materjali għall-mili tas-snien, makkinarji b'x-ray, pacemakers, impjanti tas-sider jew proteżi totali ta' ġenb il-koxxa.
(4) Apparat mediku dijanjostiku in vitro jinkludi prodotti bħal apparat użat biex tiġi żgurata s-sikurezza tat-trasfużjoni tad-demm (eż. ragruppament tad-demm), jinqabad mard li jittieħed (eż. HIV), jiġi ssorveljat mard (eż. dijabete) u jsiru testijiet kimiċi tad-demm (eż. kejl tal-kolesterol).
(5) Stabbilita mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/227/UE, ĠU L 102, 23.4.2010, p. 45.
(6) Pereżempju dwar il-pjan ta' sorveljanza tas-suq, fejn il-manifatturi jintalbu jdaħħlu fis-seħħ proċedura sistematika u jżommuha aġġornata sabiex jiġbru u janalizzaw l-esperjenza miksuba mill-apparat li jiddaħħal fis-suq. Dan ikun jinvolvi l-ġbir, ir-reġistrazzjoni u l-investigazzjoni ta' ilmenti u rapporti minn professjonisti fil-qasam tal-kura tas-saħħa, il-pazjenti jew l-utenti fuq inċidenti suspettużi relatati mal-apparat.
7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/13 |
Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “Pjan ta' Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020 – Kura tas-saħħa innovattiva għas-seklu 21”
(It-test sħiħ ta' din l-Opinjoni huwa disponibbli bl-EN, FR u DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)
2013/C 358/08
1. Introduzzjoni
1.1. Konsultazzjoni tal-KEPD
1. |
Fis-6 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar il-“Pjan ta' Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika 2012-2020 – Kura tas-saħħa innovattiva għas-seklu 21” (il-Komunikazzjoni) (1). Din il-Proposta ntbagħtet lill-KEPD għal konsultazzjoni fis-7 ta’ Diċembru 2012. |
2. |
Qabel l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni, il-KEPD ingħata l-possibilità biex jipprovdi kummenti informali lill-Kummissjoni. Ħa pjaċir bil-fatt li wħud mill-kummenti ttieħdu f'kunsiderazzjoni fil-Komunikazzjoni. |
1.2. Għanijiet u kamp ta' applikazzjoni tal-Komunikazzjoni u l-iskop tal-Opinjoni tal-KEPD
3. |
Il-Komunikazzjoni stabbilixxiet Pjan ta' Azzjoni dwar is-Saħħa elettronika għall-2012-2020. Il-Pjan ta' Azzjoni jippreżenta l-fehma li t-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u l-Komunikazzjoni (ICT) applikati għall-kura tas-saħħa u l-benesseri jistgħu jtejbu l-effiċjenza u l-effikaċja tas-sistemi tal-kura tas-saħħa, jagħtu s-setgħa liċ-ċittadini individwali u jwittu t-triq għall-innovazzjoni fis-swieq tas-saħħa u l-benessri. |
4. |
Din l-Opinjoni tal-KEPD għandha tinqara fid-dawl tal-importanza dejjem ikbar tas-Saħħa-e fis-soċjetà tal-informazzjoni f'evoluzzjoni u tad-dibattitu attwali fuq il-politiki fi ħdan l-UE dwar is-Saħħa-e. L-Opinjoni tiffoka b'mod partikolari fuq l-implikazzjonijiet tad-dritt fundamentali ta' protezzjoni tad-dejta għal inizjattivi tas-Saħħa-e. Tikkummenta wkoll fuq l-oqsma identifikati fil-Komunikazzjoni li fihom għandhom jittieħdu azzjonijiet ulterjuri. |
3. Konklużjonijiet
33. |
Il-KEPD jilqa' l-fatt li nxteħtet attenzjoni speċifika fuq il-protezzjoni tad-dejta fil-Komunikazzjoni proposta, iżda identifika xi lok għal iktar titjib. |
34. |
Il-KEPD jisħaq li r-rekwiżiti ta' protezzjoni tad-dejta għandhom jiġu kkunsidrati kif xieraq mill-industrija, l-Istati Membri u l-Kummissjoni meta jimplimentaw inizjattivi fil-qasam tas-Saħħa-e. B'mod partikolari:
|
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2013.
Giovanni BUTTARELLI
Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) COM(2012) 736 finali.
7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/15 |
Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar il-proposta tal-Kummissjoni għal Regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment
(It-test sħiħ ta’ din l-Opinjoni jista’ jinstab fil-lingwi EN, FR u DE fuq is-sit elettroniku tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)
2013/C 358/09
1. Introduzzjoni
1.1. Konsultazzjoni tal-KEPD
1. |
Fit-12 ta’ Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat proposta għal Regolament li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta’ falliment (“ir-Regolament propost”) (1). Din il-Proposta ntbagħtet lill-KEPD għal konsultazzjoni fit-13 ta’ Diċembru 2012. |
2. |
Il-KEPD jilqa’ l-fatt li qiegħed jiġi kkonsultat mill-Kummissjoni u li hija inkluża referenza għal din l-Opinjoni fil-preambolu tal-istrument legali propost. |
3. |
Qabel l-adozzjoni tar-Regolament propost, il-KEPD ingħata l-opportunità li jipprovdi kummenti informali lill-Kummissjoni. |
4. |
Il-KEPD jiddispjaċih li ġew ikkunsidrati biss ftit mill-kummenti tiegħu fir-Regolament propost. Anki jekk issa hemm Artikolu sħiħ li huwa ddedikat għall-protezzjoni tad-data, is-salvagwardji ma ġewx imsaħħa kif xieraq. |
1.2. L-objettivi u l-ambitu tar-Regolament propost
5. |
Ir-Regolament propost jemenda r-Regolament dwar il-Falliment sabiex jindirizza n-nuqqasijiet żvelati fl-applikazzjoni prattika tiegħu (2). Fost l-oħrajn, huwa jindirizza kwistjonijiet relatati mal-ambitu tar-Regolament, id-determinazzjoni tal-Istat Membru kompetenti biex jiftaħ il-proċedimenti, il-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji u r-regoli dwar il-pubbliċità tad-deċiżjonijiet rigward il-ftuħ u l-għeluq tal-proċedimenti ta’ falliment. |
6. |
Fost il-miżuri proposti li sejrin iħallu impatt fuq il-protezzjoni tad-data, il-Proposta tipprovdi għal pubblikazzjoni obbligatorja tad-deċiżjonijiet rigward il-ftuħ u l-għeluq ta’ proċediment, filwaqt li tinkoraġġixxi u torganizza skambji ta’ informazzjoni transkonfinali bejn il-partijiet interessati. |
7. |
Għaldaqstant, l-informazzjoni ppubblikata u/jew skambjata tista’ tidentifika (direttament jew indirettament) debituri, kredituri u likwidaturi involuti fil-proċediment. Għalhekk, għandha tapplika l-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data. B’mod partikolari, id-Direttiva 95/46/KE sejra tapplika għall-ipproċessar tad-data mill-partijiet interessati fl-Istati Membri u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, filwaqt li r-Regolament (KE) Nru 45/2001 sejjer japplika għall-ipproċessar tad-data mill-Kummissjoni permezz tal-Portal tal-Ġustizzja Elettronika. |
1.3. L-għan tal-Opinjoni tal-KEPD
8. |
Ir-Regolament propost jista’ jaffettwa d-drittijiet tal-individwi relatati mal-ipproċessar tad-data personali tagħhom billi, fost l-oħrajn, huwa jittratta l-pubblikazzjoni tad-data personali f’reġistru li huwa aċċessibbli għall-pubbliku fuq l-Internet, mingħajr ebda ħlas, bl-interkonnessjoni tar-reġistri nazzjonali eżistenti u bi skambju ta’ informazzjoni transkonfinali bejn il-partijiet interessati. |
9. |
Għalkemm il-KEPD jilqa’ l-isforz li sar mill-Kummissjoni sabiex tiggarantixxi l-applikazzjoni korretta tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data personali fir-Regolament propost, huwa identifika xi nuqqasijiet u inkonsistenzi fil-mod kif ir-Regolament propost jittratta l-kwistjonijiet relatati ma’/li jikkonċernaw id-data personali. |
3. Konklużjonijiet
54. |
Il-KEPD huwa sodisfatt bl-attenzjoni mogħtija b’mod speċifiku għall-protezzjoni tad-data fir-Regolament propost, iżda identifika lok għal xi titjib. |
55. |
Il-KEPD jirrakkomanda li:
|
56. |
Barra minn hekk, il-KEPD jirrakkomanda wkoll li:
|
Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Marzu 2013.
Giovanni BUTTARELLI
Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) COM(2012) 744 finali.
(2) Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 dwar proċeduri ta’ falliment (minn hawn ’il quddiem: “il-Proposta”).
7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/17 |
Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar “The Digital Agenda for Europe — Driving European growth digitally” (“L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa – Inmexxu t-tkabbir Ewropew b'mod diġitali”)
(It-test sħiħ ta' din l-Opinjoni jista' jinstab bl-EN, FR u DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)
2013/C 358/10
I. L-introduzzjoni
1.1. Il-konsultazzjoni tal-KEPD
1. |
Fit-18 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat Komunikazzjoni dwar “The Digital Agenda for Europe — Driving European growth digitally” (“L-Aġenda Diġitali għall-Ewropa – Inmexxu t-tkabbir Ewropew b'mod diġitali”, li minn hawn 'il quddiem ser tissejjaħ “il-Komunikazzjoni”) (1). |
2. |
Qabel l-adozzjoni tal-Komunikazzjoni, il-KEPD ingħata l-possibilità li jipprovdi kummenti informali lill-Kummissjoni. Laqa' l-fatt li wħud mill-kummenti tiegħu ttieħdu f'kunsiderazzjoni f'din il-Komunikazzjoni. |
3. |
Fid-dawl tal-importanza tas-suġġett, il-KEPD iddeċieda li jadotta din l-Opinjoni fuq inizjattiva tiegħu stess. |
1.2. L-għanijiet u l-kamp ta' applikazzjoni tal-Komunikazzjoni u l-għan tal-Opinjoni tal-KEPD
4. |
Il-Komunikazzjoni hija proposta mill-Kummissjoni bħala parti mill-Istrateġija Ewropa 2020. Timxi id f'id mal-Aġenda Diġitali adottata fid-19 ta' Mejju 2010 (2). L-għan ta' din il-Komunikazzjoni l-ġdida dwar l-Aġenda Diġitali huwa li tkompli ssaħħaħ it-tmexxija diġitali Ewropea u sabiex tgħin jitlesta s-Suq Diġitali Uniku sal-2015. |
5. |
Il-Komunikazzjoni tidentifika seba' oqsma politiċi ewlenin fejn il-Kummissjoni ser tkun qed tagħmel sforzi partikolari biex tippermetti u tistimola l-iżvilupp tal-ekonomija diġitali:
|
6. |
Il-KEPD jilqa' l-azzjonijiet politiċi proposti bil-għan li jistimolaw l-użu ta' teknoloġiji ġodda min-negozji u individwi. Madankollu, il-KEPD jisħaq li dawn il-miżuri jridu jsiru flimkien ma' attivitajiet xierqa biex jiġi żgurat ir-rispett tal-protezzjoni tad-dejta u l-privatezza. |
7. |
Uħud mill-isfidi ewlenin għall-protezzjoni tad-dejta mqajma fil-kuntest tal-azzjonijiet politiċi tal-UE fil-qasam tal-Aġenda Diġitali diġà ġew enfasizzati u analizzati mill-KEPD fl-Opinjoni tiegħu tat-18 ta' Marzu 2010 fir-rigward tal-Komunikazzjoni tal-2010 dwar l-Aġenda Diġitali (4). B'mod partikolari, il-KEPD saħaq fuq il-bżonn li tiġi inkorporata privatezza fid-disinn u privatezza prestabbilita fit-tfassil tal-ICT il-ġodda. Għalhekk, f'din l-Opinjoni l-KEPD ser jiffoka fuq l-għoti ta' kummenti dwar l-oqsma li jeħtieġu azzjoni ulterjuri identifikati fil-Komunikazzjoni. |
III. Il-konklużjonijiet
26. |
Il-KEPD jilqa' l-fatt li ngħatat xi attenzjoni lejn il-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta fil-Komunikazzjoni. Madankollu, il-KEPD jisħaq li r-rekwiżiti dwar il-protezzjoni tad-dejta għandhom jingħataw kunsiderazzjoni xierqa mill-industrija, l-Istati Membri u l-Kummissjoni meta jimplimentaw inizjattivi previsti fl-Aġenda Diġitali. B'mod partikolari:
|
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ April 2013.
Peter HUSTINX
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) COM(2012) 784 final.
(2) COM(2010) 245 final.
(3) Jiġifieri “Riċerka, Żvilupp u Innovazzjoni”.
(4) Ara l-Opinjoni tal-KEPD dwar il- “Promozzjoni tal-Fiduċja fis-Soċjetà tal-Informazzjoni bit-Trawwim tal-Protezzjoni u tal-Privatezza tad-Dejta”, 18 ta' Marzu 2010, disponibbli fuq il-websajt tal-KEPD fuq http://www.edps.europa.eu
7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/19 |
Sommarju Eżekuttiv tal-Opinjoni tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Dejta dwar il-Proposta tal-Kummissjoni għal Regolament dwar ir-rappurtar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili li jemenda r-Regolament u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 u l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 996/2010
(It-test sħiħ ta' din l-Opinjoni jista' jinstab bl-EN, FR u DE fuq il-websajt tal-KEPD http://www.edps.europa.eu)
2013/C 358/11
1. L-Introduzzjoni
1.1. Il-konsultazzjoni tal-KEPD
1. |
Fit-18 ta' Diċembru 2012, il-Kummissjoni adottat Proposta għal Regolament dwar ir-rappurtar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 2003/42/KE, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 u l-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 996/2010 (‘il-Proposta) (1). Din il-Proposta ntbagħtet għall-konsultazzjoni lill-KEPD fit-8 ta' Jannar 2013. |
2. |
Il-KEPD jilqa' l-fatt li huwa kkonsultat mill-Kummissjoni u li fil-Preambolu tal-Proposta ddaħħlet referenza għal din l-Opinjoni. Qabel l-adozzjoni tal-Proposta, il-KEPD ingħata l-opportunità li jipprovdi kummenti informali lill-Kummissjoni. |
1.2. L-għanijiet u l-kamp ta' applikazzjoni tal-Proposta
3. |
It-tliet strumenti li għandhom jitħassru mill-Proposta jorganizzaw ir-rapportar tal-okkorrenzi b'dan il-mod: id-Direttiva 2003/42/KE (2) teħtieġ li kull Stat Membru jwaqqaf sistema obbligatorja ta' rapportar tal-okkorrenzi (li minn hawn 'il quddiem ser tissejjaħ “MORS”). Skont din il-leġiżlazzjoni, il-professjonisti tal-avjazzjoni huma obbligati jirrapportaw l-okkorrenzi (3) fix-xogħol operazzjonali ta' kuljum tagħhom permezz tas-sistema mwaqqfa mill-organizzazzjoni tagħhom (4). Barra minn hekk, l-Istati Membri huma mitlubin jiġbru, jaħżnu, jipproteġu u jqassmu bejniethom informazzjoni dwar l-okkorrenzi. Żewġ regoli ta' implimentazzjoni jikkompletaw din il-leġiżlazzjoni: ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 (5), li jwaqqaf Repożitorju Ċentrali Ewropew (ECR) li jiġbor fi gruppi l-okkorrenzi kollha fl-avjazzjoni ċivili miġbura mill-Istati Membri, u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 (6), li jistabbilixxi r-regoli dwar it-tixrid tal-informazzjoni li tinsab fl-ECR. |
4. |
Il-Proposta tibni fuq id-Direttiva 2003/42/KE biex ittejjeb is-sistemi eżistenti ta' rapportar tal-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak Ewropew. Fost bidliet oħrajn, tipproponi dan li ġej:
|
1.3. L-Għan tal-Opinjoni tal-KEPD
5. |
Mill-Proposta joħroġ li l-okkorrenzi ser jiġu rrapportati mill-impjegati lill-organizzazzjonijiet tagħhom, li mbagħad ser jaħżnuhom f'database u jirrapportawhom lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti magħżulin jew lill-Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni (EASA). Dawn l-awtoritajiet, flimkien mal-EASA u l-Kummissjoni, ser jittrasferixxu l-informazzjoni fuq l-okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili lill-ECR, amministrat mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ser tipproċessa dejta relatata ma' partijiet interessati li jitolbu aċċess għall-informazzjoni maħżuna fl-ECR. |
6. |
Il-KEPD jirrikonoxxi l-fatt li l-iskop tal-Proposta mhuwiex li tirregola l-ipproċessar ta' dejta personali. Madankollu, l-informazzjoni li ser tinħażen, tiġi rrapportata u ttrasferita tista' tkun relatata ma' persuni fiżiċi li huma direttament jew indirettament identifikabbli, bħal dawk li jirrapportaw, partijiet terzi involuti fl-okkorrenza rrapportata u partijiet interessati li japplikaw għall-aċċess (7). L-informazzjoni rrapportata tista' ma tinvolvix biss problemi tekniċi iżda anki, ngħidu aħna, passiġġieri vjolenti, korrimenti tal-ekwipaġġ jew inċidenti tas-saħħa (8). |
7. |
Għalhekk, din l-Opinjoni ser tanalizza l-elementi tal-Proposta li jolqtu l-ipproċessar ta' dejta personali. Tibni fuq Opinjoni preċedenti tal-KEPD (9) dwar wieħed mir-Regolamenti li qed jittiħidilhom posthom mill-Proposta (10). |
4. Il-Konklużjonijiet
46. |
Il-KEPD jilqa' l-fatt li ngħatat attenzjoni għall-protezzjoni tad-dejta personali, speċjalment permezz tal-impenn meħud biex “ma tiġix identifikata” parti kbira mid-dejta pproċessata skont ir-rapportar tal-okkorrenzi. Madankollu, ifakkar li d-dejta pproċessata xorta ser tkun dejta personali u għalhekk jilqa' r-referenzi għall-applikabbiltà tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta. Dak li huwa stipulat ma jmurx oltre sempliċi anonimizzazzjoni parzjali. |
47. |
Il-KEPD jirrakkomanda li jiġi ċċarat il-kamp ta' applikazzjoni tad-“disidentifikazzjoni”. B'mod partikolari, jipproponi t-titjib li ġej fit-test:
|
48. |
Il-KEPD jagħti parir ukoll sabiex fil-Proposta jiġi speċifikat min ser ikun il-kontrollur ta' kull database. Jirrakkomanda wkoll id-definizzjoni fl-Annessi I u II, fl-Artikolu 5(6) il-kategoriji kollha tad-dejta li għandha tiġi pproċessata u li jiġu ċċarati l-Artikoli 7(1) u 11(1) kif xieraq. Jekk mhuwiex possibbli li jiġu speċifikati l-okkorrenzi u l-entrati tad-dejta kollha li għandhom jiġu pproċessati skont l-Artikolu 7(1), 5(3), 5(6) u 11(1), dawn l-Artikoli għandhom tal-inqas isemmu li iktar informazzjoni mhux meħtieġa mill-Proposta ma għandux ikun fiha kategoriji speċjali ta' dejta kif iddefiniti mill-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 10 tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 (“dejta sensittiva”). |
49. |
Il-KEPD jirrakkomanda wkoll li jiġu speċifikati l-perjodi li matulhom id-dejta għandha tinħażen fid-databases, id-drittijiet tas-suġġetti tad-dejta u l-miżuri ta' sigurtà li għandhom jiġu implimentati. |
50. |
Fil-każ ta' trasferimenti lejn organizzazzjonijiet ta' pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali, dawn għandhom jieħdu l-impenn li jirrispettaw l-istandards adegwati li għandhom jiġu pprovduti fi strument vinkolanti. Dawn is-salvagwardji jistgħu jkunu bbażati fuq il-prinċipji ta' protezzjoni tad-dejta fil-Klawżoli Kuntrattwali Standard għat-trasferimenti ta' dejta personali lill-pajjiżi terzi adottati mill-Kummissjoni u jistgħu jiżdiedu fl-Anness tal-Proposta. |
51. |
Fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta ta' partijiet interessati li jitolbu li jingħatalhom aċċess għall-ECR, il-KEPD jirrakkomanda li fil-Proposta jiġu speċifikati l-miżuri ta' protezzjoni tad-dejta li ser japplikaw għall-ipproċessar ta' dejta relatata ma' partijiet terzi (eż., kemm ser iddum maħżuna d-dejta wara li jingħata jew jiġi miċħud aċċess u min għandu aċċess għal din id-dejta). Barra minn hekk, minbarra l-avviż dwar l-aċċess għall-informazzjoni (12), il-formola li tinsab fl-Anness IV għandha tinkludi avviż dwar il-privatezza. |
52. |
Finalment, il-ħtieġa tal-ipproċessar ta' dejta sensittiva għal xi waħda mir-raġunijiet li jinsabu fl-Artikolu 8(2-4) tad-Direttiva 95/46/KE u l-Artikolu 10(2-4) tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 għandha tiġi ġġustifikata fil-Preambolu. Il-KEPD jirrakkomanda wkoll li jiġu adottati salvagwardji addizzjonali fir-rigward tal-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' dejta, bħal miżuri tas-sigurtà iktar stretti, il-projbizzjoni tad-divulgazzjoni tal-kategoriji relatati ta' dejta lill-partijiet terzi mhux soġġetti għal-liġi tal-UE dwar il-protezzjoni tad-dejta u r-restrizzjoni tad-divulgazzjoni tagħha lil partijiet interessati oħrajn. Barra minn hekk, l-ipproċessar ta' dawn il-kategoriji ta' dejta jista' jkun soġġett għal verifika minn qabel mill-awtoritajiet nazzjonali tal-UE ta' protezzjoni tad-dejta u mill-KEPD. |
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ April 2013.
Giovanni BUTTARELLI
Assistent Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data
(1) COM(2012) 776 final.
(2) Id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ġunju 2003 dwar rapporti ta' okkorrenza fl-avjazzjoni ċivili (ĠU L 167, 4.7.2003, p. 23).
(3) L-okkorrenzi huma kwalunkwe avveniment importanti relatat mas-sikurezza tal-avjazzjoni, inklużi inċidenti, aċċidenti u inċidenti serji (Ara l-Artikolu 2(8) tal-Proposta).
(4) “Organizzazzjoni” hija definita fil-proposta bħala “kull organizzazzjoni li tipprovdi prodotti u/jew servizzi tal-avjazzjoni, b'mod partikolari, l-operaturi tal-inġenji tal-ajru, l-organizzazzjonijiet ta' manutenzjoni approvata, l-organizzazzjonijiet responsabbli mit-tip ta' disinn u/jew mill-manifattura tal-inġenji tal-ajru, il-fornituri ta' servizz ta' navigazzjoni bl-ajru u l-ajrudromi ċċertifikati” (Ara l-Artikolu 2(9)) tal-Proposta).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1321/2007 tat-12 ta' Novembru 2007 li jistipula r-regoli ta’ implimentazzjoni għall-integrazzjoni ta' tagħrif dwar okkorrenzi fl-avjazzjoni ċivili skambjat skont id-Direttiva 2003/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’depożitu ċentrali ta’ tagħrif (ĠU L 294, 13.11.2007, p. 3).
(6) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1330/2007 tal-24 ta' Settembru 2007 li jistipula r-regoli implimentattivi għat-tqassim lill-partijiet interessati ta' tagħrif dwar l-okkorrenzi tal-avjazzjoni ċivili (ĠU L 295, 14.11.2007, p. 7).
(7) Dwar dejta personali, ara b’mod partikolari t-Taqsima 3.1.
(8) Ara l-Anness I tal-Proposta “Lista ta' inċidenti li jridu jiġu rrappurtati taħt l-iskema ta' rappurtar obbligatorju ta' okkorrenza”.
(9) Ara l-Opinjoni tal-KEPD dwar il-Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fl-avjazzjoni ċivili (ĠU C 132, 21.5.2010, p. 1).
(10) Ir-Regolament (UE) Nru 996/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ottubru 2010 dwar l-investigazzjoni u l-prevenzjoni ta’ aċċidenti u inċidenti fis-settur tal-avjazzjoni ċivili u li jħassar id-Direttiva 94/56/KE Test b’relevanza għaż-ŻEE (ĠU L 295, 12.11.2010, p. 35).
(11) Jiġifieri, jiġi żgurat li l-individwi ma jkunux identifikabbli filwaqt li jittieħdu f'kunsiderazzjoni l-mezzi kollha li b'mod raġonevoli aktarx li jintużaw mill-kontrollur jew minn xi persuna oħra.
(12) Punt 7 tal-Anness IV.
V Avviżi
PROĊEDURI DWAR L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-POLITIKA TAL-KOMPETIZZJONI
Il-Kummissjoni Ewropea
7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/22 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6927 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Barclays/Intertain)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għall-proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 358/12
1. |
Fid-29 ta’ Novembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha Goldman Sachs Group, Inc. (“Goldman Sachs”), TPG LundyCO, L.P. (“TPG”) u Barclays PLC (“Barclays”) jiksbu, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta' Intertain Limited (“Intertain”) permezz tax-xiri ta' ishma. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista' taqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament dwar l-Għaqdiet (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6927 – Goldman Sachs/TPG Lundy/Barclays/Intertain, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).
7.12.2013 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 358/24 |
Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni
(Każ COMP/M.6817 – Allianz/Axa/Covéa/Generali/CSCA/Netproassur)
Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura simplifikata
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
2013/C 358/13
1. |
Fit-2 ta’ Diċembru 2013, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni, skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 139/2004 tal-Kunsill (1), dwar proposta li permezz tagħha l-impriżi Allianz IARD SA (“Allianz”, Franza) li jappartjenu għall-grupp Allianz (il-Ġermanja), Axa France IARD SA (“Axa”, Franza) li tappartjeni għall-grupp Axa (Franza) Covéa Risk SA (“Covéa”, Franza) li tappartjeni għall-grupp Covéa (Franza), Generali France Assurances SA (“Generali”, Franza) li tappartjeni għall-grupp Assicurazioni Generali (l-Italja) u Chambre Syndicale des Courtiers d'Assurances (“CSCA”, Franza) jakkwistaw fit-tifsira tal-Artikolu 3, paragrafu 1, punt b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-kumpanija Netproassur SASU (“Netproassur”, Franza) permezz tax-xiri tal-ishma f'kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta. |
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta' ċerti konċentrazzjonijiet taħt ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet (2) ta' min jinnota li dan il-każ jista' jiġi kkunsidrat għat-trattament taħt il-proċedura stipulata fl-Avviż. |
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex iressqu kwalunkwe kummenti li jistgħu jkollhom dwar it-tranżizzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6817 – Allianz/Axa/Covéa/Generali/CSCA/Netproassur, fl-indirizz li ġej:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 56, 5.3.2005, p. 32 (“Avviż ta’ proċedura simplifikata”).